ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 331

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
31 ta' Diċembru 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 331/01

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

1

2008/C 331/02

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

2

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 331/03

Rata tal-kambju ta' l-euro

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 331/04

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

6

2008/C 331/05

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

9

2008/C 331/06

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali ( 1 )

11

 

INFORMAZZJONI MINN PAJJIŻI TERZI

 

Kummissjoni

2008/C 331/07

Komunikazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera lill-Kummissjoni Ewropea fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jikkontrollaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

13

 

2008/C 331/08

Nota lill-qarrej(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 331/1


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(2008/C 331/01)

Id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

19.11.2008

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

NN 14/08 (ex N 502/07)

L-Istat Membru

Spanja

Ir-reġjun

Castilla y León

It-titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Ayuda a «Castileón 2000, SAU»

Il-bażi ġuridika

«Informe favorable de la Comisión Delegada para Asuntos Económicos de la Comunidad Autónoma de Castilla y León sobre la formalización de una pignoración de depósito por “Ade Financiación, S. A.” a favor de la sociedad “Castileón 2000, S.A.U.” para elevar a la Junta de Gobierno de la Comunidad Autónoma de Castilla y León la concesión de la ayuda»

It-tip ta' miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Għajnuna biex tiġi salvata impriża f'diffikultà

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

Il-baġit

EUR 2 494 150

L-intensità

It-tul ta' żmien

Sitt xhur

Is-setturi ekonomiċi

L-agrikultura

L-isem u l-indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna

Ade Financiación, S.A.

Junta de Castilla y León

Calle San Lorenzo no 24

E-47001 Valladolid

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 331/2


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 331/02)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

14.11.2008

Għajnuna Nru

N 700/07

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Wales

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Finance Wales JEREMIE Fund

Il-bażi legali

Section 60 of the Government of Wales Act 2006 and section 1 of the Welsh Development Agency Act 1975

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kapital ta' riskju

Il-forma ta' l-għajnuna

Provvista ta' kapital ta' riskju

L-Estimi

Baġit globali: GBP 150 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

2008-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Finance Wales Plc

Oakleigh House

Park Place

Cardiff CF10 3DQ

United Kingdom

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

12.11.2008

Għajnuna Nru

N 77/08

Stat Membru

Id-Danimarka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Programmet for brugerdreven innovation

Il-bażi legali

Lov om erhvervsfremme § 2, stk. 2 og 3, stk. 2, § 4 stk. 1 og § 22 stk. 1,3 og 4 i lov nr. 602 af 24. juni 2005

Bekendtgørelse nr. 241 af 20. marts 2007

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit annwali: DKK 94 miljun

Baġit globali: DKK 282 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2010

Setturi ekonomiċi

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Erhvervs- og Byggestyrelsen

Dahlerups Pakhus

Langelinie Alle 17

DK-2100 København Ø

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

12.11.2008

Għajnuna Nru

N 258/08

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Saarland

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Richtlinien für die Förderung von Entwicklung, Forschung und Innovation im Saarland — EFI Programm

Il-bażi legali

§ 44 Landeshaushaltsordnung des Saarlandes in der Fassung der Bekanntmachung vom 5. November 1999 (Amtsblatt Saarland 2000 S. 194), zuletzt geändert durch Gesetz vom 15. Februar 2006 (Amtsblatt Saarland 2006 S. 474, 530) und die dazu erlassenen Verwaltungsvorschriften (VV-LHO) vom 27. September 2001 (GMBL Saar 2001, S. 553) zuletzt geändert durch Verwaltungsvorschrift vom 20. September 2007 (Amtsblatt Saarland 2007, S. 1889)

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp, Żvilupp reġjonali, Impjiegi

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit annwali: EUR 3,2 miljun

Baġit globali: EUR 18,6 miljun

L-intensità

80 %

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerium für Wirtschaft und Wissenschaft

Franz-Josef-Röder-Straße 17

D-66119 Saarbrücken

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 331/5


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

It-30 ta' Diċembru 2008

(2008/C 331/03)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4098

JPY

Yen Ġappuniż

127,40

DKK

Krona Daniża

7,4506

GBP

Lira Sterlina

0,97420

SEK

Krona Żvediża

10,9500

CHF

Frank Żvizzeru

1,4963

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,8400

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,630

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

266,33

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7079

PLN

Zloty Pollakk

4,1465

RON

Leu Rumen

4,0202

SKK

Krona Slovakka

30,145

TRY

Lira Turka

2,1606

AUD

Dollaru Awstraljan

2,0435

CAD

Dollaru Kanadiż

1,7331

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,9261

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,4448

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0325

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 902,43

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,3931

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,6364

HRK

Kuna Kroata

7,3348

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 507,80

MYR

Ringgit Malażjan

4,9040

PHP

Peso Filippin

67,040

RUB

Rouble Russu

41,4035

THB

Baht Tajlandiż

48,998

BRL

Real Brażiljan

3,3127

MXN

Peso Messikan

19,3143


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 331/6


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 331/04)

Numru XA: XA 343/08

Stat Membru: Id-Danimarka

Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tirċievi għajnuna individwali: Sundhedsstyring i vildtopdræt

