ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 298

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
21 ta' Novembru 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 298/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5306 — Metso Power/Wärtsilä Finland/JV) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 298/02

Rata tal-kambju ta' l-euro

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 298/03

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali ( 1 )

3

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Kummissjoni

2008/C 298/04

Avviż dwar it-tmiem tal-proċess tal-implimentazzjoni tar-rapport tal-Bord adottat mill-Korp għall-Ftehim dwar it-Tilwim tad-WTO li jikkonċerna l-miżura anti-dumping applikabbli għall-importazzjoni ta' salamun tat-trobbija li joriġina min-Norveġja

7

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2008/C 298/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5363 — Santander/Bradford & Bingley Assets) ( 1 )

9

 

2008/C 298/06

Nota lill-qarrej(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

21.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 298/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5306 — Metso Power/Wärtsilä Finland/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 298/01)

Fl-14 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5306. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

21.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 298/2


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

L-20 ta' Novembru 2008

(2008/C 298/02)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2542

JPY

Yen Ġappuniż

119,87

DKK

Krona Daniża

7,4524

GBP

Lira Sterlina

0,8421

SEK

Krona Żvediża

10,2395

CHF

Frank Żvizzeru

1,529

ISK

Krona Iżlandiża

245

NOK

Krona Norveġiża

8,87

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,635

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

269,94

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

3,85

RON

Leu Rumen

3,817

SKK

Krona Slovakka

30,38

TRY

Lira Turka

2,1354

AUD

Dollaru Awstraljan

1,9927

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5814

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,7202

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,3209

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,9176

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 892,24

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,2315

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,5718

HRK

Kuna Kroata

7,135

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 363,95

MYR

Ringgit Malażjan

4,5446

PHP

Peso Filippin

62,76

RUB

Rouble Russu

34,5555

THB

Baht Tajlandiż

44,079

BRL

Real Brażiljan

3,0198

MXN

Peso Messikan

16,9003


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

21.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 298/3


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 298/03)

Għajnuna Nru

XR 50/08

Stat Membru

Spanja

Reġjun

87.3 a)

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Infraestructuras Científico Tecnológicas Subprograma de Creación y Consolidación de Centros Tecnológicos «CREA»

Bażi legali

Orden ITC/2040/2007, de 4 de julio, modificada por la Orden PRE 660/2008, de 7 de marzo (B.O.E no 62 de 12.3.2008). Anexo III

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

EUR 7 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

40 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

1.4.2008

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Dirección General de Política de la Pequeña y Mediana Empresa

Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

www.ipyme.org

Tagħrif ieħor


Għajnuna Nru

XR 82/08

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Cantabria

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Subvenciones a la inversión industrial 2008

Bażi legali

Orden IND/6/2008 de la Consejería de Industria y Desarrollo Tecnológico (Boletín Oficial de Cantabria no 73, de 15 de abril de 2008)

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

EUR 7 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

15 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

15.5.2008

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2008

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Consejería de Industria y Desarrollo Tecnológico

dgindustria@gobcantabria.es

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://boc.gobcantabria.es/boc/datos/MES%202008-04/OR%202008-04-15 %20073/HTML/2008-4750.asp?volver=1

Tagħrif ieħor


Għajnuna Nru

XR 88/08

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun

87(3)(a)

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Operační program Podnikání a inovace 2007–2013

Podprogram Prosperita – režim zakládající veřejnou podporu, výzva I

Bażi legali

Zákon č. 47/2002 Sb., o podpoře malého a středního podnikání

Zákon č. 218/2000 Sb., o rozpočtových pravidlech a o změně některých souvisejících zákonů

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

CZK 900 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

40 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

7.4.2008

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2010

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministerstvo průmyslu a obchodu České republiky

Na Františku 32

CZ-110 15 Praha 1

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

www.mpo.cz

Tagħrif ieħor


Għajnuna Nru

XR 91/08

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Sachsen

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Erste Richtlinie des Sächsischen Staatsministeriums für Wirtschaft und Arbeit zur Änderung der Richtlinie des Sächsischen Staatsministeriums für Wirtschaft und Arbeit zur „Förderung von Investitionen kleiner Unternehmen in strukturschwachen Räumen“ vom 5. April 2007

Bażi legali

Erste Richtlinie des Sächsischen Staatsministeriums für Wirtschaft und Arbeit zur Änderung der Richtlinie des Sächsischen Staatsministeriums für Wirtschaft und Arbeit zur „Förderung von Investitionen kleiner Unternehmen in strukturschwachen Räumen“ vom 5. April 2007

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

EUR 5,4 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

30 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

3.6.2008

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

NACE 01/11/15/16/17/18/19/20/21/22/23/24/25/26/27/28/29/30/31/32/33/34/35/36/37/45/50/52/55/63/64/66/67/70/71/72/73/85/90/91/92/93/99

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

SAB Sächsische Aufbaubank — Förderbank

Tel. (49-351) 491 012 33

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://www.smwa.sachsen.de/set/431/%C3 %84nderungsrichtlinie%2055.pdf

Tagħrif ieħor


Għajnuna Nru

XR 107/08

Stat Membru

Ir-Rumanija

Reġjun

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Schemă de ajutor de stat orizontal pentru dezvoltarea regională durabilă și reducerea emisiilor

Bażi legali

Hotărârea Guvernului nr. 718/2008 privind aprobarea schemei de ajutor de stat orizontal pentru dezvoltarea regională durabilă și reducerea emisiilor (Monitorul Oficial al României nr. 0529/2008)

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit globali

EUR 318,8 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

50 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

11.8.2008

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Limitat għal setturi speċifiċi

