ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 319

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
13 ta' Diċembru 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Kunsill

2008/C 319/01

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill fl-20 ta' Novembru 2008 dwar is-saħħa u l-benesseri taż-żgħażagħ

1

2008/C 319/02

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2008 dwar kif l-iggwidar tul il-ħajja jista' jiġi integrat aħjar fl-istrateġiji ta' tagħlim tul il-ħajja

4

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Kunsill

2008/C 319/03

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Novembru 2008 dwar il-Mobilità ta' Voluntiera Żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea

8

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kunsill

2008/C 319/04

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħolqien mill-Unjoni Ewropea ta' Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew

11

2008/C 319/05

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-arkittetura: il-kontribut tal-kultura għall-iżvilupp sostenibbli

13

2008/C 319/06

Konklużjonijiet tal-Kunsill ta' l-20 ta’ Novembru 2008 dwar l-iżvilupp tal-offerti legali tal-kontenut kulturali u kreattiv online u dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-piraterija fl-ambjent diġitali

15

2008/C 319/07

Konklużjonijiet tal-Kunsill ta' l-20 ta’ Novembru 2008 dwar il-bibljoteka diġitali Ewropea EUROPEANA

18

2008/C 319/08

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill fil-21 ta' Novembru 2008 dwar it-tħejjija taż-żgħażagħ għas-seklu 21: aġenda għall-kooperazzjoni Ewropea dwar l-iskejjel

20

 

Kummissjoni

2008/C 319/09

Rata tal-kambju ta' l-euro

23

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2008/C 319/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5310 — Jysk Stålindustrie/Volgo-Balt) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

24

2008/C 319/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5435 — Nexans/SEI/Opticable) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

25

2008/C 319/12

Ri-notifika ta' konċentrazzjoni li tkun diġà ġiet avżata (Każ COMP/M.5253 — Sanofi-Aventis/Zentiva) ( 1 )

26

 

2008/C 319/13

Nota lill-qarrej(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Kunsill

13.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 319/1


Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill fl-20 ta' Novembru 2008 dwar is-saħħa u l-benesseri taż-żgħażagħ

(2008/C 319/01)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FIL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

FILWAQT LI JFAKKRU:

li l-White Paper tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta' Novembru 2001 bit-titlu “Spinta ġdida għaż-Żgħażagħ Ewropej” (1) ġiet approvata mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu ta' l-14 ta' Frar 2002, jippreċiżaw li s-saħħa għandha tkun ikkunsidrata bħala fattur ta' integrazzjoni soċjali u ta' awtonomija taż-żgħażagħ u bħala neċessità indispensabbli għall-iżvilupp taċ-ċittadinanza attiva tagħhom;

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ġunju 2002 (2) il-Kunsill stabbilixxa qafas ta' kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ; waħda mit-tliet oqsma tiegħu hija l-inklużjoni ta' dimensjoni “żgħażagħ” f'linji ta' politika Ewropej rilevanti oħra;

Il-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ, adottat mill-Kunsill Ewropew fit-22 u t-23 ta' Marzu 2005, huwa wieħed mill-istrumenti li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettivi ta' Lisbona dwar it-tkabbir u l-impjiegi;

Ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Novembru 2005 “nindirizzaw il-preokkupazzjonijiet taż-żgħażagħ fl-Ewropa — l-implimentazzjoni tal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ u l-promozzjoni ta' ċittadinanza attiva” (3) li fiha huwa rikonoxxut li fl-integrazzjoni ta' dimensjoni “żgħażagħ” f'linji ta' politika Ewropej rilevanti oħra, il-prijorità għandha tingħata b'mod partikolari għal stil ta' għajxien tajjeb taż-żgħażagħ;

Ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Mejju 2007 dwar l-opportunitajiet indaqs u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fis-soċjetà (4), tistieden lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-interessi taż-żgħażagħ fil-linji ta' politika li jaffettwaw il-kwalità ta' ħajja tagħhom, bħas-saħħa;

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' Settembru 2007 “Nippromwovu s-sehem sħiħ taż-Żgħażagħ fl-edukazzjoni, l-impjieg u s-soċjetà” (5) tistieden lill-Istati Membri jieħdu inizjattivi fil-qasam tas-saħħa taż-żgħażagħ;

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2007 dwar approċċ trasversali lejn il-politika għaż-żgħażagħ (6), jiddikjaraw li kull tliet snin, mill-2009 'l quddiem, il-Kummissjoni ser tħejji rapport tal-Unjoni Ewropea dwar iż-żgħażagħ;

Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-6 ta' Diċembru 2007 dwar il-White Paper tal-Kummissjoni “Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE, 2008-2013” (7), il-Kunsill issottolinja l-ħtieġa li jkunu indirizzati fatturi ewlenin determinanti għas-saħħa bħan-nutrizzjoni, l-attività fiżika, l-alkoħol, id-drogi, il-konsum tat-tabakk u r-riskji ambjentali, u li jittieħed kont tar-rwol li għandu l-ġens tal-individwu u saħaq dwar il-ħtieġa tal-promozzjoni tas-saħħa fiċ-ċirkostanzi tal-ħajja ta' kuljum, jiġifieri l-familja, l-iskejjel, il-postijiet tax-xogħol, u l-postijiet tad-divertiment;

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2008 dwar il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ b'anqas opportunitajiet (8), il-Kunsill issottolinja li l-problemi tas-saħħa jżommu lura l-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ u tistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jippromwovu stil ta' ħajja ta' benefiċċju għas-saħħa permezz ta' l-istrateġiji tagħhom fir-rigward tas-saħħa

JINNOTAW LI:

1.

minkejja li s-saħħa taż-żgħażagħ fl-Ewropa hija, kollox ma' kollox, sodisfaċenti, ċerti aspetti huma ta' inkwiet partikolari bħalma huma n-nutrizzjoni, l-attività fiżika, l-abbuż mill-alkoħol u s-saħħa sesswali u mentali;

2.

għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-promozzjoni ta' stil ta' ħajja san u miżuri preventivi, speċjalment fil-kuntest ta' attività sesswali, abbuż tal-alkoħol u użu tad-droga, tipjip, disturbi marbuta mal-ikel, obesità, vjolenza, logħob tal-flus u t-tikrim għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

3.

numru ta' fatturi li għandhom x'jaqsmu mal-kondizzjonijiet tal-ħajja, bħalma huma l-faqar, in-nuqqas ta' sigurtà dwar ix-xogħol, il-problemi ta' djar, it-tluq kmieni mill-iskola u d-diskriminazzjoni jistgħu jkunu ta' riskju għas-saħħa u l-benesseri taż-żgħażagħ, kif ukoll joħolqu ostakolu għal dawk iż-żgħażagħ li jkollhom iduru għal, jew li għandhom, aċċess sħiħ għal faċilitajiet preventivi u sistemi ta' kura tas-saħħa ta' livell għoli li min-naħa tagħhom jistgħu jaffettwaw is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja;

4.

iż-żgħażagħ, kemm irġiel kif ukoll nisa, jiltaqgħu ma' sfidi differenti dwar is-saħħa u l-benesseri u kwistjonijiet relatati mal-ġens għalhekk għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni meta tiġi trattata s-saħħa taż-żgħażagħ;

5.

ambjent fiżikament u soċjalment san huwa essenzjali għal żvilupp b'saħħtu. Jeħtieġ isiru sforzi biex titjieb il-kwalità tal-ambjenti fejn iż-żgħażagħ jgħixu, jaħdmu u jitgħallmu;

6.

il-ġenituri għandhom sehem vitali x'jagħtu għall-benesseri u għal ambjent san għaż-żgħażagh u għalhekk għandhom jittieħdu miżuri oħra li jappoġġjawhom.

JENFASIZZAW LI:

1.

jeżistu rabtiet qawwija bejn is-saħħa u l-benesseri taż-żgħażagħ u l-inklużjoni soċjali u l-livell tal-edukazzjoni tagħhom;

2.

jeħtieġ li ż-żgħażagħ ikunu assistiti sabiex huma jsiru aktar responsabbli ta' saħħithom u biex jgħollu l-istima tagħhom infushom u jżidu l-awtonomija, b'mod partikolari billi tiżdied il-kuxjenza fost iż-żgħażagħ dwar l-effetti pożittivi ta' stil ta' ħajja san u tar-riskji relatati ma' saħħithom.

JAQBLU LI:

1.

għarfien preċiż tal-istat, tal-ħtiġijiet u tal-aspettattivi taż-żgħażagħ maskili u dawk femminili fir-rigward tas-saħħa, kif ukoll tal-prattiki eżistenti, tal-esperjenzi u tal-ħiliet f'dan ir-rigward, evalwati tajjeb, huwa neċessarju biex ikunu garantiti l-effikaċità u l-effiċjenza ta' politika dwar is-saħħa taż-żgħażagħ kif ukoll biex jittieħed kont aħjar, fl-istrateġiji adattati, tan-natura speċifika ta' dan il-grupp, b'referenza partikolari għal differenzi potenzjali fil-grupp minħabba, inter alia, l-età, is-sess, il-post ta' residenza, jew is-sitwazzjoni soċjo-ekonomika u l-għotja ta' prijorità lil żgħażagħ b'inqas opportunitajiet;

2.

is-saħħa u l-benesseri taż-żgħażagħ għandhom ikunu s-suġġett ta' approċċ globali u trasversali li jinkludi l-oqsma kollha xierqa u b'mod partikolari s-sistema tas-saħħa pubblika, l-edukazzjoni formali u dik mhux formali, l-impjieg u l-inklużjoni soċjali, it-tfulija u l-familja, l-isports, l-attivitajiet kulturali, ir-riċerka, l-ambjent, il-mezzi tax-xandir, il-protezzjoni tal-konsumaturi;

3.

il-promozzjoni tal-attività fiżika u dieta bbilanċjata tajjeb huma meħtieġa biex wieħed jadotta stil ta' ħajja san;

4.

għandha tingħata attenzjoni speċjali lis-saħħa mentali taż-żgħażagħ, b'mod partikolari fil-promozzjoni tas-saħħa mentali speċjalment fl-iskejjel u fil-ħidma maż-żgħażagħ, u biex ikun hemm prevenzjoni minn ħsara li jistgħu jagħmlu lilhom infushom u mis-suwiċidju;

5.

politika għas-saħħa b'dimensjoni għaż-żgħażagħ għandha tinkludi l-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej fil-politika pubblika u għandha tkun ibbażata fuq sħubija wiesgħa bejn dawk involuti fl-edukazzjoni formali, mhux formali u informali, l-esperti tas-saħħa, l-imsieħba ekonomiċi u soċjali, b'mod partikolari l-assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ, u l-mezzi tax-xandir.

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:

1.

jippromwovu d-dimensjoni taż-“żgħażagħ” f'inizjattivi relatati mas-saħħa u fl-implimentazzjoni ta' miżuri għas-saħħa taż-żgħażagħ li huma adatti, trasversali, ikkoordinati tajjeb u evalwati sistematikament;

2.

jinkludu liż-żgħażagħ u lill-partijiet interessati rilevanti kollha involuti fil-qasam taż-żgħażagħ fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' inizjattivi relatati mas-saħħa, b'mod partikolari permezz ta' tagħlim bejn il-pari;

3.

jippromwovu l-aċċess għal attivitajiet ta' divertiment u dawk kulturali u fiżiċi għaż-żgħażagħ kollha;

4.

jieħdu kont tas-saħħa u l-benessri taż-żgħażagħ fil-programmi u l-politiki dwar l-informazzjoni u x-xandir;

5.

jappoġġaw it-taħriġ tal-ħaddiema fis-settur taż-żgħażagħ u fl-NGOs fil-qasam tal-prevenzjoni tas-saħħa u tal-benessri taż-żgħażagħ, fl-għoti ta' pariri fuq livell bażiku, intervenzjoni bikrija, identifikazzjoni tad-diffikultajiet taż-żgħażagħ u pariri dwar l-użu ta' servizzi oħra.

JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI BIEX:

1.

tiżgura li jittieħed kont tad-dimensjoni taż-“żgħażagħ” fl-inizjattivi tagħha relatati mas-saħħa;

2.

tinvolvi liż-żgħażagħ u lill-partijiet relevanti interessati fil-politika taż-żgħażagħ fil-livelli kollha tal-azzjoni tagħha f'dan il-qasam.

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX:

1.

itejbu l-għarfien u r-riċerka dwar dan is-suġġett b'aġġornamenti regolari, waqt li jittieħed kont tad-differenzi fis-saħħa u l-benessri taż-żgħażagħ minħabba, fost oħrajn, l-età, is-sess, fatturi ġeografiċi u soċjo-ekonomiċi, l-orjentazzjoni sesswali jew diżabbiltà;

2.

jintegraw gradwalment data dwar is-saħħa u l-benesseri, bl-użu ta' sorsi ta' data eżistenti, fir-rapport imfassal kull tliet snin mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fl-Ewropa;

3.

jiżviluppaw azzjonijiet sabiex jitqajjem l-għarfien dwar il-fatturi li jaffettwaw is-saħħa taż-żgħażagħ;

4.

irawmu l-iskambju ta' l-aħjar prattika dwar is-suġġett tas-saħħa u tal-benesseri taż-żgħażagħ, fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew, b'mod partikolari bl-użu ta' l-istrutturi eżistenti;

5.

jagħmlu l-aħjar użu mill-possibbiltajiet offruti mill-politiki li diġà jeżistu, il-programmi u l-istrumenti l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Fondi Strutturali Ewropej u l-programm Żgħażagħ f'Azzjoni, sabiex jiġu żviluppati l-proġetti relatati mas-saħħa u l-benesseri taż-żgħażagħ;

6.

isaħħu s-sħubija maż-żgħażagħ u mal-organizzazzjonijiet tagħhom, il-partijiet interessati fil-qasam taż-żgħażagħ u s-soċjetà ċivili fil-qasam tas-saħħa taż-żgħażagħ.


(1)  14441/01-COM(201) 681 finali.

(2)  ĠU C 168, 13.7.2002, p. 2.

(3)  ĠU C 292, 24.11.2005, p. 5.

(4)  ĠU C 341, 22.12.2007, p. 1.

(5)  COM(2007) 498 finali.

(6)  ĠU C 282, 24.11.2007, p. 16.

(7)  15611/07.

(8)  ĠU C 141, 7.6.2008, p. 1.