Bażi ġuridika: Lov om administration af Det Europæiske Fællesskabs forordninger om markedsordninger for landbrugsvarer m.v. (Bemyndigelsesloven), jf. lovbekendtgørelse nr. 297 af 28. april 2004

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: DKK 300 000

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: L-1 ta' Ottubru 2008

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: Sat-30 ta' Settembru 2009

Għan tal-għajnuna: L-għan tal-iskema hu biex jiġi żgurat li t-tjur tal-kaċċa ż-żgħar rilaxxati għall-kaċċa huma b'saħħithom u jikkostitwixxu stokk vijabbli ta' għasafar tajbin għall-konsum mill-bniedem. Billi r-rata ta' mortalità fost it-tjur tal-kaċċa ż-żgħar spiss tkun għolja, l-iskema hija maħluqa biex tipprovdi informazzjoni dwar il-kawżi ta' mewt fost l-iżgħar gruppi ta' tjur tal-kaċċa. Skont l-informazzjoni miġbura, il-pariri huma mfassla dwar il-ġestjoni tat-tjur tal-kaċċa (primarjament dundjani) fl-ewwel tliet ġimgħat ta' ħajja, bil-għan li jitnaqqas it-telf ta' produzzjoni.

Il-benefiċjarji aħħarija huma dawk li jgħammru tjur għall-kaċċa. L-iskema tikkonċerna l-impriżi żgħar u ta' daqs medju biss.

L-iskema hija skont l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006. Tikkonċerna n-nefqa għal servizzi ta' konsulenza

Settur(i) konċernat(i): Tjur tal-kaċċa

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Fjerkræafgiftsfonden

Axeltorv 3

DK-1609 Copenhagen V

Websajt: http://www.poultry.dk/ddf/fa.nsf/B2009T.pdf?openfileresource

Tagħrif ieħor: —

Numru XA: XA 344/08

Stat Membru: Franza

Ir-reġjun: Département du Gers

Skema ta' għajnuna: Programme d'aide en faveur du remplacement des éleveurs gersois

Il-bażi ġuridika:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006, Artikolu 15;

articles L 1511-1 et suivants, article L 4211-1 du code général des collectivités territoriales,

délibération du Conseil général du Gers du 29 juillet 2008

Nefqa annwali taħt l-iskema jew l-ammont totali ta' għajnuna mogħti lill-impriża individwalment: EUR 60 000 /sena

Intensità massima tal-għajnuna: L-ammont ta' għajnuna għandu jkun 35 % tal-ispejjeż ta' kull jum għal sostituzzjoni ta' raħħala żgħażagħ u 25 % tal-ispejjeż ta' kull jum għal sostituzzjoni tar-raħħala l-oħra, sal-limitu ta' 24 ġurnata kull sena u kull trobbija

Data tal-implimentazzjoni: 2008, mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni għad-domanda ta' eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni

Tul ta' żmien tal-iskema ta' għajnuna: 2008

Għan u tipi ta' għajnuniet: Is-sostituzzjoni hija soluzzjoni li tippermetti l-impriżi agrikoli li l-attività tagħhom titlob il-preżenza tagħhom fil-farm kull jum tas-sena jkollhom ritmu ta' xogħol u ta' ħajja komparabbli għal dawk ta' setturi ekonomiċi oħra. Madankollu, għajr għal każijiet fejn din l-għażla tiġi ffinanzjata (permezz ta' assigurazzjonijiet privati li jkopru l-maternità, inċidenti jew mard), l-ispejjeż għal dan is-servizz iservu ta' deterrent.

Għalhekk qiegħed jiġi propost lir-raħħala, għajnuna intiża sabiex jiġi mħeġġeġ l-użu ta' dawn is-servizzi. Din l-għajnuna għandha tingħata biex jitkopru l-ispejjeż reali mġarrba minħabba s-sostituzzjoni tar-raħħal minħabba mard, vaganzi jew għal taħriġ professjonali (minbarra r-risponsabbiltajiet tad-'trade unions'). L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandiex tingħata fi ħlasijiet diretti lill-produtturi.

F'konformità mal-Artikolu 15(4) tar-Regolament ta' eżenzjoni agrikola, l-għajnuna ma għandiex tiġi limitata għall-membri ta' gruppi ta' prodotturi speċifiċi jew għall-organizzazzjonijiet oħra. Meta l-għajnuna tiġi attribwita lil grupp jew organizzazjoni għal servizz għal servizz li jingħata lil raħħal li mhuwiex membru ta' dak il-grupp jew organizzazzjoni, hija għandha tiġi limitata għall-ispejjeż relatati mal-forniment tas-servizz ta' sostituzzjoni

Setturi konċernati: L-impriżi agrikoli kollha, meta r-raħħal (li jeżerċità l-attività ewlenija tiegħu) għandu jkun preżenti kull jum tas-sena kollha fil-farm

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le Président du Conseil Général du Gers

