ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 6

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
10ta' Jannar 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 006/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU C 327, 20.12.2008

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 006/02

Kawża C-66/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 85/337/KEE — Stima tal-effetti ta' proġetti fuq l-ambjent — Awtorizzazzjonijiet mogħtija mingħajr stima)

2

2009/C 006/03

Kawża C-1/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-tielet Awla) tal-20 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Siegen — Il-Ġermanja) — Proċeduri kriminali kontra Frank Weber (Direttiva 91/439/KEE — Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan — Sospensjoni temporanja tal-liċenzja tas-sewqan — Irtirar tal-awtorizzazzjoni tas-sewqan — Validità ta' tieni liċenzja tas-sewqan miksuba fi Stat Membru ieħor matul il-perijodu ta' sospensjoni temporanja)

2

2009/C 006/04

Kawża C-38/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta' Novembru 2008 — Heuschen & Schrouff Oriental Foods Trading BV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali — Eżistenza ta' sitwazzjoni partikolari — Nuqqas ta' ingann — Traskuraġni manifesta tal-importatur)

3

2009/C 006/05

Kawża C-46/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 141 KE — Politika soċjali — Remunerazzjoni ugwali bejn ħaddiema rġiel u nisa — Kunċett ta' remunerazzjoni — Skema ta' rtirar tal-uffiċjali)

3

2009/C 006/06

Kawża C-158/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep — L-Olanda) — Jacqueline Förster vs Hoofddirectie van de Informatie Beheer Groep (Moviment liberu tal-persuni — Student ċittadin ta' Stat Membru li mar fi Stat Membru ieħor biex isegwi taħriġ — Għotjiet ta' manteniment lill-istudenti — Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikolu 12 KE — Ċertezza legali)

4

2009/C 006/07

Kawża C-209/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Supreme Court, l-Irlanda) — The Competition Authority vs Beef Industry Development Society Ltd, Barry Brothers (Carrigmore) Meats Ltd (Kompetizzjoni — Artikolu 81(1) KE — Kunċett ta' ftehim li għandu l-għan li jirrestrinġi l-kompetizzjoni — Ftehim għat-tnaqqis tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni — Laħam taċ-ċanga u tal-vitella)

4

2009/C 006/08

Kawża C-214/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża (Għajnuna mill-Istat — Skema ta' għajnuna — Inkompatibbiltà mas-suq komuni — Implementazzjoni tad-deċiżjoni — Irkupru ta' għajnuna mqiegħda għad-dispożizzjoni — Impossibbiltà assoluta ta' implementazzjoni)

5

2009/C 006/09

Kawża C-227/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubbilka tal-Polonja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Komunikazzjonijiet elettroniċi — Netwerks u servizzi — Direttiva 2002/19/KE (Direttiva tal-Aċċess) — Artikolu 4(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) — Traspożizzjoni inkorretta)

5

2009/C 006/10

Kawża C-324/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État — il-Belġju) — Coditel Brabant SPRL vs Commune d'Uccle, Région de Bruxelles-Capitale (Kuntratti pubbliċi — Proċeduri ta' għoti ta' kuntratti — Konċessjonijiet ta' servizzi pubbliċi — Konċessjoni dwar it-tmexxija ta' netwerk komunali ta' teledistribuzzjoni — Assenjazzjoni minn komun lil kooperattiva interkomunali — Obbligu ta' trasparenza — Kundizzjonijiet — Eżerċizzju, mill-awtorità konċedanti fuq l-entità konċessjonarja, ta' kontroll analogu għal dak li hija teżerċita fid-dipartimenti tagħha stess)

6

2009/C 006/11

Kawża C-375/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Staatssecretaris van Financiën vs Heuschen & Schrouff Oriental Foods Trading BV (Talba għal deċiżjoni preliminari — Validità ta' regolament ta' klassifikazzjoni — Interpretazzjoni tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1196/97 — Artikoli 220 u 239 tal-Kodiċi Doganali — Artikoli 871 u 905 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 — Folji nexfin magħmulin minn dqiq tar-ross, melħ u ilma — Klassifikazzjoni tariffarja — Irkupru a posteriori ta' dazji fuq l-importazzjoni — Proceduri ta' remissjoni — Żball tal-awtoritajiet doganali li seta' jiġi individwat — Traskuraġni manifest tal-importatur)

6

2009/C 006/12

Kawża C-436/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Efrosnyi Alexiadou (Appell — Klawżola ta' arbitraġġ — Kuntratt li jikkonċerna proġett ta' żvilupp ta' teknoloġija għall-produzzjoni ta' ġilda impermeabbli — Rimbors ta' ammonti mħallsa bil-quddiem — Interessi)

7

2009/C 006/13

Kawża C-437/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Kuntratti pubbliċi — Ippjanar u twettiq ta' linja tat-tramm — Kuntratt pubbliku għal xogħlijiet — Għoti permezz ta' proċedura intiża għall-għoti ta' kuntratt ta' xogħlijiet pubbliċi — Ksur tad-Direttiva 93/37)

8

2009/C 006/14

Kawża C-18/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d'instance de Bordeaux — Franza) — Foselev Sud-Ouest SARL vs Administration des douanes et droits indirects (Taxxa fuq il-vetturi bil-mutur — Direttiva 1999/62/KE — Ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi — Artikolu 6(2)(b) — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova eżenzjoni — Nuqqas ta' effett dirett)

8

2009/C 006/15

Kawża C-94/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Il-kariga ta' kaptan u tal-ewwel uffiċjal — Klawżola ta' nazzjonalità)

9

2009/C 006/16

Kawża C-408/08 P: Appell ippreżentat fit-22 ta' Settembru 2008 minn Lancôme parfums et beauté & Cie SNC mis-sentenza mogħtija fil-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) fit-8 ta' Lulju 2008 fil-Kawża T-160/07, Lancôme vs UASI — CMS Hasche Sigle

9

2009/C 006/17

Kawża C-442/08: Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

10

2009/C 006/18

Kawża C-443/08: Rikors ippreżentat fis-7 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

11

2009/C 006/19

Kawża C-449/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (L-Olanda) fit-13 ta' Ottubru 2008 — G. Elbertsen vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

12

2009/C 006/20

Kawża C-451/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-16 ta' Ottubru 2008 — Helmut Müller GmbH vs Bundesanstalt für Immobilienaufgaben

12

2009/C 006/21

Kawża C-452/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco (Spanja) fis-16 ta' Ottubru 2008 — Emilia Flores Fanega vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS) u Bolumburu S.A.

13

2009/C 006/22

Kawża C-468/08: Rikors ippreżentat fit-30 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

14

2009/C 006/23

Kawża C-469/08: Rikors ippreżentat fit-30 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

14

2009/C 006/24

Kawża C-470/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Arnhem (L-Olanda) fit-3 ta' Novembru 2008 — K. van Dijk vs Gemeente Kampen

15

2009/C 006/25

Kawża C-490/08: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

15

2009/C 006/26

Kawża C-493/08: Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

16

2009/C 006/27

Kawża C-500/08: Rikors ippreżentat fid-19 ta' Novembru 2008 — Il-rKummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

16

2009/C 006/28

Kawża C-502/08: Rikors ippreżentat fl-20 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

17

2009/C 006/29

Kawża C-503/08: Rikors ippreżentat fl-20 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

17

2009/C 006/30

Kawża C-504/08: Rikors ippreżentat fl-20 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

17

2009/C 006/31

Kawża C-187/06: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belgju

18

2009/C 006/32

Kawża C-508/07: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizza (It-Tmien Awla) tat-8 ta' Ottubru 2008 — Cain Cellars, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

18

2009/C 006/33

Kawża C-11/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Malta

18

2009/C 006/34

Kawża C-68/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Estonja

18

2009/C 006/35

Kawża C-71/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka

18

2009/C 006/36

Kawża C-270/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Ungerija

18

 

Qorti tal-Prim'Istanza

2009/C 006/37

Kawża T-7/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Shaker vs UASI — Limiñana y Botella (Limoncello della Costiera Amalfitana shaker) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Limoncello della Costiera Amalfitana shaker — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LIMONCHELO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Appell — Rinviju mill-Qorti tal-Ġustizzja)

19

2009/C 006/38

Kawża T-224/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Novembru 2008 — L-Italja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Għajnuna għat-trasformazzjoni tat-tadam u għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa)

19

2009/C 006/39

Kawża T-128/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Novembru 2008 — SPM vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (Responsabbilità mhux kuntrattwali tal-Komunità — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Banana — Sistema ta' importazzjoni fit-territorju tal-Unjoni Ewropea ta' banana li toriġina mill-pajjiżi AKP — Aġir legali jew illegali — Dannu allegatament imġarrab minn produttur AKP indipendenti)

20

2009/C 006/40

Kawża T-185/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Novembru 2008 — L-Italja vs Il-Kummissjoni (Sistema lingwistika — Regoli dettaljati fir-rigward tar-reklutaġġ fis-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea — Rikors għal annullament ibbażat fuq l-Artikolu 230 KE — Rikors ippreżentat minn Stat Membru kontra, minn naħa, deċiżjoni tal-Kummissjoni li tippubblika l-avviżi ta' pożizzjonijiet vakanti għall-pożizzjonijiet ta' senior management bil-Ġermaniż, bil-Franċiż u bl-Ingliż u, min-naħa l-oħra, avviż ta' pożizzjoni vakanti ppubblikat mill-Kummissjoni f'dawn it-tliet lingwi sabiex timtela l-pożizzjoni ta' Direttur Ġenerali tal-OLAF — Ammissibbiltà — Terminu sabiex jiġi ppreżentat rikors — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Motivazzjoni — Artikoli 12 KE, 230 KE u 290 KE — Regolament Nru 1 — Artikoli 1d u 27 tar-Regolamenti tal-Persunal — Prinċipju ta' non-diskriminazzjoni)

20

2009/C 006/41

Kawża T-210/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Nalocebar vs UASI — Limiñana y Botella (Limoncello di Capri) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Limoncello di Capri — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LIMONCHELO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

21

2009/C 006/42

Kawża T-404/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (Fond ta' Koeżjoni — Ajruport internazzjonali ta' Ateni — Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja — Prinċipju ta' proporzjonalità)

21

2009/C 006/43

Kawża T-187/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Schräder vs UASI (SUMCOL 01) (Privattivi Komunitarji ta' varjetajiet ta' pjanti — Varjetà ta' pjanti SUMCOL 01 — Rifjut tal-applikazzjoni għal privattiva tal-Komunità — Nuqqas ta' karattru distintiv tal-varjetà li saret applikazzjoni għaliha)

21

2009/C 006/44

Kawża T-269/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Rautaruukki vs UASI (RAUTARUUKKI) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RAUTARUUKKI — Raġunijiet assoluti għal rifjut tar-reġistrazzjoni — Karattru diskrittiv — Nuqqas ta' karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (ċ), u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Provi mressqa)

22

2009/C 006/45

Kawża T-270/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Lego Juris vs UASI — Mega Brands (Brikk tal-Lego ħamra) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Brikk tal-Lego ħamra — Raġuni assoluta għal rifjut — Sinjal li jikkonsisti esklużivament minn forma ta' merkanzija li hija neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku — Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Offerti ta' provi)

22

2009/C 006/46

Kawża T-315/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Ercros vs UASI — Degussa (TAI CROS) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TAI CROS — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti CROS, SOCIEDAD ANÓNIMA CROS u ERCROS — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti CROS — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni — Nuqqas ta' xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

23

2009/C 006/47

Kawża T-316/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Premium SA (Klawżola ta' arbitraġġ — Kuntratti konklużi fil-kuntest tal-programm speċifiku ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni — Ħlas lura ta' parti mill-ammont imħallas bil-quddiem mill-Komunità — Interessi għal dewmien)

23

2009/C 006/48

Kawża T-406/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Sejħa għall-offerti dwar is-servizzi ta' assistenza favur sistema ta' reġistrazzjonijiet stabbilita permezz tad-Direttiva 2003/87/KE — Rifjut ta' offerta ta' offerent — Deċiżjoni ta' assenjazzjoni lil offerent ieħor — Żball manifest ta' evalwazzjoni — Obbligu ta' motivazzjoni — Talba għad-danni)

24

2009/C 006/49

Kawża T-6/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Galderma vs UASI– Lelas (Nanolat) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja Nanolat — Trade mark verbali nazzjonali preċedenti TANNOLACT — Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

24

2009/C 006/50

Kawża T-60/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Spanja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju — Settur tal-frott u l-ħaxix — Protezzjoni tal-ambjent — Proċedura amministrattiva)

25

2009/C 006/51

Kawża T-70/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Cantieri Navali Termoli vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Bini ta' bastiment — Għajnuna għall-operat marbuta ma' kuntratti li jirrigwardaw il-bastimenti — Talba għall-estensjoni tat-terminu ta' konsenja ta' bastiment previst fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1540/98 — Rabta kawżali bejn l-avveniment straordinarju u d-dewmien)

25

2009/C 006/52

Kawża T-87/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Scil proteins vs UASI — Indena (affilene) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja affilene — Trade mark verbali Komunitarja preċedenti AFFILIN — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Xebħ bejn il-prodotti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

26

2009/C 006/53

Kawża T-242/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Weiler vs UASI IQNet Association — The International Certification Network (Q2WEB) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità — Trade mark Komunitarja vebali Q2WEB — Trade marks Komunitarji verbali preċedenti QWEB u figurattiva preċedenti QWEB Certified site — raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

26

2009/C 006/54

Kawża T-281/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Ecoblue vs UASI — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria (Ecoblue) (Trade mark Komunitarja — Proċedura ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Ecoblue — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BLUE — Raġuni relattiv għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

27

2009/C 006/55

Kawża T-317/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni vs B2 Test (Klawżola ta' arbitraġġ — Kuntratt konkluż fil-kuntest ta' programm speċifiku ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku, inkluż ta' dimostrazzjoni fil-qasam tat-tekonoloġiji industrijali u tat-teknoloġiji materjali (1994-1998) — Nuqqas ta' osservanza tal-kuntratt — Rimbors tal-ammont ta' ħlas bil-quddiem magħmul mill-Kummissjoni)

27

2009/C 006/56

Kawża T-325/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Novembru 2008 — Caisse fédérale du Crédit mutuel Centre-Est Europe vs UASI (SURFCARD) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SURFCARD — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv parzjali — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

27

2009/C 006/57

Kawża T-346/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Novembru 2008 — Duro Sweden vs UASI (EASYCOVER) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EASYCOVER — Raġunijet assoluti għal rifjut — Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94)

28

2009/C 006/58

Kawża T-373/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — EOS vs UASI (PrimeCast) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PrimeCast — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Nuqqas ta' karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

28

2009/C 006/59

Kawża T-400/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza fit-12 ta' Novembru 2008 — GretagMacbeth vs UASI (Taħlita ta' 24 kwadri ta' kuluri) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja ta' bil-kulur — Taħlita ta' 24 kwadri ta' kuluri — Raġunjiet assoluti għal rifjut — Nuqqas ta' karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

29

2009/C 006/60

Kawża T-301/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Novembru 2008 — Lemaître Sécurité vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Dumping — Importazzjonijiet ta' żraben b'maskaretta ta' protezzjoni li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Indja — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq il-proċedura antidumping — Nuqqas ta' interess individwali — Inammissibbiltà manifesta)

29

2009/C 006/61

Kawża T-241/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Ottubru 2008 — Buzzi Unicem vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra — Pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta' kwoti ta' emissjonijiet tal-Italja għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012 — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet taħt ċerti kundizzjonijiet — Inammissibbiltà)

30

2009/C 006/62

Kawża T-403/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Novembru 2008 — Union nationale de l'apiculture française et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Direttiva 91/414/KEE — Prodotti għall-ħarsien tal-pjanti — Direttiva 2007/52/KE — Nuqqas ta' interess individwali — Inammissibbiltà)

30

2009/C 006/63

Kawża T-45/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Novembru 2008 — Transportes Evaristo Molina vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta' rikors — Punt ta' tluq — Pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali — L-allegat nuqqas ta' locus standi fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni — Inammissibbiltà)

31

2009/C 006/64

Kawża T-222/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Novembru 2008 — Sanatur vs UASI — Sektkellerei Schloss Wachenheim (life light) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

31

2009/C 006/65

Kawża T-422/08 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Novembru 2008 — Sacem vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-waqfien ta' prattika miftehma dwar il-ġestjoni kollettiva ta' drittijiet tal-awtur — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta' urġenza)

31

2009/C 006/66

Kawża T-405/08: Rikors ippreżentat fit-18 ta' Settembru 2008 — SPAR Österreichische Warenhandel vs Il-Kummissjoni

32

2009/C 006/67

Kawża T-424/08: Rikors ippreżentat fis-16 ta' Settembru 2008 — Nexus Europe (l-Irlanda) vs Il-Kummissjoni

32

2009/C 006/68

Kawża T-441/08: Rikors ippreżentat fis-26 ta' Settembru 2008 — ICO Servies Ltd vs Il-Parlament u Il-Kunsill

33

2009/C 006/69

Kawża T-450/08: Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ottubru 2008 — Coverpla vs UASI- Heinz-Glas (Trade marks jew Disinni)

34

2009/C 006/70

Kawża T-452/08: Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ottubru 2008 — DHL Aviation u DHL Hub Liepzig GmbH vs Il-Kummissjoni

34

2009/C 006/71

Kawża T-458/08: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Ottubru 2008 — Wilfer vs UASI [il-parti ta' fuq (headstock) ta' kitarra]

35

2009/C 006/72

Kawża T-466/08: Rikors ippreżentat fil-21 ta' Ottubru 2008 — Lancôme vs UASI — Focus Magazin Verlag (ACNO FOCUS)

36

2009/C 006/73

Kawża T-467/08: Rikors ippreżentat fis-17 ta' Ottubru 2008 — ISDIN vs UASI — Pfizer (ISDIN)

36

2009/C 006/74

Kawża T-468/08: Rikors ippreżentat fil-21 ta' Ottubru 2008 — AES-Tisza vs Il-Kummissjoni

37

2009/C 006/75

Kawża T-472/08: Rikors ippreżentat fit-22 ta' Ottubru 2008 — Companhia Muller de Bebidas vs UASI — Missiato Industria e Comercio (61 A NOSSA ALEGRIA)

38

2009/C 006/76

Kawża T-473/08: Rikors ippreżentat fit-28 ta' Ottubru 2008 — Apollo Group vs UASI (THINKING AHEAD)

38

2009/C 006/77

Kawża T-477/08: Rikors ippreżentat fit-3 ta' Novembru 2008 — Mundipharma vs UASI — ALK-Abelló (AVANZALENE)

