ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 273

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
28 ta' Ottubru 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 273/01

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2008/C 273/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5178 — OEP/Pfleiderer) ( 1 )

5

2008/C 273/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5296 — Deutsche Bank/ABN Amro Assets) ( 1 )

5

2008/C 273/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5322 — Marfrig/Osi Group Companies) ( 1 )

6

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 273/05

Rata tal-kambju ta' l-euro

7

2008/C 273/06

Uċuħ nazzjonali ġodda tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni

8

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 273/07

Reviżjoni minn Franza ta' obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi bl-ajru regolari bejn Ajaccio, Bastia, Calvi u Figari, min-naħa l-waħda, u Pariġi (Orly), min-naħa l-oħra ( 1 )

10

2008/C 273/08

Reviżjoni minn Franza tal-obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi bl-ajru regolari bejn Ajaccio, Bastia, Calvi u Figari, min-naħa l-waħda, u Marsilja u Nizza, min-naħa l-oħra ( 1 )

16

2008/C 273/09

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 95/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-lifts ( 1 )

23

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni

2008/C 273/10

Sejħiet għall-proposti li jaqgħu taħt il-programmi ta' ħidma l-2009 tas-Seba' Programm ta' Qafas għal Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

26

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2008/C 273/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5307 — Accueil Partenaires/CDC/RVHS 1 % Logement/SGRHVS) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

27

2008/C 273/12

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M 5332 — Ericsson/STM/JV) ( 1 )

28

2008/C 273/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5352 — Omron/Ficosa/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

29

 

2008/C 273/14

Nota lill-qarrej(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

28.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 273/1


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 273/01)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

20.6.2008

Għajnuna Nru

N 494/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Andalucia

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Ayudas de investigación y desarrollo tecnologico e innovacion que se conceden por la Administración de la Junta de Andalucia

Il-bażi legali

Proyecto de Decreto XXX/2007 por el que se establece el marco regulador de las ayudas de investigación y desarrollo tecnológico e innovación que se concedan por la Junta de Andalucia

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

Sussidju fuq l-imgħax

Garanzija

L-Estimi

Baġit globali: EUR 3 529,6 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

2007-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Junta de Andalucia

Aktar informazzjoni

Din id-deċiżjoni tieħu post id-deċiżjoni tas-26 ta' Mejju 2008

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

10.10.2008

Għajnuna Nru

NN 51/08

Stat Membru

Id-Danimarka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Skema ta' garanzija għall-banek fid-Danimarka

Il-bażi legali

l-Att dwar l-Istabbilità Finanzjarja

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Is-salvataġġ ta' impriżi f'diffikultà

Il-forma ta' l-għajnuna

Garanzija

L-Estimi

L-intensità

It-tul ta' żmien

10.10.2008-10.10.2010

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ir-Renju tad-Danimarka

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

17.9.2008

Għajnuna Nru

N 100/08

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Land Hamburg

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Richtlinien für die Gewährung von Beihilfen als Projektförderung durch die Innovationsstiftung Hamburg

Il-bażi legali

Richtlinien für die Gewährung von Beihilfen als Projektförderung durch die Innovationsstiftung Hamburg

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp, Innovazzjoni

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

Għotja rimborsabbli

L-Estimi

Baġit annwali: EUR 10 miljun

Baġit globali: EUR 60 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

2008-2014

Setturi ekonomiċi

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Innovationsstiftung Hamburg

Habichtsraße 41

D-22305 Hamburg

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

16.7.2008

Għajnuna Nru

N 202/08

Stat Membru

L-Ungerija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Filmszakmai támogatási program

Il-bażi legali

A mozgóképről szóló 2004. évi II. törvény

A mozgóképről szóló 2004. évi II. törvény módosításáról szóló 2006. évi XLV törvény

A mozgóképről szóló 2004. évi II. törvény módosításáról szóló 2008. évi XXXVIII. törvény

A társasági adóról és osztalékadóról szóló 1996. évi LXXXI törvény

A mozgóképszakmai hatóság szervezetének, működésének és eljárásának részletes szabályairól 12/2008. (III. 29.) OKM-PM együttes rendelet

A nem filmgyártási célú mozgóképszakmai tevékenységek állami támogatásának szabályairól szóló …./2008. (…) OKM rendelet tervezete

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kultura

Żvilupp settorjali

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

Allowance fiskali

Tnaqqis tar-rata tat-taxxa

L-Estimi

Baġit globali: HUF 54 284 miljun

L-intensità

50 %

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Oktatási és Kulturális Minisztérium

Szalay u. 10-14

H-1055 Budapest

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

17.9.2008

Għajnuna Nru

N 283/08

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

BMBF-Rahmenprogramm „Forschung für die Nachhaltigkeit II“

Il-bażi legali

Bundeshaushaltsordnung (BHO, 23, 44), Verwaltungsverfahrensgesetz (VwVfG, 25 ff, 48-49a)

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit annwali:

EUR 334,1 miljun (2009)

EUR 455,5 miljun (2010)

EUR 438,5 miljun (2011)

EUR 414 miljun (2012)

EUR 419,7 miljun (2013)

EUR 429,7 miljun (2014)

Baġit globali: EUR 2 492 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.9.2008-31.12.2014

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Das Bundesministerium für Bildung und Forschung (BMBF)

Heinemannstr. 2

D-53175 Bonn

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


28.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 273/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5178 — OEP/Pfleiderer)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 273/02)

Fis-17 ta' Ottubru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5178. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


28.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 273/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5296 — Deutsche Bank/ABN Amro Assets)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 273/03)

Fl-1 ta' Ottubru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5296. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


28.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 273/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5322 — Marfrig/Osi Group Companies)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 273/04)

Fit-13 ta' Ottubru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5322. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

28.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 273/7


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Is-27 ta' Ottubru 2008

(2008/C 273/05)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,246

JPY

Yen Ġappuniż

115,75

DKK

Krona Daniża

7,4525

GBP

Lira Sterlina

0,8063

SEK

Krona Żvediża

10,096

CHF

Frank Żvizzeru

1,4438

ISK

Krona Iżlandiża

305

NOK

Krona Norveġiża

8,815

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,668

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

271,03

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

3,839

RON

Leu Rumen

3,697

SKK

Krona Slovakka

30,53

TRY

Lira Turka

2,0949

AUD

Dollaru Awstraljan

2,0396

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5969

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,6574

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,3002

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,8834

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 791,25

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,8642

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,538

HRK

Kuna Kroata

7,2069

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 643,7

MYR

Ringgit Malażjan

4,4619

PHP

Peso Filippin

61,55

RUB

Rouble Russu

34,0985

THB

Baht Tajlandiż

43,33

BRL

Real Brażiljan

2,8469

MXN

Peso Messikan

16,4285


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


28.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 273/8


Uċuħ nazzjonali ġodda tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni

(2008/C 273/06)

Fit-8 ta' Lulju 2008, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li r-Repubblika tas-Slovakkja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro fl-1 ta' Jannar 2009 (1).

Għaldaqstant, mill-1 ta' Jannar 2009 'l quddiem, ir-Repubblika tas-Slovakkja se toħroġ muniti tal-euro, suġġett għall-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum tal-ħruġ (cf. Artikolu 106 (2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea).

Il-muniti tal-euro għaċ-ċirkolazzjoni għandhom l-istatus ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika d-disinji l-ġodda kollha tal-muniti euro (2) bil-ħsieb li tinforma l-partijiet kollha li jridu jużaw il-muniti waqt xogħolhom kif ukoll il-pubbliku in ġenerali.

Il-muniti ta' 10 ċenteżmi, 20 ċenteżmu u 50 ċenteżmu, kif ukoll il-muniti ta' euro u żewġ euro se jinħarġu mir-Repubblika tas-Slovakkja bl-uċuħ komuni l-ġodda tal-muniti tal-euro (3). Il-muniti bl-iċken denominazzjoni (1, 2 u 5 ċenteżmi) se jinħarġu bil-wiċċ komuni oriġinali, peress li n-naħa komuni għal dawn id-denominazzjonijiet ma nbidlitx.

Image

L-Istat li joħroġ il-munita: ir-Repubblika Slovakka

Bidu tal-ħruġ: Jannar 2009

Deskrizzjoni tad-disinji:

1 EURO CENT — 2 EURO CENT — 5 EURO CENT

Iċ-centru tal-munita juri il-quċċata tal-muntanji Tetra, Krivan. Isem il-pajjiż “SLOVENSKO” u l-marka tas-sena huma inċiżi taħt il-muntanja. Taħt il-marka tas-sena, l-istemma nazzjonali tas-Slovakkja ghandha ħdejha il-marka taz-zekka fuq ix-xellug u l-inizjali “Z” tal-inċiżur Drahomír Zobek fuq in-naħa tal-lemin. Id-disinn hu mdawwar bit-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.

10 EURO CENT — 20 EURO CENT — 50 EURO CENT

Iċ-ċentru tal-munita juri l-kastell ta' Bratlislava bl-istemma nazzjonali tas-Slovakkja fuq l-isfond fuq in-naħa tax-xellug. Il-marka tas-sena tidher taht il-kastell. L-isem tal-pajjiż “SLOVENSKO” hu mnaqqax forma ta' ċirku tul in-naħa ta' isfel tad-disinn. Il-marka taz-zekka tista' tidher fuq in-naħa tax-xellug tal-istemma u l-inizjali JČ u PK tal-artisti Ján Černaj u Pavel Károly fuq in-naha tal-lemin. Id-disinn hu mdawwar bit-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.

1 EURO — 2 EURO

Id-dawra ta' ġewwa tal-munita turi salib doppju fuq tlett għoljiet (kif muri fl-istemma nazzjonali tas-Slovakkja) fuq l-isfond ta' blat stilizzat. Il-marka tas-sena u l-isem tal-pajjiż “SLOVENSKO” huma mnaqqxa tul ix-xifer taċ-ċirku intern fuq in-naħa tax-xellug u tal-lemin rispettivament. Il-marka taz-zekka u l-inizjali IŘ tal-artist Ivan Řehák jidhru fuq iż-żewġ nahat fil-parti ta' isfel tas-salib doppju.

Fuq iċ-ċirku ta' barra tal-munita jidhru t-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.

It-tinqix fuq xifer il-munita ta' 2 euro: SLOVENSKÁ REPUBLIKA flimkien ma' tlett simboli (stilla — werqa tas-siġra tal-lajm — stilla).


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2008 skont l-Artikolu 122(2) tat-Trattat tal-KE dwar l-adozzjoni mis-Slovakkja tal-munita unika fl-1 ta' Jannar 2009 (ĠU L 195, 24.7.2008, p. 24).

(2)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, ĠU C 254, 20.10.2006, p. 6 u ĠU C 248, 23.10.2007, p. 8 għal referenza għall-muniti euro l-oħra.

(3)  Ara ĠU C 225, 19.9.2006, p. 7.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

28.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 273/10


Reviżjoni minn Franza ta' obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi bl-ajru regolari bejn Ajaccio, Bastia, Calvi u Figari, min-naħa l-waħda, u Pariġi (Orly), min-naħa l-oħra

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 273/07)

1.

Franza, skont l-Artikolu 4, paragrafu 1, punt (a) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92 tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1992 rigward l-aċċess ta' operaturi tal-ajru Komunitarji għall-kollegamenti bl-ajru intra-Komunitarji (1), skont id-deċiżjonijiet tal-Kollettività territorjali ta' Korsika tad-19 ta' Ġunju 2008 u tad-9 ta' Ottubru 2008, iddeċidiet li tirrevedi, b'seħħ mid-29 ta' Marzu 2009, l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi bl-ajru regolari mħaddma bejn Ajaccio, Bastia, Calvi u Figari, min-naħa l-waħda, u Pariġi (Orly), min-naħa l-oħra, ippubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 149 tal-21 ta' Ġunju 2005.

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 95/93 tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 1993 li jistabbilixxi r-regoli komuni rigward l-allokazzjoni ta' ħinijiet (timeslots) fl-ajruporti tal-Komunità (2), l-awtoritajiet Franċiżi ddeċidew li jirriżervaw ħinijiet fl-ajruport ta' Orly għat-tħaddim tas-servizzi msemmija hawn fuq.