Direction de l'Agriculture, de l'Eau et de l'Environnement

81, route de Pessan

F-32000 AUCH

Websajt: http://www.gers-gascogne.com/ovidentia/index.php?tg=oml&file=publication/fich.html&art=1211&cat=33

Numru XA: XA 345/08

L-Istat Membru: Spanja

Ir-reġjun: Catalonia

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li titċievi l-għajnuna individwali: Ayudas para la repoblación ganadera de reproductores bovinos sacrificados por motivo de saneamiento oficial

Il-bażi ġuridika: Orden de 2008, del Departamento de Agricultura, Alimentación y Acción Rural, por la cual se aprueban las bases reguladoras de las ayudas para la reposición de animales reproductores bovinos sacrificados por motivos de saneamiento oficial y se convocan las correspondientes al año 2008

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema: EUR 810 000 kull sena

L-intensità massima tal-għajnuna: Sa EUR 500 għal kull annimal maqtul minħabba raġunijiet uffiċjali ta' saħħa, sabiex jiġi sostitwit dak l-annimal. L-ammont massimu ta' għajnuna għal bdil tal-annimal għandha tkun id-differenza bejn il-prezz ta' xiri tal-annimal il-ġdid u l-ammont totali riċevut skont l-iskema ta' assigurazzjoni, jekk ikun il-każ, u l-ispejjeż mhux imġarrba minħabba l-marda, illi kieku kellhom jiġġarbu, sakemm l-intensità massima ta' għajnuna ma taqbizx il-100 %

Id-data tal-implimentazzjoni: L-iskema ta' għajnuna għandha tapplika mid-data tal-pubblikazzjoni fuq il-websajt tad-DG AGRI tan-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni provduta fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-Ordni tidħol fis-seħħ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Generalitat de Cataluña (DOGC), li hija ppjanata għal Settembru 2008

Tul ta' żmien tal-iskema ta' għajnuna: Mill-pubblikazzjoni tal-iskema fl-2008 sal-31.12.2013

L-għan tal-għajnuna: L-għajnuna hija maħsuba biex tikkumpensa r-raħħala għat-telf ikkawżat mill-qtil tal-bovini taċ-ċanga, tal-ħalib jew tar-razza Lidia minħabba raġunijiet uffiċjali ta' saħħa, u li tiffaċilita l-bdil tal-annimali bil-ħsieb li jiġi restawrat in-numru ta' annimali tat-tgħammir għan-numru ta' qabel it-tfaqqigħa tal-marda, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Din l-għajnuna tingħata sabiex tiġi miġġielda t-tuberkulożi bovina u/jew il-bruċċelożi, u:

għandha x'taqsam mal-marda li l-awtoritajiet pubbliċi jkunu rrikonoxxew it-tfaqqigħ tagħha;

tagħmel parti mill-programm obbligatorju fuq livell Komunitarju, nazzjonali jew reġjonali għall-prevenzjoni jew l-eradikazzjoni tal-marda;

ma tingħatax għajnuna għall-miżuri fejn l-ispejjeż għandhom jiġġarbu mill-impriża agrikola;

mhumiex mard fejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja tipprovdi għall-ħlasijiet speċifiċi għall-miżuri ta' kontroll;

l-annimali kollha fl-impriża kellhom jiġu maqtula għall-raġunijiet uffiċjali ta' saħħa fl-2007 u fl-2008. L-annimali li għandhom jinbidlu setgħu ġew nieqsa fl-2007. Għalhekk, l-iskema tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(8) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 peress li għandha tiddaħħal fi żmien tlett snin minn meta ġara t-telf u l-għajnuna għandha titħallas fi żmien erba' snin mill-inċident

Impriżi agrikoli li huma kkunsidrati bħala impriżi żgħar ħafna, żgħar jew ta' daqs medju biss jistgħu jibbenefikaw minn din l-għajnuna

Is-settur(i) konċernat(i): It-tgħammir tal-baqar għaċ-ċanga, għall-ħalib jew tar-razza tal-Lidia, il-kodiċi tan-NACE 01.41 (Trobbija tal-baqar tal-ħalib) u 01.42 (Trobbija ta' bovini oħra u buffli)

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Departamento de Agricultura, Alimentación y acción Rural de la Generalitat de Catalunya

Gran Vía de les Corts Catalanes nos 612-614

E-08007 Barcelona

Indirizz tal-internet: http://www20.gencat.cat/docs/DAR/TR_Tramits/TR01_Ajuts%20i%20subvencions/DAR_05%20Ajus%20pendents%20publicacio/Documents/Fitxers%20estatics/2008267.pdf

Tagħrif ieħor: —

In-numru tal-XA: XA 349/08

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Liguria

Titlu tal-iskema ta' għajnuna: Concessione di contributi per le spese relative alla tenuta dei Libri Genealogici e per lo svolgimento dei controlli funzionali del bestiame

Bażi ġuridika: Delibera della Giunta Regionale n. 1117 del 12.9.2008«Criteri e modalità di concessione dei contributi previsti dall'art. 1 della legge regionale n. 36/2000 in adeguamento alle disposizioni di regolamento (CE) n. 1857/2006 della Commissione» e articolo 1 della legge della Regione Liguria 4 agosto 2000 n. 36 «Norme in materia di associazioni allevatori»

