ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 307

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
2 ta' Diċembru 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Kummissjoni

2008/C 307/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Novembru 2008 fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' miżura ta' projbizzjoni adottata mill-awtoritajiet Ungeriżi fuq ċana elettrika bit-trademark BRISTOOL ENGLAND MD-2007-136 ( 1 )

1

2008/C 307/02

Opinjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Novembru 2008 b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' miżura ta' projbizzjoni adottata mill-awtoritajiet Ungeriżi fir-rigward ta' angle grinder tal-marka POWER GT MD-2007-138 ( 1 )

3

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 307/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5352 — Omron/Ficosa/JV) ( 1 )

4

2008/C 307/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5005 — Galp Energia/ExxonMobil Iberia) ( 1 )

4

2008/C 307/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5371 — Raiffeisen Informatik/PC-Ware) ( 1 )

5

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 307/06

Rata tal-kambju ta' l-euro

6

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2008/C 307/07

Irtirar ta' notifika ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5298 — Dow/Rohm and Haas) ( 1 )

7

2008/C 307/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5393 — Teijin Pharma/Laboratorios del Dr. Esteve/Oximeplus) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

8

2008/C 307/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5389 — Aéroports de Paris/The Nuance Group) ( 1 )

9

2008/C 307/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5424 — Dow/Rohm and Haas) ( 1 )

10

 

ATTI OĦRAJN

 

Kummissjoni

2008/C 307/11

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

11

 

2008/C 307/12

Nota lill-qarrej(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

OPINJONIJIET

Kummissjoni

2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 307/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta' Novembru 2008

fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' miżura ta' projbizzjoni adottata mill-awtoritajiet Ungeriżi fuq ċana elettrika bit-trademark BRISTOOL ENGLAND MD-2007-136

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 307/01)

1.   In-notifika mill-awtoritajiet Ungeriżi

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 98/37/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-makkinarju jistipula li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li l-makkinarju kopert mid-Direttiva jkun jista' jitqiegħed fis-suq u jitħaddem biss jekk ma jipperikolax is-saħħa u s-sikurezza tan-nies u, fejn xieraq, ta' l-annimali domestiċi jew tal-proprjetà, meta jkun installat u miżmum kif suppost u użat għall-għan li għalih ikun maħsub.

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva jistipula li meta Stat Membru jaċċerta li makkinarju li juri l-marka CE użat skond l-għan li għalih ikun maħsub jista' jipperikola s-sikurezza tan-nies, u, fejn xieraq, ta' l-annimali domestiċi jew tal-proprjetà, dan għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jirtira mis-suq makkinarju ta' dan it-tip, jipprojbixxi t-tqegħid tiegħu fis-suq, it-tħaddim jew l-użu tiegħu, jew jirrestrinġi l-moviment liberu tiegħu. L-Istat Membru għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b'kull miżura ta' dan it-tip, filwaqt li jindika r-raġuni tad-deċiżjoni tiegħu.

Fit-23 ta' Lulju 2007, l-awtoritajiet Ungeriżi nnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea b'miżura ta' projbizzjoni li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' ċana elettrika ta' l-id li tista' tinġarr bit-trademark BRISTOOL ENGLAND, tat-tip BT/PL 822-902. Il-manifattur tal-makkinarju huwa Jiangsu Jinding Electric Tools Group Co. Ltd, Huangli Town Changzhou, Jiangsu 213151 iċ-Ċina, u l-makkinarju jitqassam minn TESCO-GLOBAL Inc., H-2040 Budaörs, Kinizsi út 1-3, Ungerija.

Il-fajl mibgħut lill-Kummissjoni Ewropea jinkludi d-dokumenti li ġejjin:

iċ-Ċertifikat Nru AM50046679 0001 datat id-29 ta' Lulju 2004 maħruġ minn TÜV Rheinland Product Safety GmbH, Am Grauen Stein, D-51105, Cologne, għal ċana elettrika tat-tip DB-82X2B,

dikjarazzjoni minn Jiangsu Jinding Electric Tools, iċ-Ċina datata s-16 ta' Frar 2006 li tgħid li ċ-ċana elettrika tat-tip DB-82X2B hija ekwivalenti għall-prodott 3036,

dikjarazzjoni minn Bristool Trade Cooperation, Fernley, Nevada, l-Istati Uniti, datata l-15 ta' Diċembru 2006, li tgħid li l-prodott 3036 huwa ekwivalenti għaċ-ċana elettrika tat-tip BT/PL 822-902 suġġetta għall-miżura Ungeriża.

Skond l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva, il-Kummissjoni hija mitluba, wara li tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati, li tiddikjara jekk issibx li miżura bħal din hija ġġustifikata jew le. Jekk il-miżura tinstab li hija ġġustifikata, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri biex dawn ikunu jistgħu jieħdu miżuri xierqa fir-rigward tal-makkinarju kkonċernat, skond l-obbligi tagħhom mill-Artikolu 2(1).

2.   Ir-raġunijiet mogħtija mill-awtoritajiet Ungeriżi

Il-miżura meħuda mill-awtoritajiet Ungeriżi kienet ibbażata fuq in-nuqqas ta' konformità taċ-ċana elettrika mar-rekwiżiti essenzjali ta' saħħa u sigurtà li ġejjin ta' l-Anness I tad-Direttiva 98/37/KE (b'referenza għall-ispeċifikazzjonijiet ta' l-istandards armonizzati Ewropej EN 60745-1:2003 Għodod elettriċi ta' l-id li jaħdmu bil-mutur — Sigurtà —Parti 1: Rekwiżiti ġenerali u EN 60745-2-14 Għodod elettriċi ta' l-id li jaħdmu bil-muturSigurtàParti 2-14: Rekwiżiti partikolari għaċ-ċani).

1.2.2   Strumenti ta' kontroll

L-elementi tekniċi biex jiġu evitati kuntatti mal-partijiet li jduru ma ġewx fornuti mal-makkinarju, u lanqas il-protezzjoni minn tħaddim aċċidentali. Barra minn hekk, is-swiċċ jista' jeħel waqt li l-magna tkun mixgħula.