13.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 319/4


Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2008 dwar kif l-iggwidar tul il-ħajja jista' jiġi integrat aħjar fl-istrateġiji ta' tagħlim tul il-ħajja

(2008/C 319/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FIL-KUNSILL:

WAQT LI JIKKUNSIDRAW LI:

1.

Il-globalizzazzjoni li qiegħda dejjem tikber tal-kummerċ u l-fatt li l-perijodu ta' impjieg attiv qiegħed dejjem jitwal huma fatturi li kulma jmur qed joħolqu l-ħtieġa li l-indivdwi jadattaw il-ħiliet tagħhom, biex jibqgħu minn ta' quddiem fil-każ ta' bidliet prevedibbli jew meħtieġa u biex iħarsu l-mogħdijiet tal-karriera tagħhom;

2.

It-tkabbir tal-Unjoni Ewropea żied il-potenzjal għall-mobilità fl-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll fis-suq tax-xogħol, biex b'hekk inħolqot il-ħtieġa li ċ-ċittadini tal-Unjoni jiġu ppreparati biex jiżviluppaw it-tagħlim tagħhom u l-mogħdijiet professjonali tagħhom f'kuntest ġeografiku usa';

3.

Il-ħajja taċ-ċittadini qed tiġi dejjem aktar ikkaratterizzata minn transizzjonijiet multipli: b'mod partikolari mill-iskola għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV), għall-edukazzjoni għolja jew għall-impjieg, jew mill-impjieg għall-qgħad, għal aktar taħriġ jew għat-tluq mis-suq tax-xogħol. L-iggwidar għandu rwol deċiżiv fit-teħid ta' deċiżjonijiet prinċipali li individwi jkollhom jieħdu tul ħajjithom. F'dan ir-rigward, hu jista' jikkontribwixxi biex l-individwi jkunu jistgħu jmexxu l-karriera tagħhom stess b'mod aktar żgur fil-kuntest tas-suq tax-xogħol preżenti, u biex jiksbu bilanċ aħjar bejn il-ħajja personali u professjonali tagħhom;

4.

Is-suq tax-xogħol huwa wkoll ikkaratterizzat min-nuqqas ta' qbil bejn qgħad persistenti u diffikultajiet ta' reklutaġġ f'ċerti setturi, u l-iggwidar jipprovdi mezz għal rispons aktar effettiv għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol;

5.

L-inklużjoni soċjali u l-opportunitajiet indaqs għadhom sfidi prinċipali għall-politiki tal- edukazzjoni, t-taħriġ u l-impjiegi,

JIKKONFERMAW:

id-definizzjoni tal-iggwidar li tirreferi għal proċess kontinwu li jippermetti li ċ-ċittadini ta' kwalunkwe età fi kwalunkwe punt f'ħajjithom jidentifikaw il-kapaċitajiet, il-kompetenzi u l-interessi tagħhom, li jieħdu deċiżjonijiet dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjieg u li jidderieġu l-ħajja personali tagħhom fl-edukazzjoni u t-taħriġ, tax-xogħol u f'oqsma oħra fejn ikun possibbli li jiksbu u/jew jużaw dawk il-kapaċitajiet u l-kompetenzi tagħhom. L-iggwidar ikopri firxa ta' attivitajiet individwali u kollettivi relatati ma' għoti ta' informazzjoni, iggwidar, valutazzjoni tal-kompetenzi, appoġġ, u tagħlim ta' ħiliet għat-teħid tad-deċiżjonijiet u ħiliet ta' treġija tal-karriera.

IFAKKRU LI:

1.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2004 (1) dwar it-tisħiħ tal-politiki, is-sistemi u l-prattiki fil-qasam tal-iggwidar tul il-ħajja tistabbilixxi l-objettivi prinċipali ta' politika ta' iggwidar tul il-ħajja għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea.

2.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi prinċipali għal tagħlim tul il-ħajja (2) tissottolinja, b'referenza għal diversi kompetenzi prinċipali, li l-abbiltà ta' tfittxija għal opportunitajiet ta' edukazzjoni u ta' taħriġ u ggwidar u/jew appoġġ disponibbli, hija essenzjali għas-sodisfazzjon personali, l-iżvilupp professjonali u l-integrazzjoni soċjali tal-individwu.

3.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2007 dwar ħiliet ġodda għal impjiegi (3) ġodda tistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex iħejju lill-ħaddiema għal impjiegi ġodda fis-soċjetà tal-għarfien billi jipprovdulhom iggwidar vokazzjonali, li għandu jgħin lil dawk li qed ifittxu impjieg biex jidentifikaw il-moduli ta' kompetenza meħtieġa biex jgħaddu għal impjiegi ġodda fejn ikun hemm lakuni ta' ħiliet.

4.

Ir-rapport konġunt ta' progress tal-2008 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma 'Tagħlim tul il-ħajja għall-għarfien, il-kreattività u l-innovazzjoni' (4) jinnota li “għandha wkoll tingħata attenzjoni partikolari għall-iggwidar tul il-ħajja”.

5.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 2007 dwar qafas koerenti ta' indikaturi u punti ta' referenza għall-monitoraġġ tal-progress lejn l-objettivi ta' Lisbona fl-edukazzjoni u t-taħriġ (5) huma għodda importanti biex tiġi evalwata l-implimentazzjoni tal-objettivi stabbiliti mill-Istrateġija ta' Lisbona u għalhekk biex jiġi mmonitorat il-progress li jkun sar mill-Istati Membri fil-qasam tal-iggwidar fl-istrateġiji tagħhom għal tagħlim tul il-ħajja.

6.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar l-istabbiliment tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għal tagħlim tul il-ħajja (6) toħloq qafas ta' referenza komuni maħsub biex iservi ta' mezz ta' traspożizzjoni bejn sistemi differenti ta' kwalifiki u l-livelli tagħhom. Dak il-qafas għandu jiffaċilità l-mobilità tal-ħaddiema u jgħin biex l-iggwidar jitwaħħad mal-politiki u l-prattiki tal-edukazzjoni u l-impjiegi tal-Istati Membri.

7.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2008 dwar it-tagħlim għall-adulti (7) jfakkru fil-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u individwali li jinħolqu bit-tisħiħ tat-tagħlim għall-adulti u jenfasizzaw li hija r-responsabbiltà tal-gvern li jistabbilixxi sistemi ta' informazzajoni u ta' ggwidar ta' kwalità li jkunu aktar iffukati fuq il-persuna, sabiex b'mod ġust u ekwu, l-individwi jkunu jistgħu jitgħallmu b'mod aktar attiv u indipendenti.

JINNOTAW LI:

1.

Rapporti reċenti ta' evalwazzjoni, b'mod partikolari dak miċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali (Cedefop) fl-2008 dwar l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-2004, jenfasizzaw li għalkemm sar progress, jeħtieġ li jsiru aktar sforzi biex titjieb il-kwalità tas-servizzi ta' ggwidar, jingħata aċċess aktar ġust li jiffoka fuq il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-individwi, u biex jiġu kkoordinati u stabbiliti sħubiji bejn forom eżistenti ta' provvediment ta' ggwidar.

2.

Fl-2007, l-Istati Membri stabbilew Netwerk Ewropew għall-Politika dwar l-Iggwidar Tul il-Ħajja (ELGPN), li jinkludi rappreżentanti minn kull Stat Membru li jagħżel li jipparteċipa, u b'hekk iżid l-opportunitajiet għall-Istati Membri biex jitgħallmu minn xulxin u biex jikkooperaw fl-iżvilupp ta' politiki, sistemi u prattiki fil-qasam tal-iggwidar tul il-ħajja.

3.

Il-prijoritajiet ta' implimentazzjoni ta' politika ta' ggwidar ħawtiela skont l-istrateġiji nazzjonali għal tagħlim tul il-ħajja jridu jiġu kkonfermati. Jeħtieġ li dawk il-prijoritajiet jiġu speċifikati fil-forma ta' attivitajiet u li jitpoġġew fil-prattika strumenti u għodod Ewropej.

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:

isaħħu r-rwol tal-iggwidar tul il-ħajja fl-istrateġiji nazzjonali għal tagħlim tul il-ħajja f'konformità mal-istrateġija ta' Lisbona u mal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ,

fejn adatt, jagħmlu analiżi tal-politiki u l-prattiki ta' ggwidar fuq livell nazzjonali,

jagħmlu użu mill-prinċipji ta' gwida li ġejjin (kif dettaljati taħt “Oqsma ta' Prijorità” fl-anness għal dan id-dokument), skont il-kuntesti u l-leġislazzjoni nazzjonali u bil-ħsieb li jiġu appoġġati t-transizzjonijiet fil-karriera tul il-ħajja taċ-ċittadini:

1.

jinkoraġġixxu l-akkwist tul il-ħajja ta' ħiliet għat-treġija tal-karriera;

2.

jiffaċilitaw l-aċċess għas-servizzi ta' iggwidar miċ-ċittadini kollha;

3.

jiżviluppaw l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proveddiment tal-iggwidar;

4.

jinkoraġġixxu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fost id-diversi partijiet interessati nazzjonali, reġjonali u lokali,

jużaw l-opportunitajiet ipprovduti taħt il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja u l-Fondi Strutturali Ewropej, skont il-prijoritajiet tal-Istati Membri.

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI, FIL-KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM, BIEX:

1.

Isaħħu l-kooperazzjoni Ewropea dwar il-provvediment ta' ggwidar tul il-ħajja, b'mod partikolari permezz tal-ELGPN, bl-appoġġ tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, u b'kollegament mas-Cedefop.

B'mod partikolari:

jagħmluha possibbli li l-Istati Membri jaqsmu informazzjoni dwar il-politiki u l-prattiki tagħhom, u dwar l-evalwazzjoni tat-tnejn, biex kull wieħed ikun jistà jgawdi mis-suċċessi tal-oħrajn,

jimmonitoraw l-implimentazzjoni nazzjonali u Ewropea ta' attivitajiet fl-erba' oqsma ta' prijorità skont din ir-Riżoluzzjoni, bl-użu ta' stħarriġ, studji, rapporti, attivitajiet ta' tagħlim bejn il-pari inklużi studji ta' każijiet speċifiċi u konferenzi fuq livell Ewropew,

jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li l-iggwidar tul il-ħajja jkun aktar konsistenti u koerenti mad-diversi oqsma ta' politiki Ewropej u b'mod partikolari ma' dawk tal-impjiegi u l-inklużjoni soċjali,

jikkunsidraw jekk politika bbażata aktar fuq evidenza dwar l-iggwidar għandhiex tiġi żviluppata fuq livell Ewropew.

2.

Jipprovdu liċ-ċittadini u lill-partijiet interessati fl-iggwidar b'riżorsi ta' informazzjoni affidabbli li jkopru b'mod komprensiv is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u s-servizzi ta' ggwidar tal-Istati Membri permezz tan-netwerk Euroguidance.

3.

Irawmu l-iżvilupp ta' ggwidar tul il-ħajja f'pajjiżi terzi skont l-erba' oqsma ta' prijorità delineati f'din ir-Riżoluzzjoni b'mod partikolari permezz tal-attivitajiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ.


(1)  Dok. 9286/04.

(2)  ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.

(3)  ĠU C 290, 4.12.2007, p. 1.

(4)  Dok. 5723/08.

(5)  ĠU C 311, 21.12.2007, p. 13.

(6)  ĠU C 111, 6.5.2008, p. 1.

(7)  ĠU C 140, 6.6.2008, p. 10.


ANNESS

OQSMA TA' PRIJORITÀ

QASAM TA' PRIJORITÀ 1: INKORAĠĠIMENT TAL-AKKWIST TAL-ĦILIET TA' TREĠIJA TAL-KARRIERA

Il-ħiliet ta' treġija tal-karriera għandhom rwol deċiżiv biex jgħinu l-persuni jkunu aktar kapaċi jinvolvu ruħhom fit-tiswir tat-tagħlim, tat-taħrig u l-mogħdijiet ta' integrazzjoni tagħhom u l-karrieri li jkollhom. Tali ħiliet, li għandhom jinżammu tul il-ħajja, huma bbażati fuq kompetenzi prinċipali, b'mod partikolari “nitgħallmu kif nitgħallmu”, kompetenzi soċjali u ċiviċi — inklużi kompetenzi interkulturali — u sens ta' inizjattiva u intraprenditorija. Il-ħiliet ta' treġija tal-karriera jinkludu dan li ġej, b'mod partikolari matul il-perijodi ta' transizzjoni:

tagħlim dwar l-ambjent ekonomiku, il-kummerċ u l-professjonijiet,

l-kapaċità li wieħed jevalwa lilu nnifsu, li jkun jaf lilu nnifsu u li jkun kapaċi jiddeskrivi l-kompetenzi li jkun akkwista f'kuntesti ta' edukazzjoni formali, informali u non-formali,

fehim tas-sistemi ta' edukazzjoni, taħriġ u kwalifiki.

Biex isir progress f'dan il-qasam ta' prijorità, l-Istati Membri għandhom, skont is-sitwazzjonijiet partikolari tagħhom, jikkonsidraw li:

jinkludu attivitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ li jrawmu l-iżvilupp ta' ħiliet ta' treġija tal-karriera inġenerali, programmi vokazzjonali u ta' edukazzjoni għolja,

jħejju għalliema u ħarrieġa biex imexxu attivitajiet bħal dawn u jappoġġawhom f'dan il-kompitu,

jinkoraġġixxu lill-ġenituri biex jinvolvu ruħhom fil-qasam tal-iggwidar,

jinvolvu organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-imsieħba soċjali aktar mill-qrib f'dan il-qasam,

jiffaċilitaw l-aċċess għal informazzjoni dwar opportunitajiet ta' taħriġ u r-rabta li dawn għandhom mal-professjonijiet, u dwar il-ħtiġijiet ta' ħiliet previsti f'lokalità partikolari,

jiżviluppaw il-ħiliet ta' treġija tal-karriera fi programmi ta' taħriġ għall-adulti,

jinkludu l-iggwidar bħala wieħed mill-objettivi tal-iskejjel, fornituri tal-ETV u stabbilimenti ta' edukazzjoni għolja. l-integrazzjoni fil-ħajja tax-xogħol u t-tħaddim tas-swieq tax-xogħol lokali, nazzjonali u Ewropej, huma partikolarment aspetti li għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni.

