ISSN 1725-5015

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 324A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
19 ta' Diċembru 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni

2008/C 324A/01

DĠ Tkabbir (ELARG) – Pubblikazzjoni ta' post vakanti għal kariga ta' Direttur (Grad AD 14) – Direttorat Strumenti Finanzjarji u Programmi Reġjonali (fi Brussell) (L-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal) – COM/2008/10156

1

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni

19.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

CA 324/1


DĠ TKABBIR (ELARG)

Pubblikazzjoni ta' post vakanti għal kariga ta' Direttur (Grad AD 14)

Direttorat “Strumenti Finanzjarji u Programmi Reġjonali” (fi Brussell)

(L-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal)

COM/2008/10156

(2008/C 324 A/01)

 

Min aħna

Id-direttur Ġenerali għat-Tkabbir (DĠ ELARG) li għandu l-missjoni li jressaq 'l quddiem il-proċess ta' tkabbir tal-Unjoni Ewropea taħt il-gwida tal-Kummissarju għat-Tkabbir u skont l-orjentazzjonijiet mogħtija mill-Kunsill. jiddefinixxi u jimplimenta l-istrateġija globali tat-tkabbir; jamministra r-relazzjonijiet bilaterali mal-pajjiżi kandidati (il-Kroazja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Turkija) u l-Pajjiżi Kandidati Potenzjali (l-Albanija, il-Bosnija u l-Herzegovina, il-Montenegro, is-Serbja u l-Kosovo skont UNSCR 1244); jamministra l-assitenza ta' pre-adeżjoni għal dawn il-pajjiżi li tammonta għal madwar EUR 1,6 biljun fis-sena; DG ELARG għandu 465 impjegat, huwa organizzat f'ħames Direttorati u huwa preżenti fuq il-post permezz ta' seba' Delegazzjonijiet u Uffiċċju ta' Kollegament.

Qed nipproponu

Il-kariga ta' Direttur li għandu jkun responsabbli għall-amministrazzjoni u s-sorveljanza tax-xogħol ta' erba' unitajiet tad-Direttorat D “Strumenti Finanzjarju u Programmi Reġjonali” b'total ta' 130 persunal. Id-Direttur għandu jirrapporta direttament lid-Direttur Ġenerali. Hu/hi għandu/għandha:

j/tiżviluppa u j/tissorvelja l-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni;

I/tkabbar l-użu konsistenti, effiċjenti u effettiv tal-fondi ta' qabel u ta' wara l-adeżjoni;

j/tikkoordina l-ipprogrammar tal-fondi tal-pre-adeżjoni ma' direttorati ġeografiċi;

j/tamministra programmi reġjonali u assitenza teknika u programmi ta' ġemellaġġ inklużi azzjonijiet li jippromwovu s-soċjetà ċivili u li jippreżervaw il-wirt kulturali;

j/tikkoordina r-relazzjonijiet mal-Istituzzjonijiet Internazzjonali Finanzjarji (IIFs) u donaturi oħra li jiżguraw il-kumplimentarjetà bejn l-assistenza finanzjarja tal-UE u l-programmi bilaterali ta' assistenza;

j/tistabbilixxi Qafas ta' Investiment fil-Balkani tal-Punent b'kooperazzjoni mal-imsieħba tal-IIFs;

j/tiżgura rappurtaġġ xieraq lid-Direttur Ġenerali u lill-Kummissarju responsabbli minn dawn il-kwistjonijiet.

Qegħdin infittxu

kandidati, li għandu jkollhom:

il-ħila li jamministraw it-tfassil u li jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-programmi sostanzjali tal-assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi;

għarfien sod tar-regoli għall-amministrazzjoni tal-fondi tal-UE;

esperjenza fir-relazzjonijiet ma' istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali jew donaturi;

għarfien tajjeb ħafna tal-prinċipji li jsejsu l-politika dwar it-tkabbir tal-Unjoni Ewropea u għarfien tajjeb tas-sitwazzjoni fil-pajjiż tal-kandidat u fil-pajjiżi li huma kandidati potenzjali;

il-ħila li jiżviluppaw viżjoni strateġika ċara biex jintlaħqu dawn l-għanijiet;

Ħiliet ippruvati ta' amministrazzjoni, b'mod partikolari l-kapaċità biex imexxu, jimmotivaw, u jiżviluppaw timijiet sal-ogħla livell tal-potenzjal tagħhom;

kapaċitajiet ta' koordinazzjoni tajbin ħafna, inklużi ma' sħab li jkunu barra d-DĠ u/jew il-Kummissjoni;

ħiliet komunikattivi qawwijia bil-kapaċità li jiġġeneraw u jartikolaw idejat ġodda;

ħiliet interpersonali u ta' netwerking tajbin ħafna biex jiġu stabbiliti kuntatti fil-komunità tad-donatur u fost firxa wiesgħa ta' nies fil-Kummissjoni.

