|
ISSN 1725-5198 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 274 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 51 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2008/C 274/01 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2008/C 274/02 |
||
|
2008/C 274/03 |
||
|
2008/C 274/04 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2008/C 274/05 |
Operar ta' servizzi tal-ajru regolari bejn Ajaccio, Bastia, Calvi u Figari, minn naħa, u Marseille, Nice u Pariġi (Orly), min-naħa l-oħra — Sejħa pubblika għall-offerti mnedija minn Franza skont l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 rigward delega ta' servizz pubbliku ( 1 ) |
|
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2008/C 274/06 |
||
|
2008/C 274/07 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5367 — BC Funds/SGB Group) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
|
||
|
2008/C 274/08 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
|
29.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 274/1 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
It-28 ta' Ottubru 2008
(2008/C 274/01)
1 euro=
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2526 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
119,42 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4549 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,7979 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,9473 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,452 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
305 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,55 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,34 |
|
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
262 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7096 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
3,7003 |
|
RON |
Leu Rumen |
3,725 |
|
SKK |
Krona Slovakka |
30,479 |
|
TRY |
Lira Turka |
1,9571 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
2,0037 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,6133 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,7118 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
2,2684 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,8864 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 828,8 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
13,2494 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,5665 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,2006 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
13 528,08 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,4874 |
|
PHP |
Peso Filippin |
61,59 |
|
RUB |
Rouble Russu |
34,1862 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
43,753 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,757 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,5468 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
29.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 274/2 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
(2008/C 274/02)
Numru XA: XA 236/08
Stat membru: L-Italja
Reġjun: Regione Autonoma Valle d'Aosta
Titolu tal-iskema ta' għajnuna: Incentivi per il pagamento di premi assicurativi
Bażi ġuridika: Legge regionale 4 settembre 2001, n. 21 «Disposizioni in materia di allevamento zootecnico e relativi prodotti» e successive modificazioni e integrazioni [in particolare, l'articolo 2, comma 1, lettera g), e comma 1 bis, l'articolo 3 e l'articolo 6, comma 1, lettera d)] e deliberazione della Giunta regionale del 13 giugno 2008, n. 1814 «Precisazioni in merito alla concessione degli incentivi previsti per il settore della zootecnia dalle leggi regionali 4 settembre 2001, n. 21 e 22 aprile 2002, n. 3, e successive modificazioni e integrazioni»
Nefqa annwali prevista fl-ambitu tal-iskema: EUR 1 500 000
Intensità massima tal-għajnuna:
|
1. |
80 % tal-ispejjeż għal ħlas ta' primjums tal-assigurazzjoni, meta l-polza tispeċifika li tkopri biss l-ispejjeż imġarrba kkawżati minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali; |
|
2. |
50 % tal-ispejjeż għal ħlas ta' primjums tal-assigurazzjoni, meta l-polza tispeċifika li tkopri:
|
Data tal-implimentazzjoni: hekk kif jiġi ppubblikat in-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni
Tul ta' żmien tal-iskema: skont l-iskema, l-għajnuna tista' tingħata sal-31 ta' Diċembru 2013, u sa 6 xhur wara
Għan tal-għajnuna: Permezz ta' inċentivi biex jiġu koperti l-ispejjeż ta' assigurazzjoni mġarrba mill-assoċjazzjonijiet agrikoli għall-assigurazzjoni kontra danni kkawżati lil farms tal-annimali minn avvinamenti klimatiċi, mard infettiv u mard mhux infettiv, dawn l-assoċjazzjonijiet qed jiġu mħajra li jieħdu polzi tal-assigurazzjoni kontra r-riskji għall-farms tal-annimali li jiġu kkawżati minn kundizzjonijiet klimatiċi avversi u minn mard tal-annimali.
L-għajnuna la għandha ttellef il-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-assigurazzjoni, la għandha tkun limitata għal kumpanija waħda jew grupp wieħed ta' kumpaniji tal-assigurazzjoni biss u lanqas ma għandha teħtieġ li l-assigurazzjoni tittieħed ma' kumpanija tal-assigurazzjoni stabbilita fil-Valle d'Aosta.
Referenza għall-leġiżlazzjoni Komunitarja: Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Ta' min jinnota li l-Artikolu 2(1a) tal-Liġi Nru 21/2001 jagħmel referenza espliċita għall-Artikolu msemmi hawn fuq, u għaldaqstant, għall-kundizzjonijiet kollha previsti u stipulati fih
Settur/i interessat/i: L-ispeċijiet imsemmija fil-Liġi Reġjonali Nru 17 tas-26 ta' Marzu 1993 li tistabbilixxi l-lista reġjonali ta' bhejjem u farms tat-trobbija tal-bhejjem (baqar, nagħaġ, mogħoż, ħnieżer u żwiemel) u l-ispeċijiet l-oħra ta' bejjem tat-trobbija
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Regione Autonoma Valle d'Aosta |
|
Assessorato Agricoltura e Risorse naturali |
|
Dipartimento Agricoltura |
|
Direzione investimenti aziendali e sviluppo zootecnico |
|
Loc. Grande Charrière, 66 |
|
I-11020 Saint-Christophe (Aosta) |
Websajt: http://www.regione.vda.it/gestione/sezioni_web/allegato.asp?pk_allegato=1348
Saint-Christophe
Emanuele DUPONT
Il Coordinatore del Dipartimento Agricoltura
Numru XA: XA 237/08
Stat Membru: L-Italja
Reġjun: Regione Autonoma Valle d'Aosta
Titlu tal-iskema ta' għajnuna: Incentivi per le rassegne e i concorsi zootecnici
Bażi ġuridika: Legge regionale 4 settembre 2001, n. 21 «Disposizioni in materia di allevamento zootecnico e relativi prodotti» e successive modificazioni e integrazioni [in particolare, l'articolo 2, comma 1, lettera e), e comma 1 bis, l'articolo 3 e l'articolo 6 comma 1, lettera b)] e deliberazione della Giunta regionale del 13 giugno 2008, n. 1814 «Precisazioni in merito alla concessione degli incentivi previsti per il settore della zootecnia dalle leggi regionali 4 settembre 2001, n. 21 e 22 aprile 2002, n. 3, e successive modificazioni e integrazioni»
Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema: EUR 280 000
Intensità massima tal-għajnuna: 70 % tal-ispejjeż eliġibbli
Data tal-implimentazzjoni: mill-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tar-rikjesta minn eżenzjoni fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Tul ta' żmien tal-iskema: taħt l-iskema, l-għajnuna tista' tingħata sal-31 ta' Diċembru 2013 u għal sitt xhur minn hemm 'il quddiem
Għan tal-għajnuna: Biex tingħata għajnuna fil-forma ta' inċentivi għall-kompetizzjonijiet u stħarriġ żutekniku biex ikopru l-ispejjeż relatati mal-organizzazzjoni u parteċipazzjoni f'tali avvenimenti.
L-ispejjeż li ġejjin huma eliġibbli:
L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati, ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi u aċċessibli għall-entitajiet eliġibbli kollha fiż-żona involuti fuq bażi ta' kriterji oġġettivament definiti. L-organizzazzjoni ta' dawn l-avvenimenti mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi ma jimplikawx li sħubija f'dawn l-organizzazzjonijiet hija preroga għall-aċċess għas-servizzi, u l-kontribuzzjonijiet ta' dawk li mhux membri għall-ispejjeż amministrattivi tal-assoċjazzjoni jew tal-organizzazzjoni huma limitati għall-ispejjeż tas-servizz ipprovdut.