2.   L-OBBLIGI L-ĠODDA TA' SERVIZZ PUBBLIKU, META TITQIES, B'MOD PARTIKULARI, L-INSULARITÀ TA' KORSIKA, HUMA LI ĠEJJIN:

2.1.   F'termini ta' għadd ta' frekwenzi minimi, ta' skedi ta' ħinijiet, tat-tip ta' ajruplani użati u l-kapaċitajiet offruti:

(a)   Bejn Pariġi (Orly) u Ajaccio

Il-frekwenzi huma li ġejjin:

(i)

mit-Tnejn sal-Ġimgħa barra l-festi pubbliċi, b'minimu ta' tliet titjiriet bir-ritorn kull ġurnata, l-iskedi tal-ħin għandhom jippermettu li ssir titjira bir-ritorn matul il-ġurnata b'estensjoni ta' mill-inqas 11-il siegħa għal Pariġi u seba' siegħat għal Ajaccio;

(ii)

bħala minimu, tliet titjiriet bir-ritorn kull ġurnata, li jerġgħu jitilqu regolarment matul il-ġurnata, is-Sibt, il-Ħadd u fil-festi pubbliċi.

is-servizzi għandhom jitħaddmu permezz ta' ajruplani bil-magna turbojet,

is-servizzi għandhom jitħaddmu mingħajr waqfa intermedjarja bejn Pariġi (Orly) u Ajaccio,

il-kapaċitajiet offruti għandhom jippermettu li jsir trasport ta' merkanzija u/jew ta' posta u li jwieġbu għat-trasport ta' passiġġieri għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

matul sena sħiħa, il-kapaċità minimima bażika tkun ta' 950 siġġu kull ġurnata, li minnhom mill-inqas 170, f'kull vjaġġ, isiru filgħaxija li jibda mis-6pm (18:00).

Ma' din il-kapaċità bażika jkunu miżjuda:

matul 10 ġimgħat mill-aħħar ta' Ġunju sal-bidu ta' Settembru, mill-inqas 1 200 siġġu kull ġurnata;

mill-aħħar ta' Marzu sal-aħħar ta' Ottubru, barra l-10 ġimgħat imsemmija hawn fuq, 500 siġġu kull ġurnata;

(ii)

meta jitqies it-tqassim fuq sena tal-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru fit-tħaddim tal-kalendarju tal-vaganzi tal-iskola u tal-festi (il-festa tal-Qaddisin Kollha, il-Milied, l-Għid, Lapsi, l-Għid il-Ħamsin, kif ukoll il-ġranet żejda għat-tluq u r-ritorn għal u mill-vaganzi tas-sajf), il-kapaċitajiet supplimentari minimi li ġejjin għandhom ikunu offruti (bħala somma tal-kapaċitajiet fiż-żewġ direzzjonijiet) u jkunu prinċipalment allokati:

fl-ewwel u l-aħħar ġranet ta' btajjel skolastiċi,

għal ġurnata iżolata mit-Tlieta sal-Ħamis, f'din il-festa pubblika u lejlet din il-festa pubblika,

meta s-sekwenzi li għalihom festa pubblika tinzerta tiġi eżatt qabel jew wara Sibt jew Ħadd, fil-ġurnata li tiġi qabel is-sekwenza u fl-aħħar ġurnata tas-sekwenza.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari minimi huma li ġejjin:

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tax-xitwa, 12 000 siġġu allokati għall-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru tal-perjodu,

matul 10 ġimgħat tas-sajf mill-aħħar ta' Ġunju sal-bidu ta' Settembru, kull ġimgħa, 2 800 siġġu li magħhom jiżdiedu, skont it-titjiriet addattati mal-kalendarju ta' kull sena, 11 500 siġġu fl-2009 fuq il-perjodu biex ikunu faċilitati l-migrazzjonijiet fil-bidu ta' Lulju, f'nofs Lulju, tmiem Lulju — fil-bidu ta' Awwissu, f'nofs Awwissu u fl-aħħar ta' Awwissu — id-dħul lura l-iskola, kapaċità miżjuda ta' 5 % fl-2010 u ta' 5 % fl-2011,

matul il-bqija tal-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tas-sajf, barra l-10 ġimgħat imsemmija hawn fuq: 36 000 siġġu fl-2009 allokati għall-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru tal-perjodu, kapaċità miżjuda ta' 5 % fl-2010 u ta' 5 % fl-2011.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari ma jikkonsistux f'siġġijiet żejda li jkunu eventwalment u spontanjament offruti lil hinn mill-kapaċitajiet bażiċi.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari minimi għandhom ikunu mqiegħda għall-bejgħ mill-inqas xahrejn qabel id-dati tat-titjiriet konċernati.

L-iskedi tal-ħinijiet bħat-tqassim fil-kalendarju ta' kapaċitajiet differenti se jkunu parti minn protokoll ta' ftehim espliċitu u preliminari fl-okkażjoni ta' kull staġun ajrunawtiku tal-IATA mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika. Biex dan isir u preliminarjament ikun il-punt fokali tal-protokoll ta' ftehim hawn taħt, min jittrasporta jforni l-proposti tiegħu ta' programm skont il-mudell elettroniku muri mill-Uffiċċju tat-Trasport. F'nuqqas ta' ftehim, id-deċiżjoni finali tittieħed mill-Uffiċċju tat-Trasport.

(b)   Bejn Pariġi (Orly) u Bastia

Il-frekwenzi huma li ġejjin:

(i)

mit-Tnejn sal-Ġimgħa barra l-festi pubbliċi, b'minimu ta' tliet titjiriet bir-ritorn kull ġurnata, l-iskedi tal-ħin għandhom jippermettu li ssir titjira bir-ritorn matul il-ġurnata b'estensjoni ta' mill-inqas 11-il siegħa għal Pariġi u seba' siegħat għal Bastia;

(ii)

bħala minimu, tliet titjiriet bir-ritorn kull ġurnata, li jerġgħu jitilqu regolarment matul il-ġurnata, is-Sibt, il-Ħadd u fil-festi pubbliċi.

Is-servizzi għandhom jitħaddmu permezz ta' ajruplani bil-magna turbojet.

Is-servizzi għandhom jitħaddmu mingħajr waqfa intermedjarja bejn Pariġi (Orly) u Bastia.

Il-kapaċitajiet offruti għandhom jippermettu li jsir trasport ta' merkanzija u/jew ta' posta u li jwieġbu għat-trasport ta' passiġġieri għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

matul sena sħiħa, il-kapaċità minimima bażika tkun ta' 950 siġġu kull ġurnata, li minnhom mill-inqas 170, f'kull vjaġġ, ikunu filgħaxija li jibda mis-6pm (18:00).

Ma' din il-kapaċità bażika jkunu miżjuda:

matul 10 ġimgħat mill-aħħar ta' Ġunju sal-bidu ta' Settembru, mill-inqas 800 siġġu kull ġurnata,

mill-aħħar ta' Marzu sal-aħħar ta' Ottubru, barra l-10 ġimgħat imsemmija hawn fuq, 250 siġġu kull ġurnata.

(ii)

meta jitqies it-tqassim fuq sena tal-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru fit-tħaddim tal-kalendarju tal-vaganzi tal-iskola u tal-festi (il-festa tal-Qaddisin Kollha, il-Milied, l-Għid, Lapsi, l-Għid il-Ħamsin, kif ukoll il-ġranet żejda għat-tluq u r-ritorn għal u mill-vaganzi tas-sajf), il-kapaċitajiet supplimentari minimi li ġejjin għandhom ikunu offruti (bħala somma tal-kapaċitajiet fiż-żewġ direzzjonijiet) u jkunu prinċipalment allokati:

fl-ewwel u l-aħħar ġranet ta' btajjel skolastiċi,

għal ġurnata iżolata mit-Tlieta sal-Ħamis, f'din il-festa pubblika u lejlet din il-festa pubblika,

meta s-sekwenzi li għalihom festa pubblika tinzerta tiġi eżatt qabel jew wara Sibt jew Ħadd, fil-ġurnata li tiġi qabel is-sekwenza u fl-aħħar ġurnata tas-sekwenza.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari minimi huma li ġejjin:

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tax-xitwa: 10 000 siġġu allokati fl-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru tal-perjodu,

matul 10 ġimgħat tas-sajf mill-aħħar ta' Ġunju sal-bidu ta' Settembru, kull ġimgħa, 2 000 siġġu li magħhom jiżdiedu, skont it-titjiriet addattati mal-kalendarju ta' kull sena, 11 500 siġġu fl-2009 fuq il-perjodu biex ikunu faċilitati l-migrazzjonijiet fil-bidu ta' Lulju, f'nofs Lulju, fi tmiem Lulju — fil-bidu ta' Awwissu, f'nofs Awwissu u fl-aħħar ta' Awwissu — id-dħul lura l-iskola, kapaċità miżjuda ta' 5 % fl-2010 u ta' 5 % fl-2011,

matul il-bqija tal-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tas-sajf, barra l-10 ġimgħat imsemmija hawn fuq :36 000 siġġu fl-2009 allokati għall-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru tal-perjodu, kapaċità miżjuda ta' 5 % fl-2010 u ta' 5 % fl-2011.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari ma jikkonsistux f'siġġijiet żejda li jkunu eventwalment u spontanjament offruti lil hinn mill-kapaċitajiet bażiċi.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari minimi għandhom ikunu mqiegħda għall-bejgħ mill-inqas xahrejn qabel id-dati tat-titjiriet konċernati.

L-iskedi tal-ħinijiet bħat-tqassim fil-kalendarju ta' kapaċitajiet differenti se jkunu parti minn protokoll ta' ftehim espliċitu u preliminari fl-okkażjoni ta' kull staġun ajrunawtiku tal-IATA mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika. Biex dan isir u preliminarjament ikun il-punt fokali tal-protokoll ta' ftehim hawn taħt, min jittrasporta jforni l-proposti tiegħu ta' programm skont il-mudell elettroniku muri mill-Uffiċċju tat-Trasport. F'nuqqas ta' ftehim, id-deċiżjoni finali tittieħed mill-Uffiċċju tat-Trasport.

(c)   Bejn Pariġi (Orly) u Calvi

Il-frekwenzi huma li ġejjin:

(i)

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tax-xitwa, mill-inqas ħames titjiriet bir-ritorn kull ġimgħa li minnhom tlieta jkunu mill-Ġimgħa sal-Ħadd u waħda f'nofs il-ġimgħa li jippermettu t-trasport f'kull direzzjoni ta' mill-inqas 140 persuna matul kull waħda mill-ġranet konċernati;

(ii)

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tas-sajf, b'mill-inqas titjira bir-ritorn kull ġurnata li tippermetti t-trasport ta' mill-inqas 140 passaġġier f'kull direzzjoni;

is-servizzi għandhom jitħaddmu permezz ta' ajruplani bil-magna turbojet;

is-servizzi għandhom jitħaddmu mingħajr waqfa intermedjarja bejn Pariġi (Orly) u Calvi;

il-kapaċitajiet offruti għandhom jippermettu li jsir trasport ta' merkanzija u/jew ta' posta u li jwieġbu għat-trasport ta' passiġġieri għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

Fuq sena sħiħa l-kapaċità bażika minima tkun ta' 1 500 siġġu kull ġimgħa.

Mill-aħħar ta' Marzu sal-aħħar ta' Ottubru l-kapaċità minima għandha tippermetti t-trasport ta' mill-inqas 140 passiġġier wara nofsinhar fil-każijiet li ġejjin:

il-Ġimgħa fid-direzzjoni Pariġi-Calvi,

il-Ħadd, barra meta t-Tnejn tkun festa pubblika fid-direzzjoni Calvi-Pariġi,

meta s-sekwenzi li għalihom festa pubblika tinzerta tiġi eżatt qabel jew wara Sibt jew Ħadd, fil-ġurnata li tiġi qabel is-sekwenza fid-direzzjoni Pariġi-Calvi u fl-aħħar ġurnata tas-sekwenza fid-direzzjoni Calvi-Pariġi.

lejlet festa pubblika fid-direzzjoni Pariġi-Calvi kif ukoll f'din il-festa pubblika fid-direzzjoni Calvi-Pariġi meta din il-festa pubblika tkun iżolata f'ġimgħa mit-Tlieta sal-Ħamis.