L-applikanti jridu

ikunu ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-UE;

ikollhom grad universitarju li jagħti aċċess għal studji post-universitarji;

ikollhom mill-inqas 15-il sena esperjenza professjonali post-universitarja f'livell li jagħti aċċess għalih il-kwalifiki msemmija hawn fuq. Mill-inqas 5 snin minn dik l-esperjenza professjonali jkunu nkisbu f'livell maniġerjali jew funzjoni konsultattiva għolja (1);

ikollhom għarfien fil-fond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għarfien adegwat ta' lingwa uffiċjali oħra. (Il-kandidati għandhom jinnotaw li l-proċeduri tal-għażla ser isiru bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż biss. Peress li dan jista' jkun ta' vantaġġ għal dawk li huma kelliema nattivi, dawn se jiġu evalwati wkoll f'waħda jew iżjed mil-lingwi l-oħrajn);

età massima: Ma jkunux għadhom laħqu l-età tal-irtirar, li għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, hu ffisat li jkun l-aħħar tax-xahar li fih il-persuna tilħaq l-età ta' 65 sena (Ara Art.52 lit (a) tar-Regolamenti tal-Persunal).

Indipendenza u dikjarazzjoni ta' interessi:

Il-kandidati huma mitluba jikkonfermaw ir-rieda tagħhom li jagħmlu dikjarazzjoni dwar l-impenn tagħhom li jaġixxu b'mod indipendenti fl-interess pubbliku u dikjarazzjoni ta' kull interessi li jistgħu jitqiesu bħala li jippreġudikaw l-indipendenza tagħhom.

Ħatra u kundizzjonijiet tal-impjieg:

Id-Direttur jintgħażel u jinħatar mill-Kummissjoni skont il-proċeduri tal-għażla u r-reklutaġġ tagħha. Il-kandidati li jitniżżlu fil-lista finali se jissejħu għal intervista mill-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni għall-Ħatriet u għal ċentru ta' valutazzjoni mmexxi minn konsulenti esterni tar-reklutaġġ.

Is-salarji u l-kundizzjonijiet tal-impjieg huma dawk stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali fil-grad AD 14 tal-Komunitajiet Ewropej.

L-applikanti għandhom iqisu r-rekwiżit għall-persunal ġdid kollu, taħt ir-Regolamenti tal-Persunal, li jgħaddu b'suċċess żmien ta' prova ta' disa' xhur.

Opportunitajiet indaqs:

L-Unjoni Ewropea tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs.

Proċedura tal-applikazzjoni:

Din il-kariga qiegħda tiġi ppubblikata fl-istess żmien ma' numru ta' postijiet għall-uffiċjali ta' karigi maniġerjali għolja oħra. Il-Kandidati li jixtiequ japplikaw għal iżjed minn pożizzjoni waħda jridu jissottomettu applikazzjoni separata għal kull pożizzjoni.

Qabel ma tissottometti l-applikazzjoni tiegħek, għandek tivverifika b'attenzjoni jekk tissodisfax il-kriterji ta' eliġibilità kollha, b'mod partikolari rigward it-tipi ta' kwalifiki u esperjenza professjonali meħtieġa.

Jekk trid tapplika, għandek tirreġistra permezz tal-Internet billi tmur fuq il-websajt:

https://ec.europa.eu/dgs/personnel_administration/seniormanagementvacancies/CV_Encadext/index.cfm

u ssegwi l-istruzzjonijiet li hemm dwar l-istadji differenti ta' din il-proċedura.

