ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
25 ta' Ottubru 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Qorti tal-Ġustizzja

2008/C 272/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU C 260, 11.10.2008

1

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2008/C 272/02

Elezzjoni tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2

2008/C 272/03

Kompożizzjoni tal-Awli u assenjazzjoni tal-imħallfin lill-Awli

3

2008/C 272/04

Kriterji ta' assenjazzjoni tal-kawżi lill-Awli

4

2008/C 272/05

Ħatra ta' mħallef li jissostitwixxi l-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bħala mħallef għal miżuri provviżorji

5

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-Ġustizzja

2008/C 272/06

Kawża C-291/08: Rikors ippreżentat fl-1 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

6

2008/C 272/07

Kawża C-292/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fit-2 ta' Lulju 2008 — German Graphics Graphische Maschinen GmbH vs A. van der Schee, bħala likwidatriċi ta' Holland Binding BV

6

2008/C 272/08

Kawża C-299/08: Rikors ippreżentat fl-4 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

7

2008/C 272/09

Kawża C-307/08: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

7

2008/C 272/10

Kawża C-324/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fis-16 ta' Lulju 2008 — 1. Makro Zelfbedieningsgroothandel CV, 2. Metro Cash & Carry BV u 3. Remo Zaandam BV vs Diesel SpA

8

2008/C 272/11

Kawża C-329/08: Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

8

2008/C 272/12

Kawża C-330/08: Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

9

2008/C 272/13

Kawża C-331/08: Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

9

2008/C 272/14

Kawża C-332/08: Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

9

2008/C 272/15

Kawża C-337/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fil-21 ta' Lulju 2008 — X Holding BV vs Staatssecretaris van Financiën

10

2008/C 272/16

Kawża C-343/08: Rikors ippreżentat fit-23 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka

10

2008/C 272/17

Kawża C-344/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Kościanie (ir-Repubblika tal-Polonja) fl-24 ta' Lulju 2008 — Proċeduri kriminali kontra Tomasz Rubach

10

2008/C 272/18

Kawża C-347/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgerichts Feldkirch (l-Awstrija) fit-28 ta' Lulju 2008 — Vorarlberger Gebietskrankenkasse vs WGV-Schwäbische Allgemeine Versicherungs AG

11

2008/C 272/19

Kawża C-351/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundessozialgericht (il-Ġermanja) fl-4 ta' Awwissu 2008 — Christian Grimme vs Deutsche Angestellten-Krankenkasse

11

2008/C 272/20

Kawża C-362/08 P: Appell ippreżentat fis-7 ta' Awwissu 2008 minn Internationalen Hilfsfonds eV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Ħames Awla) fil-5 ta' Ġunju 2008, fil-kawża T-141/05, Internationaler Hilfsfonds e.V. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

11

2008/C 272/21

Kawża C-366/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgerichts München (il-Ġermanja), fil-11 ta' Awissu 2008 — Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV vs Adolf Darbo AG

12

2008/C 272/22

Kawża C-373/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Finanzgericht (Il-Ġermanja) fl-14 ta' Awwissu 2008 — Hoesch Metals and Alloys GmbH vs Hauptzollamt Aachen

13

2008/C 272/23

Kawża C-388/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Korkein oikeus (Il-Finlandja) fil-5 ta' Settembru 2008 — Artur Leymann, Aleksei Pustovarov vs Virallinen syyttäjä

13

2008/C 272/24

Kawża C-392/08: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

14

2008/C 272/25

Kawża C-397/08: Rikors ippreżentat fil-15 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

14

 

Qorti tal-Prim' Istanza

2008/C 272/26

Kawża T-212/03: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2008 — MyTravel vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità — Kompetizzjoni — Deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni — L-annullament tad-deċiżjoni permezz ta' sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza — Ksur suffiċjentement serju ta' regola tad-dritt li hija intiża biex tagħti drittijiet lill-individwi)

15

2008/C 272/27

Kawża T-381/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — L-Italja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Primjums għall-annimali u żvilupp rurali — Nuqqasijiet fis-sistema nazzjonali ta' ġestjoni u ta' kontroll)

15

2008/C 272/28

Kawża T-465/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta' sejħa għal offerti Komunitarja — Provvista ta' servizzi ta' l-informatika u provvisti relatati marbuta mas-sistemi ta' informazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tas-Sajd — Ċaħda ta' l-offerta ta' offerent — Obbligu ta' motivazzjoni)

16

2008/C 272/29

Kawża T-42/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Williams vs Il-Kummissjoni (Aċċess għad-dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti preparatorji li jikkonċernaw l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/18/KE dwar il-GMOs — Rifjut parzjali ta' aċċess — Rifjut impliċitu ta' aċċess — Eċċezzjonijiet relattivi għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali, għall-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali u għall-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Obbligu ta' motivazzjoni)

16

2008/C 272/30

Kawża T-59/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura Komunitarja ta' sejħa għal offerti — Provvista ta' servizzi ta' żvilupp, manutenzjoni u assistenza tas-sistemi ta' informazzjoni finanzjarja tad-Direttorat Ġenerali Agrikultura — Kriterji ta' għażla u ta' għoti — Ċaħda tal-offerta ta' offerent — Obbligu ta' motivazzjoni — Assenza ta' żball manifest ta' evalwazzjoni — Prinċipji ta' diliġenza u ta' amministrazzjoni tajba)

17

2008/C 272/31

Kawża T-348/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjoni ta' nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja u mill-Ukraina — Tibdil fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat — Applikazzjoni ta' miżuri eżistenti għat-tipi l-ġodda tal-prodott)

17

2008/C 272/32

Kawża T-370/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Franza vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Settur tal-inbid — Għajnuna għar-ristrutturazzjoni u għall-konverżjoni — Kunċett ta' superfiċji eliġibbli)

18

2008/C 272/33

Kawża T-403/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2008 — MyTravel vs Il-Kummissjoni (Aċċess għad-dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Rifjut ta' aċċess — Eċċezzjoni dwar il-ħarsien tal-proċess deċiżjonali — Eċċezzjoni dwar il-ħarsien ta' attivitajiet ta' investigazzjoni u verifika — Eċċezzjoni dwar il-ħarsien tal-pariri legali — Dokumenti dwar id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fuq il-konċentrazzjoni)

18

2008/C 272/34

Kawża T-48/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Astex Therapeutics vs UASI — Protec Health International (astex TECHNOLOGY) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva astex TECHNOLOGY — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ASTEX — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Restrizzjoni tal-prodotti indikati fl-applikazzjoni għal trade mark — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

19

2008/C 272/35

Kawża T-75/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2008 — Bayer CropScience et vs Il-Kummissjoni (Direttiva 91/414/KEE — Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Sustanza attiva endosulfan — Irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq — Proċedura ta' evalwazzjoni — Termini — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju ta' proporzjonalità)

19

2008/C 272/36

Kawża T-96/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza fl-10 ta' Settembru 2008 — Tsakiris-Mallas vs UASI — Late Editions (exē) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja exē — Trade mark verbali nazzjonali preċedenti EXE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Xebh tal-prodotti u tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

20

2008/C 272/37

Kawża T-181/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — L-Italja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju — Korrezzjonijiet finanzjarji — Frott u ħaxix — Prodotti tal-ħalib — Uċuħ tar-raba' li jinħarat — Żvilupp rurali — Nuqqas ta' osservanza tat-termini ta' pagament)

20

2008/C 272/38

Kawża T-201/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Gerson vs UASI (Filtru taż-żebgħa parzjalment ta' kulur isfar) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Filtru taż-żebgħa parzjalment b'kulur isfar — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta' karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

21

2008/C 272/39

Kawża T-243/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Promat vs UASI — Puertas Proma (PROMAT) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja PROMAT — Trade mark figurattiva preċedenti PROMA — Rifjut parzjali ta' reġistrazzjoni — Raġuni relativa għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

21

2008/C 272/40

Kawża T-272/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura Komunitarja ta' sejħa għal offerti — Rifjut ta' offerta — Kriterji għall-għażla u għall-għoti tal-kuntratt — Obbligu ta' motivazzjoni)

22

2008/C 272/41

Kawża T-284/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Gualtieri vs Il-Kummissjoni (Espert nazjonali sekondat — Allowances ta' residenza — Post ta' residenza waqt is-sekondament — Eċċezzjoni ta' l-illegalità ta' l-Artikolu 20(3)(b) tad-deċiżjoni fuq esperti nazzjonali sekondati — Prinċipju ta' trattament ugwali)

22

2008/C 272/42

Kawża T-300/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Promat vs UASI (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Promat — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PROMA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94)

23

2008/C 272/43

Kawża T-325/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Boston Scientific vs UASI — Terumo (CAPIO) (Trade mark Komunitarja — Proċedura ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CAPIO — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CAPIOX — Raġuni relattiva għal rifjut — Użu serju tat-trade mark — Artikolu 43(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94)

23

2008/C 272/44

Kawżi magħquda T-349/06, T-371/06, T-14/07, T-15/07 u Kawża T-332/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2008 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (ERDF — Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja — Modifiki tal-pjanijiet ta' finanzjament mingħajr il-kunsens tal-Kummissjoni — Kunċett ta' modifika sostanzjali — Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88 — Rikors għal annullament)

24

2008/C 272/45

Kawża T-363/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2008 — Honda Motor Europe vs UASI — Seat (MAGIC SEAT) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MAGIC SEAT — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti SEAT — Raġuni relativa għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

24

2008/C 272/46

Kawża T-413/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-4 ta' Settembru 2008 — Gualtieri vs Il-Kummissjoni (Appell — Espert nazzjonali sekondat — Digriet ta' rinviju — Deċiżjoni li tista' tiġi appellata — Inammissibbiltà)

25

2008/C 272/47

Kawża T-106/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Settembru 2008 — Alcon vs UASI — *Acri.Tec (BioVisc) (Trade mark Komunitarja — Proċedura ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali BioVisc — Trade marks internazzjonali verbali preċedenti PROVISC u DUOVISC — Motiv relattiv għal rifjut — Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

25

2008/C 272/48

Kawża T-222/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Settembru 2008 — Kerstens vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rapport tal-iżvilupp tal-karriera — Terminu sabiex jiġi ppreżentat ilment — Tardività — Appell mhux fondat)

25

2008/C 272/49

Kawża T-315/05: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Awwissu 2008 — Adomex International vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Olandiżi fis-settur tal-florikultura — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet — Persuna mhux ikkonċernata individwalment — Inammissibbiltà manifesta)

26

2008/C 272/50

Kawża T-477/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Settembru 2008 — Cofra vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Aċċess għad-dokumenti — Irtirar tad-deċiżjoni li rrifjutat l-aċċess — Żvelar ta' dokumenti kontra r-rieda espressa tal-awtur tagħhom — M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

26

2008/C 272/51

Kawża T-479/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Settembru 2008 — Nuova Agricast vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Aċċess għad-dokumenti — Irtirar tad-deċiżjoni li rrifjutat l-aċċess — Żvelar ta' dokumenti kontra r-rieda espressa tal-awtur tagħhom — M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

26

2008/C 272/52

Kawża T-237/08: Rikors ippreżentat fid-19 ta' Ġunju 2008 — Abadía Retuerta vs UASI (CUVÉE PALOMAR)

27

2008/C 272/53

Kawża T-259/08: Rikors ippreżentat fit-2 ta' Lulju 2008 — Global Digital Disc vs Il-Kummissjoni

27

2008/C 272/54

Kawża T-283/08 P: Appell imressaq fis-16 ta' Lulju 2008 minn Pavlos Longinidis mis-sentenza mogħtija fl-24 ta' April 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-74/06, Pavlos Longinidis vs Cedefop

28

2008/C 272/55

Kawża T-293/08: Rikors ippreżentat fl-24 ta' Lulju 2008 — BASF Plant Science et vs Il-Kummissjoni

28

2008/C 272/56

Kawża T-299/08: Rikors ippreżentat fl-1 ta' Awwissu 2008 — Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni

29

2008/C 272/57

Kawża T-304/08: Rikors ippreżentat fil-5 ta' Awissu 2008 — Smurfit Kappa Group vs Il-Kummissjoni

30

2008/C 272/58

Kawża T-305/08: Rikors ippreżentat fil-11 ta' Awwissu 2008 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

31

2008/C 272/59

Kawża T-311/08: Rikors ippreżentat fil-5 ta' Awwissu 2008 — Fitoussi vs UASI — Loriot (IBIZA REPUBLIC)

32

2008/C 272/60

Kawża T-312/08: Rikors ippreżentat fit-13 ta' Awissu 2008 — Ellinikos Niognomon vs Il-Kummissjoni

33

2008/C 272/61

Kawża T-313/08: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore vs Il-Kummissjoni

33

2008/C 272/62

Kawża T-314/08: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awissu 2008 — Euromar di Ganesio Pietro vs Il-Kummissjoni

34

2008/C 272/63

Kawża T-315/08: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Corrado vs Il-Kummissjoni

34

2008/C 272/64

Kawża T-316/08: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awissu 2008 — Pescazzurra vs Il-Kummissjoni

34

2008/C 272/65

Kawża T-317/08: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Società di armatori G. padre dei Fratelli Incorvaia G.I. e S. vs Il-Kummissjoni

34

2008/C 272/66

Kawża T-318/08: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Di Mercurio vs Il-Kummissjoni

35

2008/C 272/67

Kawża T-319/08: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Grasso vs Il-Kummissjoni

35

2008/C 272/68

Kawża T-320/08: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Margherita vs Il-Kummissjoni

35

2008/C 272/69

Kawża T-321/08: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Cimino vs Il-Kummissjoni

36

2008/C 272/70

Kawża T-322/08: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 – Musumeci vs Il-Kummissjoni

36

2008/C 272/71

Kawża T-323/08: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Pescatori San Franceso di Paola u Sorrentino vs Il-Kummissjoni

36

2008/C 272/72

Kawża T-324/08: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Pescatori San Francesco di Paola vs Il-Kummissjoni

37

2008/C 272/73

Kawża T-325/08: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Pepito Pesca vs Il-Kummissjoni

37

2008/C 272/74

Kawża T-326/08: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — G. & C. vs Il-Kummissjoni

37

2008/C 272/75

Kawża T-327/08: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Armamento Li Causi vs Il-Kummissjoni

37

2008/C 272/76

Kawża T-328/08: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Mareggiando in Calabria — Servizi Pesca Turismo et vs Il-Kummissjoni

38

2008/C 272/77

Kawża T-329/08: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — AJD Tuna vs Il-Kummssijoni

38

2008/C 272/78

Kawża T-330/08: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Ligny Pesca di Guaiana Francesco et vs Il-Kummissjoni

38

2008/C 272/79

Kawża T-335/08: Rikors ippreżentat fl-14 ta' Awwissu 2008 — BNP Paribas u BNL vs Il-Kummissjoni

39

2008/C 272/80

Kawża T-339/08: Rikors ippreżentat fit-18 ta' Awwissu 2008 — BVGD vs Il-Kummissjoni

40

2008/C 272/81

Kawża T-341/08: Rikors ippreżentat fid-19 ta' Awwissu 2008 — Hess Group AG vs UASI-Coloma Navarro (COLOMÉ)

41

2008/C 272/82

Kawża T-342/08: Rikors ippreżentat fit-18 ta' Awissu 2008 — Batchelor vs Il-Kummissjoni

41

2008/C 272/83

Kawża T-344/08: Rikors ippreżentat fil-25 ta' Awwissu 2008 — EnBW Energie Baden-Württemberg vs Il-Kummissjoni

42

2008/C 272/84

Kawża T-345/08: Rikors ippreżentat fit-22 ta' Awwissu — Helena Rubinstein vs UASI — Allergan (BOTOLIST)

42

2008/C 272/85

Kawża T-347/08: Rikors ippreżentat fl-20 ta' Awissu 2008 — iTouch International vs UASI — Touchnet Information Systems (iTouch)

43

2008/C 272/86

Kawża T-350/08: Rikors ippreżentat fit-22 ta' Awwissu 2008 — Papierfabrik Hamburger-Spremberg vs Il-Kummissjoni

43

2008/C 272/87

Kawża T-357/08: Rikors ippreżentat fl-1 ta' Settembru 2008 — L'Oréal vs UASI– Allergan (BOTOCYL)

44

2008/C 272/88

Kawża T-358/08: Rikors ippreżentat fit-3 ta' Settembru 2008 — Spanja vs Il-Kummissjoni

45

2008/C 272/89

Kawża T-359/08: Rikors ippreżentat fit-3 ta' Settembru 2008 — Spanja vs Il-Kummissjoni

45

2008/C 272/90

Kawża T-360/08: Rikors ippreżentat fit-3 ta' Settembru 2008 — Spanja vs Il-Kummissjoni

46

2008/C 272/91

Kawża T-363/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Awwissu 2008 — 2nine vs UASI — Pacific Sunwear of California (nollie)

47

2008/C 272/92

Kawża T-364/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Awwissu 2008 — 2nine vs UASI — Pacific Sunwear of California (nollie)

47

2008/C 272/93

Kawża T-365/08: Rikors ippreżentat fit-28 ta' Awwissu 2008 — Hidalgo vs UASI — Bodegas Hidalgo — La Gitana (HIDALGO)

48

2008/C 272/94

Kawża T-390/08: Rikors ippreżentat fit-18 ta' Settembru 2008 — Bank Melli Iran vs Il-Kunsill

49

2008/C 272/95

Kawżi magħquda T-75/07 u T-363/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Settembru 2008 — Hamdi vs Il-Kunsill

49

2008/C 272/96

Kawża T-466/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Settembru 2008 — Osram vs Il-Kunsill

50

2008/C 272/97

Kawża T-42/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Settembru 2008 — Shetland Islands Council vs Il-Kummissjoni

50

 

Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2008/C 272/98

Kawża F-71/08: Rikors ippreżentat fit-22 ta' Awwissu 2008 — N vs Il-Parlament

51

2008/C 272/99

Kawża F-72/08: Rikors ippreżentat fil-25 ta' Awwissu 2008 — Ketselidis vs Il-Kummissjoni

51

2008/C 272/00

Kawża F-73/08: Rikors ippreżentat fil-25 ta' Awwissu 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

51

2008/C 272/01

Kawża F-74/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Awwissu 2008 — Ramaekers-Jørgensen vs Il-Kummissjoni

52

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Qorti tal-Ġustizzja

25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/1


(2008/C 272/01)

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU C 260, 11.10.2008

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 247, 27.9.2008

ĠU C 236, 13.9.2008

ĠU C 223, 30.8.2008

ĠU C 209, 15.8.2008

ĠU C 197, 2.8.2008

ĠU C 183, 19.7.2008

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

 

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


PROĊEDURI TAL-QORTI

Tribunal għas-Servizz Pubbliku

25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/2


Elezzjoni tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

(2008/C 272/02)

Fl-24 ta' Settembru 2008, skont l-Artikolu 4(1) tal-Anness tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u skont l-Artikolu 6(1) tar-Regoli tal-Proċedura, l-Imħallfin tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku eleġġew lil P. Mahoney bħala president, għall-perijodu mis-6 ta' Ottubru 2008 sat-30 ta' Settembru 2011.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/3