39

2009/C 006/78

Kawża T-479/08: Rikors ippreżentat fl-10 ta' Novembru 2008 — adidas vs UASI– Patrick Holding (Rappreżentazzjoni ta' żarbuna b'żewġ strixxi)

39

2009/C 006/79

Kawża T-481/08: Rikors ippreżentat fil-5 ta' Novembru 2008 — Alisei vs Il-Kummissjoni

40

2009/C 006/80

Kawża T-486/08: Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 — Earle Beauty vs UASI (SUPERSKIN)

41

2009/C 006/81

Kawża T-489/08: Rikors ippreżentat fis-17 ta' Novembru 2008 — Power-One Italy vs Il-Kummissjoni

41

2009/C 006/82

Kawża T-490/08: Rikors ippreżentat fis-17 ta' Novembru 2008 — CM Capital Markets vs UASI — Carbon Capital Markets (CARBON CAPITAL MARKETS Emissions Compliance Solutions & Carbon Finance)

42

2009/C 006/83

Kawża T-383/03: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Novembru 2008 — Hynix Semiconductor vs Il-Kunsill

42

2009/C 006/84

Kawża T-384/05: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Novembru 2008 — Abruzzo vs Il-Kummissjoni

43

2009/C 006/85

Kawża T-241/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Novembru 2008 — Reitz et von Gadomski vs UASI (CMD-CLINIC)

43

2009/C 006/86

Kawża T-303/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Nölle vs UASI — Viña Carta Vieja (Puzzle)

43

2009/C 006/87

Kawża T-173/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Messe Düsseldorf vs UASI — Canon Communications (MEDTEC)

43

 

Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2009/C 006/88

Kawża F-41/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-4 ta' Novembru 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Assigurazzjoni kontra inċidenti u mard relatati max-xogħol — Invalidità — Irtirar minħabba invalidità — Motivazzjoni — Annullament)

44

2009/C 006/89

Kawża F-145/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-25 ta' Novembru 2008 — Bosman vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Ex membru tal-persunal bil-kuntratt — Pensjoni ta' rtirar — Allowance tad-dar — Artikolu 109(3) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg )

44

2009/C 006/90

Kawża F-133/06: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-4 ta' Novembru 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Talba għal radd lura ta' beni personali — Deċiżjoni li tiċħad it-talba f'lingwa li mhijiex il-lingwa materna tal-uffiċjal — Rikors tardiv — Inammissibbiltà manifesta)

45

2009/C 006/91

Kawża F-18/07: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-4 ta' Novembru 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Talba — Ċaħda espliċita nnotifikata sussegwentement għaċ-ċaħda impliċità — Att purament konfermattiv — Ilment tardiv — Inammissibbiltà manifesta)

45

2009/C 006/92

Kawża F-87/07: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-4 ta' Novembru 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Rikors għad-danni — Aġir allegatament illegali min-naħa tas-servizz mediku tal-Kummissjoni — Inammissibbiltà — Non-osservanza ta' terminu raġonevoli sabiex tiġi ppreżentata talba għal kumpens)

45

2009/C 006/93

Kawża F-91/08: Rikors ippreżentat fis-6 ta' Novembru 2008 — Pleijte vs Il-Kummissjoni

46

2009/C 006/94

Kawża F-94/08: Rikors ippreżentat fid-19 ta' Novembru 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

46

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Qorti tal-Ġustizzja

10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/1


(2009/C 6/01)

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU C 327, 20.12.2008

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 313, 6.12.2008

ĠU C 301, 22.11.2008

ĠU C 285, 8.11.2008

ĠU C 272, 25.10.2008

ĠU C 260, 11.10.2008

ĠU C 247, 27.9.2008

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

 

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-Ġustizzja

10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

(Kawża C-66/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 85/337/KEE - Stima tal-effetti ta' proġetti fuq l-ambjent - Awtorizzazzjonijiet mogħtija mingħajr stima)

(2009/C 6/02)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Simonetti, X. Lewis, aġenti, F. Louis, avukat, C. O'Daly, solicitor)

Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: D. O'Hagan, J. Connolly u G. Simons, aġenti)

Intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja, (rappreżentanti: E. Ośniecka-Tamecka, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2(1) u 4(2), (3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta' Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p.40), kif emendata bid-Direttiva 97/11/KE tat-3 ta' Marzu 1997 (ĠU L 73, p.5) — Awtorizzazzjonijiet mogħtija mingħajr stima

Dispożittiv

1)

Meta ma adottatx, skont l-Artikoli 2(1) u 4(2) sa (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta' Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 97/11/KE, tat-3 ta' Marzu 1997, id-dispożizzjonijiet neċessarjI kollha sabiex, qabel l-għoti ta' awtorizzazzjoni, il-proġetti li jista' jkollhom effetti konsiderevoli fuq l-ambjent u li jaqgħtu taħt il-kategoriji ta' proġetti msemmijin fil-punt 1(a) sa (ċ) u (f) tal-Anness II ta' din id-direttiva jiġu suġġetti għal proċedura ta' awtorizzazzjoni u għal evalwazzjoni tal-effetti tagħhom f'dan ir-rigward, b'mod konformi mal-Artikoli 5 sa 10 tal-imsemmija direttiva, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din l-istess direttiva.

2)

L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

3)

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 108, 6.5.2006.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-tielet Awla) tal-20 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Siegen — Il-Ġermanja) — Proċeduri kriminali kontra Frank Weber

(Kawża C-1/07) (1)

(Direttiva 91/439/KEE - Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan - Sospensjoni temporanja tal-liċenzja tas-sewqan - Irtirar tal-awtorizzazzjoni tas-sewqan - Validità ta' tieni liċenzja tas-sewqan miksuba fi Stat Membru ieħor matul il-perijodu ta' sospensjoni temporanja)

(2009/C 6/03)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Siegen

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Frank Weber

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Siegen — Interpretazzjoni tal-Artikolu 8(2) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE, tad-29 ta' Lulju 1991, dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU L 237, p. 1) — Nuqqas ta' rikonoxximent mill-Istat Membru ta' residenza, fit-territorju tiegħu, ta' liċenzja ta' sewqan miksuba fi Stat Membru ieħor matul perijodu ta' projbizzjoni mis-sewqan qabel l-irtirar amministrattiv tad-dritt ta' sewqan mill-Istat Membru ta' residenza.

Dispożittiv

L-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 8(2) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar il-liċenzji tas-sewqan, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Settembru 2003, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprojbixxux li Stat Membru jirrifjuta li jirrikonoxxi, fit-territorju tiegħu, id-dritt tas-sewqan li jirriżulta minn liċenzja tas-sewqan maħruġa fi Stat Membru ieħor favur persuna li hija suġġetta, fit-territorju tal-ewwel Stat Membru, għal miżura ta' rtirar tal-awtorizzazzjoni tas-sewqan, anki jekk dan l-irtirar ġie ordnat wara l-ħruġ tal-imsemmija liċenzja, peress li din tal-aħħar inkisbet matul il-perijodu ta' validità ta' miżura ta' sospensjoni tal-liċenzja maħruġa fl-ewwel Stat Membru u peress li kemm din kif ukoll l-imsemmija miżura ta' rtirar huma ġustifikati minn motivi eżistenti fid-data tal-ħruġ tat-tieni liċenzja tas-sewqan.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta' Novembru 2008 — Heuschen & Schrouff Oriental Foods Trading BV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-38/07 P) (1)

(Appell - Remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali - Eżistenza ta' sitwazzjoni partikolari - Nuqqas ta' ingann - Traskuraġni manifesta tal-importatur)

(2009/C 6/04)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Appellant: Heuschen & Schrouff Oriental Foods Trading BV [rappreżentant: H. de Bie, advocaat]

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: X. Lewis, aġent u F. Tuytschaever, advocaat]

Suġġett

Appell magħmul kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) tat-30 ta' Novembru 2006, Heuschen & Schrouff Oriëntal Foods vs Il-Kummissjoni (T-382/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REM 19/2002, tas-17 ta' Ġunju 2004, li tikkonstata li r-remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni mhijiex iġġustifikata f'każ partikolari.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Heuschen & Schrouff Oriëntal Foods Trading BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 14.04.2007.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-46/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 141 KE - Politika soċjali - Remunerazzjoni ugwali bejn ħaddiema rġiel u nisa - Kunċett ta' “remunerazzjoni’ - Skema ta' rtirar tal-uffiċjali)

(2009/C 6/05)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L.Pignataro-Nolin u M. van Beek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia, aġent, G. Fiengo u W. Ferrante, avukati)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 141 KE — Ksur tal-prinċipju ta' remunerazzjoni ugwali bejn ħaddiema rġiel u nisa — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, għall-uffiċjali pubbliċi, età ta' rtirar varjabbli skond is-sess.

Dispożittiv

1)

Billi adottat dispożizzjonijiet li bis-saħħa tagħhom l-uffiċjali għandhom id-dritt li jirċievu l-pensjoni tal-anzjanità f'età differenti skont jekk humiex irġiel jew nisa, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha previsti fl-Artikolu 141 KE.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 14.4.2007.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep — L-Olanda) — Jacqueline Förster vs Hoofddirectie van de Informatie Beheer Groep

(Kawża C-158/07) (1)

(Moviment liberu tal-persuni - Student ċittadin ta' Stat Membru li mar fi Stat Membru ieħor biex isegwi taħriġ - Għotjiet ta' manteniment lill-istudenti - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikolu 12 KE - Ċertezza legali)

(2009/C 6/06)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jacqueline Förster

Konvenut: Hoofddirectie van de Informatie Beheer Groep

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Centrale Raad van Beroep — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 12 KE u ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1251/70, tad-29 ta' Ġunju 1970, dwar id-dritt tal-ħaddiema li jibqgħu fit-territorju ta' Stat Membru wara li kienu impjegati f'dak l-Istat (ĠU L 142, p. 24) u ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/96/KEE, tad-29 ta' Ottubru 1993, dwar id-dritt ta' residenza għall-istudenti (ĠU L 31, p. 59) — Student residenti fi Stat membru li ġej minn Stat membru ieħor sabiex isegwi taħriġ u li fl-istess ħin iwettaq attività bi ħlas f'dan l-Istat membru iżda li sadanittant temm l-attivitajiet ta' xogħol tiegħu.

Dispożittiv

1)

Student li jinsab fis-sitwazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma jistax jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1251/70, tad-29 ta' Ġunju 1970, dwar id-dritt tal-ħaddiema li jibqgħu fit-territorju ta' Stat Membru wara li kienu impjegati f'dak l-Istat sabiex jikseb għoti ta' manteniment.

2)

Student ċittadin ta' Stat Membru li mar fi Stat Membru ieħor sabiex ilesti l-istudji tiegħu hemmhekk jista' jinvoka l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 KE sabiex jikseb għoti ta' manteniment meta huwa jkun irrisjeda għal ċertu perijodu fl-Istat Membru. L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 KE ma jipprekludix l-applikazzjoni ta' kundizzjoni ta' residenza minn qabel ta' ħames snin fir-rigward taċ-ċittadini ta' Stati Membri oħrajn.

3)

F'ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, id-dritt Komunitarju, b'mod partikolari l-prinċipju ta' ċertezza legali, ma jipprekludix l-applikazzjoni ta' kundizzjoni ta' residenza li tissuġġetta d-dritt tal-istudenti li ġejjin minn Stati Membri oħrajn għal għoti ta' manteniment għall-ikkompletar ta' perijodi ta' residenza li huma qabel l-introduzzjoni ta' din il-kundizzjoni.


(1)  ĠU C 117, 26.5.2007.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Supreme Court, l-Irlanda) — The Competition Authority vs Beef Industry Development Society Ltd, Barry Brothers (Carrigmore) Meats Ltd

(Kawża C-209/07) (1)

(Kompetizzjoni - Artikolu 81(1) KE - Kunċett ta' “ftehim li għandu l-għan li jirrestrinġi l-kompetizzjoni’ - Ftehim għat-tnaqqis tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni - Laħam taċ-ċanga u tal-vitella)

(2009/C 6/07)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Competition Authority

Konvenuta: Beef Industry Development Society Ltd, Barry Brothers (Carrigmore) Meats Ltd

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Supreme Court — Interpretazzjoni tal-Artikolu 81(1) KE — Miżuri li jillimitaw jew jikkontrollaw il-produzzjoni — Inklużjoni ta' ftehim li għandu l-effett ta' tnaqqis limitat ta' kapaċità strutturali.

Dispożittiv

Ftehim li għandu karatteristiċi bħal dawk tal-ftehim standard konkluż bejn l-għaxar impriżi ewlenin fost l-impriżi li jipproċessaw il-laħam taċ-ċanga u tal-vitella fl-Irlanda, li huma membri tal-Beef Industry Development Society Ltd, u li b'mod partikolari jipprovdi għal tnaqqis tal-kapaċitajiet tal-ipproċessar b'madwar 25 %, għandu l-għan li jostakola, jirrestrinġi jew jiddistorċi l-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 81(1) KE.


(1)  ĠU C 140, 23.6.2007.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-214/07) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Skema ta' għajnuna - Inkompatibbiltà mas-suq komuni - Implementazzjoni tad-deċiżjoni - Irkupru ta' għajnuna mqiegħda għad-dispożizzjoni - Impossibbiltà assoluta ta' implementazzjoni’)

(2009/C 6/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: C. Giolito, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, S. Ramet u J.-Ch. Gracia, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta' Diċembru 2003, dwar l-iskema ta' għajnuna implementata minn Franza għall-akkwiżizzjoni ta' impriżi f'diffikultà [Għajnuna mill-Istat C(2003) 4636, ĠU 2004, L 108, p. 38] — Nuqqas ta' miżuri meħuda bl-għan li tiġi rkuprata l-għajnuna illegalment mogħtija — Nuqqas ta' impossibbiltà assoluta ta' eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li tordna l-irkupru ta' din l-għajnuna

Dispożittiv

1)

Billi ma implementatx, fit-terminu previst, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/343/KE tas-16 ta' Diċembru 2003, dwar l-iskema ta' għajnuna implementata minn Franza għall-akkwiżizzjoni ta' impriżi f'diffikultà, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi li hija għandha skont l-Artikolu 5 ta' din id-deċiżjoni.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 170, 21.7.2007.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubbilka tal-Polonja

(Kawża C-227/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Netwerks u servizzi - Direttiva 2002/19/KE (Direttiva tal-Aċċess) - Artikolu 4(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) - Traspożizzjoni inkorretta)

(2009/C 6/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Shotter u K. Mojzesowicz, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubbilka tal-Polonja (rappreżentanti: E. Ośniecka-Tamecka, T. Nowakowski u M. Dowgielewicz, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni inkorretta tal-Artikolu 4(1) u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU L 108 p. 7) — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-telekomunikazzjonijiet li tobbliga, permezz ta' dispożizzjoni legali ġenerali, lill-operaturi ta' netwerks pubbliċi ta' telekomumikazzjoni jinnegozjaw in bona fide l-kuntratti ta' aċċess u li tipprovdi li l-awtorità regolatorja tista', jekk il-partijiet ma jaslux għal ftehim u fuq talba ta' waħda mill-partijiet, tadotta deċiżjoni li tissostitwixxi l-kuntratt tal-partijiet

Dispożittiv

1)

Billi ma ttrasponietx korrettament l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess), ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika tal-Polonja għandhom, kull wieħed u waħda minnhom, ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 199, 25.8.2007.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État — il-Belġju) — Coditel Brabant SPRL vs Commune d'Uccle, Région de Bruxelles-Capitale

(Kawża C-324/07) (1)

(Kuntratti pubbliċi - Proċeduri ta' għoti ta' kuntratti - Konċessjonijiet ta' servizzi pubbliċi - Konċessjoni dwar it-tmexxija ta' netwerk komunali ta' teledistribuzzjoni - Assenjazzjoni minn komun lil kooperattiva interkomunali - Obbligu ta' trasparenza - Kundizzjonijiet - Eżerċizzju, mill-awtorità konċedanti fuq l-entità konċessjonarja, ta' kontroll analogu għal dak li hija teżerċita fid-dipartimenti tagħha stess)

(2009/C 6/10)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Coditel Brabant SPRL

Konvenuti: Commune d'Uccle, Région de Bruxelles-Capitale

Fil-preżenza ta': Société Intercommunale pour la Diffusion de la Télévision (Brutélé)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d'Etat (il-Belġju) — Interpretazzjoni tal-prinċipji fundamentali tad-dritt Komunitarju primarju (Prinċipji ta' non-diskriminazzjoni u ta' trasparenza) kif ukoll tal-eċċezzjonijiet għal dawn il-prinċipji fil-qasam tal-konċessjonijiet ta' servizz pubbliku — Konċessjoni relatata mal-operat ta' netwerk lokali ta' teledistribuzzjoni — Ħtieġa ta' sejħa għal offerti b'riżerva għall-każ fejn l-awtorità konċedenti teżerċita, fuq l-entità konċessjonarja, kontroll analogu għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess u fejn l-entità konċessjonarja twettaq il-parti l-kbira tal-attività tagħha mal-awtorità li tirregolaha

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 43 KE u 49 KE, il-prinċipji ta' ugwaljanza u ta' non-diskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza kif ukoll l-obbligu ta' trasparenza li jirriżulta minnhom ma jipprekludux li awtorità pubblika tassenja, mingħajr sejħa għal offerti, konċessjoni ta' servizzi pubbliċi lil kooperattiva interkomunali li s-soċji kollha tagħha huma awtoritajiet pubbliċi, meta dawn l-awtoritajiet pubbliċi jeżerċitaw fuq din il-kooperattiva kontroll analogu għal dak li jeżerċitaw fid-dipartimenti tagħhom stess u li l-imsemmija kooperattiva twettaq il-parti l-kbira tal-attività tagħha ma' dawn l-awtoritajiet pubbliċi.

2)

Bla ħsara għall-verifika, mill-qorti tar-rinviju, tal-fatti f'dak li jikkonċerna l-marġni ta' awtonomija li tgawdi minnha l-kooperattiva inkwistjoni, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn id-deċiżjonijiet relatati mal-attivitajiet ta' kooperattiva interkomunali miżmuma esklużivament minn awtoritajiet pubbliċi huma meħuda minn entitajiet statutorji ta' din il-kooperattiva komposta minn rappreżentanti tal-awtoritajiet pubbliċi assoċjati, il-kontroll eżerċitat fuq dawn id-deċiżjonijiet mill-imsemmija awtoritajiet pubbliċi jista' jiġi kkunsidrat bħala li jippermetti lil dawn tal-aħħar li jeżerċitaw fuqha kontroll analogu għal dak li huma jeżerċitaw fid-dipartimenti tagħhom stess.