Nefqa annwali mbassra skont l-iskema: L-ammont jingħata annwalment mill-Istat lir-Reġjun skont in-numru ta' bhejjem ittestjati, in-numru ta' stalel u s-sitwazzjoni ambjentali u produttiva taż-żoni u huwa stabbilit għas-sena 2008 f' EUR 748.250,00

Intensità massima tal-għajnuna: Skont l-Artikolu 1 tal-Liġi Reġjonali Nru 36 tal-4 ta' Awwissu 2000, l-intensità massima tal-għajnuna hija sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli għaż-żamma tar-reġistru tal-bhejjem u sa 70 % tal-ispejjeż eliġibbli għall-kontrolli xierqa (Artikolu 16 (1)(a) u (b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006)

Data tal-applikazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni pprovduta fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: L-għajnuna għaż-żamma tar-reġistru tal-bhejjem tkopri l-ispejjeż tal-attività għall-kontroll u x-xogħol fuq l-informazzjoni miġbura; l-attività biex isiru l-kontrolli xierqa tal-bhejjem tkopri l-ispejjeż għall-attività tal-kontroll, l-elaborazzjoni tal-informazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni miġbura mir-raħħala.

Dawn l-inċentivi previsti mill-Artikolu 1 tal-Liġi Reġjonali Nru 36 tal-4 ta' Awwissu 2000 huma mogħtija skont l-Artikolu 16(1)(a) u (b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006, sa 100 % tan-nefqa eliġibbli fejn għandhom x'jaqsmu l-ispejjeż amministrattivi assoċjati għaż-żamma tar-reġistru tal-bhejjem u dettalji oħra, u sa limitu ta' 70 % fir-rigward tal-ispejjeż imġarrba għat-testijiet biex jiġi determinat ir-rendiment tal-bhejjem, għajr għall-ispezzjonijiet mis-sidien tal-bhejjem u l-kontrolli ta' rutina għall-kwalità tal-ħalib

Settur(i) ikkonċernt(i): Il-benefiċċju igawdu minnu tal-farms tal-bhejjem kollha fit-territorju kollu tal-Liguria permezz tax-xogħol tal-assoċjazzjoniet tar-raħħala

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione Liguria

Dipartimento Agricoltura Protezione Civile e Turismo

Via G. D'Annunzio 113

I-16121 Genova

Websajt: Għan-numru 1117 ta' resoluzzjoni tat-12 ta' Settembru 2008:

http://www.agriligurianet.it/Agrinet/DTS_GENERALE/20080916/dgr08_1117.pdf

Għal-liġi reġjonali Nru 36/2000:

http://www.regione.liguria.it/leggi/dos/20000036.htm


31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 331/9


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 331/05)

Numru XA: XA 352/08

Stat Membru: Franza

Ir-reġjun: Dawn l-attivitajiet jistgħu ukoll jiġu ffinanzjati mill-awtoritajiet lokali (kunsilli reġjonali u ġenerali) fejn jixtiquhom, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet ta' intervent tal-FNGCA u l-livelli definiti mill-kodiċi rurali

Skema ta' għajnuna: Aides au paiement des primes et cotisations d'assurance afférentes aux dommages causés par plusieurs phénomènes météorologiques, dont au moins à la fois la sécheresse, la grêle, le gel et l'inondation ou l'excès d'eau

Il-bażi ġuridika:

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

loi 64.706 du 10 juillet 1964,

article L 361-8 du livre III (nouveau) du code rural,

article L 122.7 du code des assurances.

Décret no 2008-270 fixant les modalités d'application de l'article L.361-8 du livre II (nouveau) du code rural en vue de favoriser le développement de l'assurance contre certains risques agricoles

Nefqa annwali imbassra fil-qafas tal-iskema ta' għajnuna: EUR 37 miljun li jiġu mill-fond nazzjonali ta' garanzija għad-diżastri agrikoli (FNGCA)

Intensità massima tal-għajnuna: 35 %, min-naħa tal-FNGCA, tal-primjum jew tal-kontribuzzjoni netta mit-taxxi fatturata lill-persuni interessati għall-garanzija eliġibbli.

Il-garanzija eliġibbli hija determinata minn eċċess minimu ta' 25 % fil-każ ta' kuntratti li jkopru assigurazzjoni ta' wiċċ partikolari, u ta' 20 % għall-assigurazzjoni li tkopri l-produzzjoni kollha tal-farm.

Barra minn hekk, għall-kuntratti b'rata ta' eċċess ogħla jew ugwali għal-livell minimu, il-garanzija eliġibbli hija l-garanzija prevista fil-kuntratt u l-ammont ta' primjum eliġibbli għas-sussidju huwa l-ammont nett tal-primjum iffatturat lill-parti inxurjata.

Għall-kuntratti li għandhom rata ta' eċċess anqas mill-minimu, l-ammont ta' primjum eliġibbli għas-sussidju huwa limitat għall-ammont tal-primjum net fatturat lill-parti inxurjata għall-unika garanzija eliġibbli kif definita hawn fuq.

