ISSN 1725-5198 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 320 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 51 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet |
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
Kunsill |
|
2008/C 320/01 |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' l-21 ta' Novembru 2008 dwar strateġija Ewropea għall-multilingwiżmu |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
Kunsill |
|
2008/C 320/02 |
||
2008/C 320/03 |
||
2008/C 320/04 |
||
|
Kummissjoni |
|
2008/C 320/05 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Parlament Ewropew |
|
2008/C 320/06 |
||
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
Kummissjoni |
|
2008/C 320/07 |
||
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Kummissjoni |
|
2008/C 320/08 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5415 — Telenet/Concentra/VAR/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
||
2008/C 320/09 |
||
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Kunsill
16.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 320/1 |
RIŻOLUZZJONI TAL-KUNSILL
ta' l-21 ta' Novembru 2008
dwar strateġija Ewropea għall-multilingwiżmu
(2008/C 320/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
B'REFERENZA GĦAL:
1. |
ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Frar 2002 dwar il-promozzjoni tad-diversità lingwistika u t-tagħlim tal-lingwi (1), li saħqet li l-għarfien tal-lingwi hija waħda mill-ħiliet bażiċi li kull ċittadin jeħtieġ sabiex jieħu sehem b'mod effettiv fis-soċjetà tal-għarfien Ewropea u għalhekk jiffaċilita kemm l-integrazzjoni fis-soċjetà u kemm il-koeżjoni soċjali; |
2. |
il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew li ltaqa' f'Barċellona fil-15 u s-16 ta' Marzu 2002, li appellaw għal azzjoni ulterjuri biex tittejjeb il-kisba ta' ħiliet bażiċi, b'mod partikolari permezz tat-tagħlim ta' żewġ lingwi barranin għal kulħadd minn età bikrija ħafna (2); |
3. |
id-Deċiżjoni Nru 1983/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Diċembru 2006 dwar is-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali (2008) (3); |
4. |
il-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2006 dwar l-Indikatur Ewropew tal-Kompetenza Lingwistika (4), li affermaw mill-ġdid li l-ħiliet f'lingwi barranin, barra milli jgħinu biex jitrawwem intendiment reċiproku bejn il-popli, huma prerekwiżit għal forza tax-xogħol mobbli u jikkontribwixxu għall-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2008 dwar il-Pjan ta' Ħidma għall-Kultura 2008-2010 (5), li jiġbdu l-attenzjoni għad-dimensjoni kulturali tal-multilingwiżmu u b'mod partikolari r-rwol tiegħu fl-aċċess għall-kultura u l-kontribut tagħha għall-kreattività; |
6. |
il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2008 dwar il-Kompetenzi Interkulturali, li jirrikonoxxu r-rwol tat-tagħlim tal-lingwi u t-traduzzjoni għall-kisba ta' kompetenzi interkulturali; |
7. |
il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2008 dwar il-multilingwiżmu, li, fost l-oħrajn, jistiednu lill-Kummissjoni biex sa tmiem l-2008 tfassal proposti għal qafas ta' politika komprensiva fir-rigward tal-multilingwiżmu. |
WAQT LI JILQA':
— |
il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Settembru 2008 bit-titlu “Il-Multilingwiżmu: vantaġġ għall-Ewropa u impenn komuni” (6). |
WAQT LI JIEĦU NOTA TA':
— |
il-Green Paper tal-Kummissjoni tat-3 ta' Lulju 2008 bit-titlu “Migrazzjoni u Mobilità: L-isfidi u l-opportunitajiet għas-sistemi ta' edukazzjoni tal-UE” (7), |
u fid-dawl tal-proċedimenti tal-konvenzjoni dwar il-multilingwiżmu li saret f'Pariġi fis-26 ta' Settembru 2008.
