ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 318

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
12 ta' Diċembru 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti ta’ l-Awdituri

2008/C 318/01

Rapport mill-Awditur estern dwar il-Kontijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-Sena Finanzjarja 2007

1

 

2008/C 318/02

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti ta’ l-Awdituri

12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 318/1


RAPPORT MILL-AWDITUR ESTERN DWAR IL-KONTIJIET TAL-QORTI TA' L-AWDITURI GĦAS-SENA FINANZJARJA 2007

(2008/C 318/01)

AVVIŻ LILL-QARREJJA

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jagħti lill-Qorti ta' l-Awdituri r-responsabbiltà biex tivverifika d-dħul u l-infiq kollu tal-Komunità, u d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 276 ta' l-istess Trattat fuq l-għotja tal-kwittanza, il-Qorti ta' l-Awdituri kellha l-kontijiet tal-ġestjoni amministrattiva interna tagħha vverifikati minn awditur estern kull sena, sa mill-għeluq tas-sena finanzjarja 1987.

Ir-rapporti li l-awditur estern tal-Qorti ta' l-Awdituri għamel fir-rigward tal-kontijet tal-Qorti għas-snin finanzjarji 1987 sa 1991 kienu mibgħuta biss liċ-Chairman tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew.

Wara deċiżjoni meħuda mill-Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri fil-laqgħa tal-Qorti tat-8 ta' Lulju 1993, ir-rapporti ta' l-awditur estern qed jiġu ppublikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, sa mir-rapport għas-sena finanzjarja 1992.

Mill-Qorti ta’ l-Awdituri

Michel HERVÉ

Segretarju Ġenerali tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri


RENDIKONTI FINANZJARJI VVERIFIKATI GĦAS-SENA LI NTEMMET FIL-31 TA’ DIĊEMBRU 2007

WERREJ

Rapport ta’ l-Awditur Indipendenti

Karta tal-Bilanċ

Kont tar-Riżultat Ekonomiku

Rendikont tal-likwidità

Ir-rendikont tal-varjazzjonijiet fl-ekwità

Politika tal-kontabilità u noti dwar ir-rendikonti finanzjarji

1.

Regolamenti u preżentazzjoni tal-kontijiet

2.

Politika tal-kontabilità sinifikanti u preżentazzjoni tar-rendikonti finanzjarji

3.

Noti dwar il-karta tal-bilanċ

4.

Noti dwar il-kont tar-riżultat ekonomiku

5.

Ammonti li ma ġewx imdaħħla fil-karta tal-bilanċ

Rapport ta' Assigurazzjoni Indipendenti

Rapport ta’ l-Awditur Indipendenti

Lill-Maniġment tal-

Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri

Aħna vverifikajna r-rendikonti finanzjarji hawn annessi tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, li jinkludu l-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2007, il-kont tar-riżultat ekonomiku, ir-rendikont tal-varjazzjonijiet ta' l-ekwità u r-rendikont tal-likwidità għas-sena finanzjarja li għalqet f'dik is-sena, u sommarju tal-politika tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta' spjegazzjoni.

Ir-responsabbiltà tal-Maniġment għar-rendikonti finanzjarji

Il-Maniġment tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri huma responsabbli sabiex jippreparaw u jippreżentaw rendikonti finanzjarji ġusti, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill imsemmi u r-Regoli tal-Kontabilità tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri. Din ir-responsabbiltà tinkludi: l-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni ta' kontroll intern relevanti mal-preparazzjoni u mal-preżentazzjoni ġusta tar-rendikonti finanzjarji li jkunu ħielsa minn dikjarazzjonijiet ħżiena materjali, li jirriżultaw minn frodi jew minn żbalji; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politika ta' kontabilità xierqa; u l-preparazzjoni ta' estimi tal-kontabilità li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkostanzi.

Ir-responsabbiltà ta' l-Awditur

Ir-responsabbiltà tagħna hi li nesprimu opinjoni dwar dawn ir-rendikonti finanzjarji abbażi tal-verifika tagħna. Aħna wettaqna l-verifika tagħna skond Standards tal-Verifika Internazzjonali kif adottati mill-“Institut des Réviseurs d'Entreprises”. Dawk l-istandards jeħtieġu illi aħna nikkonformaw ma' rekwiżiti ta' l-etika u nippjanaw u nwettqu l-verifika tagħna b'tali mod illi niksbu assigurazzjoni raġonevoli li r-rendikonti finanzjarji ma fihomx dikjarazzjonijiet ħżiena materjali.

Verifika tinvolvi t-twettiq ta' proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-informazzjoni mogħtija fir-rendikonti finanzjarji. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju ta' l-Awditur, inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni ħażina materjali fir-rendikonti finanzjarji, li tirriżulta jew minn frodi jew minn żbalji. Meta jagħmel dawn l-evalwazzjonijiet tar-riskji, l-Awditur jikkunsidra kontrolli interni relevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ġusta tar-rendikonti finanzjarji ta’ l-entità sabiex ifassal proċeduri tal-verifika li jkunu xierqa fiċ-ċirkostanzi, u mhux għall-iskop li jesprimi opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni ta' l-entità.