3)

Fil-każ fejn awtorità pubblika tassoċja ruħha ma' kooperattiva interkomunali li s-soċji kollha tagħha huma awtoritajiet pubbliċi, bil-għan li tittrasferixxi lilha t-tmexxija ta' servizz pubbliku, il-kontroll li dawn l-awtoritajiet assoċjati ma' din il-kooperattiva jeżerċitaw fuqha, jista', sabiex jitqies bħala analogu għall-kontroll li huma jeżerċitaw fid-dipartimenti tagħhom stess, jiġi eżerċitat konġuntament minn dawn l-awtoritajiet, billi jiddeċiedu, skont il-każ, b'maġġoranza.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Staatssecretaris van Financiën vs Heuschen & Schrouff Oriental Foods Trading BV

(Kawża C-375/07) (1)

(Talba għal deċiżjoni preliminari - Validità ta' regolament ta' klassifikazzjoni - Interpretazzjoni tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1196/97 - Artikoli 220 u 239 tal-Kodiċi Doganali - Artikoli 871 u 905 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Folji nexfin magħmulin minn dqiq tar-ross, melħ u ilma - Klassifikazzjoni tariffarja - Irkupru a posteriori ta' dazji fuq l-importazzjoni - Proceduri ta' remissjoni - Żball tal-awtoritajiet doganali li seta' jiġi individwat - Traskuraġni manifest tal-importatur)

(2009/C 6/11)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden (L-Olanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

Konvenuta: Heuschen & Schrouff Oriental Foods Trading BV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1196/97 tas-27 ta' Ġunju 1997, li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda (ĠU L 170, p. 13), tal-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p. 1) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1677/98 tad-29 ta' Lulju 1998 (ĠU L 212, p. 18) u tal-Artikolu 871(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 253, p. 1) — Folji nexfin magħmulin minn dqiq tar-ross, melħ u ilma — Klassifikazzjoni tariffarja fl-intestatura 1905 tan-NM — Irkupru a posteriori tad-dazji doganali — Żball tal-awtoritajiet doganali li “ma setgħetx raġonevolment tinduna bih il-persuna responsabbli għall-ħlas” — Riferiment obbligatorju lill-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

Il-folji magħmula minn dqiq tar-ross, melħ u ilma, li huma mnixxfin, iżda li ma jiġux sottoposti għal trattament termiku, jaqgħu taħt is-subintestatura 1905 90 20 tan-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana, fil-verżjoni li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1624/97, tat-13 ta' Awwissu 1997.

2)

L-eżami tad-domanda magħmula ma rrileva ebda element li huwa kapaċi jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1196/97 tas-27 ta' Ġunju 1997 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda.

3)

Meta Stat Membru jippreżenta lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej talba għal remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni fis-sens tal-Artikolu 239 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta' Diċembru 1996, u meta din tkun diġà adottat deċiżjoni li tkun tinkludi evalwazzjonijiet ta' dritt jew ta' fatt f'każ partikolari ta' operazzjonijiet ta' importazzjoni, dawn l-evalwazzjonijiet jivvinkolaw lill-awtoritajiet kollha tal-Istat Membru destinatajru ta' din id-deċiżjoni, skont l-Artikolu 249 KE, inklużi l-qrati tiegħu li jkunu ntalbu jevalwaw dan l-istess każ fid-dawl tal-Artikolu 220 tal-imsemmi Regolament.

Jekk l-importatur ikun ippreżenta, fit-terminu previst mill-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE, rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fuq it-talba għal remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni fis-sens tal-Artikolu 239 tal-imsemmi Regolament, hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddeċiedi jekk għandhiex jew tissospendi l-proċedimenti sakemm tingħata d-deċiżjoni definittiva fuq dan ir-rikors għal annullament, jew tagħmel hija stess talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej biex tiġi eżaminata l-validità.


(1)  ĠU C 82, 14.4.2007.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Efrosnyi Alexiadou

(Kawża C-436/07 P) (1)

(Appell - Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratt li jikkonċerna proġett ta' żvilupp ta' teknoloġija għall-produzzjoni ta' ġilda impermeabbli - Rimbors ta' ammonti mħallsa bil-quddiem - Interessi)

(2009/C 6/12)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentant: D. Triantafyllou, aġent]

Appellat: Efrosnyi Alexiadou [rappreżentanti: Ch. Matellas u E. Alexiadou, dikigoros]

Suġġett

Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tat-12 ta' Lulju 2007, Il-Kummissjoni vs Alexiadou (T-312/05) li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet rikors ibbażat fuq klawżola ta' arbitraġġ intiż sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata tħallas lura s-somma mħallsa bil-quddiem mill-Kummissjoni fil-kuntest ta' kuntratt li jikkonċerna proġett ta' żvilupp ta' teknoloġija maħsuba għall-produzzjoni ta' ġilda impermeabbli (kuntratt G1ST-CT-2002-50227)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Lulju 2007, Il-Kummissjoni vs Alexiadou (T-312/05), hija annullata.

2)

Il-kawża hija rrinvijata lill-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-437/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Kuntratti pubbliċi - Ippjanar u twettiq ta' linja tat-tramm - Kuntratt pubbliku għal xogħlijiet - Għoti permezz ta' proċedura intiża għall-għoti ta' kuntratt ta' xogħlijiet pubbliċi - Ksur tad-Direttiva 93/37)

(2009/C 6/13)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Zadra u D. Kukovec, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia u G. Fiengo, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 43 KE u 49 KE u tal-Artikoli 7 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta' Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi (ĠU L 199, p. 54) — Ksur tal-prinċipji ta' trasparenza u ta' non-diskriminazzjoni — Xogħlijiet pubbliċi mwettqin permezz ta' “finanzjament ta' proġett”

Dispożittiv

1)

Peress li l-komun ta' L'Aquila ta kuntratt pubbliku għal xogħlijiet dwar l-ippjanar u t-twettiq ta' linja tat-tramm fuq tajers għat-trasport pubbliku f'din il-belt permezz ta' proċedura li mhix dik prevista għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet bid-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta' Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 297, 8.12.2008.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d'instance de Bordeaux — Franza) — Foselev Sud-Ouest SARL vs Administration des douanes et droits indirects

(Kawża C-18/08) (1)

(Taxxa fuq il-vetturi bil-mutur - Direttiva 1999/62/KE - Ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi - Artikolu 6(2)(b) - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova eżenzjoni - Nuqqas ta' effett dirett)

(2009/C 6/14)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal d'instance de Bordeaux

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Foselev Sud-Ouest SARL

Konvenuta: Administration des douanes et droits indirects

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal d'instance de Bordeaux (Franza) — Interpretazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Ġunju 2005 dwar talba għal eżenzjoni mit-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur ippreżentata minn Franza skont l-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (ĠU L 158, p. 23) — Din id-deċiżjoni għandha effett dirett jew, peress li hija deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni, teħtieġ miżura nazzjonali ta' implementazzjoni?

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/449/KE tal-20 ta' Ġunju 2005 dwar talba għal eżenzjoni mit-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur ippreżentata minn Franza skont l-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi, ma tistax tiġi invokata minn individwu kontra r-Repubblika Franċiża, li hija d-destinatarja ta' din id-deċiżjoni, bil-għan li jikseb il-benefiċċju tal-eżenzjoni awtorizzata minn din tal-aħħar mid-data tan-notifika jew tal-pubblikazzjoni tagħha.


(1)  ĠU C 79, 29.3.2008.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-94/08) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Il-kariga ta' kaptan u tal-ewwel uffiċjal - Klawżola ta' nazzjonalità)

(2009/C 6/15)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u L. Lozano Palacios, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: B. Plaza Cruz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Arikolu 39 KE — Ħtieġa tan-nazzjonalità Spanjola biex tiġi eżerċitata l-kariga ta' kaptan u tal-ewwel uffiċjal fuq ċerti bastimenti li jtajru l-bandiera Spanjola — Inkompatibbiltà mad-dritt Komunitarju.

Dispożittiv

1)

Billi fil-leġiżlazzjoni tiegħu żamm fis-seħħ ir-rekwiżit tan-nazzjonalità Spanjola sabiex jiġu eżerċitati l-karigi ta' kaptan u tal-ewwel uffiċjal fuq il-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera Spanjola minbarra l-bastimenti merkantili ta' tunnellaġġ gross ta' inqas minn 100 tunellata, li jittrasportaw merkanzija jew inqas minn 100 passiġġier, li joperaw esklużivament bejn portijiet jew punti li jinsabu f'żoni li fihom ir-Renju ta' Spanja jeżerċita s-sovranità tiegħu, drittijiet sovrani jew il-ġurisdizzjoni tiegħu, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dritt Komunitarju, b'mod partikolari taħt l-Artikolu 39 KE.

2)

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 107, 26.4.2008.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/9


Appell ippreżentat fit-22 ta' Settembru 2008 minn Lancôme parfums et beauté & Cie SNC mis-sentenza mogħtija fil-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) fit-8 ta' Lulju 2008 fil-Kawża T-160/07, Lancôme vs UASI — CMS Hasche Sigle

(Kawża C-408/08 P)

(2009/C 6/16)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Lancôme parfums et beauté & Cie SNC (rappreżentanti: A. von Mühlendahl, Rechtsanwalt)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), CMS Hasche Sigle

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Lulju 2008 fil-Kawża T-160/07;

tiċħad, bħala infondat, ir-rikors kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI tal-21 ta' Diċembru 2005 fil-Każ 892 C rigward ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2965804 COLOR EDITION, minħabba nuqqas ta' locus standi tal-applikant, jew, sussidjarjament, minħabba nuqqas ta' raġunijiet assoluti għal rifjut;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż sostnuti fil-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lil CMS Hasche Sigle għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka żewġ aggravji insostenn tal-appell tagħha.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, li huwa maqsum f'żewġ partijiet, hija ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball fl-evalwazzjoni tagħha tal-Artikolu 55(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (1).

L-iżball jikkonsisti fil-konfermazzjoni tal-kapaċità rikonoxxuta lill-uffiċċju tal-avukati CMS Hasche Sigle fil-proċedura mibdija quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), u mbagħad quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza. Din il-parti, fil-fatt, ma wrietx l-interess ekonomiku effettiv jew potenzjal tagħha li, waħdu, seta' jiġġustifika l-fatt li uffiċċju tal-avukati, li jaġixxi f'ismu, ikollu l-locus standi sabiex jitlob l-annullament tar-reġistrazzjoni ta' trade mark ta' prodotti kożmetiċi. Id-dritt Komunitarju ma jagħrafx ir-rikorsi ppreżentati fin-nuqqas ta' interess personali jew ekonomiku propju (actio popularis).

Skond l-appellanti, jekk jiġi ammess li avukat jista' jippreżenta, f'ismu, talba għal tħassir ta' trade mark, dan ikun, f'kull każ, inkompatibbli mal-profil professjonali tal-avukat, inkwantu kollaboratur fil-ġustizzja.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti tikkontesta l-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza li permezz tagħha t-trade mark COLOR EDITION hija meqjusa bħala deskrittiva u taqa', għaldaqstant, taħt l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94. Din l-interpretazzjoni hija f'kontradizzjoni mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja rigward l-elementi li jikkostitwixxu l-kunċett ta' trade mark deskrittiva. Il-fatt li jistgħu jiġu dedotti, minn trade mark, il-prodotti koperti u l-karatteristiċi tagħhom mhuwiex, fil-fatt, kriterju suffiċjenti. Għandu jiġi eżaminat jekk il-kliem magħżul, meqjus kemm b'mod iżolat kif ukoll b'mod konġunt, huwiex magħruf u normali fil-lingwaġġ kurrenti tal-pubbliku kkonċernat.


(1)  ĠU 1994, L 11, p. 1.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/10


Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-442/08)

(2009/C 6/17)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Caeiros u B. Kotschy, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Ġermanja

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 6, 9, 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta' Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema ta' riżorsi tal-Komunitajiet innifishom [sistema ta' riżorsi proprji tal-Komunitajiet] (1) jew tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta' Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet [sistema ta' riżorsi proprji tal-Komunitajiet] (2), billi

ħalliet li jiġu preskritti krediti doganali, minkejja li kienet irċeviet avviż għal għajnuna reċiproka, u billi ħalset b'mod tardiv is-somma ta' riżorsi proprji korrispondenti,

irrifjutat li tħallas l-interessi għal dewmien dovuti;

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Mill-1994, vetturi bil-mutur ġew importati mill-Ungerija fil-Ġermanja fil-kuntest ta' trattament tariffarju preferenzjali stabbilit bil-Ftehim Ewropew bejn il-Komunità Ewropea u l-Ungerija. Permezz ta' avviż għal għajnuna reċiproka tas-26 ta' Ġunju 1998, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (iktar 'il quddiem “l-OLAF”) informa lill-Istati Membri li, wara li wettqu l-ispezzjonijiet a posteriori tagħhom, l-awtoritajiet Ungeriżi kienu invalidaw id-dikjarazzjonijiet ta' oriġini ta' 58 006 vettura (fosthom 19 123 fir-rigward tal-Ġermanja). B'ittra, li l-verżjoni bl-Ingliż tagħha ntbagħtet lill-awtoritajiet Ġermaniżi fit-13 ta' Lulju 1998, u t-traduzzjoni bil-Ġermaniż fit-18 ta' Awwissu 1998, l-OLAF bagħat id-dokumenti u l-informazzjoni relatati ma' dan l-avviż għal għajnuna reċiproka, fosthom, b'mod partikolari, l-ittra tas-26 ta' Mejju 1998 li permezz tagħha l-awtoritajiet Ungeriżi kienu informaw lill-OLAF bir-riżultati tal-ispezzjonijiet a posteriori u indikawlu li l-manifattur Ungeriż kien ressaq rikors kontra d-deċiżjonijiet tagħhom quddiem qorti Ungeriża. Permezz ta' avviż ġdid għal għajnuna reċiproka tas-27 ta' Ottubru 1999, l-OLAF informa lill-Istati Membri bir-riżultati ta' dawn il-proċeduri legali. L-eżami mill-ġdid tad-dikjarazzjonijiet ta' oriġini, li kien meħtieġ minħabba d-deċiżjoni tal-qorti Ungeriża, wassal biex tinżamm l-invalidità tad-dikjarazzjonijiet ta' oriġini ta' 30 771 vettura.

Mir-riżultati ta' missjoni ta' spezzjoni tar-riżorsi proprji, imwettqa mill-Kummissjoni fil-Ġermanja, u mill-informazzjoni tal-awtoritajiet Ġermanizi, irriżulta li dawn tal-aħħar kienu ħallew li jiġu preskritti dazji doganali li jammontaw għal EUR 408 735,53 fir-rigward tal-importazzjoni ta' vetturi li għalihom kienet inżammet l-invalidità tad-dikjarazzjonijiet ta' oriġini, u dan anki wara l-eżami mill-ġdid insegwitu għad-deċiżjoni tal-qorti Ungeriża. Huwa minnu li, fuq talba tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Ġermaniżi ħallsu, fil-31 ta' Ottubru 2005, l-ammont ta' riżorsi proprji dovuti skont dawn il-krediti doganali li kienu ġew preskritti, jiġifieri wara l-iskadenza tat-terminu previst mir-Regolament Nru 1552/89 (jew mir-Regolament Nru 1150/00); madankollu, huma rrifjutaw li jħallsu l-interessi għal dewmien dovuti insegwitu għal dan il-ħlas tardiv tar-riżorsi proprji.

Il-Kummissjoni tibbaża dan ir-rikors fuq żewġ ilmenti prinċipali: minn naħa, il-ħlas tardiv tar-riżorsi proprji, u, min-naħa l-oħra, ir-rifjut li jitħallsu l-interessi għal dewmien relatati. Fil-fatt, skont il-Kummissjoni, sa mhux iktar tard mit-18 ta' Awwissu 1998 (data tal-komunikazzjoni tal-aħħar verżjoni lingwistika tad-dokumenti u tal-informazzjoni relatata mal-avviż għal għajnuna reċiproka tas-26 ta' Lulju 1998), l-Istati Membri kollha kienu f'pożizzjoni li jidentifikaw id-debituri tad-dazji doganali, kif ukoll l-ammonti dovuti, u għalhekk kien imisshom, sa mhux iktar tard minn dak il-mument, ħadu l-miżuri neċessarji sabiex jirkupraw a posteriori l-ammonti tad-dazji inkwistjoni, kif ukoll sabiex jikkonstataw ir-riżorsi proprji korrispondenti u jħallsuhom. Fid-dawl ta' terminu raġonevoli ta' tliet xhur sabiex jiġu implementati dawn il-miżuri, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-Istati Membri inattivi kellhom jassumu responsabbiltà għall-ammonti tad-dazji doganali li kienu preskritti wara t-18 ta' Novembru 1998.

Fir-rigward tal-ewwel ilment tal-Kummissjoni, jiġifieri, il-ħlas tardiv tar-riżorsi proprji, mid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 1552/1989 (jew tar-Regolament Nru 1150/2000), kif ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jirriżulta li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jikkonstataw ir-riżorsi proprji, u dan irrispettivament minn jekk l-ammont tad-dazji doganali ddaħħalx fil-kontijiet jew le, u irrispettivament minn jekk dan l-ammont setax jiġi rkuprat a posteriori mingħand id-debitur jew le. Fil-prinċipju, il-ħolqien ta' dejn doganali joħloq ukoll id-dritt tal-Komunitajiet għall-ħlas tar-riżorsi proprji tradizzjonali korrispondenti, anki meta l-ammont tad-dazji ma jkunx iddaħħal fil-kontijiet jew ma jkunx inġabar a posteriori mingħand id-debitur. Il-mument li fih ikun hemm lok li jiġu kkonstatati r-riżorsi proprji jiddependi mill-mument li fih l-awtoritajiet doganali nazzjonali jkunu f'pożizzjoni li jikkalkulaw l-ammont tar-riżorsi proprji li jirriżultaw minn dejn doganali u li jiddeterminaw id-debitur tad-dazji.