Ma' din il-kapaċità bażika jkunu miżjuda:

matul 10 ġimgħat mill-aħħar ta' Ġunju sal-bidu ta' Settembru, mill-inqas kull ġimgħa, 2 800 siġġu,

mill-aħħar ta' Marzu sal-aħħar ta' Ottubru, barra l-10 ġimgħat imsemmija hawn fuq, kull ġimgħa, 650 siġġu.

(ii)

Meta jitqies it-tqassim fuq sena tal-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru fit-tħaddim tal-kalendarju tal-vaganzi tal-iskola u tal-festi (il-festa tal-Qaddisin Kollha, il-Milied, l-Għid, Lapsi, l-Għid il-Ħamsin, kif ukoll il-ġranet żejda għat-tluq u r-ritorn għal u mill-vaganzi tas-sajf), il-kapaċitajiet supplimentari minimi li ġejjin għandhom ikunu offruti (bħala somma tal-kapaċitajiet fiż-żewġ direzzjonijiet):

fl-ewwel u l-aħħar ġranet ta' btajjel skolastiċi,

għal ġurnata iżolata mit-Tlieta sal-Ħamis, f'din il-festa pubblika u lejlet din il-festa pubblika,

meta s-sekwenzi li għalihom festa pubblika tinzerta tiġi eżatt qabel jew wara Sibt jew Ħadd, fil-ġurnata li tiġi qabel is-sekwenza u fl-aħħar ġurnata tas-sekwenza.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari minimi huma li ġejjin:

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tax-xitwa, 2 000 siġġu allokati għall-aqwa ħinijiet tat-traffiku tal-perjodu,

matul 10 ġimgħat tas-sajf mill-aħħar ta' Ġunju sal-bidu ta' Settembru, kull ġimgħa, 1 900 siġġu li magħhom jiżdiedu, skont it-titjiriet addattati mal-kalendarju ta' kull sena, 8 500 siġġu fl-2009 fuq il-perjodu biex ikunu faċilitati l-migrazzjonijiet fil-bidu ta' Lulju, f'nofs Lulju, tmiem Lulju — fil-bidu ta' Awwissu, f'nofs Awwissu u fl-aħħar ta' Awwissu — id-dħul lura l-iskola, kapaċità miżjuda ta' 5 % fl-2010 u ta' 5 % fl-2011,

matul il-bqija tal-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tas-sajf 2009, barra l-10 ġimgħat imsemmija hawn fuq: 16 000 siġġu fl-2009 allokati għall-aqwa ħinijiet tat-traffiku tal-perjodu, kapaċità miżjuda ta' 5 % fl-2010 u ta' 5 % fl-2011.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari ma jikkonsistux f'siġġijiet żejda li jkunu eventwalment u spontanjament offruti lil hinn mill-kapaċitajiet bażiċi.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari minimi għandhom ikunu mqiegħda għall-bejgħ mill-inqas xahrejn qabel id-dati tat-titjiriet konċernati.

L-iskedi tal-ħinijiet bħat-tqassim fil-kalendarju ta' kapaċitajiet differenti se jkunu parti minn protokoll ta' ftehim espliċitu u preliminari fl-okkażjoni ta' kull staġun ajrunawtiku tal-IATA mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika. Biex dan isir u preliminarjament ikun punt fokali tal-protokoll ta' ftehim hawn taħt, min jittrasporta jforni l-proposti tiegħu ta' programm skont il-mudell elettroniku muri mill-Uffiċċju tat-Trasport. F'nuqqas ta' ftehim, id-deċiżjoni finali tittieħed mill-Uffiċċju tat-Trasport.

(d)   Bejn Pariġi (Orly) u Figari

Il-frekwenzi huma li ġejjin:

(i)

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tax-xitwa, mill-inqas ħames titjiriet bir-ritorn kull ġimgħa li minnhom tlieta jkunu mill-Ġimgħa sal-Ħadd u waħda f'nofs ta' ġimgħa li jippermettu t-trasport f'kull direzzjoni ta' mill-inqas 140 persuna matul kull waħda mill-ġranet konċernati;

(ii)

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tas-sajf, b'mill-inqas titjira bir-ritorn kull ġurnata li tippermetti t-trasport ta' mill-inqas 140 passiġġier f'kull direzzjoni.

Is-servizzi għandhom ikunu mħaddma permezz ta' ajruplani bil-magna turbojet.

Is-servizzi għandhom ikunu mħaddma mingħajr waqfa intermedjarja bejn Pariġi (Orly) u Figari.

Il-kapaċitajiet offruti għandhom jippermettu li jsir trasport ta' merkanzija u/jew ta' posta u li jwieġbu għat-trasport ta' passiġġieri għall-kundizzjonijet li ġejjin:

(i)

fuq sena sħiħa l-kapaċità bażika minima tkun ta' 1 500 siġġu kull ġimgħa.

Mill-aħħar ta' Marzu sal-aħħar ta' Ottubru l-kapaċità minima għandha tippermetti t-trasport ta' mill-inqas 140 passaġġier wara nofsinhar fil-każijiet li ġejjin:

il-Ġimgħa fid-direzzjoni Pariġi-Calvi,

il-Ħadd, ħlief meta t-Tnejn tkun festa pubblika fid-direzzjoni Calvi-Pariġi,

meta s-sekwenzi li għalihom festa pubblika tinzerta tiġi eżatt qabel jew wara Sibt jew Ħadd, fil-ġurnata li tiġi qabel is-sekwenza fid-direzzjoni Pariġi-Figari u fl-aħħar ġurnata tas-sekwenza fid-direzzjoni.

lejlet festa pubblika fid-direzzjoni Pariġi-Figari kif ukoll f'din il-festa pubblika fid-direzzjoni Figari-Pariġi meta din il-festa pubblika tkun iżolata f'ġimgħa mit-Tlieta sal-Ħamis.

Ma' din il-kapaċità bażika jiżdiedu:

matul 10 ġimgħat mill-aħħar ta' Ġunju sal-bidu ta' Settembru, mill-inqas kull ġimgħa, 2 800 siġġu,

mill-aħħar ta' Marzu sal-aħħar ta' Ottubru, barra l-10 ġimgħat imsemmija hawn fuq, kull ġimgħa, 650 siġġu.

(ii)

Meta jitqies it-tqassim fuq sena tal-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru fit-tħaddim tal-kalendarju tal-vaganzi tal-iskola u tal-festi (il-festa tal-Qaddisin Kollha, il-Milied, l-Għid, Lapsi, l-Għid il-Ħamsin, kif ukoll il-ġranet żejda għat-tluq u r-ritorn għal u mill-vaganzi tas-sajf), il-kapaċitajiet supplimentari minimi li ġejjin għandhom ikunu offruti (bħala somma tal-kapaċitajiet fiż-żewġ direzzjonijiet):

fl-ewwel u l-aħħar ġranet ta' btajjel skolastiċi,

għal ġurnata iżolata mit-Tlieta sal-Ħamis, f'din il-festa pubblika u lejlet din il-festa pubblika,

meta s-sekwenzi li għalihom festa pubblika tinzerta tiġi eżatt qabel jew wara Sibt jew Ħadd, fil-ġurnata li tiġi qabel is-sekwenza u fl-aħħar ġurnata tas-sekwenza.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari minimi huma li ġejjin:

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tax-xitwa, 2 000 siġġu allokati għall-aqwa ħinijiet tat-traffiku tal-perjodu,

matul 10 ġimgħat minn tmiem Ġunju sal-bidu ta' Settembru: kull ġimgħa, 1 900 siġġu li magħhom jiżdiedu skont it-titjiriet addattati mal-kalendarju ta' kull sena 9 000 siġġu fl-2009 fuq il-perjodu biex ikunu faċilitati l-migrazzjonijiet fil-bidu ta' Lulju, f'nofs Lulju, fi tmiem Lulju — fil-bidu ta' Awwissu, f'nofs Awwissu u fl-aħħar ta' Awwissu — id-dħul lura l-iskola, kapaċità miżjuda ta' 5 % fl-2010 u ta' 5 % fl-2011,

matul il-bqija tal-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tas-sajf, barra l-10 ġimgħat imsemmija hawn fuq: 16 000 siġġu fl-2009 allokati għall-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru tal-perjodu, kapaċità miżjuda ta' 5 % fl-2010 u ta' 5 % fl-2011.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari ma jikkonsistux f'siġġijiet żejda li jkunu eventwalment u spontanjament offruti lil hinn mill-kapaċitajiet bażiċi.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari minimi għandhom ikunu mqiegħda għall-bejgħ mill-inqas xahrejn qabel id-dati tat-titjiriet konċernati.

L-iskedi tal-ħinijiet bħat-tqassim fil-kalendarju ta' kapaċitajiet differenti se jkunu parti minn protokoll ta' ftehim espliċitu u preliminari fl-okkażjoni ta' kull staġun ajrunawtiku tal-IATA mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika. Biex dan isir u preliminarjament jitqiegħed fil-protokoll ta' ftehim hawn taħt, min jittrasporta jforni l-proposti tiegħu ta' programm skont il-mudell elettroniku muri mill-Uffiċċju tat-Trasport. F'nuqqas ta' ftehim, id-deċiżjoni finali tittieħed mill-Uffiċċju tat-Trasport.

2.2.   F'termini ta' tariffi

It-tariffi li ġejjin jaqblu barra tariffi ta' distribuzzjoni, barra taxxi u liċenzji 'ras għal ras' miġbura mill-Istat, l-awtoritajiet lokali u l-awtoritajiet tal-ajruport identifikati hekk fuq il-biljett u jinkludu t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq il-parti kontinentali tar-rotta:

It-tariffa normali, fuq il-kollegamenti bejn Pariġi (Orly) u Korsika, għandha tkun għal kull vjaġġ massimu ta' EUR 186, miġjuba għal EUR 216 matul 10 ġimgħat mill-aħħar ta' Ġunju sal-bidu ta' Settembru.

Il-passaġġieri li, ladarba jkollhom ir-residenza prinċipali tagħhom f'Korsika, jagħmlu l-vjaġġ tagħhom bir-ritorn permezz ta' biljetti mixtrija f'Korsika li l-validità tagħhom tkun limitata għat-tul tal-mawra barra l-gżira b'inqas minn 40 ġurnata, barra għall-istudenti residenti li għandhom inqas minn 27 sena, ir-residenti żgħażagħ li jmorru l-iskola fuq il-kontinent kif ukoll it-tfal minuri ta' ġenituri divorzjati li wieħed minnhom ikun residenti f'Korsika, għandhom jibbenefikaw tul is-sena kollha, fuq it-titjiriet kollha, bla restrizzjoni ta' kapaċità, fuq ir-rotot bejn Pariġi (Orly)-Korsika, minn tariffa indaqs ta' massimum ta' EUR 156 għal vjaġġ bir-ritorn.

Il-kategoriji ta' passiġġieri li ġejjin għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw fuq it-titjiriet kollha ta' kollegamenti Pariġi (Orly)-Korsika minn tariffa ndaqs ta' massimu għal kull vjaġġ ta' 91 euro miġjuba għal EUR 102 matul 10 ġimgħat mill-aħħar ta' Ġunju sal-bidu ta' Settembru:

(i)

iż-żgħażagħ (taħt il-25sena);

(ii)

il-persuni anzjani (aktar minn 60 sena);

(iii)

l-istudenti li jkollhom inqas minn 27 sena;

(iv)

il-familji (mill-inqas żewġ persuni tal-istess familja li jivvjaġġaw flimkien);

(v)

in-nies b'diżabbiltà.

Għall-ħames kategoriji msemmija hawn fuq, l-operaturi għandhom jawtoriaw l-aċċess tagħhom mingħajr ebda restrizzjoni sal-aħħar post disponibbli fil-limitu minimu ta' 50 % tal-kapaċità kull ġurnata u kull direzzjoni fuq kull rotta.