Verifika tinkludi wkoll evalwazzjoni ta' kemm huma xierqa l-politika tal-kontabilità użata u r-raġonevolezza ta' l-estimi tal-kontabilità magħmula mill-Maniġment tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni ġenerali tar-rendikonti finanzjarji.

Aħna nemmnu illi l-evidenza tal-verifika li aħna ksibna hija biżżejjed u xierqa sabiex tipprovdi bażi għall-opinjoni tal-verifika tagħna.

Opinjoni

Fl-opinjoni tagħna, dawn ir-rendikonti finanzjarji jagħtu stampa reali u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri fil-31 ta' Diċembru 2007, kif ukoll tal-prestazzjoni finanzjarja tagħha u l-likwidità tagħha għas-sena li għalqet f'dik id-data, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill imsemmi u r-Regoli tal-Kontabilità tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri.

Il-Lussemburgu, 1 ta’ Lulju 2008

PricewaterhouseCoopers S.à r.l.

Réviseur d’entreprises

Irrappreżentat minn

Marianne WEYDERT

 

Karta tal-Bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2007

In-noti hawn annessi huma parti integrali minn dawn ir-rendikonti finanzjarji

(EUR)

Attivi

Nota

il-31 ta’ Diċembru 2007

il-31 ta’ Diċembru 2006

Attivi fissi mhux tanġibbli

 

209 449

591 516

Attivi fissi tanġibbli

3.1.

33 283 667

35 620 496

Riċevibbli ta' skadenza twila

 

550

74

Total ta’ l-attivi mhux kurrenti

 

33 493 666

36 212 086

Riċevibbli ta' skadenza qasira

3.2.

1 679 772

1 992 778

Likwidità u ekwivalenti likwidi

3.3.

2 012 791

1 807 092

Total ta’ l-attivi kurrenti

 

3 692 563

3 799 870

Total ta’ l-attivi

 

37 186 229

40 011 956


(EUR)

Passivi

Nota

il-31 ta’ Diċembru 2007

il-31 ta’ Diċembru 2006

Kapital

 

–13 098 711

–11 418 315

Bilanċ kontra akkumulat

 

–11 418 315

–11 450 318

Riżultat ekonomiku tas-sena — qligħ+/telf–

 

–1 680 396

32 003

Benefiċċji ta' l-impjegat

3.4.

41 867 460

44 146 971

Passivi oħrajn ta' skadenza twila

3.5.

175 000

201 995

Total tal-passivi mhux kurrenti

 

42 042 460

44 348 966

Proviżjonijiet għal riskji u spejjeż

3.6.

1 927 531

2 008 320

Kontijiet pagabbli

3.7.

6 314 949

5 072 985

Total tal-passivi kurrenti

 

8 242 480

7 081 305

Passivi oħra

 

37 186 229

40 011 956

Kont tar-Riżultat Ekonomiku għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2007

(EUR)

 

Nota

2007

2006

Fondi trasferiti mill-Kummissjoni lil Istituzzjonijiet oħra

4.1.

90 474 401

82 296 774

Dħul minn operazzjonijiet amministrattivi

4.2.

16 339 509

15 907 326

Dħul operattiv ieħor

4.3.

210 887

355 529

Total tad-dħul operattiv

 

107 024 797

98 559 628

Spejjeż amministrattivi

 

– 109 022 598

–99 847 625

Spejjeż tal-persunal

4.4.

–84 209 144

–78 717 811

Spejjeż relatati ma' l-attiv fiss

3.1 & 4.5

–3 426 683

–3 637 514

Spejjeż amministrattivi oħra

4.6.

–21 386 771

–17 492 300

Spejjeż operattivi

 

–32 486

–19 493

Total ta' l-ispejjeż operattivi

 

– 109 055 084

–99 867 118

Bilanċ favur/(kontra) minn attivitajiet operattivi

 

–2 030 287

–1 307 490

Dħul finanzjarju

4.7.

105 517

80 199

Spejjeż finanzjarji

4.8.

–15 096

–15 025

Ċaqliq fil-pensjonijiet (– spiża, + dħul)

3.4. & 4.9.