Meta l-merkanzija tkun ġiet importata b'dikjarazzjonijiet ta' oriġini invalidati insegwitu għal spezzjoni a posteriori, l-attitudni li għandhom jadottaw is-servizzi doganali tal-Istati Membri ma għandhiex tiddependi mil-liġijiet ta' Stat terz. Billi l-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Ungerija lanqas ma fih dispożizzjonijiet f'dan is-sens, għandu jiġi mfittex f'sorsi oħra tad-dritt Komunitarju dak li l-Istati Membri għandhom jagħmlu insegwitu għall-komunikazzjoni tar-riżultati ta' stħarriġ a posteriori li jqiegħed fid-dubju l-oriġini tal-merkanzija. Għalhekk, l-Artikolu 78(3) tar-Regolament Nru 2913/92 jipprovdi li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jieħdu, b'osservanza tad-dispożizzjonijiet eventwalment stabbiliti, il-miżuri neċessarji sabiex jistabbilixxu mill-ġdid is-sitwazzjoni fid-dawl tal-elementi l-ġodda li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom. Dan ir-regolament jobbliga wkoll lill-Istati Membri jipproċedu malajr kemm huwa possibbli għall-irkupru wara li jinħoloq id-dejn doganali u dan kemm fl-ewwel fażi ta' din il-proċedura, li tikkonsisti fid-dħul fil-kontijiet tal-ammont tad-dazji, u kif ukoll fil-fażi tal-irkupru tiegħu mingħand id-debitur.

Barra minn dan, skont ir-Regolament Nru 2913/92, l-introduzzjoni ta' rikors kontra deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru ma tissospendix l-eżekuzzjoni tagħha ħlief f'każijiet eċċezzjonali. Eventwali sospensjoni tal-eżekuzzjoni hija b'mod ġenerali suġġetta għad-depożitu ta' garanzija. Konsegwentement, skont il-Kummissjoni, meta l-ħolqien tad-dejn doganali jirriżulta mill-invalidazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' oriġini, insegwitu għal spezzjoni a posteriori, l-eżistenza ta' rikors ma tistax tostakola l-irkupru (a posteriori) tal-ammonti tad-dazji. Billi l-merkanzija diġà ġiet importata fil-Komunità u billi l-proċeduri legali jistgħu jdumu snin, tali sospensjoni tal-eżekuzzjoni tista' tikkawża diffikultajiet konsiderevoli fl-irkupru tad-dejn doganali fil-każ li r-rikors jiġi miċħud.

Fl-aħħar nett, fir-rigward tat-tieni ilment tal-Kummissjoni, jiġifieri r-rifjut li jitħallsu l-interessi għal dewmien, mill-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1552/1989 jew tar-Regolament Nru 1150/2000, kif ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jirriżulta li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jħallsu l-interessi għal dewmien, anki fil-każ ta' ommissjoni tal-konstatazzjoni tar-riżorsi proprji. F'dan il-każ, l-ammont tar-riżorsi proprji kkontestat kellu jitħallas sa mhux iktar tard minn xahrejn wara t-18 ta' Novembru 1998, fl-ewwel jum tax-xogħol wara d-19 tax-xahar inkwistjoni (jiġifieri l-20 ta' Jannar 1999). Madankollu, peress li kien biss fil-31 ta' Ottubru 2005 li l-awtoritajiet Ġermaniżi għamlu dan il-ħlas, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja wettqet l-obbligu tagħha tard u għalhekk għandha tħallas l-interessi għal dewmien.


(1)  ĠU L 155, p. 1.

(2)  ĠU L 130, p. 1.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/11


Rikors ippreżentat fis-7 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-443/08)

(2009/C 6/18)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tikkonstata li, billi m'adottatx ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji għat-traspożizzjoni b'mod korrett tal-Artikolu 2(3), l-Artikolu 2(4) u l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE, tal-11 ta' Marzu 1999, dwar il-limitazzjoni ta' taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta' solventi organiku f'ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet (1), fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċetti ta' “stallazzjoni żgħira” u ta' “tibdil sostanzjali” u l-obbligi applikabbli għall-istallazzjonijiet eżistenti, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti ssostni li l-kunċetti ta' “stallazzjoni żgħira” u ta' “tibdil sostanzjali”, kif huma ddefiniti fl-Artikoli 2(3) u 2(4) tad-Direttiva 1999/13/KE, huma indispensabbli sabiex tiġi assigurata applikazzjoni armonizzata u effikaċi ta' din id-direttiva sa fejn huma jippreċiżaw l-obbligi applikabbli għal ċerti kategoriji ta' stallazzjonijiet industrijali previsti mid-Direttiva. It-traspożizzjoni tad-Direttiva fid-dritt Franċiż tinvolvi, f'dan ir-rigward, diversi nuqqasijiet peress li l-konvenuta ma tat l-ebda definizzjoni ta' “stallazzjoni żgħira”, filwaqt li d-definizzjoni tagħha tal-kunċett “tibdil sostanzjali” ma teħux inkunsiderazzjoni l-limiti ta' żieda tal-emissjonijiet ta' taħlit volatili organiku li, jekk jinqabżu, tibdil ta' stallazzjoni jitqies bħala sostanzjali.

Ir-rikorrenti tilmenta wkoll fuq in-nuqqas ta' preċiżjoni u ta' ċarezza fir-rigward tat-traspożizzjoni tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva f'dak li għandu x'jaqsam mal-obbligi applikabbli għat-tibdil sostanzjali magħmul fuq stallazzjonijiet eżistenti. Peress li r-regoli dwar l-istallazzjonijiet il-ġodda huma iktar stretti minn dawk applikabbli għall-istallazzjonijiet il-qodma, għandha fil-fatt tiġi stabbilita liġi iktar stretta wkoll fil-każ fejn isir tidbil kbir fi stallazzjoni eżistenti sabiex jiġi assigurat l-effett utli tad-Direttiva, bil-għan li jiġi ggarantit livell għoli ta' ħarsien tal-ambjent.


(1)  ĠU L 85, p. 1.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (L-Olanda) fit-13 ta' Ottubru 2008 — G. Elbertsen vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

(Kawża C-449/08)

(2009/C 6/19)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: G. Elbertsen

Konvenut: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 42(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta' Settembru 2003 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tagħti marġni ta' diskrezzjoni lil Stat Membru sabiex ikun jista' jistabbilixxi l-ammont ta' referenza għal EUR 0, u ma jagħti ebda dritt għal ħlas mir-riżerva nazzjonali lil bidwi li jinsab f'sitwazzjoni partikolari bħal dik deskritta fl-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004, tal-21 ta' April 2004 (2)?

2)

Jekk ir-risposta li tingħata għall-ewwel domanda tkun affermattiva, id-dritt Komunitarju jipprekludi l-applikazzjoni ta' dispożizzjoni bħall-Artikolu 17(1)(b) tar-Regeling GLB-inkomenssteun 2006 li permezz tiegħu ammont ta' EUR 500 huwa mnaqqas miż-żieda tal-ammont tal-pagamenti supplementari li jirriżultaw minn investiment fil-kapaċità ta' produzzjoni jew xiri ta' artijiet, qabel ma jiġi stabbilit l-ammont ta' referenza li abbażi tiegħu jingħataw drittijiet għall-pagament maħruġa mir-riżerva nazzjonali?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta' Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU 2003 L 270, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004, tal-21 ta' April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa (ĠU 2004 L 141, p. 1).


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-16 ta' Ottubru 2008 — Helmut Müller GmbH vs Bundesanstalt für Immobilienaufgaben

(Kawża C-451/08)

(2009/C 6/20)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Helmut Müller GmbH

Konvenuta: Bundesanstalt für Immobilienaufgaben

Domandi preliminari

1.

Il-kunċett ta' kuntratt pubbliku għal xogħlijiet fl-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 (1) fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li x-xogħlijiet għandhom materjalment jew fiżikament jitwettqu f'isem l-awtorità aġġudikatriċi u fl-interess ekonomiku dirett ta' din?

2.

Sa fejn il-kunċett ta' kuntratt pubbliku għal xogħlijiet fis-sens tal-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2004/18/KE ma jippermettix li jitħalla barra l-element ta' “ksib”: jista' jiġi ammess ksib skont it-tieni ipoteżi msemmija f'din id-dispożizzjoni meta x-xogħlijiet għandhom jissodsfaw għan pubbliku stabbilit mill-awtorità aġġudikatriċi (pereżempju, li jikkontribwixxi għall-iżvilupp urban ta' parti mill-komun) u li l-kuntratt jagħti lill-awtorità aġġudikatriċi l-kompetenza li tassigura li l-għan pubbliku jinkiseb u li x-xogħol neċessarju għal dan il-għan jitwettaq?

3.

Il-kunċett ta' kuntratt pubbliku għal xogħlijiet jitlob, fl-ewwel jew fit-tieni ipoteżi msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2004/187/KE, li l-imprenditur ikun direttament jew indirettament obbligat li jipprovdi dawn ix-xogħlijiet? It-twettiq ta' dan l-obbligu jista' jkun inforzat legalment?

4.

Il-kunċett ta' kuntratt pubbliku għal xogħlijiet jippresupponi, b'applikazzjoni tat-tielet ipoteżi msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2004/187/KE, li l-imprenditur għandu jwettaq xogħlijiet jew li dawn ix-xogħlijiet jifformaw l-għan ta' dan il-kuntratt?

5.

Kuntratti li, permezz tal-kundizzjonijiet meħtieġa li huma speċifikati mill-awtorità aġġudikatriċi, huma intiżi sabiex jassiguraw li x-xogħlijiet li għandhom jitwettqu għal għan pubbliku definit jiġu ggarantiti u li permezz tagħhom l-awtorità aġġudikatriċi (skont il-ftehim kuntrattwali) tingħata fl-istess waqt (fl-interess indirett tagħha) il-kompetenza li tassigura li x-xogħlijiet jistgħu jitwettqu b'sodisfazzjon tal-għan pubbliku definit jaqgħu taħt il-kunċett ta' kuntratt pubbliku għal xogħlijiet fis-sens tat-tielet ipoteżi msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2004/187/KE?

6.

Il-kunċett ta' “kondizzjonijiet meħtieġa li huma speċifikati mill-awtorità kuntrattwali” fis-sens tal-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2004/18/KE huwa sodisfatt meta x-xogħlijiet jitwettqu skont il-pjanijiet verifikati u approvati mill-awtorità aġġudikatriċi?

7.

L-għoti ta' kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet jeskludi l-applikazzjoni tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2004/18/KE meta l-konċessjonarju huwa jew isir proprjetarju tal-art li fuqha għandu jsir ix-xogħol jew meta l-għoti jsir għal perijodu indefinit?

8.

Id-Direttiva 2004/18/KE tapplika (bl-obbligu għall-awtorità aġġudikatriċi li tagħti bidu għal proċeduri għall-għoti ta' kuntratti) meta x-xiri ta' art minn terzi u l-għoti ta' kuntratt pubbliku għal xogħlijiet ma jseħħux fl-istess ħin, u meta, fil-mument li fih tiġi konkluża t-tranżazzjoni dwar l-art, il-kuntratt pubbliku għal xogħlijiet ma jkunx għadu ngħata iżda meta, f'dan il-mument, l-awtorità aġġudikatriċi kellha l-intenzjoni tagħti tali kuntratt?

9.

Tranżazzjonijiet distinti iżda relatati maċ-ċessjoni ta' art u l-għoti ta' kuntratt pubbliku għal xogħlijiet għandhom jiġu kkunsidrati bħala ħaġa waħda, meta dan l-għoti kien previst fil-mument tal-konklużjoni tal-bejgħ tal-art u meta l-persuni kkonċernati stabbilew intenzjonalment rabta stretta bejn il-kuntratti differenti, ta' natura materjali u, fejn huwa xieraq, kronoloġika (ara s-sentenza tal-10 ta' Novembru 2005, Stadt Mödling, C-29/04)?


(1)  ĠU L 134, p. 114.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco (Spanja) fis-16 ta' Ottubru 2008 — Emilia Flores Fanega vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS) u Bolumburu S.A.

(Kawża C-452/08)

(2009/C 6/21)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Emilia Flores Fanega.

Konvenuti: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS) u Bolumburu S.A.

Domandi preliminari

1)

Il-Klawżola 2(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-osservanza tad-drittijiet li jkunu qegħdin jinkisbu tkopri wkoll il-pensjoni tal-ħajja minħabba inkapaċità permanenti u totali milli wieħed jeżerċita l-professjoni abitwali, inkapaċità li tkun seħħet matul perijodu ta' leave parentali ta' sena, taħt il-forma ta' tnaqqis mill-ħin tax-xogħol u tas-salarju, minħabba marda okkupazzjonali li ħaddiem ikun intlaqat minnha matul it-twettiq tax-xogħol mogħti lill-impriża li tat il-leave u meta l-marda timmanifesta ruħha matul il-perijodu tal-leave tiegħu, fid-dawl tal-fatt li l-kopertura tal-benefiċċju min-naħa tas-sigurtà soċjali sseħħ permezz ta' surroga tal-impriża, skont ir-relazzjoni ta' assigurazzjoni obbligatorja tar-riskji professjonali ta' disgrazzji fuq ix-xogħol u ta' mard okkupazzjonali?

2)

Fil-każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda, il-paragrafu ċċitat iktar 'il fuq għandu jiġi interpretat fis-sens li l-garanzija li huwa jipprovdi tipprekludi regola nazzjonali li, sabiex tistabbilixxi l-ammont tal-pensjoni ta' inkapaċità permanenti minħabba mard okkupazzjonali, tieħu inkunsiderazzjoni s-salarju li l-ħaddiem ikkonċernat jirċievi u l-kontribuzzjonijiet effettivament imħallsa għal din ir-raġuni matul it-tnax-il-xahar qabel il-fatt li jagħtih dritt għall-benefiċċju, li matulhom dan il-ħaddiem kien ibbenefika mil-leave imsemmi iktar 'il fuq u kellu perijodu ta' xogħol, remunerazzjoni u bażijiet ta' kontribuzzjoni mnaqqsa, mingħajr ma jipprovdi ebda fattur korrettur li jippermetti li jiġi ggarantit it-twettiq tal-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni Komunitarja?

3)

F'kull każ, u indipendentement mir-risposti għad-domandi preċedenti, il-Klawżol 2(8) u 4(2) tad-direttiva msemmija iktar 'il fuq għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-obbligi u l-previżjonijiet li huma jistabbilixxu huma inkompatibbli ma' regola ta' kalkolu bħal dik deskritta?

4)

Indipendentement mir-risposti għad-domandi preċedenti, id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 4(1) u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KE tad-19 ta' Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-trattament ugwali fil-kalkolu tal-benefiċċji jipprekludi formula ta' kalkolu bħal dik indikata, fid-dawl tal-fatt li, skont l-istatistika, il-maġġoranza kbira tal-ħaddiema li jużaw is-sistema ta' leave parentali msemmija huma nisa?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE tat-3 ta' Ġunju 1996 dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta' ETUC (ĠU L 145, p. 4)


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/14


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-468/08)

(2009/C 6/22)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u V. Peere, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tikkonstata li billi naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (1) u, fi kwalunkwe każ, billi naqset milli tinnotifikahom lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/36/KE skada fl-20 ta' Ottubru 2007. Issa, fid-data tal-preżentata ta' dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji għat-traspożizzjoni tad-direttiva jew, fi kwalunkwe każ, hija ma kinitx innotifikathom lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 255, p. 22.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/14


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-469/08)

(2009/C 6/23)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u V. Peere, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (1) u, f'kull każ, billi ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż..

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva 2005/36/KE skada fl-20 ta' Ottubru 2007. Issa, fid-data tal-preżentata ta' dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma ħax il-miżuri kollha neċessarji għat-traspożizzjoni ta' din id-direttiva jew, f'kull każ, huwa kien għadu ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 255, p. 22.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Arnhem (L-Olanda) fit-3 ta' Novembru 2008 — K. van Dijk vs Gemeente Kampen

(Kawża C-470/08)

(2009/C 6/24)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof te Arnhem

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: K. van Dijk

Konvenut: Gemeente Kampen

Domandi preliminari

1)

Fin-nuqqas ta' leġiżlazzjoni nazzjonali f'dan il-qasam, il-kerrej huwa obbligat, skont ir-Regolamenti Nru 1782/2003 (1) u Nru 795/2004 (2) jew skont il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, b'mod partikolari l-prinċipju li jipprojbixxi l-arrikkiment indebitu, li meta jiskadi l-kuntratt ta' kiri jittrasferixxi l-fond mikri lil sid il-kera, inklużi d-drittijiet għall-ħlas akkumulati fuqu jew konnessi miegħu?

2)

Fil-każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda: fin-nuqqas ta' leġiżlazzjoni nazzjonali f'dan il-qasam, sid il-kera huwa obbligat, skont ir-Regolamenti Nru 1782/2003 u Nru 795/2004 jew skont il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, b'mod partikolari l-prinċipju li jipprojbixxi l-arrikkiment indebitu, li jikkumpensa lill-kerrej għad-drittijiet għall-ħlas ittrasferiti lil sid il-kera u, f'tali każ, il-kerrej għandu jikkumpensah għall-valur totali ta' dawn id-drittijiet jew għal parti biss minn dan il-valur u, f'dan l-aħħar każ, f'liema proporzjon?

3)

Fil-każ ta' risposta negattiva għall-ewwel domanda: fin-nuqqas ta' leġiżlazzjoni nazzjonali f'dan il-qasam, il-kerrej huwa obbligat, skont ir-Regolamenti Nru 1782/2003 u Nru 795/2004 jew skont il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, b'mod partikolari l-prinċipju li jipprojbixxi l-arrikkiment indebitu, li jikkumpensa lil sid il-kera għad-drittijiet għall-ħlas miżmuma mill-kerrej u, f'tali każ, il-kerrej għandu jikkumpensah għall-valur totali ta' dawn id-drittijiet jew għal parti biss minn dan il-valur u, f'dan l-aħħar każ, f'liema proporzjon?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU L 270, p 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 tal-21 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa (ĠU L 141, p. 1).


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/15


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-490/08)

(2009/C 6/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: N. Yerrell, aġent)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE (1) jew, f'kull każ, billi ma kkomunikax l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi li għandu skont din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/68/KE skada fl-10 ta' Novembru 2007. Barra dan, fid-data ta' preżentazzjoni ta' dan ir-rikors, il-konvenut ma kienx għadu adotta l-miżuri ta' traspożizzjoni neċessarji jew, f'kull każ, il-konvenut kien għadu ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 323, p. 1.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/16


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-493/08)

(2009/C 6/26)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: I. Dimitriou u P. Dejmek)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2005/56/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta' kumpanniji ta' responsabbiltà limitata, jew, f'kull każ, li ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta' traspożizzjoni ta' din id-direttiva fis-sistema legali skada fil-15 ta' Diċembru 2007.


(1)  ĠU L 310, 25.11.2005, p. 1.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/16


Rikors ippreżentat fid-19 ta' Novembru 2008 — Il-rKummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-500/08)

(2009/C 6/27)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Erlbacher u E. Vesco, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (1) tal- 20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE, jew anki billi ma kkomunikatx tali liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva stess.