Hija responsabbiltà tiegħek li r-reġistrazzjoni online tiegħek issir fil-ħin (2). Nirrakkomandaw bil-qawwa li ma tistenniex sal-aħħar ftit jiem biex tapplika, għaliex konġestjoni fuq l-Internet jew xi difett fil-konnessjoni tiegħek tal-Internet jistgħu jwasslu biex ir-reġistrazzjoni online tiġi tterminata qabel ma tkun lestejtha, u b'hekk ikollok tirrepeti l-proċess kollu. Ladarba d-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tar-reġistrazzjonijiet tkun għaddiet, ma tkunx tista' tirreġistra iżjed. Bħala regola ġenerali, registrazzjoniet bil-posta elettronika normali li jaslu tard m'humiex se jiġu aċċettati.

Meta tlesti r-reġistrazzjoni online tiegħek, inti tirċievi fuq l-iskrin numru ta' reġistrazzjoni li għandek tieħu nota tiegħu – dan ikun in-numru ta' referenza tiegħek f'kull kwistjoni li tirrigwarda l-applikazzjoni tiegħek. Meta tirċievi dan in-numru, il-proċess tar-reġistrazzjoni jkun spiċċa – huwa konferma li aħna nkunu rreġistrajna l-informazzjoni li tkun daħħalt.

Jekk ma tirċievi l-ebda numru, l-applikazzjoni tiegħek ma tkunx ġiet irreġistrata!

Jekk jogħġbok innota li jrid ikollok indirizz tal-posta elettronika (e-mail). Dan l-indirizz jintuża biex tiġi identifikata r-reġistrazzjoni tiegħek kif ukoll biex tiġi infurmat bir-riżultat tal-proċedura. Għandek tinforma lill-Kummissjoni f'każ ta' tibdil fl-indirizz tal-posta elettronika tiegħek..

Mal-applikazzjoni tiegħek se tintalab tehmeż CV fil-format WORD jew PDF, u biex tinkludi ittra ta' motivazzjoni online (massimu ta' 8 000 karattru). Kemm is-CV kif ukoll l-ittra jridu jkunu bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż.

Jekk jogħġbok innota li mhuwiex possibbli li tissorvelja l-progress tal-applikazzjoni tiegħek online. Inti tiġi kkuntattjat dwar l-istatus tal-applikazzjoni tiegħek direttament mid-DĠ li qiegħed jirrekluta.

Jekk tbati minn diżabbiltà li ma tippermettilekx tirreġistra online, tista' tibgħat l-applikazzjoni (is-CV u l-ittra ta' motivazzjoni) fuq karti permezz ta' posta reġistrata, b'timbru postali  (3) b'data li ma tkunx aktar tard mid-data meta tagħlaq ir-reġistrazzjoni. Kull komunikazzjoni sussegwenti bejnek u bejn il-Kummissjoni tkun bil-posta. F'dan il-każ, mal-applikazzjoni tiegħek għandek tehmeż ċertifikat li juri d-diżabbiltà tiegħek, maħruġ minn entità rikonoxxuta. Għandek issemmi wkoll, fuq karta separata, kull arranġament speċjali li taħseb li jkun meħtieġ biex jiffaċilita l-parteċipazzjoni tiegħek fl-għażla.

Jekk teħtieġ aktar tagħrif u/jew tiltaqa' ma' problemi tekniċi, jekk jogħġbok ibgħat e-mail lil ADMIN-MANAGEMENT-ONLINE@ec.europa.eu

Data tal-għeluq:

Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni hi s-23 ta' Jannar 2009. Ir-reġistrazzjoni elettronika mhux ser tkun possibbli wara li jiskadi nofsinhar (12.00 p.m.), ħin ta' Brussell.


(1)  Fis-CVs tagħhom l-applikanti għandhom jindikaw għall-inqas għal dawn is-5 snin x'tip ta' esperjenza ta' amministrazzjoni f'livell għoli ġiet miksuba: (1) it-titlu u r-rwol tal-pożizzjonijiet maniġerjali li kienu fiha, (2) in-numru ta' persunal li kienu jamministraw f'dawn il-pożizzjonijiet, (3) id-daqs tal-baġit amministrat, u (4) in-numru ta' livelli ġerarkiċi 'l fuq u 'l isfel u n-numru ta' persunal tal-istess livell.

(2)  Mhux aktar tard min-nofsinhar (12:00), ħin ta' Brussell, tas-23 ta' Jannar 2009.

(3)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali “Persunal u Amministrazzjoni”, Unità Organigramma u Staff Maniġerjali, COM/2008/10156, MO34 5/103, B-1049 Brussell.