Referenza għal-leġiżlazzjoni Komunitarja: L-Artikolu 15(1), (2)(d), (3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Jekk jogħġbok innota li l-Artikolu 2(1a) tal-Liġi Nru 21/2001 jagħmel referenza espliċita lill-Artikolu ta' hawn fuq u għall-kundizzjonijiet kollha diġà stabbiliti hemmhekk
Settur(i) konċernat(i): L-ispeċijiet kif imniżżla fil-Liġi Reġjonali Nru 17 tas-26 ta' Marzu 1993 li tistabilixxi reġistru reġjonali tal-bhejjem u tal-farms tal-bhejjem (bovini, ekwini, ħnieżer, nagħaġ u mogħoż u speċijiet oħra ta' bhejjem)
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Regione Autonoma Valle d'Aosta |
|
Assessorato Agricoltura e Risorse naturali |
|
Dipartimento Agricoltura |
|
Direzione investimenti aziendali e sviluppo zootecnico |
|
Loc. Grande Charrière, 66 |
|
I-11020 Saint-Christophe (Aosta) |
Indirizz tal-Internet: http://www.regione.vda.it/gestione/sezioni_web/allegato.asp?pk_allegato=1348
Saint-Christophe
Emanuele DUPONT
Il Coordinatore del Dipartimento Agricoltura
Numru XA: XA 238/08
Stat Membru: L-Italja
Reġjun: Regione Autonoma Valle d'Aosta
Titlu tal-iskema tal-għajnuna: Incentivi per l'effettuazione di controlli sanitari e di qualità sui prodotti della filiera zootecnica
Bażi ġuridika: Legge regionale 22 aprile 2002, n. 3 «Incentivi regionali per l'attuazione degli interventi sanitari a favore del bestiame di interesse zootecnico» e successive modificazioni e integrazioni [in particolare l'articolo 2, comma 1, lettera d), comma 2 e comma 4 bis] e deliberazione della Giunta regionale del 13 giugno 2008, n. 1814 «Precisazioni in merito alla concessione degli incentivi previsti per il settore della zootecnia dalle leggi regionali 4 settembre 2001, n. 21 e 22 aprile 2002, n. 3, e successive modificazioni e integrazioni»
Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema: EUR 800 000
Intensità massima tal-għajnuna: 70 % tal-ispejjeż eliġibbli
Data tal-implimentazzjoni: Mill-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tar-rikjesta għal eżenzjoni fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Tul ta' żmien tal-iskema: Taħt l-iskema, l-għajnuna tista' tingħata sal-31 ta' Diċembru 2013 u għal sitt xhur minn hemm 'il quddiem
Għan tal-għajnuna: Aħna għadna l-ħsieb, permezz tal-inċentivi għall-kontrolli tas-saħħa u tal-kwalità tal-prodotti tas-settur tal-bhejjem, li niggarantixxu t-titjib tal-kwalità tal-prodott u tas-saħħa sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-konsumatur.
Partikolarment, l-inċentivi għandhom jingħataw fil-forma ta' servizzi ssussidjati, ma jinvolvux ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi u għandhom ikunu aċċessibbli għall-entitajiet eliġibbli kollha fiż-żona involuti fuq bażi ta' kriterji oġġettivi. Jekk is-servizzi huma organizzati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, is-sħubija ta' dawn l-organizzazzjonijiet mhijiex preroga għall-aċċess ta' tali servizzi, u l-kontribuzzjonijiet ta' dawk li mhux membri għall-ispejjeż amministrattivi tal-assoċjazzjoni jew tal-organizzazzjoni huma limitati għall-ispejjeż tas-servizz provdut.
L-inċentivi ma jkoprux l-ispejjeż tal-kontrolli mwettqa mill-produtturi nfushom, u lanqas japplikaw fejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja tgħid li l-ispejjeż tal-kontrolli għandhom jiġġarbu mill-produtturi, mingħajr ma jiġi speċifikat il-livell attwali ta' ħlas minfuq. L-għajnuna għandha tingħata biss għall-ispejjeż tas-servizzi provduti minn partijiet terzi u/jew għall-kontrolli mwettqa minn jew f'isem partijiet terzi. L-għajnuna ma tingħatax għall-ispejjeż tal-investiment jew kontrolli ta' rutina fuq il-kwalità tal-ħalib.
L-ispejjeż li jitnisslu mill-ħidmiet li ġejjin huma eliġibbli:
inizjattivi għall-introduzzjoni ta' skemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità, sistemi bbażati fuq l-analiżi tal-periklu u l-punti ta' kontroll kritiku, sistemi ta' traċċabbiltà, sistemi sabiex jiżguraw il-konformità tal-awtentiċità u tal-istandards tal-kummerċ jew ta' sistemi ta' awditjar ambjentali;
spezzjonijiet mandatorji, sakemm il-leġiżlazzjoni Komunitarja tobbliga li tali spejjeż għandhom jiġġarbu mill-bdiewa infushom.
Referenza għal-leġiżlazzjoni Komunitarja: Artikolu 14(1), (2)(b) u (e), (3), (4), (5) u (6) u l-Artikolu 16(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Jekk jogħġbok innota li l-Artikolu 2(4a) tal-Liġi Nru 3/2002 jagħmel referenza espliċita għall-Artikolu ta' hawn fuq u għall-kundizzjonijiet kollha diġà stabbiliti fih
Settur(i) konċernat(i): L-ispeċijiet kif imniżżla fil-Liġi Reġjonali Nru 17 tas-26 ta' Marzu 1993 li tistabbilixxi reġistru reġjonali tal-bhejjem u tal-farms tal-bhejjem (bovini, ekwini, ħnieżer, nagħaġ u mogħoż u speċijiet oħra ta' bhejjem)
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Regione Autonoma Valle d'Aosta |
|
Assessorato Agricoltura e Risorse naturali |
|
Dipartimento Agricoltura |
|
Direzione investimenti aziendali e sviluppo zootecnico |
|
Loc. Grande Charrière, 66 |
|
I-11020 Saint-Christophe (Aosta) |
Indirizz tal-Internet: http://www.regione.vda.it/gestione/sezioni_web/allegato.asp?pk_allegato=1349
Saint-Christophe
Emanuele DUPONT
Il Coordinatore del Dipartimento Agricoltura
Numru XA: XA 239/08
Stat Membru: L-Italja
Reġjun: Regione Autonoma Valle d'Aosta
Titlu tal-iskema tal-għajnuna: Incentivi per la rimozione e la distruzione dei capi deceduti
Bażi ġuridika: Legge regionale 22 aprile 2002, n. 3 «Incentivi regionali per l'attuazione degli interventi sanitari a favore del bestiame di interesse zootecnico» e successive modificazioni e integrazioni [in particolare, l'articolo 2, comma 1, lettera d bis), comma 2 e comma 4 bis] e deliberazione della Giunta regionale del 13 giugno 2008, n. 1814 «Precisazioni in merito alla concessione degli incentivi previsti per il settore della zootecnia dalle leggi regionali 4 settembre 2001, n. 21 e 22 aprile 2002, n. 3, e successive modificazioni e integrazioni»
Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema: EUR 450 000
Intensità massima tal-għajnuna:
|
— |
100 % tal-ispejjeż imġarrba għat-tneħħija tal-istokk mejjet; |
|
— |
75 % tal-ispejjeż għall-qerda tal-karkassi |
Data tal-implimentazzjoni: mill-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tar-rikjesta minn eżenzjoni fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Tul ta' żmien tal-iskema: taħt l-iskema, l-għajnuna tista' tingħata sal-31 ta' Diċembru 2013 u għal sitt xhur minn hemm 'il quddiem
Għan tal-għajnuna: Permezz tal-inċentivi għat-tneħħija u l-qerda ta' stokk mejjet, biex jiġu evitati r-riskji ambjentali u ta' saħħa li ġejjin minn rimi mhux korrett.
L-għajnuna ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi. Hija tingħata lill-assoċjazzjonijiet tar-raħħala li jwettqu t-tneħħija u l-qerda ta' stokk mejjet f'isem farms tal-bhejjem. Fi kliem ieħor, is-servizz għandu jiġi pprovdut lill-produtturi mill-assoċjazzjoni lokali tar-raħħala.
L-ispejjeż li huma marbuta mal-ġbir, mat-trasport u mar-rimi tal-karkassi huma eliġibbli.
