ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 1

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
6ta' Jannar 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Kummissjoni

2009/C 001/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Diċembru 2008 fuq talba ta' l-Irlanda biex taċċetta Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE li tistabbilixxi Netwerk Ewropew ta' Migrazzjoni

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2009/C 001/02

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2009/C 001/03

Rata tal-kambju ta' l-euro

4

2009/C 001/04

Rata tal-kambju ta' l-euro

5

2009/C 001/05

Rata tal-kambju ta' l-euro

6

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2009/C 001/06

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

7

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

2009/C 001/07

Sejħa għal proposti skond il-programm ta' ħidma Kooperazzjoni ta' l-2009 tas-7 Programm Kwadru tal-KE għal Azzjonijiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

10

 

2009/C 001/08

Nota lill-qarrej(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

OPINJONIJIET

Kummissjoni

6.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 1/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta' Diċembru 2008

fuq talba ta' l-Irlanda biex taċċetta Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE li tistabbilixxi Netwerk Ewropew ta' Migrazzjoni

(2009/C 1/01)

1.   INTRODUZZJONI

1.

Fl-14 ta' Mejju 2008, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2008/381/KE li tistabbilixxi Netwerk Ewropew ta' Migrazzjoni (European Migration Network — EMN) B'konformità mal-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni ta' l-Irlanda, l-Irlanda ma pparteċipatx fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni imsemmija hawn fuq.

2.

Madankollu, bis-saħħa tal-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll, “L-Irlanda tista' f'kull żmien wara l-adozzjoni ta' xi miżura mill-Kunsill skond it-Titolu IV (eks Titolu IIIa) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jinnotifika[w] lill-Kunsill u lill-Kummissjoni l-intenzjoni tagħhom li jaċċettaw dik il-miżura. F'dak il-każ, il-proċedura prevista fl-Artikolu 11a (eks Artikolu 5a(3)) tat-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea tapplika mutatis mutandis”.

3.

Permezz ta' ittra, l-Irlanda nnotifikat lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li xtaqet taċċetta d-Deċiżjoni 2008/381/KE.

4.

B'konformità mal-Artikolu 11a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea “kull Stat Membru li jixtieq jipparteċipa f'kooperazzjoni msaħħa stabbilita skond l-Artikolu 11 għandu jgħarraf bl-intenzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, li għandha tagħti opinjoni lill-Kunsill fi żmien tliet xhur mid-data tar-riċevuta ta' dik in-notifika. Fi żmien erba' xhur mid-data tar-riċevuta ta' dik in-notifikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwarha u dwar arranġamenti speċifiċi kif ikun jidhrilha.”

5.

Skond it-termini tal-imsemmi Artikolu, il-Kummissjoni tagħti l-opinjoni li ġejja lill-Kunsill:

2.   OPINJONI

Il-Kummissjoni tilqa' t-talba ta' l-Irlanda biex taċċetta d-Deċiżjoni 2008/381/KE, li hi komponent essenzjali għall-politika tal-Komunità dwar l-ażil u l-migrazzjoni, u għalhekk tagħti opinjoni pożittiva dwar din il-parteċipazzjoni.

Il-Kummissjoni tinnota illi l-Irlanda qed tkompli tagħti appoġġ qawwi lill-EMN, u tikkontribwixxi attivament fl-iżvilupp u r-riżultati tiegħu. Il-Kummissjoni tikkunsidra importanti li dan l-impenn jirċievi rikonoxximent kmieni kemm jista' jkun, għaliex dan huwa wkoll kkunsidrat fl-interess globali tal-UE.

Bħala arranġament speċifiku, għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li d-Deċiżjoni imsemmija hawn fuq għandha tidħol fis-seħħ għall-Irlanda dakinhar tan-notifikazzjoni ta' aċċettazzjoni mill-Irlanda.