QASAM TA' PRIJORITÀ 2: IL-FAĊILITAZZJONI TA' AĊĊESS GĦAĊ-ĊITTADINI KOLLHA GĦAS-SERVIZZI TAL-IGGWIDAR

Is-servizzi tal-iggwidar, bħala servizzi ta' interess ġenerali, għandhom ikunu aċċessibbli għal kulħadd, irrispettivament mill-bażi ta' għarfien ta' dak li jkun jew tal-ħiliet inizjali tiegħu, u għandhom ikunu jiftiehmu mill-ewwel u jkunu relevanti. Għandu jsir sforz partikolari biex jitjieb l-aċċess għas-servizzi ta' ggwidar għall-gruppi l-aktar żvantaġġati u persuni bi bżonnijiet speċjali.

Biex isir progress f'dan il-qasam ta' prijorità, l-Istati Membri għandhom, skont is-sitwazzjonijiet partikolari tagħhom, jikkonsidraw li:

jippromwovu b'mod ħawtiel is-servizzi ta' ggwidar mal-pubbliku u jgħollu l-profil tagħhom billi jużaw il-varjetà sħiħa ta' mezzi ta' informazzjoni u komunikazzjoni,

joffru varjetà ċara ta' servizzi li jkunu aċċessibbli faċilment, varjetà li tkun ibbażata fuq evalwazzjoni tal-aspirazzjonijiet u l-ħtiġijiet tan-nies, u li tieħu inkonsiderazzjoni l-ambjenti tal-ħajja u tax-xogħol tagħhom,

jagħmluha possibbli għan-nies li jibbenefikaw minn appoġġ biex jiksbu l-validazzjoni u r-rikonoxximent fis-suq tax-xogħol tal-ħiliet miksuba b'tagħlim formali, non-formali u informali, sabiex ikun żgurat l-impjieg tagħhom kif ukoll il-possibbiltà li jkunu impjegati, b'mod partikolari fit-tieni parti tal-karriera tagħhom,

jippromwovu aċċess miftuħ għal riżorsi ta' dokumentazzjoni, jipprovdu l-appoġġ fit-tiftix għall-informazzjoni, fl-iggwidar individwali u fil-proveddiment istituzzjonali.

QASAM TA' PRIJORITÀ 3: ŻVILUPP TA' ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ FIS-SERVIZZ TAL-IGGWIDAR

L-iżvilupp ta' servizzi ta' ggwidar ta' kwalità għolja huwa għan li l-Istati Membri lkoll għandhom.

Biex isir progress f'dan il-qasam ta' prijorità, l-Istati Membri għandhom, skont is-sitwazzjonijiet partikolari tagħhom, jikkonsidraw li:

itejbu l-kwalità u jiżguraw l-oġġettività ta' informazzjoni u pariri dwar il-karriera, waqt li jagħtu każ tal-aspettattivi tal-utenti u tar-realtajiet tas-suq tax-xogħol,

jiżguraw li l-informazzjoni ppreżentata, il-pariri mogħtija u l-appoġġ provdut ikunu mfassla b'mod adatt għal utenti differenti,

jiżviluppaw għodod għall-ippjanifikar bil-quddiem ta' impjiegi u ħiliet, li jibbażaw fuq ir-riżorsi nazzjonali u fuq riżorsi komuni tal-Unjoni, b'mod partikolari s-Cedefop,

jgħaddu informazzjoni dwar il-provvediment ta' taħriġ u t-tħaddim tas-suq tax-xogħol liż-żona lokali,

itejbu, anke permezz ta' edukazzjoni inizjali u taħriġ addizzjonali, il-profil professjonali u l-istandards tal-persunal tal-iggwidar, u jippromwovu l-kompetenzi u l-ħiliet tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward tal-provvediment tal-informazzjoni, l-għoti ta' pariri u tal-appoġġ, sabiex il-ħtiġiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tal-politiċi jintlaħqu aħjar,

jivvalutaw l-effikaċja tal-provvediment tal-iggwidar permezz ta' arranġament għall-ġbir ta' data vijabbli li tkopri kemm il-perċezzjoni tal-utenti ta' dawn is-servizzi kif ukoll il-benefiċċji li huma jieħdu fil-perijodu medju,

jiżviluppaw standards ta' kwalità għas-servizzi ta' iggwidar, li jiddefinixxu s-servizz provdut u li jagħtu każ tal-objettivi u r-riżultati għall-benefiċjarju daqs kemm jagħtu każ tal-metodi u l-proċessi.

QASAM TA' PRIJORITÀ 4: L-INKORAĠĠIMENT TAL-KOORDINAZZJONI U L-KOOPERAZZJONI BEJN ID-DIVERSI PARTIJIET INTERESSATI FIL-LIVELL NAZZJONALI, REĠJONALI U LOKALI

L-iggwidar jaħseb għal sezzjonijiet differenti tal-popolazzjoni: l-istudenti, l-istudenti l-ġodda tal-università, dawk li jkunu qed ifittxu x-xogħol, dawk li qed jirċievu taħriġ vokazzjonali, li joħloq sistemi differenti. Għandu jkun hemm aktar komplimentarjetà u koordinazzjoni bejn l-oqsma differenti, mal-gvern nazzjonali u lokali, mal-kummerċ, mal-aġenziji relevanti, mal-imsieħba soċjali u mal-komunitajiet lokali li jikkollaboraw biex itejbu l-effiċjenza tan-netwerks li jkunu aċċessibbli għal kull min ikun qed ifittex l-iggwidar.

Biex isir progress f'dan il-qasam ta' prijorità, l-Istati Membri għandhom, skont is-sitwazzjonijiet partikolari tagħhom, jikkonsidraw li:

jiżviluppaw mekkaniżmi nazzjonali u reġjonali ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni effettivi, fuq perijodu fit-tul, bejn il-partijiet interessati prinċipali fil-provizjoni tal-iggwidar tul il-ħajja,

jiffaċilitaw koordinazzjoni u kooperazzjoni bħal din billi jiżviluppaw dimensjoni ta' ggwidar fl-istrateġiji nazzjonali ta' tagħlim għal tul il-ħajja u s-suq tax-xogħol, skont kif ġie adottat il-kunċett f'kull Stat Membru,

jappoġġaw politika ta' sħubija u bbażata fuq sħubija u t-twettiq f'netwerk lokali tas-servizzi ta' ggwidar tul il ħajja, anke billi jiġbru s-servizzi flimkien meta dan ikun effettiv, sabiex min juża s-servizz ikollu aċċess aktar effiċjenti,

jiżviluppaw kultura komuni, anke permezz ta' mezzi li jiżguraw il-kwalità, fost id-diversi servizzi li għandhom responsabbiltà fuq livelli lokali, reġjonali u nazzjonali.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Kunsill

13.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 319/8


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

ta' l-20 ta' Novembru 2008

dwar il-Mobilità ta' Voluntiera Żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea

(2008/C 319/03)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 149(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

BILLI:

1.

Il-mobilità għal voluntiera żgħażagħ hija parti integrali tal-libertà ta' moviment għall-persuni, protetta mill-Artikolu 18 tat-Trattat.

2.

Il-Komunità tista' tadotta miżuri biex tiġi promossa l-mobilità ta' voluntiera żgħażagħ billi tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-organizzaturi ta' attivitajiet volontarji, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif imniżżel fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif imniżżel f'dak l-Artikolu, din ir-Rakkomandazzjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

3.

Ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (1) u d-dispożizzjonijiet relatati jkopru biss dawk il-voluntiera li għandhom assigurazzjoni skont il-leġislazzjoni tas-sigurtà nazzjonali, bil-konsegwenza li kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni soċjali jistgħu xi kultant jaġixxu bħala diżinċentiv biex jieħdu sehem f'attivitajiet volontarji fi Stat Membru ieħor.

4.

Ir-Rakkomandazzjoni Nru 2001/613/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fl-10 ta' Lulju 2001 dwar il-mobilità fil-Komunità għal studenti, persuni li qed jitħarrġu, voluntiera, għalliema u dawk li jħarrġu (2) tistieden lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri li huma jikkunsidraw adatti, skont il-liġi Komunitarja u fil-qafas tal-liġi nazzjonali tagħhom, biex jassiguraw li l-voluntiera u l-familji tagħhom ma jkunux diskriminati minħabba l-linji ta' politika ta' protezzjoni soċjali relevanti, bħall-kura tas-saħħa u l-għajnuna soċjali li jistgħu itellfu l-mobilità.

5.

Ir-Rakkomandazzjoni 2001/613/KE u r-Rakkomandazzjoni 2006/961/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-mobilità transnazzjonali fi ħdan il-Komunità għal finijiet ta' edukazzjoni edukattivi u ta' taħriġ: Karta Ewropea tal-Kwalità għal Mobilità (3) jirreferu espliċitament għall-voluntiera.

6.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar l-kondizzjonijiet ta' ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għal skopijiet ta' studju, skambju ta' studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju (4) tipprovdi għall-possibbiltà ta' ħruġ ta' permessi speċjali ta' residenza għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li japplikaw għal ammissjoni fit-territorju ta' Stat Membru għall-iskop ta' volontarjat.

7.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2004, dwar objettivi komuni għal attivitajiet volontarji taż-żgħażagħ u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2007, dwar l-implimentazzjoni tal-objettivi komuni għal attivitajiet volontarji taż-żgħażagħ (5) stabbilixxew objettivi komuni għal attivitajiet volontarji taż-żgħażagħ, ipproponew skambji ta' prattika tajba u attivitajiet ta' tagħlim bejn il-pari biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tagħhom, u stiednu lill-Istati Membri biex jikkunsidraw il-mezzi prattiċi għall-kejl tal-progress. Ir-Riżoluzzjoni tal-aħħar stiednet ukoll lill-Kummissjoni biex tagħmel aktar proposti għall-promozzjoni u r-rikonoxximent ta' attivitajiet volontarji taż-żgħażagħ.

8.

F'April il-Parlament Ewropew f'April 2008 adotta rapport dwar ir-“Rwol tal-Volontarjat fil-Kontribut għal Koeżjoni Soċjali u Ekonomika” li jinkoraġġixxi l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jirrikonoxxu l-valur tal-volontarjat fil-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u ekonomika, u rrakkomanda l-promozzjoni ta' proġetti volontarji transkonfinali.

JIRRIKONOXXI LI:

1.

Fil-qafas ta' din ir-Rakkomandazzjoni, attivitajiet volontarji transkonfinali huma kkaratterizzati kif ġej: miftuħa għaż-żgħażagħ kollha, meħudin bir-rieda libera tagħhom fl-interess ġenerali, għal perijodu sostnut, f'qafas ċar, u f'pajjiż minbarra l-pajjiż ta' residenza, mingħajr ħlas jew bi ħlas nominali u/jew kopertura tal-ispejjeż. Attivitajiet volontarji m'għandhomx ikollhom effett negattiv fuq l-impjieg bi ħlas potenzjali jew eżistenti, u lanqas m'għandhom jitqiesu bħala sostitut għalih.

2.

Attivitajiet volontarji jikkostitwixxu esperjenza għanja f'kuntest edukattiv mhux formali u f'kuntest ta' tagħlim informali li jtejjeb il-kapaċitajiet u l-kompetenzi professjonali taż-żgħażagħ, jikkontribwixxi għall-kapaċità għall-impjieg u s-sens ta' solidarjetà tagħhom, jiżviluppa l-kapaċitajiet soċjali tagħhom u jwitti l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà u trawwem iċ-ċittadinanza attiva.

3.

Fl-Ewropa kollha hemm varjetà vasta ta' attivitajiet volontarji organizzati mis-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi. Dawn l-attivitajiet għandhom ikunu ppreservati u żviluppati aktar u l-kooperazzjoni bejn l-organizzaturi ta' dawn l-attivitajiet għandha tkun iffaċilitata.

4.

Il-mobilità transkonfinali fl-Ewropa tista' tkun għodda importanti għall-promozzjoni tal-edukazzjoni, l-impjieg u l-koeżjoni reġjonali u soċjali, u biex tgħin li jitjieb il-ftehim reċiproku u l-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà. Dan hu partikolarment il-każ għaż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol li jivvaluta dejjem iżjed l-adattabilità u l-flessibilità.

5.

Il-komunitajiet lokali li jospitaw voluntiera żgħażagħ jibbenefikaw ħafna mill-attivitajiet tagħhom, li jistgħu jsiru f'firxa wiesgħa ta' oqsma, bħall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, l-ippreservar tal-wirt kulturali, it-trawwim ta' solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-ħarsien tal-ambjent. Attivitajiet bħal dawn, fl-istess ħin, issaħħu d-diversità kulturali tal-komunitajiet ospitanti.

6.

Attivitajiet volontarji kienu prijorità tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ, li diġà kien identifika għadd kbir ta' prattiċi tajbin. F'dan il-kuntest is-Servizz Volontarju Ewropew (EVS), azzjoni tal-Programm Żgħażagħ tal-UE mill-1996, ippermetta liż-żgħażagħ biex jieħdu sehem f'servizz volontarju f'diversi oqsma. Il-Programm attwali Żgħażagħ fl-Azzjoni jsaħħaħ din l-azzjoni.

7.

Minkejja dawn l-isforzi, jista' għad hemm ostakoli għal mobilità transkonfinali ta' voluntiera żgħażagħ fl-Ewropa kollha u għalhekk din ir-Rakkomandazzjoni timmira primarjament li tipprovdi qafas għall-Istati Membri biex jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom, mingħajr preġudizzju għad-diversità tas-sitwazzjonijiet nazzjonali tagħhom.

8.

Il-kooperazzjoni aħjar bejn l-organizzaturi ta' attivitajiet volontarji f'pajjiżi differenti u kondiviżjoni akbar ta' informazzjoni jistgħu jistimulaw liż-żgħażagħ Ewropej kollha ta' kull nazzjonalità biex jieħdu aktar sehem f'attivitajiet volontarji f'pajjiżi terzi.

9.

Attenzjoni speċjali għandha tingħata liż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet minħabba li l-attivitajiet volontarji jikkostitwixxu possibbiltà partikolarment siewja ta' mobilità għal dawk iż-żgħażagħ li inkella jibbenifikaw anqas, jew xejn, minn programmi ta' mobilità.

B'DAN JIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI:

A.