Referenza għal-leġiżlazzjoni Komunitarja: L-Artikolu 16(1)(d), (2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Jekk jogħġbok innota li l-Artikolu 2(4a) tal-Liġi Nru 3/2002 jagħmel referenza espliċita lill-Artikolu ta' hawn fuq u għall-kundizzjonijiet kollha diġà stabbiliti hemmhekk
Settur(i) konċernat(i): L-ispeċijiet kif imniżżla fil-Liġi Reġjonali Nru 17 tas-26 ta' Marzu 1993 li tistabilixxi reġistru reġjonali tal-bhejjem u tal-farms tal-bhejjem (bovini, ekwini, ħnieżer, nagħaġ u mogħoż u speċijiet oħra ta' bhejjem)
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Regione Autonoma Valle d'Aosta |
|
Assessorato Agricoltura e Risorse naturali |
|
Dipartimento Agricoltura |
|
Direzione investimenti aziendali e sviluppo zootecnico |
|
Loc. Grande Charrière, 66 |
|
I-11020 Saint-Christophe (Aosta) |
Indirizz tal-Internet: http://www.regione.vda.it/gestione/sezioni_web/allegato.asp?pk_allegato=1349
Saint-Christophe
Emanuele DUPONT
Il Coordinatore del Dipartimento Agricoltura
Numru XA: XA 240/08
Stat Membru: L-Italja
Reġjun: Regione Autonoma Valle d'Aosta
Titlu tal-iskema tal-għajnuna: Incentivi per la tenuta dei libri genealogici e dei registri anagrafici e relativi controlli funzionali
Bażi ġuridika: Legge regionale 4 settembre 2001, n. 21 «Disposizioni in materia di allevamento zootecnico e relativi prodotti» e successive modificazioni e integrazioni [in particolare l'articolo 2, comma 1, lettera a), e comma 1 bis, l'articolo 3 e l'articolo 6, comma 1, lettera a)] e deliberazione della Giunta regionale del 13 giugno 2008, n. 1814 «Precisazioni in merito alla concessione degli incentivi previsti per il settore della zootecnia dalle leggi regionali 4 settembre 2001, n. 21 e 22 aprile 2002, n. 3, e successive modificazioni e integrazioni»
Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema: EUR 1,65 miljun
Intensità massima tal-għajnuna: 100 % tan-nefqa eliġibbli (70 % għall-kontrolli ta' funzjoni)
Data tal-implimentazzjoni: mill-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tar-rikjesta minn eżenzjoni fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Tul ta' żmien tal-iskema: taħt l-iskema, l-għajnuna tista' tingħata sal-31 ta' Diċembru 2013 u għal sitt xhur minn hemm 'il quddiem
Għan tal-għajnuna: Permezz tal-inċentivi għall-manteniment tar-reġistri tal-bhejjem u r-reġistrazzjonijiet u l-kontrolli korrispondenti ta' funzjoni, għall-finanzjament tal-ispejjeż ta' dawn l-attivitajiet, li huma kkunsidrati essenzjali għall-manteniment u l-iżvilupp tat-trobbija tal-bhejjem u t-titjib tar-razzez lokali tar-Reġjun.
L-għajnuna ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.
L-ispejjeż amministrattivi relatati mal-ħolqien u ż-żamma tar-reġistru tal-bhejjem u l-kontrolli korrispondenti ta' funzjoni huma eliġibbli.
Referenza għal-leġiżlazzjoni Komunitarja: L-Artikolu 16(1)(a) u (b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Jekk jogħġbok innota li l-Artikolu 2(1a) tal-Liġi Nru 21/2001 jagħmel referenza espliċita lill-Artikolu ta' hawn fuq u għall-kundizzjonijiet kollha diġà stabbiliti hemmhekk
Settur(i) konċernat(i): L-ispeċijiet kif imniżżla fil-Liġi Reġjonali Nru 17 tas-26 ta' Marzu 1993 li tistabbilixxi reġistru reġjonali tal-bhejjem u tal-farms tal-bhejjem (bovini, ekwini, ħnieżer, nagħaġ u mogħoż u speċijiet oħra ta' bhejjem)
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Regione Autonoma Valle d'Aosta |
|
Assessorato Agricoltura e Risorse naturali |
|
Dipartimento Agricoltura |
|
Direzione investimenti aziendali e sviluppo zootecnico |
|
Loc. Grande Charrière, 66 |
|
I-11020 Saint-Christophe (Aosta) |
Indirizz tal-Internet: http://www.regione.vda.it/gestione/sezioni_web/allegato.asp?pk_allegato=1348
Saint-Christophe
Emanuele DUPONT
Il Coordinatore del Dipartimento Agricoltura
|
29.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 274/6 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
(2008/C 274/03)
Numru XA: XA 250/08
Stat Membru: Spanja
Reġjun: Catalonia
Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tirċievi l-għajnuna: Ayudas para programas de auditoria y asesoramiento de las explotaciones de ovino y caprino
Bażi legali: Orden AAR/…/2008, de …, por la que se aprueban las bases reguladoras de las ayudas para programas de auditoria y asesoramiento de las explotaciones de ovino y caprino, y se convocan las correspondientes al año 2008
In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont globali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: EUR 260 000 għal kull sena ta' kummerċalizzazzjoni fl-2008 u fl-2009
L-intensità massima tal-għajnuna: L-intensità tal-għajnuna hija varjabbli, soġġetta għal limitu ta' 100 %
Data tal-implimentazzjoni: L-Ordni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Generalitat de Cataluña (DOGC).
L-Ordni tkun ippubblikata fid-DOGC fid-data tal-pubblikazzjoni fuq is-sit tal-internet tad-DG AGRI tan-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni pprovduta fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Il-pubblikazzjoni hija mistennija f'Ġunju 2008
Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2009
Għan tal-għajnuna: Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu skont l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
L-Ordni ddaħħal skema ta' għajnuna għal programmi ta' verifika u ta' konsulenza għall-istabbilimenti agrikoli li jrabbu n-nagħaġ u l-mogħoż definiti bħala impriżi żgħar jew ta' daqs medju skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE, bil-għan li ttejjeb il-kundizzjonijiet ta' produzzjoni u ta' saħħa kif ukoll dawk tekniċi-ekonomiċi fl-istabbilimenti agrikoli involuti f'dawn il-programmi.
L-għajnuna għandha tintuża biex tissussidja l-miżati tal-gruppi, tal-kooperattivi, tal-organizzazzjonijiet professjonali u tal-persuni naturali u ġuridiċi li jipprovdu servizzi ta' konsulenza jew ta' verifika lill-produtturi, sabiex dawn tal-aħħar jirċievu għajnuna mhux finanzjarja. Ma jista' jsir l-ebda pagament dirett ta' flus lill-produtturi.
Servizzi ta' konsulenza ssussidjati se jkunu disponibbli għall-produtturi kollha tan-nagħaġ u tal-mogħoż.
Servizzi mogħtija minn grupp produttur jew organizzazzjoni professjonali ma għandhomx ikunu limitati għal membri biss
Settur(i) konċernat(i): Is-setturi tan-nagħaġ u tal mogħoż
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Departamento de Agricultura, Alimentación y Acción Rural |
|
Gran Via de les Corts Catalanes, 612-614 |
|
E-08007 Barcelona |
Indirizz elettroniku: http://www20.gencat.cat/docs/DAR/02 %20DAR_Serveis %20i %20tramits/DAR_01 %20Ajuts %20i %20subvencions/DAR_05 %20Ajus %20pendents %20publicacio/Documents/Fitxers %20estatics/t08154055.pdf
Informazzjoni oħra: —
Numru xa: XA 251/08
Stat membru: Ir-Renju ta' Spanja
Reġjun: Comunidad Autónoma de Canarias
Titlu tal-iskema ta' għajnuna: Subvenciones destinadas a la financiación de los Servicios de Asesoramiento Técnico en Materia de Control Integrado de Plagas en los Cultivos Agrícolas
Bażi ġuridika: Proyecto de Orden de la Consejería de Agricultura, Ganadería, Pesca y Alimentación, por la que se convocan las subvenciones destinadas a la financiación de los Servicios de Asesoramiento Técnico en Materia de Control Integrado de plagas en los Cultivos Agrícolas
Nefqa annwali ppjanat skont l-iskema: Miljun mitejn u tlieta w ħamsin ewro ( EUR 1 253 000)
Intensità massima tal-għajnuna: Skont l-Artikolu 3 tal-abbozz ta' din l-Ordni, l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 tista' tkopri sa 100 % tas-salarji tal-persunal tekniku rreklutat, sa massimu ta' EUR 15 000 kull persuna
Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Tul tal-iskema jew għotja tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2008 jew qabel jekk tintuża kollha l-approprjazzjoni allokata għall-finanzjament tal-għajnuna (EUR 1 253 000).