1.5.1   Il-provvista ta' l-elettriku

Qawwa elettrika insuffiċjenti ta' insulazzjoni imsaħħa: għadda l-kurrent bejn il-partijiet aċċessibbli tal-metall u l-partijiet li fihom il-kurrent b'livell ta' vultaġġ aktar baxx mil-limitu preskritt, li għaldaqstant joħloq riskju ta' xokk elettriku.

1.5.6   Nar

Waqt l-ittestjar, il-makkinarju ħa n-nar, minnu ħareġ duħħan u fjamma u mbagħad waqaf.

1.7.3   L-immarkar

L-isem u l-indirizz tal-manifattur ma kinux indikati fuq il-makkinarju u s-sena tal-manifatturazzjoni kienet nieqsa wkoll.

1.7.4   L-istruzzjonijiet

L-istruzzjonijiet għall-użu ma kienx fihom ċertu tagħrif mitlub għat-tħaddim bla periklu tal-makkinarju.

3.   L-opinjoni tal-Kummissjoni

Fil-15 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni kitbet lil TESCO-GLOBAL Inc. li ffirmat id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-KE, u stednitha tikkomunika l-osservazzjonijiet tagħha fir-rigward tal-miżuri meħuda mill-awtoritajiet Ungeriżi.

Fil-15 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni kitbet ukoll lil TÜV Rheinland, Cologne li kienu ħarġu ċertifikat ta' konformità għal ċana elettrika tat-tip DB-82X2B li kien ġie sostnut li kienet ekwivalenti għaċ-ċana elettrika tat-tip BT/PL 822-902 suġġetta għall-miżura Ungeriża.

Fit-3 ta' Diċembru 2007, TÜV Rheinland ikkonfermaw li ħarġu ċertifikat għal ċana elettrika tat-tip DB-82X2B u stqarrew li ċ-ċertifikat kien validu biss sa Marzu 2007. Huma ma setgħux jikkonfermaw li ċ-ċana elettrika tat-tip BRISTOOL ENGLAND BT/PL 822-902 kienet ekwivalenti għaċ-ċana elettrika tat-tip DB-82X2B u stqarrew li ma kinux ittestjaw jew iċċertifikaw it-tip BT/PL 822-902.

Fil-11 ta' Diċembru 2007, TESCO GLOBAL Inc. wieġbu li ma kkontestawx il-miżura meħuda mill-awtoritajiet Ungeriżi u qerdu l-ħażna ta' ċani elettriċi kkonċernati.

Fid-dawl tad-dokumentazzjoni disponibbli u l-kummenti tal-partijiet kkonċernati, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Ungeriżi wrew li l-makkinarju suġġett għall-miżuri restrittivi jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali ta' saħħa u sigurtà msemmija hawn fuq. Dawn in-nuqqasijiet ta' konformità joħolqu riskji serji għal persuni li jużaw il-makkinarju kkonċernat.

Għaldaqstant, wara li segwiet il-proċedura mitluba, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura meħuda mill-awtoritajiet Ungeriżi hija ġġustifikata.

Magħmula fi Brussell, 27 ta' Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President tal-Kummissjoni


2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 307/3


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta' Novembru 2008

b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' miżura ta' projbizzjoni adottata mill-awtoritajiet Ungeriżi fir-rigward ta' angle grinder tal-marka POWER GT MD-2007-138

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 307/02)

1.   In-notifika mill-awtoritajiet Ungeriżi

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 98/37/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-makkinarju jistipula li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li l-makkinarju kopert mid-Direttiva jkun jista' jitqiegħed fis-suq u jitħaddem biss jekk ma jipperikolax is-saħħa u s-sikurezza tan-nies u, fejn xieraq, ta' l-annimali domestiċi jew tal-proprjetà, meta jkun installat u miżmum kif suppost u użat għall-għan li għalih ikun maħsub.

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva jistipula li meta Stat Membru jaċċerta li makkinarju li juri l-marka CE użat skond l-għan li għalih ikun maħsub jista' jipperikola s-sikurezza tan-nies, u, fejn xieraq, ta' l-annimali domestiċi jew tal-proprjetà, dan għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jirtira mis-suq makkinarju ta' dan it-tip, jipprojbixxi t-tqegħid tiegħu fis-suq, it-tħaddim jew l-użu tiegħu, jew jirrestrinġi l-moviment liberu tiegħu. L-Istat Membru għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b'kull miżura ta' dan it-tip, filwaqt li jindika r-raġuni tad-deċiżjoni tiegħu.

Fit-23 ta' Lulju 2007, l-awtoritajiet Ungeriżi nnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea b'miżura ta' projbizzjoni li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' angle grinder ta' l-elettriku ta' l-idejn bil-marka POWER GT tat-tip PG-AG 0110. Il-makkinarju ġie mmanifatturat minn Zheijang Wuyi Gongli Electric Machine Co. Ltd, Feng Huang Shan Industrial Zone, Dong Gan, Wuyi County, Zheijang 321201, P.R. iċ-Ċina, u ġie distribwit minn REMOND Hungary Kft., H-1211 Budapest, Déli út 15/A, l-Ungerija.

Skond l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva, il-Kummissjoni hija obbligata, wara li tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati, li tiddikjara jekk issibx li miżura bħal din hija ġġustifikata jew le. Jekk il-miżura tinstab li hija ġġustifikata, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri biex dawn ikunu jistgħu jieħdu miżuri xierqa fir-rigward tal-makkinarju kkonċernat, skond l-obbligi tagħhom mill-Artikolu 2(1).

2.   Ir-raġunijiet mogħtija mill-awtoritajiet ungeriżi

Il-miżura meħuda mill-awtoritajiet Ungeriżi kienet ibbażata fuq in-nuqqas tal-makkinarju angle grinder li jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin tas-saħħa u s-sikurezza ta' l-Anness I għad-Direttiva 98/37/KE (b'referenza għall-ispeċifikazzjonijiet ta' l-istandards armonizzati Ewropej EN 50144-1:1998 Sikurezza ta' għodda elettrika ta' l-id li taħdem bil-mutur — Parti 1. Rekwiżiti ġenerali u EN 50144-2-3:2002 — Sikurezza ta' għodda elettrika ta' l-id li taħdem bil-mutur — Parti 2-3: Rekwiżiti partikolari għal moli, u magni ta' l-ixkatlar tat-tip bid-disk u lustraturi):

1.5.1.   Provvista elettrika u 1.5.6 — riskju tan-nar

Il-makkinarju joħloq riskju tan-nar minħabba l-istallazzjoni interna tal-wajers li mhumiex imwaħħla, li jistgħu jikkawżaw li tixxortja.