JIKKUNSIDRA LI:
— |
id-diversità lingwistika u kulturali hija parti integrali mill-identità Ewropea; hija fl-istess ħin wirt kondiviż, rikkezza, sfida u assi għall-Ewropa, |
— |
il-multilingwiżmu huwa tema trasversali prinċipali li jinkludi l-isfera soċjali, kulturali, ekonomika u għaldaqstant dik edukattiva, |
— |
il-promozzjoni ta' lingwi Ewropej li huma inqas użati tirrappreżenta kontribut importanti għall-multilingwiżmu, |
— |
xorta jridu jsiru sforzi sinifikattivi għall-promozzjoni tat-tagħlim tal-lingwi u għall-għoti ta' valur lill-aspetti kulturali tad-diversità lingwistika f'kull livell ta' edukazzjoni u taħriġ, filwaqt li tiġi mtejba wkoll l-informazzjoni dwar il-varjetà tal-lingwi Ewropej u t-tixrid tagħhom mad-dinja kollha, |
— |
il-multilingwiżmu huwa wkoll ta' importanza partikolari għall-promozzjoni tad-diversità kulturali, inter alia fil-qasam tal-midja u l-kontenut online, u d-djalogu interkulturali ġewwa l-Ewropa u mar-reġjuni l-oħra tad-dinja; it-traduzzjoni, minħabba r-rabtiet li tistabbilixxi bejn il-lingwi u l-kulturi u l-aċċess wiesa' li tipprovdi għal xogħlijiet u ideat, għandha rwol speċjali f'dan il-proċess, |
— |
id-diversità lingwstika fl-Ewropa tikkostitwixxi valur miżjud għall-iżvilupp tar-relazzjonijiet ekonomiċi u kulturali bejn l-Unjoni Ewropea u l-bqija tad-dinja, |
— |
il-multinligwiżmu jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kreattività billi jippermetti l-aċċess għal modi oħra ta' ħsieb, interpretazzjoni tad-dinja u espressjoni tal-immaġinazzjoni. |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI, FIL-QAFAS TAL-KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM U B'KONFORMITÀ SĦIĦA MAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ, BIEX:
1. Jippromwovu l-multilingwiżmu bil-ħsieb li jsaħħu l-koeżjoni soċjali, id-djalogu interkulturali u l-bini tal-Ewropa
(a) |
iżidu l-għarfien dwar il-benefiċċji tad-diversità lingwistika u t-tagħlim tal-lingwi fost il-membri tal-pubbliku u b'mod partikolari ż-żgħażagħ li jkunu qed jagħmlu taħriġ inizjali kemm fl-edukazzjoni ġenerali kif ukoll fl-edukazzjoni vokazzjonali; |
(b) |
jipprovdu t-tagħlim tal-lingwa tal-pajjiż ospitanti għall-migranti, speċjalment iż-żgħażagħ, bħala element essenzjali għall-integrazzjoni b'suċċess u impjegabbiltà, waqt li jiġu rrispettati l-lingwi tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom. |
2. Isaħħu t-tagħlim tal-lingwi tul il-ħajja
(a) |
jaħdmu biex jipprovdu liż-żgħażagħ, mill-aktar età bikrija u sa wara l-edukazzjoni inizjali u waqt l-edukazzjoni vokazzjonali u dik ogħla, provvista varja u ta' kwalità għolja ta' possibbiltajiet lingwistiċi u kulturali li jippermettulhom jitgħallmu tajjeb mill-inqas żewġ lingwi barranin, li huwa fattur ta' integrazzjoni f'soċjetà bbażata fuq l-għarfien; |
(b) |
jagħmlu sforzi biex jippromwovu l-kisba u l-aġġornar regolari tal-kompetenzi lingwistiċi għal kulħadd, f'kuntesti formali, mhux formali u informali; |
(c) |
jaħdmu biex iwessgħu l-għażla tal-lingwi mgħallma f'livelli differenti tal-edukazzjoni — inklużi lingwi rikonoxxuti li huma użati anqas, sabiex jippermettu lill-istudenti jagħżlu abbażi ta' konsiderazzjonijiet bħall-interessi personali jew is-sitwazzjoni ġeografika; |
(d) |
jinkoraġġixxu t-tagħlim u t-tixrid tal-lingwi Ewropej, permezz tal-użu ta' għodod innovativi bħal ma huma t-teknoloġija tal-komunikazzjoni diġitali u tat-tagħlim f'distanza u approċċi bħal ma huma dawk ibbażati fuq l-interkomprensjoni ta' lingwi relatati; |
(e) |
jippromwovu l-valutazzjoni ta' min ikun qed jitgħallem abbażi ta' għodod rikonoxxuti — bħall-Qafas Ewropew ta' Referenza Komuni għall-Ilsna tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Passaport tal-Lingwi Europass- u, fejn adatt, l-Indikatur Ewropew tal-Kompetenza tal-Lingwi; |
(f) |
jagħtu attenzjoni partikolari lit-taħriġ ulterjuri tal-għalliema tal-lingwi u lit-titjib tal-kompetenzi lingwistiċi tal-għalliema inġenerali, sabiex ikun promoss it-tagħlim ta' suġġetti mhux lingwistiċi b'lingwi barranin (CLIL — Tagħlim Integrat tal-Kontenut u l-Lingwa); |
(g) |
irawmu l-mobbiltà u l-iskambji Ewropej fost l-għalliema tal-lingwi, bil-mira li jiġi żgurat li numru kbir kemm jista' jkun possibbli jkunu qattgħu perijodu ta' żmien f'pajjiż fejn hi mitkellma l-lingwa li jgħallmu; |
(h) |
jużaw il-Programm ta' Tagħlim tul il-Ħajja u skemi nazzjonali relevanti biex jipprovdu lill-gruppi kollha ta' mira — b'mod partikolari liż-żgħażagħ li jkunu qed jirċievu taħriġ u lill-għalliema — b'opportunitajiet ta' mobbiltà li jistgħu jgħinuhom itejbu l-kompetenzi lingwistiċi tagħhom, u inizjattivi bħat-Tikketta Ewropea għal-Lingwi biex jiġi żviluppat materjal għat-tagħlim tal-lingwi. |
3. Jippromwovu aħjar il-multilingwiżmu bħala fattur fil-kompetittività tal-ekonomija Ewropea u l-mobbiltà u l-impjegabbiltà tal-persuni