Jippromwovu l-mobilità ta' voluntiera żgħażagħ fl-Ewropa kollha billi jsaħħu l-kondizzjonijiet għall-kooperazzjoni bejn l-organizzaturi ta' attivitajiet volontarji f'pajjiżi differenti, kemm is-soċjetà ċivili jew l-awtoritajiet pubbliċi, biex kull żagħżugħ ikollu l-opportunità li jivvolontarja fl-Ewropa jekk hu jew hi jixtieq/tixtieq jagħmel/tagħmel dan.

B.

Jiffaċilitaw l-iżvilupp għal dak il-għan, tal-linji ta' azzjoni li ġejjin filwaqt li jikkunsidraw debitament l-oqfsa nazzjonali tagħhom u l-leġislazzjoni fil-qasam ta' attivitajiet volontarji, u l-prijoritajiet nazzjonali ġenerali tagħhom, l-opportunitajiet lokali eżistenti u r-reġimi tal-infiq pubbliku:

(1)

itejbu l-livell ta' tagħrif dwar attivitajiet volontarji fit-territorji nazzjonali tagħhom u jittrasferixxu din l-informazzjoni lill-Kummssjoni Ewropea għal aktar disseminazzjoni;

(2)

jagħmlu l-informazzjoni dwar opportunitajiet għal attivitajiet volontarji barra l-pajjiż faċilment aċċessibbli għaż-żgħażagħ, u għall-dawk attivi f'ħidma taż-żgħażagħ u f'organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ;

(3)

jagħmlu disponibbli għall-atturi relevanti kollha l-informazzjoni tad-drittijiet u opportunitajiet li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet eżistenti fil-livell Ewropew u fil-livell nazzjonali dwar attivitajiet volontarji transkonfinali;

(4)

jippromwovu l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-opportunitajiet għal attivitajiet volontarji fi Stati Membri oħra u jissimplifikaw il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti bil-għan li jagħmluha eħfef għal voluntiera żgħażagħ ta' Stat Membru sabiex jieħdu sehem f'attivitajiet volontarji fi Stati Membri oħra.

(5)

jadottaw, fejn adatt, approċċ flessibbli fl-iżvilupp ta' opportunitajiet għal attivitajiet volontarji transkonfinali fl-Ewropa, billi pereżempju;

jappoġġaw l-iżvilupp għall-kapaċità ospitanti għal voluntiera transkonfinali;

jappoġġaw il-ħolqien ta' punti ta' kuntatt għal voluntiera żgħażagħ Ewropej, in konnessjoni ma' Aġenziji Nazzjonali tal-Programm Żgħażagħ f'Azzjoni;

jippromwovu l-użu ta' mekkaniżmi Ewropej eżistenti li jistgħu jgħinu l-mobilità taż-żgħażagħ, bħal per eżempju, karti għall-mobilità;

jippromwovu mobilità transkonfinali għal dawk attivi f'ħidma taż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ;

jappoġġaw l-iżvilupp ta' informazzjoni u taħriġ, għal dawk attivi f'ħidma taż-żgħażagħ u f'organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, awtoritajiet lokali u servizzi ċiviċi, dwar attivitajiet volontarji transkonfinali taż-żgħażagħ;

(6)

iżidu s-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza ta' kompetenzi interkulturali u t-tagħlim tal-lingwi fost iż-żgħażagħ biex jitnaqqsu l-ostakli għall-mobilità transkonfinali taż-żgħażagħ;

(7)

jinkoraġġixxu lill-organizzaturi ta' attivitajiet volontarji biex jiżviluppaw għodod ta' awto-valutazzjoni li jieħdu inkonsiderazzjoni l-esperjenza tas-SVE sabiex tkun żgurata l-kwalità tal-attivitajiet volontarji transkonkinali li qed jieħdu sehem fihom;

(8)

jinkoraġġixxu l-organizzaturi kemm meta jibagħtu kif ukoll meta jirċievu Stati Membri biex jikkooperaw fil-provvediment ta' assigurazzjonijiet dwar il-protezzjoni ta' voluntiera żgħażagħ u ta' dawk li jirċievu s-servizzi. Dan għandu jinkludi informazzjoni biżżejjed dwar l-attività volontarja, l-organizzaturi tagħha u l-volontier, sabiex iż-żewġ partijiet ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni informata dwar kemm l-attività tkun adatta u tissodisfa kwalunkwe rekwiżit legali;

(9)

ikomplu jeżaminaw dispożizzjonijiet ta' protezzjoni soċjali relevanti permezz tal-fora adatti eżistenti tal-UE bil-ħsieb li jsir użu totali mill-possibbilitajiet skont il-leġislazzjoni nazzjonali u tal-UE;

(10)

jippromwovu r-rikonoxximent adatt ta' riżultati ta' tagħlim minn attivitajiet volontarji f'konformità mad-dispożizzjoniet Komunitarji u fis-sistemi jew oqfsa nazzjonali rispettivi għal kwalifiki, fejn jeżistu;

(11)

jippromwovu l-użu ta' strumenti fil-livell tal-UE li jistgħu jiffaċilitaw attivitajiet volontarji transkonfinali billi jiżguraw it-trasparenza ta' kwalifiki, bħall-Europass, il-Youthpass u l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki;

(12)

jagħtu attenzjoni partikolari liż-żgħażagħ b'anqas opportunitajiet biex jissaħħaħ l-aċċess tagħhom għal attivitajiet volontarji u speċjalment għal attivitajiet volontarji transkonfinali.

B'DAN JAPPROVA L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI SABIEX

(1)

tappoġġa lill-Istati Membri fil-kompiti ta' hawn fuq billi jintuża l-qafas ta' kooperazzjoni tal-UE fil-qasam taż-żgħażagħ u, b'mod partikolari, l-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni u l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni;

(2)

tinkoraġġixxi u torganizza, f'kollegament mal-Istati Membri, l-iskambju ta' informazzjoni u esperjenzi dwar il-kooperazzjoni bejn l-organizzaturi ta' attivitajiet volontarji f'pajjiżi differenti, kemm jekk rappreżentanti tas-soċjetà ċivili kif ukoll jekk awtoritajiet pubbliċi;

(3)

tiżviluppa Portal Ewropew ta' Voluntiera Żgħażagħ dwar attivitajiet volontarji bbażat fuq portali nazzjonali tal-volontarjat taż-żgħażagħ, bażijiet ta' data jew siti elettroniċi speċifiċi, fejn jeżistu;

(4)

tirrapporta lill-Kunsill erba' snin wara l-adozzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni sabiex jiddetermina jekk il-miżuri proposti humiex qegħdin jaħdmu b'mod effettiv u biex jevalwa l-ħtieġa għal aktar azzjonijiet.

Magħmul fi Brussell, 20 ta' Novembru 2008.


(1)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2.

(2)  ĠU L 215, 9.8.2001, p. 30.

(3)  ĠU L 394, 30.12.2006, p. 5.

(4)  ĠU L 375, 23.12.2004, p. 12.

(5)  ĠU C 241, 20.9.2008, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kunsill

13.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 319/11


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħolqien mill-Unjoni Ewropea ta' “Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew”

(2008/C 319/04)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

WAQT LI JIRREFERI:

għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

għar-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2007 (1) dwar Aġenda Ewropea għall-Kultura u għall-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tal-21 ta' Mejju 2008, dwar il-Pjan ta' Ħidma għall-kultura 2008-2010 (2), fejn il-promozzjoni tal-patrimonju kulturali hija waħda mill-objettivi;

WAQT LI JILQA' B'INTERESS:

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar Aġenda Ewropea għall-Kultura f'Dinja li qed tiġi Gglobalizzata (3),

u r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' April 2008 dwar Aġenda Ewropea tal-Kultura f'Dinja li qed tiġi Gglobalizzata (4), li fiha l-Parlament Ewropew jixtieq “il-ħolqien ta' Ċertifikat tal-patrimonju Ewropew li jimmira li jenfasizza d-dimensjoni Ewropea tal-beni kulturali, il-monumenti, is-siti u l-postijiet ta' tifkira, xhieda tal-istorja u tal-patrimonju Ewropew”;

WAQT LI JIEĦU KONT:

tal-proġett inter-governattiv taċ-“Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew” imniedi f'Granada f'April tal-2006 minn diversi Stati Membri;

WAQT LI JENFASIZZA B'MOD PARTIKOLARI:

l-importanza li ż-żgħażagħ ikunu konxji tal-patrimonju kulturali komuni, u b'hekk, tal-ħtieġa li jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għall-patrimonju kulturali Ewropew;

1.   IQIS LI L-ĦOLQIEN MILL-UNJONI EWROPEA TA' “ĊERTIFIKAT TAL-PATRIMONJU EWROPEW”:

(a)

li l-objettiv tiegħu jkun li jenfasizza b'mod konkret l-istorja komuni tal-Ewropa permezz tal-valorizzazzjoni tad-dimensjoni Ewropea tal-patrimonju kulturali tagħha;

(b)

jista' jikkontribwixxi:

biex il-patrimonju komuni tal-Istati Membri jkun ivvalorizzat u jsir magħruf aktar,

għal tisħiħ tal-għarfien u tal-apprezzament taċ-ċittadini tal-patrimonju kulturali tagħhom komuni fid-diversità tiegħu u tal-istorja tagħhom,

għall-attrazzjoni ekonomika u għall-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni, partikolarment permezz tat-turiżmu kulturali,

għall-edukazzjoni artistika, kulturali u storika, u b'hekk, għall-approfondiment tad-djalogu interkulturali, partikolarment fost iż-żgħażagħ,

għall-kondiviżjoni tal-esperjenzi u għall-iskambju tal-prattiki tajbin madwar l-Ewropa fil-qasam tal-valorizzazzjoni tal-patrimonju kulturali,

b'mod aktar ġenerali, għall-promozzjoni tal-valuri tad-demokrazija u d-drittijiet tal-Bniedem li huma l-bażi tal-integrazzjoni Ewropea u taċ-ċittadinanza Ewropea.

2.   JIKKUNSIDRA LI Ċ-“ĊERTIFIKAT TAL-PATRIMONJU EWROPEW” TAL-UNJONI EWROPEA GĦANDU JINGĦATA SKONT KRITERJI KOMUNI, ĊARI U TRASPARENTI:

(a)

jistgħu jkunu eliġibbli għal dan iċ-ċertifikat:

il-monumenti, siti naturali jew urbani, il-pajsaġġi kulturali u l-postijiet ta' tifkira, kif ukoll il-beni kulturali u l-patrimonju immaterjali relatat ma' xi post, inkluż il-patrimonju kontemporanju — minn hawn 'il quddiem imsejħa “siti” (5),

dment li jixhdu, partikolarment bil-karattru transkonfinali jew pan-Ewropew tagħhom, l-istorja, il-valuri komuni jew tal-patrimonju kulturali Ewropej, partikolarment tal-kostruzzjoni tal-Ewropa;

(b)

il-kandidati għaċ-ċertifikat għandhom jippreżentaw proġett fit-tul li jimpenjahom biex:

jippromwovu d-dimensjoni Ewropea tas-sit: il-post u r-rwol tiegħu fl-istorja Ewropea; il-movimenti kulturali, artistiċi, xjentifiċi u tekniċi, il-personalitajiet u l-avvenimenti relatati mas-sit li kellhom rwol importanti fl-istorja u l-proġett tal-kostruzzjoni tal-Ewropa, eċċ.,

jenfasizzaw is-sit, pereżempju permezz tal-organizzazzjoni ta' attivitajiet edukattivi, artistiċi, kulturali u xjentifiċi taħt forom differenti (avvenimenti, festivals, skemi ta' residenzi ta' artisti, eċċ.);

jiżguraw ġestjoni tajba tas-sit,

jiżguraw il-kwalità tal-faċilitajiet ta' akkoljenza: politika dwar l-aċċess għas-sit tal-pubbliku l-aktar wiesa', promozzjoni tal-multilingwiżmu, eċċ.,

jagħtu attenzjoni partikolari għall-pubbliku żgħażugħ, billi jippermettulu partikolarment li jkollu aċċess għas-sit b'kondizzjonijiet privileġġati,

jiffavorixxu l-viżibbiltà u l-attrazzjoni tas-sit fuq l-iskala Ewropea: sinjalazzjoni adegwata, użu tat-teknoloġiji ġodda, eċċ.,

jipparteċipaw f'attivitajiet tan-netwerks tas-siti biċ-ċertifikat, possibbilment fil-qafas ta' gruppi ta' siti li jkopru suġġett partikolari tal-patrimonju Ewropew jew li jirriflettu aspett komuni tal-istorja tal-Ewropa.

3.   IQIS LI:

(a)

l-Istati Membri għandhom jipparteċipaw f'din l-inizjattiva fuq bażi volontarja;

(b)

il-proġett għandu jkun ispirat mill-prinċipji li ġejjin:

proċedura ta' għażla regolari, abbażi ta' kriterji komuni, ċari u trasparenti, inizjalment imwettqa fil-livell nazzjonali u mbagħad fil-livell Ewropew, ibbażata fuq għarfien espert tal-applikazzjonijiet u li kull darba tkopri numru raġonevoli u rappreżentattiv ta' siti,

arranġamenti ta' ġestjoni flessibbli u ssimplifikati, li jirrispettaw il-prinċipju ta' sussidjarjetà,

implimentazzjoni li tirrispetta l-kriterji msemmija fil-punt 2 ta' dawn il-konklużjonijiet, ta' sinerġiji u komplementaritajiet ma' ċerti inizjattivi, bħal-lista tal-patrimonju globali tal-UNESCO u “r-Rotot Kulturali Ewropej” tal-Kunsill tal-Ewropa, u ta' approċċ maqbul fil-qasam tal-komunikazzjoni tas-siti ċċertifikati;

(c)

il-proġett jista' juża fondi Komunitarji eżistenti, mingħajr preġudizzju għall-politiki ta' appoġġ mwettqa minn kull Stat Membru;

(d)

din l-inizjattiva tista' tkun miftuħa wkoll għall-pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-programm Kultura tal-Unjoni Ewropea;

(e)

il-klassifikazzjoni ta' “Patrimonju Kulturali” tkun soġġetta għar-rispett tal-impenji magħmula mis-siti ċċertifikati u tista' tkun riveduta perjodikament;

(f)

is-siti diġà ċċertifikati fil-qafas tal-proġett inter-governattiv taċ-“Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew” għandhom jitqiesu u l-istatut taghħom għandu jiġi ddefinit;

4.   JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:

tippreżentalu fi żmien raġonevoli u b'kont meħud ta' dawn il-konklużjonijiet proposta adatta dwar il-ħolqien mill-Unjoni Ewropea ta' “Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew” u li tippreċiża d-dettalji prattiċi tal-implimentazzjoni ta' dan il-proġett.