Magħmul fi Brussell, 22 ta' Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

6.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 1/3


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(2009/C 1/02)

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

27.10.2008

Stat Membru

Franza

Nru tal-għajnuna

N 198/08

Titolu

Aides à la recherche et au développement dans le secteur de la viande, des produits carnés, des ovo-produits, du lait et des produits laitiers

Għan

It-tħeġġiġ ta' riċerka u żvilupp fis-setturi tal-prodotti tal-laħam, tal-bajd u l-prodotti tal-bajd, tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

Bażi ġuridika

Articles L 621-1 et suivants du Code rural, décision du directeur de l'office national interprofessionnel de l'élevage, approuvée par le conseil plénier

Baġit

EUR 9 600 000

Intensità jew ammont tal-għajnuna

100 %

Tul ta' żmien

Sitt snin, sal-31.12.2013

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

6.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 1/4


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Il-5 ta' Jannar 2009

(2009/C 1/03)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3582

JPY

Yen Ġappuniż

126,81

DKK

Krona Daniża

7,4488

GBP

Lira Sterlina

0,93580

SEK

Krona Żvediża

10,7075

CHF

Frank Żvizzeru

1,5060

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,3950

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,760

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

267,13

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7070

PLN

Zloty Pollakk

4,1360

RON

Leu Rumen

4,0490

TRY

Lira Turka

2,0897

AUD

Dollaru Awstraljan

1,9189

CAD

Dollaru Kanadiż

1,6475

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5303

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,3301

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,9987

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 799,52

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,8655

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,2781

HRK

Kuna Kroata

7,3026

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 076,02

MYR

Ringgit Malażjan

4,7503

PHP

Peso Filippin

64,080

RUB

Rouble Russu

39,5915

THB

Baht Tajlandiż

47,462

BRL

Real Brażiljan

3,1619

MXN

Peso Messikan

18,5292

INR

Rupi Indjan

65,8930


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


6.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 1/5


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Il-31 ta' Diċembru 2008

(2009/C 1/04)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3917

JPY

Yen Ġappuniż

126,14

DKK

Krona Daniża

7,4506

GBP

Lira Sterlina

0,95250

SEK

Krona Żvediża

10,8700

CHF

Frank Żvizzeru

1,4850

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,7500

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,875

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

266,70

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7083

PLN

Zloty Pollakk

4,1535

RON

Leu Rumen

4,0225

SKK

Krona Slovakka

30,126

TRY

Lira Turka

2,1488

AUD

Dollaru Awstraljan

2,0274

CAD

Dollaru Kanadiż

1,6998

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,7858

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,4191

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0040

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 839,13

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,0667

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,4956

HRK

Kuna Kroata

7,3555

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 239,12

MYR

Ringgit Malażjan

4,8048

PHP

Peso Filippin

65,930

RUB

Rouble Russu

41,2830

THB

Baht Tajlandiż

48,285

BRL

Real Brażiljan

3,2436

MXN

Peso Messikan

19,2333


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


6.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 1/6


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

It-2 ta' Jannar 2009

(2009/C 1/05)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3866

JPY

Yen Ġappuniż

126,64

DKK

Krona Daniża

7,4499

GBP

Lira Sterlina

0,961

SEK

Krona Żvediża

10,8425

CHF

Frank Żvizzeru

1,4874

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,695

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,825

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

265,48

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7083

PLN

Zloty Pollakk

4,1638

RON

Leu Rumen

4,035

TRY

Lira Turka

2,138

AUD

Dollaru Awstraljan

1,9884

CAD

Dollaru Kanadiż

1,6942

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,7472

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,3969

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0265

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 833,09

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,0618

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,4608

HRK

Kuna Kroata

7,3346

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 391,26

MYR

Ringgit Malażjan

4,808

PHP

Peso Filippin

65,31

RUB

Rouble Russu

40,7819

THB

Baht Tajlandiż

48,212

BRL

Real Brażiljan

3,2456

MXN

Peso Messikan

19,1718

INR

Rupi Indjan

67,125


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

6.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 1/7


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2009/C 1/06)