L-għan tal-għajnuna: Għajnuna għall-forniment ta' assistenza teknika fis-settur agrikolu, biex tkopri l-ispiża tas-servizzi ta' konsulenza pprovduti minn partijiet terzi. L-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
|
(a) |
l-użu tal-mezzi l-aktar xierqa għall-protezzjoni tal-pjanti, inklużi prodotti għas-saħħa tal-pjanti, bil-għan li jinkiseb ħsad ta' kwalità għolja filwaqt li jiġi żgurat l-ogħla rispett għall-ambjent u jitnaqqsu kemm jista' jkun u jiġu razzjonalizzati l-ispejjeż tat-trattament; |
|
(b) |
l-għoti ta' għarfien dwar il-kontroll integrat tal-pesti, b'enfasi partikolari fuq il-kontroll bijoloġiku; |
|
(c) |
l-applikazzjoni tal-istandards Komunitarji ġodda fis-sikurezza tal-ikel u tal-iġene għas-saħħa tal-pjanti u għall-użu sostenibbli tal-pestiċidi; |
|
(d) |
l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha mfassla għat-titjib fis-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema involuti fis-saħħa tal-pjanti u, b'mod partikolari, is-sikurezza ta' dawk li japplikaw il-prodotti tas-saħħa tal-pjanti; |
|
(e) |
it-twettiq ta' studji jew testijiet fuq stabbilimenti 'pilota' għall-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda għall-kontroll tal-pesti; |
|
(f) |
l-istabbiliment ta' programmi ta' saħħa għall-istabbilimenti li jużaw is-servizz, li jistipulaw il-proċeduri kollha għall-kontroll tal-pesti, is-saħħa u s-sikurezza u l-kwalità tal-prodott. |
L-għajnuna tista' tkopri sa 100 % tas-salarji tal-persunal tekniku rreklutat, sa massimu ta' EUR 15 000 għal kull persuna.
Is-sħubija tal-organizzazzjonijiet benefiċjarji m'għandhiex tkun kundizzjoni għall-aċċess għas-servizz u l-kontribut min-naħa ta' dawk li mhumiex membri għall-ispejjeż amministrattivi għandu jkun limitat għall-ispejjeż proporzjonali għall-forniment tas-servizz
Is-settur(i) konċernat(i): Skont ir-Regola 2(1) tal-abbozz tal-Ordni, l-għajnuna titħallas direttament lil persuni naturali u legali, lill-awtoritajiet lokali fil-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer tal-Kanarji jew lil kull entità oħra speċifikata fl-Artikolu 11(3) tal-Liġi Nru 38/2003 tas-17 ta' Novembru 2003 li jistipula r-regoli ġenerali dwar għajnuna għall-forniment tas-servizzi ta' konsulenza teknika previsti fl-Arikolu 1(2) tal-abbozz tal-Ordni, lil impriżi żgħar u ta' daqs medju involuti fil-produzzjoni agrikola li skont ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006, jitqiesu bħala l-benefiċjarji finali tal-għajnuna, sakemm, f'konformità mal-Artikolu 15 ta' dak ir-Regolament, l-għajnuna tinkiseb f'forma li mhix finanzjarja permezz ta' servizzi ssussidjati u sakemm jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta' Jannar 2001 (ĠU L 10, 13.1.2001)
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Consejería de Agricultura, Ganadería, Pesca y Alimentación (Dirección General de Agricultura) |
|
Edificio Usos Múltiples II |
|
Avda. José Manuel Guimerá, 8, 3a planta |
|
E-38071 Santa Cruz de Tenerife |
Indirizz elettroniku: http://www.gobiernodecanarias.org/agricultura/otros/reglamento_CE_pymes.htm
Tagħrif ieħor: —
Las Palmas de Gran Canaria, it-2 ta' Ġunju 2008
Ildefonso Socorro Quevedo
Director General de Asuntos Económicos con la Unión Europea
Numru XA: XA 252/08
Stat Membru: Spanja
Reġjun: Galicia
Titlu tal-iskema ta' għajnuna: Ayudas para la compra de ganado bovino, ovino y caprino que tenga por objeto la reposición de las reses como consecuencia del sacrificio obligatorio en ejecución de los programas de control y erradicación de enfermedades de los animales
Bażi legali: Orden … de …, por la que se establecen las bases reguladoras de las ayudas para la compra de ganado bovino, ovino y caprino que tenga por objeto la reposición de las reses como consecuencia del sacrificio obligatorio en ejecución de los programas de control y erradicación de enfermedades de los animales
Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema: EUR 440 000
Intensità massima tal-għajnuna: Id-differenza bejn l-ammont tal-kumpens u l-prezz tax-xiri
Data tal-implimentazzjoni: L-1 ta' Jannar 2008
Tul taż-żmien tal-iskema: Sal-31 ta' Diċembru 2013
Għan tal-għajnuna: Ir-regoli fis-seħħ bħalissa jirrikonoxxu espressament id-dritt tal-proprjetarji għall-kumpens minħabba t-telf li rriżulta mill-qtil tal-annimali iżda l-metodi li jintużaw preżentement għall-valutazzjoni tal-annimali ma jroddux kumpens biżżejjed biex ikopri t-telf finanzjarju attwalment imġarrab.
Għaldaqstant, hija meħtieġa għajnuna li tiffaċilita s-sostituzzjoni tal-annimali li ġew maqtula b'mod obbligatorju fejn kumpens għall-qtil obbligatorju ma jkunx biżżejjed biex ikopri ix-xiri ta' annimali ġodda simili għal dawk li nqatlu u li jipprekludi s-sostituzzjoni attwali.
L-iskema hija konformi mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857, li jiddikkjara li għajnuna kumpensatorja lill-bdiewa għat-telf ikkaġunat mill-mard tal-annimali hija kompatibbli mas-suq komuni
Settur(i) konċernat(i): Il-produzzjoni tal-annimali
Isem u Indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna: Xunta de Galicia. Consellería de Medio Rural
Dirección General de Producción Industrias y Calidad Agroalimentaria
Indirizz elettroniku: http://mediorural.xunta.es/externos/borrador_orde_reposicion_2008.pdf
Tagħrif ieħor: Posta elettronika:
dxpica.mediorural@xunta.es
Maria.soledad.castro.diaz@xunta.es
Il-Ministru reġjonali
pp (Ordni tat-12 ta' Awwissu 2005)
O Secretario Xeral
Alberte Souto Souto
Numru XA: XA 253/08
Stat Membru: L-Italja
Reġjun: Piemonte
Titolu tal-iskema tal-għajnuna: Programma di meccanizzazione agricola
Bażi ġuridika: Articolo 10 della legge regionale 23 maggio 2008, n. 12
Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu tal-iskema: EUR 4 000 000
Bil-għan li jiġi rrispettat il-limitu stipulat mill-patt tal-istabbiltà, in-nefqa annwali tnaqqset b'dan il-mod: EUR 2 000 000 għas-sena 2008, EUR 3 000 000 għas-sena 2009 u EUR 3 000 000 għas-sena 2010
Intensità massima tal-għajnuna:: kontribut għall-ħlas tal-interessi fuq is-self fuq perjodu ta' ħames snin, mogħti bħala skont, li l-ammont kapitali ekwivalenti tiegħu ma jistax jaqbeż l-40 % tal-ispejjeż eliġibbli
Data tal-implimentazzjoni: mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Tul ta' żmien tal-iskema: Sad-data tal-31 ta' Diċembru 2010, is-sena tal-aħħar pagament previst fil-baġit multiannwali tal-2008-2010 għall-finanzjament ta' dan il-programm
Għan tal-għajnuna: b'applikazzjoni tal-Artikolu 4(4)(b) tar-Regolament huwa previst li jingħata kontribut għall-ħlas tal-interessi fuq self fuq perjdou ta' ħames snin għall-akkwist ta' magni u tagħmir għall-iskopijiet li ġejjin:
tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni,
titjib u konverżjoni tal-produzzjoni,
titjib fil-kwalità,
protezzjoni u titjib tal-ambjent naturali jew tal-kundizzjonijiet tal-iġene u tal-benessri tal-annimali
Settur(i) konċernat(i): Is-setturi kollha tal-produzzjoni fl-agrikoltura
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Regione Piemonte Direzione Agricoltura |