(1)  ĠU C 287, 29.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU C 143, 10.6.2008, p. 9.

(3)  COM(2007) 242 finali — Dok 9496/07.

(4)  2007/2211(INI).

(5)  Il-Kunsill jirreferi għad-definizzjonijiet komunement aċċettati bil-liġi internazzjonali jew Ewropea (il-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar miżuri li għandhom jittieħdu biex jimpedixxu u jevitaw l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment illegali ta' proprjetà tal-beni kulturali ta' l-14 ta' Novembru 1970; il-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-protezzjoni tal-patrimonju dinji kulturali u naturali tas-16 ta' Novembru 1972; il-Konvenzjoni tal-UNESCO għall-Protezzjoni tal-patrimonju kulturali immaterjali tas-17 ta' Ottubru 2003; il-Konvenzjoni dwar il-Pajsaġġ Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 2000)


13.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 319/13


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-arkittetura: il-kontribut tal-kultura għall-iżvilupp sostenibbli

(2008/C 319/05)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

1.   WAQT LI JIRREFERI:

għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar il-kwalità arkitettonika fl-ambjent urban u rurali tat-12 ta' Frar 2001 (1), li tafferma li l-arkitettura hija element fundamentali tal-kultura u l-kwadru tal-ħajja ta' kull wieħed mill-pajjiżi tagħna;

għall-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta' l-24 ta' Mejju 2007 dwar il-kontribut tas-settur kulturali u kreattiv għall-kisba tal-objettivi ta' Lisbona (2), li jissottolinjaw li l-attivitajiet kulturali u l-industriji tal-kreattività, fosthom l-arkitettura, għandhom rwol primordjali biex iħajru l-innovazzjoni u t-teknoloġija u huma l-vetturi essenzjali ta' tkabbir sostenibbli fil-ġejjieni;

kif ukoll għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2007 dwar Aġenda Ewropea għall-Kultura (3) li, bħala estensjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Mejju 2007 (4), issemmi r-rwol trasversali tal-kultura;

2.   WAQT LI JINNOTA:

l-istrateġija ġdida tal-Unjoni Ewropea favur l-iżvilupp sostenibbli (5), adottata mill-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta' Ġunju 2006, li l-objettiv ġenerali tagħha huwa li jiġu identifikati u msaħħa l-azzjonijiet li jippermettu lill-UE ttejjeb b'mod kontinwu l-kwalità tal-ħajja tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri, bil-ħolqien ta' komunitajiet sostenibbli, kapaċi li jimmaniġġaw u jużaw ir-riżorsi b'mod effiċjenti u li jisfruttaw il-potenzjal tal-innovazzjoni ekoloġika u soċjali tal-ekonomija, filwaqt li jiżguraw il-prosperità, il-protezzjoni ambjentali u l-koeżjoni soċjali;

il-Karta ta' Leipzig dwar il-Bliet Ewropej Sostenibbli tal-Ministri responsabbli mill-iżvilupp urban fl-24 ta' Mejju 2007 (6), li tissottolinja l-importanza tal-kultura arkitettonika u tappella għall-adozzjoni ta' approċċ integrat fil-proċess tal-iżvilupp urban, li jinkludi d-dimensjoni ekonomika, dik soċjali, ekoloġika u kulturali tal-bliet, ibbażata fuq il-kooperazzjoni bejn il-livelli differenti tar-responsabbiltà amministrattiva u politika kif ukoll l-atturi pubbliċi u privati;

3.   WAQT LI JILQA':

il-ħidma tal-“Forum Ewropew ta' Politiki Arkitettoniċi” dwar il-kwistjonijiet tal-kwalità arkitettonika u l-iżvilupp sostenibbli;

4.   JISSOTTOLINJA LI:

l-arkitettura, dixxiplina ta' kreazzjoni kulturali u innovazzjoni, inkluża dik teknoloġika, tikkostitwixxi eżempju rimarkabbli ta' dak li l-kultura tista' tagħti lill-iżvilupp sostenibbli, b'kont meħud tal-impatt tagħha fuq id-dimensjoni kulturali tal-bliet, iżda wkoll fuq l-ekonomija, il-koeżjoni soċjali u l-ambjent;

barra minn hekk l-arkitettura hija eżempju tal-karattru trasversali tal-kultura, peress li hija kkonċernata minn diversi politiki pubbliċi, u mhux biss mill-politiki kulturali;

5.   JIKKUNSIDRA LI:

il-bliet Ewropej tal-lum jiltaqgħu ma' sfidi kbar: l-evoluzzjonijiet demografiċi u l-konsegwenzi tagħhom f'terminu ta' tqassim urban, il-kwistjonijiet ambjentali u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-preservazzjoni tal-koeżjoni soċjali, partikolarment f'kuntest ta' tibdil ekonomiku u kulturali, il-protezzjoni u l-valorizzazzjoni tal-patrimonju arkitettoniku u kulturali,

ir-rispons li għandu jingħata għal dawn l-isfidi jgħaddi mill-iżvilupp urban sostenibbli, approċċ integrat u kreattiv li permezz tiegħu l-kultura, l-ekonomija, il-kwistjonijiet soċjali u l-ambjent ikollhom rwol ta' importanza indaqs,

l-iżvilupp urban sostenibbli jimplika:

l-għoti ta' attenzjoni partikolari għall-kwalità u d-diversità arkitettoniċi, komponenti tad-diversità kulturali, għall-preservazzjoni u l-valorizzazzjoni tal-patrimonju, u għall-identità unika tal-pajsaġġi naturali jew urbani,

il-kontribut għal ġestjoni ta' proġetti li jiffavorixxu l-użu u r-rikonverżjoni tal-art u l-bini, partikolarment is-siti industrijali żdingati, il-kontroll tar-riżorsi enerġetiċi fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-tibdl fil-klima u t-tnaqqis tat-tniġġiż,

li jittieħed kont, permezz ta' approċċi arkitettoniċi u urbanistiċi innovattivi, tal-evoluzzjoni tal-modi ta' għajxien tal-abitanti, partikolarment il-kwistjonijiet ta' mobbiltà u ta' tibdil demografiku, u l-objettivi ta' koeżjoni u ta' taħlit soċjali, ta' djalogu interkulturali u ta' parteċipazzjoni ta' ċittadini,

il-promozzjoni ta' kreazzjoni arkitettonika ta' kwalità, fattur ta' dinamiżmu ekonomiku u ta' attrazzjoni turistika tal-bliet,

l-arkitettura għandha rwol ta' sintesi u ta' innovazzjoni fl-implimentazzjoni ta' żvilupp urban sostenibbli, billi tippermetti partikolarment,

il-konċiljazzjoni tal-ħtiġiet xi kultant diverġenti li huma l-konservazzjoni tal-bini u tal-pajsaġġi u l-kreazzjoni kontemporanjza jew saħansitra l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-abitanti u l-użu tat-tqassim urban,

li jsir kontribut, bid-diversità, il-kwalità u l-kreattività tagħha, għall-arrikkiment kulturali u għall-kwalità tal-ħajja tal-abitanti, kif ukoll għad-dinamiżmu ekonomiku, kummerċjali u turistiku tal-bliet, partikolarment permezz tal-qafas ta' trawwim tal-impriżi żgħar u medji,

l-iżvilupp urban sostenibbli finalment jirrappreżenta opportunità ta' kreazzjoni, innovazzjoni, tiġdid tal-iskritturi arkitettoniċi u ta' adozzjoni u interpretazzjoni mill-ġdid tal-prattiki tradizzjonali,

6.   WAQT LI JINNOTA B'INTERESS:

l-inizjattivi ta' bosta bliet Ewropej, partikolarment fil-qafas tal-“Kapitali Ewropej tal-Kultura”, li jimmiraw biex il-kultura, u b'mod partikolari l-arkitettura, ssir strument ewlieni tar-reġenerazzjoni tagħhom,

it-tfaċċar ta'“bliet kreattivi”, li l-iżvilupp urban sostenibbli tagħhom huwa bbażat fuq fatturi ġodda ta' kompetittività, fosthom il-kwalità tal-infrastruttura urbana u l-interazzjoni bejn il-kultura u l-industrija,

7.   JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI, FIL-QAFAS TAL-KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM U FIR-RISPETT TAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ, BIEX:

jieħdu kont tal-arkitettura u l-karatteristiċi tagħha, partikolarment id-dimensjoni kulturali tagħha, fil-politiki kollha pertinenti, l-aktar il-politiki ta' riċerka, ta' koeżjoni ekonomika u soċjali, ta' żvilupp sostenibbli u ta' edukazzjoni,

jiżviluppaw, fir-rigward tal-arkitettura, lil hinn min-normi tekniċi, approċċ f'termini ta' objettivi globali, ekonomiċi, soċjali, kulturali u ambjentali,

jippromwovu l-innovazzjoni u l-esperimentazzjoni relatati mal-iżvilupp sostenibbli fil-kamp tal-arkitettura, l-urbaniżmu u l-pajsaġġ, partikolarment fil-qafas tal-linji politiċi u l-programmi Ewropej jew fl-okkażjoni ta' kummissjonijiet pubbliċi,

itejbu l-għarfien, partikolarment dak dwar l-istatistika, tas-settur tal-arkitettura u tal-kontribut tiegħu għall-iżvilupp sostenibbli,

iqajmu kuxjenza mal-pubbliku dwar ir-rwol tal-arkitettura u l-urbaniżmu fil-ħolqien ta' qafas ta' kwalità tal-ħajja u jippromwovu l-involviment tiegħu fl-iżvilupp urban sostenibbli,

jeżaminaw il-fattibbiltà, f'kooperazzjoni mal-professjonisti u fir-rigward tal-esperjenza ta' numru ta' Stati Membri, partikolarment rigward l-esperjenza ta' numru ta' Stati Membri, ta' “avveniment ċentrali” annwali Ewropej iddedikat għall-arkitettura,

jiżguraw flimkien is-segwitu tal-konklużjonijiet attwali u jwettqu l-bilanċ tal-implimentazzjoni tagħhom minn issa sal-2012,

8.   JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:

jistinkaw biex l-arkitettura jkollha rwol ta' sintesi u ta' innovazzjoni fil-proċess ta' żvilupp sostenibbli u, dan, mill-fażi ta' konċepiment ta' proġett arkitettoniku, urbanistiku jew pajsaġġist jew ta' riabilitazzjoni ta' sit,

jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-potenzjal ta' tkabbir ekonomiku u tal-impjiegi tal-arkitettura, industrija kulturali u kreattiva,

jippromwovu l-edukazzjoni għall-arkitettura, inkluż għall-patrimonju, u għal kwadru ta' ħajja, partikolarment permezz tal-edukazzjoni artistika u kulturali,

jippromwovu t-taħriġ inizjali u kontinwu tal-periti, tal-urbanisti u l-pajsaġġisti fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli,

jagħtu attenzjoni għall-arkitettura fil-qafas tal-implimentazzjoni tas-“Sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni (2009)”,

jirrikorru, jekk meħtieġ, għall-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni “kultura”,

9.   JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:

tieħu kont tal-arkitettura fit-tħejjija tal-Green Paper tagħha dwar l-industriji kulturali u kreattivi,

tassoċja n-netwerks ta' esperti u professjonisti tas-setturi pubbliċi u privati tal-arkitettura, bħal pereżempju l-“Forum Ewropew tal-Politiki Arkitettoniċi”, għall-ħidma u l-konsultazzjoni dwar il-kwistjonijiet u/jew is-suġġetti li jkunu jinvolvu l-arkitettura,

tħeġġeġ, f'kooperazzjoni ma' dawn in-netwerks u n-netwerk Ewropew tal-iskejjel tal-arkitettura,

l-informazzjoni u l-iskambju ta' prattiki tajbin u l-ħidma ta' riċerka bejn il-periti, is-sidien kontraenti u l-utenti,

it-taħriġ ta' professjonisti żgħażagħ tal-arkitettura, l-urbaniżmu u l-pajsaġġ fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli, il-valorizzazzjoni tal-ħidma tagħhom, kif ukoll l-aċċess tagħhom għall-kummissjoni pubblika jew privata.


(1)  ĠU C 73, 6.3.2001, p. 6.

(2)  ĠU C 311, 21.12.2007, p. 7.

(3)  ĠU C 143, 10.6.2008, p. 9.

(4)  9496/07 u ADD 1.

(5)  10117/06.

(6)  http://www.eu2007.de/en/News/download_docs/Mai/0524-AN/075DokumentLeipzigCharta.pdf


13.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 319/15


Konklużjonijiet tal-Kunsill ta' l-20 ta’ Novembru 2008 dwar l-iżvilupp tal-offerti legali tal-kontenut kulturali u kreattiv online u dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-piraterija fl-ambjent diġitali

(2008/C 319/06)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

1.

FILWAQT LI JAGĦMEL REFERENZA b'mod partikolari għal:

il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta' Diċembru 2000 li tiggarantixxi l-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni u l-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali;

il-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità ta' l-Espressjonijiet Kulturali tal-20 ta' Ottubru 2005 (1)

id-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar servizzi tal-medja awdjoviżiva (2) li teħtieġ numru ta' eżiġenzi fil-qasam tad-diversità kulturali u ta' promozzjoni ta' xogħlijiet Ewropej permezz tas-servizzi tal-medja awdjoviżiva lineari u mhux lineari;

id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta' l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern u d-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (3);

id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (4), id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (5) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (6);

2.

WAQT LI JIKKUNSIDRA b'interess:

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Jannar 2008 dwar Kontenut Kreattiv Online fis-Suq Uniku, il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati u l-istabbiliment ta' pjattaforma Ewropea dwar il-kontenut kreattiv online li rriżultaw minnha, u l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tikkontribwixxi, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għal soluzzjonijiet għall-isfidi identifikati f'dan il-kuntest;

il-Karta Ewropea għall-iżvilupp u l-adozzjoni taċ-ċinema online tat-23 ta' Mejju 2006;

il-ftehim dwar il-linji gwida fil-qasam ta' riċerka b'diliġenza għal xogħlijiet orfni ffirmat fl-4 ta' Ġunju 2008, taħt l-awspiċji tal-Kummissjoni, mir-rappreżentanti tal-libreriji, l-arkivji, l-arkivji awdjoviżivi u d-detenturi ta' drittijiet;

l-inizjattivi mnedija mill-awtoritajiet pubbliċi jew il-professjonisti f'numru ta' Stati Membri, kif ukoll minn ċerti msieħba extra-Ewropej, bl-għan li jsibu soluzzjonijiet konkreti u miftiehma bil-ħsieb li jippromwovu l-iżvilupp tal-offerti legali online u l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-piraterija, bħal per eżempju: kampanji ta' sensibilizzazzjoni, organizzazzjoni ta' konsultazzjonijiet interprofessjonali, ftehimhiet ta' awtoregolamentazzjoni jew ta' koregolamentazzjoni, stabbiliment ta' mekkaniżmi mhux ġudizzjarji, pedagoġiċi u progressivi, eċċ.;

3.