(a) |
jappoġġaw il-provvista u t-tagħlim ta' firxa wiesgħa ta' lingwi, sabiex jgħinu lill-intrapriżi, speċjalment dawk żgħar u ta' daqs medju (SMEs), jwessgħu l-aċċess tagħhom għas-swieq — b'mod partikolari s-swieq emerġenti — mad-dinja kollha; |
(b) |
jinkoraġġixxu li tingħata importanza akbar lill-kompetenzi lingwistiċi fl-iżvilupp tal-karrieri tal-impjegati, b'mod partikolari dawk ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju; |
(c) |
jagħmlu użu mill-Fondi Strutturali Ewropej, fejn adatt, sabiex jipprovdu korsijiet lingwistiċi speċifiċi għall-impjieg fit-taħriġ vokazzjonali ulterjuri u l-edukazzjoni għall-adulti; |
(d) |
jagħtu valur u jagħmlu użu mill-kompetenzi lingwistiċi taċ-ċittadini bi sfond migratorju, bħala mezz ta' tisħiħ kemm tad-djalogu interkulturali u kemm tal-kompetittività ekonomika. |
4. Jippromwovu d-diversità lingwistika u d-djalogu interkulturali billi jżidu l-assistenza għat-traduzzjoni, sabiex jinkoraġġixxu ċ-ċirkolazzjoni ta' xogħlijiet u t-tixrid ta' ideat u għarfien fl-Ewropa u mad-dinja kollha:
A. |
Fil-qafas tal-politiki u l-programmi eżistenti:
|
B. |
Jibdew diskussjoni dwar ir-relevanza u l-fattibbiltà, fil-perijodu fit-tul, ta' programm speċifiku ta' assistenza għat-traduzzjoni li jkun kapaċi jirribatti l-isfidi kulturali, teknoloġiċi u professjonali involuti. |
5. Jippromwovu l-lingwi tal-UE mad-dinja kollha
(a) |
isaħħu l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn l-istituzzjonijiet kulturali tagħhom jew korpi rappreżentattivi oħrajn f'pajjiżi terzi, u jippromwovu sħubiji lingwistiċi u djalogu interkulturali ma' pajjiżi terzi; |
(b) |
jagħmlu l-aħjar użu mill-potenzjal tal-lingwi Ewropej għall-iżvilupp ta' djalogu kulturali u ekonomiku mal-bqija tad-dinja u għat-tisħiħ tal-irwol tal-UE fix-xena internazzjonali; |
(c) |
itejbu l-kooperazzjoni ma' kemm l-organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali, b'mod partikolari fill-Kunsill tal-Ewropa u l-Unesco, li jaħdmu fil-qasam tat-tagħlim tal-lingwi u d-diversità lingwistika u kulturali. |
JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:
1. |
tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jilħqu l-objettivi mniżżla f'din ir-Riżoluzzjoni, billi jużaw il-potenzjal sħiħ tal-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni, il-kultura u oqsma ta' politika oħrajn rilevanti; |
2. |
fil-kuntest tal-qafas ta' politika komprensiv ġdid dwar il-multilingwiżmu u fil-limiti tal-kompetenza tagħha, tadotta miżuri mmirati biex jittieħed kont debitu tal-ħtiġijiet lingwistiċi taċ-ċittadini u tal-istituzzjonijiet, b'attenzjoni partikolari;
|
3. |
tirrapporta, sa nofs l-2011, dwar l-implimentazzjoni ta' din ir-Riżoluzzjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri u billi tpoġġi enfasi speċjali fuq eżempji ta' prattika tajba; |
4. |
tirrevedi perjodikament is-sitwazzjoni fir-rigward tal-kompetenzi lingwistiċi fl-Ewropa, b'mod partikolari abbażi ta' kwalunkwe riċerka eżistenti mwettqa mill-Istati Membri, il-Qafas Ewropew ta' Referenza Komuni għall-Ilsna u, fejn adatt, l-Indikatur Ewropew tal-Kompetenza tal-Lingwi. |
(2) SN 100/02, punt 44, p.19.
(3) ĠU L 412, 30.12.2006, p. 44.
(4) ĠU C 172, 25.7.2006, p. 1.
(6) 13253/08 + ADD 1 + ADD 2 + ADD 3.
(7) 11631/08 + ADD 1 (COM (2008) 423 finali).
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kunsill
16.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 320/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-27 ta' Novembru 2008
li taħtar tliet membri tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
(2008/C 320/02)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (1), u partikolarment l-Artikolu 79 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar bħala Membri tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru. |
(2) |
Bid-Deċiżjoni tas-7 ta' Ġunju 2007 (2) il-Kunsill ħatar 27 membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi. |
(3) |
Il-Gvern Finlandiż informa lill-Kunsill bil-ħsieb tiegħu li jissostitwixxi lir-rappreżentant Finlandiż fil-Bord ta' Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta' Mejju 2013. |
(4) |
Il-Gvern Latvjan informa lill-Kunsill bil-ħsieb tiegħu li jissostitwixxi lir-rappreżentant Latvjan fil-Bord ta' Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta' Mejju 2011. |
(5) |
Il-Gvern Portugiż informa lill-Kunsill bil-ħsieb tiegħu li jissostitwixxi lir-rappreżentant Portugiż fil-Bord ta' Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta' Mejju 2011, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sinjura Pirkko KIVELÄ ta' nazzjonalità Finlandiża, imwielda fit-23 ta' Ottubru 1953, hija b'dan maħtura membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi flok is-Sur Jukka MALM għall-perijodu minn 17 ta' Diċembru 2008 sal-31 ta' Mejju 2013.