Kompożizzjoni tal-Awli u assenjazzjoni tal-imħallfin lill-Awli

(2008/C 272/03)

Permezz ta' deċiżjoni tat-30 ta' Novembru 2005 (1), it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li jiltaqa' fi tliet Awli u f'seduta plenarja. B'deċiżjoni tal-24 ta' Settembru 2008, il-Tribunal eleġġa bħala presidenti ta' Awla, għall-perijodu li jibda mill-1 ta' Ottubru 2008 sat-30 ta' Settembru 2011, l-imħallfin H. Kanninen u S. Gervasoni. B'deċiżjoni tat-30 ta' Settembru 2008, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku assenja l-imħallfin lill-Awli, għall-perijodu tal-1 ta' Ottubru 2008 sat-30 ta' Settembru 2011, kif ġej:

L-Ewwel Awla

S. GERVASONI, President ta' l-Awla,

H. KREPPEL u H. TAGARAS, Imħallfin,

It-Tieni Awla

H. KANNINEN, President ta' l-Awla,

I. BORUTA u M. S. VAN RAEPENBUSCH, Imħallfin,

It-Tielet Awla li tiltaqa' bi tliet imħallfin

P. MAHONEY, President ta' l-Awla,

H. KREPPEL, I. BORUTA, H. TAGARAS u S. VAN RAEPENBUSCH, Imħallfin.

F'din l-aħħar Awla, il-president ipoġġi, f'alternanza, jew ma' l-imħallfin I. Boruta u H. Tagaras, jew mal-imħallfin H. Kreppel u S. Van Raepenbusch, bla ħsara għall-konnessjoni bejn il-kawżi


(1)  ĠU 2005 C 322, p.16.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/4


Kriterji ta' assenjazzjoni tal-kawżi lill-Awli

(2008/C 272/04)

Fit-30 ta' Settembru 2008, skont l-Artikolu 4(4) tal-Anness tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u skont l-Artikolu 12(2) tar-Regoli tal-Proċedura, it-Tribunal iddeċieda li jżomm sat-30 ta' Settembru 2011 is-segwenti kundizzjonijiet għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-Awli:

ser jiġu assenjati lill-Ewwel Awla l-kawżi kollha, bl-eċċezzjoni ta' dawk li jikkonċernaw prinċipalment kwistjonijiet ta' reklutaġġ, ta' evalwazzjoni/promozzjoni u ta' tmien definittiv ta' servizz, li ser jiġu assenjati lit-Tieni Awla;

ċertu numru ta' kawżi ser jiġu assenjati lit-Tielet Awla, indipendentement mis-suġġetti kkonċernati, f'intervalli regolari li għandhom jiġu ddeterminati f'seduta plenarja;

jistgħu jsiru derogi mill-imsemmija regoli ta' assenjazzjoni għal raġunijiet ta' konnessjoni, kif ukoll sabiex jiġi assigurat xogħol ibbilanċjat u raġonevolment varjat.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/5


Ħatra ta' mħallef li jissostitwixxi l-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bħala mħallef għal miżuri provviżorji

(2008/C 272/05)

Fit-30 ta' Settembru 2008, skont l-Artikolu 103(2) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, it-Tribunal iddeċieda li, għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2008 sat-30 ta' Settembru 2009, l-Imħallef Kanninen, president tat-Tieni Awla, ser jissostitwixxi l-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-każ ta' assenza jew impediment bħala mħallef għal miżuri provviżorji.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-Ġustizzja

25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/6


Rikors ippreżentat fl-1 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-291/08)

(2008/C 272/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk, C. Egerer, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet

tiddikjara li r-Repubblika tal-Awstrija kisret l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE (1), dwar l-adattament ta' ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni, fid-dawl tal-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija [traduzzjoni mhux uffiċjali], billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tiġi trasposta d-direttiva jew billi ma kkomunikatx l-adozzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu mogħti sabiex id-Direttiva 2006/100/KE tiġi trasposta skada fl-1 ta' Jannar 2007.


(1)  ĠU L 363, p. 141.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fit-2 ta' Lulju 2008 — German Graphics Graphische Maschinen GmbH vs A. van der Schee, bħala likwidatriċi ta' Holland Binding BV

(Kawża C-292/08)

(2008/C 272/07)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: German Graphics Graphische Maschinen GmbH

Konvenuta: Alice van der Schee, bħala likwidatriċi ta' Holland Binding BV

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 25(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar proċedimenti ta' falliment (1) (iktar 'il quddiem ir-“Regolament dwar il-falliment”) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kliem tiegħu “basta illi dik il-Konvenzjoni [jiġifieri r-Regolament tal-Kunsill (KE) (2) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (iktar 'il quddiem ir-”Regolament Brussell I“)]tkun applikabbli” ifisser li, qabel ma jkun jista' jiġi konkluż li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Brussell I dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni huma applikabbli għal sentenzi li mhumiex fost dawk li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament dwar il-falliment, għandu l-ewwel nett jiġi eżaminat jekk, skont l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Brusselsl I, sentenzi bħal dawn jaqgħux jew le taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament?

2)

L-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Brussell I, moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament dwar il-falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li mill-fatt li ass li fir-rigward tiegħu tkun tapplika riżerva tat-titlu jkun jinsab, fiż-żmien ta' meta tinfetaħ il-proċedura ta' insolvenza kontra x-xerrej, fl-Istat Membru fejn tinfetaħ il-proċedura ta' insolvenza, isegwi li talba tal-bejjiegħ ibbażata fuq dik ir-riżerva tat-titlu, bħal dik ta' German Graphics, għandha tiġi kkunsidrata bħala talba relatata mal-falliment jew l-istralċ ta' kumpannija insolventi, skont l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Brussell I, u li għaldaqstant ma taqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni?

3)

Fil-kuntest tat-tieni domanda, huwa rilevanti l-fatt li skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament dwar il-falliment, hija l-liġi tal-Istat Membru fejn tinfetaħ il-proċedura ta' falliment li għandha tiddetermina l-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar proċedimenti ta' falliment (ĠU L 160, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, p. 1).


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/7


Rikors ippreżentat fl-4 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-299/08)

(2008/C 272/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u D. Kukovec, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet tal-parti rikorrenti

tikkonstata li, billi adottat u żammet fis-seħħ l-Artikoli 73 u 74-IV tal-Kodiċi tal-kuntratti pubbliċi adottat pemezz tad-Digriet Nru 2006-975 ta' l-1 ta' Awwissu 2006, safejn dawn id-dispożizzjonijiet jipprovdu proċedura ta' kuntratti ta' definizzjoni li tippermetti lil awtorità kontraenti li tassenja kuntratt ta' eżekuzzjoni (ta' servizzi, ta' provvisti jew ta' xogħlijiet) lil waħda mill-persuni li għandha kuntratt ta' definizzjoni inizjali mingħajr ma ssir kompetizzjoni ġdida jew, l-iktar, b'kompetizzjoni limitata għal dawn il-persuni biss, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 2, 28 u 31 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18/KE, tal-31 ta' Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (1);

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni takkuża lill-konvenuta li tippermetti l-assenjazzjoni ta' kuntratti b'forma privata — jew b'kompetizzjoni limitata — f'każijiet li mhumiex previsti mid-Direttiva 2004/18/KE. Meta stabbilixxiet distinzjoni bejn il-kuntratti ta' definizzjoni u l-kuntratti ta' eżekuzzjoni u billi tippermetti, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-assenjazzjoni ta' dawn l-aħħar kuntratti lil waħda mill-persuni li għandha kuntratt ta' definizzjoni inizjali mingħajr ma ssir kompetizzjoni ġdida jew, ta' l-anqas, b'kompetizzjoni limitata għal dawn il-persuni biss, il-leġiżlazzjoni Franċiża tikser fil-fatt il-prinċipji fundamentali ta' ugwaljanza u ta' trasparenza, li jiffurmaw parti mid-Direttiva 2004/18/KE. Skont il-Kummissjoni, huwa impossibbli li l-għan u l-kriterji ta' assenjazzjoni ta' kuntratt ta' eżekuzzjoni jistgħu jiġu stabbilti bi preċiżjoni f'mument meta l-proġett stess ikun għadu ma ġiex iddefinit. Il-kuntratt ta' definizzjoni u l-kuntratt ta' eżekuzzjoni huma żewġ kuntratti distinti sew, u kull wieħed minnhom għandu għan u kriterji ta' assenjazzjoni għalih u b'hekk, għal dawn ir-raġunijiet, kull wieħed minnhom għandu jirrispetta l-kundizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE.


(1)  ĠU L 134, p. 114.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/7


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-307/08)

(2008/C 272/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u R. Lyal, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet tal-parti rikorrenti

tikkonstata li, peress li ma jipprevjenix it-taxxa doppja tad-dividendi mħallsa minn kumpanniji residenti fi Stat Membru ieħor jew fi Stat ŻEE/EFTA lil persuni fiżiċi, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi li huwa għandu skont l-Artikolu 56 KE kif ukoll skont l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-leġiżlazzjoni fiskali Belġjana toħloq restrizzjoni mhux iġġustifikata għall-moviment liberu tal-kapital safejn din tintaxxa d-dividendi li kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor jew fi Stat taż-Żona Ekonomika Ewropea tħallas lill-persuni fiżiċi (id-dividendi “deħlin”) bl-istess mod bħal ma din tintaxxa d-dividendi mħallsa minn kumpanniji stabbiliti fil-Belġju (id-dividendi “domestiċi”), mingħajr ma tieħu in kunsiderazzjoni t-taxxa f'ras il-għajn imħallsa fl-Istat li minnu joriġinaw id-dividendi. Leġiżlazzjoni bħal din tippenalizza t-tranżazzjonijiet transfruntaljieri tal-kapital safejn din tiddiswadi lill-persuni taxxabbli individwali milli jinvestu f'ishma ta' kumpanniji barranin filwaqt li fl-istess ħin din tikkostitwixxi ostakolu għal ġbir ta' kapital fil-Belġju fil-konfront ta' kumpanniji li għandhom l-uffiċju rreġistrat tagħhom fi Stati Membri oħra.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fis-16 ta' Lulju 2008 — 1. Makro Zelfbedieningsgroothandel CV, 2. Metro Cash & Carry BV u 3. Remo Zaandam BV vs Diesel SpA

(Kawża C-324/08)

(2008/C 272/10)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: 1. Makro Zelfbedieningsgroothandel CV, 2. Metro Cash & Carry BV u 3. Remo Zaandam BV

Konvenuta: Diesel SpA

Domandi preliminari

1)

Meta prodotti koperti minn trade mark ġew preċedentement imqiegħda fis-suq fiż-ŻEE minn persuna differenti mill-proprjetarju tat-trade mark u mingħajr il-kunsens espliċitu tiegħu, għandu jsir riferiment, sabiex jiġi evalwat jekk kienx hemm kunsens (impliċitu) tal-proprjetarju tat-trade mark, fis-sens tal-Artikolu 7(1) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (1), għall-istess kriterji li ġew iddefiniti għall-każ fejn dawn il-prodotti ġew preċedentement imqiegħda fis-suq mill-proprjetarju tat-trade mark jew bil-kunsens tiegħu barra miż-ŻEE?

2)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv: liema kriterji — possibbilment meħuda (b'mod partikolari) mis-sentenza tat-22 ta' Ġunju 1994, IHT Internationale Heiztechnik u Uwe Danziger (C-9/93, Ġabra p. I-2789) — għandhom jiġu applikati fl-ewwel każ sabiex jiġi evalwat jekk jeżistix kunsens (impliċitu) tal-proprjetarju tat-trade mark fis-sens tal-Ewwel Direttiva dwar it-trade marks?


(1)  ĠU 1989, L 40, p. 1.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/8


Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-329/08)

(2008/C 272/11)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u G. Rozet, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belgju

Talbiet

tikkonstata li, bin-nuqqas tiegħu li jadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (1), ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 19 ta' din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/35/KE skada fit-30 ta' April 2007. Issa, fid-data tal-preżentata ta' dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma ħax il-miżuri kollha neċessarji għat-traspożizzjoni ta' din id-direttiva f'dak li jirrigwarda r-Région de Bruxelles-Capitale.


(1)  ĠU L 143, p.56.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/9


Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-330/08)

(2008/C 272/12)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u G. Rozet, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża.

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 2004/35/KE tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (1), ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 19 ta' din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/35/KE skada fit-30 ta' April 2007. Sad-data li fiha ġie ppreżentat ir-rikors, ebda miżura ta' traspożizzjoni neċessarja ma kienet għadha ġiet adottata mill-konvenuta.


(1)  ĠU L 143, p. 56.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/9


Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-331/08)

(2008/C 272/13)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u G. Rozet, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (1), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 19 ta' din id-direttiva;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/35/KE skada fit-30 ta' April 2007. Issa, fid-data tal-preżentata ta' dan ir-rikors, il-miżuri ta' traspożizzjoni neċessarji ma kinux għadhom ġew adottati mill-konvenut.


(1)  ĠU L 143, p. 56.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/9


Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-332/08)

(2008/C 272/14)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u A. Alcover San Pedro, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali (1), ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 10 ta' din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/104/KE skada fil-15 ta' Frar 2007. Issa fid-data tal-preżentata ta' dan ir-rikors, l-imsemmija direttiva ma kinitx għadha ġiet trasposta kompletament fid-dritt nazzjonali.


(1)  ĠU 2005, L 23, p. 3.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/10


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fil-21 ta' Lulju 2008 — X Holding BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-337/08)

(2008/C 272/15)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X Holding BV.

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domanda preliminari

L-Artikolu 43 KE, moqri flimkien mal-Artikolu 48 KE, għandu jkun interpretat fis-sens li dan jipprekludi li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' Stat Membru […], skont liema kumpannija parent u s-sussidjarja tagħha jistgħu jagħżlu li t-taxxa tkun miġbura fil-konfronti tagħhom mingħand il-kumpannija parent stabbilita f'dan l-Istat Membru daqs li kieku kienu persuna taxxabbli waħda, tirriserva din l-għażla lill-kumpanniji li, għat-tassazzjoni tal-profitti tagħhom, jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni fiskali tal-Istat Membru inkwistjoni?


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/10


Rikors ippreżentat fit-23 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-343/08)

(2008/C 272/16)

Lingwa tal-kawża: Ic-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Šimerdová, N. Yerrell, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi ma adattatx id-dispożizzjonijiet tagħha ta' dritt nazzjonali sabiex tikkonforma ruħha bis-sħiħ mad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta' Ġunju 2003, dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' irtirar okkupazzjonali (1), u b'mod partikolari billi ma ttrasponietx l-Artikolu 8, l-Artikolu 9 fit-totalità tiegħu, u l-Artikoli 13, 15-18 u 20(2) u (4) tad-direttiva, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 22(1);

tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva fis-sistema ġuridika nazzjonali skada fit-23 ta' Settembru 2005.


(1)  ĠU L 345, 23.9.2003, p. 10, Ħarġa speċjali 2004 bil-Malti Kapitolu 5, Volum 4, p. 350.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Kościanie (ir-Repubblika tal-Polonja) fl-24 ta' Lulju 2008 — Proċeduri kriminali kontra Tomasz Rubach

(Kawża C-344/08)

(2008/C 272/17)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Kościanie.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikkorenti: Prokuratura Rejonowa w Kościanie.

Konvenut: Tomasz Rubach

Domandi preliminari

Kif ghandu jiġi korrettament interpretat l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996, dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (1), jiġifieri, kif, taħt id-dritt Komunitarju, min iżomm l-annimali elenkati fl-Anness B (li ma jkunux amfibji, rettili, għasafar jew mammiferi) jista' juri b'mod sodisfaċjenti li l-ispeċi fil-pussess tiegħu ġew akkwistati jew introdotti fil-Komunità skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fir-rigward tal-fawna u flora selvaġġi fil-każ fejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali ma jirregolawx dawn il-kwistjonijiet?


(1)  ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgerichts Feldkirch (l-Awstrija) fit-28 ta' Lulju 2008 — Vorarlberger Gebietskrankenkasse vs WGV-Schwäbische Allgemeine Versicherungs AG

(Kawża C-347/08)

(2008/C 272/18)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgerichts Feldkirch.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vorarlberger Gebietskrankenkasse.

Konvenuta: WGV-Schwäbische Allgemeine Versicherungs AG.

Domandi preliminari

1)

Ir-riferiment għall-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (1), li jinsab fl-Artikolu 11(2) ta' dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li korp ta' sigurtà soċjali, li lilu jkunu ġew ittrasferiti d-drittijiet tal-persuna direttament leża bis-saħħa tal-liġi (Artikolu 332 ASVG), ikun jista' jressaq rikors dirett kontra l-assiguratur quddiem il-qorti tal-post fi Stat Membru li fih ikun stabbilit, sa fejn dan ir-rikors dirett ikun ammissibbli u l-assiguratur ikun stabbilit fit-territorju ta' Stat Membru?

2)

Fil-każ ta' risposta pożittiva għall-ewwel domanda: Din il-ġurisdizzjoni teżisti wkoll jekk, meta jitressaq ir-rikors, il-persuna direttament leża ma jkkollhiex id-domiċilju jew ir-residenza normali fl-Istat Membru li fih il-korp ta' sigurtà soċjali jkun stabbilit?


(1)  ĠU 2001 L 12, p. 1.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/11


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundessozialgericht (il-Ġermanja) fl-4 ta' Awwissu 2008 — Christian Grimme vs Deutsche Angestellten-Krankenkasse

(Kawża C-351/08)

(2008/C 272/19)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundessozialgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Christian Grimme.

Konvenuta: Deutsche Angestellten-Krankenkasse.

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (ĠU 2002, L 114, p. 6) (1) u partikolarment l-Artikoli 1, 5, 7 u 16, kif ukoll l-Artikoli 12, 17, 18 u 19 tal-Anness I, għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu li membru ta' bord tad-diretturi ta' kumpannija b'responsabbiltà limitata rreġistrata fl-Iżvizzera, impjegat fil-Ġermanja, jiġi obbligat jidħol fl-iskema tal-assigurazzjoni tal-pensjoni obbligatorja Ġermaniża, meta l-amministraturi ta' kumpanniji b'responsabbiltà limitata rreġistrati fil-Ġermanja mhumiex obbligati jidħlu fi skema tal-assigurazzjoni tal-invalidità/ pensjoni Ġermaniża?