1.7.3.   L-immarkar

Is-simboli mwaħħlin mal-prodott ma kenux reżistenti biżżejjed.

3.   L-opinjoni tal-Kummissjoni

Fil-15 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni kitbet lill-kumpanija REMOND Hungary Kft., filwaqt li talbitha tikkomunika l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-miżura li ttieħdet mill-awtoritajiet Ungeriżi.

Sa llum, għadha ma waslet l-ebda reazzjoni.

Minkejja dan id-dokument trażmess lill-Kummissjoni Ewropea kellu ittra minn REMOND Hungary Kft. lill-awtoritajiet Ungeriżi bid-data 7 ta' Marzu 2007, li tiddikjara li ma setgħu jippreżentaw l-ebda ċertifikat ta' konformità għall-angle grinder imsemmija minħabba li ċ-ċertifikati qatt ma waslu mill-manifattur Ċiniż. Konsegwentement, kienu diġà taw struzzjonijiet lill-klijenti tagħhom sabiex jirtiraw l-angle grinder mis-suq u ma setgħux jispjegaw ir-raġuni għaliex kienu għadhom disponibbli f'dak iż-żmien li l-awtoritajiet Ungeriżi ħadu l-miżura.

Fid-dawl tad-dokumentazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Ungeriżi wrew li l-makkinarju suġġett għall-miżura restrittiva jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza msemmija hawn fuq. Dawn in-nuqqasijiet ta' konformità huma ta' riskju serju għall-persuni li jużaw il-makkinarju msemmi.

Għaldaqstant, wara li segwiet il-proċedura obbligata, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura meħuda mill-awtoritajiet Ungeriżi hija ġġustifikata.

Magħmula fi Brussell, 27 ta' Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President tal-Kummissjoni


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 307/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5352 — Omron/Ficosa/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 307/03)

Fil-21 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5352. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 307/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5005 — Galp Energia/ExxonMobil Iberia)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 307/04)

Fil-31 ta' Ottubru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5005. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 307/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5371 — Raiffeisen Informatik/PC-Ware)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 307/05)

Fil-21 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5371. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 307/6


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

L-1 ta' Diċembru 2008

(2008/C 307/06)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2608

JPY

Yen Ġappuniż

118,42

DKK

Krona Daniża

7,4497

GBP

Lira Sterlina

0,84155

SEK

Krona Żvediża

10,3588

CHF

Frank Żvizzeru

1,5262

ISK

Krona Iżlandiża

290,00

NOK

Krona Norveġiża

8,8915

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,613

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

262,20

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7092

PLN

Zloty Pollakk

3,8445

RON

Leu Rumen

3,8200

SKK

Krona Slovakka

30,312

TRY

Lira Turka

2,0189

AUD

Dollaru Awstraljan

1,9649

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5725

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,7739

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,3610

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,9292

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 849,59

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,9137

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,6804

HRK

Kuna Kroata

7,1275

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 633,92

MYR

Ringgit Malażjan

4,5761

PHP

Peso Filippin

61,720

RUB

Rouble Russu

35,3145

THB

Baht Tajlandiż

45,036

BRL

Real Brażiljan

2,9823

MXN

Peso Messikan

17,2604


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 307/7


Irtirar ta' notifika ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5298 — Dow/Rohm and Haas)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 307/07)

(Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004)

Fl-10 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej irċeviet notifika ta' konċentrazzjoni propost bejn The Dow Chemical Company u Rohm u Haas Company. Fil-21 ta' Novembru 2008, il-partijiet notifikanti infurmaw lill-Kummissjoni li huma kienu qed jirtiraw in-notifika.


2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 307/8


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5393 — Teijin Pharma/Laboratorios del Dr. Esteve/Oximeplus)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 307/08)

1.

Fl-24 ta' Novembru 2008 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriżi Teijin Pharma Limited (“Teijin Pharma”, il-Ġappun), proprjetà ta' Teijin Limited (“Teijin”, il-Ġappun) u Laboratorios del Dr. Esteve, S.A. (“Esteve”, Spanja), jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt ta' Oximeplus, S.A (“Oximeplus”, ta' Spanja), li bħalissa hi kkontrollata minn Esteve, permezz tax-xiri tal-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Teijin Pharma: soluzzjonijiet sew għall-farmaċewtiċi kif ukoll għall-kura tas-saħħa fid-dar,

għal Teijin: kumpanija possedenti aħħarija ta' grupp ta' madwar 160 kumpanija li l-attività ewlenija tagħhom hu l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta' fibri,

għal Esteve: il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta' preparati farmaċewtiċi u mediċini maħsuba għal użu uman u veterinarju,

għal Oximeplus: terapija fl-isptar u bl-ossiġenu fid-dar.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-transazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5393 — Teijin Pharma/ Laboratorios del Dr. Esteve/Oximeplus, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali tal-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 307/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5389 — Aéroports de Paris/The Nuance Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 307/09)

1.

Fil-21 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Companhia Siderúrgica Nacional (“ADP”, il-Brażil) u TNG Corporation (“Itochu”, il-Ġappun) jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll konġunt tal-impriża Nacional Minérios S.A. (“Namisa”, il-Brażil), permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal ADP: il-bini, l-operazzjoni u l-iżvilupp tal-ajruporti fir-reġjun tal-Île-de-France, b'mod partikolari u Paris-Charles de Gaulle u Paris-Orly,

għal TNG: il-bejgħ bl-imnut fl-ajruport, il-provvista tal-ikel u tax-xorb fl-ajruport, il-bejgħ matul it-titjira u fuq il-baħar, bejgħ speċjalizat tal-imnut,

għal JV: il-bejgħ bl-imnut fl-ajruport (moda u aċċessorji) fl-ajruporti tal-Paris-Charles de Gaulle u Paris-Orly.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-transazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija rriżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5389 — Aéroports de Paris/The Nuance Group, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali tal-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1


2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 307/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5424 — Dow/Rohm and Haas)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 307/10)

1.