Artikolu 2
Is-Sur Armands PLĀTE ta' nazzjonalità Latvjana, imwieled fis-27 ta' Frar 1962 huwa b'dan maħtur tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi flok is-Sinjura Ilze KIRSTUKA għall-perijodu minn 17 ta' Diċembru 2008 sal-31 ta' Mejju 2011.
Artikolu 3
Is-Sinjura Maria Fernanda SANTIAGO ta' nazzjonalità Portugiża, imwielda fit-28 ta' Jannar 1948, hija b'dan maħtura tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi flok is-Sur António Nuno FERNANDES GONÇALVES HENRIQUES għall-perijodu minn 17 ta' Diċembru 2008 sal-31 ta' Mejju 2011.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 27 ta' Novembru 2008.
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU C 134, 16.6.2007, p. 6.
16.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 320/6 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill fil-21 ta' Novembru 2008, dwar il-mobilità taż-żgħażagħ
(2008/C 320/03)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
BILLI:
1. |
Il-Kunsill Ewropew, imlaqqa' f'Lisbona f'Marzu 2000 u f'Barċellona f'Marzu 2002, qabel li jistabbilixxi l-objettiv strateġiku li jagħmel lill-Unjoni Ewropea, minn issa sal-2010, l-ekonomija u s-soċjetà tal-għarfien l-aktar kompetittiva u l-aktar dinamika tad-dinja, li jagħmel is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Unjoni Ewropea, minn issa sal-2010, referenza ta' kwalità dinjija u li joħloq Spazju Ewropew tar-Riċerka u l-Innovazzjoni. |
2. |
Il-Kunsill Ewropew, imlaqqa' fi Brussell f'Marzu 2008 qabel dwar l-objettiv li jelimina l-ostakoli għall-moviment liberu tal-għarfien billi joħloq il-“ħames libertà”, li fost oħrajn tinvolvi aktar mobilità transkonfinali tar-riċerkaturi kif ukoll tal-istudenti, tax-xjenzjati u tal-għalliema tal-universitajiet. |
3. |
Id-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxu Programmi ta' Azzjoni għall-perijodu 2007-2013 fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-ħajja u tul iż-żgħożija għandhom kollha l-għan li jtejbu l-mobilità; barra minn hekk, il-programmi u l-azzjonijiet Ewropej fl-oqsma tar-riċerka u tal-politiki dwar l-intrapriżi, kif ukoll il-Fondi Strutturali, ukoll jikkondividu dak l-istess għan. |
4. |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Karta Ewropea ta' Kwalità għall-Mobilità (2006) issuġġeriet prinċipji ewlenin biex ikunu żgurati l-aħjar kondizzjonijiet possibbli biex jitħejja, jiġi assisti u jiġi valutat il-perijodu ta' mobilità ta' żgħażugħ fi Stat Membru ieħor. |
5. |
L-għan tal-proċess ta' Bolonja fil-każ tal-edukazzjoni għolja u l-proċess ta' Kopenħagen fil-każ tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali huwa li jiġi stabbilit spazju Ewropew li joffri aktar mobilità tal-istudenti u l-għalliema, aktar trasparenza fir-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-perijodi tal-istudju u t-taħriġ, u l-kooperazzjoni mtejba bejn l-istituzzjonijiet. |
6. |
Id-diversi strumenti Ewropej, kemm eżistenti (QEK, ECTS u Europass) u futuri (ECVET) għandhom, l-għan li jippermettu li ċ-ċittadini Ewropej ikollhom il-kwalifiki u l-kompetenzi tagħhom rikonoxxuti u mogħtija siwi akbar, kif ukoll biex jipprovdulhom informazzjoni dwar opportunitajiet ta' tagħlim fl-Ewropa kollha (il-portal PLOTEUS u l-portali “Srudji fl-Ewropa”). (1) |
7. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kompetenzi interkulturali ta' Mejju 2008 jenfasizzaw il-kontribuzzjoni tal-mobilità għall-kisba ta' tali kompetenzi. |
8. |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Mobilità ta' Voluntiera Żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea Kollha ta' l-20 ta' Novembru 2008 tindirizza l-kwistjonijiet relatati speċifikament mal-mobilità ta' voluntiera żgħażagħ, |
JILQA' r-rapport mill-Forum ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar il-Mobilità li l-Kummissjoni Ewropea pubblikat f'Ġunju 2008 (2), bħala rispons għall-appell tal-Kunsill biex il-mobilità tiġi promossa u estiża lil hinn mill-istudenti sabiex jibbenifikaw gruppi ta' mira żgħażagħ oħra, u r-rapport tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' Mejju 2008 bl-isem “Intejbu l-mobilità taż-żgħażagħ fl-Ewropa: aspetti prattiċi u aġenda”.