Għall-kategoriji kollha tal-passiġġieri, l-operatur jista' jimponi l-ħruġ u l-ħlas ta' biljett fil-limitu proporzjonali taż-żmien li jkun ilu riżervat il-post, bit-tħaddim ta' skala li tkun imfassla b'konsultazzjoni mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika.

Il-passiġġieri li jibbenefikaw minn tariffa bħala 'residenti' għandhom ikunu assimilati mal-passiġġieri li jħallsu t-tariffa sħiħa għall-kundizzjonijiet ta' aċċess abbord.

F'każ ta' żieda mhux normali, imprevidibbli u barra mir-rieda tal-operaturi, ta elementi ta' spejjeż li jaffettwaw it-tħaddim ta' rotot bl-ajru, dawn it-tariffi massimi jistgħu jkunu miżjuda pro-rata fiż-żieda stabbilita. It-tariffi massimi modifikati hekk ikunu mgħarrfa bihom l-operaturi li jħaddmu s-servizzi u jkunu japplikaw skont limitu taż-żmien addattat għaċ-ċirkostanzi.

Bil-kontra, jekk iż-żieda fl-ispejjeż li tkun wasslet għaż-żieda tat-tariffi minħabba l-kompetizzjoni tgħib u wara dan l-għibien ikun stabbilit fl-istess kundizzjonijiet, partikolarment it-tul taż-żmien, l-emenda li ssir fit-tariffi għandha tkun ikkanċellata fl-istess limiti ta' żmien wara li din il-kanċellazzjoni tkun ġiet mgħarrfa l-operatur

It-tariffi kollha kemm huma għandhom ikunu aċċessibbli u kummerċjalizzati b'mod permanenti u għat-totalità tat-tariffi proposti lill-passiġġieri fuq mill-inqas sistema internazzjonali ta' bbukkjar kif ukoll skont kull waħda mill-modalitajiet li ġejjin: ċentru tal-ibbukkjar, aġenziji tal-ivvjaġġar, sistema tal-internet, fl-ajruport. Kull wieħed minn dawn il-metodi ta' kummerċjalizzazzjoni għandu jkun akkumpanjat mit-tqegħid għad-dispożizzjoni għall-utent, ta' informazzjoni ċara u preċiża mxandra b'materjal tal-karta u għajnuna mhux materjali li ssemmi l-kundizzjonijiet tat-tariffi fis-seħħ, espressi f'somom mingħajr it-taxxa u t-taxxi kollha inklużi li jindikataw l-eżistenza tal-ispejjeż għad-distribuzzjoni skont il-metodu magħżul.

L-operaturi għandhom jieħdu miżuri suffiċjenti bl-għan li jkunu aċċettati, mingħajr kwoti l-passiġġieri li ġejjin:

it-tfal mhux akkumpanjati (unaccompanied minors, UM) fis-sens ir-regolamenti tal-IATA mill-età ta' erba' snin, mingħajr taxxa tariffarja;

il-passiġġieri b'nuqqas ta' mobilità jew li jbatu minn diżabbiltà magħrufa (WCHR, WCHS, WCHC) jkollhom aċċess abbord skond ir-regolamenti tal-IATA. Għal dan l-għan, l-użu ta' streċers awtorizzati għandu jkun stabbilit mill-operaturi. Il-ħlasijiet tariffarji addizzjonali imposti ma jistgħux ikunu superjuri għat-total ta' siġġijiet okkupati għat-trasport ta' dawn il-passiġġieri.

L-operaturi jagħtu bla ħlas konċessjoni ta' 20 kilogrammi ta' bagalji għal kull passiġġier. Kull kilogramma żejda kull passiġġier ma tistax tagħti lok għal ħlas taħt kwalunkwe forma li tkun aktar minn tliet euro.

Min jittrasporta jista' jikkonkludi ftehim bejn linji tal-ajru membri tal-IATA rigward, għal kull rotta, mill-inqas operatur li jopera fid-direzzjoni lejn destinazzjonijiet tat-territorju nazzjonali, servizzi tal-ajru mill-ajruport ta' Pariġi (Orly) billi jirregola l-iffissar ta' prezzijiet u s-segwitu tal-bagalji, il-modalitajiet tal-applikazzjoni jistgħu jkunu preċiżi fil-qafas ta' protokolli ta' ftehim perjodiċi previsti bejn il-operatur u l-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika.

2.3.   F'termini ta' kontinwità ta' servizz

Ħlief f'każ ta' force majeure, l-għadd ta' titjiriet kanċellati għal raġunijiet attribwiti direttament għall-operatur ma jistax jaqbeż, kull staġun ajrunawtiku tal-IATA, 1 % tat-titjiriet previsti fil-programm ta' utilizzazzjoni.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4, paragrafu 1, punt (c), tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92 imsemmi hawn fuq, l-operaturi kollha li jieħdu fuqhom li jaħdmu wieħed jew l-ieħor ta' dawn ir-rotot għandhom jiggarantixxu li jaħdmuh matul mill-inqas 12-il xahar konsekuttivi.

Is-servizzi jistgħu jkunu interrotti mill-operatur biss b'avviż minn qabel ta' mill-inqas sitt xhur.

2.4.   F'termini ta' kundizzjonijiet ta' tħaddim ta' servizzi.

Kull operatur Komunitarju li jkun jixtieq iħaddem linja tal-ajru jew oħra sottomessi għall-obbligi ta' servizz pubbliku msemmija hawn fuq, għandu jforni deskrizzjoni dettaljata tal-manjiera li biha huwa mistenni jassigura s-servizzi meta jkun qed iforni, b'mod partikulari, l-elementi li ġejjin.

(a)   Programmi ta' tħaddim

Il-programmi ta' tħaddim (frekwenzi, skedi tal-ħin, tipi ta' ajruplani użati, u l-bqija) se jkunu kkomunikati wara d-diversi perjodi msemmija fl-obbligi ta' servizz pubbliku. Il-kundizzjonijiet għat-tnedija ta' titjiriet supplimentari se jkunu preċiżi wkoll.

(b)   Politika tariffarja

L-operatur iforni tabella dettaljata tat-tariffi tiegħu (tariffi sħaħ, tariffi mraħħsa u modalitajiet tal-applikazzjoni).

(c)   Kundizzjonijiet kummerċjali ta' tħaddim

L-operatur jindika d-dispożizzjonijiet maħsuba għat-trasport ta' merkanzija u/jew tal-posta, għall-bejgħ u s-sistema biex ikun riżervat post, kif ukoll l-akkoljenza ta' tfal mhux akkumpanjati (UM) u ta' passiġġieri b'nuqqas ta' mobilità skont il-preskrizzjonijiet tal-obbligi ta' servizz pubbliku. Huwa jippreċiża barra minn hekk il-prestazzjonijiet offruti abbord u l-ftehimiet bejn il-linji tal-ajru li jippermettu korrispondenzi eventwali, irrispettivament jekk hux fuq rotta nazzjonali jew internazzjonali.

(d)   Kundizzjonijiet tekniċi ta' tħaddim

Id-dispożizzjonijiet partikulari għall-fini li tkun assigurata l-possibbiltà u r-regolarità tat-titjiriet (ajruplani u ekwipaġġi supplenti b'mod partikulari) ikunu dettaljati.

trasportaturiL-operaturi Komunitarji huma infurmati li tħaddim b'nuqqas ta' għarfien tal-obbligi ta' servizz pubbliku msemmija hawn fuq jista' jwassal għal, jew sanzjonijiet amministrattivi u/jew previsti ġurisdizzjonali, eliminazzjoni tagħhom għal tul ta' żmien ta' mill-inqas ħames snin fuq it-tħaddim kollu tas-servizzi bl-ajru sottomessi għall-obbligi ta' servizz pubbliku rilevanti għall-kompetenza tal-Awtorità Territorjali ta' Korsika.

(e)   Kundizzjonijiet soċjali

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tax-Xogħol (l-Artikolu L 1224-1), l-operatur għandu jkun jaf bil-kundizzjonijiet soċjali li huwa se jkun qed iħaddem rigward l-istaff fil-post.


(1)  ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8.

(2)  ĠU L 14, 22.1.1992, p. 1.


28.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 273/16


Reviżjoni minn Franza tal-obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi bl-ajru regolari bejn Ajaccio, Bastia, Calvi u Figari, min-naħa l-waħda, u Marsilja u Nizza, min-naħa l-oħra

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 273/08)

1.

Franza, skont l-Artikolu 4, paragrafu 1 punt a) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92 tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1992 rigward l-aċċess ta' operaturi tal-ajru Komunitarji għall-kollegamenti bl-ajru intra-Komunitarji (1), skont id-deċiżjonijiet tal-Kollettività territorjali ta' Korsika tad-19 ta' Ġunju 2008 u tal-9 ta' Ottubru 2008, iddeċidiet li tirrevedi, b'seħħ mis-29 ta' Marzu 2009, l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi bl-ajru regolari mħaddma bejn Ajaccio, Bastia, Calvi u Figari, min-naħa l-waħda, u Marsilja u Nizza, min-naħa l-oħra, ippubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 149 tal-21 ta' Ġunju 2005.

2.   L-OBBLIGI L-ĠODDA TA' SERVIZZ PUBBLIKU, META TITQIES B'MOD PARTIKOLARI L-INSULARITÀ TA' KORSIKA, HUMA LI ĠEJJIN:

2.1.   F'termini ta' għadd ta' frekwenzi minimi, ta' skedi ta' ħinijiet u ta' kapaċitajiet offruti:

(a)   Bejn Marsilja u Ajaccio:

Il-frekwenzi huma li ġejjin:

(i)

tal-anqas tliet titjiriet bir-ritorn kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, ħlief fil-festi pubbliċi; fuq naħa, filgħodu u filgħaxija, b'mod li l-klijenti jkunu jistgħu jagħmlu titjira bir-ritorn dak in-nhar stess u joqogħdu tal-anqas tmien sigħat f'Ajaccio u tal-anqas 11-il siegħa f'Marsilja, u min-naħa l-oħra f'nofs il-ġurnata;

(ii)

bħala minimu, tliet titjiriet bir-ritorn kull ġurnata, li jerġgħu jitilqu regolarment matul il-ġurnata, is-Sibt, il-Ħadd u fil-festi pubbliċi.

Is-servizzi għandhom jitħaddmu mingħajr waqfa intermedjarja bejn Ajaccio u Marsilja.

Il-kapaċitajiet offruti għandhom jippermettu li jsir trasport ta' merkanzija u/jew ta' posta u li jwieġbu għat-trasport ta' passiġġieri għall-kundizzjonijet li ġejjin:

(i)

mit-Tnejn sal-Ġimgħa, il-kapaċità offruta għal kull direzzjoni, kemm filgħodu kif ukoll filgħaxija, għandha tkun tal-anqas ta' 140 post;

(ii)

il-kapaċitajiet minimi fil-ġimgħa li ġejjin għandhom ikunu offruti u jidhru fl-iskedi ppubblikati (total tal-kapaċità fiż-żewġ destinazzjonijiet):

matul is-sena kollha, il-kapaċità bażika ta' 5 250 post fil-ġimgħa, li minnhom 750 post kuljum, is-Sibt u l-Ħadd;

ma' din il-kapaċità bażika jiżdiedu:

matul 10 ġimgħat minn tmiem Ġunju sal-bidu ta' Settembru: 2 650 post fil-ġimgħa,

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tas-sajf, barra l-10 ġimgħat imsemmija hawn fuq: 1 600 post fil-ġimgħa;

(iii)

meta jitqies it-tqassim fuq sena tal-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru fit-tħaddim tal-kalendarju tal-vaganzi tal-iskola u tal-festi (il-festa tal-Qaddisin Kollha, il-Milied, l-Għid, Lapsi, l-Għid il-Ħamsin, kif ukoll il-ġranet żejda għat-tluq u r-ritorn għal u mill-vaganzi tas-sajf, eċċ.), il-kapaċitajiet supplimentari minimi li ġejjin għandhom ikunu offruti (bħala somma tal-kapaċitajiet fiż-żewġ direzzjonijiet):

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tax-xitwa: 6 300 siġġu allokati fl-aktar ħin iffrekwentat tal-perjodu,

matul 10 ġimgħat minn tmiem Ġunju sal-bidu ta' Settembru: 6 300 post fil-perjodu,

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tas-sajf, barra l-10 ġimgħat imsemmija hawn fuq: 6 300 siġġu allokati fl-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru tal-perjodu.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari ma jikkonsistux f'siġġijiet żejda li jkunu eventwalment u spontanjament offruti lil hinn mill-kapaċitajiet bażiċi.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari minimi għandhom ikunu mqiegħda għall-bejgħ mill-anqas xahrejn qabel id-dati tat-titjiriet konċernati.