(1)  ĠU 2002 L 114, p. 6.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/11


Appell ippreżentat fis-7 ta' Awwissu 2008 minn Internationalen Hilfsfonds eV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Ħames Awla) fil-5 ta' Ġunju 2008, fil-kawża T-141/05, Internationaler Hilfsfonds e.V. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-362/08 P)

(2008/C 272/20)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanta: Internationaler Hilfsfonds eV (rappreżentant: H. Kaltenecker, Rechtsanwalt)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanta

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Ġunju 2008;

tiddeċiedi b'mod definittiv fuq il-mertu tal-kawża u tannulla l-miżura tal-Kummissjoni tal-14 ta' Frar 2005 li qiegħda tiġi kkontestata (Artikolu 54 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja);

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza għal eżami mill-ġdid;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura u għall-ispejjeż inkorsi mill-appellanta.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti tal-Prim'Istanza ddikjarat bħala inammissibbli r-rikors ippreżentat mill-appellanta għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ċaħditilha l-aċċess għal ċerti dokumenti dwar il-kuntratt LIEN 97 2011, li jirrigwarda l-kofinanzjament ta' proġett ta' għajnuna medika organizzata fil-Kazakastan, billi r-rikors huwa dirett kontra att li sempliċement ikkonferma deċiżjoni adottata preċedentement u li diġà pproduċa effetti, u li f'kull każ, anki kieku l-miżura kkontestata ma kinitx tikkostitwixxi att purament konfermattiv, hija ma tistax titqies bħala deċiżjoni li tista' tiġi kkontestata b'rikors skont ir-Regolament Nru 1049/2001.

Is-sentenza turi żbalji gravi kemm ta' liġi, kif ukoll fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-fatti.

L-ewwel nett, fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-miżura kkontestata, il-Qorti tal-Prim'Istanza naqset milli tikkunsidra n-nullità tad-deċiżjoni li qabel kienet ġiet indirizzata lill-appellanta mill-Kummissjoni b'risposta għad-domanda ta' konferma ppreżentata minn din skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn din ma kinitx ġietx redatta mis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni u kienet nieqsa kemm minn motivazzjoni kif ukoll minn avviż rigward drittijiet ta' parti. Konsegwentement, peress li r-rifjut huwa nieqes minn effett ġuridiku, dan ma setax jikkostitwixxi s-suġġett ta' rikors għal annullament. Għaldaqstant, huwa biss fil-miżura kkontestata, jiġifieri fir-risposta tal-Kummissjoni fuq it-talba l-ġdida tal-appellanta, li tista' tiġi distinta deċiżjoni finali, li, bil-kontra ta' għal dak li ġie meqjus mill-Qorti tal-Prim'Istanza, kienet fil-fatt is-suġġett ta' eżami ġdid u komplut dwar il-kwistjoni minn naħa tal-Kummissjoni. Skont l-appellanta, il-miżura kkontestata ma tistax għalhekk tikkostitwixxi “att purament konfermattiv” billi l-konferma ta' nullità ġuridika ma tagħmilx sens. Sfortunatament, il-Qorti tal-Prim'Istanza naqset milli teżamina l-validità ġuridika tad-deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni, li wasslet għal klassifikazzjoni żbaljata tal-miżura kkontestata tal-Kummissjoni.

It-tieni nett, l-affermazzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza li l-miżura kkontestata tikkostitwixxi r-risposta għal talba iniziali skont ir-Regolament Nru 1049/2001 u li għalhekk ma tistax tirrappreżenta deċiżjoni direttament kontestabbli tirriżulta minn interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Il-Qorti tal-Prim'Istanza ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li din id-dispożizzjoni tillimita ruħa li tagħti permess sabiex tiġi ppreżentata talba għal konferma, mingħajr madankollu ma tagħmilha obbligatorja għall-proċedura. Fid-dawl ta' dan, u minħabba fl-attitudni negattiva tal-Kummissjoni matul il-fażi kollha prekontenzjuża, l-appellanta ma kinitx iktar obbligata tippreżenta talba addizzjonali. Matul il-proċeduri, l-appellanta talbet li tiġi inkluża r-referenza tagħha għan-natura ta' din id-dispożizzjoni fil-verbal tas-seduta, li dwar dan il-punt ma kienx komplut. Din ir-rettifika tal-verbal tas-seduta ġiet miċħuda mill-Qorti tal-Prim'Istanza, li b'hekk spiċċat ukoll biex kisret regoli tal-proċedura.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgerichts München (il-Ġermanja), fil-11 ta' Awissu 2008 — Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV vs Adolf Darbo AG

(Kawża C-366/08)

(2008/C 272/21)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV.

Konvenuta: Adolf Darbo AG

Domandi preliminari

1)

Il-frażi “ġamm b'ammonti żgħar ta' zokkor” li tinsab fil-Parti A tal-Anness III tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 95/2/KE tal-20 ta' Frar 1995, dwar l-addittivi tal-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri wkoll ġammijiet magħrufa bħala ġamm extra?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija pożittiva:

a)

Kif għandha alternattivament tiġi interpretata l-frażi “ġamm b'ammonti żgħar ta' zokkor” fil-Parti A tal-Anness III tad-Direttiva 95/2/KE?

b)

B'mod partikolari għandha tiġi interpretata li tkopri wkoll ġammijiet magħrufa bħala ġamm extra li għandhom 58 % tal-kontenut li jkun materjal solubbli niexef?

3)

Jekk ir-risposti għad-domandi 1 u 2(b) huma pożittivi:

It-tieni paragrafu tal-Parti II tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li għandha x'taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem (2), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-isem ġamm extra jista' jiġi awtorizzat anki għal dawk il-ġammijiet li għandhom mhux iktar minn 60 % tal-kontenut li jkun materjal solubbli niexef fejn fil-każ ta' dawn il-ġammijiet ma jkunx hemm rekwiżiti inqas stretti li jiġu imposti fuq l-isem ġamm?


(1)  ĠU 1995 L 61, p. 1.

(2)  ĠU 2002 L 10, p. 67.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/13


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Finanzgericht (Il-Ġermanja) fl-14 ta' Awwissu 2008 — Hoesch Metals and Alloys GmbH vs Hauptzollamt Aachen

(Kawża C-373/08)

(2008/C 272/22)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hoesch Metals and Alloys GmbH.

Konvenuta: Hauptzollamt Aachen.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 291/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-kodiċi doganali tal-Komunità (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li s-separazzjoni, it-tindif u t-titħin tal-blokki tal-metall tas-silikon kif ukoll it-tgħarbil, it-tisfif u l-ippakkjar sussegwenti tal-kristalli tas-silikon wara t-titħin jikkostitwixxu pproċessar jew xogħol kostituttiv ta' l-oriġinal?

2)

Fil-każ ta' risposta negattiva għall-ewwel domanda: huwa validu r-Regolament tal-Kunsill Nru 398/2004 tat-2 ta' Marzu 2004 li jimponi dazju definit kontra d-dumping fuq l-importazzjoni tas-silikon li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (2)?


(1)  ĠU 1992 L 302, p. 1.

(2)  ĠU 2004 L 66, p. 15.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/13


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Korkein oikeus (Il-Finlandja) fil-5 ta' Settembru 2008 — Artur Leymann, Aleksei Pustovarov vs Virallinen syyttäjä

(Kawża C-388/08)

(2008/C 272/23)

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Artur Leymann, Aleksei Pustovarov.

Parti l-oħra: Virallinen syyttäjä

Domandi preliminari

1)

Kif jeħtieġ li tiġi interpretata l-espressjoni “offiża [reat] […] barra dik [dak] għal liema l-persuna kienet ġiet ċeduta [ikkunsinjata]”, li hija użata fl-Artikolu 27(2) tad-Deċiżjoni Qafas (1) u, b'mod iktar preċiż, liema huma l-kriterji rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk id-deskrizzjoni tal-fatti li fuqhom kien ibbażat l-att ta' l-akkuża kinitx differenti minn dik li fuqhom kienet ibbażata l-kunsinja, b'mod li jkollu jiġi kkunsidrat li dan ikun “reat ieħor”, li persuna tista' tiġi akkużata bih biss bil-kunsens imsemmi fl-Artikolu 27(3)(g) u (4)?

2)

L-Artikolu 27(2) tad-Deċiżjoni Qafas għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proċedura ta' kunsens imsemmija fil-paragrafi 3(g) u 4 tal-istess Artikolu għandha tapplika f'każ fejn kemm il-mandat ta' arrest kif ukoll il-kundanna definittiva kienu jirrigwardaw reat (aggravat) tat-traffiku tad-drogi iżda fejn id-deskrizzjoni tal-fatti fil-kundanna ġiet sussegwentement mibdula b'mod li din ġiet tirrigwarda kategorija oħra ta' drogi differenti minn dik imsemmija fil-mandat ta' arrest?

3)

Kif jeħtieġ li jiġi interpretat l-Artikolu 27(2) tad-Deċiżjoni Qafas li jipprovdi li persuna li tkun ġiet ikkunsinjata ma tistax tiġi akkużata, ikkundannata jew imċaħħda mil-libertà tagħha għal reat ieħor, fid-dawl tal-proċedura ta' kunsens imsemmija fil-paragrafu 4 tal-istess Artikolu u tenut kont tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 27(3)(ċ) li tipprovdi li ir-“regola ta' l-ispeċjalità” ma tapplikax meta l-proċeduri kriminali ma jwasslux għall-applikazzjoni ta' miżuri li jirrestrinġu l-libertà personali?

a)

Fil-każijiet li jaqgħu taħt il-proċedura ta' kunsens, id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar 'il fuq għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li r-reat inkwistjoni jagħti lok għal prosekuzzjonijiet, li jsir proċess u li tingħata sentenza qabel jiġi rċevut il-kunsens, bil-kundizzjoni li l-persuna ssuspettata bir-reat ma tkunx suġġetta għal miżuri li jċaħħduha mil-libertà tagħha jew li jirrestrinġu l-libertà tagħha?

b)

X'importanza għandha tingħata lill-fatt li proċeduri kriminali li jinvolvu restrizzjoni tal-libertà jkunu jirrigwardaw diversi reati fosthom wieħed li jkun jaqa' taħt il-proċedura ta' kunsens? F'każ bħal dan, id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar 'il fuq għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li dan ir-reat tal-aħħar jagħti lok għal prosekuzzjonijiet, li jsir proċess u li tingħata sentenza qabel jiġi rċevut il-kunsens, u dan minkejja li matul il-proċeduri l-persuna ssuspettata tkun ġiet suġġetta għal miżuri li jirrestrinġu l-libertà tagħha, peress li din ir-restrizzjoni kienet legalment iġġustifikata minn kapijiet oħra ta' l-akkuża?


(1)  Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill, tat-13 ta' Ġunju 2002, fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment [kunsinja] bejn l-Istati Membri, ĠU L 190, 18.07.2002, p. 1.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/14


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-392/08)

(2008/C 272/24)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u A. Sipos, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, peress li ma żviluppax pjani ta' emerġenza esterna għall-istabbilimenti kollha soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (1) tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 11(1)(c) tal-imsemmija Direttiva.

tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 96/82/KE, l-Artikolu 9 tal-istess Direttiva japplika għal kull stabbiliment fejn is-sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi kwantitajiet ugwali għal jew fi kwantitajiet akbar minn dawk imniżżla fl-Anness I, il-Partijiet 1 u 2, il-kolonna 3.

Skont l-Artikolu 11 ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-istabbilimenti kollha li għalihom japplika l-Artikolu 9, l-awtoritajiet innominati għal dak il-għan mill-Istat Membru ifasslu pjan ta' emerġenza esterna għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbiliment (paragrafu 1(c)).

Dan ir-rikors huwa intiż sabiex jiġi kkonstatat li peress li ma żviluppax pjani ta' emerġenza esterna għall-istabbilimenti kollha soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 11(1)(c) tad-Direttiva 96/82.


(1)  ĠU L 10, p. 13.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/14


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-397/08)

(2008/C 272/25)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Yerrell u M. Telles Romão, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx u ma ppubblikatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/59/KE (1), tal-15 ta' Lulju, dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiggieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE u, f'kull każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-10 ta' Settembru 2006.


(1)  ĠU L 226, p. 4.


Qorti tal-Prim' Istanza

25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/15


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2008 — MyTravel vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-212/03) (1)

(Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Kompetizzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni - L-annullament tad-deċiżjoni permezz ta' sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Ksur suffiċjentement serju ta' regola tad-dritt li hija intiża biex tagħti drittijiet lill-individwi)

(2008/C 272/26)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MyTravel Group plc (Rochdale, Lancashire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Pannick, QC, M. Nicholson u S. Cardell, solicitors, A. Lewis, barrister, u R. Gillis, QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment R. Lyal, A. Whelan u P. Hellström, wara R. Lyal u F. Arbault, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: W.-D. Plessing u M. Lumma, aġenti)

Suġġett

Rikors għall-kumpens tad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba illegalitajiet fil-proċedura ta' kontroll tal-kompatibbiltà mas-suq komuni tal-konċentrazzjoni bejnha u First Choice plc.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

MyTravel Group plc għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

4)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 200, 23.8.2003.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/15


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-381/04) (1)

(“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Primjums għall-annimali u żvilupp rurali - Nuqqasijiet fis-sistema nazzjonali ta' ġestjoni u ta' kontroll’)

(2008/C 272/27)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: M. Fiorilli, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u L.Visaggio, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/561/KE, tas-16 ta' Lulju 2004, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija” (ĠU L 250, p. 21), safejn hija teskludi ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika Taljana fis-setturi tal-primjums għall-annimali u tal-iżvilupp rurali.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 273, 6.11.2004.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/16


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-465/04) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti Komunitarja - Provvista ta' servizzi ta' l-informatika u provvisti relatati marbuta mas-sistemi ta' informazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tas-Sajd - Ċaħda ta' l-offerta ta' offerent - Obbligu ta' motivazzjoni’)

(2008/C 272/28)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel K. Banks, wara M. Wilderspin u E. Manhaeve, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-15 ta' Settembru 2004, li ma taċċettax l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti fir-rigward tal-provvista ta' servizzi ta' l-informatika u tal-provvisti relatati marbuta mas-sistemi ta' informazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tas-Sajd, u li tagħti l-kuntratt lill-offerent magħżul.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta magħmula minn Evropaïki DynamikiProigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE u li tagħti l-kuntratt lill-offerent magħżul fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti “FISH/2004/02” hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 57, 5.3.2005.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/16


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Williams vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-42/05) (1)

(“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti preparatorji li jikkonċernaw l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/18/KE dwar il-GMOs - Rifjut parzjali ta' aċċess - Rifjut impliċitu ta' aċċess - Eċċezzjonijiet relattivi għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali, għall-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali u għall-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Obbligu ta' motivazzjoni’)

(2008/C 272/29)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rhiannon Williams (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Crosby, C. Bryant, solicitors, u R. Lang, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Docksey u P. Costa de Oliveira, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2004 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess tar-rikorrenti għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw ix-xogħol preparatorju relattiv għal-leġiżlazzjoni dwar l-organiżmi modifikati ġenetikament

Dispożittiv

1)

Mhemmx iktar lok li tittieħed deċiżjoni dwar il-legalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2004 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess ta' Rhiannon Williams għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw ix-xogħol preparatorju relattiv għal-leġiżlazzjoni dwar l-organiżmi ġenetikament modifikati, safejn hija tinkludi rifjut impliċitu ta' aċċess għad-dokumenti preparatorji li ħarġu mid-Direttorat Ġenerali (DĠ) “Kummerċ” tal-Kummissjoni u li jikkonċernaw l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE.

2)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2004 hija annullata safejn hija rrifjutat impliċitament l-aċċess għal dokumenti preparatorji li jikkonċernaw l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/18 għajr dawk li ħarġu mid-DĠ “Kummerċ”.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż inkorsi minn R. Williams.


(1)  ĠU C 93, 16.4.2005.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/17


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-59/05) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura Komunitarja ta' sejħa għal offerti - Provvista ta' servizzi ta' żvilupp, manutenzjoni u assistenza tas-sistemi ta' informazzjoni finanzjarja tad-Direttorat Ġenerali ‘Agrikultura’ - Kriterji ta' għażla u ta' għoti - Ċaħda tal-offerta ta' offerent - Obbligu ta' motivazzjoni - Assenza ta' żball manifest ta' evalwazzjoni - Prinċipji ta' diliġenza u ta' amministrazzjoni tajba’)

(2008/C 272/30)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment K. Banks u E. Manhaeve, u sussegwentement E. Manhaeve u M. Wilderspin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2004 li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti għall-provvista ta' servizzi ta' żvilupp u ta' manutenzjoni tas-sistemi ta' informazzjoni, kif ukoll ta' servizzi ta' assistenza konnessi, intiżi għas-sistemi ta' informazzjoni finanzjarja tad-Direttorat Ġenerali “Agrikoltura”, u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala infondat.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll wieħed minn ħamsa tal-ispejjeż imġarrba minn Evro Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE.

3)

Evropaïki Dynamiki għandha tbati erbgħa minn ħamsa tal-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 106, 30.4.2005.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/17


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat vs Il-Kunsill

(Kawża T-348/05) (1)

(“Dumping - Importazzjoni ta' nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja u mill-Ukraina - Tibdil fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat - Applikazzjoni ta' miżuri eżistenti għat-tipi l-ġodda tal-prodott’)

(2008/C 272/31)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat (Kirovo-Chepetsk, ir-Russja) (rappreżentanti: inizjalment, B. Servais u Y. Melin, imbagħad B. Servais, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Righini u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005, tal-21 ta' Ġunju 2005, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 658/2002 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja u r-Regolament (KE) Nru 132/2001 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina, inter alia, mill-Ukraina, wara r-reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 160, p.1).

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005, tal-21 ta' Ġunju 2005, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 658/2002 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja u r-Regolament (KE) Nru 132/2001 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina, inter alia, mill-Ukraina, wara r-reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, huwa annullat.