|
Corso Stati Uniti, 21 |
|
I-10129 Torino |
Sit elettroniku: http://arianna.consiglioregionale.piemonte.it/ariaint/TESTO?LAYOUT=PRESENTAZIONE&TIPODOC=LEGGI&LEGGE=12&LEGGEANNO=2008
Tagħrif ieħor: Il-provinċji tal-Pjemonte se jkunu responsabbli għat-tmexxija tal-investigazzjoijiet u għall-kontrolli tal-akkwisti. Ir-riżorsi finanzjarji reġjonali se jintużaw u jitqassmu mid-Direzione Agricoltura dell'Assessorato Agricoltura, Tutela della Fauna e della Flora tar-Reġjun tal-Pjemonte
Numru XA: XA 254/08
Stat Membru: Franza
Reġjun: Département du Puy-de-Dôme
Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Lutte contre certaines maladies contagieuses animales et autres actions sanitaires spécifiques
Bażi ġuridika:
|
— |
L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 |
|
— |
articles L 1511-1 et suivants et articles L 3231-1 et suivants du code général des collectivités territoriales |
|
— |
délibération du 14 décembre 2007 et projet de délibération du 29 avril 2008 du Conseil général du Puy-de-Dôme |
Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema: EUR 500 000
Intensità massima tal-għajnuna: Konformi mal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, jiġifieri, 100 %
Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni
Tul tal-iskema jew għoti tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013
Għan tal-għajnuna: L-għajnuna hija bbażata fuq l-Artikolu 10(1) u (4) sa (8) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Tgħin fis-sostenn tad-dmirijiet tad-dipratiment fir-rigward tas-sorveljanza epidemoloġika u l-ħarsien tal-ambjent (attivitajiet obbligatorji). L-introduzzjoni ta' din il-politika agrikola se tgħin biex tiggarantixxi saħħa pubblika aħjar billi ttejjeb is-saħħa tal-ifrat, tan-nagħaġ, tal-mogħoż, tal-ħnieżer u tal-popolazzjonijiet tan-naħal permezz ta' skrining ta' mard:
skrining għall-kawżi ta' abbort fl-annimali li jinxtarru (għal dak il-mard biss imdaħħal fl-elenku tal-OIE jew fl-Anness tad-Deċiżjoni 90/42/KEE),
analiżijiet konnessi ma' pjan ta' kontroll tal-mard mukożju,
analiżijiet konnessi ma' pjan kontra l-paratuberkulożi,
analiżijiet konnessi mal-iskrining għall-bruċellożi fl-annimali li jinxtarru ż-żgħar,
analiżijiet konnessi mal-iskrining għar-rhinotracheitis tal-bovini li jittieħed,
għajnuna għax-xiri ta' prodotti kontra l-varroa-mite, u t-twettiq ta' analiżijiet sporadiċi tas-saħħa fuq il-ġarer tan-naħal,
awtopsija, analiżi batterjoloġika, analiżi tad-deċerebrazzjoni,
ġbir ta' skart veterinarju (tisħiħ tas-sigurtà fil-katina tar-riċiklaġġ għal skart infettiv prodott mill-bdiewa, li jrabbu l-annimali, waqt l-attività professjonali tagħhom).
Ma tingħata l-ebda għajnuna lill-bdiewa nfushom. Minflok tingħata lill-organizzazzjonijiet inkarigati bir-responsabbiltà li jwettqu l-operazzjonijiet issussidjati msemmija. Għandu jiġi żgurat li l-bdiewa jibbenefikaw minn dawn is-sussidji biss dment li l-farm tagħhom jikkonforma mal-kriterji Komunitarji għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) Suġġetta għal din il-kundizzjoni, l-għajnuna se tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati disponibbli għall-bdiewa kollha li jrabbu l-annimali kemm jekk jagħmlu sehem minn organizzazzjoni ta' produtturi kif ukoll jekk minn xi struttura oħra
Settur(i) konċernat(i): Is-settur tat-trobbija tal-ifrat, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tal-ħnieżer u s-settur tat-trobbija tan-naħal
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Conseil général du Puy-de-Dôme |
|
24, rue Saint Esprit |
|
F-63033 Clermont-Ferrand Cedex 1 |
Sit tal-internet: http://deliberations.cg63.fr/NetelibInternetDocs/ConseilGeneral/2008/04/29/Deliberation/T010M.pdf
http://deliberations.cg63.fr/NetelibInternetDocs/ConseilGeneral/2008/04/29/Annexestandardword/F010M.pdf
|
29.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 274/10 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
(2008/C 274/04)
Numru XA: XA 255/08
Stat Membru: L-Italja
Titlu tal-iskema ta' għajnuna: Decreto ministeriale disciplinante la concessione di aiuti a favore delle forme associate delle organizzazioni di produttori (Organizzazioni Comuni) di nuova costituzione e riconosciute, ai sensi del decreto legislativo n. 102 del 27 maggio 2005, per la copertura delle spese sostenute per la costituzione e l'avviamento
Bażi ġuridika: Decreto legislativo 27 maggio 2005, n. 102, recante “Regolazioni dei mercati agroalimentari, a norma dell'articolo 1, comma 2, lettera e), della legge 7 marzo 2003, n. 38”
Ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-Artikolu 9 (2): għajnuna għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi
Nefqa annwali ppjanata: L-ammont għas-sena finanzjarja 2008 huwa ekwivalenti għal madwar EUR 400 000
L-ispejjeż eliġibbli huma dawn li ġejjin:
|
(a) |
xiri ta' tagħmir għall-uffiċċju (kalkjulejters, fotokopijers, tajprajters, eċċ; |
|
(b) |
xiri ta' kompjuters (ħardwer u softwer); |
|
(a) |
spejjeż tan-nutar u spejjeż oħra mġarrba minħabba l-att tal-kostituzzjoni, spejjeż ta' reġistrazzjoni fil-qorti u spejjeż għall-awtentifikar tal-kotba soċjali (anke għas-snin sussegwenti); |
|
(a) |
spejjeż tal-posta u tat-telekomunikazzjoni tal-Organizzazjonijiet tas-Suq Komuni; |
|
(b) |
spejjeż tal-missjonijiet; Il-kontribut relatat mal-ispejjeż imġarrba fuq missjonijiet min-naħa tal-persunal tekniku jiġi rikonoxxut fuq bażi ta' rata fissa skont il-parametri li ġejjin:
|
Intensità massima tal-għajnuna: L-applikazzjoni tal-għajnuna hija skont kif stipulata fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Il-kontributi jingħataw għal perjodu ta' ħames snin għal-limiti massimi ta' 100 %, 80 %, 60 %, 40 % u 20 % tal-ispejjeż attwali mġarrba għall-kostituzzjoni u tal-bidu, kkunsidrati bħala eliġibbli fl-ewwel sena u fl-erba' snin ta' wara r-rikonoxximent legali, sal-ħames sena.
L-ammont totali tal-għajnuna li jista' jingħata lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi ma jistax jaqbeż EUR 400 000fil-perjodu ta' ħames snin ta' wara r-rikonoxximent.
Data tal-implimentazzjoni: Id-digriet għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Italja
Tul ta' żmien tal-iskema: 5 snin
Għan tal-għajnuna: Għajnuna għall-bidu tal-kostituzzjoni ta' tipi ta' assoċjazzjonijiet organizzattivi ta' produtturi (ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-Artikolu 9(2): għajuna għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi.
Settur konċernat: Is-settur agrikolu kollu
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Ministero delle politiche agricole alimentari e forestali |
|
Dipartimento delle Politiche di Sviluppo Economico e Rurale |
|
Direzione Generale dello sviluppo agroalimentare, qualità e tutela del consumatore |
|
Via XX Settembre n. 20 |
|
I-00187 Roma |
Sit tal-Internet: http://www.politicheagricole.it navigando nella sezione “Sviluppo rurale e infrastrutture” — sottosezione “Aiuti di Stato” — “Disposizioni nazionali”.