KONXJU li:
il-mobilità taż-żgħażagħ fl-Ewropa, ibbażata fuq il-prinċipju tal-moviment liberu ggarantit liċ-ċittadini Ewropej kollha, imqiegħda fil-qalba tal-kooperazzjoni Ewropea rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ, sew jekk formali, informali jew mhux formali, u sfida kruċjali għall-Ewropa bbażata fuq l-għarfien, hija għodda importanti sabiex:
— |
trawwem is-sentiment ta' appartenenza Ewropea, |
— |
tippromwovi l-inklużjoni soċjali u professjonali, |
— |
tiżgura l-kompetittività tal-ekonomija Ewropea f'ambjent globalizzat. |
JINNOTA li:
Waqt li l-programm Erasmus kien ta' suċċess, il-mobilità taż-żgħażagħ madanakollu wisq drabi tibqa' l-eċċezzjoni; dak hu veru anke għall-istudenti li minnhom huwa biss proporzjon baxx li jmur fi Stat Membru ieħor biex jistudja jew biex jieħu taħriġ f'intrapriża. Il-mobilità għadha mhix iddistribwita b'mod ugwali, skont is-setturi u t-tipi ta' taħriġ, is-suġġetti ta' studju, il-pajjiżi jew l-isfond soċjali, b'mod partikolari bħala riżultat ta' nuqqas ta' informazzjoni, problemi ta' finanzjament u rikonoxximent insuffiċjenti ta' perijodi ta' studju fuq korsijiet barra l-pajjiż. Il-mobilità tkompli ma tkunx magħrufa biżżejjed, minħabba n-nuqqas ta' informazzjoni ta' kwalità tajba u ta' statistika affidabbli u komparabbli barra l-qafas tal-programmi Komunitarji.
JISSOTTOLINJA L-PRINĊIPJI LI ĠEJJIN:
1. |
il-mobilità tikkonċerna liż-żgħażagħ Ewropej kollha, kemm jekk huma tfal tal-iskola, kif ukoll studenti, apprendisti, volontarji, għalliema, riċerkaturi żgħażagħ, ħarrieġa, dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ, imprendituri, jew dawk fis-suq tax-xogħol; |
2. |
il-mobilità għandha tiftiehem primarjament bħala mobilità fiżika, li tfisser toqgħod f'pajjiż ieħor għal studju, għal perijodu f'ambitu professjonali, għal ħidma għall-ġid tal-komunità jew għal taħriġ supplimentari fil-kuntest ta' taħriġ tul il-ħajja. Madanakollu, “mobilità virtwali”, jiġifieri l-użu ta' TIK għall-iżvilupp ta' sħubijiet u ta' skambji fuq distanzi twal ma' żgħażagħ f'pajjiżi oħra bħala parti minn proġett edukattiv jew ta' taħriġ strutturat, jista' jkun ukoll ta' kontribut sinifikattiv għall-mobilità, b'mod partikolari fil-kuntest tal-iskejjel; |
3. |
il-mobilità ma għandhiex titqies bħala għan fih innifsu, iżda bħala mezz ippreferut għat-tisħiħ taċ-ċittadinanza u l-kompetittività Ewropea, għall-espansjoni u l-arrikkiment tat-taħriġ u l-esperjenzi taż-żgħażagħ, it-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom ta' adattament u impjegabbiltà, kif ukoll l-iżvilupp tal-fehim interkulturali tagħhom permezz tal-ħiliet tal-lingwi u li jkunu esposti għal kulturi oħra; |
4. |
Sabiex politika ambizzjuża u trasversali għall-mobilità fl-Ewropa tirnexxi, hija għandha toħloq interess fil-mobilità fost iż-żgħażagħ kollha, għandu jkollha l-objettiv li b'mod gradwali perijodu ta' mobilità f'pajjiż Ewropew ieħor isir ir-regola għal kulħadd u tippermetti li jkunu allokati riżorsi finanzjarji adatti sabiex tintlaħaq dik l-isfida. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għal dawk l-istudenti li, minħabba l-isfond soċjo-ekonomiku jew il-ħtiġijiet speċjali tagħhom, jeħtieġu appoġġ finanzjarju addizzjonali. Politika simili għandha tiffoka wkoll fuq l-arranġamenti għall-preparazzjoni u għall-appoġġ tal-mobilità, kif ukoll għar-rikonoxximent tar-riżultat ta' perijodu ta' mobilità, u għandha tippromwovi l-iżvilupp tal-mobilità għal għalliema u ħarrieġa, li għandhom parti ewlenija f'dawn l-arranġamenti. |
5. |
Din il-politika ta' mobilità hija, fuq kollox, immirata lejn mobilità intra-Ewropea iżda tista' tikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp tal-mobilità bejn l-Ewropa u pajjiżi terzi. |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:
1. |
jadottaw l-objettiv li perijodi ta' tagħlim barra mill-pajjiż isiru gradwalment ir-regola aktar milli l-eċċezzjoni għaż-żgħażagħ Ewropej kollha billi jiżdiedu l-opportunitajiet għall-mobilità transkonfinali f'diversi oqsma ta' edukazzjoni u taħriġ u, b'konsiderazzjoni adatta għall-oqfsa u għall-leġislazzjoni nazzjonali, fil-qasam tal-attivitajiet volontarji; |
2. |
għal dak l-għan, jilħqu l-objettivi stabbiliti mill-programmi tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma tal-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, il-kultura, iċ-ċittadinanza u r-riċerka għall-perijodu 2007-2013; |
3. |
abbażi tal-proċedimenti tal-Forum ta' Esperti ta' Livell Għoli, jaħdmu kemm jista' jkun għall-għanijiet li ġejjin lil hinn mill-2013:
|
4. |
jpoġġu dawn l-objettivi fil-prattika f'diversi livelli biex jiżdiedu l-opportunitajiet ta' mobilità disponibbli għaż-żgħażagħ u jiġu implimentati sħubiji għall-mobilità li jinvolvu lill-partijiet interessati kollha — awtoritajiet pubbliċi, intrapriżi, istituzzjonijiet edukattivi u tat-taħriġ — u s-soċjetà ċivili. |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI EWROPEA, FL-ISFERI TAL-KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM, biex jadottaw miżuri li jikkunsidraw s-sitwazzjonijiet u l-leġislazzjoni nazzjonali, bil-għan li gradwalment jeliminaw l-ostakoli għall-mobilità fl-oqsma differenti u biex jiżguraw ir-rikonoxximent tal-perijodi ta' studju u ta' taħriġ barra mill-pajjiż. Fil-qafas tad-diversi eżerċizzji ta' metodu miftuħ ta' koordinazzjoni għall-edukazzjoni u t-taħriġ, il-kultura u ż-żgħażagħ, huma għandhom ifittxu b'mod partikolari li:
1. Jiżviluppaw l-ambitu għall-mobilità għaż-żgħażagħ kollha
1.1. |
jamministraw aħjar l-appoġġ pubbliku għall-mobilità billi jippromwovu intervent koordinat mill-atturi politiċi (l-Unjoni Ewropea, l-Istat, l-awtoritajiet reġjonali u lokali) u amministrattivi (speċjalment l-aġenziji nazzjonali inkarigati mill-ġestjoni tal-programmi Komunitarji); |
1.2. |
jisfruttaw b'mod sħiħ il-possibbiltajiet attwali kollha ta' mobilità offruti mill-programmi tal-Unjoni Ewropea li jinkludu l-mobilità virtwali u jinvolvu mhux biss liż-żgħażagħ, iżda b'mod aktar ġenerali lill-persunal edukattiv; |
1.3. |
jieħdu kont tal-ħtiġijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-finanzjament, ta' studenti li ma għandhomx mezzi biżżejjed u li ma jkunux jistgħu jieħdu vantaġġ minn programmi ta' mobilità mingħajr finanzjament; |
1.4. |
jippromwovu l-iżvilupp ta' opportunitajiet ġodda ta' mobilità, b'mod partikolari billi:
|
2. Jipprovdu informazzjoni aħjar dwar il-programmi kollha ta' mobilità li jeżistu
2.1. |
jqajmu sensibilizzazzjoni dwar il-vantaġġi tal-mobilità fost iż-żgħażagħ, il-persunal responsabbli minnhom u ċ-ċirkolu soċjali tagħhom (b'mod partikolari il-familja, l-għalliema u l-persunal edukattiv tagħhom), u dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ; għal dak il-għan, jippromwovu aċċess għall-informazzjoni għal dawn il-gruppi ta' mira bil-mezzi kollha possibbli; |
2.2. |
isaħħu aktar il-promozzjoni u l-implimentazzjoni ta' programmi tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma tal-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, il-kultura, iċ-ċittadinanza u r-riċerka. |
3. Jissimplifikaw il-proċeduri
3.1. |
ikomplu jissimplifikaw il-modalitajiet tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari billi jagħmlu użu ġenerali mill-konvenzjonijiet multiannwali, speċjalment fil-qasam tat-tagħlim u t-taħriġ professjonali. Tali arranġamenti huma prekondizzjoni biex jiġu stabbiliti sħubiji dejjiema bejn stabbilimenti tat-taħriġ u intrapriżi; |
3.2. |
jimplimentaw jew jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' strateġija ta' inċentiv finanzjarju għal korpi u partijiet interessati, b'mod partikolari l-għalliema, l-ħarrieġa u dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ li jorganizzaw il-mobilità Ewropea taż-żgħażagħ li jkunu inkarigati minnhom; |
3.3. |
itejbu r-rikonoxximent tat-tagħlim miksub permezz tal-mobilità, billi jiġġeneralizzaw kemm jista' jkun il-validazzjoni tat-tagħlim miksub għal perijodi kollha ta' mobilità fl-Ewropa — objettiv iffaċilitat bill-korrelazzjoni li jmiss, sal-2010, tas-sistemi ta' kwalifiki tal-Istati Membri mal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki, u mill-istrumenti Ewropej bħall-Europass, il-Youthpass, il-krediti tal-ECTS u s-sistema ECVET. |
4. Iwessgħu u jiddiversifikaw is-sorsi tal-finanzjament għall-mobilità taż-żgħażagħ
4.1. |
jappoġġaw il-mobilità taż-żgħażagħ permezz ta' finanzjament Komunitarju, fil-limiti ffissati mill-Qafas Finanzjarju, b'mod partikolari mill-Fondi Strutturali — l-aktar b'użu aħjar tal-possibilitajiet offruti mill-Fond Soċjali Ewropew — u għal perijidu fit-tul billi jadattaw il-linji gwida tagħhom u l-ġestjoni tagħhom skont il-prijoritajiet tal-Istati Membri biex jieħdu kont tal-objettiv ta' mobilità; |
4.2. |
jinkoraġġixxu diversifikazzjoni usa' u komplimentarjetà aħjar tal-metodi ta' finanzjament tal-proġetti ta' mobilità taż-żgħażagħ, billi jirrikorru għal sorsi ta' finanzjament pubbliċi u privati fil-limiti tal-kapaċitajiet rispettivi tagħhom (l-Istat, awtoritajiet reġjonali u lokali, intrapriżi, istituzzjonijiet bankarji inkluż il-Bank Ewropew tal-Investiment, fondazzjonijiet, assoċjazzjonijiet professjonali Ewropej, eċċ.); |