Numru XA: XA 295/08

Stat Membru: Franza

Ir-reġjun: Département de la Manche

Skema ta' għajnuna: Aides aux coopératives d'utilisation en commun de matériel agricole (CUMA) pour les hangars

Il-bażi ġuridika:

 

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

 

Articles L 1511 et suivants du code général des collectivités territoriales

 

Articles L 3231-2 et L 3232-17 du code général des collectivités territoriales

 

Délibérations du Conseil général de la Manche des 6 et 8 février 2008

 

Convention entre l'État et le département relative à la nouvelle ruralité du 8 décembre 2004 et avenant du 7 novembre 2007

Nefqa annwali mbassra fil-qafas tal-iskema ta' għajnuna: Massimu ta' EUR 54 000 f'għajnuniet

Intensità massima tal-għajnuna: 30 % tal-investimenti, sa limitu ta' EUR 45 000 ta' għajnunuet għal kull investiment

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni għad-domanda ta' eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni

Tul ta' żmien tal-iskema ta' għajnuna: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' għajnuna: Biex jiġi nkoraġġit l-investiment fi gruppi u t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-produzzjoni, billi tiġi ffaċilitata l-kostruzzjoni, l-akkwist, il-modernizzazzjoni, l-iżvilupp jew l-estensjoni tal-ħangers iddisinnjati għal ħżin tat-tagħmir agrikolu tal-koperattivi għal użu komuni tat-tagħmir agrikolu

Settur(i) konċernat(i): Il-CUMA kollha tad-dipartiment, ikun x'ikun is-settur tal-produzzjoni primarja agrikola

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le président du Conseil Général de la Manche

Direction des affaires économiques et du développement rural, Service du développement rural

Maison du département

Rond-point de la liberté

50008 Saint-Lo Cedex

FRANCE

Websajt: http://www.cg50.fr/economie/economie/agriculture.asp

Numru XA: XA 296/08

Stat Membru: Franza

Ir-reġjun: Département de la Manche

Skema ta' għajnuna: Aides à l'achat de matériels à vocation environnementale par des Coopératives d'Utilisation de Matériels en Commun (CUMA)

Il-bażi ġuridika:

 

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

 

Articles L 1511 et suivants du code général des collectivités territoriales

 

Articles L 3231-2 et L 3232-17 du code général des collectivités territoriales

 

Délibérations du Conseil général de la Manche des 6 et 8 février 2008

 

Convention entre l'État et le département relative à la nouvelle ruralité du 8 décembre 2004 et avenant du 7 novembre 2007

Nefqa annwali prevista fil-qafas tal-iskema ta' għajnuna: Massimu ta' EUR 400 000 f'għajnuniet annwali

Intensità massima tal-għajnuna: Minn 5 % sa 40 % tal-ispejjeż totali eliġibbli, waqt il-preżenza jew mingħajr ta' fond pubbliku ieħor.

Il-Kunsill ġenerali għandu jiżgura li r-rata ta' 40 % ma għandha qatt tinqabeż fil-każ ta' għajnuniet kumulattivi

Data tal-implimentazzjoni: mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni għad-domanda ta' eżenzjoni tal-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni

Tul ta' żmien tal-iskema ta' għajnuna: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' għajnuna: Din l-iskema ta' għajnuna tagħmel parti mill-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Dan il-mezz għandu jgħin fl-akkwist ta' materjali li jiffavorixxu id-dinamiċità kollettiva tal-iżvilupp rurali, l-aktar fil-kuntest tal-enerġiji li jiġġeddu u t-titjib tal-kundizzjonijiet ambjentali kulturali tal-impriżi agrikoli. Bħala parti minn dawn il-proġetti, jistgħu ikun eliġibbli materjali u tagħmir bħal magni għall-ħofor biex jiddaħħlu l-arbli fl-art, apparat għall-ingastar tal-arbli fl-art, apparat għall-qsim tal-injam, magni tat-tindif tat-toroq, magni għat-tkebbib tal-barbed wire, magni tal-għażiq, vaski għall-baqar, lamelli tas-srieraq, magni għat-tifrik tal-injam, unitajiet għat-trattament fuq il-post tal-iskart likwidu tal-bhejjem