Dr. Giuseppe BLASI
Il Direttore Generale
Numru XA: XA 256/08
Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Reġjun: Območje občine Mokronog–Trebelno
Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Sofinanciranje programov na področju kmetijstva občine Mokronog–Trebelno
Bażi Ġuridika: Pravilnik o sofinanciranju programov na področju kmetijstva v Občini Mokronog-Trebelno za programsko obdobje 2008–2013
Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont globali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:
|
|
2008: EUR 23 500 |
|
|
2009: EUR 25 700 |
|
|
2010: EUR 25 700 |
|
|
2011: EUR 30 000 |
|
|
2012: EUR 30 000 |
|
|
2013: EUR 31 000 |
Intensità massima tal-għajnuna:
1. Investiment f'azjendi agrikoli:
|
(a) |
Sa 40 % tal-ispejjeż eliġibbli għall-investiment. L-għan tal-għajnuna huwa li jsir investiment għar-rinovazzjoni u għat-titjib tal-bini tal-farms, biex jinxtara tagħmir biex jintuża għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti u għat-titjib tal-art agrikola. |
2. Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid tal-art:
|
(a) |
sa 100 % tal-ispejjeż legali u amministrattivi mġarrba attwalment. |
3. Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums tal-assigurazzjoni:
|
(a) |
L-ammont ikkofinanzjat mill-muniċipalità jikkonsisti mid-differenza bejn il-kofinanzjament tal-primjums tal-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u l-limitu fuq is-sussidju (sa 50 %) li japplika għall-ispejjeż eliġibbli tal-primjums tal-assigurazzjoni għal uċuħ, frott u f'każijiet ta' mard fost l-annimali. |
4. Forniment tal-appoġġ tekniku:
|
(a) |
Sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa, għas-servizzi ta' konsulenza u għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, it-tixrid ta' sejbiet xjentifiċi, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts. L-għajnuna tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi |
Data tal-implimentazzjoni: Lulju 2008 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma tiġi ppubblikata sinteżi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)
Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31.12.2013
Għan tal-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs
Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II tal-Abbozz Pravilnik o sofinanciranju programov na področju kmetijstva v Občini Mokronog-Trebelno za programsko obdobje 2008 — 2013 [Regoli dwar il-kofinanzjament ta' programmi għall-iżvilupp agrikolu fil-muniċipalità ta' Mokronog-Trebelno matul il-perjodu ta' programmar 2008 — 2013] jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3) [Titlu mhux uffiċjali]:
l-Artikolu 4: investiment f'azjendi agrikoli,
l-Artikolu 13: għajnuna għat-tqassim mill-ġdid tal-art,
l-Artikolu 12: għajnuna għall-ħlasijiet tal-primjums tal-assigurazzjoni,
l-Artikolu 15: forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu
Settur(i) konċernat(i): L-agrikoltura
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Občina Mokronog–Trebelno |
|
Pod gradom 2 |
|
SLO-8230 Mokronog |
Indirizz elettroniku: http://www.uradni-list.si/1/objava.jsp?urlid=200862&objava=2673
Tagħrif ieħor: Il-miżura relatata mal-ħlas ta' primjums tal-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet avversi tat-temp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.
Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel ma tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza tal-għajnuna)
Mojca PEKOLJ
Direktorica občinske uprave
Numru XA: XA 257/08
Stat Membru: Franza
Reġjun: Rhône-Alpes
Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Assistance technique dans le cadre de la reprise des exploitations
Bażi ġuridika: L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Délibérations du Conseil régional no 07.05.918 des 29 et 30 novembre 2007 et no 08.05.371 du 29 mai 2008
Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont globali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-impriża benefiċjarja: EUR 2 900 000
Intensità massima tal-għajnuna: Ġaladarba jiġi ppruvat permezz ta' awto-dijanjożi li l-proġett tagħhom li twettaq huwa matur, l-implimentaturi tal-proġett jkunu jistgħu jirċievu għajnuna teknika biex jgħinuhom jimplimentaw u sussegwentement jimmonitorjaw il-proġetti li qegħdin imexxu.
L-għajnuna għandha tinkludi:
Dawn is-servizzi għandhom jiġu pprovduti mill-organizzazzjonijiet agrikoli, li lilhom titħallas l-għajnuna pubblika. L-implimentaturi tal-proġett għandhom jirċievu din l-għajnuna
Data tal-implimentazzjoni: Mill-1 ta' Lulju 2008 'l quddiem, suġġett għall-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tar-rikjesta minn eżenzjoni fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013
Għan tal-għajnuna: L-għajnuna fil-forma ta' għajnuna teknika għandha tingħata skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u għandha tkun f'pożizzjoni biex tagħmel possibbli t-teħid tal-kontroll ta' impriżi tar-reġjun biex jiġu assistiti u inkorraġiti billi l-interessati jingħataw l-għajnuna l-pariri t-tajbagħall-proġett tagħhom. B'din l-għajnuna reġjonali, dawk li jixtiequ jieħdu f'idejhom l-impriżi għandhom ikollhom aċċess għal pariri ta' kwalità u medda sħiħa ta' miżuri ta' għajnuna biex jgħinuhom jiżviluppaw, jistrutturaw u jikkalkulaw il-figuri għall-proġett tagħhom, li jsegwi b'monitoraġġ kontinwu biex jipprovdi l-aħjar ċans ta' suċċess għalihom infushom u għall-komunità lokali
Is-settur(i) konċernat(i): L-SMEs agrikoli kollha tar-Reġjun ta' Rhône-Alpes
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Monsieur le Président du Conseil Régional Rhône-Alpes |
|
Direction de l'agriculture et du développement rural |
|
Service Agriculture |
|
78, route de Paris |
|
F-69751 Charbonnières les Bains Cedex |
Indirizz tal-internet: http://www.rhonealpes.fr/TPL_CODE/TPL_AIDE/PAR_TPL_IDENTIFIANT/270/PAG_TITLE/Accompagnement+au+Parcours+Installation+en+Agriculture/ID_AIDESDOMAINEMDL/3/ID_AIDESPROFILMDL//RETURN/1/18-les-aides-de-la-region.htm
Numru XA: XA 259/08
Stat Membru: Spanja
Reġjun: —
Titolu tal-iskema: Ayudas para la mejora de la capacidad técnica de gestión de subproductos de origen animal no destinados al consumo humano
Bażi ġuridika: Real Decreto por el que se establecen las bases reguladoras de las ayudas destinadas a las explotaciones ganaderas, las industrias agroalimentarias y establecimientos de gestión de subproductos para la mejora de la capacidad técnica de gestión de subproductos de origen animal
Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu tal-iskema: EUR 6 miljun fis-sena, kif ipprovdut fil-Baġit Ġenerali tal-Istat
Intensità massima tal-għajnuna: L-ammont totali massimu għal kull benefiċjarju ma għandux jaqbeż is-EUR 6 000, u ma għandu jaqbeż lanqas il-75 % tal-investimenti eliġibbli għas-sussidju fir-reġjuni żvantaġġati jew fiż-żoni indikati fl-Artikolu 36(a)(i), (ii) u (iii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, jew is-60 % tal-investimenti msemmija fir-reġjuni l-oħra.
Jekk it-total tas-sussidji jirrappreżenta intensità tal-għajnuna akbar mill-ammonti massimi stipulati fir-Real Decreto jew fir-regolamenti tal-Istat jew Komunitarji fis-seħħ, għandu jitnaqqas sal-limitu msemmi. B'mod speċifiku, dawn l-għajnuniet huma skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006
Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tal-identifikazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni
Tul ta' żmien tal-iskema: Sal-2009, bil-possibbiltà ta' estensjoni fuq bażi annwali, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Baġit Ġenerali tal-Istat, iżda sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2013.
Għan ta' l-għajnuna: It-titjib tal-kapaċità ta' ġestjoni tal-prodotti sekondarji, u t-tħaffif tal-klassifikazzjoni xierqa fl-oriġini tad-diversi prodotti sekondarji ġenerati mit-trobbija tal-bhejjem, bil-għan li jittejbu l-kundizzjonijiet tal-ġestjoni tal-prodotti sekondarji, filwaqt li tiġi garantita l-ħarsien tas-saħħa tal-annimali u tal-ambjent.