4.3 |
jieħdu kont tal-ħtiġijiet finanzjarji partikolari ta' studenti minn sfondi soċjo-ekonomiċi anqas favorevoli jew bi ħtiġijiet speċjali biex jippermettu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi ta' mobilità; |
5. Japplikaw il-prinċipji mniżżla fil-Karta Ewropea ta' Kwalità għall-Mobilità fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ għall-forom kollha ta' mobilità taż-żgħażagħ, b'mod partikolari fir-rigward ta' arranġamenti għat-tħejjija, l-appoġġ u l-valutazzjoni tal-perijodi ta' mobilità
5.1. |
jinkoraġġixxu skambji ta' prattiki tajbin fir-rigward tat-żieda tal-kapaċità u t-titijib ta' kwalità ta' akkoljenza ta' żgħażagħ Ewropej fi skemi ta' mobilità; |
5.2. |
jappellaw lill-partijiet interessati responsabbli biex itejbu l-kondizzjonijiet tal-akkomodazzjoni, tal-ħajja u tax-xogħol taż-żgħażagħ Ewropej fi skemi ta' mobilità, b'mod partikolari fuq il-kampus tal-edukazzjoni ogħla; |
5.3. |
itejbu l-kondizzjonijiet tat-tħejjija lingwistika u kulturali għall-mobilità taż-żgħażagħ. |
6. Iżidu l-għarfien dwar il-mobilità taż-żgħażagħ
6.1. |
jeżaminaw is-sitwazzjoni tal-flussi ta' mobilità fl-Ewropa, billi jikkonsolidaw u, fejn applikabbli, jiġbru statistika affidabbli u komparabbli; |
6.2. |
ixerrdu u jikkondividu b'mod aktar effiċjenti r-riżultati ta' stħarriġ disponibbli; |
6.3. |
iwettqu studji tal-impatt kif adatt biex jiġu valutati l-benefiċċji prattiċi tal-mobilità għaż-żgħażagħ Ewropej minn punt di vista kulturali, edukattiv u professjonali. |
JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI EWROPEA BIEX:
1. |
tistabbilixxi pjan ta' ħidma biex jiġu inklużi miżuri ta' mobilità transkonfinali fil-programmi kollha Ewropej, b'mod partikolari bl-istabbiliment ta' mekkaniżmi għall-promozzjoni ta' programmi fost iż-żgħażagħ u li jiffaċilitaw l-iżvilupp, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti, ta' “one-stop-shops”, kif ukoll portal Ewropew għall-mobilità taż-żgħażagħ, biex titjieb id-dessiminazzjoni tal-informazzjoni fost iż-żgħażagħ u l-istituzzjonijiet rilevanti, jiġu sfrutatti l-possibbilitajiet ta' kull programm għall-mobilità virtwali, u biex jiġu ġġenerati effetti multipliċi fost id-diversi programmi; |
2. |
tippubblika, qabel tmiem l-2010, rapport dwar l-iżvilupp fit-terminu medju tal-mobilità Ewropea taż-żgħażagħ u biex tfassal rapporti regolari inkluzi fir-rapport interim konġunt ta' kull 4 snin dwar l-istat tal-mobilità taż-żgħażagħ l-għalliema fl-Unjoni Ewropea; |
3. |
tipproduċi gwida għall-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-istituzzjonijiet edukattivi u tat-taħriġ u l-atturi assoċjati mal-politiki taż-żgħażagħ bl-għan li tiffaċilitalhom l-aċċess għall-politiki Ewropej l-oħrajn li jappoġġaw il-mobilità, bħal ma huma l-fondi strutturali u l-politiki u l-programmi għar-riċerka; |
4. |
tesplora l-fattibbiltà tal-iżvilupp ta' mezzi oħra ta' għajnuna finanzjarja sabiex tgħin liż-żgħażagħ biex jgħaddu perijodi ta' mobilità ta' tagħlim transkonfinali, inkluża l-possibilità ta' “Self Ewropew għall-Istudenti”, u li tgħarraf lill-Kunsill bil-progress miksub. |
(1) http://www. ec.europa.eu/ploteus, http://www.study-in-europe.org
(2) http://ec.europa.eu/education/doc/2008/mobilityreport_en.pdf
16.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 320/10 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-promozzjoni tad-diversità kulturali u tad-djalogu interkulturali fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha
(2008/C 320/04)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FIL-KUNSILL,
1. |
WARA LI KKUNSIDRAW:
|
2. |
WAQT LI LAQGĦU:
|
3. |
WAQT LI RREFEREW:
|
4. |
WAQT LI LAQGĦU B'INTERESS:
|
5. |
BILLI:
|
6. |
JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI, FIL-QAFAS TAL-KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM U FIR-RISPETT TAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ, BIEX: A. Jissuktaw bl-objettivi politiċi li ġejjin:
B. Jiddefinixxu l-approċċi gloabli u koerenti:
C. Isaħħu l-appoġġ f'dan il-qafas:
D. Jiżviluppaw f'din il-perspettiva l-metodi ta' ħidma u l-istrumenti li ġejjin:
|
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Mejju 2006 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali (ĠU L 201, 25.7.2006, p. 15)
(2) ĠU L 412, 30.12.2006, p. 44.