L-iskedi tal-ħinijiet bħat-tqassim fil-kalendarju ta' kapaċitajiet differenti se jkunu parti minn protokoll ta' ftehim espliċitu u preliminari fl-okkażjoni ta' kull staġun ajrunawtiku tal-IATA mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika. Biex dan isir u preliminarjament jitqiegħed fil-protokoll ta' ftehim hawn taħt, min jittrasporta jforni l-proposti tiegħu ta' programm skont il-mudell elettroniku muri mill-Uffiċċju tat-Trasport. F'nuqqas ta' ftehim, id-deċiżjoni finali tittieħed mill-Uffiċċju tat-Trasport.

(b)   Bejn Marsilja u Bastja:

Il-frekwenzi huma li ġejjin:

(i)

tal-anqas tliet titjiriet bir-ritorn kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, ħlief fil-festi pubbliċi; fuq naħa, filgħodu u filgħaxija, b'mod li l-klijenti jkunu jistgħu jagħmlu titjira bir-ritorn dak in-nhar stess u joqogħdu tal-anqas tmien sigħat f'Bastja u tal-anqas 11-il siegħa f'Marsilja u min-naħa l-oħra f'nofs il-ġurnata;

(ii)

bħala minimu, tliet titjiriet bir-ritorn kull ġurnata, li jerġgħu jitilqu regolarment matul il-ġurnata, is-Sibt, il-Ħadd u fil-festi pubbliċi.

Is-servizzi għandhom jitħaddmu mingħajr waqfa intermedjarja bejn Bastja u Marsilja.

Il-kapaċitajiet offruti għandhom jippermettu li jsir trasport ta' merkanzija u/jew ta' posta u li jwieġbu għat-trasport ta' passiġġieri għall-kundizzjonijet li ġejjin:

(i)

mit-Tnejn sal-Ġimgħa, il-kapaċità offruta għal kull direzzjoni, kemm filgħodu kif ukoll filgħaxija, għandha tkun tal-anqas ta' 140 post;

(ii)

il-kapaċitajiet minimi fil-ġimgħa li ġejjin għandhom ikunu offruti u jidhru fl-iskedi ppubblikati (total tal-kapaċità fiż-żewġ destinazzjonijiet):

matul is-sena kollha, il-kapaċità bażika hi ta' 5 250 post fil-ġimgħa, li minnhom 750 post kuljum, is-Sibt u l-Ħadd;

ma' din il-kapaċità bażika jiżdiedu:

matul 10 ġimgħat minn tmiem Ġunju sal-bidu ta' Settembru: 2 650 post fil-ġimgħa,

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tas-sajf, barra l-10 ġimgħat imsemmija hawn fuq: 1 600 post fil-ġimgħa;

(iii)

meta jitqies it-tqassim fuq sena tal-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru fit-tħaddim tal-kalendarju tal-vaganzi tal-iskola u tal-festi (notevolment il-festa tal-Qaddisin Kollha, il-Milied, l-Għid, Lapsi, l-Għid il-Ħamsin, kif ukoll il-ġranet żejda għat-tluq u r-ritorn għal u mill-vaganzi tas-sajf, eċċ.), il-kapaċitajiet supplimentari minimi li ġejjin għandhom ikunu offruti (bħala somma tal-kapaċitajiet fiż-żewġ direzzjonijiet), u se jkunu parti minn protokoll ta' ftehim espliċitu u preliminari fl-okkażjoni ta' kull staġun ajrunawtiku tal-IATA mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika:

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tax-xitwa: 6 300 siġġu allokati fl-aktar ħin iffrekwentat tal-perjodu,

matul 10 ġimgħat minn tmiem Ġunju sal-bidu ta' Settembru: 6 300 post fil-perjodu,

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tas-sajf, barra l-10 ġimgħat imsemmija hawn fuq: 6 300 siġġu allokati fl-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru tal-perjodu.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari ma jikkonsistux f'siġġijiet żejda li jkunu eventwalment u spontanjament offruti lil hinn mill-kapaċitajiet bażiċi.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari minimi għandhom ikunu mqiegħda għall-bejgħ mill-anqas xahrejn qabel id-dati tat-titjiriet konċernati.

L-iskedi tal-ħinijiet bħat-tqassim fil-kalendarju ta' kapaċitajiet differenti se jkunu parti minn protokoll ta' ftehim espliċitu u preliminari fl-okkażjoni ta' kull staġun ajrunawtiku tal-IATA mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika. Biex dan isir u preliminarjament jitqiegħed fil-protokoll ta' ftehim hawn taħt, min jittrasporta jforni l-proposti tiegħu ta' programm skont il-mudell elettroniku muri mill-Uffiċċju tat-Trasport. F'nuqqas ta' ftehim, id-deċiżjoni finali tittieħed mill-Uffiċċju tat-Trasport.

(c)   Bejn Marsilja u Kalvi:

Il-frekwenzi huma li ġejjin:

(i)

tal-anqas titjira bir-ritorn kuljum, matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA fix-xitwa, b'waqfin minimu, f'Marsilja, mit-Tnejn għal Ġimgħa, ħlief għal festi pubbliċi, bejn sebgħa u 10 sigħat skont ir-restrizzjonijiet ta' ftuħ tal-ajruport ta' Kalvi;

(ii)

bħala minimu tliet titjiriet bir-ritorn kull ġurnata, is-Sibt, il-Ħadd u fil-festi pubbliċi;

(iii)

tal-anqas żewġ titjiri bir-ritorn kuljum, matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA fis-sajf, b'waqfin minimu, f'Marsilja, mit-Tnejn għal Ġimgħa, ħlief għal festi pubbliċi, bejn sebgħa u 10 sigħat skont il-restrizzjonijiet ta' ftuħ tal-ajruport ta' Kalvi;

Is-servizzi għandhom jitħaddmu mingħajr waqfa intermedjarja bejn Marsilja u Kalvi.

Il-kapaċitajiet offruti għandhom jippermettu li jsir trasport ta' merkanzija u/jew ta' posta u li jwieġbu għat-trasport ta' passiġġieri għall-kundizzjonijet li ġejjin:

(i)

il-kapaċitajiet minimi fil-ġimgħa li ġejjin għandhom ikunu offruti u jidhru fl-iskedi ppubblikati (total tal-kapaċità fiż-żewġ destinazzjonijiet):

matul is-sena kollha, il-kapaċità bażika hi ta' 950 post fil-ġimgħa, li tlaħħaq 1 500 post matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA fis-sajf,

ma' din il-kapaċità bakiża, jiżdiedu matul l-10 ġimgħat mill-aħħar ta' Ġunju sal-bidu ta' Settembru: 550 post fil-ġimgħa;

(ii)

meta jitqies it-tqassim fuq sena tal-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru fit-tħaddim tal-kalendarju tal-vaganzi tal-iskola u tal-festi (notevolment il-festa tal-Qaddisin Kollha, il-Milied, l-Għid, Lapsi, l-Għid il-Ħamsin, kif ukoll il-ġranet żejda għat-tluq u r-ritorn għal u mill-vaganzi tas-sajf, eċċ.), il-kapaċitajiet supplimentari minimi li ġejjin għandhom ikunu offruti (bħala somma tal-kapaċitajiet fiż-żewġ direzzjonijiet), u se jkunu parti minn protokoll ta' ftehim espliċitu u preliminari fl-okkażjoni ta' kull staġun ajrunawtiku tal-IATA mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika:

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tax-xitwa: 1 050 siġġu allokati fl-aktar ħin iffrekwentat tal-perjodu,

matul 10 ġimgħat minn tmiem Ġunju sal-bidu ta' Settembru: 4 000 post fil-perjodu,

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tas-sajf, barra l-10 ġimgħat imsemmija hawn fuq: 5 500 siġġu allokati fl-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru tal-perjodu.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari ma jikkonsistux f'siġġijiet żejda li jkunu eventwalment u spontanjament offruti lil hinn mill-kapaċitajiet bażiċi.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari minimi għandhom ikunu mqiegħda għall-bejgħ mill-anqas xahrejn qabel id-dati tat-titjiriet konċernati.

L-iskedi tal-ħinijiet bħat-tqassim fil-kalendarju ta' kapaċitajiet differenti se jkunu parti minn protokoll ta' ftehim espliċitu u preliminari fl-okkażjoni ta' kull staġun ajrunawtiku tal-IATA mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika. Biex dan isir u preliminarjament jitqiegħed fil-protokoll ta' ftehim hawn taħt, min jittrasporta jforni l-proposti tiegħu ta' programm skont il-mudell elettroniku muri mill-Uffiċċju tat-Trasport. F'nuqqas ta' ftehim, id-deċiżjoni finali tittieħed mill-Uffiċċju tat-Trasport.

(d)   Bejn Marsilja u Figari:

Il-frekwenzi huma li ġejjin:

(i)

tal-anqas żewġ titjiriet bir-ritorn kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa ħlief fil-festi pubbliċi, filgħodu u filgħaxija, b'mod li jippermetti lill-klijenti li jagħmlu titjira bir-ritorn matul il-ġurnata b'dawmien tal-anqas ta' 10 sigħat f'Marselja u tal-anqas seba' sigħat f'Figari;

(ii)

tal-anqas tliet titjiriet bir-ritorn kull ġurnata, is-Sibt, il-Ħadd u fil-festi pubbliċi.

Is-servizzi għandhom jitħaddmu mingħajr waqfa intermedjarja bejn Marsilja u Figari.

Il-kapaċitajiet offruti għandhom jippermettu li jsir trasport ta' merkanzija u/jew ta' posta li jwieġbu għat-trasport ta' passiġġieri għall-kundizzjonijet li ġejjin:

(i)

il-kapaċitajiet minimi fil-ġimgħa li ġejjin għandhom ikunu offruti u jidhru fl-iskedi ppubblikati (total tal-kapaċità fiż-żewġ destinazzjonijiet):

fuq sena sħiħa, il-kapaċità bażika tkun ta' 1 500 post kull ġimgħa, li titla' għal 1 700 post fil-ġimgħa matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tas-sajf,

ma' din il-kapaċità bakiża, jiżdiedu matul 10 ġimgħat mill-aħħar ta' Ġunju sal-bidu ta' Settembru, 1 300 post fil-ġimgħa;

(ii)

meta jitqies it-tqassim fuq sena tal-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru fit-tħaddim tal-kalendarju tal-vaganzi tal-iskola u tal-festi (notevolment il-festa tal-Qaddisin Kollha, il-Milied, l-Għid, Lapsi, l-Għid il-Ħamsin, kif ukoll il-ġranet żejda għat-tluq u r-ritorn għal u mill-vaganzi tas-sajf, eċċ.), il-kapaċitajiet supplimentari minimi li ġejjin għandhom ikunu offruti (bħala somma tal-kapaċitajiet fiż-żewġ direzzjonijiet), u se jkunu parti minn protokoll ta' ftehim espliċitu u preliminari fl-okkażjoni ta' kull staġun ajrunawtiku tal-IATA mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika:

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tax-xitwa: 1 050 post allokati fl-aktar ħin iffrekwentat tal-perjodu;

matul 10 ġimgħat minn tmiem Ġunju sal-bidu ta' Settembru: 4 000 post fil-perjodu;

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tas-sajf, barra l-10 ġimgħat imsemmija hawn fuq: 5 500 siġġu allokati fl-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru tal-perjodu.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari ma jikkonsistux f'siġġijiet żejda li jkunu eventwalment u spontanjament offruti lil hinn mill-kapaċitajiet bażiċi.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari minimi għandhom ikunu mqiegħda għall-bejgħ mill-anqas xahrejn qabel id-dati tat-titjiriet konċernati.