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/94/KE skada fl-1 ta' Lulju 2007.


(1)  ĠU L 10, p. 16.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/17


Rikors ippreżentat fl-20 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-502/08)

(2009/C 6/28)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u E. Adsera Ribera, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/60/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, jew f'kull każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 45 ta' din id-direttiva.

tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta' traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/60/KE fis-sistema legali interna skada fil-15 ta' Diċembru 2007.


(1)  ĠU L 309, p. 15.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/17


Rikors ippreżentat fl-20 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-503/08)

(2009/C 6/29)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u E. Adsera Ribera, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja

Talbiet

tiddijara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/56/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar mergers transkonfinali ta' kumpanniji ta' responsabbiltà limitata, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 19 ta' din id-direttiva.

tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta' traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/56/KE fis-sistema legali interna skada fil-15 ta' Diċembru 2007.


(1)  ĠU L 310, p. 1.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/17


Rikors ippreżentat fl-20 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-504/08)

(2009/C 6/30)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u E. Adsera Ribera, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (1) tal-1 ta' Awwissu 2006, dwar miżuri ta' implementazzjoni tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda d-definizzjoni tal-“persuni politikament esposti” u l-kundizzjonijiet teknici tal-applikazzjoni ta' obbligi ssemplifikati ta' viġilanza fir-rigward tal-klijentela kif ukoll tal-eżenzjoni minħabba attività finanzjarja eżerċitata okkażjonalment jew fuq livell limitat ħafna, jew, f'kull każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5 ta' din id-direttiva.

tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta' traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/70/KE fis-sistema legali interna skada fil-15 ta' Diċembru 2007.


(1)  ĠU L 214, p. 29.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/18


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belgju

(Kawża C-187/06) (1)

(2009/C 6/31)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 154, 1.7.2006.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/18


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizza (It-Tmien Awla) tat-8 ta' Ottubru 2008 — Cain Cellars, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-508/07) (1)

(2009/C 6/32)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 22, 26.1.2008.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/18


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Malta

(Kawża C-11/08) (1)

(2009/C 6/33)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 51 23.2.2008.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/18


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-68/08) (1)

(2009/C 6/34)

Lingwa tal-kawża: L-Estonjan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 92, 12.4.2008.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/18


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-71/08) (1)

(2009/C 6/35)

Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 92, 12.4.2008.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/18


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Ungerija

(Kawża C-270/08) (1)

(2009/C 6/36)

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 209, 15.8.2008.


Qorti tal-Prim'Istanza

10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/19


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Shaker vs UASI — Limiñana y Botella (Limoncello della Costiera Amalfitana shaker)

(Kawża T-7/04) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Limoncello della Costiera Amalfitana shaker - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LIMONCHELO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Appell - Rinviju mill-Qorti tal-Ġustizzja’)

(2009/C 6/37)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Shaker di L. Laudato & C. Sas (Vietri sul Mare, l-Italja) (rappreżentant: F. Sciaudone, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u P. Bullock, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Limiñana y Botella, SL (Monforte del Cid, Spanja)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta' Ottubru 2003 (Każ R 933/2002 2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Limiñana y Botella, SL u Shaker di L. Laudato & C. Sas

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Shaker di L. Laudato & C. Sas hija kkundannata għall-ispejjeż kollha quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u l-Qorti tal Ġustizzja.


(1)  ĠU C 59, 6.3.2004.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/19


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Novembru 2008 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-224/04) (1)

(“FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Għajnuna għat-trasformazzjoni tat-tadam u għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa’)

(2009/C 6/38)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Italja (rappreżentant: M. Fiorilli, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Visaggio u C. Cattabriga, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/536/KE, tat-22 ta' Lulju, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri fuq il-bażi tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija” (ĠU L 184, p. 42), sa fejn din teskludi ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika tal-Italja taħt is-snin finanzjarji 1999 sa 2002.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Italja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 304, 13.12.2003 (li kienet Kawża C-430/03).


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/20


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Novembru 2008 — SPM vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-128/05) (1)

(“Responsabbilità mhux kuntrattwali tal-Komunità - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Banana - Sistema ta' importazzjoni fit-territorju tal-Unjoni Ewropea ta' banana li toriġina mill-pajjiżi AKP - Aġir legali jew illegali - Dannu allegatament imġarrab minn produttur AKP indipendenti’)

(2009/C 6/39)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société des plantations de Mbanga SA (SPM) (Douala, il-Kamerun), (rappreżentanti: inizjalment P. Soler Couteaux u S. Cahn, sussegwentement S. Cahn, B. Doré u A. Farache, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. De Gregorio Merino, M. Balta u A. Westerhof Löfflerova, aġenti); u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Erwopej (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u L. Visaggio, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni, skont l-Artikoli 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE, ibbażat, prinċipalment, fuq l-aġir illegali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-istabbiliment tal-leġiżlazzjoni dwar l-importazzjoni tal-banana fil-Komunità u, sussidjarjament, fuq ir-responsabbiltà tal-Komunità fin-nuqqas ta' aġir illegali ta' dawn iż-żewġ istituzzjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Société des plantations de Mbanga SA (SPM) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 9.7.2005.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/20


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Novembru 2008 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-185/05) (1)

(“Sistema lingwistika - Regoli dettaljati fir-rigward tar-reklutaġġ fis-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea - Rikors għal annullament ibbażat fuq l-Artikolu 230 KE - Rikors ippreżentat minn Stat Membru kontra, minn naħa, deċiżjoni tal-Kummissjoni li tippubblika l-avviżi ta' pożizzjonijiet vakanti għall-pożizzjonijiet ta' senior management bil-Ġermaniż, bil-Franċiż u bl-Ingliż u, min-naħa l-oħra, avviż ta' pożizzjoni vakanti ppubblikat mill-Kummissjoni f'dawn it-tliet lingwi sabiex timtela l-pożizzjoni ta' Direttur Ġenerali tal-OLAF - Ammissibbiltà - Terminu sabiex jiġi ppreżentat rikors - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Motivazzjoni - Artikoli 12 KE, 230 KE u 290 KE - Regolament Nru 1 - Artikoli 1d u 27 tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta' non-diskriminazzjoni’)

(2009/C 6/40)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Italja (rappreżentanti: I. Braguglia u M. Fiorilli, avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Cimaglia u P. Aalto, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, abogado del Estado); u Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: inizjalment E. Balode-Buraka, u sussegwentement L. Ostrovska, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni matul l-1678 laqgħa tagħha, tal-10 ta' Novembru 2004, li l-pubblikazzjonijiet esterni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta' avviżi ta' pożizzjonijiet vakanti għall-pożizzjonijiet ta' senior management se jsiru bil-Ġermaniż, bl-Ingliż u bil-Franċiż matul perijodu li, bħala prinċipju, kellu jispiċċa fl-1 ta' Jannar 2007 u, min-naħa l-oħra, tal-avviż ta' pożizzjoni vakanti COM/2005/335 għall-pożizzjoni ta' Direttur Ġenerali (Grad A*15/A*16) tal-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF), ippubblikat mill-Kummissjoni fid-9 ta' Frar 2005 (ĠU C 34 A, p. 3).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni matul l-1687 laqgħa tagħha, tal-10 ta' Novembru 2004, li l-pubblikazzjoni esterni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-avviżi ta' pożizzjoni vakanti għall-pożizzjonijiet ta' senior management għandhom isiru bil-Ġermaniż, bl-Ingliż u bil-Franċiż, għal perijodu li kellu jintemm fl-1 ta' Jannar 2007, hija annullata.

2)

L-avviż ta' pożizzjoni vakanti COM/2005/335 għall-pożizzjoni ta' Direttur Ġenerali (Grad A*15/A*16) tal-Uffiċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF), ippubblikat mill-Kummissjoni fid-9 ta' Frar 2005 (ĠU C 34 A, p. 3), huwa annullat.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 155, 25.6.2005.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/21


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Nalocebar vs UASI — Limiñana y Botella (Limoncello di Capri)

(Kawża T-210/05) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Limoncello di Capri - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LIMONCHELO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 6/41)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Nalocebar — Consultores e Serviços, Lda (São Pedro, il-Portugall) (rappreżentanti: G. Pasquarella u R. Pasquarella, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment M. Capostagno, u sussegwentement O. Montalto, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Limiñana y Botella, SL (Monforte del Cid, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta' Marzu 2005 (Każ R 646/2004-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Limiñana y Botella, SL u Nalocebar — Consultores e Serviços, Lda.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

NalocebarConsultores e Serviços, Lda hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 182, 23.7.2005.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/21


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-404/05) (1)

(Fond ta' Koeżjoni - Ajruport internazzjonali ta' Ateni - Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja - Prinċipju ta' proporzjonalità)

(2009/C 6/42)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: M. Tassopoulou, aġent, assistit minn N. Korogiannakis u N. Keramidas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Weimar, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 3243 finali tal-1 ta' Settembru 2005, li tnaqqas l-għajnuna mogħtija mill-Fond ta' Koeżjoni għall-proġett Nru 95/09/65/040 (ajruport internazzjonali ta' Ateni ġdid fi Spata) bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(96) 1356 finali tal-24 ta' Mejju 1996.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 22, 28.1.2006.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/21


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Schräder vs UASI (SUMCOL 01)

(Kawża T-187/06) (1)

(“Privattivi Komunitarji ta' varjetajiet ta' pjanti - Varjetà ta' pjanti SUMCOL 01 - Rifjut tal-applikazzjoni għal privattiva tal-Komunità - Nuqqas ta' karattru distintiv tal-varjetà li saret applikazzjoni għaliha’)

(2009/C 6/43)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ralf Schräder (Lüdinghausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment T. Leidereiter, W.-A. Schmidt u I. Memmler, wara T. Leidereiter u W.-A. Schmidt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) (rappreżentanti: B. Kiewiet u M. Ekvad, agenti, assistiti minn G. Schohe, avukat)

Suġġett

Rikors għall-annullament imressaq kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-CPVO tat-2 ta' Mejju 2006 (Każ A 003/2004) dwar applikazzjoni għal privattivi Komunitarji ta' varjetajiet ta' pjanti għall-varjetà ta' pjanti SUMCOL 01.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ralf Schräder huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 212, 2.9.2006.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/22


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Rautaruukki vs UASI (RAUTARUUKKI)

(Kawża T-269/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RAUTARUUKKI - Raġunijiet assoluti għal rifjut tar-reġistrazzjoni - Karattru diskrittiv - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ), u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Provi mressqa’)

(2009/C 6/44)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rautaruukki Oyj (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: P. Hagman, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Laitinen, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta' Lulju 2006 (Każ R 48/2006-4), dwar ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali RAUTARUUKKI bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rautaruukki Oyj hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 281, 18.11.2006.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/22


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Lego Juris vs UASI — Mega Brands (Brikk tal-Lego ħamra)

(Kawża T-270/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Brikk tal-Lego ħamra - Raġuni assoluta għal rifjut - Sinjal li jikkonsisti esklużivament minn forma ta' merkanzija li hija neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku - Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Offerti ta' provi’)

(2009/C 6/45)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lego Juris (Billund, id-Danimarka) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck u T. Dolde, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Mega Brands, Inc. (Montreal, il-Kanada) (rappreżentanti: P. Cappuyns u C. De Meyer, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord Superjuri tal-Appell tal-UASI tal-10 ta' Lulju 2006 (Każ R 856/2004-G), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Mega Brand, Inc. u Lego Juris A/S.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lego Juris A/S hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 294, 2.12.2006.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Ercros vs UASI — Degussa (TAI CROS)

(Kawża T-315/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TAI CROS - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti CROS, SOCIEDAD ANÓNIMA CROS u ERCROS - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti CROS - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 6/46)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ercros, SA (Barċellona, Spanja) (rappreżentant: R. Thierie, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Degussa GmbH, li qabel kienet Degussa AG (Dusseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Schäffler, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta' Settembru 2006 (Każ R 29/2006-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Ercros, SA u Degussa GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ercros, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Premium SA

(Kawża T-316/06) (1)

(“Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratti konklużi fil-kuntest tal-programm speċifiku ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni - Ħlas lura ta' parti mill-ammont imħallas bil-quddiem mill-Komunità - Interessi għal dewmien’)

(2009/C 6/47)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Montaguti, aġent, assistit minn J.-L Fagnart u F. Longfils, avukati)

Konvenuta: Premium SA (Roeulx, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Bertouille u D. Joos de ter Beerst, avukati)

Suġġett

Appell skont l-Artikolu 238 KE bil-għan li tinkiseb il-kundanna tal-konvenuta sabiex tħallas lura parti mill-ammont imħallas bil-quddiem mill-Komunità, kif ukoll l-interessi għal dewmien, minħabba li ma ġewx rispettati ċerti obbligi kuntrattwali.

Dispożittiv

1)

Premium SA hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta' EUR 57 605,74 bħala ammont prinċipali, flimkien mal-interessi għad-dewmien:

bir-rata ta' 3.36 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998;

bir-rata ta' 3.47 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 1999;

bir-rata ta' 2.74 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2000;

bir-rata ta' 4.26 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2001 sal-31 ta' Diċembru 2002;

bir-rata ta' 3.29 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2003;

bir-rata ta' 2.27 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2004;

bir-rata ta' 2.05% fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2005;

bir-rata ta' 2.11 % fis-sena għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2006 u d-data ta' din is-sentenza;

bir-rata applikabbli skont il-liġi Franċiża għall-perijodu bejn id-data ta' din is-sentenza u dik tal-ħlas sħiħ tas-somma prinċipali.

2)

Premium hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta' EUR 30 988,74 bħala ammont prinċipali, flimkien mal-interessi għad-dewmien:

bir-rata ta' 3.95 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998;

bir-rata ta' 2.85 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 1999;

bir-rata ta' 3.6 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Diċembru 2001;

bir-rata ta' 2.95 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2002;

bir-rata ta' 2.15 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2004;

bir-rata ta' 2.4 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2005;

bir-rata ta' 2.5 % fis-sena għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2006 u d-data ta' din is-sentenza;

bir-rata applikabbli skont il-liġi Daniża għall-perijodu bejn id-data ta' din is-sentenza u dik tal-ħlas sħiħ tas-somma prinċipali.

3)

Premium hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/24


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-406/06) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Sejħa għall-offerti dwar is-servizzi ta' assistenza favur sistema ta' reġistrazzjonijiet stabbilita permezz tad-Direttiva 2003/87/KE - Rifjut ta' offerta ta' offerent - Deċiżjoni ta' assenjazzjoni lil offerent ieħor - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Obbligu ta' motivazzjoni - Talba għad-danni’)

(2009/C 6/48)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u N. Keramidas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Wilderspin u E. Manhaeve, aġenti)

Suġġett

Min-naħa waħda, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta' Ottubru 2006, li tiċħad l-offerta ippreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest ta' sejħa għal offerti dwar is-servizzi ta' assistenza favur sistema ta' reġistrazzjonijiet, stabbilita skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003 tat-13 ta' Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32), ir-reġistru tat-tranżazzjonijiet Komunitarji indipendenti (CITL), il-manutenzjoni teknika u l-għajnuna lill-utenti (ĠU 2006, S 102), kif ukoll talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tassenja l-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/24


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Galderma vs UASI– Lelas (Nanolat)

(Kawża T-6/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja Nanolat - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti TANNOLACT - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 6/49)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Galderma SA (Cham, l-Iżvizzera) (rappreżentant: N. Hebeis, avocat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Tihomir Lelas (Żagreb, il-Kroazja) (rappreżentant: H.-J. Omsels, avocat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta' Ottubru 2006 (Każ R 146/2006-4) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Galderma SA u Tihomir Lelas.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ġalderma SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 56, 10.3.2007.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/25


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-60/07) (1)

(“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju - Settur tal-frott u l-ħaxix - Protezzjoni tal-ambjent - Proċedura amministrattiva’)

(2009/C 6/50)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: F. Jimeno Fernández, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/932/KE, tal-14 ta' Diċembru 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu infiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 355, p.96), sa fejn din teskludi ċertu infiq magħmul mir-Renju ta' Spanja fis-settur tal-frott u ħaxix.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/25


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Cantieri Navali Termoli vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-70/07) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Bini ta' bastiment - Għajnuna għall-operat marbuta ma' kuntratti li jirrigwardaw il-bastimenti - Talba għall-estensjoni tat-terminu ta' konsenja ta' bastiment previst fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1540/98 - Rabta kawżali bejn l-avveniment straordinarju u d-dewmien)

(2009/C 6/51)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Cantieri Navali Termoli SpA (Termoli, l-Italja) (rappreżentant: B. Mammarella, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Conte u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/948/KE, tal-4 ta' Lulju 2006, dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Italja bi ħsiebha timplimenta favur Cantieri Navali Termoli SpA (ĠU L 383, p. 53).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Cantieri Navali Termoli SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/26


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Scil proteins vs UASI — Indena (affilene)

(Kawża T-87/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja affilene - Trade mark verbali Komunitarja preċedenti AFFILIN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebħ bejn il-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 6/52)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Scil proteins GmbH (Halle, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. Dalichau u I.-M. Helbig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Indena SpA (Milan, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta' Jannar 2007 (Każ R 10/2006-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Scil proteins GmbH u Indena SpA.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-23 ta' Jannar 2007 (Każ R 10/2006-2) hija annullata sa fejn tiċħad l-oppożizzjoni għall-prodotti li ġejjin: “estratti ta' pjanti mediċinali għall-użu fl-industrija tal-kożmetika u tal-ikel, u mhux għall-finijiet dijanjostiċi”.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 117, 26.5.2007.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/26


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Weiler vs UASI IQNet Association — The International Certification Network (Q2WEB)

(Kawża T-242/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja vebali Q2WEB - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti QWEB u figurattiva preċedenti QWEB Certified site - raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 6/53)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Dieter Weiler (Pulheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Dolde, V. von Bomhard u A. Renck, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: IQNet Association — The International Certification Network (Berna, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: A. Masetti Zannini de Concina, M. Bucarelli u P. Bodenham, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta' Marzu 2007 (każ R 893/2005-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn CISQ Federazione Certificazione Italiana Sistemi di Qualità Aziendali li mbagħad saret IQNet Association — The International Certification Network u D. Weiler.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dieter Weiler huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/27


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Ecoblue vs UASI — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria (Ecoblue)

(Kawża T-281/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Ecoblue - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BLUE - Raġuni relattiv għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 6/54)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ecoblue AG (Munich-Bogenhausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Osterrieth u T. Schmitz, avukati)

Konvenut: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA (Madrid, Spanja)

Suġġett

Appell mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta' April 2007 (Każ R 844/2006-1) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA u ecoblue AG.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

ecoblue AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 235, 6.10.2007.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/27


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni vs B2 Test

(Kawża T-317/07) (1)

(“Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratt konkluż fil-kuntest ta' programm speċifiku ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku, inkluż ta' dimostrazzjoni fil-qasam tat-tekonoloġiji industrijali u tat-teknoloġiji materjali (1994-1998) - Nuqqas ta' osservanza tal-kuntratt - Rimbors tal-ammont ta' ħlas bil-quddiem magħmul mill-Kummissjoni’)

(2009/C 6/55)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Escobar Guerrero, aġent, assistita minn E. Boutier u J. Marthan, avukati)

Konvenuta: B2 Test SA (Gardanne, Franza) (rappreżentant: M. Baffert, avukat)

Suġġett

Talba skont l-Artikolu 238 KE, għar-rimbors tal-ammont ta' ħlas bil-quddiem magħmul mill-Komunità Europea, flimkien mal-imgħaxijiet għal dewmien, fil-kuntest tal-kuntratt BRST-CT-98-5452, kif ukoll il-ħlas tad-danni.