JIKKOSTATA li:

id-distribuzzjoni online ta' beni kulturali u kreattivi, notevolment permezz tal-Internet, jikkostitwixxi opportunità formidabbli għall-aċċess għal kulħadd għall-kultura, l-iżvilupp ekonomiku, l-impjieg u d-diversità kulturali;

l-offerti legali tal-kontenut kulturali u kreattiv online għadhom jippreżentaw potenzjal konsiderevoli tal-iżvilupp fl-Ewropa;

il-piraterija online, li f'ċerti setturi kulturali u kreattivi qed tilħaq limiti kritiċi, tista' tagħmel ħsara dejjiema lir-remunerazzjoni adegwata tad-detenturi ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati; minbarra l-konsegwenzi tagħha fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-mezzi tradizzjonali (CD, DVD …), hija fattur ewlieni li jżomm lura l-iżvilupp tal-provvista legali ta' kontenut kulturali u kreattiv online li minnha jiddependi, fil-biċċa l-kbira, id-dinamiżmu tal-industrija Ewropea tal-kontenut kulturali u kreattiv, u thedded il-kreattività u d-diversità kulturali;

għalkemm l-użu ta' sistemi tekniċi ta' protezzjoni (“Miżuri tekniċi ta' protezzjoni” — TPM) jew ta' informazzjoni dwar is-sistema tad-drittijiet (“Ġestjoni diġitali tad-drittijiet” — DRM) jista' jikkontribwixxi, f'xi każijiet u fir-rispett tal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data personali, għall-protezzjoni u l-ġestjoni tad-drittijiet fid-dinja diġitali, għall-konsumatur, in-nuqqas ta' interoperabbiltà jew ta' trasparenza ta' dawn is-sistemi huwa fattur ta' inċertezza u ta' limitazzjoni tal-użu tal-kontenut propost mill-pjattaformi differenti;

4.

IQIS li, f'dan il-kuntest:

l-iżvilupp ta' offerta legali online li tkun diversifikata, ta' kwalità għolja, aċċessibbli, sempliċi u attraenti biex il-konsumatur jużaha, minn naħa, u l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-piraterija, min-naħa l-oħra, huma t-tnejn meħtieġa għall-iżvilupp tas-soċjetà tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u għall-promozzjoni tad-diversità kulturali fid-dinja diġitali;

il-garanzija ta' remunerazzjoni adegwata għad-detenturi tad-drittijiet hija indispensabbli għall-iżvilupp tal-kreattività u d-diversità kulturali;

5.

IQIS li dawn l-objettivi għandhom jibqgħu jiġu segwiti b'kont meħud:

tal-ħtieġa li jiġi żgurat bilanċ tajjeb bejn id-drittijiet fundamentali differenti, b'mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni u l-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali, u li jitfittxu, fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-dritt Komunitarju, soluzzjonijiet konformi mal-prinċpiji ġenerali tad-dritt Komunitarju, b'mod partikolari il-prinċipju ta' proporzjonalità (7);

tal-aspettativi tal-konsumaturi f'termini ta' aċċess u ta' faċilità tal-użu tas-servizzi u ta' diversità u ta' kwalità tal-kontenut offrut online;

tad-diversità u t-trasformazzjonijiet tal-mudelli kummerċjali ( “business models”) tal-intrapriżi tas-settur, b'mod partikolari tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u l-evoluzzjonijiet kostanti u rapidi tat-teknoloġiji;

tal-varjetà tal-iżviluppi fl-ekonomiji diġitali, tas-sitwazzjoni tal-offerta legali online u tal-estensjoni tal-problema tal-piraterija fl-Istati Membri, kif ukoll it-tradizzjonijiet legali ta' kull wieħed minnhom;

tal-ħtieġa li tiġi promossa d-diversità kulturali fl-Ewropa, b'mod partikolari billi jitħeġġu s-servizzi online biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-kontenut kulturali u kreattiv Ewropew;

6.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI biex:

iniedu jew iħeġġu soluzzjonijiet miftiehma bejn il-partijiet ikkonċernati, mill-iktar fis possibbli, sabiex jinstabu soluzzjonijiet konkreti, effikaċi, ġusti u proporzjonati li jippromwovu l-iżvilupp tal-offerta legali online u l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-piraterija;

iħeġġu, skont il-każ u b'mod konformi mat-tradizzjonijiet legali tagħhom, lill-partijiet ikkonċernati biex jerġgħu jeżaminaw il-perijodi meta x-xogħlijiet ċinematografiċi jistgħu jsiru disponibbli għall-pubbliku (kronoloġija tal-mezzi tax-xandir koperta mill-Artikolu 3d tad-Direttiva 2007/65/KE) bil-ħsieb tal-promozzjoni tad-diversità u l-attrazzjoni tal-offerta legali online tax-xogħlijiet ċinematografiċi;

jikkontribwixxu attivament għall-promozzjoni tal-offerta tax-xogħlijiet awdjoviżivi u ċinematografiċi Ewropej mis-servizzi lineari u mhux lineari fil-qafas tat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar is-servizzi tax-xandir awdjoviżivi, partikolarment permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki;

7.

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI biex:

tikkontribwixxi għal konoxxenza aħjar, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-professjonisti kkonċernati, b'mod partikolari permezz tal-iżvilupp u l-ġabra tad-data statistika, tal-ekonomija kulturali diġitali fid-diversità tagħha, b'mod partikolari tal-offerta legali online, u tal-piraterija, l-iskala tagħha, il-kawżi u l-konsegwenzi tagħha għall-ekonomija tal-kreattività u d-diversità kulturali;

tiddistribwixxi l-informazzjoni, b'mod partikolari dik li tirriżulta mill-pjattaforma, dwar l-aħjar prattiki u r-risponsi innovattivi għall-isfidi identifikati fil-qafas tal-konsultazzjoni tat-3 ta' Jannar 2008;

tippreżenta, fi żmien 18-il xahar, rapport, ibbażat fuq il-kontributi tal-Istati Membri, dwar id-diversi inizjattivi li twettqu bil-ħsieb li jingħata kontribut għall-iżvilupp tal-offerta legali online u tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-piraterija;

teżamina l-modalitajiet ta' tisħiħ tad-diġitalizzazzjoni u d-distribuzzjoni online ta' xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-programmi Komunitarji, b'mod partikolari tal-programm MEDIA;

b'mod aktar ġenerali permezz tal-linji ta' politika kollha rilevanti, tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-offerta legali online u għall-ġlieda kontra l-piraterija;

8.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI, fil-qafas tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, biex:

itejbu l-informazzjoni lill-konsumatur, b'mod partikolari permezz ta' kampanji ta' informazzjoni oġġettivi, dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u l-konsegwenzi meta dawn ma jiġux rispettati u, b'mod aktar ġenerali, jagħmlu mod li dawk kollha involuti, inklużi l-professjonisti, ikunu konxji tal-konsegwenzi tal-piraterija fuq il-kreattività u d-diversità kulturali;

jikkontribwixxu għall-informazzjoni lill-konsumatur dwar il-kondizzjonijiet tal-użu tal-kontenut għat-tagħmir u l-pjattaformi differenti u dwar ir-restrizzjonijiet marbuta mal-użu tal-miżuri tekniċi għall-protezzjoni u l-ġestjoni tad-drittijiet;

iniedu jew iħeġġu ħidma konġunta bejn l-industrija, id-detenturi ta' drittijiet u l-konsumaturi sabiex tiġi promossa l-interoperabbiltà u tiġi żgurata t-trasparenza tal-miżuri tekniċi ta' protezzjoni u ġestjoni tad-drittijiet, pereżempju permezz ta' sistema ta' identifikazzjoni-tikkettar;

isegwu l-objettiv tad-diversità kulturali, b'mod partikolari fil-qafas tal-linji ta' politika tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati applikati għall-kontenut kulturali u kreattiv online;

jikkontribwixxu attivament għat-tisħiħ tal-konformità ma' u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fuq livell internazzjonali, fil-qafas tal-ftehim bilaterali u multilaterali rilevanti u tad-djalogu politiku u tal-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi;

9.

JISTIEDEN LILL-PARTIJIET IKKONĊERNATI biex iniedu l-proċess ta' konsultazzjoni u jingħaqdu miegħu fi spirtu kostruttiv, bil-ħsieb li:

jsibu soluzzjonijiet konkreti, effikaċi u ġusti li jippromwovu l-iżvilupp tal-offerta legali online u l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-piraterija;

jippromwovu l-interoperabbiltà u jiżguraw it-trasparenza tal-miżuri tekniċi ta' ġestjoni u ta' protezzjoni tad-drittijiet.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/515/KE tat-18 ta' Mejju 2006 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità ta' l-Espressjonijiet Kulturali (ĠU L 201, 25.7.2006, p. 15).

(2)  Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva 89/552/KEE tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27).

(3)  ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10.

ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45.

(4)  ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(5)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(6)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(7)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, 29 ta' Jannar 2008, Productores de Música de España (Promusicae) c/ Telefónica de España SAU, il-Każ C-275/06


13.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 319/18


Konklużjonijiet tal-Kunsill ta' l-20 ta’ Novembru 2008 dwar il-bibljoteka diġitali Ewropea EUROPEANA

(2008/C 319/07)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

WAQT LI JIKKUNSIDRA li:

il-ħolqien tal-bibljoteka diġitali Ewropea EUROPEANA, punt ta' aċċess online multilingwistiku komuni għal materjal kulturali diġitali tal-Ewropa kollha (kotba, gazzetti, ritratti, xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżwali, dokumenti tal-arkivji, opri f'mużewijiet, patrimonju monumentali u arkeoloġiku, eċċ.), jikkostitwixxi opportunità formidabbli biex jiġi apprezzat il-patrimonju kulturali tal-Istati Membri u jingħata aċċess għalih mill-pubbliku kollu,

b'mod aktar ġenerali, id-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibbiltà online tal-materjal kulturali tal-Istati Membri u l-konservazzjoni diġitali huma essenzjali għall-apprezzament tal-patrimonju kulturali, għad-dinamiżmu tal-ħolqien tal-kontenut u għall-iżvilupp ta' servizzi ġodda online; hija tikkontribwixxi għad-demokratizzazzjoni tal-aċċess għall-kultura u għall-għarfien u għall-iżvilupp tas-soċjetà tal-informazzjoni u tal-ekonomija bbażata fuq l-għarfien,

1.

JISSOTTOLINJA:

l-interess tiegħu għall-objettivi, l-azzjonijiet u l-iskadenzi ddefiniti, abbażi tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Awwissu 2006 (1), fil-Konklużjonijiet tiegħu tat-13 ta' Novembru 2006 rigward id-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibbiltà online ta' materjal kulturali u l-konservazzjoni diġitali (2),

l-importanza li ssir ħidma fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni, tal-konservazzjoni u tal-provvista tal-kontenut fir-rispett tal-leġislazzjoni Komunitarja u internazzjonali dwar il-proprjetà intellettwali,

2.

JILQA' b'interess:

ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2007 dwar “i2010: lejn bibljoteka diġitali Ewropea” (3),

il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Jannar 2008 dwar il-“kontenut kreattiv online fis-suq uniku”,

u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Awwissu 2008 intitolata “Il-wirt kulturali tal-Ewropa permezz ta' klikk tal-maws — Progress li twettaq fl-Unjoni Ewropea fil-qasam diġitali u l-aċċessibbiltà online ta' materjal kulturali u ta' konservazzjoni diġitali” (4), li tenfasizza l-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2006, filwaqt li jiġu nnutati diverġenzi kbar fl-istat tal-progress rigward il-proċessi li għaddejjin fl-Istati Membri,

3.

JINNOTA b'sodisfazzjon:

l-istabbiliment progressiv tal-bibljoteka diġitali Ewropea EUROPEANA, li rriżultat fil-ħolqien tal-fondazzjoni ta' dritt Olandiż “bibljoteka diġitali Ewropea” fit-8 ta' Novembru 2007 u t-tnedija tal-prototip fl-20 ta' Novembru 2008,

l-impenn tal-Istati Membri, tal-istituzzjonijiet kulturali u b'mod aktar ġenerali tal-professjonisti fil-proċess tad-diġitalizzazzjoni u tal-aċċessibbiltà online ta' materjal kulturali u ta' konservazzjoni diġitali,

l-appoġġ tal-Kummissjoni għal dan il-proġett u b'mod aktar ġenerali għall-proċessi ta' diġitalizzazzjoni, b'mod partikolari permezz tal-programm eContent+ u s-7 programm kwadru għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, l-istabbiliment fl-2007 ta' Grupp ta' Esperti tal-Istati Membri dwar id-Diġitalizzazzjoni u l-Konservazzjoni Diġitali (5) u fl-2006 ta' Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli (6), jew saħansitra t-tnedija ta' studji (7),

il-konklużjoni fl-4 ta' Ġunju 2008 mir-rappreżentanti tal-bibljoteki, tal-arkivji, tal-arkivji awdjoviżwali u tal-persuni intitolati, taħt l-awspiċju tal-Kummissjoni, ta' ftehim dwar linji gwida fil-qasam ta' riċerka diliġenti għax-xogħlijiet orfni.

4.