Fl-24 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha d-Dow Chemical Company (“Dow”, l-Istati Uniti tal-Amerika), takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll sħiħ tal-impriża Rohm and Haas Company (“R&H”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Dow: plastik u kemikali, xjenzi agrikoli u prodotti u servizzi tal-idrokarburi u tal-enerġija,

għal R&H: il-produzzjoni ta' polimeri ta' prestazzjoni għolja, ta' speċjalitajiet kimiċi, ta' materjali elettroniċi u tal-melħ.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija rriżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew inkella bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5424 — Dow/Rohm and Haas, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


ATTI OĦRAJN

Kummissjoni

2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 307/11


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

(2008/C 307/11)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 510/2006

“MAINE-ANJOU”

Nru tal-KE: FR/PDO/0379/17.09.2004

DPO ( X ) IĠP ( )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Institut National de l'Origine et de la Qualité

Indirizz:

51, rue d'Anjou

F-75008 Paris

Tel.

(33-1) 538 980 00

Feks

(33-1) 422 557 97

Posta elettronika:

info@inao.gouv.fr

2.   Grupp:

Isem:

Syndicat de défense de la viande «Maine-Anjou»

Indirizz:

36, avenue de Razilly

BP 339

F-53203 Château Gontier Cedex

Tel.

(33-2) 430 722 94

Feks

(33-2) 430 780 48

Posta elettronika:

upra-maine-anjou@unimedia.fr

Kompożizzjoni:

produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( X )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.1 — Laħam (u ġewwieni) frisk

4.   Speċifikazzjoni:

(Sinteżi tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

“Maine-Anjou”

4.2.   Deskrizzjoni:

Laħam taċ-ċanga mkessaħ, għajr laħam imkessaħ wara li jkun niżillu s-silġ, ta' baqar ta' inqas minn għaxar snin u li jkunu welldu tal-anqas darba, jew ta' barrin ikkastrati ta' aktar minn 30 xhur.

Il-karkassa tal-baqar tiżen tal-anqas 380 kg, u l-karkassa tal-barrin tal-anqas 400 kg.

Il-karkassi jkollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

konformazzjoni: E, U, R, O fl-iskema ta' klassifika EUROP,

kopertura ta' xaħam: 3 jew 4 fl-iskema ta' klassifika EUROP.

Il-karkassi huma karatterizzati minn densità skarsa tal-muskoli u piż konsiderevolment għoli.

Il-laħam għandu dehra mraħħma, bl-ammont suffiċjenti ta' xaħam miġbur bejn il-muskoli. Huwa ta' lewn omoġenju, aħmar karg jagħti ftit fl-oranġjo. Huwa artab mal-qtugħ u fil-ħalq, immerraq sew u jħalli togħma stabbli.

4.3.   Żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika li fiha jitwieldu, jitrabbew u jinqatlu l-annimali tkopri t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin fid-départements ta' Ille-et-Vilaine, Loire-Atlantique, Maine-et-Loire, Mayenne, Sarthe, Deux-Sèvres, Vendée u Orne.

Département d'Ille-et-Vilaine:

Chelun, Coësmes, Eancé, Grand-Fougeray, Liffré (taqsima AL, oqsma 6, 8, 12 sa 14, 35, 268, 269, 272 sa 274, 408 sa 411, 435, 438, 440 sa 442, 475 sa 480, 501, 502 u 597 sa 604), Martigné-Ferchaud, Pertre (Le), Thourie, Vitré (taqsima K, oqsma 1, 2, 9 u 70 tat-taqsima AW, oqsma 81 sa 86, 154 sa 156, 268, 295 u 296).

Département de Loire-Atlantique:

Abbaretz, Ancenis, Anetz, Belligné, Boissière-du-Doré (La), Bonnoeuvre, Boussay, Cellier (Le), Chapelle-Glain (La), Chapelle-Saint-Sauveur (La), Châteaubriant, Couffé, Derval, Erbray, Fercé, Fresne-sur-Loire (Le), Gétigné, Grand-Auverne, Issé, Jans, Joué-sur-Erdre, Juigné-des-Moutiers, Landreau (Le), Ligné, Louisfert, Lusanger, Maumusson, Meilleraye-de-Bretagne (La), Mésanger, Moisdon-la-Rivière, Montrelais, Mouais, Mouzeil, Noyal-sur-Brutz, Nozay, Oudon, Pannecé, Petit-Auverné, Pin (Le), Pouillé-les-Côteaux, Puceul, Regrippière (La), Remaudière (La), Riaillé, Roche-Blanche (La), Rouge, Rouxière (La), Ruffigné, Saint-Aubin-des-Châteaux, Saint-Géréon, Saint-Herblon, Saint-Julien-de-Vouvantes, Saint-Mars-la-Jaille, Saint-Sulpice-des-Landes, Saint-Vincent-des-Landes, Sion-les-Mines, Soudan, Soulvache, Teillé, Touches (Les), Trans-sur-Erdre, Treffieux, Vallet, Varades, Villepot, Vritz.

Département de Maine-et-Loire:

Andard, Andigné, Andrezé, Angers, Angrie, Armaillé, Aviré, Aubigné-sur-Layon, Avrillé, Baracé, Beaucouzé, Beaulieu-sur-Layon, Beaupréau, Beausse, Bécon-les-Granits, Bégrolles-en-Mauges, Béhuard, Bohalle (La), Boissière-sur-Evre (La), Botz-en-Mauges, Bouchemaine, Bouillé-Ménard, Bourg-d'Iré (Le), Bourg-l'Evêque, Bourgneuf-en-Mauges, Bouzillé, Brain-sur-l'Authion, Brain-sur-Longuenée, Briollay, Brissarthe, Candé, Cantenay-Epinard, Carbay, Cernusson, Cerqueux (Les), Cerqueux-sous-Passavant (Les), Challain-la-Potherie, Chalonnes-sur-Loire, Chambellay, Champigné, Champ-sur-Layon (Le), Champteussé-sur-Baconne, Champtocé-sur-Loire, Champtoceaux, Chanteloup-les-Bois, Chanzeaux, Chapelle-du-Genêt (La), Chapelle-Hullin (La), Chapelle-Rousselin (La), Chapelle-Saint-Florent (La), Chapelle-Saint-Laud (La), Chapelle-sur-Oudon (La), Châteauneuf-sur-Sarthe, Châtelais, Chaudefonds-sur-Layon, Chaudron-en-Mauges, Chaussaire (La), Chavagnes, Chazé-Henry, Chazé-sur-Argos, Cheffes, Chemillé, Chemiré-sur-Sarthe, Chenillé-Changé, Cherré, Cholet, Clefs, Cléré-sur-Layon, Combrée, Concourson-sur-Layon, Contigné, Cornuaille (La), Coron, Corzé, Cossé-d'Anjou, Daguenière (La), Daumeray, Denée, Doué-La-Fontaine, Drain, Durtal, Ecouflant, Ecuillé, Etriché, Faye-d'Anjou, Faveraye-Machelles, Feneu, Ferrière-de-Flée (La), Fief-Sauvin (Le), Fosse-de-Tigné, Freigné, Fuilet (Le), Gené, Gesté, Grez-Neuville, Grugé-l'Hopital, Hôtellerie-de-Flée (L'), Huillé, Ingrandes, Jaille-Yvon (La), Jallais, Jubaudière (La), Juigné-sur-Loire, Jumellière (La), Juvardeil, Landemont, Lézigné, Lion-d'Angers (Le), Liré, Loiré, Longeron (Le), Louroux-Béconnais (Le), Louvaines, Marans, Marcé, Marigné, Marillais (Le), Martigné-Briand, Maulévrier, May-sur-Evre (Le), Mazières-en-Mauges, Meignanne (La), Melay, Membrolle-sur-Longuenée (La), Mesnil-en-Vallée (Le), Miré, Montfaucon, Montguillon, Montigné-sur-Moine, Montilliers, Montjean-sur-Loire, Montreuil-Juigné, Montreuil-sur-Loir, Montreuil-sur-Maine, Montrevault, Morannes, Mozé-sur-Louet, Mûrs-Erigné, Neuvy-en-Mauges, Noëllet, Noyant-la-Gravoyère, Nuaillé, Nueil-sur-Layon, Nyoiseau, Passavant-sur-Layon, Pellouailles-les-Vignes, Pin-en-Mauges (Le), Plaine (La), Plessis-Grammoire (Le), Plessis-Macé (Le), Poitevinière (La), Pommeraye (La), Ponts-de-Cé (Les), Possonnière (La), Pouancé, Pouëze (La), Prévière (La), Pruillé, Puiset-Doré (Le), Querré, Rablay-sur-Layon, Renaudière (La), Rochefort-sur-Loire, Romagne (La), Roussay, Saint-André-de-la-Marche, Saint-Aubin-de-Luigné, Saint-Augustin-des-Bois, Saint-Barthélemy-d'Anjou, Saint-Christophe-du-Bois, Saint-Christophe-la-Couperie, Saint-Clément-de-la-Place, Saint-Crespin-sur-Moine, Saint-Florent-le-Vieil, Saint-Georges-des-Gardes, Saint-Georges-sur-Layon, Saint-Georges-sur-Loire, Saint-Germain-des-Prés, Saint-Germain-sur-Moine, Saint-Jean-de-la-Croix, Saint-Jean-de-Linières, Saint-Jean-des-Mauvrets, Saint-Lambert-du-Lattay, Saint-Lambert-la-Potherie, Saint-Laurent-de-la-Plaine, Saint-Laurent-des-Autels, Saint-Laurent-du-Mottay, Saint-Léger-des-Bois, Saint-Léger-sous-Cholet, Saint-Lézin, Saint-Macaire-en-Mauges, Saint-Martin-du-Bois, Saint-Martin-du-Fouilloux, Saint-Melaine-sur-Aubance, Saint-Michel-etChanveaux, Saint-Paul-du-Bois, Saint-Philbert-en-Mauges, Saint-Pierre-Montlimart, Saint-Quentin-en-Mauges, Saint-Rémy-en-Mauges, Saint-Saturnin-sur-Loire, Saint-Sauveur-de-Flée, Saint-Sauveur-de-Landemont, Saint-Sigismond, Saint-Sulpice, Saint-Sylvain-d'Anjou, Sainte-Christine, Sainte-Gemmes-d'Andigné, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Salle-de-Vihiers (La), Salle-et-Chapelle-Aubry (La), Sarrigné, Savennières, Sceaux-d'Anjou, Segré, Séguinière (La), Seiches-sur-le-Loir, Soeurdres, Somloire, Soucelles, Soulaines-sur-Aubance, Soulaire-et-Bourg, Tancoigné, Tessoualle (La), Thorigné-d'Anjou, Thouarcé, Tiercé, Tigné, Tillières, Torfou, Tourlandry (La), Toutlemonde, Trélazé, Tremblay (Le), Trémentines, Tremont, Valanjou, Varenne (La), Vauchrétien, Verchers-sur-Layon (Les), Vergonnes, Vern-d'Anjou, Vezins, Vihiers, Villedieu-la-Blouère, Villemoisan, Villevêque, Yzernay.

Département de la Mayenne:

Ahuillé, Alexain, Ampoigné, Andouillé, Argenton-Notre-Dame, Argentré, Aron, Arquenay, Assé-le-Bérenger, Astillé, Athée, Azé, Baconnière (La), Bais, Ballée, Ballots, Bannes, Bazoge-Montpinçon (La), Bazouge-de-Chemeré (La), Bazouge-des-Alleux (La), Bazougers, Beaulieu-sur-Oudon, Beaumont-Pied-de-Boeuf, Belgeard, Bierné, Bignon-du-Maine (Le), Bigottière (La), Blandouet, Boissière (La), Bonchamp-lès-Laval, Bouchamps-lès-Craon, Bouère, Bouessay, Bourgneuf-la-Forêt (Le), Bourgon, Brains-sur-les-Marches, Brée, Brûlatte (La), Buret (Le), Chailland, Châlons-du-Maine, Chammes, Champgenéteux, Changé, Chapelle-Anthenaise (La), Chapelle-au-Riboul (La), Chapelle-Craonnaise (La), Chapelle-Rainsouin (La), Château-Gontier, Châtelain, Châtres-la-Forêt, Chemazé, Chémeré-le-Roi, Chérancé, Commer, Congrier, Cosmes, Cossé-en-Champagne, Cossé-le-Vivien, Coudray, Courbeveille, Craon, Croixille (La), Cropte (La), Daon, Denazé, Deux-Évailles, Entrammes, Épineux-le-Seguin, Évron, Fontaine-Couverte, Forcé, Fromentières, Gastines, Genest-Saint-Isle (Le), Gennes-sur-Glaize, Gesnes, Gravelle (La), Grazay, Grez-en-Bouère, Ham (Le), Hambers, Hardanges, Houssay, Huisserie (L'), Izé, Jublains, Juvigné, Laigné, Laubrières, Launay-Villiers, Laval, Livet, Livré, Loigné-sur-Mayenne, Loiron, Longuefuye, Louverné, Louvigné, Maisoncelles-du-Maine, Marcillé-la-Ville, Marigné-Peuton, Martigné-sur-Mayenne, Mayenne, Mée, Ménil, Méral, Meslay-du-Maine, Mézangers, Montflours, Montigné-le-Brillant, Montjean, Montourtier, Montsûrs, Moulay, Neau, Niafles, Nuillé-sur-Vicoin, Olivet, Origné, Parné-sur-Roc, Peuton, Pommerieux, Port-Brillet, Préaux, Quelaines-Saint-Gault, Renazé, Roë (La), Rouaudière (La), Ruillé-Froid-Fonds, Ruillé-le-Gravelais, Sacé, Saint-Aignan-sur-Roë, Saint-Berthevin, Saint-Brice, Saint-Céneré, Saint-Charles-la-Forêt, Saint-Christophe-du-Luat, Saint-Cyr-le-Gravelais, Saint-Denis-d'Anjou, Saint-Denis-du-Maine, Saint-Erblon, Saint-Fort, Saint-Fraimbault-de-Prières, Saint-Georges-le-Fléchard, Saint-Georges-sur-Erve, Saint-Germain-d'Anxure, Saint-Germain-de-Coulamer, Saint-Germain-le-Fouilloux, Saint-Germain-le-Guillaume, Saint-Hilaire-du-Maine, Saint-Jean-sur-Erve, Saint-Jean-sur-Mayenne, Saint-Laurent-des-Mortiers, Saint-Léger, Saint-Loup-du-Dorat, Saint-Martin-de-Connée, Saint-Martin-du-Limet, Saint-Michel-de-Feins, Saint-Michel-de-la-Roë, Saint-Ouën-des-Toits, Saint-Ouën-des-Vallons, Saint-Pierre-la-Cour, Saint-Pierre-sur-Erve, Saint-Pierre-sur-Orthe, Saint-Poix, Saint-Quentin-les-Anges, Saint-Saturnin-du-Limet, Saint-Sulpice, Saint-Thomas-de-Courceriers, Sainte-Gemmes-le-Robert, Sainte-Suzanne, Saulges, Selle-Craonnaise (La), Senonnes, Simplé, Soulgé-sur-Ouette, Thorigné-en-Charnie, Torcé-Viviers-en-Charnie, Trans, Vaiges, Villiers-Charlemagne, Vimarcé, Voutré.

Département de la Sarthe:

Amné, Asnières-sur-Vègre, Auvers-le-Hamon, Auvers-sous-Montfaucon, Avessé, Avoise, Beaumont-sur-Sarthe, Bernay, Brains-sur-Gée, Brûlon, Chantenay-Villedieu, Chassillé, Chemiré-en-Charnie, Cherre (taqsima D, oqsma 253 sa 266, 269 sa 273, 290, 291, 565, 705, 714), Chevillé, Coulans-sur-Gée, Courtillers, Crannes-en-Champagne, Crissé, Epineu-le-Chevreuil, Fercé-sur-Sarthe, Fontenay-sur-Vègre, Grez (Le), Joué-en-Charnie, Juigné-sur-Sarthe, Longnes, Loué, Mareil-en-Champagne, Moitron-sur-Sarthe, Mont-Saint-Jean, Neuvillalais, Neuvillette-en-Charnie, Notre-Dame-du-Pé, Parennes, Pincé, Poillé-sur-Vègre, Précigné, Rouessé-Vassé, Rouez, Ruillé-en-Champagne, Sablé-sur-Sarthe, Saint-Christophe-du-Jambet, Saint-Christophe-en-Champagne, Saint-Denis-d'Orques, Saint-Ouen-en-Champagne, Saint-Pierre-des-Bois, Saint-Rémy-de-Sillé, Saint-Symphorien, Sillé-le-Guillaume, Solesmes, Souvigné-sur-Sarthe, Tassillé, Tennie, Vallon-sur-Gée, Viré-en-Champagne.

Département des Deux-Sèvres:

Argenton-Château, Aubiers (Les), Boësse, Boismé, Bressuire, Bretignolles, Breuil-Bernard (Le), Breuil-sous-Argenton (Le), Cerizay, Chanteloup, Chapelle-Gaudin (La), Chiché, Cirière, Combrand, Coudre (La), Courlay, Etusson, Forêt-sur-Sèvre (La), Genneton, Massais, Mauléon, Moncoutant, Montravers, Moutiers-sous-Argenton, Moutiers-sous-Chantemerle, Nueil-sur-Argent, Petite-Boissière (La), Pin (Le), Saint-Amand-sur-Sèvre, Saint-André-sur-Sèvre, Saint-Aubin-du-Plain, Saint-Clémentin, Saint-Jouin-de-Milly, Saint-Maurice-la-Fougereuse, Saint-Pierre-des-Echaubrognes, Sanzay, Ulcot, Voultegon.

Département de la Vendée:

Breuil-Barret, Chambretaud, Châtaigneraie (La), Gaubretière (La), Landes-Genusson (Les), Mallièvre, Menomblet, Mortagne-sur-Sèvre, Saint-Aubin-des-Ormeaux, Saint-Laurent-sur-Sèvre, Saint-Malô-du-Bois, Saint-Martin-des-Tilleuls, Saint-Pierre-du-Chemin, Tardière (La), Tiffauges, Treize-Vents, Verrie (La).

Département de l'Orne:

Alençon (taqsima CA, oqsma 76, 77 u 84).

4.4.   Prova tal-oriġini:

L-operaturi kollha għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni ta' kompetenza, irreġistrata mal-INAO (l-istitut nazzjonali tad-denominazzjonijiet tal-oriġini).