259 470

1 274 319

Bilanċ favur/(kontra) minn attivitajiet mhux operattivi

 

349 891

1 339 493

Riżultat ekonomiku tas-sena

 

–1 680 396

32 003

In-noti hawn annessi huma parti integrali minn dawn ir-rendikonti finanzjarji


Rendikont tal-likwidità għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2007

(EUR)

 

2007

2006

Likwidità minn attivitajiet ordinarji

Bilanċ favur/(kontra) minn attivitajiet ordinarji

–1 680 396

32 003

Attivitajiet operattivi-Aġġustamenti

Amortizzazzjoni (attivi fissi mhux angibili) (+)

55 323

268 240

Deprezzament (attivi fissi tanġibbli) (+)

3 321 950

2 440 049

Żieda/(tnaqqis) fil-Proviżjonijiet għar-riskji u l-ispejjeż

–80 789

–23 290

(Żieda)/tnaqqis fir-Riċevibbli ta' skadenza twila

– 475

(Żieda)/tnaqqis fir-Riċevibbli ta' skadenza qasira

309 862

769 309

(Żieda)/tnaqqis fir-Riċevibbli ta' entitajiet tal-KE

3 144

15 444

Żieda/(tnaqqis) fl-Ispejjeż ta' skadenza twila oħra

–26 995

26 995

Żieda/(tnaqqis) fil-Kontijiet pagabbli

1 192 756

378 360

Żieda/(tnaqqis) fl-Ispejjeż li jirrelataw mal-KE konsolidata

49 208

–1 010 845

(Qligħ)/telf fuq il-bejgħ ta' Proprjetà, impjanti u tagħmir

666 205

Likwidità netta minn attivitajiet operattivi

3 809 793

2 896 265

Likwidità minn attivitajiet ta' investiment

Xiri ta' attivi fissi angibili u mhux angibili (–)

–1 362 613

–1 314 108

Dħul minn attivi fissi angibili u mhux angibili (+)

38 030

925 007

Likwidità netta minn attivitajiet ta' investiment

–1 324 583

– 389 101

Żieda/(tnaqqis) fil-Benefiċċji ta' l-impjegat

–2 279 511

–3 546 954

Żieda/(tnaqqis) nett fil-likwidità u fl-ekwivalenti likwidi

205 699

–1 039 790

Likwidità u ekwivalenti likwidi fil-bidu tal-perijodu

1 807 092

2 846 882

Likwidità u ekwivalenti likwidi fi tmiem il-perijodu

2 012 791

1 807 092

In-noti hawn annessi huma parti integrali minn dawn ir-rendikonti finanzjarji


Ir-rendikont tal-varjazzjonijiet fl-ekwità għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2007

(EUR)

Kapital

Bilanċ kontra akkumulat

Riżultat ekonomiku tassena

Kapital (total)

Bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2006

–11 450 318

32 003

–11 418 315

Allokazzjoni tar-riżultat ekonomiku għas-sena preċedenti

32 003

–32 003

Riżultat ekonomiku tas-sena

–1 680 396

–1 680 396

Bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2007

–11 418 315

–1 680 396

–13 098 711

In-noti hawn annessi huma parti integrali minn dawn ir-rendikonti finanzjarji

POLITIKA TAL-KONTABILITÀ U NOTI DWAR IR-RENDIKONTI FINANZJARJI

1.   Regolamenti u preżentazzjoni tal-kontijiet

Il-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri (minn hawn ’il quddiem “il-Qorti”) ġiet imwaqqfa bit-Trattat ta’ Brussell tat-22 ta’ Lulju 1975 u bdiet topera bħala korp tal-verifika esterna tal-Komunità f’Ottubru 1977, bil-kwartieri ġenerali tagħha fil-Lussemburgu.

Il-Qorti hija Istituzzjoni ta’ l-UE mwaqqfa bit-Trattat sabiex twettaq il-verifika tal-finanzi ta’ l-UE. Bħala l-awditur estern ta’ l-UE hija tikkontribwixxi għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja ta' l-UE u taġixxi bħala l-gwardjan indipendenti ta' l-interessi finanzjarji taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-Qorti tagħti servizzi tal-verifika li permezz tagħhom hija tevalwa l-ġbir u l-infiq tal-fondi ta’ l-UE. Hija teżamina jekk l-operazzjonijiet finanzjarji ġewx irreġistrati tajjeb u jekk ingħatatx informazzjoni tajba dwarhom, jekk twettqux b’mod legali u regolari u kinux ġestiti sabiex tinkiseb assigurazzjoni dwar l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività tagħhom. Il-Qorti tikkomunika r-riżultati tal-verifiki tagħha f’rapporti ċari, relevanti u oġġettivi. Hija tagħti wkoll l-opinjoni tagħha dwar kwistjonijiet ta’ ġestjoni finanzjarja.

Il-Qorti tippromwovi l-kontabilità u t-trasparenza u tgħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-UE, b'mod partikolari matul il-proċedura ta' kwittanza.

Is-sena finanzjarja tal-Qorti tibda fl-1 ta’ Jannar u tibqa' għaddejja sal-31 ta’ Diċembru.

2.   Politika tal-kontabilità sinifikanti u preżentazzjoni tar-rendikonti finanzjarji

2.1.   Bażi tal-preżentazzjoni

Il-kontijiet tal-Qorti huma ppreparati skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament finanzjarju tal-Kunsill msemmi hawn fuq.