L-iskedi tal-ħinijiet bħat-tqassim fil-kalendarju ta' kapaċitajiet differenti se jkunu parti minn protokoll ta' ftehim espliċitu u preliminari fl-okkażjoni ta' kull staġun ajrunawtiku tal-IATA mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika. Biex dan isir u preliminarjament jitqiegħed fil-protokoll ta' ftehim hawn taħt, min jittrasporta jforni l-proposti tiegħu ta' programm skont il-mudell elettroniku muri mill-Uffiċċju tat-Trasport. F'nuqqas ta' ftehim, id-deċiżjoni finali tittieħed mill-Uffiċċju tat-Trasport.

(e)   Bejn Nizza u Ajaccio:

Il-frekwenzi huma li ġejjin:

(i)

tal-anqas tliet titjiriet bir-ritorn kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, ħlief fil-festi pubbliċi; fuq naħa, filgħodu u filgħaxija, b'mod li l-klijenti jkunu jistgħu jagħmlu titjira bir-ritorn dak in-nhar stess u joqogħdu tal-anqas tmien sigħat f'Ajaccio u tal-anqas 11-il siegħa f'Nizza, u min-naħa l-oħra f'nofs il-ġurnata;

(ii)

tal-anqas sitt titjiriet bir-ritorn b'kollox mis-Sibt sal-Ħadd;

(iii)

tal-anqas tliet titjiriet bir-ritorn fil-festi pubbliċi, minbarra meta s-Sibtijiet u l-Ħdud ikunu festi.

Is-servizzi għandhom jitħaddmu mingħajr waqfa intermedjarja bejn Ajaccio u Nizza.

Il-kapaċitajiet offruti għandhom jippermettu li jsir trasport ta' merkanzija u/jew ta' posta u li jwieġbu għat-trasport ta' passiġġieri għall-kundizzjonijet li ġejjin:

(i)

mit-Tnejn sal-Ġimgħa, il-kapaċità offruta għal kull direzzjoni, kemm filgħodu kif ukoll filgħaxija, għandha tkun tal-anqas ta' 60 post;

(ii)

il-kapaċitajiet minimi fil-ġimgħa li ġejjin għandhom ikunu offruti u jidhru fl-iskedi ppubblikati (total tal-kapaċità fiż-żewġ destinazzjonijiet):

fuq sena sħiħa, il-kapaċità bażika tkun ta' 2 650 post kull ġimgħa,

ma' din il-kapaċità bażika jiżdiedu:

matul 10 ġimgħat minn tmiem Ġunju sal-bidu ta' Settembru: 950 post fil-ġimgħa,

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tas-sajf, barra l-10 ġimgħat imsemmija hawn fuq: 450 post fil-ġimgħa;

(iii)

meta jitqies it-tqassim fuq sena tal-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru fit-tħaddim tal-kalendarju tal-vaganzi tal-iskola u tal-festi (notevolment il-festa tal-Qaddisin Kollha, il-Milied, l-Għid, Lapsi, l-Għid il-Ħamsin, kif ukoll il-ġranet żejda għat-tluq u r-ritorn għal u mill-vaganzi tas-sajf, eċċ.), il-kapaċitajiet supplimentari minimi li ġejjin għandhom ikunu offruti (bħala somma tal-kapaċitajiet fiż-żewġ direzzjonijiet), u se jkunu parti minn protokoll ta' ftehim espliċitu u preliminari fl-okkażjoni ta' kull staġun ajrunawtiku tal-IATA mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika:

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tax-xitwa: 1 600 siġġu allokati fl-aktar ħin iffrekwentat tal-perjodu,

matul 10 ġimgħat minn tmiem Ġunju sal-bidu ta' Settembru: 4 200 post fil-perjodu,

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tas-sajf, barra l-10 ġimgħat imsemmija hawn fuq: 3 200 siġġu allokati fl-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru tal-perjodu.

(f)   Bejn Nizza u Bastja:

Il-frekwenzi huma li ġejjin:

(i)

tal-anqas tliet titjiriet bir-ritorn kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, ħlief fil-festi pubbliċi; fuq naħa, filgħodu u filgħaxija, b'mod li l-klijenti jkunu jistgħu jagħmlu titjira bir-ritorn dak in-nhar stess u joqogħdu tal-anqas tmien sigħat f'Bastja u tal-anqas 11 siegħa f'Nizza, u min-naħa l-oħra f'nofs il-ġurnata;

(ii)

tal-anqas sitt titjiriet bir-ritorn b'kollox mis-Sibt sal-Ħadd.

(iii)

tal-anqas tliet titjiriet bir-ritorn fil-festi pubbliċi, minbarra meta s-Sibtijiet u l-Ħdud ikunu festi.

Is-servizzi għandhom jitħaddmu mingħajr waqfa intermedjarja bejn Bastja u Nizza.

Il-kapaċitajiet offruti għandhom jippermettu li jsir trasport ta' merkanzija u/jew ta' posta u li jwieġbu għat-trasport ta' passiġġieri għall-kundizzjonijet li ġejjin:

(i)

mit-Tnejn sal-Ġimgħa, il-kapaċità offruta għal kull direzzjoni, kemm filgħodu kif ukoll filgħaxija, għandha tkun tal-anqas ta' 60 post;

(ii)

il-kapaċitajiet minimi fil-ġimgħa li ġejjin għandhom ikunu offruti u jidhru fl-iskedi ppubblikati (total tal-kapaċità fiż-żewġ destinazzjonijiet):

fuq sena sħiħa, il-kapaċità bażika tkun ta' 2 650 post kull ġimgħa,

ma' din il-kapaċità bażika jiżdiedu:

matul 10 ġimgħat minn tmiem Ġunju sal-bidu ta' Settembru: 550 post fil-ġimgħa,

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tas-sajf, barra l-10 ġimgħat imsemmija hawn fuq: 300 post fil-ġimgħa;

(iii)

meta jitqies it-tqassim fuq sena tal-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru fit-tħaddim tal-kalendarju tal-vaganzi tal-iskola u tal-festi (notevolment il-festa tal-Qaddisin Kollha, il-Milied, l-Għid, Lapsi, l-Għid il-Ħamsin, kif ukoll il-ġranet żejda għat-tluq u r-ritorn għal u mill-vaganzi tas-sajf, eċċ.), il-kapaċitajiet supplimentari minimi li ġejjin għandhom ikunu offruti (bħala somma tal-kapaċitajiet fiż-żewġ direzzjonijiet), u se jkunu parti minn protokoll ta' ftehim espliċitu u preliminari fl-okkażjoni ta' kull staġun ajrunawtiku tal-IATA mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika:

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tax-xitwa: 1 600 siġġu allokati fl-aktar ħin iffrekwentat tal-perjodu,

matul 10 ġimgħat minn tmiem Ġunju sal-bidu ta' Settembru: 3 200 post fil-perjodu,

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tas-sajf, barra l-10 ġimgħat imsemmija hawn fuq: 3 200 siġġu allokati fl-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru tal-perjodu.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari ma jikkonsistux f'siġġijiet żejda li jkunu eventwalment u spontanjament offruti lil hinn mill-kapaċitajiet bażiċi.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari minimi għandhom ikunu mqiegħda għall-bejgħ mill-anqas xahrejn qabel id-dati tat-titjiriet konċernati.

L-iskedi tal-ħinijiet bħat-tqassim fil-kalendarju ta' kapaċitajiet differenti se jkunu parti minn protokoll ta' ftehim espliċitu u preliminari fl-okkażjoni ta' kull staġun ajrunawtiku tal-IATA mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika. Biex dan isir u preliminarjament jitqiegħed fil-protokoll ta' ftehim hawn taħt, min jittrasporta jforni l-proposti tiegħu ta' programm skont il-mudell elettroniku muri mill-Uffiċċju tat-Trasport. F'nuqqas ta' ftehim, id-deċiżjoni finali tittieħed mill-Uffiċċju tat-Trasport.

(g)   Bejn Nizza u Kalvi:

Il-frekwenzi huma li ġejjin: tal-anqas titjira bir-ritorn kuljum.

Is-servizzi għandhom jitħaddmu mingħajr waqfa intermedjarja bejn Nizza u Kalvi.

Il-kapaċità offruta għandha twieġeb għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-kapaċitajiet minimi fil-ġimgħa li ġejjin għandhom ikunu offruti u jidhru fl-iskedi ppubblikati (total tal-kapaċità fiż-żewġ destinazzjonijiet):

fuq sena sħiħa, il-kapaċità bażika tkun ta' 600 post kull ġimgħa,

ma' din il-kapaċità bażika, jiżdiedu:

matul 10 ġimgħat minn tmiem Ġunju sal-bidu ta' Settembru: 1 400 post fil-ġimgħa,

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tas-sajf, barra l-10 ġimgħat imsemmija hawn fuq: 400 post fil-ġimgħa;

(ii)

meta jitqies it-tqassim fuq sena tal-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru fit-tħaddim tal-kalendarju tal-vaganzi tal-iskola u tal-festi (notevolment il-festa tal-Qaddisin Kollha, il-Milied, l-Għid, Lapsi, l-Għid il-Ħamsin, kif ukoll il-ġranet żejda għat-tluq u r-ritorn għal u mill-vaganzi tas-sajf, eċċ.), il-kapaċitajiet supplimentari minimi li ġejjin għandhom ikunu offruti (bħala somma tal-kapaċitajiet fiż-żewġ direzzjonijiet), u se jkunu parti minn protokoll ta' ftehim espliċitu u preliminari fl-okkażjoni ta' kull staġun ajrunawtiku tal-IATA mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika:

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tax-xitwa: 1 050 siġġu allokati fl-aktar ħin iffrekwentat tal-perjodu,

matul 10 ġimgħat minn tmiem Ġunju sal-bidu ta' Settembru: 1 600 post fil-perjodu,

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tas-sajf, barra l-10 ġimgħat imsemmija hawn fuq: 2 300 siġġu allokati fl-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru tal-perjodu.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari ma jikkonsistux f'siġġijiet żejda li jkunu eventwalment u spontanjament offruti lil hinn mill-kapaċitajiet bażiċi.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari minimi għandhom ikunu mqiegħda għall-bejgħ mill-anqas xahrejn qabel id-dati tat-titjiriet konċernati.

L-iskedi tal-ħinijiet bħat-tqassim fil-kalendarju ta' kapaċitajiet differenti se jkunu parti minn protokoll ta' ftehim espliċitu u preliminari fl-okkażjoni ta' kull staġun ajrunawtiku tal-IATA mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika. Biex dan isir u preliminarjament jitqiegħed fil-protokoll ta' ftehim hawn taħt, min jittrasporta jforni l-proposti tiegħu ta' programm skont il-mudell elettroniku muri mill-Uffiċċju tat-Trasport. F'nuqqas ta' ftehim, id-deċiżjoni finali tittieħed mill-Uffiċċju tat-Trasport.

(h)   Bejn Nizza u Figari:

Il-frekwenzi huma li ġejjin: tal-anqas titjira bir-ritorn kuljum.

Is-servizzi għandhom jitħaddmu mingħajr waqfa intermedjarja bejn Nizza u Figari.