2)

Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 281, 12.11.2005.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/18


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-370/05) (1)

(“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Settur tal-inbid - Għajnuna għar-ristrutturazzjoni u għall-konverżjoni - Kunċett ta' superfiċji eliġibbli’)

(2008/C 272/32)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues u A. Colomb, u sussegwentement G. de Bergues u A.-L. During, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Nolin, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/579/KE, tal-20 ta' Lulju 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 199, p. 84), safejn hija teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq bħala korrezzjoni li tirrigwarda d-determinazzjoni tas-superfiċji eliġibbli għall-għajnuna għar-ristrutturazzjoni u għall-konverżjoni tal-oqsma tad-dwieli għas-sena 2001/2003.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/579/KE, tal-20 ta' Lulju 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG) hija annullata safejn hija teskludi mill-finanzjament Komunitarju s-somma ta' EUR 13 519 122,05, bħala korrezzjoni imposta fuq ir-Repubblika Franċiża li tirrigwarda d-determinazzjoni tas-superfiċji eliġibbli għall-għajnuna għar-ristrutturazzjoni u għall-konverżjoni tal-oqsma tad-dwieli għas-sena 2001/2003.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 315, 10.12.2005.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/18


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2008 — MyTravel vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-403/05) (1)

(“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut ta' aċċess - Eċċezzjoni dwar il-ħarsien tal-proċess deċiżjonali - Eċċezzjoni dwar il-ħarsien ta' attivitajiet ta' investigazzjoni u verifika - Eċċezzjoni dwar il-ħarsien tal-pariri legali - Dokumenti dwar id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fuq il-konċentrazzjoni’)

(2008/C 272/33)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MyTravel Group plc (Rochdale, Lancashire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Pannick, QC, A. Lewis, barrister, M. Nicholson, S. Cardell u B. McKenna, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment minn P. Hellström u P. Costa de Oliveira, u wara minn X. Lewis u P. Costa de Oliveira, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-5 ta' Settembru [D(2005)8461] u tat-12 ta' Ottubru 2005 [D(2005) 9763] li jiċħdu talba mressqa mir-rikorrenti sabiex tikseb aċċess għal ċerti dokumenti preparatorji tad-Deċiżjoni 2000/276/KE tal-Kummissjoni, tat-22 ta' Settembru 1999, li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim ŻEE (Kawża IV/M.1524 — Airtours vs First Choice) (ĠU 2000, L 93, p. 1), kif ukoll għal dokumenti mfassla mis-servizzi tal-Kummissjoni wara l-annullament ta' din id-deċiżjoni permezz tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Ġunju 2002, Airtours vs Il-Kummissjoni (T-342/99, Ġabra p. II-2585),

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Settembru 2005 [D(2005) 8461] hija annullata safejn aċċess għad-dokument ta' ħidma intitolat “Verbal tal-konversazzjoni ma' membru tal-grupp tal-kawża fil-kawża M.1524, Airtours vs First Choice fuq il-kawża Airtours li saret fl-24 ta' Ġunju 2002” ġie rrifjutat.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

MyTravel Group plc għandha tbati disa' partijiet minn għaxra ta' l-ispejjeż tagħha kif ukoll disa' partijiet minn għaxra tal-ispejjeż tal-Kummissjoni.

4)

Il-Kummissjoni għandha tbati parti minn għaxra tal-ispejjeż tagħha kif ukoll parti minn għaxra ta' l-ispejjeż ta' MyTravel Group.


(1)  ĠU C 10, 14.1.2006.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/19


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Astex Therapeutics vs UASI — Protec Health International (astex TECHNOLOGY)

(Kawża T-48/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva astex TECHNOLOGY - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ASTEX - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Restrizzjoni tal-prodotti indikati fl-applikazzjoni għal trade mark - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 272/34)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Astex Therapeutics Ltd (Cambridge, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Edenborough, barrister, u R. Harrison, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Protec Health International Ltd (Cirencester, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta' Novembru 2005 (każ R 651/2004-2) dwar proċedimenti ta' opożizzjoni bejn Protec Health International Ltd u Astex Therapeutics Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Astex Therapeutics Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 86, 8.4.2006.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/19


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2008 — Bayer CropScience et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-75/06) (1)

(Direttiva 91/414/KEE - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva endosulfan - Irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq - Proċedura ta' evalwazzjoni - Termini - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta' proporzjonalità)

(2008/C 272/35)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bayer CropScience AG (Monheim am Rhein, il-Ġermanja); Makhteshim-Agan Holding BV (Rotterdam, l-Olanda); Alfa Georgika Efodia AEVE (Ateni, il-Ġreċja); u Aragonesas Agro, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Doherty u L. Parpala, aġenti)

Intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: European Crop Protection Association (ECPA) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Waelbroeck u N. Rampal, avocats)

Intervenjent in sostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta' l-Ispanja (rappreżentanti: J. Rodríguez Cárcamo, abogado del Estado)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/864/KE, tat-2 ta' Diċembru 2005, li tikkonċerna n-nuqqas ta' inklużjoni ta' l-endosulfan fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva (ĠU L 317 p. 25)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bayer CropScience AG, Makhteshim-Agan Holding BV, Alfa Georgika Efodia AEVE u Aragonesas Agro, SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.

3)

Ir-Renju ta' Spanja u l-European Crop Protection Association (ECPA) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 96, 22.4.2006.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/20


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza fl-10 ta' Settembru 2008 — Tsakiris-Mallas vs UASI — Late Editions (exē)

(Kawża T-96/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja exē - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti EXE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tal-prodotti u tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 272/36)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Tsakiris-Mallas AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: C. Samaras, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Late Editions Ltd (Leighton Buzzard, Bedfordshire, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta' Jannar 2006 (każ R 1127/2004-2) rigward proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Late Editions Lts u Tsakiris-Mallas EPE (li saret Tsakiris-Mallas AE).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tsakiris-Mallas AE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 108, 6.5.2006.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/20


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-181/06) (1)

(“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju - Korrezzjonijiet finanzjarji - Frott u ħaxix - Prodotti tal-ħalib - Uċuħ tar-raba' li jinħarat - Żvilupp rurali - Nuqqas ta' osservanza tat-termini ta' pagament’)

(2008/C 272/37)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: G. Aiello, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u F. Jimeno Fernández, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avocat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/334/KE, tat-28 ta' April 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 124, p. 21), safejn din teskludi ċerti spejjeż magħmula mir-Repubblika Taljana fis-setturi tal-frott u ħaxix, tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, tal-uċuh tar-raba', tal-iżvilupp rurali kif ukoll fil-qasam ta' terminu ta' pagament.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 212, 2.9.2006.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/21


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Gerson vs UASI (Filtru taż-żebgħa parzjalment ta' kulur isfar)

(Kawża T-201/06) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Filtru taż-żebgħa parzjalment b'kulur isfar - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

(2008/C 272/38)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Louis M. Gerson Co., Inc. (Middleboro, Massachusetts, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta' Mejju 2005 (Każ R 1387/2005-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' sinjal tridimensjonali, kompost minn filtru taż-żebgħa b'kulur isfar qrib il-ponta tiegħu, bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Louis M. Gerson CO., Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 224, 16.9.2006


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/21


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Promat vs UASI — Puertas Proma (PROMAT)

(Kawża T-243/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja PROMAT - Trade mark figurattiva preċedenti PROMA - Rifjut parzjali ta' reġistrazzjoni - Raġuni relativa għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 272/39)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Promat GmbH (Ratingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Krenzel u S. Beckmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Puertas Proma, SAL (Villacañas, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta' Mejju 2006 (każ R 1059/2005-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Puertas Proma, SAL u Promat GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Promat GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 310, 16.12.2006.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/22


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-272/06) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura Komunitarja ta' sejħa għal offerti - Rifjut ta' offerta - Kriterji għall-għażla u għall-għoti tal-kuntratt - Obbligu ta' motivazzjoni)

(2008/C 272/40)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u N. Keramidas, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment M. Schauss, imbagħad D. Guild, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta' Lulju 2006, li permezz tagħha ġiet irrifjutata l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti li saret fil-5 ta' Lulju 2005, dwar il-provvista ta' servizzi intiżi biex jassiguraw il-manutenzjoni, l-iżvilupp u s-support ta' applikazzjonijiet tal-kompjuter, u l-kuntratt ingħata lill-offerent magħżul.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li rrifjutat l-offerta magħmula minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE, kif innotifikata lilha b'ittra tal-20 ta' Lulju 2006, hija annullata.

2)

Il-Qorti tal-Ġustizzja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 294, 2.12.2006.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/22


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Gualtieri vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-284/06) (1)

(Espert nazjonali sekondat - Allowances ta' residenza - Post ta' residenza waqt is-sekondament - Eċċezzjoni ta' l-illegalità ta' l-Artikolu 20(3)(b) tad-deċiżjoni fuq esperti nazzjonali sekondati - Prinċipju ta' trattament ugwali)

(2008/C 272/41)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Claudia Gualtieri (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Gualtieri u M. Gualtieri, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, aġent, assistit minn G. Faedo, avocat)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2006 li tiirfjuta t-talba tar-rikorrenti għal aġġustament, wara d-divorzju tagħha, ta' l-ammont ta' l-allowances pagabbli taħt l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002) 1559 tat-30 ta' April 2002 li tistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-espert nazzjonali, kif emendati

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud;

2)

Claudia Gualtieri hija kkundanata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 154, 1.7.2006 (qabel il-kawża F-53/06).


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Promat vs UASI

(Kawża T-300/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Promat - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PROMA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94’)

(2008/C 272/42)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Promat GmbH (Ratingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Krenzel u S. Beckmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Puertas Proma, SAL (Villancañas, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta' Mejju 2006 (Każ R 1058/2005-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Puertas Proma, SAL u Promat GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Promat GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 310, 16.12.2006.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Boston Scientific vs UASI — Terumo (CAPIO)

(Kawża T-325/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CAPIO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CAPIOX - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu serju tat-trade mark - Artikolu 43(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94’)

(2008/C 272/43)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Boston Scientific Ltd (Hastings, il-Barbados) (rappreżentanti: P. Rath u W. Festl-Wietek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Terumo Kabushiki Kaisha (Tokyo, Il-Ġappun) (rappreżentanti: C. Bercial Arias, avukat)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI ta' l-14 ta' Settembru 2006 (Każ R 61/2006-2) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Terumo Kabushiki Kaisha u Boston Scientific Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Boston Scientific Ltd għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/24


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2008 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-349/06, T-371/06, T-14/07, T-15/07 u Kawża T-332/07) (1)

(“ERDF - Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja - Modifiki tal-pjanijiet ta' finanzjament mingħajr il-kunsens tal-Kummissjoni - Kunċett ta' modifika sostanzjali - Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88 - Rikors għal annullament’)

(2008/C 272/44)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u, fil-Kawżi T-349/06, T-371/06, T-14/07 u T-15/07, anke C. Schulze-Bahr, aġenti, assistiti minn C. von Donat, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Wilms u L. Flynn, aġenti)

Suġġett

Talbiet għall-annullament tad-deċiżjonijiet C (2006) 4193 finali u C (2006) 4194 finali, tal-25 ta' Settembru 2006, C (2006) 5163 finali u C (2006) 5164 finali, tat-3 ta' Novembru 2006, u C (2007) 2619 finali, tal-25 ta' Ġunju 2007, li jnaqqsu l-għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) mogħtija favur il-programm Objettiv 2 1997-1999 Nordrhein-Westfalen, il-programm operazzjonali Resider — Nordrhein-Westfalen 1994-1999, il-programmi operazzjonali tal-Land tan-Nordrhein-Westfalen fil-qafas tal-inizjattivi konġunti SME (impriżi żgħar u ta' daqs medju) u Rechar II, u l-programm operazzjonali għall-għajnuna strutturali Komunitarja fir-reġjuni tal-Objettiv 2 tal-Land tan-Nordrhein-Westfalen għall-perijodu mill-1994 sal-1996, rispettivament.

Dispożittiv

1)

Il-kawża T 332/07 hija magħquda mal-kawżi T 349/06, T 371/06, T 14/07 u T 15/07 għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 20, 27.1.2007.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/24


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2008 — Honda Motor Europe vs UASI — Seat (MAGIC SEAT)

(Kawża T-363/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MAGIC SEAT - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti SEAT - Raġuni relativa għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 272/45)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Honda Motor Europe Ltd (Slough, Berkshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister u N. Cordell, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Laitinen u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Seat, SA (Barċellona, Spanja)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta' Settembru 2006 (każ R 960/2005-1) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Seat, SA u Honda Motor Europe Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Honda Motor Europe Ltd hija kkundannata tħallas l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 20, 27.1.2007.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/25


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-4 ta' Settembru 2008 — Gualtieri vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-413/06) (1)

(“Appell - Espert nazzjonali sekondat - Digriet ta' rinviju - Deċiżjoni li tista' tiġi appellata - Inammissibbiltà’)

(2008/C 272/46)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Claudia Gualtieri (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Gualtieri u M. Gualtieri, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, aġent, assistit minn G. Faedo, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tad-9 ta' Ottubru 2006, Gualtieri vs Il-Kummissjoni (F-53/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u li fih qed jintalab l-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud

2)

Claudia Gualtieri għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni f'din l-istanza.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/25


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Settembru 2008 — Alcon vs UASI — *Acri.Tec (BioVisc)

(Kawża T-106/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali BioVisc - Trade marks internazzjonali verbali preċedenti PROVISC u DUOVISC - Motiv relattiv għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 272/47)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alcon Inc. (Hünenberg, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: M. Graf u R. Schulz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: l-ewwel S. Laitinen, wara A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: *Acri.Tec AG Gesellschaft für ophthalmologische Produkte (Hennigsdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. von Welser, avukat)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-8 ta' Frar 2007 (Każ R 660/2006-2) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Alcon Inc. u *Acri.Tec AG Gesellschaft für ophthalmologische Produkte.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alcon Inc. għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 9.6.2007.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/25


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Settembru 2008 — Kerstens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-222/07 P) (1)

(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Terminu sabiex jiġi ppreżentat ilment - Tardività - Appell mhux fondat’)

(2008/C 272/48)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Petrus Kerstens (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u K. Hermann, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-25 ta' April 2007, Kerstens vs Il-Kummissjoni (F-59/06, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), li fih qed jintalab l-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Petrus Kerstens huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 199, 25.8.2007.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/26


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Awwissu 2008 — Adomex International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-315/05) (1)

(“Rikors għal annullament - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Olandiżi fis-settur tal-florikultura - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Persuna mhux ikkonċernata individwalment - Inammissibbiltà manifesta’)

(2008/C 272/49)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Adomex International (Aalsmeer, l-Olanda) (rappreżentanti: G. van der Wal u T. Boesman, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. van Vliet u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-Deċiżjoni C (2005) 592 finali tal-Kummissjoni, tas-16 ta' Marzu 2005, li ma jitqajmux oġġezzjonijiet fir-rigward tal-għajnuna N 372/2003 dwar is-settur tal-florikultura, innotifikata mill-awtoritajiet Olandiżi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Adomex International BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 281, 12.11.2005.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/26


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Settembru 2008 — Cofra vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-477/07) (1)

(“Rikors għal annullament - Aċċess għad-dokumenti - Irtirar tad-deċiżjoni li rrifjutat l-aċċess - Żvelar ta' dokumenti kontra r-rieda espressa tal-awtur tagħhom - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni’)

(2008/C 272/50)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Cofra srl (Bari, l-Italja) (rappreżentant: A. Calabrese, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u G. Conte, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2007 li tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għal xi dokumenti mibgħuta mill-awtoritajiet Taljani lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura ta' eżami ta' skema ta' għajnuna mill-Istat.

Dispożittiv

1)

M'għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 64, 8.3.2008.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/26


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Settembru 2008 — Nuova Agricast vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-479/07) (1)

(“Rikors għal annullament - Aċċess għad-dokumenti - Irtirar tad-deċiżjoni li rrifjutat l-aċċess - Żvelar ta' dokumenti kontra r-rieda espressa tal-awtur tagħhom - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni’)

(2008/C 272/51)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Nuova Agricast (Foggia, l-Italja) (rappreżentant: A. Calabrese, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u G. Conte, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2007 li tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għal xi documenti mibgħuta mill-awtoritajiet Taljani lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura ta' eżami ta' skema ta' għajnuna mill-Istat.

Dispożittiv

1)

M'għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors u fuq it-talba tar-Renju tad-Danimarka sabiex jintervjeni.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 64, 9.3.2008.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/27


Rikors ippreżentat fid-19 ta' Ġunju 2008 — Abadía Retuerta vs UASI (CUVÉE PALOMAR)

(Kawża T-237/08)

(2008/C 272/52)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Abadía Retuerta, S.A. (Sardón de Duero, Spanja) (rappreżentanti: X. Fàbrega Sabaté u M. Curell Aguilà, abogados )

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tat-2 ta' April 2008 mogħtija fil-Każ R 1185/2007-1, u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “CUVÉE PALOMAR” għal prodotti fil-klassi 33 (applikazzjoni Nru 5 501 937)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad l-appell

Motivi invokati: L-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja in kwistjoni ma tiksirx l-Artikolu 7(1)(j) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress illi m'għandhiex indikazzjoni ġeografika falza.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/27


Rikors ippreżentat fit-2 ta' Lulju 2008 — Global Digital Disc vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-259/08)

(2008/C 272/53)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Global Digital Disc GmbH & Co. KG (Ottendorf-Okrilla, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Ehle, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti bħala danni l-ammont ta' EUR 8 025 495,25 bl-imgħax ta' 8 % mill-1 ta' Jannar 2008;

tikkonstata li l-konvenuta hija obbligata li tikkumpensa wkoll id-dannu mġarrab mir-rikorrenti mill-1 ta' Jannar 2008 u li għadha ġġarrab, bl-imgħaxijiet;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob il-kumpens għad-dannu mġarrab mill-fatt li l-Kummissjoni ma imponietx dazji kontra d-dumping provviżorji u definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' diski kumpatti reġistrabbli (“CD-R”) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, minn Hong Kong u mill-Malasja u li hija għalqet il-proċedura kontra d-dumping fir-rigward ta' dawn l-importazzjonijiet permezz ta' deċiżjoni tat-3 ta' Novembru 2006 (1).

Ir-rikorrenti hija impriża stabbilita fil-Ġermanja li tipproduċi CD-R u DVD-R.

Ir-rikorrenti ssostni fil-motivazzjoni tar-rikors tagħha, li l-aġir amministrattiv u regolamentari tal-konvenuta matul, sa u wara l-għeluq tal-proċedura kontra d-dumping dwar l-importazzjoni ta' CD-R li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, minn Hong Kong u mill-Malasja, kisret minn diversi aspetti u b'mod suffiċjentement gravi regoli, li huma prinċipalment applikabbli fid-dritt kontra d-dumping, u li għandhom jagħtu drittijiet lir-rikorrenti. Hija tiddikjara barra minn hekk li dan il-ksur suffiċjentement gravi tad-dritt mill-Kummissjoni wassal għal dannu kbir għar-rikorrenti. Hija ssostni fl-aħħarnett li hemm rabta ta' kawżalità bejn il-ksur serju tad-dritt u d-dannu mġarrab s'issa u fil-futur.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Novembru 2006 li tagħlaq il-proċedura kontra d-dumping dwar l-importazzjonijiet ta' diski kumpatti reġistrabbli (CD+/-R) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, minn Hong Kong u mill-Malasja (ĠU L 305, p. 15).