Dispożittiv

1)

Il-B2 Test SA hija kkundannata għar-rimbors lill-Kummissjoni tas-somma prinċipali ta' EUR 43 437,94, miżjuda bl-imgħaxijiet għal dewmien bir-rata legali annwali applikabbli fi Franza, mill-31 ta' Lulju 2002 sad-data sal-ħlas sħiħ tad-dejn.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-kumplament.

3)

B2 Test hija kkundannata għal-ispejjeż.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/27


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Novembru 2008 — Caisse fédérale du Crédit mutuel Centre-Est Europe vs UASI (SURFCARD)

(Kawża T-325/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SURFCARD - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv parzjali - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 6/56)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Caisse fédérale du Crédit mutuel Centre-Est Europe (CFCMCEE) (Strasburgu, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe, J. Schouman u L. Paudrat, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta' Ġunju 2007 (Każ R 1130/2006-1) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SURFCARD bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta' Ġunju 2007 (Każ R 1130/2006-1) hija annullata safejn tirrifjuta r-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tas-sinjal verbali SURFCARD għal “ġarrieri ta' data manjetiċi, ġarrieri ta' data ottikali” li jaqgħu fil-klassi 9 kif ukoll ta' “servizzi ta' karti ta' kreditu, servizzi ta' karti ta' debitu” li jaqgħu fil-klassi 36 skont il-Ftehim ta' Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta' Prodotti u Servizzi għall-finijiet tar-Reġistrazzjoni ta' Trade marks, tal-15 ta' Ġunju 1957, kif irrivedut u emendat.

2)

Ir-rikors huwa miċħud fil-bqija.

3)

Il-Caisse fédérale du Crédit mutuel Centre-Est Europe (CFCMCEE) u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/28


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Novembru 2008 — Duro Sweden vs UASI (EASYCOVER)

(Kawża T-346/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EASYCOVER - Raġunijet assoluti għal rifjut - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94’)

(2009/C 6/57)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Duro Sweden (Gävle, l-Iżveżja) (rappreżentant: R. Bird, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u D. Botis, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tat-3 ta' Lulju 2007 (Każ R 1065/2005-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali EASYCOVER bħala trade mark Komunitarja

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinn) (UASI) tat-3 ta' Lulju 2007 (Każ R 1065/2005-4) hija annullata f'dak li jikkonċerna l-prodotti fil-kategorija “monumenti mhux metalliċi”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Duro Sweden AB għandha tbati l-ispejjeż tagħha u tliet kwarti mill-ispejjeż tal-UASI. Dan tal-aħħar għandu jbati kwart mill-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/28


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — EOS vs UASI (PrimeCast)

(Kawża T-373/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PrimeCast - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 6/58)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: EOS GmbH Electro Optical Systems (Krailling, Il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Mentjes, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Schäffner u G. Schneider, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta' Lulju 2007 (każ R 333/2005-4) rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali PrimeCast bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

EOS GmbH Electro Optical Systems hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/29


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza fit-12 ta' Novembru 2008 — GretagMacbeth vs UASI (Taħlita ta' 24 kwadri ta' kuluri)

(Kawża T-400/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja ta' bil-kulur - Taħlita ta' 24 kwadri ta' kuluri - Raġunjiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta' karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 6/59)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GretagMacbeth LLC (New Windsor, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Weiser, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, agent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' Awwissu 2007 (każ R 30/2007-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' sinjal bil-kulur, kompost minn 24 kwadri ta' kuluri, bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

GretagMacbeth LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 315, 22.12.2007.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/29


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Novembru 2008 — Lemaître Sécurité vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-301/06) (1)

(“Rikors għal annullament - Dumping - Importazzjonijiet ta' żraben b'maskaretta ta' protezzjoni li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Indja - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq il-proċedura antidumping - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà manifesta’)

(2009/C 6/60)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Lemaître Sécurité SAS (La Walck, Franza) (rappreżentant: D. Bollecker, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. van Vliet u C. Giolito, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Associazione nazionale calzaturifici italiani (Milan, l-Italja) (rappreżentant: D. Bollecker, avukat)

Suġġett

L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2006/582/KE, tat-28 ta' Awwissu 2006, li tagħlaq il-proċedura antidumping dwar l-importazzjonijiet ta' żraben b'maskaretta ta' protezzjoni li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Indja (ĠU 2006, L 234, p. 33)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Lemaître Sécurité SAS għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.

3)

L-Associazione nazionale calzaturifici italiani għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/30


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Ottubru 2008 — Buzzi Unicem vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-241/07) (1)

(“Rikors għal annullament - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra - Pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta' kwoti ta' emissjonijiet tal-Italja għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet taħt ċerti kundizzjonijiet - Inammissibbiltà’)

(2009/C 6/61)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Buzzi Unicem SpA (Casale Monferrato, l-Italja) (rappreżentanti: C. Vivani, M. Vellano u G. Osch, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Mejju 2007 li tirrigwarda l-pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra nnotifikat mir-Repubblika Taljana għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32), inkwantu l-Kummissjoni tissuġġetta d-deċiżjoni tagħha li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fir-rigward tal-imsemmi pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet għall-kundizzjoni li titneħħa l-awtorizzazzjoni, għall-operaturi ta' impjanti, li jikkonservaw parti mill-kwoti allokati fil-każ ta' “waqfien minħabba proċess ta' razzjonalizzazzjoni tal-produzzjoni”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Buzzi Unicem SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/30


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Novembru 2008 — Union nationale de l'apiculture française et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-403/07) (1)

(“Rikors għal annullament - Direttiva 91/414/KEE - Prodotti għall-ħarsien tal-pjanti - Direttiva 2007/52/KE - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà’)

(2009/C 6/62)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Union nationale de l'apiculture française (Pariġi, Franza); Deutscher Berufs- und Erwerbsimkerbund eV (Utting am Ammersee, il-Ġermanja); Unione nazionale associazioni apicoltori italiani (Unaapi) (Castel Sanpietro Terme, l-Italja); u Asociación Galega de Apicultura (AGA) (Santiago de Compostela, Spanja) (rappreżentant: B. Fau, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Nolin u B. Doherty, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE tas-16 ta' Awwissu 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-ethoprophos, il-pirimiphos-methyl u l-fipronil bħala sustanzi attivi (ĠU L 214, p. 3).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent.

3)

Union nationale de l'apiculture française, Deutscher Berufs- und Erwerbsimkerbund eV, Unione nazionale associazioni apicoltori italiani u Asociación Galega de Apicultura għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 8, 12.1.2008.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/31


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Novembru 2008 — Transportes Evaristo Molina vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-45/08) (1)

(“Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta' rikors - Punt ta' tluq - Pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali - L-allegat nuqqas ta' locus standi fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni - Inammissibbiltà’)

(2009/C 6/63)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Transportes Evaristo Molina, SA (El Ejido, Spanja) (rappreżentanti: A. Hernández Pardo, L. Ruiz Ezquerra u C. Flores Hernández, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: É. Gippini, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/446/KE, tat-12 ta' April 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/B-1/38.348 — Repsol CPP) (sommarju ppubblikat fil-ĠU L 176, p. 104), li tirrendi vinkolanti l-impenji assunti minn Repsol CPP, adottata skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta' Diċembru 2002, fuq l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE] (ĠU 2003, L 1, p. 1)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent magħmula minn Repsol Comercial de Productos Petrolíferos, SA.

3)

Transportes Evaristo Molina, SA, għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 92, 12.4.2008.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/31


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Novembru 2008 — Sanatur vs UASI — Sektkellerei Schloss Wachenheim (life light)

(Kawża T-222/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni’)

(2009/C 6/64)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sanatur GmbH (Singen, Il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wiume, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sektkellerei Schloss Wachenheim AG (Trier, Il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta' Marzu 2008 (Każ R 1257/2006-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Sektkellerei Schloss Wachenheim AG u Sanatur GmbH.

Dispożittiv

1)

M'għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti u l-UASI huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 233, 30.8.2008.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/31


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Novembru 2008 — Sacem vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-422/08 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-waqfien ta' prattika miftehma dwar il-ġestjoni kollettiva ta' drittijiet tal-awtur - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza’)

(2009/C 6/65)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société des auteurs, compositeurs et éditeurs de musique (Sacem) (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentant: H. Calvet, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u É. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta' Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ KOMP/C2/38.698 — CISAC).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/32


Rikors ippreżentat fit-18 ta' Settembru 2008 — SPAR Österreichische Warenhandel vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-405/08)

(2009/C 6/66)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: SPAR Österreichische Warenhandels-AG (rappreżentanti: A.-H. Bischke, S. Brack u D. Bräunlich, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-23 ta' Ġunju 2008,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ġunju 2008 fil-Każ COMP/M.5047 — REWE/ADEG, li permezz tagħha l-Kummissjoni awtorizzat l-akkwist esklużiv ta' ADEG Österreichisch Handelsaktiengesellschaft minn Billa AG, kumpannija li hija parti mill-grupp Ġermaniż REWE. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma kellhiex tawtorizza l-operazzjoni ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (1), peress li l-impenji proposti ma kinux suffiċjenti sabiex ineħħu d-dubji li jeżistu, fil-fehma tagħha, mil-lat tal-kompetizzjoni.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq żewġ motivi.

Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti tallega ksur tal-Artikolu 6(1)(ċ) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet peress li l-Kummissjoni żbaljatament ma bdietx il-proċeduri ta' eżaminazzjoni prinċipali (Fażi II), u minflok, awtorizzat l-operazzjoni ta' konċentrazzjoni bejn REWE u ADEG taħt ċerti kundizzjonijiet fil-Fażi I. Il-Kummissjoni ma eżaminatx suffiċjentement l-effetti fuq il-kompetizzjoni tal-operazzjoni ta' konċentrazzjoni u għaldaqstant, interpretat b'mod żbaljat l-oġġezzjonijiet konsiderevoli fir-rigward tal-kompetizzjoni kontra l-operazzjoni ta' konċentrazzjoni. B'mod partikolari, il-ksur huwa bbażat fuq l-iżbalji manifesti fl-evalwazzjoni li ġejjin.

Il-Kummissjoni interpretat b'mod żbaljat l-effetti fuq il-kompetizzjoni tal-operazzjoni fis-suq tal-konsum fl-Awstrija kollha, peress li hija assumiet, b'mod żbaljat, li kien għad fadal bosta kompetituri u peress li stmat bħala inqas milli fil-fatt hu l-potenzjal ta' kompetizzjoni ta' ADEG.

Hija identifikat u evalwat b'mod żbaljat l-pożizzjoni tal-partijiet fis-suq kemm fuq il-livell reġjonali fuq ukoll fuq dak lokali.

L-impenji aċċettati mill-Kummissjoni mhumiex suffiċjenti sabiex ineħħu d-dubji mil-lat tal-kompetizzjoni, peress li hija wettqet l-evalwazzjoni tagħha fuq bażi żbaljata.

Il-Kummissjoni identifikat kif ukoll evalwat b'mod żbaljat l-effetti fuq il-kompetizzjoni fis-suq tal-impjieg.

Fit-tieni lok, il-Kummissjoni kisret ir-rekwiżiti proċedurali sostanzjali waqt il-proċedura ta' eżaminazzjoni. Hija kisret id-dritt għal smigħ tar-rikorrenti u tal-Istati Membri, peress li hija ma wettqitx test tas-suq fuq l-aħħar offerta ta' impenn mill-partijiet u lanqas ma għaddietha lill-Istati Membri. Barra minn hekk, hija ma mmotivatx suffiċjentement id-deċiżjoni tagħha.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta' Jannar 2004, dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (Ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) ĠU L 24, p. 1.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/32


Rikors ippreżentat fis-16 ta' Settembru 2008 — Nexus Europe (l-Irlanda) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-424/08)

(2009/C 6/67)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nexus Europe (l-Irlanda) (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: M. Noonan, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet

Tikkundanna lill-Kummissjoni għad-danni fis-somma ta' EUR 9 541 899;

Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-31 ta' Ottubru 2001 ir-rikorrenti u l-Kummissjoni kkonkludew kuntratt għal “attivitajiet ta' żvilupp u riċerka bin-nefqa maqsuma”, kif stipulat fl-Anness IV (“Regoli għall-parteċipazzjoni finanzjarja mill-Komunità”) tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 182/1999/KE tat-22 ta' Diċembru 1998 dwar il-ħames programm qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku (1998-2002) (1), fejn ir-rikorrenti, flimkien ma' kuntratturi oħra li jiffurmaw konsorzju, aċċettat li timplementa l-proġett MUTEIS IST-2000-30117, maħsub sabiex tiġi spjegata u mifhuma d-diversità funzjonali u spazjali fl-ekonomija diġitali tal-Ewropa minn perspettiva makro u lokali/urbana. Ir-rikorrenti ssuġġerit lill-Kummissjoni sabiex tipparteċipa fil-proġett fuq il-bażi tal-mudell ta' “Spejjeż addizzjonali” għar-rimborż tal-ispejjeż eliġibbli tal-proġett. Wara skambju ta' korrispondenza bejn il-partijiet, il-Kummissjoni nformat lir-rikorrenti li kellha tiċħad temporanjament spejjeż ta' persunal u spejjeż ġenerali ppreżentati minn din tal-aħħar u ssuġġerit li r-rikorrenti imissha tikkunsidra mill-ġdid il-parteċipazzjoni tagħha fuq il-bażi tal-ispejjeż eliġibbli totali għall-parteċipazzjoni jew parteċipazzjoni sħiħa bl-għażla ta' somma sħiħa fir-rigward tal-ispejjeż ġenerali. Kuntratt emendat kien iffirmat mir-rikorrenti, f'dan is-sens, fit-30 ta' April 2004.

Fuq il-bażi tar-rikors tagħha għad-danni, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni aġixxiet barra mill-poteri tagħha billi ppruvat tbiddel il-kuntratt u tinvoka l-Artikolu 3(2) tal-Anness II tal-kuntratt. Ir-rikorrenti tallega li filwaqt li l-Kummissjoni setgħet irrifjutat li taċċetta l-mudell tal-ispejjeż issuġġerit lilha mir-rikorrenti meta l-kuntratt ġie ffirmat, m'hemm ebda dispożizzjoni fil-kuntratt li tippermetti l-Kummissjoni li tbiddel il-mudell tal-ispejjeż matul il-proġett. Barra dan, fin-nuqqas ta' raġunijiet raġonevoli ta' frodi ssuspettata jew irregolarità finanzjarja minn naħa tar-rikorrenti, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma kinitx intitolata tinvoka l-Artikolu 3(2) tal-Anness II tal-kuntratt sabiex tiġġustifika t-tibdil fit-termini kuntrattwali.

Barra dan, ir-rikorrenti tgħid li l-Kummissjoni kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha, u b'hekk tikser l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1134 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan, li skontu ftehim milħuq legalment jopera ex lege għal dawk li daħlu fih. Skont ir-rikorrenti, huwa l-mudell tal-ispejjeż maqbul mill-partijiet fl-iffirmar tal-kuntratt li għandu jipprevali matul il-validità tal-kuntratt u l-Kummissjoni għalhekk kisret il-kuntratt meta talbet lir-rikorrenti tbiddel il-mudell tal-ispejjeż kif maqbul mill-partijiet.

Barra dan, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi u l-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba.


(1)  ĠU 1999, L 26, p. 1.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/33


Rikors ippreżentat fis-26 ta' Settembru 2008 — ICO Servies Ltd vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-441/08)

(2009/C 6/68)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ICO Servies Limited (Slough, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Tupper, solicitor)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2008 dwar l-għażla u l-awtorizzazzjoni ta' sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) skont id-dispożizzjonijiet taħt l-Artikoli 230 KE u 231 KE;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż, u għal kull sanzjoni oħra kkunsidrata bħala xierqa mill-Qorti tal-Prim'Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha ppreżentat skont l-Artikolu 230 KE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2008 dwar l-għażla u l-awtorizzazzjoni ta' sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (iktar 'il quddiem “MSS”) (1).

Ir-rikorrenti ssostni li d-Deċiżjoni kkontestata tinjora l-eżistenza, u tonqos milli tieħu inkunsiderazzjoni d-drittijiet pre-eżistenti ta' sistemi li jipprovdu MSS għall-użu ta' meded ta' frekwenza ta' 2 GHz, kemm jekk jirriżultaw mis-sistemi leġiżlattivi tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (UIT), jew mill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjoni Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet. Barra dan, ir-rikorrenti tallega li d-Deċiżjoni kkontestata ċċaħħadha mid-drittijiet ta' proprjetà li jagħtiha d-dritt internazzjonali li jippermettulha toffri MSS fid-dinja kollha mingħajr restrizzjonijiet illegali. Ir-rikorrenti tallega fil-fatt li hija l-unika operatriċi li tipposjedi sistema, “ICO-P”, li tipprovdi servizzi MSS fil-meded ta' frekwenza ta' 2 GHz. Skont ir-rikorrenti, id-Deċiżjoni kkontestata hija intiża sabiex tattribwixxi frekwenzi fil-meded ta' frekwenza ta' 2 GHz, mingħajr ma tirrikonoxxi kif suppost id-drittijiet tal-ICO-P u b'hekk l-Istati Membri tal-UE jiksru l-obbligi imposti fuqhom permezz tat-Trattat fir-rigward tar-regoli relevanti tal-UIT.