JEMMEN li s-suċċess u s-sostenibbiltà ta' EUROPEANA u, b'mod aktar ġenerali, tal-proċessi ta' diġitalizzazzjoni u l-aċċessibiltà online tal-materjal kulturali u l-konservazzjoni diġitali mwettqa fl-Istati Membri jimplikaw:

appoġġ attiv u sostnut għad-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibbiltà online ta' materjal kulturali u għall-konservazzjoni diġitali, sabiex tiġi iggarantita offerta diversifikat u ta' kwalità, li tirrappreżenta d-diversità kulturali u lingwistika u r-rikezza tal-patrimonju intelletwali tal-Unjoni,

it-tkomplija tat-tħejjija ta' soluzzjonijiet prattiċi miftiehma u konformi mad-dritt tal-awtur u drittijiet relatati, bil-ħsieb li jiġi kkontribwit għall-aċċessibbiltà online il-materjal kulturali l-aktar wiesa',

l-iżvilupp ta' teknoloġiji li jiżguraw il-konservazzjoni diġitali għall-perijodu fit-tul, l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-aċċess għall-kontenut, navigazzjoni u disponibbiltà multilingwa ta' dan il-kontenut, u servizzi diversifikati u ta' kwalità liċ-ċittadini,

id-definizzjoni ta' mudell ekonomiku perenni ta' EUROPEANA u l-appoġġ dewwiemi tal-partijiet kollha interessati — l-istituzzjonijiet kulturali, il-professjonisti, l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

5.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI biex:

ikomplu b'mod attiv u sostnut l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-objettivi nazzjonali tagħhom żviluppati f'konformita mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2006 dwar id-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibbiltà online ta' materjal kulturali u dwar il-konservazzjoni diġitali — b'mod partikolari permezz tad-definizzjoni, f'dan il-qafas, tal-objettivi kwantitattivi u kwalitattivi u l-mobbilizzazzjoni tar-riżorsi korrispondenti,

jippromwovu s-sinerġiji bejniethom kif ukoll bejn l-istituzzjonijiet differenti involuti fil-proċess tad-diġitalizzazzjoni u tal-aċċessibbiltà online ta' materjal kulturali u ta' konservazzjoni diġitali, sabiex tittejjeb il-provvista ta' materjal kulturali diġitalizzat,

ikomplu bl-appoġġ tagħhom, fil-qafas tal-istrateġiji nazzjonali tagħhom, għall-integrazzjoni ta' materjal kulturali diġitalizzat f'EUROPEANA, b'mod partikolari permezz tal-promozzjoni ta' standards ta' interoperabbiltà, l-istabbiliment jew it-titjib tal-paġni tal-internet li jinkorporaw il-kontenut nazzjonali jew, fejn meħtieġ, id-definizzjoni, f'konformità mal-prijoritajiet tal-istituzzjonijiet kulturali li jipparteċipaw fil-proġett, tat-tematiċi Ewropej għall-għażla ta' dan il-materjal,

jikkunsidraw l-objettiv li jiġu integrati f'EUROPEANA x-xogħlijiet protetti u jinkuraġġixxu f'dan ir-rigward, b'rispett għas-sistemi nazzjonali u Komunitarji tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-seħħ, il-konklużjoni ta' ftehim bejn il-partijiet ikkonċernati, effikaċi f'kuntest transkonfini, bil-ħsieb li jikkontribwixxu għad-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibbiltà online ta' dawn ix-xogħlijiet,

jagħmlu użu minn mekkaniżmi li jiffaċilitaw id-diġitalizzazzjoni u l-aċċess online għal xogħlijiet orfni u xogħlijiet li m'għadhomx jiġu stampati u ditribwiti, filwaqt li jiġu rispettati kompletament l-interessi u d-drittijiet ta' dawk li għandhom id-drittijiet.

6.

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI biex:

tħeġġeġ u tikkoordina l-ħidma biex titjieb il-konservazzjoni diġitali għall-perijodu fit-tul u l-interoperabbiltà tas-sistemi ta' aċċess għall-kontenut, b'mod partikolari permezz tal-iskambju ta' prattiki tajba u t-tixrid tal-istandards, u tappoġġa r-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tat-teknoloġija innovattiva, bil-ħsieb li tiżgura b'mod partikolari l-konservazzjoni għall-perijodu fit-tul tal-materjal kulturali diġitali, navigazzjoni u disponibbiltà multilingwistika ta' dan il-kontenut, u l-iżvilupp ta' użi ġodda,

teżamina l-fattibbiltà ta' rinforz tal-appoġġ finanzjarju, fil-qafas tal-programmi Komunitarji eżistenti u tal-perspettivi finanzjarji attwali, għad-diġitalizzazzjoni tal-materjal kulturali, mill-Istati Membri b'valur miżjud Ewropew u tikkontribwixxi għal EUROPEANA, b'kont xieraq meħud tal-istrateġiji u l-objettivi nazzjonali,

tivvaluta, b'mod partikolari abbażi tar-rapporti tal-Istati Membri, l-istat tal-progress u l-perspettivi tal-iżvilupp, inklużi dawk ekonomiċi u finanzjarji, ta' l-EUROPEANA, kif ukoll il-progress miksub fl-Istati Membri fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibbiltà online ta' materjal kulturali u ta' konservazzjoni diġitali, u tirrapporta dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-2010.

7.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI, fil-qafas tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, biex:

jinkoraġġixxu l-iżvilupp tal-EUROPEANA u jaħdmu mal-partijiet interessati, b'mod partikolari permezz tal-Grupp ta' Esperti tal-Istati Membri dwar id-Diġitalizzazzjoni u l-Konservazzjoni Diġitali, biex jiddefinixxu mudell ekonomiku u ta' governanza li jiżgura s-suċċess u s-sostenibbiltà tagħha,

jippromwovu b'mod attiv lill-EUROPEANA fl-Ewropa u fid-dinja kollha u jinkoraġġixxu l-istabbiliment ta' sħubiji pubbliċi-privati li jistgħu jkunu utli għall-iżvilupp tagħha, b'mod partikolari fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibbiltà online ta' materjal kulturali u l-preservazzjoni diġitali.

8.

JISTIEDEN LILL-FONDAZZJONI “EWROPEA TAL-BIBLJOTEKI DIĠITALI” biex:

taħdem mill-qrib mal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet kulturali, waqt li tirrispetta r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, bil-ħsieb ta' definizzjoni ta' mudell ekonomiku u ta' governanza li jiżguraw is-suċċess u s-sostenibbiltà tal-EUROPEANA.


(1)  ĠU L 236, 31.8.2006, p. 28.

(2)  ĠU C 297, 7.12.2006, p. 1.

(3)  2006/2040 (INI).

(4)  Dok. 12580/08.

(5)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-22 ta' Marzu 2007, (ĠU L 119, 9.5.2007, p. 45).

(6)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta' Frar 2006, (ĠU L 46, 16.2.2006, p. 32).

(7)  Studji dwar il-progress fid-diġitalizzazzjoni tal-kultura fl-Unjoni Ewropea, dwar l-impatt soċjo-ekonomiku tal-konservazzjoni għall-perijodu fit-tul tar-riżorsi diġitali, u dwar l-impatt soċjo-ekonomiku tar-riżorsi tad-dominju pubbliku;


13.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 319/20


Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill fil-21 ta' Novembru 2008 dwar it-tħejjija taż-żgħażagħ għas-seklu 21: aġenda għall-kooperazzjoni Ewropea dwar l-iskejjel

(2008/C 319/08)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI MLAQQGĦIN FIL-KUNSILL

BILLI:

1.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Lisbona tat-23 u l-24 ta' Marzu 2000 (1) enfasizzaw li l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ kien ta' importanza kruċjali fl-ekonomija Ewropea bbażata fuq l-għarfien.

2.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2001 dwar il-kooperazzjoni Ewropea fil-valutazzjoni tal-kwalità tal-edukazzjoni fl-iskejjel (2) stiednet lill-Istati Membri biex jappoġġaw it-titjib fil-valutazzjoni tal-kwalità tal-edukazzjoni fl-iskejjel.

3.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tal-14 ta' Novembru 2006 dwar l-effiċjenza u l-ekwità fl-edukazzjoni u t-taħriġ (3) stiednu lill-Istati Membri biex jiżguraw li r-riformi u l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ ikunu mmirati tajjeb sabiex jitjiebu l-kwalità u l-ekwità, partikolarment b'enfasi fuq it-tagħlim ta' qabel il-primarja, il-programmi ta' intervent bikri u s-sistemi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ ekwi.

4.

Id-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 (4) stabbiliet programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja.

5.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (5) stabbiliet il-livell minimu tal-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet li l-istudenti kollha għandhom ikunu kisbu sa tmiem l-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali sabiex jieħdu sehem fis-soċjetà tal-għarfien u li, minħabba n-natura trasversali tagħhom, jimplikaw approċċ għat-tagħlim li jmur lil hinn mill-fruntieri dixxiplinarji tradizzjonali.

6.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2007 (6) enfasizzat il-ħtieġa li l-persuni jingħataw il-potenzjal li jiksbu ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda u li jiżdiedu l-livelli ġenerali ta' ħiliet, permezz ta' edukazzjoni u taħriġ inizjali u kontinwi għall-ħiliet tal-ogħla kwalità, sabiex iżommu u jsaħħu l-kapaċità tagħhom ta' innovazzjoni, li hija meħtieġa għal aktar kompetittività, tkabbir u impjiegi.

7.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill fil-15 ta' Novembru 2007, dwar it-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni tal-għalliema (7) enfasizzaw il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-provvediment għal taħriġ inizjali tal-għalliema, appoġġ fil-bidu tal-karriera tagħhom u aktar żvilupp professjonali jkun koordinat, koerenti, b'riżorsi adegwati u b'assigurazzjoni tal-kwalità.

8.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2008 (8) enfasizzaw li fattur ewlieni għat-tkabbir futur huwa l-iżvilupp sħiħ tal-potenzjal għall-innovazzjoni u l-kreattività taċ-ċittadini Ewropej ibbażat fuq il-kultura Ewropea u l-eċċellenza fix-xjenza, u ħeġġu lill-Istati Membri biex inaqqsu sostanzjalment in-numru ta' żgħażagħ li ma jafux jaqraw sew kif ukoll in-numru ta' żgħażagħ li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien, u biex itejbu dak li kapaċi jagħmlu studenti minn ambjenti ta' immigrazzjoni jew dawk żvantaġġati.

9.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2008 dwar il-promozzjoni tal-kreattività u l-innovazzjoni permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ (9) innotaw il-ħtieġa dejjem akbar ta' azzjoni fil-livell nazzjonali kif ukoll ta' kooperazzjoni fil-livell tal-UE sabiex tinkiseb il-bidla meħtieġa biex l-iskejjel iħejju lill-istudenti biex jaffrontaw l-isfidi u l-problemi sinifikanti ta' dinja li qed tinbidel b'mod mgħaġġel.

JILQGĦU l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2008 intitolata Titjib tal-kompetenzi għas-Seklu 21: Aġenda għall-Kooperazzjoni Ewropea dwar l-Iskejjel li tipproponi aġenda għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri bil-għan li jiżdied u jissaħħaħ l-iżvilupp tas-sistemi skolastiċi.

JAFFERMAW MILL-ĠDID LI

1.

L-edukazzjoni obbligatorja mingħajr ħlas hija dritt fondamentali għaċ-ċittadini kollha, li huwa d-dover tal-awtoritajiet pubbliċi li jipprovdu u r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jorganizzaw.

2.

L-edukazzjoni fl-iskejjel — inklużi l-forom kollha ta' edukazzjoni fl-iskejjel sa tmiem is-sekondarja — tistabbilixxi l-pedamenti għat-tagħlim tul il-ħajja billi tippermetti lill-istudenti jiksbu l-kompetenzi ewlenin li huma jkunu jeħtieġu u li jgħinu biex jiggwidawhom tul il-ħajja personali u professjonali tagħhom.

3.

L-edukazzjoni fl-iskejjel mhux biss tirrappreżenta mezz importanti għas-soċjalizzazzjoni tal-individwi u għat-trasmissjoni tal-valuri, il-ħiliet, l-għarfien u l-attitudnijiet meħtieġa għad-demokrazija, iċ-ċittadinanza, id-djalogu interkulturali u l-iżvilupp personali, iżda għandha wkoll rwol essenzjali fil-kisba tal-kompetenzi ewlenin meħtieġa għall-integrazzjoni b'suċċess fil-ħajja ekonomika.

4.

L-iskejjel għandhom id-dover li jipprovdu lill-istudenti tagħhom edukazzjoni li tippermettilhom jadattaw għal ambjent dejjem aktar globalizzat, kompettitiv, diversifikat u kumpless, fejn il-kreattività, il-kapaċità għall-innovazzjoni, is-sens ta' inizjattiva, l-intraprenditorija u l-impenn li jkomplu jitgħallmu huma importanti daqs l-għarfien speċifiku ta' suġġett partikolari.

5.

Minkejja li r-responsabbiltà għall-organizzazzjoni u l-kontenut tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ taqa' fuq l-Istati Membri individwali, u minkejja li l-iskejjel jistgħu xi drabi jgawdu livell konsiderevoli ta' awtonomija, il-kooperazzjoni Ewropea għandha rwol importanti. Jista' jkun ta' għajnuna għall-Istati Membri li jilħqu sfidi komuni, b'mod partikolari permezz ta' metodu miftuħ ta' koordinazzjoni.

6.

L-Istati Membri għandhom interess komuni li jikkooperaw sabiex jibbenefikaw aħjar mill-firxa ta' prattiki innovattivi u ta' kwalità għolja eżistenti fis-sistemi tal-iskejjel fl-UE.

JENFASIZZAW LI:

1.

Fid-dawl tal-kontribut essenzjali li l-edukazzjoni u t-taħriġ jagħtu lit-tkabbir futur, il-kompetittività fuq il-perijodu fit-tul u l-koeżjoni soċjali tal-Unjoni, kif ukoll lill-promozzjoni ta' ċittadinanza attiva, huma għandhom jibqgħu prijorità ewlenija għaċ-ċiklu li jmiss tal-proċess ta' Lisbona.

2.

Jeħtieġ li s-sistemi tal-iskejjel jiġu żviluppati aktar sabiex jiġi żgurat li tinżamm il-koeżjoni soċjali u li — permezz ta' aċċess u opportunitajiet aħjar — kull żgħażugħ ikun jista' jiżviluppa l-potenzjal sħiħ tiegħu jew tagħha u jsir parteċipant attiv fis-soċjetà emerġenti tal-għarfien.

3.