Il-bdiewa għandhom iżommu reġistru aġġornat msejjaħ “Inventaire des animaux de l'exploitation” (Inventarju tal-annimali fl-azjenda).

It-trasportaturi u l-biċċeriji għandhom iżommu reġistru tal-annimali li jidħlu u joħorġu sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati l-oriġini u d-destinazzjoni tal-bhejjem, tal-karkassi jew tal-laħam.

Dawn ir-reġistri jibqgħu għad-dispożizzjoni tal-aġenti inkarigati mill-ispezzjoni.

Il-bdiewa għandhom iħejju wkoll, għal kull annimal, dikjarazzjoni tal-bidu tal-perjodu qabel il-qtil, mhux aktar tard minn 60 jum qabel id-data prevista tal-qtil.

Matul dan il-perjodu, il-bhima tiġi eżaminata sabiex jiġi żgurat li l-morfoloġija tagħha taqbel mal-ksib tal-piżijiet minimi tal-karkassi u tal-kopertura ta' xaħam meħtieġa għad-denominazzjoni tal-oriġini.

Il-karkassi li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni tal-oriġini jiġu identifikati billi jitniżżel il-kliem “Maine-Anjou” fuq il-kustilji tal-flett, ir-riġel, l-ispalla u l-falda ta' kull nofs karkassa.

Il-karkassa u l-qatgħat għandhom ikunu akkumpanjati minn tikketta li tidentifika l-laħam.

Il-karkassi identifikati bid-DPO “Maine-Anjou” jkunu soġġetti għal test organolettiku bil-kampjuni, sabiex jiġu vverifikati l-karatteristiċi meħtieġa mill-ispeċifikazzjoni.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

L-annimali għandhom jitwieldu, jitrabbew u jinqatlu fiż-żona ġeografika definita fil-punt 4.3.

Razza

Il-bovini huma tar-razza “Rouge des prés” Il-bhejjem b'ipertrofija muskolari jiġu esklużi. Missier il-bhima għandu jkun barri mniżżel fir-reġistru tal-bhejjem tar-razza “Rouge des prés”.

Fil-każ tal-użu tal-inseminazzjoni artifiċjali, il-barri għandu jkollu l-awtorizzazzjoni korrispondenti.

It-trobbija tal-bhejjem

Il-bhejjem għandhom jitwieldu, jitrabbew u jissemmnu fl-istess azjenda agrikola. Madakollu, jistgħu jinxtraw bhejjem żgħazagħ bil-kundizzjoni li:

il-baqar iqattgħu tal-anqas 12-il xahar wara xulxin fl-azjenda fejn iseħħu l-perjodu ta' qabel il-qtil kif ukoll il-qtil stess,

il-barrin jibqgħu fl-azjenda fejn iseħħ il-perjodu ta' qabel il-qtil sa mhux aktar tard mill-età ta' 12-il xahar.

L-użu tal-mergħat u d-densità

Il-firxa tal-mergħat użati għall-għalf tal-bovini kollha, jew il-firxa ekwivalenti tal-azjenda, għandha tkun ta' mill-anqas 0.7 ettaru għal kull barri kkastrat ta' 'l fuq minn 24 xahar, u ta' ettaru għal kull baqra bil-frieħ tagħha. “Baqra bil-frieħ” tfisser baqra li l-frieħ tagħha għadhom ma welldux.

Għalf

L-annimali għandhom jirgħu tal-anqas mill-15 ta' Marzu sal-15 ta' Novembru. Fil-każ ta' kundizzjonijiet eċċezzjonali tat-temp, jistgħu jingħataw derogi għal dan il-perjodu minimu.

Sal-perjodu ta' qabel il-qtil, is-supplementi ta' proteina u ta' enerġija għandhom jitqassmu fi kwantitajiet ta' mhux aktar minn 3 kg kuljum. Matul dan il-perjodu, it-tqassim bla rażan tal-għalf tal-qamħirrum huwa pprojbit.

Matul il-perjodu ta' qabel il-qtil, mifrux fuq tal-anqas xahrejn qabel il-qtil, il-bhejjem jingħalfu abbażi ta' ħaxix frisk, ħuxlief u supplimenti enerġetiċi u tal-proteina. Matul dan il-perjodu, l-għoti tal-għalf huwa pprojbit.

Matul il-perjodu ta' qabel il-qtil, l-għalf enerġetiku u tal-proteina mogħtija bħala suppliment għall-ħaxix u għall-ħuxlief iridu jkunu magħmulin minn tal-anqas tliet materjali primi. Dawn l-elementi għandhom jitqassmu b'mod li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom. Il-kwantità tal-għalf supplimentari mogħtija kuljum għandha tkun ta' bejn 0,5 % u 1,7 % tal-piż ħaj tal-bhima.

Il-bdiewa għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-aġenti ta' spezzjoni l-fatturi kollha tax-xiri tal-ħxejjex u tal-għalf supplimentari, bil-kwantitajiet u l-oriġini korrispondenti miktubin fuqhom, kif ukoll it-tikketti li jindikaw l-isem preċiż tal-għalf supplimentari.

It-trasport u l-qtil

Matul l-48 siegħa ta' qabel il-qtil, il-bhejjem jitħejjew f'post miżgħud bit-tiben, u ma għandhomx jingħataw aktar għalf għajr ħuxlief u ilma.

Fil-manipulazzjoni tal-bhejjem, għandhom jiġu evitati kemm jista' jkun kull fattur li aktarx jikkawżalhom stress jew jinfluwenza l-kwalità tal-prodott aħħari. It-trasport tal-bhejjem ma għandux ikun itwal minn sitt sigħat mill-bidu tat-tagħbija sa tmiem il-ħatt fil-biċċerija.

Il-bhejjem għandhom jinqatlu f'sekwenza kontinwa fl-ewwel tliet sigħat minn tmiem il-ħatt, u għandhom jitraqqdu fl-ewwel ħames sekondi minn meta jidħlu fil-kamra tal-qtil.

It-tneħħija tal-ġewwieni ssir permezz tal-irbit tal-eżofagu u tarf il-musrana d-dritta.

Id-doxxa interna tal-karkassi hija pprojbita.