Ir-rendikonti finanzjarji huma ppreparati skond ir-Regoli tal-Kontabilità tal-Komunitajiet Ewropej, li kienu ispirati mill-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità tas-Settur Pubbliku (IPSAS). Dawn ir-Regoli tal-Kontabilità huma adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma' l-istituzzjonijiet l-oħra.

2.2.   Stima ta’ bilanċi u tranżazzjonijiet f’muniti barranija

Punti monetarji b’denominazzjoni f’muniti oħra li mhux EUR jinqalbu għall-EUR bir-rata tal-kambju effettiva fid-data tar-rappurtar.

Punti mhux monetarji li għandhom prezz storiku b’denominazzjoni f’munita oħra li mhux EUR huma rrappurtati bir-rata tal-kambju fid-data ta’ l-akkwist.

Punti mhux monetarji b’valur ġust b’denominazzjoni f’munita oħra li mhux EUR huma rrappurtati bir-rati tal-kambju li kienu eżistenti meta l-valuri kienu ddeterminati.

2.3.   Attivi fissi mhux tanġibbli u tanġibbli

L-attivi fissi mhux tanġibbli u tanġibbli huma mniżżla bil-prezz storiku tagħhom li minnu jiġi mnaqqas id-deprezzament/l-amortizzazzjoni u d-deterjorament. Oġġetti ta’ valur baxx anqas minn EUR 420 huma ppreżentati bħala spejjeż matul is-sena ta’ l-akkwist. Attivi mwassla matul is-sena tal-kontabilità iżda mhux imħallsa fi tmiem is-sena huma rrappurtati li huma “fil-proċess li jinbnew”.

Id-deprezzament/l-amortizzazzjoni huma kkalkulati bil-metodu ta' rata fissa, li jibda mix-xahar ta’ l-akkwist u l-prezz jiġi allokat fuq stima tal-ħajja utli tagħhom, kif ġej:

Mhux tanġibbli (Liċenzji għas-softwer tal-kompjuter)

4 snin

Bini

25 sena

Impjant, makkinarju u għodda

4, 8 snin

Għamara u vetturi

4, 8, 10 snin

Hardwer tal-kompjuter

4 snin

Tagħmir speċifiku mal-bini mikri

It-tul tal-kera

Armar u tagħmir ieħor

6 snin

2.4.   Benefiċċji ta’ l-impjegat

Benefiċċji ta' l-impjegat jirrappreżentaw id-drittijiet għal pensjonijiet futuri tal-Membri tal-Qorti. Taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2290/77 tat-18 ta’ Ottubru 1977 li jiddetermina s-salarji tal-Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri (ĠU L 268, 20.10.1977, p. 1), il-benefiċċji li hemm proviżjoni għalihom f'din l-iskema ta' pensjoni jiddaħħlu fil-baġit tal-Komunitajiet u l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu b'mod konġunt il-ħlas ta' dawn il-benefiċċji.

L-ammonti garantiti mill-Istati Membri huma bbażati, minn naħa, fuq l-istandard tal-kontabilità Nru 12 “Benefiċċji ta' l-impjegat” li ġie adottat b'deċiżjoni ta' l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komuntajiet Ewropej, u, min-naħa l-oħra, fuq il-bażi ta' analiżi attwarja mwettqa mill-esperti ta' l-unità speċjalizzata tal-PMO fil-Kummissjoni.

2.5.   Proviżjonijiet għal passivi u spejjeż

Proviżjonijiet għal passivi u spejjeż għandhom il-għan li jkopru telf jew dejn li n-natura tagħhom hija definita b’mod ċar u li, fid-data tal-karta tal-bilanċ x’aktarx li jiġġarrbu jew żgur li se jiġġarrbu iżda m’hemmx ċertezza dwar l-ammont tagħhom jew dwar id-data meta se jseħħu.

3.   Noti dwar il-karta tal-bilanċ

3.1.   Attivi fissi tanġibbli

Iċ-ċaqliq fl-attivi fissi tanġibbli matul is-sena 2007 kien:

(EUR)

 

Valur gross fuq il-ktieb

l-1 ta’ Jannar 2007

Żidiet

Tnaqqis

Valur gross

il-31 ta’ Diċembru 2007

Deprezzament akkumulat

il-31 ta’ Diċembru 2007

Valur nett

il-31 ta’ Diċembru 2007

Art

776 630

776 630

776 630

Bini

52 074 987

52 074 987

–21 887 128

30 187 859

Impjant, makkinarju u għodda

1 198 673

126 083

–68 534

1 256 222

– 917 760

338 462

Hardwer tal-kompjuter

3 867 333

921 863

– 426 784

4 362 412

–3 268 464

1 093 948

Għodda u vetturi

1 845 083

95 793

– 225 307

1 715 569

–1 179 800

535 769

Armar u tagħmir ieħor

1 043 800

1 043 800

– 782 848

260 952

Attivi fil-proċess li jinbnew

199 254

90 047

– 199 254

90 047

90 047

Total

61 005 760

1 233 786

– 919 879

61 319 667

–28 036 000

33 283 667

3.2.   Riċevibbli ta' skadenza qasira

(EUR)