(3) 11018/08.
(4) ĠU C 287, 29.11.2007, p. 1.
(5) 9021/08.
(6) ĠU C 143, 10.6.2008, p. 9.
(7) COM(2007) 242 finali.
Kummissjoni
16.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 320/13 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
Il-15 ta' Diċembru 2008
(2008/C 320/05)
1 euro=
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,351 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
122,42 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4502 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,8994 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,865 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,5789 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,322 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
26,157 |
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
HUF |
Forint Ungeriż |
266,74 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7092 |
PLN |
Zloty Pollakk |
3,9949 |
RON |
Leu Rumen |
3,94 |
SKK |
Krona Slovakka |
30,161 |
TRY |
Lira Turka |
2,1172 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
2,0246 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,6555 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,4703 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
2,4441 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,992 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 859,35 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
13,816 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
9,2544 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,1781 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 117,69 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8129 |
PHP |
Peso Filippin |
64,38 |
RUB |
Rouble Russu |
37,5615 |
THB |
Baht Tajlandiż |
47,123 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,2481 |
MXN |
Peso Messikan |
18,4344 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Parlament Ewropew
16.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 320/14 |
Avviż ta' Reklutaġġ PE/115/S
(2008/C 320/06)
Il-Parlament qed jorganizza proċedura ta' għażla:
— |
PE/115/S — Aġent Temporanju — Amministratur (AD12) — Amministratur għall-istudji baġitarji |
Din il-proċedura tal-għażla tirrikjedi livell ta' edukazzjoni ekwivalenti għal ċiklu komplet ta' studji universitarji ċċertifikat b'diploma.
Il-kandidati, fid-data ta' skadenza għat-tressiq tal-kandidaturi u wara t-titoli msemmija hawn fuq, għandu jkollhom esperjenza minima ta' ħmistax-il sena f'settur li għandu x'jaqsam man-natura tal-funzjonijiet.
Dan l-avviż ta' reklutaġġ huwa ppubblikat biss bl-Ingliż u bil-Franċiż. It-test integrali jinsab fil-Ġurnal Uffiċjali C 320 A f'dawn iż-żewġ lingwi.
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Kummissjoni
16.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 320/15 |
Avviż tal-iskadenza ta' ċerti miżuri anti-dumping
(2008/C 320/07)
B'referenza għall-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (1), liema avviż ma wassal għal ebda talba għal reviżjoni, il-Kummissjoni tavża li l-miżuri anti-dumping imsemmija hawn isfel se jiskadu dalwaqt.
Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 (2) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.
Il-prodott |
Pajjiż(i) ta' oriġini jew ta' esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data ta' skadenza |
Silikon |
Ir-Russja |
Id-dazju tal-anti-dumping |
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2229/2003 (ĠU L 339, 24.12.2003, p. 3) kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 821/2004 (ĠU L 127, 29.4.2004, p. 1) |
25.12.2008 |
Impenn |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/445/KE (ĠU L 127, 29.4.2004, p. 114) |
(1) ĠU C 182, 19.7.2008, p. 22.
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Kummissjoni
16.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 320/16 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5415 — Telenet/Concentra/VAR/JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 320/08)
1. |
Fit-8 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Telenet NV (“Telenet”, il-Belġju) kkontrollata minn Liberty Global, Inc. (“Liberty Global”, l-Istati Uniti), Concentra Media NV (“Concentra”, il-Belġju) u Vlaamse Audiovisuele Regie NV (“VAR”, il-Belġju), ikkontrollata minn Vlaamse Radio- en Televiesieomroep (“VRT”, il-Belġju) jakkwistaw, skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll konġunt tal-impriża Pebble Media NV (il-“JV”, il-Belġju) permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5415 — Telenet/Concentra/VAR/JV, fl-indirizz li ġej:
|
16.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 320/s3 |
NOTA LILL-QARREJ
L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.