Il-karkassi jinfetħu permezz ta' serrieq, u għandħom ikunu akkumpanjati mill-widna bit-tikketta ta' identifikazzjoni, sakemm isir l-użin fuq il-linja tal-qtil.

Biss il-karkassi tal-klassijiet 3 u 4 ta' kopertura ta' xaħam fl-iskala tal-katalgu EUROP [sic].

Il-karkassi jgħaddu minn perjodu ta' tberrid sabiex jilħqu temperatura ċentrali ta' bejn 10 u 15 °C għaxar sigħat wara l-qtil, u ta' inqas minn 7 °C 48 siegħa wara l-qtil.

Il-kwarti ta' wara jitħallew jimmaturaw fuq il-għadam għal tal-anqas erbat ijiem.

4.6.   Rabta:

Iż-żona tal-produzzjoni “Maine-Anjou” hija kkaratterizzata minn ħamrija tal-Massif Armorikan b'riżervi baxxi tal-ilma, u minn klima tat-tip oċeaniku mtaffi, b'nuqqas sinifikanti tal-ilma fis-sajf. Dan iwassal għal mergħat imħarbta, magħmulin l-aktar minn ħaxix isfar, qadim u maħruq, li jagħti għalf pjuttost aħrax.

Is-sistema ta' produzzjoni tal-laħam “Maine-Anjou” tissejjes fuq il-karatteristiċi partikulari tal-ambjent, il-karatteristiċi żooteknikċi tar-razza “Rouge des près” u l-metodi tar-ragħa.

Billi l-bhejjem tar-razza “Rouge des près” huma ta' daqs kbir, jagħmlu l-aqwa użu tal-għalf aħrax taż-żona, minħabba:

il-kapaċità għolja tal-konsum tagħhom,

il-ħila tagħhom biex ilaħħqu mal-varjazzjonijiet fil-għalf billi jimmobilizzaw sehem kbir tar-riżervi korporali tagħhom mingħajr ħsara għar-rendiment żootekniku tagħhom aktar 'il quddiem,

il-ħila tagħhom biex jerġgħu jaqbdu jikbru malajr jew biex jerġgħu jibnu r-riżervi korporali tagħhom.

B'hekk hemm “annimal mudell” għaż-żona ta' produzzjoni “Maine-Anjou”, li jservi ta' gwida lill-bidwi meta jiġi biex jagħżel bhejjem li jagħmlu l-aqwa użu tal-għalf fqir, u li jafu jimmobilizzaw ir-riżervi korporali tagħhom f'ċerti perjodi tas-sena.

Il-bhejjem jgħixu l-aktar barra, u l-għalf tagħhom ġej l-aktar mir-ragħa. Bis-saħħa tal-għarfien espert tal-bidwi dwar il-mergħat, jistgħu jinħolqu riżervi tal-għalf għas-sajf, sew billi jiġu alternati r-ragħa u l-qtugħ fir-rebbiegħa, sew permezz tad-diversità fit-tipi tal-ħaxix użati.

B'dan il-mod, il-karatteristiċi partikulari tal-ambjent, marbutin man-natura tal-ħamrija, mal-klima pjuttost xotta u n-nuqqas bikri tal-ilma li dawn iġibu magħhom, ma jitqisux bħala xkiel li għandu jingħeleb, iżda aktarx bħala sitwazzjoni li l-bhejjem huma adattati sew għaliha.

F'kelma waħda, f'dan l-ambjent partikulari, marbut man-natura tal-ħamrija, mal-klima pjuttost xotta u n-nuqqas bikri tal-ilma li dawn iġibu magħhom, ġiet stabbilita sistema speċifika tat-trobbija tal-bhejjem li tgħaqqad razza lokali ta' daqs kbir mal-għarfien espert tal-bdiewa, li jafu jagħmlu l-aqwa użu mir-riżorsi ta' spazju u taż-żmien kif ukoll mill-għarfien profond tal-merħla, biex joħolqu prodott uniku, il-laħam “Maine-Anjou”, magħruf sew mad-dinja kollha.

4.7.   Organi ta' spezzjoni:

Isem:

Institut National de l'Origine et de la Qualité

Indirizz:

51, rue d'Anjou

F-75008 Paris

Tel.

(33-1) 538 980 00

Feks

(33-1) 422 557 97

Posta elettronika:

info@inao.gouv.fr

Isem:

DGCCRF

Indirizz:

59, boulevard Vincent Auriol

F-74703 Paris Cedex 13

Tel.

(33-1) 448 717 17

Feks

(33-1) 449 730 37

Posta elettronika:

4.8.   Tikkettar:

Il-kustilji tal-flett, ir-riġel, l-ispalla u l-falda ta' kull nofs karkassa jiġu identifikati permezz ta' timbru bil-kliem “Maine-Anjou”.

Il-karkassa u l-qatgħat jiġu akkumpanjati minn tikketta li turi:

id-denominazzjoni,

l-ittri “A.O.C.” jew il-kliem “appellation d'origine contrôlée”,

in-numru ta' identifikazzjoni nazzjonali tal-bhima jew in-numru tal-biċċerija,

in-numru tal-azjenda tal-bidwi,

l-isem u l-indirizz tal-biċċerija u n-numru tal-awtorizzazzjoni tagħha,

id-data tal-qatla,

għal-laħam maħsub għax-xiwi jew għall-forn, għajr il-falda l-irqiqa, il-falda l-ħoxna u l-flett, il-kliem “le temps de maturation entre les dates d'abattage des animaux et de vente au détail au consommateur final est de 9 jours pleins au minimum” (iż-żmien ta' maturazzjoni bejn id-data tal-qtil tal-bhejjem u d-data tal-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur aħħari huwa ta' mill-anqas 9 ijiem sħaħ),

għal-laħam ippakkjat fil-vakwu maħsub għax-xiwi jew għall-forn, għajr il-falda l-irqiqa, il-falda l-ħoxna u l-flett, il-kliem “le temps de maturation entre les dates d'abattage des animaux et de la vente au détail au consommateur final est de 10 jours pleins au minimum” (iż-żmien ta' maturazzjoni bejn id-data tal-qtil tal-bhejjem u d-data tal-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur aħħari huwa ta' mill-anqas 10 ijiem sħaħ).


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 307/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.