L-għajnuna ta' 35 % mill-FNGCA għandha tiżdied għal 5 % għal bdiewa żgħażagħ li jkunu bdew tal-anqas ħames snin ilu.

Meta jkun hemm kumulu ta' għajnuna minn tal-Fond u mill-amministrazzjoni reġjonali, l-għajnuna totali ma għandiex fl-ebda każ taqbeż il-50 % tal-ammont tal-primjum jew tal-kontribuzzjoni

Data tal-implimentazzjoni: Minn meta tasal għand il-Kummissjoni

Tul ta' żmien tal-iskema ta' għajnuna: Sal-aħħar tal-2010

Għan ta' għajnuna: L-inkoraġġiment tal-firxa tal-assigirazzjoni kontra diversi riskji fl-agrikoltura. Il-primjums ta' assigurazzjoni fejn tingħata l-għajnuna huma skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Settur(i) konċernat(i): L-impriżi agrikoli kollha, għajr għall-impriżi l-kbar, involuti fil-produzzjoni primarja tal-frott, ħaxix, dwieli, ċereali, pjanti b'kontenut għoli ta' żejt u proteini, pjanti li jagħtu l-fwejjaħ, pjanti aromatiċi u mediċinali u tipi ta' uċuħ tal-industrija

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministère de l'agriculture et de la pêche,

Direction générale des politiques agricole, agro-alimentaire et des territoires,

Bureau du crédit et de l'assurance,

78, rue de Varenne

F-75700 Paris

Websajt: http://agriculture.gouv.fr/sections/thematiques/exploitations-agricoles/assurance-recolte

Numru XA: XA 355/08

Stat Membru: Ir-Repubblika Taljana

Reġjun: Veneto

Titlu tal-iskema ta' għajnuna: Progetti formativi rivolti a favore delle piccole medie imprese attive nella produzione di prodotti agricoli

Bażi ġuridika: L. 845/1978 «Legge quadro in materia di formazione professionale»;

L.R. n. 10 del 30 gennaio 1990«Ordinamento del sistema della formazione professionale e organizzazione delle politiche regionali del lavoro»;

Deliberazione della Giunta Regionale n. 2327 del 8 agosto 2008

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema: Ammont allokat: EUR 1 500 000

Intensità massima tal-għajnuna: L-intensità hija dik prevista fir-Regolament ta' eżenzjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006, għall-attivitajiet tal-Art. 15.

Intensità massima: 100 % tan-nefqa eliġibbli f'konformità ma' parametru ta' ħlas/żmien għal taħriġ stabbilit f'EUR 130,00/siegħa

Data tal-applikazzjoni: DGR Nru 2327 tat-8 ta' Awwissu 2008 ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Reġjun ta' Veneto Nru 70 tat-22 ta' Awwissu 2008 u fuq il-websajt tar-Reġjun ta' Veneto fis-27 ta' Awwissu 2008 u tad-data tal-publikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni għat-talba ta' eżenzjoni fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni

Tul ta' żmien tal-iskema: Mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011

Għan tal-għajnuna: Skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, l-għajnuniet huma intenzjonati għall-ħolqien ta' taħriġ għall-bdiewa u l-ħaddiema tagħhom. It-taħriġ huwa tat-tipi li ġejjin:

taħriġ intenzjonat għax-xiri u l-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti;

taħriġ biex jinkisbu l-liċenzji tal-kummerċ jew ċertifikati ta' kompetenza, taħt l-istess leġiżlazzjoni u fejn il-parti tat-taħriġ jew tal-aġġornament għandhom valur speċifiku;

taħriġ ta' aġġornament jew ta' titjib tematiku;

taħriġ għall-akkwist xieraq tal-“kapaċità professjonali” skont il-liġi Komunitarja u/jew taċ-ċertifikazzjoni ta' D. Lgs.99/2004 (Kummerċjant agrikolu professjonali)

Setturi ekonomiċi interessati: Agrikoltura –Produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Segreteria Regionale attività produttive, istruzione e formazione

Rio dei Tre Ponti Dorsoduro, 3

I-Venezia

Tel. (39) 412 791 560

Fax (39) 412 791 550

e-mail: segr.regapif@regione.veneto.it

Websajt: http://www.regione.veneto.it/Bandi+Avvisi+Concorsi/Bandi

Sommario Bandi — Sito Ufficiale della Regione Veneto

Tagħrif ieħor: Għat-tagħrif:

Direzione Regionale Formazione

Via Allegri 29

I-30174 Venezia-Mestre

Tel. (39) 412 795 029-5030

Fax (39) 412 795 085

e-mail: dir.formazione@regione.veneto.it

Numru XA: XA 369/08

Stat Membru: Ir-Renju Unit

Reġjun: Northern Ireland

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: National Fallen Stock Scheme (Northern Ireland)-Collection of Aborted Material Pilot Scheme

Bażi ġuridika: The Animal By-Products Regulations Northern Ireland 2003 (SR 2003 No 495) and Regulation (EC) No 1774/2002 laying down health rules concerning animal by-products not intended for human consumption requires Member States to ensure adequate arrangements are in place to enable aborted material to be disposed of in accordance with those Regulations