Barra dan, ir-rikorrenti tiddikjara li d-Deċiżjoni kkontestata tinjora l-eżistenza tad-drittijiet tagħha u toħloq sistema li permezz tagħha d-dritt tagħha li tuża l-ispektrum ta' frekwenza ta' 2 GHz huwa miksur. Ir-rikorrenti tallega wkoll li d-Deċiżjoni tikkomprometti ħafna l-investimenti kunsiderevoli magħmula s'issa, u tisforzaha tipparteċipa fis-sejħa għal offerti fuq il-livell tal-UE filwaqt li tinterferixxi fl-eżerċizzju ta' kuljum tal-attivitajiet tagħha.

Barra dan, ir-rikorrenti tallega li billi adottat id-Deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni aġixxiet b'mod sproporzjonat u diskriminatorju, b'mod kuntrarju għall-aspettattivi leġittimi tagħha. Ir-rikorrenti tqis, fil-fatt, li bi ksur tad-drittijiet tagħha u/jew tal-aspettattivi leġittimi tagħha, id-Deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq il-premessa li l-ispektrum kollu ta' frekwenza ta' 2 GHz huwa kompletament attribwibbli, billi din tipprevedi l-għażla u l-awtorizzazzjoni ta' operaturi ta' MSS bl-għan li tiġi użata l-medda kollha ta' frekwenzi eżistenti fl-ispektrum ta' frekwenza ta' 2 GHz.

Fl-aħħar, ir-rikorrenti tiddikjara li d-Deċiżjoni kkontestata tikser id-drittijiet tagħha għat-tgawdija fil-paċi tal-benefiċċji mogħtija lis-sistema ICO-P minħabba rikonoxximent tar-reġistrazzjoni mill-UIT fil-Master International Frequency Register (reġistru internazzjonali tal-frekwenzi) miżmum mill-UIT, u drittijiet ta' proprjetà oħra simili, bi ksur tal-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-dritt internazzjonali.


(1)  ĠU 2008 L 172, p. 15.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/34


Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ottubru 2008 — Coverpla vs UASI- Heinz-Glas (Trade marks jew Disinni)

(Kawża T-450/08)

(2009/C 6/69)

Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Coverpla (Nice, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe u M. Chaminade, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti(jiet) oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Heinz-Glas GmbH (Kleintettau, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tas-7 ta' Lulju 2008, każ R 1411/2007-3, safejn din ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti u kkunsidrat il-mudell Komunitarju “Tour” Nru 29178-0002 bħala invalidu.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark jew disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade mark jew disinn Komunitarju Nru 29178-0002 għal “fliexken”

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Heinz-Glas GmbH

Trade mark jew disinn tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Flixkun mhux irreġistrat imsemmi “Empire” bin-numru ta' riferenza F 3990

Deċ iżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark jew disinn Komunitarju

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tar-rikors

Motivi invokati: It-trade mark jew disinn Komunitarju għandu tabilħaqq il-karattru ġdid meħtieġ; id-dokumenti ppreżentati minn Heinz-Glas GmbH sabiex tippprova li hija kienet ħarġet fil-pubbliku mudell ta' flixkun identiku li kien preċedenti għat-trade mark jew disinn Komunitarju m'għandhomx saħħa probatorja.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/34


Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ottubru 2008 — DHL Aviation u DHL Hub Liepzig GmbH vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-452/08)

(2009/C 6/70)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: DHL Aviation NV (Zaventem, il-Belġju) u DHL Hub Liepzig GmbH (Schkeuditz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Burnside, Solicitor u B. van de Walle de Ghelcke, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni sa fejn din tidentifika lir-rikorrenti bħala l-benefiċjarji ta' għajnuna mill-Istat li hija kkunsidrata inkompatibbli mas-suq komuni, u safejn id-deċiżjoni tordna lill-Ġermanja tirkupra l-allegata għajnuna mill-Istat, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jfittxu li jiksbu l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2008 fil-Każ C 48/2006 (ex N 227/2006) — Il-Ġermanja, sa fejn hija tidentifika lir-rikorrenti bħala l-benefiċjarji tal-għajnuna mill-Istat li hija kkunsidrata inkompatibbli mas-suq komuni u sa fejn id-deċiżjoni tordna lill-Ġermanja tirkupra l-allegata għajnuna mill-Istat.

Fil-5 ta' April 2006, il-Ġermanja nnotifikat il-miżuri adottati mill-Ajruport pubbliku ta' Leipzig u mil-Land tas-Sassonja dwar il-kostruzzjoni u l-operat tar-runway ġdida tan-Nofsinhar tal-Ajruport ta' Leipzig, dwar; b'mod partikolari, l-istabbiliment tal-Bażi Ewropea tal-grupp DHL fl-imsemmi ajruport għall-attivitajiet tagħha tal-kunsinna espressa ta' pakki. Il-miżuri notifikati kienu, speċifikament, il-“Ftehim qafas” (1) konkluż bejn l-ajruport u DHL Hub Leipzig kif ukoll “ittra ta' intenzjoni” maħruġa mil-Land tas-Sassonja favur l-Ajruport ta' Leipzig u DHL Hub Leipzig sabiex iħallas ammont stabbilit ta' danni fil-każ li DHL Hub Leipzig ma tibqax topera fl-ajruport kif previst. Ir-rikorrenti jsostnu li bħala konsegwenza tad-deċiżjoni kkontestata, huma ġew miċħuda mill-obbligi kuntrattwali tal-Ajruport ta' Leipzig u tal-Mitteldeutsche Flughafen (“MFAG”) taħt il-Ftehim qafas kif ukoll mill-garanzija mogħtija mill-ittra ta' intenzjoni u huma ġew suġġettati għall-irkupru tal-allegata għajnuna mill-Istat.

Ir-rikorrenti jqajmu s-segwenti motivi:

 

Fl-ewwel u t-tieni motivi tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti fl-applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE. Skont ir-rikorrenti, billi kklassifikat il-“klawżola tat-titjiriet ta' billejl” u l-“klawżola tad-90 %” bħala għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni naqset milli tapplika b'mod korrett id-dispożizzjoni msemmija. Ir-rikorrenti sostnew li l-Kummissjoni wettqet żball manifest fl-applikazzjoni tat-test tal-investitur privat meta sostniet li l-punt ta' referenza għaliha kien November 2004 u mhux id-data attwali tal-konklużjoni tal-Ftehim qafas. Barra minn hekk, ir-rikorrenti sostnew li l-Kummissjoni żbaljat manifestament meta sostniet li, indipendentement mill-punt ta' referenza għad-deċiżjoni ta' investiment, l-hekk imsejħa garanziji illimitati pprovduti fil-Ftehim qafas fi kwalunkwe każ jammontaw għal għajnuna mill-Istat, peress li riskji li DHL assumiet taħt dawn id-dispożizzjonijiet kienu ffinanzjati permezz ta' għotjiet ta' kapital li fihom infushom kienu jammontaw għal għajnuna mill-Istat.

 

Fuq il-bażi tat-tieni motiv tagħhom, ir-rikorrenti sostnew li l-Kummissjoni naqset milli tapplika korrettement l-Artikolu 87(1) KE, billi ddeċidiet li l-ittra ta' intenzjoni tammonta għal għajnuna mill-Istat mingħajr ma kkunsidrat il-prattika normali tan-negozju bejn kumpanniji holding u kumpanniji sussidjarji.

 

Fit-tielet motiv tagħhom, ir-rikorrenti sostnew li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 253 KE billi ma kkunisdratx il-fatturi kollha rilevanti meta kklassfikat il-klawżola tat-titjiriet ta' billejl, il-klawżola tad-90 % u l-Ittra ta' intenzjoni bħala għajnuna mill-Istat.

 

Fir-raba' motiv tagħhom, ir-rikorrenti sostnew li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta' evalwazzjoni meta ordnat l-irkupru tal-allegata għajnuna mill-Istat.

 

Fil-ħames motiv tagħhom, ir-rikorrenti sostnew li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 235 KE billi ddeċidiet li l-Artikoli 8 u 9 tal-Ftehim qafas jikkontjenu l-allegata għajnuna mill-Istat u billi ddeċidiet li dawk id-dispożizzjonijiet mhumiex kompatibbli mas-suq komuni u b'hekk għandhom jiġu mħassra.


(1)  Skont il-komunikazzjoni ppublikata fil-ĠU 2007 C 48, p. 7, dan il-ftehim jimponi fuq l-ajruport, l-obbligu li jibni r-runway ġdida tan-Nofsinhar u obbligi oħra f'termini ta' kapaċità u operat. F'każ ta' inosservanza ta' obbligi (eż jekk titjiriet ta' billejl jiġu pprojbiti mill-awtoritajiet regolatorji), DHL tista' titlob kumpens għat-telf ta' qligħ u għad-danni.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/35


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Ottubru 2008 — Wilfer vs UASI [il-parti ta' fuq (“headstock”) ta' kitarra]

(Kawża T-458/08)

(2009/C 6/71)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Hans-Peter Wilfer (Markneukirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Kockläuner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta' Lulju 2008, fil-Każ R 78/2007-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tirrappreżenta l-parti ta' fuq (“headstock”) ta' kitarra, bil-kuluri fidda, griż u kannella mitluba għal prodotti fil-klassijiet 9 u 15 (Nru 2 639 821)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

Ksur tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1);

Ksur tal-prinċipji ta' investigazzjoni ex officio, inkluża l-interpretazzjoni żbaljata tar-regoli tal-oneru tal-prova skont l-Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/94;

Ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94;

Ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/36


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Ottubru 2008 — Lancôme vs UASI — Focus Magazin Verlag (ACNO FOCUS)

(Kawża T-466/08)

(2009/C 6/72)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lancôme parfums et beauté & Cie SNC (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u J. Pagenberg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Focus Magazin Verlag GmbH (Munich, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta' Lulju 2008 fil-Każ R 1796/2007-1;

tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja inkwistjoni, inkwantu din l-oppożizzjoni hija bbażata fuq it-trade mark invokata fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni u, barra minn hekk, fuq probabbiltà ta' konfużjoni fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell; u

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell, f' każ li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell issir intervenjenti f'din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “ACNO FOCUS” għal prodotti fil-klassi 3 — Applikazzjoni Nru 3 272 705

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali Ġermaniża “FOCUS” irreġistrata bin-Nru 394 07 564 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 6, 7, 8, 9, 14, 15, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 28, 29, 30, 33, 34, 36, 38, 39, 41, 42; applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 453 720 b'mod partikolari għal prodotti fil-klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tal-appell

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 42(3) flimkien mal-Artikolu 43(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkunsidra li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell setgħet tinvoka prodotti fil-klassi 3 sabiex topponi għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja kkonċernata; ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata l-eżistenza ta' probabbiltà ta' konfużjoni bjen it-trade marks ikkonċernati.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/36


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Ottubru 2008 — ISDIN vs UASI — Pfizer (ISDIN)

(Kawża T-467/08)

(2009/C 6/73)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Isdin, SA (Barċellona, Spanja) (rappreżentant: M. Esteve Sanz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell: Pfizer Ltd (Sandwich, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta' Lulju 2008 fil-Każ R 1031/2007-1; u

Tikkundanna lill-konvenut u, skont il-każ, lill-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż, inklużi dawk inkorsi quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “ISDIN” għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 — Applikazzjoni Nru 3 288 339

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark verbali Irlandiża “ISTIN” irreġistrata bin-Nru 64 939 għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali tar-Renju Unit “ISTIN” irreġistrata bin-Nru 824 978 għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 billi l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li t-trade marks ikkonċernati jixxiebhu, li l-prodotti inkwistjoni ftit li xejn jixxiebhu u li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/37


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Ottubru 2008 — AES-Tisza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-468/08)

(2009/C 6/74)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AES-Tisza Erőmű kft (AES-Tisza kft) (Tiszaújváros, l-Ungerija) (rappreżentanti: T. Ottervanger u E. Henny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ġunju 2008 (Każ C 41/2005);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 2223 finali, tal-4 ta' Ġunju 2008, li tiddikjara bħala inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ungeriżi lil ċerti produtturi tal-enerġija elettrika fil-forma ta' arranġamenti għax-xiri ta' servizzi tal-enerġija tal-elettriku fit-tul konklużi bejn l-operatur tan-netwerk Magyar Villamos Müvek Rt. (iktar 'il quddiem “MVM”), li l-proprjetarju tiegħu huwa l-Istat Ungeriż, u dawn il-produtturi f'data qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Ungerija mal-Unjoni Ewropea [Għajnuna mill-Istat C 41/2005 (ex NN 49/2005) — “spejjeż iżolati” Ungeriżi)]. Ir-rikorrenti hija identifikata fid-deċiżjoni kkontestata bħala benefiċjarja tal-għajnuna mill-Istat allegata u d-deċiżjoni tordna lill-Ungerija tirkupra l-għajnuna, inklużi l-interessi, mir-rikorrenti.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta' liġi u wettqet żbalji ta' evalwazzjoni manifesti, u barra minn hekk kisret il-priniċpji fundamentali tal-liġi Ewropea, billi kkonkludiet li l-obbligi ta' xiri fl-arranġamenti bejn MVM u r-rikorrenti jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat illegali. Insostenn tal-argument tagħha, ir-rikorrenti tqajjem seba' motivi.

Permezz tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 87(1) KE sa fejn wettqet żbalji ta' liġi u żbalji ta' evalwazzjoni manifesti billi naqset milli tistabbilixxi sal-livell meħtieġ li l-għajnuna mill-Istat allegata kkonferixxiet vantaġġ selettiv fuq ir-rikorrenti permezz ta' riżorsi Statali.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li, billi kkwalifikat l-arranġamenti tar-rikorrenti bħala għajnuna u billi ordnat l-irkupru tagħha, id-deċiżjoni tikser il-prinċipji fundamentali tal-liġi Komunitarja. Ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet proċedurali tagħha billi naqset milli tirrispetta d-dritt għal smigħ tagħha. Fl-opinjoni tar-rikorrenti, il-Kummissjoni kisret ukoll il-prinċipji fundamentali taċ-ċertezza legali u tal-aspettativi leġittimi sa fejn applikat evalwazzjoni ex post fuq il-miżuri ta' għajnuna allegati, billi ma rrispettatx ir-regola stabbilita ta' evalwazzjoni ex ante mingħajr ġustifikazzjoni valida. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni kisret il-prinċipji ta' newtralità u ta' trattament ugwali.

Fit-tielet lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta' evalwazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kriterji kumulattivi tal-Artikolu 87(1) KE għall-arranġament tar-rikorrenti fil-perijodu wara l-adeżjoni.

Fir-raba' lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset mill-obbligu ta' motivazzjoni tagħha, kif meħtieġ mill-Artikolu 235 KE, b'mod partikolari fir-rigward tal-konklużjonijiet tagħha fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-arranġamenti bħala għajnuna b'effett mill-1 ta' Mejju 2004 u fl-applikazzjoni tas-suq “kontrafattwali”.

Fil-ħames lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 87(3)(a) u (ċ) KE billi naqset milli tirrikonoxxi rwol għall-arranġamenti tar-rikorrenti sabiex tassigura l-investiment neċessarju f'impjant modern u aġġornat.

Fis-sitt lok, fl-opinjoni tar-rikorrenti, il-Kummissjoni naqset mill-obbligu tagħha li tassigura l-ispeċifiċità legali fir-rigward tal-irkupru, naqset milli tikkwalifika l-portata u l-valur tal-“obbligi ta' xiri” u bbażat l-ordni ta' rkupru tagħha fuq elementi ipotetiċi.

Fl-aħħar, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipji fundamentali tal-liġi Komunitarja billi ordnat l-irkupru tal-għajnuna allegata.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/38


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Ottubru 2008 — Companhia Muller de Bebidas vs UASI — Missiato Industria e Comercio (61 A NOSSA ALEGRIA)

(Kawża T-472/08)

(2009/C 6/75)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Companhia Muller de Bebidas (Pirassununga, il-Brażil) (rappreżentanti: G. Da Cunha Ferreira u I. Bairrão, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Missiato Industria e Commercio Lda (Santa Rita do Passa Quatro, il-Brażil)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta' Lulju 2008 fil-każ R 1687/2007-1, inkwantu kkonfermat d-deċiżjoni li ppermettiet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja kkonċernata;

tiddikjara r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja kkonċernata bħala invalida għall-prodotti kollha protetti, abbażi tal-probabbiltà ta' konfużjoni mat-trade marks invokati fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “61 A NOSSA ALEGRIA” għall-prodotti fil-klassi 33

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: L-applikant

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni tat-trade mark Portugiża Nru 273 105 tat-trade mark figurattiva “CACHAÇA 51” għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni tat-trade mark Portugiża Nru 331 952 tat-trade mark figurattiva “CACHAÇA 51” għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Benelux Nru 576 901 tat-trade mark figurattiva “CACHAÇA 51” għal prodotti fil-klassijiet 32 u 33; reġistrazzjoni tat-trade mark Daniża Nru VR 1998 03649 tat-trade mark figurattiva “CACHAÇA 51” għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni tat-trade mark Ingliża Nru 2 248 316 tas-sensiela tat-trade marks figurattivi “CACHAÇA 51” għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola Nru 2 354 943 tat-trade mark figurattiva “CACHAÇA 51” għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni tat-trade mark Ġermaniża Nru 30 071 545 tat-trade mark figurattiva “CACHAÇA 51”; reġistrazzjoni tat-trade mark Awstrijaka Nru 161 564 tat-trade mark figurattiva “CACHAÇA 51” għal prodotti fil-klassi 33; trade mark figurattiva Portugiża magħrufa “CACHAÇA 51” għal prodotti fil-klassi 33; trade mark verbali Portugiża magħrufa “CACHAÇA 51” għal prodotti fil-klassi 33.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: L-oppożizzjoni ġiet miċħuda kompletament

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: L-appell ġie miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell żbalja fid-deċiżjoni tiegħu li ma hemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti; Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell żbalja fid-deċiżjoni tiegħu li l-evidenza ppreżentata mill-applikant ma kinetx biżżejjed sabiex tipprova l-karattru magħruf tat-trade marks preċedenti fil-Portugal jew, għall-inqas il-karattru ferm distintiv fl-intier tagħhom.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/38


Rikors ippreżentat fit-28 ta' Ottubru 2008 — Apollo Group vs UASI (THINKING AHEAD)

(Kawża T-473/08)

(2009/C 6/76)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Apollo Group, Inc. (Phoenix, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz u A. Link, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta' Awwissu 2008 fil-każ R 728/2008-2, u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “THINKING AHEAD” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 41