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/28


Appell imressaq fis-16 ta' Lulju 2008 minn Pavlos Longinidis mis-sentenza mogħtija fl-24 ta' April 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-74/06, Pavlos Longinidis vs Cedefop

(Kawża T-283/08 P)

(2008/C 272/54)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Appellant: Pavlos Longinidis (il-Greċja) (rappreżentanti: P. Giatagantzidis u S. Stavropoulou, avukati)

Appellata: Cedefop

Talbiet tal-appellant

Tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-24 April 2008 fil-kawża F-74/06, Pavlos Longinidis vs Cedefop;

Tannulla d-deċiżjoni tat-30 ta' Novembru 2005 tad-direttriċi ta' Cedefop li ttemm il-kuntratt ta' impjieg għal żmien indefinit ta' l-appellant fl-appell tal-4 ta' Marzu 2003 u kull att amministrattiv konness ieħor;

Tannulla d-deċiżjoni tal-11 ta' Novembru 2005 tad-direttriċi ta' Cedefop li temenda l-kompożizzjoni tal-bord tal-appell ta' Cedefop u kull att aministrattiv konness ieħor;

Tannulla d-deċiżjoni tal-24 ta' Mejju 2006 tal-bord tal-appell ta' Cedefop li ċaħdet l-ilment tal-appellant fl-appell tat-28 ta' Frar 2006 u kull att amministrattiv konness ieħor;

Tilqa' r-rikors tad-19 ta' Ġunju 2006 imressaq mill-appellant;

Tikkundanna lil Cedefop għall-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fir-rikors tiegħu, l-appellant talab, b'mod partikolari, l-annullament tad-deċiżjoni tad-direttriċi ta' Cedefop li ttemm il-kuntratt għal żmien indefinit tiegħu. Ir-rikors tiegħu ġie miċħud b'sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-24 ta' April 2008.

L-appellant iqis li s-sentenza appellata ngħatat bi ksur tar-regoli dwar l-amministrazzjoni tal-provi peress li hija bbażata fuq elementi li ma nġabitx il-prova tagħhom. B'mod partikolari, meta t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku eżamina l-argument ta' l-appellant li l-motivi tat-tkeċċija tiegħu ġew ikkomunikati lilu verbalment waqt il-laqgħa tat-23 ta' Novembru 2005, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta' liġi meta emenda s-suġġett tal-prova.

Barra dan, l-appellant isostni li s-sentenza appellata hija vvizzjata b'insuffiċjenza ta' motivi. B'mod aktar preċiż, huwa jsostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma mmotivax biżżejjed l-evalwazzjoni tiegħu dwar il-fatt li l-appellant kien ġie informat suffiċjentement u kif xieraq dwar il-motivi tat-tkeċċija tiegħu u li ma speċifikax il-fatti kollha li, fil-fehma tiegħu, wasslu għat-tkeċċija tiegħu.

Fl-aħħarnett, l-appellant iqis li l-ilment tiegħu tat-28 ta' Frar 2006 kontra d-deċiżjoni ta' tkeċċija ma ġiex deċiż b'mod oġġettiv u imparzjali mill-bord tal-appell ta' Cedefop.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/28


Rikors ippreżentat fl-24 ta' Lulju 2008 — BASF Plant Science et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-293/08)

(2008/C 272/55)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BASF Plant Science GmbH (Ludwigshafen, il-Ġermanja), Plant Science Sweden AB (Svalöv, l-Iżvezja), Amylogene HB (Svalöv, l-Iżvezja) u BASF Plant Science Holding GmbH (Ludwigshafen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Waelbroeck, lawyer, U. Zinsmeister, lawyer u D. Slater, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara dan ir-rikors bħala ammissibbli u fondat;

tiddikjara li, billi naqset milli tieħu l-miżuri neċessarji skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2001/18/KE tat-12 ta' Marzu 2001 u fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 u tadotta d-Deċiżjoni Amflora, il-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont dawn l-Artikoli; sussidjarjament

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti mandat lil EFSA “għall- opinjoni konsolidata dwar l-użu ta' indikaturi ġenetiċi ta' reżistenza antibijotika (ARM) użati bħala indikaturi ġenetiċi fi pjanti modifikati ġenetikament”, tal-14 ta' Meju 2008, u s-sospensjoni tal-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni Amflora, li ġiet innotifikata lir-rikorrenti b'ittra tad-19 ta' Mejju 2008;

tiddeċiedi favur it-talba għall-miżuri istruttorji,

tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jsostnu li, billi naqset milli tadotta deċiżjoni fuq talba għal awtorizzazzjoni ta' tqegħid fis-suq għall-użu industrijali ta' patata mmodifikata ġenetikament (“Amflora potato”) skont id-Direttiva 2001/18/KE (1), il-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 18(1) ta' l-imsemmija Direttiva u l-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (“id-Deċiżjoni ta' Komitoloġija”) (2) u għalhekk naqset milli tieħu azzjoni skont l-Artikolu 232 KE.

Ir-rikorrenti jsostnu li l-obbligu tal-Kummissjoni li tadotta din id-deċiżjoni fiż-żmien stabbilit mid-Direttiva 2001/18/KE huwa kkonfermat ukoll minn numru ta' fatturi, fosthom (a) il-bżonn li jinżamm il-bilanċ istituzzjonali, (b) l-evalwazzjoni addizzjonali dwar il-bażi legali tat-talba tal-Kummissjoni u (ċ) il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju.

Madankollu, ir-rikorrenti jsostnu li, safejn il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-ittra tal-Kummissjoni tad-19 ta' Mejju 2008 tikkostitwixxi definizzjoni tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni, u li għalhekk, ir-rikors tar-rikorrenti għal nuqqas li tittieħed azzjoni huwa għalhekk inammissibbli, ir-rikorrenti jitolbu sussidjarjament lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Mejju 2008 li tagħti mandat lil EFSA għal opinjoni konsolidata, u s-sospensjoni tal-proċedura sakemm ikun hemm il-ħames evalwazzjoni xjentifika, li twassal għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

Ir-rikorrenti jsostnu li, billi adottat id-deċiżjoni kkontestata, u għalhekk, dewmet l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Amflora, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2001/08 u s-subparagrafu 3 tal-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni tal-Komitoloġija, li kienu jeħtieġu li d-Deċiżjoni Amflora tiġi adottata fi żmien 120 ġurnata wara l-bidu tal-proċedura Komunitarja, kif ukoll tal-prinċipji fundamentali tad-dritt Komunitarju, bħal proporzjonalità, amministrazzjoni tajba, aspettattivi leġittimi, ċertezza legali u ta' non-diskriminazzjoni.


(1)  Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU 2001 L 106, p. 1).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju tniżżel li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU 1999 C 184, p. 23).


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/29


Rikors ippreżentat fl-1 ta' Awwissu 2008 — Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-299/08)

(2008/C 272/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Elf Aquitaine SA (Courbevoie, Franża) (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery, S. Thibault-Liger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

prinċipalment, tannulla, abbażi tal-Artikolu 230 KE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej C(2008)2626 finali tal-11 ta' Ġunju 2008 safejn din tikkonċerna Elf Aquitaine;

sussidjarjament:

tannulla jew tnaqqas, abbażi tal-Artikolu 229 KE, il-multa ta' EUR 22 700 000 imposta lil Arkema France SA u lil Elf Aquitaine in solidum permezz tal-Artikolu 2(ċ) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej C(2008) 2626 finali tal-11 ta' Ġunju 2008;

tannulla jew tnaqqas, abbażi tal-Artikolu 229 KE, il-multa ta' EUR 15 890 000 imposta lil Elf Aquitaine permezz ta'l-Artikolu 2(e) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej C(2008) 2626 finali tal-11 ta' Ġunju 2008;

f'kull każ, tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 2626 finali tal-11 ta' Ġunju 2008 COMP/38.695 — Sodium Chloride, li permezz tagħha l-Kummissjoni kkonstatat li ċertu impriżi, fosthom ir-rikorrenti, kisru l-Artikolu 81(1) KE u l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea billi qasmu bejniethom il-volumi ta' bejgħ, billi ffissaw il-prezzijiet, billi skambjaw informazzjoni sensittiva mill-aspett kummerċjali fuq il-prezzijiet u fuq il-volumi ta' bejgħ u billi ssorveljaw l-eżekuzzjoni ta' dawn il-ftehim antikompetittiv fis-suq tas-Sodium Chloride fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

In sostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħdax il-motiv ibbażati fuq:

ksur tar-regoli li jirregolaw l-imputabbiltà tal-ksur fi ħdan gruppi ta' kumpanniji, safejn i) il-Kummissjoni sostniet b'mod żbaljat li hija ma kinitx marbuta tipprovdi elementi li jikkoroboraw il-preżunzjoni li kumpannija parent li hija 100 % proprjetarja ta' sussidjarja teżerċita influwenza determinanti fuq din tal-aħħar, ii) l-elementi effettivament invokati mill-Kummissjoni mhumiex ta' natura tali li jikkorroboraw din il-preżunzjoni u iii) il-Kummissjoni ċaħdet is-serje ta' provi li r-rikorrenti ressqet sbiex tikkonfuta din il-preżunzjoni;

ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u tal-prinċipji tal-ugwaljanza tal-armi, tal-preżunzjoni tal-innoċenza, tar-responsabbiltà personali u tan-natura personali tal-pieni, tal-legalità u tat-trattament ugwali fil-qasam tal-imputabbiltà;

żnaturament tas-serje ta' provi mressqa mir-rikorrenti;

kontradizzjoni fir-raġunament f'dak li jirrigwarda l-kunċett ta' impriża skont l-Artikolu 81(1) KE, dwar l-indipendenza tal-kumpannija sussidjarja Arkema France fil-konfront tar-rikorrenti u l-portata tal-kontroll li kumpannija parant għandu jkollha fuq il-kumpannija sussidjarja tagħha sabiex il-ksur ta' din ta' l-aħħar ikun jista' jiġi imputat lill-kumpannija parent;

ksur tal-prinċipju tal-amministrazzjoni tajba, safejn il-Kummissjoni i) m'eżaminatx b'reqqa' u b'imparzjalità l-elementi kollha rilevanti, ii) m'applikatx l-istess regoli għall-partijiet li hija applikat għaliha stess u iii) ma ssospendietx il-proċeduri mibdija kontra r-rikorrenti fl-istennija ta' deċiżjonijiet f'kawżi pendenti rilevanti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza;

ksur tal-prinċipju ta' ċertezza legali, peress li l-Kummissjoni tbegħdet mill-kriterji ta' imputabbiltà ta' ksur imwettaq minn kumpannija sussidjarja lill-kumpannija parent li kienu applikati f'deċiżjonijiet preċedenti;

abbuż ta' poter, peress li s-sanzjonijiet imposti kienu eċċedew l-għan leġittimu tagħhom, jiġifieri li impriża tiġi ppenalizzata talli wettqet ksur;

in-natura infondata tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti bi ksur tal-prinċipju tal-awtonomija tal-persuna ġuridika u billi ħadet inkunsiderazzjoni darbtejn l-effett dissważiv meta ffissat l-ammont tal-multa;

ksur tal-prinċipji u tar-regoli li jirregolaw il-kalkolu tal-multi;

ksur tal-komunikazzjoni fuq il-klemenza (1) billi allegat li l-provi mressqa mill-kumpannija sussidjarja Arkema France ma kinux biżżejjed; u

il-fatt li mhuwiex ekwu li tingħata l-iktar sanzjoni iebsa lir-rikorrenti permezz ta' żewġ multi separati meta r-responsabbiltà tal-kumpannija sussidjarja Arkema France kienet kunsiderevolment iżgħar meta mqabbla ma' dik ta' EKA u Finnish Chemicals.


(1)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq l-immunità tal-multi u t-tnaqqis tal-ammont tagħhom fil-kawżi relatati ma' akkordji (ĠU 2002 C 45, p. 3).


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/30


Rikors ippreżentat fil-5 ta' Awissu 2008 — Smurfit Kappa Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-304/08)

(2008/C 272/57)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Smurfit Kappa Group plc (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: T. Ottervanger, E. Henny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 230 KE;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 230 KE, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 582/2007 tat-2 ta' April 2008 (Każ “Għajnuna lil Propapier PM2 GmbH & Co. KG-LIP” C(2008) 1107) li biha l-Kummissjoni approvat l-għajnuna mill-Istat lil Propapier PM2 GmbH & Co. KG innotifikata mill-Istat Ġermaniż.

Ir-rikorrenti, kumpannija internazzjonali ta' imballaġġ li għandha s-sede tagħha fl-Irlanda, ressqet ilment informali quddiem il-Kummissjoni kontra l-għoti ta' sussidju sostanzjali għall-bini (fir-Reġjun ta' Brandenburg-Nordost fil-Ġermanja) ta' fabbrika fejn tinħadem il-karta li, skond ir-rikorrenti, ser tkun l-ikbar waħda fl-Unjoni Ewropea. Ir-rikorrenti ssostni li għalkemm kien hemm indikazzjonijiet ċari li l-investiment issussidjat kien ser ikollu effetti serji u sproporzjonati fuqha u fuq is-settur meħud fl-intier tiegħu, il-Kummissjoni qieset li ma kienx hemm il-ħtieġa ta' investigazzjoni formali peress li l-għajnuna reġjonali ma kinitx tilħaq il-limiti tas-sehem mis-suq u taż-żieda fil-kapaċità stabbiliti fil-paragrafu 68(a) u (b) tal-Linji Gwida fuq Għajnuna Nazzjonali għal 2007-2013 (1) (“Il-Linji Gwida għall-Għajnuna Reġjonali”) u, konsegwentement, iddikjarat l-għajnuna bħala inkompatibbli mat-Trattat KE.

Ir-rikorrenti, li hija kompetitriċi diretta tal-benefiċjarju tal-għajnuna, tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tibdiex il-proċedura formali skont l-Artikolu 88(2) KE għal dawn il-motivi:

L-ewwel nett, skond ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kellha tibda l-proċedura formali skont l-Artikolu 88(2) KE u l-Artikolu 4(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999 (2) u teżamina l-għajnuna iktar fid-dettall fid-dawl tad-dubji li jqumu minħabba d-diffikultajiet strutturali tas-suq u skont evalwazzjoni iktar xierqa tas-suq. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni żbaljatament illimitat ruħha li tapplika l-limiti stretti tal-paragrafu 68 tal-Linji Gwida għall-Għajnuna Reġjonali u wettqet żball manifest ta' evalwazzjoni meta kkalkulat iż-żieda fil-kapaċità.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 87(3) KE u l-Linji Gwida għall-Għajnuna Reġjonali sa fejn id-deċiżjoni kkontestata (i) ma tinkludi l-ebda analiżi tal-effett negattiv tal-għajnuna fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u (ii) tinterpreta b'mod żbaljat il-Linji Gwida għall-Għajnuna Reġjonali. Għal din ir-raġuni, jingħad li, minflok ma wieżnet il-benefiċċji tar-reġjun mal-konsegwenzi ta' għajnuna sostanzjali għas-settur meħud fl-intier tiegħu, il-Kummissjoni sempliċement applikat test ta' żieda fil-kapaċita ta' 5 % filwaqt li ma wettqitx analiżi ekonomika. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-applikazzjoni tat-test stabbilit fil-paragrafu 68 tal-Linji Gwida għall-Għajnuna Reġjonali tikser it-Trattat KE peress li l-imsemmija dispożizzjoni ma teżiġix li l-Kummissjoni tapprova awtomatikament l-miżuri kollha ta' għajnuna li ma jilħqux il-limiti stabbiliti mill-istess dispożizzjoni.

It-tielet nett, skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żbalji ta' fatt u żbalji manifesti ta' evalwazzjoni fir-rigward tad-definizzjoni tas-suq u taż-żieda fil-kapaċità.

Ir-raba' nett, huwa sostnut li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 87(3) u l-Linji Gwida għall-Għajnuna Reġjonali sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tinkludi żball manifest ta' evalwazzjoni fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-miżura ta' għajnuna.

Il-ħames nett, qiegħed jingħad li d-deċiżjoni hija wkoll ivvizzjata bi żbalji serji ta' liġi sa fejn hija tqis il-Mappa ta' Għajnuna Reġjonali 2007-2013 tal-Ġermanja bħala kompatibbli mat-Trattat KE, u tqis lir-Reġjun ta' Brandenburg-Nordost bħala eliġibbli għal għajnuna reġjonali skont id-deroga stabbilita fl-Artikolu 87(3)(a) KE għall-perijodu kollu bejn l-2007 u l-2013. Barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata għaliex hija tinjora għajnuna oħra rigward l-istess proġett.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret l-obbligi tagħha li timmotiva, b'mod xieraq, id-deċiżjoni tagħha fir-rigward tal-investigazzjoni preliminari.


(1)  ĠU 2006 C 54, p. 13.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta' Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU 1999 L 83, p. 1).


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/31


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Awwissu 2008 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-305/08)

(2008/C 272/58)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: F. Arena, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran, ippubblikat fil-ĠU L 155, 13 ta' Ġunju 2008, fil-parti li fiha tipprojbixxi mis-16 ta' Ġunju 2008, is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran minn bastimenti li jtajru l-bandiera Taljana u fil-parti li fiha tipprojbixxi ż-żamma abbord, it-tqegħid f'gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, it-trażbord jew il-ħatt l-art ta' stokk ta' tonn minn dawn l-istess bastimenti.

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Gvern Taljan ikkontesta quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran, ippubblikat fil-ĠU L 155, 13 ta' Ġunju 2008.

Din il-kontestazzjoni hija bbażata fuq ħames motivi.

Permezz tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li r-regolament ikkontestat huwa nieqes minn motivazzjoni, peress li l-allegazzjoni li ġew eżawriti l-opportunitajiet ta' sajd tal-flotta Taljana fis-16 ta' Ġunju 2008 ma hija sostnuta minn ebda argument għajr is-sempliċi referenza għall-eżistenza ta' ċertu data mhux speċifikata fil-pussess tal-Kummissjoni u għall-kontenut (anki dawn mhux magħrufa) tar-rapporti tal-ispetturi tagħhom stess.

Permezz tat-tieni motiv, ir-rikorrenti tilmenta l-eżistenza ta' abbuż ta' poter, billi ssostni li l-Kummissjoni adottat il-miżura ta' urġenza skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 mhux minħabba s-sussistenza tal-fatti previsti minn din id-dispożizzjoni, iżda minħabba l-għan differenti li tintervjeni fil-konfront ta' allegat nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu skont ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1559/2007.

Permezz tat-tielet motiv, qed jiġi indikat il-ksur tal-Artikoli 7 u 26 tar-Regolament Nru 2371/2002, inkwantu, skont ir-rikorrenti, il-preżupposti fattwali indikati mill-Kummissjoni taw lok, l-iktar, għall-adozzjoni ta' miżuri skont l-Artikolu 26 iċċitat (fl-osservanza tal-proċedura prevista minn din id-dispożizzjoni) u mhux skont l-Artikolu 7.

Permezz tar-raba' motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-att ikkontestat huwa vvizzjat minn interpretazzjoni żbaljata tal-fatti, inkwantu mill-informazzjoni tal-awtoritajiet Taljani, trażmessa lill-Kummisssjoni, jirriżulta li, anki wara li ġie adottat ir-regolament ikkontestat, l-istock ta' tonn maqbud minn bastimenti li jtajru l-bandiera Taljana huwa inqas mill-50 % tal-kwota assenjata, fejn għaldaqstant l-allegazzjoni li fuqha hija bbażata l-miżura kkontestata (eżawriment tal-opportunitajiet ta' sajd tal-flotta Taljana) hija infondata.