NACE B, C, D 351

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministerul Economiei și Finanţelor

Strada Apolodor nr. 17, sector 5

RO-050741, București

Tel. (40-21) 319 97 59

Fax (40-21) 312 25 09

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://oie.minind.ro/oie/html/documentex/HG%20718-2008.pdf

Tagħrif ieħor


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Kummissjoni

21.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 298/7


Avviż dwar it-tmiem tal-proċess tal-implimentazzjoni tar-rapport tal-Bord adottat mill-Korp għall-Ftehim dwar it-Tilwim tad-WTO li jikkonċerna l-miżura anti-dumping applikabbli għall-importazzjoni ta' salamun tat-trobbija li joriġina min-Norveġja

(2008/C 298/04)

1.   Sfond

F'Jannar 2006, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 85/2006 (1), impona dazju definittiv anti-dumping u ġabar b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' salamun tat-trobbija li joriġina min-Norveġja (“il-miżura oriġinali”). Sussegwentement, in-Norveġja ppreżentat proċediment għal ftehim dwar tilwim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”) li fih sfidat xi aspetti ta' dan ir-Reglament (“il-miżura”) u r-rapport tal-Bord tad-WTO, li kien ġie stabbilit mill-Korp għall-Ftehim dwar it-Tilwim (DSB) tad-WTO tqassam lill-membri tad-WTO fis-16 ta' Novembru 2007. Fil-laqgħa tiegħu tal-15 ta' Jannar 2008, id-DSB adotta r-rapport tal-Bord (“ir-rapport”). Ġie mibdi proċess ta' implimentazzjoni bil-għan li jġib il-miżura oriġinali konformi mar-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet inklużi fir-rapport (“l-implimentazzjoni”).

2.   Tmiem tal-implimentazzjoni

F'Mejju 2008, il-Kummissjoni ppublikat avviż (“l-avviż”) fil-Ġurnal Uffiċċjali (2) li kien fih id-dettalji kollha rigward l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tar-rapport. Ġew mibgħuta kwestjonarji lill-partijiet kollha rilevanti u lill-partijiet li għarrfu l-preżenza tagħhom fil-limitu taż-żmien stabbilit taħt punt 5 (b) tal-avviż (“partijiet interessati”).

Madakollu, f'April 2007 (3), ċerti Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (l-applikanti) ippreżentaw xhieda prima facie li l-bażijiet li fuqhom kienu stabbiliti l-miżuri kienu nbidlu. L-applikanti allegaw u pprovdew xhieda prima facie li turi li d-dumping mill-esportaturi Norveġiżi kien naqas b'mod sinifikanti u għalhekk it-tkomplija tal-impożizzjoni tal-miżuri ma tkunx ġustifikata. Il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni interim parzjali (ir-reviżjoni) skont l-Artiklu 11(3) tar-Regolament bażiku (4).

Ir-reviżjoni turi li l-esportaturi Norveġiżi ma kinux qegħdin iwettqu d-dumping tal-prodotti tagħhom fuq is-suq tal-Komunità. Għalhekk, f'Lulju 2008, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 685/2008 (5) il-Kunsill irrevoka l-miżuri oriġinali fis-seħħ fuq is-salamun tat-trobbija li joriġina fin-Norveġja.

Bħala konsegwenza, il-proċediment ta' implimentazzjoni msemmija f'dan l-avviż hu mitmum.

Il-partijiet kollha interessati kienu mogħtija l-opportunità li jikkummentaw dwar it-tmiem u jew jindirizzaw kull talba rigward id-drittijiet tagħhom tad-difiża lill-Uffiċjal tas-Smigħ (6). L-ebda parti ma għamlet xi kummenti jew irriferiet għall-Uffiċjal tas-Smigħ.


(1)  ĠU L 15, 20.1.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 127, 24.5.2008, p. 32.

(3)  ĠU C 88, 21.4.2007.

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.

(5)  ĠU L 192, 19.7.2008, p. 5.

(6)  Jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta' difiża tagħhom, ikunu jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal għas-Smigħ tad-DĠ Kummerċ. Dan iservi ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn ikun hemm bżonn, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f'dan il-proċediment, b'mod partikolari, fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-trattament ta' preżentazzjonijiet tal-fehmiet bil-fomm u/jew bil-miktub. Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-webpages tal-Uffiċjal għas-Smigħ fuq il-websajt tad-DĠ Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade).


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

21.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 298/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5363 — Santander/Bradford & Bingley Assets)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 298/05)

1.

Fit-12 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Abbey National plc (“Abbey”, ir-Renju Unit), li hi kkontrollata mill-impriża Banco Santander S.A. (“Santander”, Spanja), takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll ta' parti mill-Bradford & Bingley plc (“Bradford & Bingley Assets”, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta' beni.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Abbey: servizzi finanzjarji personali, inklużi kontijiet kurrenti u kontijiet ta' tfaddil, self, karti tal-kreditu, ipoteki, investimenti u penzjonijiet. l-Abbey hi attiva wkoll fis-servizzi bankarji korporattivi, servizzi fis-suq finanzjarju u tqassam prodotti ta' assigurazzjoni ta' parti terza,

għal Santander: kumpanija ewlenija ta' grupp internazzjonali ta' banek u ta' kumpaniji finanzjarji li joperaw fir-Renju Unit, Spanja u ċerti pajjiżi Ewropej oħra, kif ukoll fl-Amerika Latina,

għal Bradford & Bingley Assets: operazzjonijiet bankarji retail (tfaddil u self ta' ipoteki).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5363 — Santander/Bradford & Bingley Assets, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


21.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 298/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.