Il-kapaċitajiet offruti għandhom jippermettu li jsir trasport ta' merkanzija u/jew ta' posta u li jwieġbu għat-trasport ta' passiġġieri għall-kundizzjonijet li ġejjin:

(i)

il-kapaċitajiet minimi fil-ġimgħa li ġejjin għandhom ikunu offruti u jidhru fl-iskedi ppubblikati (total tal-kapaċità fiż-żewġ destinazzjonijiet):

fuq sena sħiħa, il-kapaċità bażika tkun ta' 600 post kull ġimgħa;

ma' din il-kapaċità bażika, jiżdiedu:

matul 10 ġimgħat minn tmiem Ġunju sal-bidu ta' Settembru: 1 400 post fil-ġimgħa,

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tas-sajf, barra l-10 ġimgħat imsemmija hawn fuq: 400 post fil-ġimgħa;

(ii)

meta jitqies it-tqassim fuq sena tal-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru fit-tħaddim tal-kalendarju tal-vaganzi tal-iskola u tal-festi (notevolment il-festa tal-Qaddisin Kollha, il-Milied, l-Għid, Lapsi, l-Għid il-Ħamsin, kif ukoll il-ġranet żejda għat-tluq u r-ritorn għal u mill-vaganzi tas-sajf, eċċ.), il-kapaċitajiet supplimentari minimi li ġejjin għandhom ikunu offruti (bħala somma tal-kapaċitajiet fiż-żewġ direzzjonijiet), u se jkunu parti minn protokoll ta' ftehim espliċitu u preliminari fl-okkażjoni ta' kull staġun ajrunawtiku tal-IATA mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika:

matul il-perjodu ajrunawtiku tal-IATA tax-xitwa: 1 050 siġġu allokati fl-aktar ħin iffrekwentat tal-perjodu,

matul 10 ġimgħat minn tmiem Ġunju sal-bidu ta' Settembru: 2 650 post fil-perjodu,

matul l-istaġun ajrunawtiku tal-IATA tas-sajf, barra l-10 ġimgħat imsemmija hawn fuq: 2 300 siġġu allokati fl-aqwa ħinijiet tat-traffiku bl-ajru tal-perjodu.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari ma jikkonsistux f'siġġijiet żejda li jkunu eventwalment u spontanjament offruti lil hinn mill-kapaċitajiet bażiċi.

Dawn il-kapaċitajiet supplimentari minimi għandhom ikunu mqiegħda għall-bejgħ mill-anqas xahrejn qabel id-dati tat-titjiriet konċernati.

L-iskedi tal-ħinijiet bħat-tqassim fil-kalendarju ta' kapaċitajiet differenti se jkunu parti minn protokoll ta' ftehim espliċitu u preliminari fl-okkażjoni ta' kull staġun ajrunawtiku tal-IATA mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika. Biex dan isir u preliminarjament jitqiegħed fil-protokoll ta' ftehim hawn taħt, min jittrasporta jforni l-proposti tiegħu ta' programm skont il-mudell elettroniku muri mill-Uffiċċju tat-Trasport. F'nuqqas ta' ftehim, id-deċiżjoni finali tittieħed mill-Uffiċċju tat-Trasport.

2.2.   F'termini ta' tariffi

Dawn it-tariffi ma jinkludux spejjeż għad-distribuzjoni, u dazji u ħlasijiet dovuti “per capita” lill-Istat, lill-kollettivitajiet lokali u lill-awtoritajiet tal-ajruporti u jiġu identifikati bħala tali fuq il-biljett tat-trasport.

It-tariffa normali, fuq ir-rotta bejn Marsilja — Korsika, għandha tkun massimu ta' EUR 115, li titla' sa EUR 120 matul 10 ġimgħat mill-aħħar ta' Ġunju sal-bidu ta' Settembru; fuq ir-rotta bejn Nizza — Korsika, din għandha tkun massimu ta' EUR 111, li titla' sa EUR 116 matul 10 ġimgħat mill-aħħar ta' Ġunju sal-bidu ta' Settembru;

Il-passaġġieri li, ladarba jkollhom ir-residenza prinċipali tagħhom f'Korsika, jagħmlu t-titjira bir-ritorn minn Korsika permezz ta' biljetti mixtrija f'Korsika, li l-validità tagħhom tkun limitata għat-tul tal-mawra barra l-gżira b'anqas minn 40 ġurnata, barra għall-istudenti residenti li għandhom anqas minn 27 sena, ir-residenti żgħażagħ li jmorru l-iskola fuq il-kontinent kif ukoll it-tfal minuri ta' ġenituri divorzjati li wieħed minnhom ikun residenti f'Korsika, għandhom jibbenefikaw tul is-sena kollha, fuq it-titjiriet kollha, bla restrizzjoni ta' kapaċità, fuq ir-rotot bejn Marsilja — Korsika, minn tariffa indaqs, b'massimu, ta' EUR 43 għal vjaġġ.

Il-kategoriji ta' passiġġieri li ġejjin għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mir-rotot bejn Marsilja — Korsika minn tariffa ugwali, b'massimu, għal kull vjaġġ ta' EUR 53 li jitla' għal EUR 58 matul l-10 ġimgħat tal-aħħar ta' Ġunju fil-bidu ta' Settembru u, mir-rotot ta' Nizza — Korsika minn tariffa ugwali, għal massimu, għal vjaġġ ta' EUR 50, li jitla' għal EUR 55 matul l-10 ġimgħat fl-aħħar ta' Ġunju sal-bidu ta' Settembru.

(i)

iż-żgħażagħ (taħt il-25 sena);

(ii)

il-persuni anzjani (aktar minn 60 sena);

(iii)

l-istudenti li għandhom anqas minn 27 sena;

(iv)

il-familji (mill-anqas żewġ persuni tal-istess familja li jivvjaġġaw flimkien);

(v)

in-nies b'diżabbiltà.

Għall-kategoriji msemmija hawn fuq, l-operaturi għandhom jawtorizzaw l-aċċess tagħhom mingħajr ebda restrizzjoni sal-aħħar post disponibbli fil-limitu minimu ta' 50 % tal-kapaċità kull ġurnata u kull direzzjoni fuq kull rotta.

Għall-kategoriji kollha tal-passiġġieri, l-operatur jista' jimponi l-ħruġ u l-ħlas ta' biljett fil-limitu proporzjonali taż-żmien li jkun ilu riżervat il-post, bit-tħaddim ta' skala li tkun imfassla b'konsultazzjoni mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika.

Il-passiġġieri li jibbenefikaw minn tariffa bħala 'residenti' għandhom ikunu assimilati mal-passiġġieri li jħallsu t-tariffa sħiħa għall-kundizzjonijiet ta' aċċess abbord.

F'każ ta' żieda mhux normali, imprevidibbli u barra mir-rieda tal-operaturi, ta' elementi ta' spejjeż li jaffettwaw it-tħaddim ta' rotot bl-ajru, dawn it-tariffi massimi jistgħu jkunu miżjuda pro-rata fiż-żieda stabbilita. It-tariffi massimi modifikati hekk ikunu mgħarrfa bihom l-operaturi li joperaw is-servizzi u jkunu japplikaw skont limitu taż-żmien addattat għaċ-ċirkostanzi.

Bil-kontra, jekk iż-żieda fl-ispejjeż li tkun wasslet għaż-żieda tat-tariffi minħabba l-kompetizzjoni tgħib u wara dan l-għibien ikun stabbilit fl-istess kundizzjonijiet, partikolarment it-tul taż-żmien, l-emenda li ssir fit-tariffi għandha tkun ikkanċellata fl-istess limiti ta' żmien wara li din il-kanċellazzjoni tkun ġiet mgħarrfa l-operaturi.

It-tariffi kollha kemm huma għandhom ikunu aċċessibbli u kummerċjalizzati b'mod permanenti u għat-totalità tat-tariffi proposti lill-passiġġieri fuq mill-anqas sistema internazzjonali ta' bbukkjar kif ukoll skont kull waħda mill-modalitajiet li ġejjin: ċentru tal-ibbukkjar, aġenziji tal-ivvjaġġar, sistema tal-internet, fl-ajruport. Kull wieħed minn dawn il-metodi ta' kummerċjalizzazzjoni għandu jkun akkumpanjat mit-tqegħid għad-dispożizzjoni għall-utent, ta' informazzjoni ċara u preċiża mxandra b'materjal tal-karta u għajnuna mhux materjali li ssemmi l-kundizzjonijiet tat-tariffi fis-seħħ, espressi f'somom mingħajr it-taxxa u t-taxxi kollha inklużi li jindikaw l-eżistenza tal-ispejjeż għad-distribuzzjoni skont il-metodu magħżul.

L-operaturi għandhom jieħdu miżuri suffiċjenti bl-għan li jkunu aċċettati, mingħajr kwota, il-passiġġieri li ġejjin:

it-tfal mhux akkumpanjati (unaccompanied minors, UM) fis-sens ir-regolamenti tal-IATA, mill-età ta' erba' snin, mingħajr taxxa tariffarja;

il-passiġġieri b'nuqqas ta' mobilità jew li jbatu minn diżabbiltà magħrufa (WCHR, WCHS, WCHC) skont ir-regolamenti tal-IATA. Għal dan l-għan, l-użu ta' streċers awtorizzati għandu jkun stabbilit mill-operaturi. Il-ħlasijiet tariffarji addizzjonali imposti ma jistgħux ikunu superjuri għat-total ta' siġġijiet okkupati għat-trasport ta' dawn il-passiġġieri.

L-operaturi jagħtu bla ħlas konċessjoni ta' 20 kilogrammi ta' bagalji għal kull passiġġier. Kull kilogramma żejda kull passiġġier ma tistax tagħti lok għal ħlas taħt kwalunkwe forma li tkun aktar minn EUR 1.

L-operatur jista' jikkonkludi ftehim bejn linji tal-ajru membri tal-IATA rigward, għal kull rotta, mill-anqas operatur li jopera lejn destinazzjonijiet tat-territorju nazzjonali u, partikolarment l-aktar, Pariġi (Orly), servizzi tal-ajru mill-ajruporti ta' Marsilja jew Nizza skont il-każ, billi jirregola l-iffissar ta' prezzijiet u s-segwitu tal-bagalji, il-modalitajiet tal-applikazzjoni jistgħu jkunu preċiżi fil-qafas ta' protokolli ta' ftehim perjodiċi previsti bejn l-operatur u l-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika.

2.3.   F'termini ta' kontinwità tas-servizz

Ħlief għal każijiet ta' forza maġġuri, matul staġun tal-aeronawtika tal-IATA, l-għadd ta' titjiriet ikkanċellati għal raġunijiet li għalihom ikun direttament responsabbli l-operatur ma jistax ikun akbar minn 1 % tal-għadd ta' titjiriet previsti fil-programm tal-operat qabel it-titjiriet supplimentarji.

B'konformità mal-Artikolu 4(1)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92 li ssemma qabel, kull operatur li jkollu l-ħsieb li jopera sew waħda jew l-oħra minn dawn ir-rotot irid jiggarantixxi li jopera matul tal-anqas tnax-il xahar konsekkuttivi.

Is-servizzi ma jistgħux ikunu interrotti mill-operatur ħlief b'avviż minn qabel ta' mill-anqas sitt xhur.

2.4.   F'termini ta' kundizzjonijiet ta' tħaddim ta' servizzi.

Kull operatur Komunitarju li jkun jixtieq iħaddem linja tal-ajru jew oħra sottomessi għall-obbligi ta' servizz pubbliku msemmija hawn fuq, għandu jforni deskrizzjoni dettaljata tal-manjiera li biha huwa mistenni jassigura s-servizzi meta jkun qed iforni, b'mod partikolari, l-elementi li ġejjin.

(a)   Programmi ta' tħaddim:

Il-programmi ta' tħaddim (frekwenzi, skedi tal-ħin, tipi ta' ajruplani użati, u l-bqija) se jkunu kkomunikati wara d-diversi perjodi msemmija fl-obbligi ta' servizz pubbliku. Il-kundizzjonijiet għat-tnedija ta' titjiriet supplimentari se jkunu preċiżi wkoll.

(b)   Politika tariffarja:

L-operatur iforni tabella dettaljata tat-tariffi tiegħu (tariffi sħaħ, tariffi mraħħsa u modalitajiet tal-applikazzjoni).

(c)   Kundizzjonijiet kummerċjali ta' tħaddim:

L-operatur jindika d-dispożizzjonijiet maħsuba għat-trasport ta' merkanzija u/jew tal-posta, għall-bejgħ u s-sistema biex ikun riżervat post, kif ukoll l-akkoljenza ta' tfal mhux akkumpanjati (UM) u ta' passiġġieri b'nuqqas ta' mobilità skont il-preskrizzjonijiet tal-obbligi ta' servizz pubbliku. Huwa jippreċiża barra minn hekk il-prestazzjonijiet offruti abbord u l-ftehimiet bejn il-linji tal-ajru li jippermettu korrispondenzi eventwali, irrispettivament jekk hux fuq rotta nazzjonali jew internazzjonali.

(d)   Kundizzjonijiet tekniċi ta' tħaddim:

Id-dispożizzjonijiet partikolari għall-fini li tkun assigurata l-possibbiltà u r-regolarità tat-titjiriet (ajruplani u ekwipaġġi supplenti b'mod partikolari) ikunu dettaljati.