 

il-31 ta’ Diċembru 2007

il-31 ta’ Diċembru 2006

Riċevibbli kurrenti li ġejjin mit-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni nazzjonali mill-persunal

628 778

846 304

Spejjeż diferiti ta’ kiri tal-bini u kuntratti ta’ l-IT

560 782

296 449

Riċevibbli varji relatati prinċipalment ma’ avvanzi mħallsa fuq spejjeż ta' pagi u ta’ missjonijiet

485 079

841 749

Riċevibbli minn entitajiet tal-KE (Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet)

5 133

8 276

Total

1 679 772

1 992 778

3.3.   Likwidità u ekwivalenti likwidi

(EUR)

 

il-31 ta’ Diċembru 2007

il-31 ta’ Diċembru 2006

Kont imprest

1 000

1 000

Bank

2 011 791

1 806 092

Total

2 012 791

1 807 092

3.4.   Benefiċċji ta' l-impjegat

Mill-2006, il-kalkolu ta' l-obbligi għal pensjonijiet futuri huwa maħdum nett mit-taxxi rkuprati fuq il-pagamenti tal-pensjonijiet futuri. Fir-rendikonti finanzjarji tal-31 ta’ Diċembru, 2006, l-istituzzjonijiet kollha tal-Komunitajiet kienu użaw rata tat-taxxa ta’ 12,4 %. Fil-31 ta’ Diċembru 2007, l-istituzzjonijiet kollha ngħataw istruzzjonijiet biex jirfinaw il-komputazzjoni abbażi tad-data storika tagħhom stess matul l-aħħar 3 snin. Din l-evalwazzjoni mill-ġdid tar-rata tat-taxxa għall-Qorti twassal għal rata tat-taxxa medja ta’ 17,7 %. Għalkemm il-komputazzjoni ġenerali tal-passivi tal-pensjonijiet tibqa’ l-istess, ir-rata tat-taxxa rreveduta tagħmel impatt fuq il-varjazzjoni tal-passivi tal-pensjonijiet fl-2007. Bħalma huwa indikat fit-tabella hawn taħt, il-proviżjoni għall-pensjonijiet titnaqqas b’EUR 2 279 511 minflok żieda ta’ EUR 416 693 kieku r-rata tat-taxxa baqgħet l-istess.

(EUR)

Passivi tal-pensjonijiet u l-effett tar-rata tat-taxxa rreveduta

 

Rendikonti finanzjarji

31.12.06 (12,4 %)

p.m.

31.12.07 (12,4 %)

Rendikonti finanzjarji

31.12.07 (17,7 %)

Ammont gross

50 396 086

50 871 762

50 871 762

Rata tat-taxxa (%)

12,40 %

12,40 %

17,70 %

Taxxi

6 249 115

6 308 098

9 004 302

Ammont nett

44 146 971

44 563 664

41 867 460

Varjazzjoni tal-passivi tal-pensjonijiet netti fl-2007

– 416 693

2 279 511

3.5.   Passivi ta’ skadenza twila

L-ammont ta’ EUR 175 000 huwa dovut b’mod kuntrattwali fi tmiem il-kiri tal-bini K9.

3.6.   Proviżjoni għal riskji u spejjeż

L-ammont jikkorrispondi għall-valur, nett mit-taxxi, ta’ vaganzi li ma ttieħdux u li kienu dovuti lill-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2007.

3.7.   Kontijiet pagabbli

(EUR)

 

il-31 ta’ Diċembru 2007

il-31 ta’ Diċembru 2006

L-ispejjeż dovuti huma magħmula minn spejjeż imġarrba iżda għadhom mhux fatturati li minnhom EUR 1 100 000 kienu riżervati fl-2007 biex ikopru l-ispejjeż imġarrba għat-tħejjija tal-bini K3.

5 250 342

3 706 745

Pagabbli varji lill-persunal (drittijiet statutorji, assigurazzjoni medika tal-persunal)

522 592

557 087

Pagabbli kurrenti lill-fornituri

484 724

801 070

Kontijiet pagabbli ma’ entitajiet konsolidati tal-KE prinċipalment lill-Parlament Ewropew u liċ-Ċentru tat-Traduzzjoni

57 291

8 083

Total

6 314 949

5 072 985

4.   Noti dwar il-kont tar-riżultat ekonomiku

4.1.   Jikkorrispondi għas-sejħiet ta’ kull xahar għal fondi magħmula mill-Qorti lill-Kummissjoni biex timla l-kont bankarju tagħha mill-ġdid.

4.2.   Fil-parti l-kbira, din l-istestatura hija magħmula minn tnaqqis mis-salarji tal-Membri u tal-persunal għal dak li jirrigwarda t-taxxa u kontribuzzjonijiet soċjali.