L-għajnuna tingħata skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
L-attivitajiet eliġibbli għall-finanzjament huma dawn li ġejjin:
Settur benefiċjarju: It-trobbija tal-bhejjem (billi l-iskema ta' għajnuna tirrigwarda l-ġenerazzjoni ta' prodotti sekondarji li joriġinaw mill-annimali, tkopri s-setturi kollha tat-trobbija tal-bhejjem)
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Ministerio de Medio Ambiente y Medio Rural y Marino |
|
Dirección General de Recursos Agrícolas y Ganaderos |
|
Subdirección General de Mercados Exteriores y Producciones Porcina, Avícola y Otras. C/ Alfonso XII, 62 — 5a planta E |
|
E-28071 Madrid |
Indirizz tal-internet: http://www.sandach.com.es/Documentos/PROYECTO %20RD %20AYUDAS %20SANDACH %20FINAL.doc
Tagħrif ieħor: —
Numru XA: XA 261/08
Stat membru: Spanja
Reġjun: Comunidad Valenciana
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ayudas a la suscripción de seguros agrarios del Plan Anual de Seguros Agrarios Combinados
Bażi ġuridika: Fir-rigward ta' kwistjonijiet tekniċi tapplika l-leġiżlazzjoni li ġejja:
Directrices Comunitarias sobre ayudas estatales al sector agrario y forestal (2007/2013) 2006/C 319/2001;
La Ley 87/1978 de 28 de diciembre de Seguros Agrarios Combinados y el Real Decreto 2329/1979 de 14 de septiembre por el que se aprueba el Reglamento de desarrollo; La Ley 5/1983, de 30 de diciembre, del Consell; el Decreto Legislativo de 26 de junio de 1991 por el que se aprueba el Texto Refundido de la Ley de Hacienda Pública de la Generalitat; la Ley 38/2003 de 17 de noviembre, General de Subvenciones y el Real Decreto 887/2006 de 21 de julio por el que se aprueba el Reglamento de la Ley de Subvenciones
Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu tal-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 32 000 000 għas-sejħa għall-proposti tal-2008
Intensità massima tal-għajnuna: Il-perċentwali stipulati fil-Linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuniet mill-Istat lis-settur agrikolu 2007-2013, kif ukoll fl-Artikoli 12 u 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju għall-produzzjoni agrikola
Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni
Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: Il-perjodu stipulat fil-Linji gwida tal-Komunità 2007/2013 dwar l-għajnuniet mill-Istat lis-settur agrikolu u tal-forestrija
Għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna huwa li tiffavorixxi l-implimentazzjoni tal-assigurazzjoni agrikola inkluża fil-Pjan Nazzjonali ta' Assigurazzjoni Agrikola Kombinata fit-territorju tal-Comunitat Valenciana.
L-għajnuniet għall-assigurazzjoni agrikola huma koperti mill-Artikoli 12 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
L-ispejjeż eliġibbli jikkorrispondu għall-ħlas ta' parti mill-primjum tal-assigurazzjoni maħsuba għall-protezzjoni kontra l-ħsarat u telf ieħor li jsiru minħabba fenomeni klimatiċi ħżiena li jistgħu jiġu kklassifikati bħala diżastri naturali, kontra telf li jsir minħabba infestazzjonijiet ta' parassiti u mard, kif ukoll għat-tneħħija u l-qerda tal-bhejjem mejtin
Settur jew setturi benefiċjarji: Persuni fiżiċi jew ġuridiċi, u komunitajiet ta' proprjetà li jistgħu jitqiesu bħala impriża żgħira jew ta' daqs medju skont id-definizzjoni mogħtija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 70/2001
Isem u indirizz tal-entità li tagħti l-għajnuna:
|
Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación |
|
C/ Amadeo de Saboya, no 2 |
|
E-46010 Valencia |
Indirizz tal-internet: http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/Orden %20seguros %20agrarios.pdf
Tagħrif ieħor: —
Valencia, it-30 ta’ Ġunju 2008
Direttur Ġenerali għall-Produzzjoni Agrikola
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Kummissjoni
|
29.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 274/15 |
Operar ta' servizzi tal-ajru regolari bejn Ajaccio, Bastia, Calvi u Figari, minn naħa, u Marseille, Nice u Pariġi (Orly), min-naħa l-oħra
Sejħa pubblika għall-offerti mnedija minn Franza skont l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 rigward delega ta' servizz pubbliku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 274/05)
1. Daħla: Franza, f'konformità mad-deċiżjonijiet tal-Kollettività Territorjali ta' Korsika tad-19 ta' Ġunju 2008 u tad-9 ta' Ottubru 2008, irrevediet, mid-29 ta' Marzu 2009, l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq ċerti servizzi tal-ajru regolari operati minn Korsika skont l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar l-aċċess għall-operaturi tat-trasport bl-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji. L-istandards mitluba minn dawn l-obbligi ta' servizz pubbliku ġodda ġew ippubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 273 tat-28.10.2008.
Is-sejħiet għall-offerti jsiru separatament għal kull waħda minn dawn ir-rotot li ġejjin:
Ajaccio-Paris (Orly),
Ajaccio-Marseille,
Ajaccio-Nice,
Bastia-Paris (Orly),
Bastia-Marseille,
Bastia-Nice,
Calvi-Paris (Orly),
Calvi-Marseille,
Calvi-Nice,
Figari-Paris (Orly),
Figari-Marseille,
Figari-Nice.
Sakemm fit-28 ta' Frar 2009 l-ebda operatur tat-trasport bl-ajru ma jkun diġà beda jew wasal biex jibda jopera s-servizzi tal-ajru regolari skont l-obbligi ta' servizz pubbliku li ġew imposti u mingħajr it-talba ta' kumpens finanzjarju, fil-qafas tal-proċedura provduta fl-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92, Franza ddeċidiet li tillimita l-aċċess għal kull waħda minn dawn ir-rotot għal operatur wieħed tat-trasport bl-ajru, u li, wara sejħa għall-offerti, tagħti d-dritt li jopera dawn is-servizzi tal-ajru mid-29 ta' Marzu 2009.
Dawk li japplikaw jistgħu jitfgħu offerti għal servizzi fuq aktar minn waħda mir-rotot imsemmija hawn fuq, b'mod partikolari jekk dan ikollu l-effett li jnaqqas il-kumpens globali li jintalab.
Madankollu, dawk li japplikaw iridu juru biċ-ċar, għal kull rotta, l-ammont mitlub b'kumpens, li jista' jkun immodifikat skond il-possibilitajiet differenti tal-għażla tal-offerta tagħhom, (fil-każ li tintgħażel biss parti waħda mir-rotot li dwarhom ikunu ressqu l-offerta tagħhom).
2. Is-suġġett ta' kull waħda minn dawn is-sejħiet għall-offerti: Għal kull waħda mir-rotot imsemmija fil-paragrafu 1, il-qadi ta' servizzi tal-ajru regolari mid-29 ta' Marzu 2009, skont l-obbligi tas-servizz pubbliku imposti, hekk kif ġew ippubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 273 tat-28.10.2008.
3. Il-parteċipazzjoni fis-sejħiet għall-offerti: Is-sejħa hija miftuħa għall-operaturi tat-trasport bl-ajru tal-Komunità kollha illi għandhom liċenzja tal-operat valida maħruġa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992, rigward il-liċenzji tal-operaturi tat-trasport bl-ajru.
4. Il-proċedura tas-sejħa għall-offerti: Kull waħda mis-sejħiet għall-offerti hija soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-punti (d), (e), (f), (g), (h) u (i) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92.
5. Il-fajl tas-sejħa għall-offerti: Il-fajl komplut tas-sejħa għall-offerti, li fih il-mudell tal-konvenzjoni tad-delegazzjoni ta' servizz pubbliku kif ukoll ir-regolament poartikulari dwar is-sejħa għall-offerti, jista' jinkiseb b'xejn mill-:
Office des transports de la Corse
19, avenue Georges Pompidou
Quartier Saint-Joseph
BP 501
F-20186 Ajaccio Cedex
posta elettronika: evelyne.mariani@otc-corse.fr.
6. Kumpens finanzjarju: L-offerti mressqa mill-applikanti għandu jkollhom is-somma mitluba għall-kumpens biex jiġu operati r-rotot kollha mid-29 ta' Marzu 2009 sa lejlet il-bidu tal-istaġun ajronawtiku tal-IATA tas-sajf 2012, bi tliet prospetti ta' kontijiet li jkollhom perjodu ta' tnax-il xahar kif ġej: Mid-29 ta' Marzu 2009 sa lejlet l-istaġun ajronawtiku tas-sajf 2010, mill-ewwel jum tal-istaġun ajronawtiku tas-sajf 2010 sa lejlet tal-istaġun ajronawtiku tas-sajf 2011, mill-ewwel jum tal-istaġun ajronawtiku tas-sajf 2011 sa lejlet l-istaġun ajronawtiku tas-sajf 2012.