Settur(i) konċernat(i): Il-CUMA kollha tad-dipartiment, ikun x'ikun is-settur tal-produzzjoni primarja agrikola.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le président du Conseil général de la Manche

Direction des affaires économiques et du développement rural

Service du développement rural

Maison du département

Rond-point de la liberté

50008 Saint-Lo cedex

FRANCE

Websajt: http://www.cg50.fr/economie/economie/agriculture.asp

http://www.cg50.fr/economie/economie/iso_album/080415_cuma_cg_1.pdf

Numru XA: XA 330/08

Stat Membru: Il-Polonja

Ir-reġjun: Il-pajjiż kollu

Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Program pomocy dla rodzin rolniczych, w których gospodarstwach rolnych powstały szkody spowodowane przez suszę lub huragan w 2008 r.

Bażi ġuridika: Uchwała Rady Ministrów z dnia 26 sierpnia 2008 r. w sprawie ustanowienia Programu pomocy, dla rodzin rolniczych, w których gospodarstwach rolnych powstały szkody spowodowane przez suszę lub huragan w 2008 r.

u

L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3)

In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Il-volum ippjanat tar-riżorsi nazzjonali tal-baġit għall-forom kollha ta' għajnuna għall-farm skont l-iskema tal-2008 tista' tlaħħaq is-PLN 245 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: L-ammont totali ta' għajnuna għal kull impriża m'għandhiex taqbeż, fil-każ ta' ħsara li ġejja minn:

(a)

80 % tat-telf tad-dħul kalkulat mill-gvernatur reġjonali skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006; jew

(b)

90 % tat-telf tad-dħul kalkulat mill-gvernatur reġjonali skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 għall-impriżi misjuba fir-reġjuni tal-muntanji u f'żoni żvantaġġati oħra (LFA) kif inhuma definiti fir-regoli dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali kofinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali jew fiż-żoni tan-Natura 2000 u żoni involuti fl-implimentazzjoni tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma;

(a)

80 % għal intensità ta' għajnuna grossa kif tissemma fl-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, maħduma skont l-ispejjeż imġarrba attwalment:

(b)

90 % tal-intensità ta' għajnuna grossa msemmija fl-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, ikkalkulata skont l-ispejjeż attwalment imġarrba fiż-żoni żvantaġġati oħra (LFAs) kif inhuma definiti fir-regoli dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali kofinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali jew fiż-żoni tan-Natura 2000 u żoni involuti fl-implimentazzjoni tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma

Id-data tal-implimentazzjoni: Mis-6 ta' Ottubru 2008

Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għoti tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Awwissu 2009

L-għan tal-għajnuna: Sabiex jiġu megħjuna l-familji li jaħdmu fil-biedja jegħlbu d-diffikultajiet finanzjarji temporanji ikkawżati mill-ħsara lill-għelejjel li jirriżultaw minn ħsara li ġejja minn nixfa jew uragan lill-binjiet li jilqgħu fihom bhejjem, imħażen, serer u bini agrikolu ieħor u strutturi u trakters agrikoli, makkinarju u tagħmir, f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Settur(i) konċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

 

Forma ta' għajnuna

Entitajiet

Indirizz

1.

Krediti tat-taxxa agikola

Awtoritajiet lokali

Skont il-lokalizzazzjoni ta' l-impriża

2.

Għajnuna għall-pagamenti tal-interess fuq self minħabba diżastri

Agencja Restrukturyzacji i Modernizacji Rolnictwa

00-175 Warszawa

al. Jana Pawła II 70

3.