4.3.   “Dħul operattiv ieħor” ġej fost oħrajn mill-bejgħ ta' pubblikazzjonijiet mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

4.4.   Is-salarji tal-Membri u tal-persunal tal-Qorti jirrappreżentaw 96 % ta’ dan l-ammont. Il-bqija tinkludi s-salarji ta' l-aġenti kuntrattwali u tal-persunal temporanju.

4.5.   Spejjeż relatati ma’ l-attivi fissi huma magħmula mid-deprezzament/amortizzazzjoni ta’ l-attivi tanġibbli u mhux tanġibbli.

4.6.   L-oġġetti l-aktar sinifikanti f’din l-intestatura huma:

spejjeż ta' kiri tal-bini u spejjeż assoċjati li jinkludu spejjeż għall-K3

IT u telekomunikazzjonijiet

spejjeż imġarrba waqt missjonijiet

servizzi ta’ tindif u ta’ sigurtà.

4.7.   Mgħax tal-bank miksub fil-kont kurrenti tal-Qorti.

4.8.   Spejjeż tal-bank intaxxati fuq il-kont kurrenti tal-Qorti.

4.9.   Dan l-ammont jinkludi:

(EUR)

Pagamenti tal-pensjonijiet tas-sena

–2 020 041

Varjazzjoni tal-passiv tal-pensjonijiet netti tal-Membri

2 279 511

Total:

259 470

5.   Ammonti li ma ġewx imdaħħla fil-karta tal-bilanċ

5.1.   Attivi kontinġenti

Il-garanziji bankarji li ġejjin ingħataw mill-fornituri wara obbligi kuntrattwali:

(EUR)

 

2007

Aġenzija ta’ l-ivvjaġġar

50 000

Kiri tal-flotta ta’ karozzi

75 000

Kumpanija ta’ l-assigurazzjoni

1 361

Total

126 361

5.2.   Impenji għall-finanzjament futur

Għal dak li jirrigwarda kuntratti ta’ kiri ta’ uffiċċji attwali, l-impenji ta’ kiri pendenti jammontaw għal EUR 6 347 948, imniżżla kif ġej:

(EUR)

 

2007

Bini K8

3 243 684

Bini K9

2 894 873

“Antenne” ta’ Brussell

61 833

Oħrajn (Cetrel, parkeġġ, Maison de l'Europe)

147 558

Subtotal

6 347 948

Kiri operattiv għal karozzi u magni tal-fotokopja

1 174 806

Impenji ta’ approprijazzjonijiet li għadhom ma ġewx ikkunsmati -RAL-, wara t-tnaqqis tad-dovuti għall-2007

2 859 584

Total

10 382 338

5.3.   Il-proġetti tal-bini tal-Qorti

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-proġetti mal-bini prinċipali tagħha, il-Qorti kkonkludiet fil-15 ta’ Diċembru 1999 kuntratt qafas ma’ l-Istat tal-Lussemburgu li jkopri l-kostruzzjoni ta’ estensjoni waħda jew aktar mal-bini tal-Qorti u nbniet l-ewwel estensjoni (il-bini K2).

L-Istat tal-Lussemburgu qabel li jċedi lill-Qorti d-dritt ta’ l-użu ta’ l-art magħmula disponibbli għall-bini ta’ din l-ewwel estensjoni għal perijodu ta’ 49 sena u bil-prezz ta' EUR 1.

Kwalunkwe kirjiet oħra ta' bini fuq artijiet oħra neċessarji għal estensjonijiet oħra ma jridux jaqbżu d-data ta' għeluq tal-kirja tal-bini mogħtija għall-ewwel estensjoni.

L-Istat tal-Lussemburgu impenja ruħu wkoll sabiex jbiegħ l-art fi kwalunkwe żmien bir-rata tas-suq determinata minn opinjoni esperta konġunta.

Min-naħa tagħha, il-Qorti impenjat ruħha li tagħmel dak kollu li tista’ sabiex tixtri l-art mill-Istat tal-Lussemburgu. Hija kellha tistaqsi lill-awtorità tal-baġit għall-fondi meħtieġa.

Il-Qorti ddeċidiet li tipproċedi għall-kostruzzjoni tat-tieni estensjoni (il-bini K3) u, minħabba arranġamenti differenti għat-twettiq tal-proġett, l-Istat tal-Lussemburgu u l-Qorti kkonkludew kuntratt qafas ġdid fit-22 ta’ Frar 2008. Malli ffirmatu, il-Qorti saret responsabbli li tagħti lura lill-Istat ammont ta’ EUR 1 058 560 impenjat f’isem il-Qorti għall-istudji tal-perit u ta’ l-inġiniera. Ir-rimborż se jsir abbażi ta’ l-ammonti mħallsa mill-Istat u li għalihom huma ppreżentati dokumenti ta’ sostenn. Dovut ta’ EUR 1 100 000 huwa inkluż fl-ammonti sabiex ikopri dan il-passiv.