Permezz tal-ħames u l-aħħar motiv, ir-rikorrenti tilmenta li hemm nuqqas ta' motivazzjoni fir-rigward tal-eżistenza tal-ksur tar-Regolament Nru 1559/2007, liema ksur jissemma wkoll b'mod ġeneriku fir-regolament ikkontestat, mingħajr indikazzjoni tan-natura tiegħu jew tal-provi li fuqhom ġiet ibbażata l-allegazzjoni li l-Istat Membru rikorrenti naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt dan ir-regolament.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/32


Rikors ippreżentat fil-5 ta' Awwissu 2008 — Fitoussi vs UASI — Loriot (IBIZA REPUBLIC)

(Kawża T-311/08)

(2008/C 272/59)

Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Paul Fitoussi (Vincennes, Franza) (rappreżentanti: K. Manhaeve, T. van Innis u G. Glas, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bernadette Nicole J. Loriot (Ibiza, Spanja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tas-7 ta' Mejju 2008 fil-każ R 1135/2007-2;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Bernadette Nicole J. Loriot

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva “IBIZA REPUBLIC” għal prodotti fil-klassijiet 21, 41, 43 — Applikazzjoni Nru 3 868 072

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark figurattiva nazzjonali fil-forma ta' stilla b'ħames ponot imdawwra b'ċirku, għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Ċaħda tal-oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tal-appell

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li (i) it-trade mark preċedenti għandha tiġi analizzata bħala stampa ta' stilla b'ħames ponot imdawwra b'ċirku u mhux biss bħala stilla, (ii) it-trade mark preċedenti hija trade mark intrinsikament b'saħħitha u mhux trade mark b'karattru distintiv dgħajjef u (iii) l-element grafiku tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni jiddomina l-element verbali u mhux bil-kontra.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/33


Rikors ippreżentat fit-13 ta' Awissu 2008 — Ellinikos Niognomon vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-312/08)

(2008/C 272/60)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ellinikos Niognomon AE (Piraeus, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara nulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha skont l-Artikolu 230 KE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2008, li permezz tagħha ddeċidiet li ma testendix ir-rikonoxximent limitat mogħti lilha taħt id-Direttiva 94/57/KE (1), mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/890/KE (2) u li ġiet sussegwentement estiża mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/623/KE (3) tat-3 ta' Awwissu 2005.

Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser rekwiżit proċedurali sostanzjali billi ma segwitx il-proċedura tal-komitoloġija pprovduta fl-Artikoli 4 u 9 tad-Direttiva 94/57/KE.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li r-rifjut li tingħata estensjoni tar-rikonoxximent limitat huwa bbażat fuq evalwazzjonijiet imwettqa esklużivament mill-Kummissjoni u mhux flimkien mal-Istati Membri rispettivi skont l-Artikoli 4, 9 u 11 tad-Direttiva 94/57/KE.

Fit-tielet lok, ir-rikorrenti tafferma li d-deċiżjoni kkontestata ma tirrispettax id-drittijiet tad-difiża tagħha u hija kuntrarja għall-aspettativi leġittimi tagħha.

Fir-raba' lok, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-Direttiva billi tinterpretaha ħażin safejn il-kriterji applikabbli huma kkonċernati (dokumenti dwar is-sigurtà u l-prevenzjoni), billi ħalliet barra l-passi gradwali li kellha tieħu l-Kummissjoni qabel ma tasal għal deċiżjoni negattiva u billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-ispezzjonijiet u r-rapporti maħruġa mill-Istati Membri kkonċernati, u għaldaqstant adottat raġunament illegali.

Fl-aħħar lok, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta' proporzjonalità kif ukoll il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba.


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE, tat-22 ta' Novembru 1994, dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti ta' l-amministrazzjoniet marittimi (ĠU L 319, p.20).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Diċembru 2001, dwar ir-rikonoxximent tal-“Hellenic Register of Shipping” skont l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2001) 4218) (ĠU L 329, p.72).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Awwissu 2005, fuq l-estensjoni ta' l-għarfien limitat tar-Reġistru Grieg tat-Tbaħħir (notifikata taħt id-dokument numru C(2005) 2940) (ĠU L 219, p. 43).


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/33


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-313/08)

(2008/C 272/61)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore Snc (Catania, l-Italja) (rappreżentanti: A. Maiorana, avukat, A. De Matteis, avukat, A. De Francesco, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat- 12 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9).

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawża T-305/08 Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni. Ir-rikorrenti ssostni, b'mod partikolari, ksur tal-Artikolu 12 tat-Trattat KE. F'dan ir-rigward hija tafferma li r-regolament ikkontestat jinvolvi trattament diskriminitarju favur ir-Renju ta' Spanja, il-kwota ta' liema ġiet ikkunsidrata li ntlaħqet fit-23 ta' Ġunju, minflok fis-16 ta' Ġunju.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/34


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awissu 2008 — Euromar di Ganesio Pietro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-314/08)

(2008/C 272/62)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Euromar di Ganesio Pietro & C. Snc (Aci Castello, l-Italja) (rappreżentanti: A. Maiorana, avukat, A. De Matteis, avukat, A. De Francesco, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 ippubblikat fil-ĠU L 155 tat-13 ta' Ġunju 2008.

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk imsemmija fil-kawża T-313/08 Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c. vs Il-Kummissjoni.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/34


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Corrado vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-315/08)

(2008/C 272/63)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Signorello Corrado (Portopalo di Capo Passero, l-Italja) (rappreżentanti: A. Maiorana, avukat, A. De Matteis, avukat, A. De Francesco, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-12 ta' Ġunju 2008, li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9);

tikkundanna lill-Kummissoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-kawża T-313/08, Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c. vs Il-Kummissjoni.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/34


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awissu 2008 — Pescazzurra vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-316/08)

(2008/C 272/64)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Pescazzurra Srl (Messina, l-Italja) (rappreżentanti: A. Maiorana, avukat, A. De Matteis, avukat, A. De Francesco, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 ippubblikat fil-ĠU L 155 tat-13 ta' Ġunju 2008.

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk imsemmija fil-kawża T-313/08 Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c. vs Il-Kummissjoni.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/34


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Società di armatori G. padre dei Fratelli Incorvaia G.I. e S. vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-317/08)

(2008/C 272/65)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Società di armamento Gaetano padre dei fratelli Incorvaia Giuseppe, Ignazio u Salvatore Snc (Licata, l-Italja) (rappreżentanti: A. Maiorana, avukat, A. De Matteis, avukat, A. De Francesco, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 (ĠU L 155, 13.6.2008).

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk imressqa fil-Kawża T-313/08 Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c. vs Il-Kummissjoni.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/35


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Di Mercurio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-318/08)

(2008/C 272/66)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Di Mercurio (Pachino, l-Italja) (rappreżentanti: A. Maiorana, avukat, A. De Matteis, avukat, A. De Francesco, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-12 ta' Ġunju 2008, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali L 155 tat-13 ta' Ġunju 2008.

tikkundanna l-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-kawża T-313/08 Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c. vs Il-Kummissjoni


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/35


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Grasso vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-319/08)

(2008/C 272/67)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Salvatore Grasso (Catania, l-Italja) (rappreżentanti: A. Maiorana, avukat, A. De Matteis, avukat, A. De Francesco, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 ippubblikat fil-ĠU L 155 tat-13 ta' Ġunju 2008.

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-kawża T-313/08 Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c. vs Il-Kummissjoni.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/35


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Margherita vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-320/08)

(2008/C 272/68)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Margherita Soc. coop. rl (Cariati, l-Italja) (rappreżentanti: A. Maiorana, avukat, A. De Matteis, avukat, A. De Francesco, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 ippubblikat fil-ĠU L 155 tat-13 ta' Ġunju 2008.

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-kawża T-313/08 Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c. vs Il-Kummissjoni.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/36


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Cimino vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-321/08)

(2008/C 272/69)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Riccardo Cimino (Castelsardo, l-Italja) (rappreżentanti: A. Maiorana, avukat, A. De Matteis, avukat, A. De Francesco, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9);

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-kawża T-313/08 Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c vs Il-Kummissjoni.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/36


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 – Musumeci vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-322/08)

(2008/C 272/70)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Antonio Musumeci (Bagnara Calabra, l-Italja) (rappreżentanti: A. Maiorana, avukat, A. De Matteis, avukat, A. De Francesco, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 ippubblikat fil-ĠU L 155 tat-13 ta' Ġunju 2008.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-kawża T-313/08 Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c. vs Il-Kummissjoni.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/36


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Pescatori San Franceso di Paola u Sorrentino vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-323/08)

(2008/C 272/71)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Società Cooperativa Pescatori San Franceso di Paola u Filippo Sorrentino (Vibo Valentia, l-Italja) (rappreżentanti: A. Maiorana, avukat, A. De Matteis, avukat, A. De Francesco, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-12 ta' Ġunju 2008, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali L 155 tat-13 ta' Ġunju 2008.

tikkundanna l-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-313/08 Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c. vs Il-Kummissjoni


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/37


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Pescatori San Francesco di Paola vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-324/08)

(2008/C 272/72)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Società Cooperativa Pescatori San Francesco di Paola (Vibo Valentia, l-Italja) (rappreżentanti: A. Maiorana, avukat, A. De Matteis, avukat, A. De Francesco, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 ippubblikat fil-ĠU L 155, 13 ta' Ġunju 2008.

tikkundanna l-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-kawża T-313/08 Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c. vs Il-Kummissjoni.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/37


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Pepito Pesca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-325/08)

(2008/C 272/73)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Pepito Pesca Srl (Vibo Valentia, l-Italja) (rappreżentanti: A. Maiorana, avukat, A. De Matteis, avukat, A. De Francesco, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-12 ta' Ġunju 2008, ippubblikat fil-ĠU L 155 tat-13 ta' Ġunju 2008.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk li ġew invokati fil-Kawża T-313/08 Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c vs Il-Kummissjoni.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/37


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — G. & C. vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-326/08)

(2008/C 272/74)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: G. & C. Srl (Licata, l-Italja) (rappreżentanti: A. Maiorana, avukat, A. De Matteis, avukat, A. De Francesco, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-loġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9);

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk li ġew invokati fil-Kawża T-313/08 Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c. vs Il-Kummissjoni.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/37


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Armamento Li Causi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-327/08)

(2008/C 272/75)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Armamento Li Causi Snc (Marsala, l-Italja) (rappreżentanti: A. Maiorana, avukat, A. De Matteis, avukat, A. De Franceso, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9);

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk li ġew invokati fil-kawża T-313/08, Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c. vs Il-Kummissjoni.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/38


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Mareggiando in Calabria — Servizi Pesca Turismo et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-328/08)

(2008/C 272/76)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Mareggiand in Calabria — Servizi Pesca Turismo Soc. Coop. (Vibo Valentia, l-Italja), De Leonardo (Vibo Valentia, l-Italja), Finelli (Vibo Valentia, l-Italja) (rappreżentanti: A. De Matteis, avukat, A. De Francesco, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9);

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk li ġew invokati fil-kawża T-313/08, Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c. vs Il-Kummissjoni.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/38


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — AJD Tuna vs Il-Kummssijoni

(Kawża T-329/08)

(2008/C 272/77)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: AJD Tuna Ltd (Mosta Road, Malta) (rappreżentant: M. Annoni, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran b'referenza partikolari għall-Artikolu 3 tal-istess regolament

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawżi T-305/08 Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni u T-313/08 Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c. vs Il-Kummissjoni. Qed jiġi invokat b'mod partikolari l-ksur tal-prinċipju tal-aspettativi leġittimi, safejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja fuq is-sajd tat-tonn qajmet fir-rikorrenti aspettattiva raġonevolment ibbażata fuq il-leġittimità tal-attività tagħha ta' trobbija u tismim.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/38


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Ligny Pesca di Guaiana Francesco et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-330/08)

(2008/C 272/78)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ligny Pesca di Guaiana Francesco e C. Snc (Trapani, l-Italja), Macaluso Gaetano (Palermo, l-Italja), Gallo (Salerno, l-Italja), Severino Pesca (Salerno, l-Italja), Gallo Pesca (Salerno, l-Italja), Fulvia di Pappalardo Luigi Matteo (Cetara, l-Italja), Federazione Nazionale delle Imprese di Pesca (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Clarizia u P. Ziotti, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' t-talbiet magħmula fil-parti introduttiva tar-rikors u konsegwentement tannulla r-Regolament li pprojbixxa, mis-16 ta' Ġunju 2008, is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran minn bastimenti bil-purse seines użati għas-sajd tat-tonn li jtajru l-bandiera ta' l-Italja (Artikolu 1 tar-Regolament), u li pprojbixxa wkoll, mis-16 ta' Ġunju 2008, lill-operaturi Komunitarji milli jaċċettaw il-ħatt l-art, it-tqegħid f'gaġeġ għat-trobbija jew għat-tismin u t-trażbord f'ilmijiet jew f'portijiet tal-Komunità ta' tonn maqbud fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran mill-imsemmija bastimenti (Artikolu 3(1) tar-Regolament).

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż ta' din il-kawża skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza, inklużi l-ispejjeż għall-assistenza legali tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk imressqa fil-Kawżi T-305/08, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni u T-313/08, Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c. vs Il-Kummissjoni. Ir-rikorrenti jsostnu, b'mod partikolari, l-iżball fir-rigward tal-bażi legali tar-Regolament ikkontestat, inkwantu l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, tal-20 ta' Diċembru 2002, dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 358, p. 59) ma huwiex xieraq għall-adozzjoni tal-miżuri inklużi fih, li kienu jitolbu li jsir użu minn dak diversament previst fl-Artikolu 26(2) u (3) tal-istess regolament.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/39


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Awwissu 2008 — BNP Paribas u BNL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-335/08)

(2008/C 272/79)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: BNP Paribas u Banca Nazionale del Lavoro SpA (BNL) (rappreżentanti: R. Silvestri, avukat, G. Escalar, avukat, M. Todino, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla fl-intier tagħha d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tal-11 ta' Marzu 2008, Nru C(2008)869 finali, dwar l-għajnuna mill-Istat C-15/2007, (ex Nru 20/2007) li l-Italja eżegwiet, “fir-rigward ta' inċentivi fiskali favur xi istituzzjonijiet ta' kreditu suġġetti għal riorganizzazzjoni tal-kumpannija” għar-raġunijiet esposti.

Motivi u argumenti prinċipali

F'din il-kawża, ir-rikorrenti jikkontestaw id-dispożizzjoni li permezz tagħha l-liġi Taljana Nru 350/2003, fil-parti fejn tipprovdi skema speċjali ta' bilanċ fiskali (iktar 'il quddiem l-“iskema speċjali”) għall-assi ta' tali istituzzjonijiet ta' kreditu li jirriżultaw mir-riorganizzazzjonijiet li saru skond il-liġi Nru 218, tat-30 ta' Lulju 1990, (iktar 'il quddiem il-“Liġi Amato”) ġiet iddikjarata bħala mhux kompatibbli ma' l-Artikolu 87 tat-Trattat KE dwar l-għajnuna mill-Istat. Skond il-Kummissjoni, l-illegalità ta' l-iskema speċjali skond l-Artikolu 87 tat-Trattat hija bbażata fuq il-premessa li l-leġiżlatur Taljan ikkonċeda, permezz ta' tali skema, benefiċċju fiskali “selettiv” biss lil dawk l-istituzzjonijiet bankarji ikkonċernati mir-riorganizzazzjoni skond il-Liġi Amato, mingħajr ma stabbilixxa benefiċċji simili lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-impriżi in ġenerali.

In sostenn tat-talbiet tagħhom, ir-rikorrenti josservaw li l-Kummissjoni ħadet żball meta qieset li l-iskema speċjali ta' bilanċjar kienet tikkostitwixxi r-rikonoxximent ta' benefiċċju ekonomiku lill-kumpanniji benefiċjarji u għalhekk forma ta' għajnuna illegali. Fir-realtà, l-iskema ma tagħtix benefiċċju fiskali peress li hija sempliċement skema volontarja li ssir applikabbli permezz tal-ħlas antiċipat tat-taxxa abbażi ta' rata ta' taxxa sostitutiva.

Anki jekk jitqies li l-iskema in kwistjoni tikkonferixxi xi forma ta' benefiċċju lill-impriżi li jipparteċipaw fiha, madankollu din ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat għalhiex hija nieqes mill-karattru ta' selettività. L-iskema fiskali in kwistjoni tirrappreżenta soluzzjoni koerenti fil-konfront tas-sistema ta' tassazzjoni ġenerali, kif ukoll ibbażata fuq kriterji oġġettivi, jiġifieri l-ħtieġa li dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu milquta mill-privatizzazzjonijiet jiġu permessi li jibbilanċjaw il-kontribuzzjonijiet skond il-Liġi Amato, permezz ta' l-impożizzjoni ta' rata ta' taxxa li tieħu in kunsiderazzjoni kemm it-tassazzjoni parzjali preċedenti fuq il-qliegħ kapitali diġà rrikonoxxut, kif ukoll tat-taxxi l-oħrajn marbuta ma' dawk il-kontribuzzjonijiet; inkonvenjenti li ma kinux jolqtu lill-impriżi l-oħrajn kollha — differenti mill-banek ikkonċernati mill-kontribuzzjonijiet skond il-Liġi 350/2003 — li kienu rċevew kontribuzzjonijiet f'kuntest differenti minn din il-liġi, u li għalihom kienet totalment iġġustifikata skema ta' bilanċjar b'metodi ta' tħaddim differenti.

Fit-tieni lok, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija vvizzjata minn difett kbir ta' motivazzjoni li ġej mill-konvinzjoni żbaljata li l-Liġi Nru 350/2003 ma kienet tipprevedi l-ebda skema ġenerali ta' bilanċjar. Peress li qieset b'mod żbaljat li ma kinitx teżisti skema ġenerali ta' bilanċjar li kellha tiġi pparagunata ma' dik speċjali kkontestata, il-Kummissjoni naqset milli tagħmel xi paragun bejn iż-żewġ sistemi sabiex tevalwa l-elementi kollha li jistgħu jaffetwaw l-obbligi ta' tassazzjoni kumplessivi li jappartjenu lil kull skema.