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Rikors miċħud parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell żbalja meta ddikjara li t-trade mark ikkonċernata hija nieqsa minn kwalunkwe karattru distintiv.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/39


Rikors ippreżentat fit-3 ta' Novembru 2008 — Mundipharma vs UASI — ALK-Abelló (AVANZALENE)

(Kawża T-477/08)

(2009/C 6/77)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mundipharma AG (Basel, l-Iżvizzera) (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ALK-Abelló A/S (Hørsholm, id-Danimarka)

Talbiet tar-rikorrenti

tħassar id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Awwissu 2008 fil-Każ R 1694/2007-4; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “AVANZALENE” għal prodotti fil-klassi 5 — Applikazzjoni Nru 4 632 501

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: Trade mark verbali Komunitarja “AVANZ” irreġistrata bin-Nru 3 331 444 għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tal-appell

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/39


Rikors ippreżentat fl-10 ta' Novembru 2008 — adidas vs UASI– Patrick Holding (Rappreżentazzjoni ta' żarbuna b'żewġ strixxi)

(Kawża T-479/08)

(2009/C 6/78)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: adidas AG (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck, avukati u I. Fowler, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċediment quddiem il-Bord tal-Appell: Patrick Holding ApS (Fredensborg, id-Danimarka)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta' Awwissu 2008 fil-Każ R 849/2007-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, jew, fil-każ li l-parti l-oħra fill-proċediment quddiem il-Bord tal-Appell tintervjeni in sostenn tal-konvenut, tikkundanna liż-żewġ partijiet flimkien għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċediment quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta żarbuna b'żewġ strixxi, għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark Ġermaniża bin-numru ta' reġistrazzjoni 39 950 559 tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta żarbuna bi tliet strixxi għal prodotti fil-klassi 25; it-trade mark Ġermaniża bin-numru ta' reġistrazzjoni 944 623 tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta żarbuna bi tliet strixxi għal prodotti fil-klassi 25; it-trade mark Ġermaniża bin-numru ta' reġistrazzjoni 944 624 tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta żarbuna bi tliet strixxi għal prodotti fil-klassi 25; it-trade mark Ġermaniża bin-numru ta' reġistrazzjoni 897 134 tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta żarbuna bi tliet strixxi għal prodotti fil-klassi 25; id-denominazzjoni Ġermaniża tat-trade mark internazzjoni bin-numru ta' reġistrazzjoni 391 692 tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta żarbuna bi tliet strixxi għal prodotti fil-klassi 25; id-denominazzjoni Ġermaniża tat-trade mark internazzjonali bin-numru ta' reġistrazzjoni 414 034 tat-trade mark li tirrappreżenta tliet strixxi għal prodotti fil-klassi 25; id-denominazzjoni Ġermaniża tat-trade mark internazzjonali bin-numru ta' reġistrazzjoni 414 035 tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta tliet strixxi għal prodotti fil-klassi 25; id-denominazzjoni Ġermaniża tat-trade mark internzazzjoni bin-numru ta' reġistrazzjoni 414 036 tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta tliet strixxi għal prodotti fil-klassi 25; id-denominazzjoni Ġermaniża tat-trade mark internazzjoni bin-numru ta' reġistrazzjoni 414 037 tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta tliet strixxi għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa u t-trade mark Komunitarja kkonċernata miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata

Motivi invokati: ksur tar-Regoli 16(3), 17(2) u 20(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni 2868/95 (1), u għalhekk il-ksur ukoll tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94, peress li l-Bord tal-Appell żbalja fil-konklużjoni tiegħu li r-rikorrenti ma ssodisfatx ir-rekwiżiti ta' traduzzjoni u għalhekk ma pprovatx debitament il-validità, l-eżistenza u l-portata tat-trade marks preċedenti invokati, b'mod partikolari tat-trade mark Ġermaniża bin-numru ta' reġistrazzjoni 39 950 559.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta' Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/40


Rikors ippreżentat fil-5 ta' Novembru 2008 — Alisei vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-481/08)

(2009/C 6/79)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Alisei ONG (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciaudone, u S. Gobbato, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D(2007) 8449, tad-19 ta' Awwissu 2008;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-kumpens tad-dannu subit;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti, organiżżazzjoni mhux governattiva li topera fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali għall-iżvilupp u tal-għajnuna umanitarja, tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonferma r-regolarità tal-proċedura miftuħa f'Ġunju 2006, li kellha bħala skop il-verifika tal-kontijiet ta' diversi kuntratti konklużi mar-rikorrenti, u l-konsegwenti suspensjoni tal-ħlasijiet. Il-Kummissjoni kienet ukoll bgħatet lir-rikorrenti r-rapport finali tal-uffiċċju Ernst & Young, u informatha li dan ir-rapport kien jikkostitwixxi bażi teknika affidabbli li kienet tippermetti t-teħid ta' miżuri neċessarji, b'mod partikolari l-ftuħ ta' proċedura ta' rkupru għal ammont totali ta' EUR 4 750 121.

In sostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tinvoka:

il-ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u ta' diliġenza fil-kuntest tal-azzjoni amministrattiva, peress li r-rikorrenti kienet is-suġġett ta' proċedura amministrattiva li n-natura u l-metodi ta' eżekuzzjoni tagħha kienu ferm determinati, u wara skopriet li fir-realtà din il-proċedura kellha karatteristiċi (f'termini ta' l-għan u tal-metodi ta' eżekuzzjoni) ferm differenti minn dak li kien inizjalment ġew ikkomunikati lilha. B'mod partikolari, il-konvenuta ddeċidiet, inizjalment, li tiftaħ proċedura ta' verifika tal-kontijiet li kellha tiġi implimentata permezz ta' verifika, qabel ma jiġu aċċettati l-konklużjonijiet miksuba permezz ta' proċedura ta' verifika differenti, “proċedura bonarja”, li r-rikorrenti qatt ma ġiet informata dwarha.

il-ksur tad-dispożizzjonijiet dwar il-preskrizzjoni, peress li d-deċiżjoni tordna mingħajr distinzjoni l-irkupru ta' somom li ma kellhomx jiġu mitluba minħabba l-estinzjoni tad-dritt tal-konvenuta li titlob ir-restituzzjoni tagħhom.

Ir-rikorrenti tinvoka wkoll il-ksur tad-drittijiet tad-difiża, kif ukoll tal-prinċipju ta' proporzjonalità.

Fl-aħħar, hija titlob li l-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-kumpens tad-dannu subit.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/41


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 — Earle Beauty vs UASI (SUPERSKIN)

(Kawża T-486/08)

(2009/C 6/80)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Liz Earle Beauty Co. Ltd (li qabel kienet Liz Earle Cosmetics Ltd.) (Ryde, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Cover, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta' Settembru 2008 fil-Każ R 1656/2007-4 u tiddikjara li t-trade mark Komunitarja kkonċernata (Applikazzjoni Nru 5 967 856) għandha tgħaddi għall-pubblikazzjoni u r-reġistrazzjoni; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “SUPERSKIN” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 44 — Applikazzjoni Nru 5 967 856

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell żbalja meta ddeċieda li t-trade mark kkonċernata hija deskrittiva tal-karatteristiċi tal-prodotti jew servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/41


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Novembru 2008 — Power-One Italy vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-489/08)

(2009/C 6/81)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Power-One Italy SpA (Terranova Bracciolini, l-Italja) (rappreżentanti: R. Giuffrida, avukat, A. Giussani, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 288 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea sabiex tikkumpensa lil Power One Italy spa għad-danni kollha subiti li jammontaw għal EUR 2 876 188,99 jew l-ispiża sostnuta għall-proġett PNEUMA, jew dik is-somma superjuri jew inferjuri li l-Qorti jidhrilha li huwa xieraq.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jirrigwarda d-deċiżjoni ta' waqfien tal-proġett imsemmi “Pneuma”, u ta' rkupru tas-somma mogħtija bħala ħlas bil-quddiem għall-iffinanzjar tiegħu. Dan il-proġett kellu bħala għan, il-ħolqien ta' sistema innovattiva UPS għall-provvista, permezz ta' l-użu ta' riżerva ta' arja kompressa, ta' enerġija lill-apparati tal-istazzjonijiet bażi radju ta' telefonija mobbli. Għat-twettieq tiegħu, ir-rikorrenti daħlet fi ftehim mal-imsieħba strateġiċi b'mod partikolari mal-Università ta' Firenze, li kellha tieħu ħsieb l-ipproġettar u t-titjib tal-parti dinamika u t-testijiet tal-prototipi tas-sistema l-ġdida, ENEA u FEBE ECOLOGIC, għall-analiżi ambjentali tal-UPS il-ġdid, u ma' TELEFONICA MOVILES, li pprovdiet stazzjonijiet bażi radju fit-territorju Spanjol sabiex ikunu jistgħu jsiru testijiet fuq il-prototipi taħt kundizzjonijiet operattivi reali.

Wara din id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ir-rikorrenti kellha tħallas lura s-somma kollha mogħtija lilha bħala ħlas bil-quddiem għall-finanzjament, fejn, barra minn dan, kienet kostretta twieġeb lill-imsieħba strateġiċi tagħha li kienu qegħdin jitolbu l-ħlas ta' kumpens. F'kull każ, Power One wettqet u temmet il-proġett bi spejjeż tagħha stess, anki billi ħadet inkunsiderazzjoni l-aspettativi leġittimi li hija poġġiet fuq l-estensjonijiet fit-termini li dejjem ingħataw mill-Kummissjoni, bi spiża ta' EUR 2 876 188,89 u billi l-apparat inkwistjoni kien operattiv u jiffunzjona fi Spanja hekk kif miftiehem mal-konvenuta u mal-imsieħba.

In sostenn tal-allegazzjonijiet tagħha, ir-rikorrenti ssotni:

Il-ksur tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1655/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta' Lulju 2000, dwar l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE) (1).

In-nuqqas ta' applikabbiltà tal-Artikolu 14 tar-Regoli amministrattivi standard tal-proġetti LIFE, safejn ir-rikorrenti dejjem żammet imġieba ta' kollaborazzjoni stretta u koerenti u dejjem wieġbet mill-ewwel għal kull talba min-naħa tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-proġett “Pneuma” twettaq kompletament, sar operattiv u ġie ttestjat.

L-aspett diskriminatorju tad-deċiżjoni inkwistjoni u l-ksur tal-prinċipju komuni tal-aspettattivi leġittimi.


(1)  ĠU L 192, 28.7.2000, p. 1.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/42


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Novembru 2008 — CM Capital Markets vs UASI — Carbon Capital Markets (CARBON CAPITAL MARKETS Emissions Compliance Solutions & Carbon Finance)

(Kawża T-490/08)

(2009/C 6/82)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: CM Capital Markets Holding, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Calderón Chavero, avukat, u T. Villate Consonni, avukatessa)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Carbon Capital Markets Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta' Settembru 2008 fil-Każ R-16/2008-1, li ċaħdet it-trade mark ikkontestata fit-totalità tagħha;

tilqa' l-konstatazzjonijiet tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż ta' din il-kawża fil-każ ta' oppożizzjoni magħmula kontra tagħha u tiċħad l-allegazzjonijiet tiegħu.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Carbon Capital Markets Limited.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva “CARBON CAPITAL MARKETS (Emissions Compliance Solutions & Carbon Finance)” (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 480 349) għal servizzi fil-klassi 36.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark figurattiva Komunitarja “Capital Markets” (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3 409 281) għal servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 42; u t-trade mark figurattiva Spanjola “Capital Markets” għal servizzi fil-klassi 36.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/42


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Novembru 2008 — Hynix Semiconductor vs Il-Kunsill

(Kawża T-383/03) (1)

(2009/C 6/83)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 21, 24.1.2004.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/43


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Novembru 2008 — Abruzzo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-384/05) (1)

(2009/C 6/84)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Il-President tas-Seba' Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 330, 24.12.2005.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/43


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Novembru 2008 — Reitz et von Gadomski vs UASI (CMD-CLINIC)

(Kawża T-241/06) (1)

(2009/C 6/85)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 261, 28.10.2006.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/43


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Nölle vs UASI — Viña Carta Vieja (Puzzle)

(Kawża T-303/07) (1)

(2009/C 6/86)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 235, 6.10.2007.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/43


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Messe Düsseldorf vs UASI — Canon Communications (MEDTEC)

(Kawża T-173/08) (1)

(2009/C 6/87)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tas-Seba' Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 171, 5.7.2008.


Tribunal għas-Servizz Pubbliku

10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/44


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-4 ta' Novembru 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-41/06) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Assigurazzjoni kontra inċidenti u mard relatati max-xogħol - Invalidità - Irtirar minħabba invalidità - Motivazzjoni - Annullament)

(2009/C 6/88)

Lingwa tal-kawża:It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) [rappreżentant: L. Garofalo, avukat]

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat]

Suġġett

Min naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ġġiegħel lir-rikorrent jirtira minħabba invalidità, kif ukoll ta' sensiela ta' atti oħra konnessi ma' din id-deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tat-30 ta' Mejju 2005, li ġġiegħel lil L. Marcuccio jirtira minħabba invalidità, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tħallas lil L. Marcuccio s-somma ta' EUR 3 000.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, żewġ terzi tal-ispejjeż ta' L. Marcuccio.

5)

L. Marcuccio għandu jbati terz tal-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 131, 3.6.2006, p. 54.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/44


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-25 ta' Novembru 2008 — Bosman vs Il-Kunsill

(Kawża F-145/07) (1)

(Servizz pubbliku - Ex membru tal-persunal bil-kuntratt - Pensjoni ta' rtirar - Allowance tad-dar - Artikolu 109(3) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg )

(2009/C 6/89)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Pierre Bosman (Lebbeke, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Bontinck u P. Gennari Curlo, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u I. Šulce, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni individwali tat-28 ta' Frar 2007 li tirrifjuta l-allowance tad-dar għall-finijiet tal-kalkolu tad-drittijiet għall-pensjoni ta' rtirar, abbażi tal-Artikolu 109(3) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

P. Bosman għandu jbati l-ispejjeż kollha, jiġifieri l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 79, 29.3.2008.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/45


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-4 ta' Novembru 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-133/06) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Talba għal radd lura ta' beni personali - Deċiżjoni li tiċħad it-talba f'lingwa li mhijiex il-lingwa materna tal-uffiċjal - Rikors tardiv - Inammissibbiltà manifesta)

(2009/C 6/90)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal kunsinna, fir-residenza attwali tiegħu, tal-beni li tħallew preċedentement fil-post ta' servizz li ġie assenjat lilu f'Angola u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Marcuccio huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 22.9.2007, p. 18.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/45


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-4 ta' Novembru 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-18/07) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Talba - Ċaħda espliċita nnotifikata sussegwentement għaċ-ċaħda impliċità - Att purament konfermattiv - Ilment tardiv - Inammissibbiltà manifesta)

(2009/C 6/91)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-25 ta' Ottubru 2005 li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex jiġi rikonoxxut li huwa jbati minn marda gravi għall-finijiet tal-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Iskema Konġunta tal-Assigurazzjoni Kontra l-Mard tal-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 223, 22.9.2007, p. 18.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/45


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-4 ta' Novembru 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-87/07) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Aġir allegatament illegali min-naħa tas-servizz mediku tal-Kummissjoni - Inammissibbiltà - Non-osservanza ta' terminu raġonevoli sabiex tiġi ppreżentata talba għal kumpens)

(2009/C 6/92)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tilqax it-talba tar-rikorrent li jingħata kumpens għad-dannu allegatament subit minħabba aġir illegali min-naħa tas-servizz mediku li l-Kummissjoni wettqet fil-kuntest tal-ipproċessar ta' tliet ċertifikati mediċi ppreżentati mir-rikorrent matul is-Sajf tal-2001.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

L. Marcuccio huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 20.10.2007, p. 45.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/46


Rikors ippreżentat fis-6 ta' Novembru 2008 — Pleijte vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-91/08)

(2009/C 6/93)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Johanna Gerdina Pleijte (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: P. Nelissen Grade, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

L-annuallament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li teskludi l-isem tar-rikorrenti mil-lista provviżorja tal-uffiċjali magħżula fil-kuntest tal-eżerċizzju ta' ċertifikazzjoni 2007 u li tnaqqas il-perijodu ta' leave għal raġunijiet personali mill-perijodu ta' 10 snin meħud inkunsiderazzjoni sabiex jiġi kkalkolat iż-żmien ta' servizz tagħha, għall-finijiet tal-imsemmija proċedura ta' ċertifikazzjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorita tal-Ħatra tas-7 ta' Awwissu 2007 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li teskludi l-isem tar-rikorrenti mil-lista provviżorja tal-uffiċjali magħżula fil-kuntest tal-eżerċizzju ta' ċertifikazzjoni 2007;

iżżid l-isem tar-rikorrenti fil-lista tal-uffiċjali magħżula fi żmien xieraq, sabiex ir-rikorrenti tkun tista' tipparteċipa fil-programm ta' taħriġ previst fl-Artikolu 6 tad-DĠE;

temenda l-metodologija deskritta fl-informazzjoni amministrattiva tat-8 ta' Jannar 2008 adottata abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)5694 tal-20 ta' Novembru 2007 dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali ta' eżekuzzjoni tal-Artikolu 45a fir-rigward tal-parti relatata mal-kalkolu tal-esperjenza fi ħdan l-istituzzjonijiet;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/46


Rikors ippreżentat fid-19 ta' Novembru 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-94/08)

(2009/C 6/94)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avvocato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament ta' memorandum li permezz tiegħu l-Kummissjoni tħabbar l-intenzjoni tagħha li tirkrupa kreditu relatat ma' spejjeż proċedurali permezz ta' tnaqqis tal-pensjoni ta' invalidità mħallsa lir-rikorrent, u talba ta' kumpens għad-dannu morali u eżistenzjali kkawżat minn dan il-memorandum.

Talbiet tar-rkorrent

tannulla l-memorandum tat-28 ta' Marzu 2008, kif ukoll id-deċiżjoni kkontestata;

tannulla, safejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni taċ-ċaħda tal-ilment tad-19 ta' April 2008;

tannulla, safejn huwa neċessarju, il-memorandum tal-11 ta' Awwissu 2008;

tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tikkumpensa lir-rikorrent id-dannu morali u eżistenzjali kkawżat lilu mill-atti li tagħhom huwa mitlub l-annullament permezz ta' dan ir-rikors, għal ammont ta' EUR 10 000, jew dik is-somma akbar jew inqas li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis bħala ġusta u ekwa;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.