Jeħtieġ li l-iskejjel irawmu l-kreattività u spirtu ta' innovazzjoni u ta' intrapriża fl-istudenti tagħhom billi jipprovdu ambjenti stimulanti ta' ħidma. Biex jinkiseb dan, l-iskejjel infushom għandhom ikunu postijiet kreattivi u dinamiċi li huma miftuħin għall-kooperazzjoni u l-isħubija mad-dinja ġenerali u li jiżviluppaw kultura ta' evalwazzjoni interna u esterna li fiha huma involuti l-familji wkoll, sabiex jiġu identifikati l-oqsma possibbli għall-bidla u t-titjib.

4.

In ġenerali għad mhemmx progress suffiċjenti lejn it-tliet punti ta' referenza Ewropej adottati mill-Kunsill għall-2010 li huma direttament relatati mal-edukazzjoni fl-iskejjel: dwar dawk li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien, l-ħiliet fil-qari u t-tkomplija tal-edukazzjoni sekondarja ogħla.

5.

Approċċ koerenti għall-iżvilupp tal-kompetenzi, ibbażat fuq il-qafas Ewropew ta' referenza tal-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (10), jimplika l-ħtieġa għal sforzi aktar qawwija biex jittejjbu l-ħiliet fil-qari u ħiliet bażiċi oħrajn, kif ukoll approċċi aktar personalizzati għat-tagħlim li jwieġbu għall-ħtiġijiet uniċi ta' kull student, li jinvolvu forom adatti ta' evalwazzjoni u li jwasslu għal motivazzjoni aħjar għat-tagħlim.

6.

Biex tiġi żgurata edukazzjoni ta' kwalità għolja u sistemi ta' taħriġ li jkunu kemm ekwi kif ukoll effiċjenti (11) jeħtieġ provvediment aħjar u aktar aċċessibbli qabel l-iskola primarja, skejjel ambizzjużi li joffru opportunitajiet ekwi lill-istudenti kollha, irrispettivament mill-ambjenti oriġinali tagħhom, kif ukoll bilanċ tajjeb bejn il-provvediment ta' tagħlim ġenerali u dak speċjalizzat għat-tfal bi ħtiġijiet speċjali.

7.

Jinħtieġu wkoll sforzi akbar biex jiġu implimentati l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Novembru 2007 (12) li fihom l-Istati Membri ġew mistiedna jiżguraw standard għoli ta' edukazzjoni inizjali tal-għalliema, jipprovdu appoġġ fil-bidu tal-karriera u żvilupp professjonali kontinwu li jkun koordinat, koerenti, b'riżorsi adegwati u b'assigurazzjoni tal-kwalità, jattiraw fil-professjoni tat-tagħlim — u jagħmlu ħilithom biex iżommu — il-persuni bl-aqwa abbiltajiet, jittrattaw każijiet ta' prestazzjoni batuta, jappoġġaw lill-istudenti kollha sabiex dawn jagħmlu użu sħiħ mill-potenzjal tagħhom u joħolqu ambjenti skolastiċi fejn l-għalliema jitgħallmu minn xulxin u li jiffokaw fuq it-titjib fit-tagħlim tal-istudenti.

JAQBLU DWAR IL-PRIJORITAJIET LI ĠEJJIN GĦALL-KOOPERAZZJONI EWROPEA DWAR L-ISKEJJEL:

1.

Jiggarantixxu u jtejbu l-kisba ta' kompetenzi ewlenin, b'mod partikolari l-ħiliet bażiċi fil-qari u fil-kitba, u fil-matematika.

2.

Itejbu r-rwol essenzjali li l-iskejjel għandhom fil-promozzjoni ta' soċjetajiet inklużivi u t-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali, billi tiġi żgurata edukazzjoni ta' kwalità għolja għall-istudenti kollha skont il-prinċipju ta' ekwità.

3.

Jippromwovu t-tagħlim bħala professjoni u jtejbu t-taħriġ inizjali u kontinwu għall-persunal involut fit-tagħlim u l-mexxejja tal-iskejjel.

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI, BL-APPOĠĠ TAL-KUMMISSJONI, BIEX:

1.

Fil-qafas tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni, jaħdmu flimkien biex itejbu l-kooperazzjoni Ewropea għall-promozzjoni tal-prijoritajiet ta' politika deskritti f'dawn il-konklużjonijiet.

2.

Fis-segwitu tar-Rakkomandazzjoni dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja, jiffokaw il-kooperazzjoni fuq:

iż-żieda fil-livelli tal-ħiliet bażiċi fil-qari u fil-kitba, u fil-matematika, kif ukoll il-promozzjoni tat-tagħlim ta' mill-inqas żewġ lingwi oħra minbarra dik materna;

it-tħeġġiġ ta' interess akbar fil-matematika, ix-xjenza u t-teknoloġija, sabiex jiġu żviluppati metodi xjentifiċi ta' ħsieb minn età bikrija;

it-tisħiħ mhux biss ta' kompetenzi bbażati fuq is-suġġetti, iżda wkoll kompetenzi trasversali, b'mod partikolari kompetenzi ċiviċi u li wieħed 'jitgħallem kif jista' jitgħallem';

it-titjib fit-tekniki ta' evalwazzjoni fil-kuntest ta' tagħlim personalizzat.

3.

Fis-segwitu tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-effiċjenza u l-ekwità fl-edukazzjoni u t-taħriġ, jiffokaw il-kooperazzjoni fuq:

l-iżgurar ta' provvediment aċċessibbli u ta' kwalità għolja qabel l-iskola primarja;

it-tnaqqis fit-tluq mill-iskola qabel iż-żmien;

il-ġlieda kontra l-inugwaljanza u t-trawwim tal-inklużjoni soċjali, billi jippruvaw inċekknu n-nuqqas ta' progress tal-istudenti u tittejjeb il-prestazzjoni tal-iskejjel;

l-iżgurar ta' transizzjonijiet b'suċċess bejn it-tipi u l-livelli differenti ta' skejjel, u għall-edukazzjoni u t-taħriġ tul il-ħajja, partikolarment bit-titjib fl-aċċess għas-servizzi ta' informazzjoni, ta' gwida u ta' konsulenza, u l-kwalità tagħhom;

l-iżgurar ta' aċċess għal opportunitajiet u servizzi edukattivi ta' kwalità għolja, partikolarment għat-tfal u ż-żgħażagħ li — żvantaġġati minn ċirkostanzi personali, soċjali, kulturali u/jew ekonomiċi — jeħtieġu appoġġ partikolari sabiex iwettqu l-potenzjal edukattiv tagħhom;

l-identifikazzjoni bikrija ta' diffikultajiet fit-tagħlim u s-sejbien ta' soluzzjonijiet ibbażati fuq approċċi pedagoġiċi aktar personalizzati, imfassla skont il-ħtiġijiet u l-abbiltajiet ta' kull student;

l-iżgurar ta' appoġġ adegwat u f'waqtu għat-tagħlim għall-istudenti kollha bi ħtiġijiet speċjali, kemm fl-iskejjel ġenerali kif ukoll f'dawk speċjalizzati;

it-titjib fil-governanza tal-iskejjel u l-ftuħ tagħhom għad-dinja ta' madwarhom.

4.

Fis-segwitu tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-titjib fil-kwalità tal-edukazzjoni tal-għalliema, jiffokaw il-kooperazzjoni fuq:

iż-żieda fl-attrazzjoni tat-tagħlim bħala professjoni;

il-possibbiltà li l-għalliema ġodda kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw minn programmi strutturati ta' appoġġ fil-bidu tal-karriera;

it-titjib fil-provvediment, il-kwalità u l-parteċipazzjoni fi programmi ta' żvilupp professjonali kontinwu għall-għalliema;

ir-reviżjoni tal-politiki ta' reklutaġġ, impjieg, żamma u mobilità tal-għalliema, sabiex l-impatt tagħhom fuq il-kwalità tal-edukazzjoni fl-iskejjel jiġi massimizzat;

it-twessigħ ta' opportunitajiet għall-għalliema biex jgħaddu perijodu ta' żmien fi Stat Membru ieħor, sabiex ikunu jistgħu jkomplu bl-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom stess, jiksbu esperjenza addizzjonali tax-xogħol u jiżviluppaw il-ħiliethom f'lingwi barranin;

it-titjib fir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-mexxejja tal-iskejjel, sabiex dawn itejbu l-ħiliet amministrattivi u pedagoġiċi tagħhom.

5.

Jużaw l-istrumenti rilevanti kollha, bħal dawk li jifformaw parti mill-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni, il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, is-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku u, skont il-prijoritajiet nazzjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, sabiex jippromwovu l-għanijiet imsemmija hawn fuq.

6.

Ikollhom djalogu regolari dwar kwistjonijiet relatati mal-iskejjel — inkluża l-promozzjoni tal-kreattività u l-kapaċità innovattiva fl-edukazzjoni fl-iskejjel u permezz tagħha — li jinvolvi persuni mill-Istati Membri, ta' livell għoli fit-tfassil tal-politika.

JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI:

biex tipproponi forom adatti ta' kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattika fl-oqsma mniżżla f'dawn il-konklużjonijiet, fil-kuntest tat-tħejjijiet għal qafas strateġiku ġdid għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lil hinn mill-2010.


(1)  SN 100/1/00 REV 1, paragrafu 25.

(2)  ĠU L 60, 1.3.2001.

(3)  ĠU C 298, 8.12.2006.

(4)  ĠU L 327, 24.11.2006.

(5)  ĠU L 394, 30.12.2006.

(6)  ĠU C 290, 4.12.2007.

(7)  ĠU C 300, 12.12.2007.

(8)  7652/08, paragrafu 15, p. 10.

(9)  ĠU C 141, 7.6.2008, p. 17.

(10)  ĠU L 394, 30.12.2006.

(11)  Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, Marzu 2006, (dok. 7775/06, paragrafu 23, p. 6).

(12)  ĠU C 300, 12.12.2007.


Kummissjoni

13.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 319/23


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

It-12 ta' Diċembru 2008

(2008/C 319/09)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3340

JPY

Yen Ġappuniż

120,21

DKK

Krona Daniża

7,4499

GBP

Lira Sterlina

0,89235

SEK

Krona Żvediża

10,6625

CHF

Frank Żvizzeru

1,5746

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,2110

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,990

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

264,50

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7095

PLN

Zloty Pollakk

3,9592

RON

Leu Rumen

3,9290

SKK

Krona Slovakka

30,170

TRY

Lira Turka

2,0987

AUD

Dollaru Awstraljan

2,0291

CAD

Dollaru Kanadiż

1,6598

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,3384

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,4500

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,9876

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 833,58

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,5835

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,1282

HRK

Kuna Kroata

7,1805

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 074,20

MYR

Ringgit Malażjan

4,7791

PHP

Peso Filippin

64,230

RUB

Rouble Russu

37,0077

THB

Baht Tajlandiż

46,710

BRL

Real Brażiljan

3,1993

MXN

Peso Messikan

17,8723


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

13.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 319/24


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5310 — Jysk Stålindustrie/Volgo-Balt)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 319/10)

1.

Fit-2 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4, u wara referenza skont Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Jysk Stålindustrie ApS (“Jysk”, id-Danimarka), li tappartjeni lill- Universal Cargo Logistics Holding B.V. (UCLH, l-Olanda) grupp li hu kkontrollat minn Mr Vladimir Lisin li jikkontrolla wkoll Novolipetsk Steel (“NLMK”, ir-Russja), akkwistat kontroll uniku tal-impriża Volgo-Balt Transport Holding Limited (“Volgo-Balt”, Ċipru) skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill permezz tax-xiri tal-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-UCLH: servizzi fil-port tal-baħar u tal-burdnara fir-Russja,

għall-Jysk: kumpanija possedenti,

għal NLMK: produzzjoni tal-azzar (prodotti ċatti tal-azzar u karbonju u azzar elettriku),

għall-Volgo-Balt: trasport ta' merkanzija niexfa bil-baħar madwar l-Ewropa, l-Afrika ta' Fuq, u passaġġi fuq l-ilma interni fir-Russja, trasport ta' prodotti taż-żejt permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni fir-Russja u servizzi turistiċi u ta' passiġġieri fir-Russja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KEE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5310 — Jysk Stålindustrie/Volgo-Balt, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


13.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 319/25


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5435 — Nexans/SEI/Opticable)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 319/11)

1.

Fl-4 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Sumitomo Electric Industries Ltd (“SEI”, il-Ġappun), u Nexans group (“Nexans”, Franza) jakkwistaw skont it-tifisra tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll konġunt ta' Opticable (“Opticable”, il-Belġju), attwalment ikkontrollata biss minn Nexans, permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal SEI: il-manifattura u l-bejgħ tal-wajers tal-elettriku, harness u kejbils, kif ukoll fibri ottiċi u kejbils tal-fibra ottika tat-telekomunikazzjoni għall-applikazzjonijiet terrestri,

għal Nexans: attiva fl-industrija tal-kejbil li toffri firxa vasta tal-kejbils u tas-sistemi tal-kejbiling fis-swieq tal-infrastruttura, l-industrija, il-bini u tan-netwerk taż-żona lokali Bħala attività kumplimentari tipprovdi wkoll kejbils tal-fibra ottika,

għal Opticable: il-manifattura u l-bejgħ tal-kejbils tal-fibra ottika għall-applikazzjonijiet terrestri fl-Ewropa.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-transazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5435 — Nexans/SEI/Opticable, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


13.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 319/26


Ri-notifika ta' konċentrazzjoni li tkun diġà ġiet avżata

(Każ COMP/M.5253 — Sanofi-Aventis/Zentiva)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 319/12)

1.

Fil-5 ta' Settembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 li permezz tagħha l-impriża Sanofi-Aventis Europe, société par actions simplifiée (Franza), proprjetà tal-grupp Sanofi-Aventis (Franza) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll tal-impriża kollha Zentiva N.V. (l-Olanda) permezz ta' offerta pubblika mħabbra fil-11 ta' Lulju 2008.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Sanofi-Aventis: ir-riċerka, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti farmaċewtiċi u vaċċini umani,

għal Zentiva: l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti farmaċewtiċi ġeneriċi tad-ditta.

3.

Din in-notifika ġiet dikjarata bħala mhux kompluta fit-2 ta' Ottubru 2008. L-impriżi kkonċernati issa taw l-informazzjoni addizzjonali mitluba. In-notifika tlestiet fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 fil-5 ta' Diċembru 2008.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5253 — Sanofi-Aventis/Zentiva, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

DĠ Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

Rue Joseph II/Jozef II-straat 70

B-1000 Bruxelles/Brussel


13.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 319/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.