Skond ir-rikorrenti, anki jekk isir paragun bejn iż-żewġ skemi abbażi ta' tali elementi, jkun jirriżulta b'mod ċar kif, fil-konfront ta' l-iskema ġenerali, l-iskema speċjali prattikament ma tikkonferixxi l-ebda benefiċċju fiskali f'termini ta' rata ta' taxxa applikabbli.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/40


Rikors ippreżentat fit-18 ta' Awwissu 2008 — BVGD vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-339/08)

(2008/C 272/80)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Belgische Vereniging van handelaars in- en uitvoerders geslepen diamant (BVGD) (Antwerp, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u C. Ronzi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Tiddikjara r-rikors bħala ammissibbli;

Tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Ġunju 2008 li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet l-ilment ppreżentat mir-rikorrenti, dwar il-kwistjoni tal-preklużjoni tad-dħul, minħabba li mhemmx raġunijiet suffiċjenti sabiex tittieħed azzjoni abbażi tagħha (każ COMP/39.221/E-2-De Beers/DTC Supplier of Choice)

Tordna lill-Kummissjoni tipprovdi:

verżjoni xierqa u utli tar-risposti mogħtija minn De Beers u Alrosa lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-hekk imsejħa “proċedura supplementari”

il-verżjonijiet kollha mhux kunfidenzjali tal-ilmenti u tad-dokumenti relatati magħhom mibgħuta lill-Kummissjoni rigward is-SOC u l-Ftehim Amministrattiv tal-Kummerċ bejn De Beers u Alrosa;

il-verżjonijiet kollha mhux kunfidenzjali tad-dokumenti tal-inkjesta dwar is-SOC u l-Ftehim Amministrattiv tal-Kummerċ bejn De Beers u Alrosa;

ir-rikors ippreżentat minn Alrosa fil-kawża T-170/06;

id-dikjarazzjonijiet tal-oġġezzjonijiet li tirreferi għalihom fid-“deċiżjoni ta' ċaħda supplementari”;

ir-rapporti annwali dwar l-impenji mfassla mill-mandatarju;

Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Wara li l-Qorti tal-Prim'Istanza annullat, fil-11 ta' Lulju 2007, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Frar 2006 (Kawża T-170/06 Alrosa vs Il-Kummissjoni), il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ proċedura supplementari abbażi tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, sabiex tevalwa l-impatt possibbli tal-annullament tad-deċiżjoni ta' impenn fuq il-konklużjoni ġenerali dwar il-preklużjoni tad-dħul kif ipprovduta fid-deċiżjoni tas-26 ta' Jannar 2007 (2007)D/200338 (każ COMP.39.221/E-2-De Beers/DTC Supplier of Choice) li ċaħdet l-ilment tar-rikorrenti li ġie ippreżentat quddiem il-Kummissjoni fl-14 ta' Lulju 2005 u li kien jallega ksur tal-Artikoli 81 u 82 KE, b'konnessjoni mas-sistema Supplier of Choice (Fornitur Magħżul) għad-distribuzzjoni ta' djamanti mhux maħdumin, applikata mill-grupp De Beers (iktar 'il quddiem id-“deċiżjoni ta' ċaħda”). Din id-deċiżjoni ġiet ikkontestata mir-rikorrenti permezz ta' rikors li ġie ppreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-6 ta' April 2007, u li attwalment huwa s-suġġett tal-proċeduri fil-kawża T-104/07 (1).

Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni supplementari tal-Kummissjoni tal-5 ta' Ġunju 2008 (2008)D/203543 skont ir-Regolament (KE) Nru 773/2004 (2) li permezz tagħha l-Kummissjoni ddeċidiet li mhemmx raġunijiet sabiex tevalwa mill-ġdid id-deċiżjoni taċ-ċaħda, safejn, fir-rigward tal-preklużjoni tad-dħul, ma kienx hemm interess Komunitarju suffiċjenti sabiex tittieħed azzjoni ulterjuri fuq l-allegat ksur.

Ir-rikorrenti tqajjem tliet motivi in sostenn tar-rikors tagħha:

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 mhuwiex il-bażi legali korretta għall-proċedura supplementari u għad-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, hija ssostni li l-imsemmija dispożizzjoni ma tawtorizzax lill-Kummissjoni tevalwa mill-ġdid sitwazzjoni imma tittratta biss iċ-ċaħda ta' lmenti u f'dan ir-rigward tawtorizza lill-Kummissjoni li tinforma lill-persuna li tippreżenta l-ilment li mhemmx raġunijiet suffiċjenti sabiex tittieħed azzjoni fuq l-ilment, li tistabbilixxi terminu li fih il-persuna li tippreżenta l-ilment tista' tippreżenta l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni applikat b'mod żbaljat il-prinċipji ġenerali dwar ir-revoka retroattiva ta' atti amministrattivi.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li kien hemm ksur tad-drittijiet proċedurali li hija għandha skont l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 peress li r-rikorrenti ma setgħetx teżerċita d-dritt tagħha ta' aċċess għad-dokumenti li abbażi tagħhom il-Kummissjoni wettqet l-evalwazzjoni provviżorja. F'dan ir-rigward ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma wrietx li l-aċċess limitat għal fajl seta' kien iġġustifikat mill-bżonn li tiġi ggarantita l-protezzjoni ta' kunfidenzjalità li hija implikata f'sigrieti kummerċjali.

It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikoli 2 u 3 KE u l-kunċett ta' interess Komunitarju, kif ukoll l-obbligu ta' motivazzjoni.


(1)   ĠU 2007 C 129, p. 18.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta' April 2004, dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (Test b'referenza għaż-ŻEE) (ĠU 2004 L 123, p. 18).


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/41


Rikors ippreżentat fid-19 ta' Awwissu 2008 — Hess Group AG vs UASI-Coloma Navarro (COLOMÉ)

(Kawża T-341/08)

(2008/C 272/81)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hess Group AG (Berna, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri, A. Castán Pérez-Gómez, abogados)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: José Félix Coloma Navarro (Badajoz, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta' Mejju 2008 ġie ppreżentat fit-termini stipulati u skont il-forma prevista u, permezz tal-proċedura rilevanti, tannulla d-deċiżjoni ċċitata u tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li għaliha ġiet ippreżentata talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade mark verbali “COLOMÉ” (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2.140.23) għal prodotti fil-klassi 33 (inbejjed).

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.

Parti li qed titlob talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: D. José Félix Coloma Navarro.

Trade mark jew sinjal tal-parti li qed titlob dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade marks figurattivi Spanjoli “COLOMA” għal prodotti fil-klassi 33 (inbejjed).

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: tilqa' t-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: tiċħad l-appell.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/41


Rikors ippreżentat fit-18 ta' Awissu 2008 — Batchelor vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-342/08)

(2008/C 272/82)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Edward William Batchelor (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: F. Young, Solicitor, A. Barav, Barrister u D. Reymond, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni negattiva impliċita li, skond l-Artikolu 8(3) tar-Regolament ta' Aċċess, hija meqjusa li ngħatat mill-Kummissjoni Ewropea fil-11 ta' Ġunju 2008, id-deċiżjoni negattiva espliċita SG/E/3/HP/cr D(2008)5545, mogħtija mill-Kummissjoni fit-3 ta' Lulju 2008, u d-deċiżjoni negattiva espliċita SG/E/3/EV/psi D(2008)6636, mogħtija mill-Kummissjoni fis-7 ta' Lulju 2008, dwar talba għal aċċess għal dokumenti mressqa skond ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU 2001 L 145, p. 43);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha u għall-ispejjeż inkorsi mir-rikorrent f'din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors għal annullament taħt l-Artikolu 230(4) KE ġie ppreżentat kontra d-deċiżjoni negattiva impliċita tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ġunju 2008 u kontra d-deċiżjonijiet negattivi espliċiti SG/E/3/HP/cr D(2008)5545 tat-3 ta' Lulju 2008 u SG/E/3/EV/psi D(2008)6636 tas-7 ta' Awwissu 2008, mogħtija skond ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) (ir-“Regolament ta' Aċċess”), li permezz tagħhom il-Kummissjoni ċaħdet it-talba tar-rikorrent għal aċċess għal dokumenti dwar in-notifika ta' miżuri taħt l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (2), kif emendata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/35/KE tat-30 ta' Ġunju 1997 (3).

Ir-rikorrent jikkontendi li n-nuqqas tal-Kummissjoni li tagħti raġunijiet adegwati u suffiċjenti li tiċħad l-aċċess għad-dokumenti mitluba, jammonta għal ksur ta' l-Artikolu 253 KE u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament ta' Aċċess u li, għalhekk, id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn ksur ta' rekwiżit proċedurali essenzjali, kif previst fl-Artikolu 230(2) KE.

Ir-rikorrent isostni wkoll li, billi żbaljatament ibbażat ruħha fuq l-eċċezzjonijiet permissibbli sabiex tiċħad l-aċċess għad-dokumenti mitluba, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 255 KE u l-Artikoli 1(a), 2(1) u (3), 4(1) sa (6) tar-Regolament ta' Aċċess u li, għalhekk, id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn ksur tat-Trattat u ta' kull regola ta' liġi konnessa ma' l-applikazzjoni tiegħu, kif previst fl-Artikolu 230(2) KE.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU 2001 L 145, p. 43).

(2)  ĠU 1989 L 298, p. 23.

(3)  ĠU 1997 L 202, p. 60.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/42


Rikors ippreżentat fil-25 ta' Awwissu 2008 — EnBW Energie Baden-Württemberg vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-344/08)

(2008/C 272/83)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: EnBW Energie Baden-Württemberg AG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Bach u A. Hahn, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea D(2008) 4931, tas-16 ta' Ġunju 2008, dwar talba għal aċċess għall-inkartament amministrattiv fil-każ COMP/F/38.899 (Switchgear iżolat bil-gass);

b'mod sussidjarju, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea D(2008) 4931, tas-16 ta' Ġunju 2008, dwar talba għal aċċess għall-inkartament amministrattiv fil-każ COMP/F/38.899 (Switchgear iżolat bil-gass), safejn il-Kummissjoni rrifjutat li tagħti lir-rikorrenti aċċess parzjali għad-dokumenti fl-inkartament;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontestata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Ġunju 2008, li biha ġiet miċħuda t-tieni talba tagħha għal aċċess għad-dokumenti fl-inkartament tal-Kummissjoni fil-każ COMP/F/38.899 (Switchgear iżolat bil-gass).

Ir-rikorrenti tressaq tliet motivi in sostenn tar-rikors tagħha.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-ewwel u tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) peress li l-eċċezzjonijiet li jinsabu f'dawn id-dispożizzjonijiet ġew interpretati b'mod żbaljat jew applikati b'mod żbaljat. It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 peress li inġustament ċaħdet li r-rikorrenti kellha interess pubbliku predominanti li tingħata aċċess għall-inkartament fil-każ COMP/F/38.899. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 peress li minn tal-inqas kellhom jiġu żvelati uħud mid-dokumenti fl-inkartament tal-każ COMP/F/38.899.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/42


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Awwissu — Helena Rubinstein vs UASI — Allergan (BOTOLIST)

(Kawża T-345/08)

(2008/C 272/84)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Helena Rubinstein, SNC (Parigi, Franza) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u J. Pagenberg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Allergan, Inc. (Irvine, L-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tat-28 ta' Mejju 2008 fil-każ R 863/2007-1;

tiċħad l-appell magħmul mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-konvenut meħuda fit-28 ta' Marzu 2007 fil-każ 1118 C;

tikkundanna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti, inkluż dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell; u

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tħallas l-ispejjeż, inkluż dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell, fil-każ li ssir parti intervenjenti f'din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali “BOTOLIST” għal prodotti fil-klassi 3 — Trade mark Komunitarja reġistrazzjoni Nru 2 686 392

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade mark Komunitarja reġistrazzjoni Nru 2 015 832 tat-trade mark figurattiva “BOTOX” għal prodotti fil-klassi 5; trade mark Komunitarja reġistrazzjoni Nru 2 575 371 tat-trade mark figurattiva “BOTOX” fil-klassi 5; trade mark Komunitarja reġistrazzjoni Nru 1 923 986 tat-trade mark figurattiva “BOTOX” għal prodotti fil-klassi 5 u 16; trade mark Komunitarja reġistrazzjoni Nru 1 999 481 tat-trade mark verbali “BOTOX” għal prodotti fil-klassi 5; diversi reġistrazzjonijiet tat-trade mark “BOTOX” fl-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 billi ma hemm l-ebda prova li trade marks preċedenti kellhom reputazzjoni fil-mument relevanti, billi t-trade marks kunfliġġenti mhumiex biżżejjed simili, billi ma hemmx provi ulterjuri li l-użu tat-trade mark Komunitarja rreġistrata suġġett tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità jkun ta' ħsara għall-karattru distintiv u għar-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti u li mhemm l-ebda prova li r-rikorrenti aġixxiet mingħajr ebda raġuni valida meta adottat it-trade mark Komunitarja suġġett tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' nullità; ksur tal-Artikolu 73 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 billi d-deċiżjoni kkontestata ma tispeċifikax ir-raġunijiet fuq liema hija bbażata.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/43


Rikors ippreżentat fl-20 ta' Awissu 2008 — iTouch International vs UASI — Touchnet Information Systems (iTouch)

(Kawża T-347/08)

(2008/C 272/85)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: iTouch International plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: T. Alkin, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Touchnet Information Systems, Inc. (Lenexa, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Mejju 2008 fil-każ R 493/2007-2;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Mejju 2008 fil-każ R 493/2007-2, safejn il-Qorti tal-Prim'Istanza tqis li huwa utli; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “iTouch” għal servizzi fil-klassijiet 38 u 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1 449 503 għat-trade mark verbali “TOUCHNET” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 37 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: tilqa' l-oppożizzjoni kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: tiċħad l-appell

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, minħabba li l-Bord tal-Appell iddeċieda inġustament li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/43


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Awwissu 2008 — Papierfabrik Hamburger-Spremberg vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-350/08)

(2008/C 272/86)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Papierfabrik Hamburger-Spremberg GmbH & Co KG (Spremberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Polster, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni tat-2 ta' April 2008, C(2008) 1107 finali, fil-kawża Għajnuna mill-Istat N 582/2007 — Ġermanja, li tipprovdi li l-għajnuna reġjonali favur Propapier PM 2 GmbH & Co KG hija inkompatibbli mat-Trattat KE;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' April 2008, C(2008) 1107 finali, li permezz tagħha l-Kummissjoni ddikjarat kompatibbli mat-Trattat KE l-għajnuna reġjonali mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lil Propapier PM 2.

In sostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tressaq tliet motivi.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti takkuża lill-Kummissjoni li hija kisret l-Artikolu 88(2) KE, l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (1) kif ukoll il-punti 68 et seq. tal-Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b'għan reġjonali għall-perijodu 2007-2013 (2), meta ma bdietx il-proċedura formali ta' investigazzjoni.

Permezz tat-tieni motiv, ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni fir-rigward tan-natura esklużiva tal-Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b'għan reġjonali, tal-ħtieġa li jittieħed inkunsiderazzjoni s-suq tal-iskart ta' karti, li huwa fis-suq upstream tal-kartun korrugat mhux maħdum u tal-evalwazzjoni tal-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarju tal-għajnuna, Propapier PM 2, f'dawn is-swieq u fis-suq sussegwenti għal dan tal-kartun korrugat.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tinvoka l-inkompatibbiltà tal-għajnuna reġjonali mogħtija lil Propapier PM 2 mas-suq komuni billi tfakkar li l-proġett ta' investiment jimplika distorsjoni tal-kompetizzjoni fit-total tat-tliet swieq ikkonċernati.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, p. 1).

(2)  ĠU 2006, C 54, p. 13.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/44


Rikors ippreżentat fl-1 ta' Settembru 2008 — L'Oréal vs UASI– Allergan (BOTOCYL)

(Kawża T-357/08)

(2008/C 272/87)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: L'Oréal SA (Clichy, Franza) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u J. Pagenberg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Allergan, Inc. (Irvine, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta' Ġunju 2008 fil-każ R 865/2007-1;

tiċħad l-appell imressaq mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-konvenut meħuda fl-4 ta' April 2007 fil-każ 1120 C;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell; u

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċedimenti, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell, jekk issir parti intervenjenti f'din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali “BOTOCYL” għal prodotti fil-klassi 3 — Reġistrazzjoni Komunitarja tat-trade mark Nru 2 782 282

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 015 832 tat-trade mark figurattiva “BOTOX” għal prodotti fil-klassi 5; Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 575 371 tat-trade mark figurattiva “BOTOX” għal prodotti fil-klassi 5; Reġistrazzjoni Komunitarja Nru 1 923 986 tat-trade mark figurattiva “BOTOX” għal prodotti fil-klassijiet 5 u 16; Reġistrazzjoni Komunitarja Nru 1 999 481 tat-trade mark verbali “BOTOX” għal prodotti fil-klassi 5; diversi reġistrazzjonijiet tat-trade mark “BOTOX” fl-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li m'hemmx provi li trade marks preċedenti kellhom reputazzjoni fil-mument relevanti, peress li t-trade marks konfliġġenti m'humiex simili biżżejjed, peress li, barra minn hekk, m'hemm l-ebda prova li l-użu tat-trade mark Komunitarja rreġistrata suġġett tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità jkun detrimentali għall-karattru distintiv u r-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti u m'hemm l-ebda prova li r-rikorrenti aġixxiet mingħajr raġuni valida meta adottat it-trade mark Komunitarja rreġistrata suġġett tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità; ksur tal-Artikolu 73 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li d-deċiżjoni kkontestata ma tagħtix ir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/45


Rikors ippreżentat fit-3 ta' Settembru 2008 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-358/08)

(2008/C 272/88)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: J. Rodríguez Cárcamo)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrenti jitlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza:

tannulla d-Deċiżjoni C (2008) 3249, tal-25 ta' Ġunju 2008, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija mill-Fond ta' Koeżjoni lill-proġett Nru 96/11/61/018 — “Tindif ta' Zaragoza”.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Din il-kawża tirrigwarda d-deċiżjoni li titnaqqas l-għajnuna financjarja inizjalment mogħtija mill-Kummissjoni lil diversi proġetti fil-kuntest tat-tliet fażijiet tal-“Proġett ta' tindif ta' Zaragoza”. Din id-deċiżjon tippreżupponi korrezzjoni finanzjarja ta' 25 % tal-ammont kofinanzjat mit-tieni u t-tielet fażijiet ta' dan il-proġett, li tiġi kkonkretizzata f'obbligu ta' rifużjoni ta' EUR 3 106 966. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kunsill muniċipali ta' Zaragoza naqas milli jimplementa n-normi Komunitarji dwar il-kuntratti pubbliċi meta qassam ix-xogħol b'mod artifiċjali u ma ppublikax il-kuntratti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/[3]98/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi ta' l-ilma, ta' l-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni, u ppubblikhom biss fil-Gazzetta Uffiċjali ta' Aragona.

In sostenn tat-talbiet tiegħu, ir-rikorrent isostni:

il-ksur tal-Artikolu H tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1164/94, tas-16 ta' Mejju 1994 li jistabbilixxi Fond ta' Koeżjoni, flimkien mal-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 93/[3]8/KEE. F'dan ir-rigward, ir-rikorrent jikkunsidra li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta' evalwazzjoni dwar il-kunċett bażiku ta' “xogħol”, meta ċaħdet l-eżistenza ta' differenza teknika jew ekonomika bejn il-proġetti differenti, peress illi, fil-fehma tagħha, id-deskrizzjoni tax-xogħlijiet li għandhom jitwettqu kienet simili u kellha l-istess funzjoni ekonomika: it-titjib kumplessiv tas-sistema għall-benefiċċju tal-utenti. Bil-kontra, il-kuntratti in kwistjoni huma xogħlijiet teknikament distinti, b'funzjonijiet b'mod ċar differenti u li jiġu suġġetti għal perizji tekniċi diversi sabiex jitwettqu.