Rigward iż-żewġ biċċiet art relattivi għaż-żewġ estensjonijiet imsemmija hawn fuq, l-Istat issa se jbiegħ dawn lill-Qorti għal EUR 1 simboliku. Min-naħa tagħha, jekk il-Qorti qatt tikkunsidra li ċċedi bini jew ieħor lil parti terza li ma tkunx korp jew istituzzjoni Komunitarja, il-Qorti trodd lura l-art lill-appartenenza ta' l-Istat għal EUR 1 simboliku, u dan ta’ l-aħħar ikollu l-alternattiva li jixtri l-bini bi prezz li jkun determinat minn espert indipendenti. F’każ li l-Istat jiddeċiedi li ma jużax din l-alternattiva, huwa jagħti dritt għall-użu ta’ l-art lix-xerrejja tal-bini.

5.4.   Responsabbiltà potenzjali għal litigazzjonijiet

L-ebda waħda.

Rapport ta' Assigurazzjoni Indipendenti

Lill-Membri

tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri

Aħna eżaminajna li r-riżorsi finanzjarji assenjati lill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri (minn hawn ’il quddiem il-“Qorti”) intużaw għall-għanijiet li għalihom kienu intiżi u li l-proċeduri ta’ kontroll li ġew stabbiliti mill-uffiċjali li jawtorizzaw jagħtu l-garanziji meħtieġa sabiex jiżguraw il-konformità ta’ l-operazzjonijiet finanzjarji mar-regoli u r-regolamenti applikabbli għar-riżorsi finanzjarji magħmula disponibbli u użati fil-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.

Iż-żamma ta' kotba u reġistri u t-twaqqif u ż-żamma ta’ kontrolli xierqa huma r-responsabbiltà tal-Maniġment tal-Qorti. Ir-responsabbiltà tagħna hija li nesprimu l-opinjoni tagħna abbażi ta' l-eżami tagħna.

Aħna wettaqna l-eżami tagħna skont l-Istandard Internazzjonali dwar Ingaġġi ta' l-Assigurazzjoni “Assurance Engagements other than Audits or Reviews of Historical Financial Information” (ISAE 3 000) (Ingaġġi ta’ l-Assigurazzjoni li ma jinkludux Verifiki jew Reviżjonijiet ta’ Informazzjoni Finanzjarja Storika) hekk kif adottat mill-“Institut des Réviseurs d'Entreprises”. Dan l-istandard jeħtieġ li aħna nippjanaw u nwettqu l-eżami tagħna b’tali mod li l-użu ħażin tar-riżorsi li jolqot il-kotba tal-Qorti b’mod materjali jinstab b'assigurazzjoni raġonevoli. Xogħolna kien jikkonsisti primarjament f’li neżaminaw fuq bażi ta’ test u ta' kampjun, evidenza li ssostni l-fatt illi:

Ir-riżorsi assenjati lill-Qorti ntużaw għall-għanijiet intiżi tagħhom;

Il-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti jagħtu l-garanziji meħtieġa biex jiżguraw l-konformità ta’ l-operazzjonijiet finanzjarji mar-regoli u r-regolamenti applikabbli.

Il-kriterji użati għall-eżami tagħna huma r-regoli u r-regolamenti li ġejjin:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju, 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali (minn hawn ’il quddiem il-“Baġit”) tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolament Finanzjarju”);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru, 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju, 2002 fuq ir-Regolament Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ’il quddiem ir-“Regoli ta’ Implimentazzjoni”);

Id-Deċiżjoni Nru 36/2007 tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri dwar ir-Regoli Interni għall-implimentazzjoni tal-Baġit tagħha adottati fit-12 u d-19 ta’ Lulju, 2007. Dawn id-dispożizzjonijiet jagħmlu parti mill-proċeduri mwaqqfa mit-Trattati, jew akkordji magħmula permezz tagħhom, li jikkonċernaw il-proċess operattiv marbut ma’ l-implimentazzjoni tal-Baġit.

B’mod partikolari, ir-Regoli Interni li ġejjin intużaw bħala kriterji:

L-Artikolu 7 — Firem — “Each of the parties involved in the drafting, control and registration of operations to establish and recover revenue or to commit sums and make payments shall sign and date their involvement”; L-Artikolu 7 — Firem — Kull waħda mill-partijiet involuti fl-abbozzar, il-kontroll u r-reġistrazzjoni ta’ l-operazzjonijiet biex iwaqqfu u jirkupraw id-dħul jew biex jimpenjaw somom u jagħmlu pagamenti għandha tiffirma u tiddata l-involviment tagħha;

l-Artikolu 9 — Proġetti ta’ Bini — “Before the Court gives its approval to any contractual undertaking concerning such a project, the service responsible shall submit an explanatory document justifying the compatibility of the project with the financial framework”; l-Artikolu 9 — Proġetti ta’ Bini — Qabel ma l-Qorti tagħti l-approvazzjoni tagħha lil kwalunkwe intrapriża kuntrattwali dwar tali proġett, is-servizz responsabbli għandu jibgħat dokument ta’ spjegazzjoni li jiġġustifika l-kompatibbiltà tal-proġett mal-qafas finanzjarju;