In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema: GBP 0,05 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: L-intensità ta' għajnuna għall-ispejjeż tat-trasport ta' materjal imwarrab miġbur mill-kumpaniji minn kuntrattur approvat hija sa 100 % skont l-Artikolu 16(d) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

L-intensità massima għall-ispejjeż għar-rimi tar-rendiment jew tal-inċinerazzjoni ta' materjal imwarrab minn kuntrattur approvat hija sa 75 % skont l-Artikolu 16(d) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Id-data tal-implimentazzjoni: Il-5 ta' Novembru 2008

Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għoti tal-għajnuna individwali: L-iskema tagħlaq fid-29 ta' Marzu 2009 jew meta l-baġit jiġi eżawrit, liema waħda tiġi l-ewwel

Għan ta' għajnuna: L-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd. L-Artikolu 16(d) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Settur(i) konċernat(i): L-impriżi żgħar u ta' daqs medju involuti fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Department of Agriculture and Rural Development

TB/BR Policy Branch

Room 657B Dundonald House

Upper Newtownards Road

Belfast

BT4 3SB

Ireland

Websajt: http://www.dardni.gov.uk/index/animal-health/animal-diseases/br/free-collection-and-removal-of-aborted-material-scheme.htm

Tagħrif ieħor: —


31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 331/11


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 331/06)

Għajnuna Nru

XR 63/08

Stat Membru

Is-Slovakkja

Reġjun

87(3)(a)

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Schéma štátnej pomoci pre zvyšovanie energetickej efektívnosti na strane výroby aj spotreby a zavádzaní progresívnych technológií v energetike priamou formou pomoci

Bażi legali

Nariadenie Komisie (ES) č. 1628/2006

Usmernenia pre národnú regionálnu pomoc na roky 2007 – 2013

Zákon č. 231/1999 Z. z

Zákon č. 523/2004 Z. z.

Zákon č. 575/2001 Z. z. o

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

SKK 450,71 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

50 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

25.3.2008

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministerstvo hospodárstva SR

Mierová 19

SK-827 15 Bratislava

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://www.justice.gov.sk

Tagħrif ieħor


Għajnuna Nru

XR 64/08

Stat Membru

Is-Slovakkja

Reġjun

87(3)(a)

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Schéma štátnej pomoci na podporu podnikateľských aktivít v cestovnom ruchu do ucelených produktov cestovného ruchu s celoročným využitím

Bażi legali

Nariadenie Komisie (ES) č. 1628/2006

Usmernenia pre národnú regionálnu pomoc na roky 2007 – 2013

Zákon č. 231/1999 Z. z

Zákon č. 523/2004 Z. z.

Zákon č. 575/2001 Z. z. o

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

SKK 566,256 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

50 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

25.3.2008

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministerstvo hospodárstva SR

Mierová 19

SK-827 15 Bratislava

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://www.justice.gov.sk

Tagħrif ieħor


Għajnuna Nru

XR 115/08

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Comunidad Valenciana

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Incentivos autonómicos a la inversión en la Comunitat Valenciana

Bażi legali

Orden de 6 de agosto de 2008, de la Consellería de Economía, Hacienda y Empleo, por la que se regula la concesión de Incentivos Autonómicos a la inversión en la Comunitat Valenciana

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

EUR 10 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

30 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

8.8.2008

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Dirección General de Economía

C/ Palau no 14

E-46003 Valencia

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://www.docv.gva.es/portal/portal/2008/08/08/pdf/2008_9930.pdf

Tagħrif ieħor


INFORMAZZJONI MINN PAJJIŻI TERZI

Kummissjoni

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 331/13


Komunikazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera lill-Kummissjoni Ewropea fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jikkontrollaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

(2008/C 331/07)

I.   Punt (a) — Lista tal-permessi ta' residenza

Il-Konfederazzjoni Żvizzera toħroġ dawn il-permessi ta' residenza:

visa nazzjonali tal-kategorija D bir-referenza segwenti “Validu bħala permess ta' residenza”,

dokument għall-barranin L (awtorizzazzjoni ta' residenza għal żmien qasir; permess ta' residenza L ta' kulur vjola),

dokument għall-barranin B (permess ta' residenza temporanja tat-tip B; mogħti f'tlieta jew erba' lingwi, b'kulur gris),

dokument għall-barranin C (permess ta' residenza permanenti tat-tip C, ta' kulur aħdar),

dokument għall-barranin Ci (permess ta' residenza tat-tip Ci għall-konjuġi u t-tfal — sa 25 sena — tal-uffiċjali tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u tal-membri tar-rappreżentazzjonijiet barranin fl-Iżvizzera li jeżerċitaw attività ta' qligħ fis-suq tax-xogħol Żvizzeru, ta' kulur aħmar),

dokumenti ta' leġittimazzjoni (permessi ta' residenza) tad-Dipartiment Federali tal-Affarijiet Barranin:

dokument ta' leġittimazzjoni “B” (bi strixxa roża): Kapijiet ta' missjoni diplomatika, permanenti jew speċjali, membri għolja tad-direzzjoni tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u membri tal-familja li jgawdu l-istess status,

dokument ta' leġittimazzjoni “C” (bi strixxa roża): Membri ta' persunal diplomatiku tal-missjoni diplomatika, permanenti jew speċjali, membri għolja tad-direzzjoni tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u membri tal-familja li jgawdu l-istess status,

dokument ta' leġittimazzjoni “D” (bi strixxa blu): Membri tal-persunal amministrativ u tekniku tal-missjonijiet diplomatiċi, permanenti jew speċjali u l-membri tal-familja li jgawdu l-istess status,

dokument ta' leġittimazzjoni “D” (bi strixxa kannella): uffiċjali tal-kategorija professjonali tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u membri tal-familja li jgawdu l-istess status,

dokument ta' leġittimazzjoni “E” (bi strixxa vjola): membri tal-persunal ta' servizz ta' missjonijiet diplomatiċi permanenti jew speċjali, uffiċjali tas-servizzi ġenerali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u membri tal-familja li jgawdu l-istess status,

dokument ta' leġittimazzjoni “F” (bi strixxa safra): persunal domestiku privat tal-membri tal-missjonijiet diplomatiċi, permanenti jew speċjali u ta' postijiet konsulari ta' professjoni kif ukoll persunal domestiku privat ta' uffiċjali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali,

dokument ta' leġittimazzjoni “G” (bi strixxa turkina): uffiċjali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali (kuntratt ta' xogħol “għal perijodu qasir”) u membri tal-familja li jgawdu l-istess status,

dokument ta' leġittimazzjoni “H” (bi strixxa bajda): persuni mingħajr privileġġi u immunitajiet awtorizzati li jakkompanjaw il-membri tal-missjonijiet diplomatiċi, permanenti jew speċjali u tal-konsulati, kollaboraturi tal-organizzazzjonijiet internazzjonali li m'humiex uffiċjali ta' dawn tal-aħħar,

dokument ta' leġittimazzjoni “I” (bi strixxa ħadra kulur iż-żebbuġ): membri tal-persunal mhux Żvizzeru tal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u membri tal-familja li jgawdu l-istess status,

dokument ta' leġittimazzjoni “K” (bi strixxa roża): Kapijiet ta' Uffiċċju Konsulari ta' karriera, uffiċjali konsulari ta' karriera u membri tal-familja li jgawdu l-istess status,

dokument ta' leġittimazzjoni “K” (bi strixxa blu): impjegati konsulari ta' karriera u membri tal-familja li jgawdu l-istess status,

dokument ta' leġittimazzjoni “K” (bi strixxa vjola): membri tal-qaddejja tar-rappreżentazzjoni konsulari ta' karriera u membri tal-familja li jgawdu l-istess status,

dokument ta' leġittimazzjoni “K” (bi strixxa bajda): kapijiet onorarji ta' uffiċċji konsolari,

dokument ta' leġittimazzjoni “L” (bi strixxa kulur ir-ramel): membri tal-persunal mhux Zvizzeru tal-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar u membri tal-familja li jgawdu l-istess status,

dokument ta' leġittimazzjoni “O” (bi strixxa griża): membri tal-persunal mhux Żvizzeru tad-Delegazzjoni Ġenerali tal-Palestina u tal-Missjoni permanenti ta' osservazzjoni tal-Palestina u membri tal-familja li jgawdu l-istess status,

dokument ta' leġittimazzjoni “S” (bi strixxa ħadra): membri tal-persunal ta' nazzjonalità Żvizzera tal-missjonijiet diplomatiċi permanenti u speċjali, uffiċjali ta' nazzjonalità Żvizzera ta' organizzazzjonijiet internazzjonali,

ċertifikat ta' ħatra għall-użu tal-persunal xjentifiku mhux Żvizzeru tas-CERN,

ċertifikat għal użu tal-membri tal-familja tal-persunal xjentifiku mhux Svizzeru tas-CERN,

dokument ta' leġittimazzjoni “P” (bi strixxa blu): persunal xjentifiku mhux Żvizzeru tas-CERN u membri tal-familja li jgawdu l-istess status.

II.   Punt (b) — Lista tal-punti ta' qsim tal-fruntieri:

Punti ta' qsim tal-fruntiera fl-ajruporti:

Bâle-Mulhouse,

Genève-Cointrin,

Zurich,

Saint-Gall-Altenrhein SG,

Berne-Belp,

Granges,

La-Chaux-de-Fond-Les Eplatures,

Lausanne-La Blécherette,

Locarno-Magadino,

Lugano-Agno,

Samedan,

Sion.

Punti ta' qsim tal-fruntieri tal-art għat-traffiku bil-vetturi:

Sennwald SG-Ruggell FL,

Haag SG — Bendern FL,

Buchs SG — Schaan FL,

Sevelen SG — Vaduz FL,

Trübbach SG — Balzers FL,

Sevelen SG — Vaduz FL (punt ta' qsim fil-fruntiera tal-art għal nies bil-mixi u ċiklisti biss),

Trübbach SG — Balzers FL (punt ta' qsim fil-fruntiera tal-art għal nies bil-mixi u ċiklisti biss).