L-operaturi Komunitarji huma infurmati li tħaddim b'nuqqas ta' għarfien tal-obbligi ta' servizz pubbliku msemmija hawn fuq jista' jwassal għal, jew sanzjonijiet amministrattivi u/jew previsti ġurisdizzjonali, eliminazzjoni tagħhom għal tul ta' żmien ta' mill-anqas ħames snin fuq it-tħaddim kollu tas-servizzi bl-ajru sottomessi għall-obbligi ta' servizz pubbliku rilevanti għall-kompetenza tal-Awtorità Territorjali ta' Korsika.

(e)   Kundizzjonijiet soċjali:

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tax-Xogħol (l-Artikolu L 1224-1), l-operatur għandu jkun jaf bil-kundizzjonijiet soċjali li huwa se jkun qed iħaddem rigward l-istaff fil-post.


(1)  ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8.


28.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 273/23


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 95/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-lifts

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(Pubblikazzjoni ta' titli u referenzi ta' standards armonizzati taħt id-direttiva)

(2008/C 273/09)

ESO (1)

Referenza u titlu ta' l-istandard armonizzat

(u d-dokument ta' referenza)

L-ewwel pubblikazzjoni ĠU

Referenza ta' l-istandard li ġie sostitwit

Data tal-waqfa tal- presunzjoni tal-konformità ta' l-istandard li ġie sostitwit

(Nota 1)

CEN

EN 81-1:1998

Regoli ta' sigurtà għall-kostruzzjoni u stallazzjoni ta' lifts — Parti 1: Lifts elettriċi

31.3.1999

 

EN 81-1:1998/A2:2004

6.8.2005

Nota 3

Data skaduta

(6.8.2005)

EN 81-1:1998/A1:2005

2.8.2006

Nota 3

Data skaduta

(2.8.2006)

EN 81-1:1998/AC:1999

 

 

 

CEN

EN 81-2:1998

Regoli ta' sigurtà għall-kostruzzjoni u stallazzjoni ta' lifts — Parti 2: Lifts idrawliċi

31.3.1999

 

EN 81-2:1998/A2:2004

6.8.2005

Nota 3

Data skaduta

(6.8.2005)

EN 81-2:1998/A1:2005

2.8.2006

Nota 3

Data skaduta

(2.8.2006)

EN 81-2:1998/AC:1999

 

 

 

CEN

EN 81-28:2003

Regoli ta' sigurtà għall-kostruzzjoni u stallazzjoni ta' lifts — Lifts għat-trasport ta' persuni u merkanzija — Parti 28: Avviż ta' allarm mill-bogħod f'lifts għal passiġġieri u lifts għal passiġġieri u merkanzija

10.2.2004

 

CEN

EN 81-58:2003

Regoli ta' sigurtà għall-kostruzzjoni u stallazzjoni ta' lifts — Eżami u testijiet — Parti 58: Test ta' reżistenza kontra n-nar tal-bibien li jagħtu għal indana

10.2.2004

 

CEN

EN 81-70:2003

Regoli ta' sigurtà għall-kostruzzjoni u stallazzjoni ta' lifts — Applikazzjonijiet partikolari għal lifts għal passiġġieri u lifts għal passiġġieri u merkanzija — Parti 70: Aċċessibilità għal lifts għal persuni inklużi persuni b'diżabilità

6.8.2005

 

EN 81-70:2003/A1:2004

6.8.2005

 

 

CEN

EN 81-71:2005

Regoli ta' sigurtà għall-kostruzzjoni u stallazzjoni ta' lifts — Applikazzjonijiet partikolari għal lifts għal passiġġieri u lifts għal passiġġieri u merkanzija — Parti 71: Lifts li jirreżistu vandalizmu

11.10.2007

 

EN 81-71:2005/A1:2006

11.10.2007

Nota 3

11.10.2007

CEN

EN 81-72:2003

Regoli ta' sigurtà għall-kostruzzjoni u stallazzjoni ta' lifts — Applikazzjonijiet partikolari għal lifts għal passiġġieri u lifts għal passiġġieri u merkanzija — Parti 72: Lifts għal dawk li jrażżnu n-nirien

10.2.2004

 

CEN

EN 81-73:2005

Regoli ta' sigurtà għall-kostruzzjoni u stallazzjoni ta' lifts — Applikazzjonijiet partikolari għal lifts għal passiġġieri u lifts għal passiġġieri u merkanzija — Parti 73: Mġiba ta' lifts f'każ ta' ħruq

2.8.2006

 

CEN

EN 12016:2004

Kompatibilità elettromanjetika — Prodott standard tal-familja għal lifts, skalaturi u ċineg li jġorru passiġġieri — Immunità

6.8.2005

EN 12016:1998

Data skaduta

(30.6.2006)

EN 12016:2004/A1:2008

Din hi l-ewwel pubblikazzjoni

Nota 3

28.12.2009

CEN

EN 12385-3:2004

Ħbula tal-wajer ta' l-azzar — Sigurtà — Parti 3: Informazzjoni dwar użu u manutenzjoni

11.10.2007

 

EN 12385-3:2004/A1:2008

Din hi l-ewwel pubblikazzjoni

Nota 3

28.12.2009

CEN

EN 12385-5:2002

Ħbula tal-wajer ta' l-azzar — Sigurtà — Parti 5: Ħbula minsuġin u mxebbkin għall-lifts

6.8.2005

 

EN 12385-5:2002/AC:2005

 

 

 

CEN

EN 13015:2001

Manutenzjoni ta' lifts u skalaturi — Regoli għal struzzjonijiet ta' manutenzjoni

10.2.2004

 

EN 13015:2001/A1:2008

Din hi l-ewwel pubblikazzjoni

Nota 3

28.12.2009

CEN

EN 13411-7:2006

Terminazzjonijiet għal ħbula tal-wajer ta' l-azzar — Sigurtà — Parti 7: Sokit b'kunjard simetriku

13.12.2006

 

Nota 1

Ġeneralment id-data ta' waqfa tal-preżunzjoni ta' konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-Organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-Istandardizzar, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f' ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista' jkun mod ieħor.

Nota 3

F' każ ta' emendi, l-istandard ta' referenza huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata. Għalhekk l-istandard li ġie sostitwit (kolonna 3) jikkonsisti f' EN CCCCC:YYYY u l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, iżda mingħajr l-emenda l-ġdida kkwotata. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit jieqaf milli jagħti l-preżużjoni ta' konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

NOTA:

Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta' l-istandards tista' tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-Istandardizzar jew mill-korpi nazzjonali ta' l-istandardizzar li l-lista tagħhom hija annessa mad-Direttiva 98/34/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill emendata mid-Direttiva 98/48/KE (3).

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi kollha tal-Komunità.

Din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tiżgura l-aġġornament ta' din il-lista.

Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati tinstab fl-Internet f':

http://europa.eu.int/comm/enterprise/newapproach/standardization/harmstds.


(1)  ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-Istandardizzar:

CEN: rue de Stassart 36, B-1050 Brussels, tel.(32-2) 550 08 11; fax (32- 2) 550 08 19 (http://www.cen.be)

CENELEC: rue de Stassart 35, B-1050 Brussels, tel.(32-2) 519 68 71; fax (32-2) 519 69 19 (http://www.cenelec.org)

ETSI: 650, route des Lucioles, F-06921 Sophia Antipolis, tel.(33) 492 94 42 00; fax (33) 493 65 47 16 (http://www.etsi.org)

(2)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(3)  ĠU L 217, 5.8.1998, p. 18.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni

28.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 273/26


Sejħiet għall-proposti li jaqgħu taħt il-programmi ta' ħidma l-2009 tas-Seba' Programm ta' Qafas għal Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

(2008/C 273/10)

B'dan qed jingħata avviż tat-tnedija ta' sejħiet għall-proposti li jaqgħu taħt il-programmi ta' ħidma u l-2009 “Kapaċitajiet” tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għal Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (mill-2007 sal-2013).

Qed jintlaqgħu proposti għas-sejħiet li ġejjin. Id-dati tal-għeluq u l-baġits għas-sejħiet qegħdin imniżżlin fittesti tas-sejħiet, li jinsabu ppublikati fuq il-websajt tal-CORDIS.

Il-Programm Speċifiku Kapaċitajiet

Parti

Identifikatur tas-Sejħa

4.

Il-Potenzjal għar-Riċerka

FP7-REGPOT-2009-1

FP7-REGPOT-2009-2

Dawn is-sejħiet għall-proposti jorbtu mal-programmi ta' ħidma adottati bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2008) 4566 tas-26 u Ġunju 2008.

L-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet, il-programmi ta' ħidma u l-gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti, tinsab disponibbli fuq il-websajt tal-CORDIS: http://cordis.europa.eu/fp7/calls/


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

28.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 273/27


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5307 — Accueil Partenaires/CDC/RVHS 1 % Logement/SGRHVS)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 273/11)

1.

Fis-16 ta' Ottubru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Accueil Partenaires, (“Accueil Partenaires”, Franza), li tappartjenti lill-grupp ACCOR (“Accor”, France), u Caisse des Dépôts et Consignations (“CDC”, Franza) u RHVS 1 % Logements (“RHVS”, Franza) li huma kkontrollati minn numru ta' kumitati interprofessjonali fi Franza, jiksbu kontroll konġunt, skont it-tifsira ta' Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, fuq l-impriżi SGRHVS (“SGRHVS” Franza) permezz tax-xiri ta' ishma f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi proġett konġunt.

2.

L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Accueil Partenaires: ġestjoni u funzjonament ta' akkomodazzjonijiet temporanji, servizzi tal-lukandi u servizzi relatati,

għal CDC: kumpanija ta' interess pubbliku ġenerali, assigurazzjonijiet, bejgħ ta' propjetà, investiment kapitali u servizzi għall-pubbliku u persuni privati,

għal RHVS: il-ġestjoni tal-isforzi tal-impjegati fil-bini tad-djar,

għal SGRHVS: fornitura ta' akkomodazzjonijiet temporanji lill-nies bi dħul modest.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni avżata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5307 — Accueil Partenaires/CDC/RVHS 1 % Logement/SGRHVS, f'dan l-indirizz:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


28.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 273/28


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M 5332 — Ericsson/STM/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 273/12)

1.

Fl-21 ta' Ottubru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi STMicroelectronics N.V. (“STM”, L-Olanda) u Telefonaktiebolaget LM Ericsson (“Ericsson” l-Iżvezja) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tal-impriża JVD (l-Iżvizzera) JVS (l-Iżvizzera), permezz tax-xiri ta' ishma, f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

għal STM: semi-kondutturi, li jvarjaw minn dajowds u transisters diskreti sa apparat b'sistemi kumplessi fuq ċipp, u soluzzjonijiet kompleti għall-pjattaformi eletroniċi,

għal Ericsson: prodotti tat-telekomunikazzjoni, li jvarjaw minn netwerks u soluzzjonjiet multimedjatiċi sa servizzi professjonali u prodotti tal-kommunikazzjoni oħra bħal telefons ċellulari.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni avżata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5332 — Ericsson/STM/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


28.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 273/29


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5352 — Omron/Ficosa/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 273/13)

1.

Fis-17 ta' Ottubru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Omron Corporation (“Omron”, Ġappun) u Ficosa International S.A. (“Ficosa”, Spanja) indirettament jakkwistaw skont it-tifsira ta' Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll konġunt ta' impriża konġunta (“JV”, Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi proġett konġunt.

2.

L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Omron: manifattura tat-tagħmir tal-kontroll, sistemi ta' awtomatizzazzjoni, komponenti elettroniċi, makkinarju għall-bejgħ ta' biljetti, tagħmir mediku, komponenti elettroniċi ta' awtomatizzjoni,

għal Ficosa: riċerka, żvilluppar, produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni ta' sistemi u partijiet ta' karozzi (bħal mirja ta' viżjoni anterjuri),

għal JV: żvilluppar, manifattura u bejgħ ta' sistemi avvanzati ta' għajnuna għas-sewwieqa għall-karozzi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5352 — Omron/Ficosa/JV, lil dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


28.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 273/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.