l-Artikolu 16 — L-għemil ta’ pagamenti — “The accounting officer shall execute the payment orders defined in article 80 of the Financial Regulation after he has checked the mandatory details described in article 103(1) and article 104 of the Implementing Rules”; l-Artikolu 16 — It-twettiq ta’ pagamenti — L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jwettaq l-ordinijiet tal-pagament definiti fl-Artikolu 80 tar-Regolament Finanzjarju wara li jkun iċċekkja d-dettalji mandatorji deskritti fl-Artikolu 103(1) u fl-Artikolu 104 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni;

l-Artikolu 23.1 — Trasferimenti ta’ approprijazzjonijiet- “Pursuant to article 21 of the Financial Regulation, appropriations shall be earmarked for specific purposes by title and chapter; the chapters shall be further subdivided into articles and items”; l-Artikolu 23.1 — Trasferimenti ta’ approprijazzjonijiet- Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju, l-approprijazzjoni għandhom ikunu assenjati għal għanijiet speċifiċi skont it-titolu u l-kapitolu; il-kapitoli għandhom jerġgħu jinqasmu f’artikoli u punti;

l-Artikolu 23.2 — Trasferimenti ta’ approprijazzjonijiet — “All requests for transfer shall explain why the appropriations are insufficient. l-Artikolu 23.2 — Trasferimenti ta’ approprijazzjonijiet — It-talbiet kollha għat-trasferimenti għandhom jispjegaw għalfejn l-approprijazzjonijiet mhumiex biżżejjed. The request for transfer shall be signed by the responsible director”; It-talba għat-trasferiment għandha tkun iffirmata mid-direttur responsabbli;

l-Artikolu 24 — Approprijazzjonijiet miġjuba ’l quddiem — “The responsible authorising officer shall prepare a listing showing the available balance of commitments; this balance, shall be adjusted in the budgetary accounts by taking into consideration the appropriations to be cancelled, and shall show the appropriations to be carried forward”;l-Artikolu 24 — Approprijazzjonijiet miġjuba ’l quddiem — L-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jħejji lista li turi l-bilanċ ta' impenji disponibbli; dan il-bilanċ għandu jkun aġġustat fil-kontijiet tal-baġit billi tittieħed konsiderazzjoni ta’ l-approprijazzjonijiet li se jitħassru, u għandu juri l-approprijazzjonijiet li se jinġiebu ’l quddiem;

l-Artikolu 26 — Inventarji tal-proprjetà — “The inventory of tangible assets shall be kept in a database”;l-Artikolu 26 — Inventarji tal-proprjetà — L-inventarju ta' l-attivi tanġibbli għandu jinżamm f'database;

l-Artikolu 27 — Proċeduri ta’ maniġment u ta’ kontroll intern minimi — “The management and internal control procedures are drawn up by the authorising officers in accordance with the minimum internal control standards adopted by the Court. l-Artikolu 27 — Proċeduri ta’ maniġment u ta’ kontroll intern minimi — Il-proċeduri tal-ġestjoni u tal-kontroll intern jitħejjew mill-uffiċjali ta’ l-awtorizzazzjoni skont l-istandards ta' kontroll intern minimi adottati mill-Qorti. Each budget operation is handled (…) by the person responsible for ex-ante verification. Kull operazzjoni tal-baġit hija ttrattata (…) mill-persuna responsabbli mill-verifika ex-ante. (…) If the person responsible for ex-ante verification establishes that the operation in question satisfies the requirements of article 47(3) of the Implementing Rules, he validates it and documents this validation”. (…) Jekk il-persuna responsabbli mill-verifika ex-ante tistabbilixxi li l-operazzjoni msemmi jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 47(3) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, hi tivvalidah u tiddokumenta din il-validazzjoni.

Aħna nemmnu li l-eżami tagħna jagħti bażi raġonevoli għall-opinjoni tagħna.

Abbażi ta’ xogħolna deskritt f’dan ir-rapport, xejn ma ġibed l-attenzjoni tagħna biex iġiegħlna nemmnu li fl-aspetti materjali kollha u abbażi tal-kriterji deskritti hawn fuq:

a)

ir-riżorsi assenjati lill-Qorti ma ntużawx għall-għanijiet li għalihom kienu intiżi;

b)

il-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ ma jagħtux il-garanziji meħtieġa biex jiżguraw il-konformità ta’ l-operazzjonijiet finanzjarji mar-regoli u r-regolamenti applikabbli.

Ir-rapport tagħna qiegħed biss għall-għan imsemmi fl-ewwel paragrafu u għall-informazzjoni tiegħek, u m’għandux jintuża għal xi għan ieħor jew biex jitqassam lil xi partijiet oħra.

Il-Lussemburgu, 1 ta’ Lulju 2008

PricewaterhouseCoopers S.à r.l.

Réviseur d’entreprises

Irrappreżentat minn

Marianne WEYDERT


12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 318/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta’ l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.