III.   Punt (c) — Ammonti ta' referenza stipulati għall-qsim bejn il-fruntieri esternti tal-pajjiż:

Il-Liġi Żvizzera dwar il-barranin tas-16 ta' Diċembru 2005 (RS 142.20) tgħid li ċ-ċittadini barrani għandu jkollu l-mezzi finanzjarji meħtieġa għall-perjodu ta' residenza mingħajr ma tistipula d-dispożizzjonijiet. Il-prattika amministrattiva hija kif ġej:

iċ-ċittadin barrani li jassumi persunalment l-ispejjeż tal-perjodu ta' residenza fl-Iżvizzera għandu jipprovdi prova li għandu madwar CHF 100 kuljum. L-istudent li jista' jagħmel użu minn karta ta' student valida għandu jkollu madwar CHF 30 kuljum,

iċ-ċittadin barrani li joqgħod għand individwu jista' juri l-prova tat-teħid ta' responsabbiltà mill-persuna ospitanti fl-Iżvizzera. L-awtorità kompetenti tagħti avviż minn qabel tas-solvenza tal-persuna ospitanti. Id-dikjarazzjoni tat-teħid ta' responsabbiltà tinkludi l-ispejjeż mhux koperti mill-kariga tal-kollettività jew tal-fornituri privati ta' servizzi mediċi matul il-perjodu ta' residenza taċ-ċittadin barrani, jiġifieri l-ispejjeż ta' sussistenza, l-ispejjeż ta' inċidenti, ta' mard kif ukoll l-ispejjeż ta' ritorn, fis-sens ta' għarfien ta' dejn irrevokabbli, stabbilit għal CHF 30 000. Il-persuni ta' età maġġuri ċittadini u residenti tal-Iżvizzera jew tal-Prinċipat tal-Liechtenstein jistgħu jkunu garanti, il-persuni ta' età maġġuri li għandhom awtorizzazzjoni ta' residenza (permess B biss) jew ta' residenza permanenti Żvizzera valida u l-persuni morali miktuba fir-reġistru tal-kummerċ.

IV.   Punt (d) — Il-lista ta' servizzi nazzjonali responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri

Il-Pulizija tal-Cantons ta' Genève, ta' Zurich, ta' Berne, ta' Soleure, de Vaud, ta' Valais, ta' Saint-Gall u ta' Grisons,

Gwardja tal-Fruntiera: il-Korp ta' Gwardja tal-Fruntiera jagħmlu kontrolli tal-persuni fil-fruntiera kemm fil-qafas tal-kariga normali tagħhom, kif ukoll fl-applikazzjoni tal-ftehimiet konklużi bejn id-Dipartiment Federali tal-finanzi u l-cantons (Artikolu 23(2) tal-liġi dwar il-proċedura ta' dħul u visas, OPEV; RS 142.204).

V.   Punt (e) — Il-kampjun tad-dokumenti mudell maħruġa mill-Ministeri ta' l-Affarijiet Barranin

Dokument ta' leġittimazzjoni tat-tip “B” (bi strixxa roża)

Dokument ta' leġittimazzjoni “C” (bi strixxa roża)

11008

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni tat-tip “B” (bi strixxa blu)

11009

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni tat-tip “D” (bi strixxa kannella)

Ġdid

11010

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni “O” (bi strixxa griża)

11011

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni tat-tip “E” (bi strixxa vjola)

Antik

11012

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni tat-tip “F” (bi strixxa safra)

Antik

11013

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni “K” (bi strixxa roża)

11014

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni “K” (bi strixxa blu)

11015

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni “K” (bi strixxa vjola)

11016

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni “K” (bi strixxa bajda)

11017

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni “S” (bi strixxa ħadra)

Bir-referenza tan-nazzjonalità Żvizzera

11018

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni “G” (bi strixxa turkina b'faxxa bajda)

11019

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni “H” (bi strixxa bajda)

Ġdid

11020

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni “I” (bi strixxa ħadra kulur iż-żebbuġ)

11888

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni “L” (bi strixxa kulur ir-ramel)

11889

Image

Image

Dawn huma d-dokumenti ta' leġittimazzjoni l-ġodda:

Dokument ta' leġittimazzjoni “E” (bi strixxa vjola)

Ġdid

32296

Image

Image

Nota: jissostitwixxi d-dokument l-antik tat-tip 5 (Nru tal-artikolu: 11012)

Nru tal-artikolu

Quddiem

Wara

Dokument ta' leġittimazzjoni tat-tip “F” (bi strixxa safra)

Ġdid

32297

Image

Image

Nota: jissostitwixxi d-dokument l-antik tat-tip 6 (Nru tal-artikolu: 11013)

Dokument ta' leġittimazzjoni “P” (bi strixxa blu b'faxxa bajda)

Ġdid

32331

Image

Image

Nota: Jingħataw mill-2009 'l quddiem


31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 331/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.