It-total eżatt tal-kumpens li finalment jiġi miftiehem jiġi determinat, kull sena, ''ex-post'', bid-dokumenti ta' ġustifikazzjoni, fuq il-bażi tal-infiq u tad-dħul effettivi tas-servizz fil-limitu tat-total li jkun deher fl-offerta, meta dan tal-aħħar ma jistax jaqbeż, għal kull rotta, ir-riżultat ta' kalkolu fuq il-bażi ta' total massimu unitarju għal kull passiġġier li jħallas:
EUR 27,00 għar-rotot bejn Pariġi (Orly) u l-ajruporti ta' Korsika,
EUR 25,50 għar-rotot bejn Marseille u Ajaccio u Bastia,
EUR 48,50 għar-rotot bejn Nice u Ajaccio, Bastia u Figari,
EUR 53,50 għar-rotot bejn Marseille u Calvi u Figari,
EUR 68,50 għar-rotot bejn Nice u Calvi.
7. Tariffi: L-offerti mressqa mill-applikanti jippreċiżaw it-tariffi previsti li jridu jkunu skont l-obbligi ta' servizz pubbliku ppubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 273 tat-28.10.2008.
8. It-tul u l-emenda tal-kuntratt: Il-kuntratt jibda fid-29 ta' Marzu 2009. Huwa jintemm mhux iktar tard minn jum qabel il-bidu tal-istaġun ajronawtiku tal-IATA tas-sajf 2012. It-twettiq tal-kuntratt jiġi eżaminat fis-sena b'arranġament mal-operatur tat-trasport bl-ajru matul ix-xahrejn wara d-data li fiha nbdiet l-operazzjoni.
Il-kuntratt ma jistax jiġi modifikat ħlief skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ppubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 273 tat-28.10.2008. Kwalunkwe modifika tal-kuntratt għandha tiġi reġistrata f'anness.
9. Nuqqas ta' konformità mal-kuntratt: L-operatur tat-trasport bl-ajru huwa responsabbli mit-twettiq bl-aħjar mod tal-obbligi tal-kuntratt.
F'każ li l-kuntratt ma jitwettaqx jew jitwettaq ħażin, għal raġunijiet li mhumiex force majeure, jiġifieri ċirkostanzi li l-operatur tat-trasport bl-ajru ma jafx bihom, li mhumiex normali u lanqas mistennija u li ma setgħux jiġu evitati minkejja l-prekawzjonijiet li ttieħdu, il-kuntratt jista' jiġi terminat bla avviż mill-Uffiċju tat-trasport ta' Korsika.
In-nuqqas tat-twettiq jew it-twettiq ħażin tal-kuntratt jista' jagħti lok għal rimborż tad-danni kkawżati minħabba l-preġudizzju li tkun ġarrbet il-komunità insulari. L-evalwazzjoni ta' dan taqa' f'idejn il-ġurisdizzjoni kompetenti.
Ladarba ssir l-azzjoni eventwali fejn jitħallsu d-danni, kwalunkwe interruzzjoni jew twettiq ħażin tas-servizzi jagħtu lok għal reviżjoni tal-ammont totali tal-kumpens finanzjarju bil-proporzjon tal-kapaċitajiet nieqsa.
10. Preżentazzjoni tal-offerti: L-offerti jridu jaslu bl-għoti tal-irċevuta qabel il-17:00 (ħin lokali) fl-indirizz li ġej:
Office des Transports de la Corse
19, avenue Georges Pompidou
Quartier Saint-Joseph
F-20000 Ajaccio
sa mhux iktar tard minn sitt ġimgħat wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' din is-sejħa għall-offerti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
11. Il-validità tas-sejħa għall-offerti: F'konformità ma' dak li jidher fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92, il-validità ta' kull sejħa għall-offerti hija soġġetta għall-kundizzjoni li l-ebda operatur tat-trasport bl-ajru tal-Komunità ma jippreżenta, qabel id-29 ta' Frar 2009 (fid-dawl li jingħata żmien raġjonevoli ta' xahar) programm ta' operazzjoni fuq ir-rotta kkonċernata li jibda mid-29 ta' Marzu 2009 u li jikkonforma mal-obbligi tas-servizz pubbliku imposti, bla ebda kumpens finanzjarju u mingħajr ma jintalab li l-aċċess għal din ir-rotta jkun limitat għal operatur tat-trasport wieħed biss.
Nota bene: Fi żmien xahrejn jistgħu jitressqu l-appelli quddiem it-tribunal amministrattiv ta' Bastia kontra l-atti fir-rigward tas-sejħa għall-offerti, inklużi d-deċiżjonijiet biex ma jintlaqgħux l-offerti kif ukoll il-kuntratti tal-konċessjonijiet tas-servizz pubbliku. Quddiem dan l-istess tribunal jistgħu jitressqu wkoll azzjonijiet prekuntrattwali mill-bidu tal-proċedura tal-konklużjoni tal-ftehimiet sal-mument tal-iffirmar. L-informazzjoni rigward l-introduzzjoni ta' dawn l-azzjonijiet tista' tinkiseb minn:
|
Tribunal administratif de Bastia |
|
Villa Montepiano |
|
F-20407 Bastia Cedex |
|
Tel. (33) 495 32 88 66 |
|
Feks (33) 495 32 38 55 |
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Kummissjoni
|
29.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 274/17 |
Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Olanda abbażi l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva Nru 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi (idrokarbonji)
(2008/C 274/06)
B'dan il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi qed javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-prospettar tal-idrokarbonji fiż-żona delimitata mill-punti li ġejjin u l-linji li jgħaqqduhom.
|
Punt |
X |
Y |
|
A |
264590,00 |
472234,01 |
|
B |
200000,00 |
345240,22 |
|
C |
189000,00 |
373000,00 |
|
D |
164000,00 |
421000,00 |
|
E |
164000,00 |
435000,00 |
|
F |
189000,00 |
460500,00 |
|
G |
192500,00 |
484000,00 |
|
H |
220500,00 |
500000,00 |
|
I |
231525,76 |
500038,73 |
|
J |
246555,67 |
496603,03 |
|
K |
250398,55 |
492577,42 |
|
L |
250398,55 |
478000,00 |
Il-punti msemmija hawn fuq huma ddefiniti mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, ikkalkulati skont is-Sistema tat-Triangulazzjoni Nazzjonali (Rijks Driehoeksmeting).
L-arja tas-superfiċi tal-art iddefenita hawn fuq hi bejn wieħed u ieħor 6 500 km2.
B'referenza għad-Direttiva msemmija fid-daħla u għall-Artikolu 15 tal-Att dwar il-Minjieri (Mijnbouwwet) (Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti [Staatsblad] 2002, Nru 542), il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi jistieden lill-partijiet interessati sabiex iressqu applikazzjoni kompetittiva għal awtorizzazzjoni għall-prospettar għall-idrokarbonji fiż-żona ddelimitata mill-punti u l-koordinati mniżżlin hawn fuq.
Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att dwar il-Minjieri (Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).
L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu fi żmien 13-il ġimgħa mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lil:
|
De Minister van Economische Zaken |
|
ter attentie van J.C. De Groot, directeur Energiemarkt |
|
ALP A/562 |
|
Bezuidenhoutseweg 30 |
|
Postbus 20101 |
|
2500 EC Den Haag |
|
Nederland |
Ma jiġux ikkunsidrati applikazzjonijiet li jidħlu wara l-għeluq ta' dan iż-żmien.
Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed mhux aktar tard minn tnax-il xahar mill-għeluq ta' dan il-perjodu.
Għal aktar informazzjoni tista' ċċempel lis-Sur E. J. Hoppel: (31-70) 379 77 62.
|
29.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 274/19 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5367 — BC Funds/SGB Group)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 274/07)
|
1. |
Fil-21 ta' Ottubru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha BC Funds, fondi ta' ekwità privata ġestiti minn CIE Management II Limited (CIEM) u b'konsulenza minn BC Partners Limited (ir-Renju Unit), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll esklussiv ta' Starkstrom Gerätebau GmbH (il-Ġermanja) u s-sussidjarji tagħha (l-SGB Group) permezz ta' xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5367 — BC Funds/SGB Group, fl-indirizz li ġej:
|
|
29.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 274/s3 |
NOTA LILL-QARREJ
L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.