Tnaqqis u eżenzjonijiet fir-rigward tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u l-ħlas kollu tal-arretrati relatati fil-forma ta' diferiment tad-data tal-għeluq għall-ħlas tal-kontribuzzjinijiet jew id-diviżjoni tal-ħlasijiet f'pagamenti baxxi

Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego

00-608 Warszawa

al. Niepodległości 190

4.

Diferiment tal-ħlasijiet taħt kuntratti ta' bejgħ u kiri mingħajr applikazzjoni tal-ħlasijiet u interess għal tul ta' żmien tad-diferiment u tnaqqis u eżenzjonijiet fir-rigward tal-ħlasijiet għall-kiri

Agencji Nieruchomości Rolnych

00-215 Warszawa

ul. Dolańskiego 2

5.

Assistenza soċjali fil-forma ta' ħlas ta' darba biss

ośrodki pomocy społecznej

According to the farmer's place of residence

6.

Għajnuna għal żerriegħa ċertifikata

Agencja Rynku Rolnego

00-400 Warszawa

ul. Nowy Świat 6/12

Websajt: www.minrol.gov.pl taħt “Pomoc dla rodzin rolniczych, w których gospodarstwach rolnych powstały szkody spowodowane przez suszę lub huragan w 2008 r.”

Tagħrif ieħor: —

Numru XA: XA 342/08

Stat Membru: Id-Danimarka

Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tirċievi għajnuna individwali: Projekt Opdræt

Bażi ġuridika: Lov om administration af Det Europæiske Fællesskabs forordninger om markedsordninger for landbrugsvarer m.v. (Bemyndigelsesloven), jf. lovbekendtgørelse nr. 297 af 28. april 2004.

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: DKK 1 750 000

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: L-1 ta' Ottubru 2008

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: Sat-30 ta' Settembru 2009

Għan tal-għajnuna: L-għan tal-iskema hu li l-informazzjoni tiġi miġbura, iġġenerata u mferrxa sabiex tiġi żgurata kwalità aktar uniformi fost it-tiġieġ sabiex tiżdied il-produttività fil-perjodu li fih ibidu.

Il-benefiċjarji aħħarija huma dawk li jgħammru t-tjur u raħħala li jipproduċu l-bajd għat-trobbija u għall-konsum tal-bniedem. L-iskema tikkonċerna l-impriżi żgħar u ta' daqs medju biss.

L-iskema hija skont l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Tikkonċerna n-nefqa għal servizzi ta' konsulenza

Settur(i) konċernat(i): Is-settur tat-tjur

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Fjerkræafgiftsfonden

Axeltorv 3

1609 København V

DANMARK

Websajt: http://www.poultry.dk/ddf/fa.nsf/B2009T.pdf?openfileresource

Tagħrif ieħor: —


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

6.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 1/10


Sejħa għal proposti skond il-programm ta' ħidma “Kooperazzjoni ta' l-2009” tas-7 Programm Kwadru tal-KE għal Azzjonijiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

(2009/C 1/07)

B'dan qed tingħata notifika tat-tnedija ta' sejħa għal proposti skond il-programmi ta' ħidma “Kooperazzjoni ta' l-2009” tas-7 Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal Azzjonijiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (mill-2007 sa l-2013).

Jintlaqgħu proposti għas-sejħa li ġejja. Id-dati ta' l-għeluq għas-sejħa u l-baġits qegħdin imniżżlin fit-test tas-sejħa, li jinsab ippublikat fuq il-websajt tal-CORDIS.

Il-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni ta' l-2009”:

It-tema: L-enerġija

Identifikazzjoni tas-sejħa: FP7-ENERGY-2009-BRAZIL

Din is-sejħa għal proposti hija konnessa mal-programm ta' ħidma adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 6827 tas-17 ta' Novembru 2008.

L-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħa, il-programm ta' ħidma u l-gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti hija disponibbli fuq il-websajt tal-CORDIS: http://cordis.europa.eu/fp7/calls/


6.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 1/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.