Il-ksur tal-prinċipju ta' aspettativi leġittimi u l-projbizzjoni ta' att contra factum proprium, peress illi l-Kummissjoni approvat il-proġetti kif ippreżentati u li, kemm it-talba inizjali tal-1996, kif ukoll dik sussegwenti tal-1997, kellhom deskrizzjoni ta' kull wieħed mill-proġetti inklużi f'din il-fażi, kif ukoll ir-riferiment espliċitu għan-nuqqas ta' ħtieġa li jiġu ppubblikati l-avviżi tas-sejħiet għal offerti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Il-motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata.

Il-preskrizzjoni tal-azzjoni tal-Kummissjoni, fid-dawl tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2988/95, tat-18 ta' Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea,

Id-dekadenza tal-każ, hekk kif prevista mill-Artikolu 2.H. tal-Anness II tar-Regolament 1164/94, u l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 13[86]/2002, tad-29 ta' Lulju 2002, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94 fir-rigward tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll għall-għajnuna mogħtija taħt il-Fondi ta' Koeżjoni u l-proċedura sabiex isiru korrezzjonijiet finanzjarji.

Sussidjarjament, ir-rikorrent jallega l-ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/45


Rikors ippreżentat fit-3 ta' Settembru 2008 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-359/08)

(2008/C 272/89)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: J. Rodríguez Cárcamo)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

Ir-Renju ta' Spanja jitlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza:

ma tapplikax il-linji gwida sabiex jiġu stabbiliti l-korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom jiġu applikati għall-ispejjeż kofinanzjati mill-Fondi Strutturali u mill-Fond ta' Koeżjoni fil-każ ta' nuqqas ta' twettiq tar-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi, fil-verżjoni finali tad-29 ta' Novembru 2007, COCOF 07/0037/03-ES,

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tal-25 ta' Ġunju 2008, C(2008) 3243, li biha tagħha titnaqqas l-għajnuna mill-Fond ta' Koeżjoni lill-grupp ta' proġetti Nru 2001.ES.16.C.P.E.045 (Ġestjoni ta' skart f'Galicia-2001) (Grupp II) u

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Din il-kawża tirrigwarda erba' subgruppi ta' proġetti dwar il-pjan ta' ġestioni tal-iskart solidu urban ta' Galicia. Il-finazjament Komunitarju inizjalment mogħti kien ammonta għall-grupp ta' proġetti kollu għal 80 % tal-infiq pubbliku sussidjabbli.

F'ittra mill-Kummissjoni lir-rikorrenti f'April 2006, ġew proposti korrezzjonijiet fid-dawl tal-irregolaritajiet misjuba f'verifika ta' kontijiet interna. Fil-konklużjonijiet ta' dan id-dokument hemm zewġ proposti ta' korrezzjoni finanzjarja. L-ewwel fosthom, dwar l-irregolarità sanzjonata fid-deċiżjoni in kwistjoni, tirriżulta minn differenza ta' kriterju fl-ikkatalogar ta' ċerti kuntratti. Il-proposta ta' korrezzjoni finanzjarja b'hekk tammonta għal EUR 59 652,48.

Id-dħul fis-seħħ, fi tmiem l-2007, ta' “Linji gwida sabiex jiġu stabbiliti l-korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom japplikaw għall-ispejjeż kofinanzjati mill-Fondi Strutturali u mill-Fond ta' Koeżjoni f'każ ta' nuqqas ta' twettiq tar-regoli dwar il-kuntrati pubbliċi” ġodda jiddetermina żieda tal-korrezzjonijiet li huma finalment imposti, peress li l-kriterji previsti minn tali linji gwida jippreżupponu korrezzjonijiet iktar serji minn dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Linji gwida fis-seħħ sa dan il-mument.

In sostenn tal-allegazzjonijiet tiegħu, ir-rikorrent isostni, l-ewwel nett, u skont l-Artikolu 241 tat-Trattat KE, l-illegalità tal-Linji gwida tal-2007, iċċitati iktar 'il fuq, peress li dawn jiksru l-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94, tas-16 ta' Mejju 1994, li jistabbilixxi Fond ta' Koeżjoni u l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1386/2002 tad-29 ta' Lulju 2002, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 1164/94, peress illi, fl-ewwel lok, ma jirregolawx il-korrezzjonijiet finanzjarji eżatti, jiġifieri, dawk li jirrappreżentaw l-infiq effettivament impost fuq il-Fond b'mod irregolari u, fit-tieni lok, peress li meta jistabbilixxu l-korrezzjonijiet fuq bażi fissa jadottaw bħala ammont ta' bażi għall-kalkolu tal-korrezzjonijiet l-istima tas-sejħa għal offerti tal-kuntratt u mhux l-infiq iċċertifikat, jew, fin-nuqqas tiegħu, il-prezz tal-kuntratt.

Il-Linji gwida tal-2007 jiksru wkoll:

il-prinċipju ġenerali ta' trasparenza, stabbilit fl-Artikolu 255 tat-Trattat KE u fir-Regolament Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet, minħabba l-ftit reklamar li għalih huma suġġetti bħala konsegwenza tal-forma li jadottaw u tal-aċċess ristrett tiegħu.

il-prinċipju ġenerali ta' ċertezza legali, minħabba n-natura retroattiva tiegħu, peress li jiġu applikati għall-proġetti approvati sa mill-2000, u

l-obbligu ta' motivazzjoni.

Fir-rigward tad-deċiżjoni tal-25 ta' Ġunju 2008, ir-rikorrent isostni li, barra li hija bbażata fuq norma illegali, din tikser l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1164/94 imsemmi iktar 'il fuq, u l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1386/2002, iċċitat iktar 'il fuq, press li dawn jadottaw bħala ammont ta' bażi għall-kalkolu tal-korrezzjonijiet l-istima tas-sejħa għal offerti tal-kuntratt u mhux l-infiq iċċertifikat, jew, fin-nuqqas tiegħu, il-prezz tal-kuntratt.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/46


Rikors ippreżentat fit-3 ta' Settembru 2008 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-360/08)

(2008/C 272/90)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: J. Rodríguez Cárcamo)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

Ir-Renju ta' Spanja jitlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza:

ma tapplikax il-linji gwida sabiex jiġu stabbiliti l-korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom jiġu applikati għall-ispejjeż kofinanzjati mill-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni fil-każ ta' nuqqas ta' twettiq tar-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi, fil-verżjoni finali tad-29 ta' Novembru 2007, COCOF 07/0037/03-ES,

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tal-25 ta' Ġunju 2008, C(2008) 3247, safejn hija tnaqqas l-għajnuna tal-Fond ta' Koeżjoni lill-grupp ta' proġetti Nru 2001.ES.16.C.P.E.036 (tindif ta' baċir idrografiku fit-Tramuntana — Galicia-2001) u

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Din il-kawża tirrigwarda grupp ta' proġetti ta' titjib ta' pompi tal-petrol eżistenti jew li għadhom kemm inbnew, l-espansjoni, il-manutenzjoni u t-titjib tas-sistema ta' drenaġġ u ta' tindif, li jinsabu f'diversi punti ta' Galicia. Il-kofinanzjament Komunitarju inizjalment mogħti mill-Kummissjoni kien ta' 80 % tal-infiq pubbliku sussidjabbli.

F'ittra mill-Kummissjoni lir-rikorrent f'Ġunju 2007, ġew proposti korrezzjonijiet skont l-irregolaritajiet misjuba f'verifika ta' kontijiet preċedenti. Fil-konklużjonijiet ta' din l-ittra hemm riferiment għaż-żewġ irregolaritajiet li mmotivaw id-deċiżjoni kkontestata u l-proposti korrispondenti tagħha għal korrezzjonijiet finanzjarji: l-użu żbaljat tal-proċedura ta' urġenza fir-rigward ta' kuntratt u l-użu żbaljat tal-esperjenza bħala kriterju ta għoti ta' diversi kuntratti. Il-proposti ta' korrezzjoni finanzjarja kienu rispettivament ta' EUR 697 901 u EUR 354 591.

Il-motivi u l-allegazzjonijiet prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-359/08, Spanja vs Il-Kummissjoni.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/47


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Awwissu 2008 — 2nine vs UASI — Pacific Sunwear of California (nollie)

(Kawża T-363/08)

(2008/C 272/91)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: 2nine Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Palmer, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pacific Sunwear of California, Inc. (Anaheim, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta' Ġunju 2008 fil-każ R 1590/2007-2;

Tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż; u

Tadotta miżuri oħrajn li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis neċessarji.

Motivi u argumenti prinċipali

L-applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

It-trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “nollie” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 11, 14, 18, 25 u 26 — Applikazzjoni Nru 4 602 017

Il-proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: L-applikant

It-trade mark jew sinjal invokat: Ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' trade mark Nru 839 740 tat-trade mark verbali “NOLI” għal prodotti fil-klassijiet 3, 18, 24 u 25; Ir-reġistrazzjoni ta' trade mark fir-Renju Unit Nru 2 361 525 tat-trade mark verbali “NOLI” għal prodotti fil-klassijiet 3, 18, 24 u 25

Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Tilqa' l-oppożizzjoni u tiċħad l-applikazzjoni fl-intier tagħha

Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: L-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jiddeċiedi li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti fir-rigward tal-prodotti kkontestati; ksur tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jieħu in kunsiderazzjoni kif jixraq jew injora l-fatti, il-provi u l-osservazzjonijiet imressqa.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/47


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Awwissu 2008 — 2nine vs UASI — Pacific Sunwear of California (nollie)

(Kawża T-364/08)

(2008/C 272/92)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: 2nine (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Palmer, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pacific Sunwear of California, Inc. (Anaheim, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrent(i)

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta' Ġunju 2008 fil-Każ R 1591/2007-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż; u

tagħti kwalunkwe ordni ulterjuri li l-Qorti tal-Prim'Istanza jidhrilha xieraq.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “nollie” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 11, 14, 18, 20, 25 u 26 — applikazzjoni Nru 4 601 621

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni ta' trade mark internazzjonali Nru 839 740 tat-trade mark verbali “NOLI” għal prodotti fil-klassijiet 3, 18, 24 u 25; Reġistrazzjoni ta' trade mark tar-Renju Unit Nru 2 361 525 tat-trade mark verbali “NOLI” għal prodotti fil-klassijiet 3, 18, 24 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Laqgħet l-oppożizzjoni u rrifjutat l-applikazzjoni fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jsib probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti fir-rigward tal-prodotti kkontestati kollha; ksur tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jikkunsidra sewwa l-fatti, il-provi u l-argumenti mressqa.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/48


Rikors ippreżentat fit-28 ta' Awwissu 2008 — Hidalgo vs UASI — Bodegas Hidalgo — La Gitana (HIDALGO)

(Kawża T-365/08)

(2008/C 272/93)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Emilio Hidalgo, SA (Jerez de la Frontera, Spanja) (rappreżentant: M. Esteve Sanz, abogada)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni )

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bodegas Hidalgo — La Gitana, SA (Sanlucar de Barrameda, Cádiz, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titob lill-Qorti tal-Prim'Istanza jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta' Ġunju 2008, innotifikata lir-rikorrenti fit-18 ta' Ġunju 2008, fil-Każ R 1329/2007-4:

tordna lir-rikorrenti, u, skond il-każ, lill-parti intervenjenti, ibatu l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza kif ukoll l-ispejjeż tal-appell sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: E. Hidalgo SA.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “HIDALGO” (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4.032.108) għal prodotti fil-klassi 33 “xarbiet alkoħoliċi (bl-eċċezzjoni tal-birra)”.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni: Bodegas Hidlago — La Gitana S.A.

Trade mark jew sinjal invokat fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni: It-trade mark verbali Spanjola “HIDALGO”, għal prodotti fil-klassi 33 (“Inbejjed in ġenerali u b'mod partikolari dawk koperti mid-denominazzjonijiet ta' oriġini Jerez u Manzanilla”)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: tilqa' l-oppiżizzjoni u tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: tiċħad l-appell.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 73 u 61(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja u tad-drittjiet tad-difiża tar-rikorrenti, li bbażat id-deċiżjoni kkontestata fuq dokument li dwaru r-rikorrenti ma setgħetx tieħu pożizzjoni.

Ir-rikorrenti tallega wkoll ksur:

tal-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, safejn id-deċiżjoni kkontestata tikkunsidra li l-inbejjed huma identiċi ma' xarbiet alkoħoliċi oħra, inklużi dawk fil-klassi 33, li huma differenti mill-inbid.

tal-Artikoli 4(1) u 5(a) tal-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks u ksur tal-prinċipju ta' koeżistenza u ekwivalenza bejn trade marks nazzjonali u Komunitarji.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/49


Rikors ippreżentat fit-18 ta' Settembru 2008 — Bank Melli Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-390/08)

(2008/C 272/94)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bank Melli Iran (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: L. Defalque, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE tat-23 ta' Ġunju 2008, fil-paragrafu 4 tal-parti B tal-Anness dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, safejn huma applikabbli għal Melli Bank Iran, u l-fergħat u s-sussidjarji tagħha;

sussidjarjament, tiddikjara l-inapplikabbiltà, għall-preżenti kawża bis-saħħa tal-Artikolu 241 KE, tal-Artikoli 15.2 u 7.2 tar-Regolament 423/2007 tal-Kunsill tad-19 ta' April 2007;

f'kull każ, tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-preżenti kawża, ir-rikorrenti qed titlob l-annullament tad-Deċiżjoni 2008/475/KE tal-Kunsill, tat-23 ta' Ġunju 2008, li timplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), safejn ir-rikorrenti tinsab inkluża fil-lista tal-persuni fiżiċi u tal-persuni, entitajiet u korpi legali li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom jinsabu ffriżati b'applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba' motivi bbażati fuq:

ksur tar-rekwiżiti proċedurali sostanzjali tat-Trattat KE, tar-regoli tad-dritt dwar l-applikazzjoni tiegħu, ta' abbuż ta' poter, kif ukoll ta' non-osservanza tal-Artikolu 7(2) tal-pożizzjoni komuni 2007/140/PESC (2), peress li d-deċiżjoni ġiet adottata minkejja r-regola tal-unanimità prevista fl-Artikolu 7(2) tal-pożizzjoni komuni 2007/140/PESC;

b'mod inċidentali, eċċezzjoni ta' illegalità tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 423/2007 (3), li jipprevedi vot b'maġġoranza kwalifikata;

ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali, sa fejn il-Kunsill impona l-iffiżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi tar-rikorrenti mingħajr ma applika din il-miżura għal banek Iranjani oħra li jinsabu f'kundizzjonijet identiċi;

ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità, peress li l-Kunsill impona l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi tar-rikorrenti meta r-Riżoluzzjoni 1803 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti kienet sempliċement talbet lill-Istati sabiex josservaw viġilanza fil-konfront tal-attivitajiet imwettqa mill-istituti finanzjarji stabbiliti fit-territorju tagħhom mal-banek stabbiliti fl-Iran, inkluża r-rikorrenti;

ksur tad-drittijiet tad-difiża, tad-dritt ta' smiegħ xieraq u tad-dritt ta' rimedju ġudizzjarju effettiv, sa fejn i) intalab biss lill-Istati, fir-Riżoluzzjoni 1803 (2003), li josservaw viġilanza u ii) ir-rikorrenti ma kinitx issemmiet fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti [riżoluzzjonijiet 1737 (2006) u 1747 (2007)]; barra minn hekk, l-elementi li r-rikorrenti tqieset responsabbli għalihom ma ġewx innotifikati lilha;

ksur tad-dritt fundamentali tar-rispett tal-proprjetà;

ksur tal-Artikolu 15(3) tar-regolament Nru 423/2007, sa fejn il-Kunsill kellu jagħti motivazzjonijiet individwali u speċifiċi għad-deċiżjoni tiegħu fil-konfront tas-sempliċi obbligu ta' viġilanza msemmi fir-Riżoluzzjoni 1803 (2008), u fil-konfront tat-trattament irriżervat lill-banek Iranjani l-oħra;

ksur tal-kompetenzi tal-Komunità, peress li l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi tar-rikorrenti jikkostiwixxi sanzjoni kważi kriminali u dan iktar u iktar meta mhijiex f'dan il-każ traspożizzjoni ta' riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, peress li r-Riżoluzzjoni 1803 (2008) ma tipprovdi għal l-ebda miżura ta' ffriżar.


(1)  ĠU L 163, p.29.

(2)  Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESC tal-Kunsill, tas-27 ta' Frar 2007, dwar l-adozzjoni ta' miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 61, p. 49).

(3)  Regolament (KE) Nru 423/2007 tal-Kunsill, tad-19 ta' April 2007, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 103, p. 1).


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/49


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Settembru 2008 — Hamdi vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-75/07 u T-363/07) (1)

(2008/C 272/95)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawżi magħquda.


(1)  ĠU C 117, 26.5.2007.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/50


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Settembru 2008 — Osram vs Il-Kunsill

(Kawża T-466/07) (1)

(2008/C 272/96)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tar-Raba' Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 51, 23.2.2008.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/50


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Settembru 2008 — Shetland Islands Council vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-42/08) (1)

(2008/C 272/97)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 92, 12.4.2008.


Tribunal għas-Servizz Pubbliku

25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/51


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Awwissu 2008 — N vs Il-Parlament

(Kawża F-71/08)

(2008/C 272/98)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: N (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tar-rapport ta' evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu bejn is-16 ta' Awwissu 2006 u l-31 ta' Diċembru 2006.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta' Settembru 2007 li tikkonferma u tapprova b'mod definittiv ir-rapport ta' evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu bejn is-16 ta' Awwissu 2006 u l-31 ta' Diċembru 2006;

tannulla dan ir-rapport ikkontestat;

tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Parlament, tat-22 ta' Mejju 2008, li tiċħad it-talba tar-rikorrent għall-annullament tad-deċiżjoni ikkontestata;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/51


Rikors ippreżentat fil-25 ta' Awwissu 2008 — Ketselidis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-72/08)

(2008/C 272/99)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Michalis Ketselidis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta' ċaħda għat-talba ppreżentata mir-rikorrent dwar ir-reviżjoni tal-kalkolu tas-snin tas-servizz għal pensjoni li għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni matul it-trasferiment tad-drittijiet tiegħu għal pensjoni miksuba fil-Greċja lejn l-iskema Komunitarja.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni impliċita ta' ċaħda tat-talba dwar il-kalkolu tas-snin ta' servizz ta' pensjoni li għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni matul it-trasferiment tad-drittijiet tiegħu għal pensjoni lejn l-iskema Komunitarja;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/51


Rikors ippreżentat fil-25 ta' Awwissu 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-73/08)

(2008/C 272/100)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avvocato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament ta' diversi deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kummissjoni ċaħdet it-talbiet tar-rikorrent għal kumpens ta' 100 % ta' xi spejjeż mediċi mġarrba u l-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas ta' somma fuq din il-bażi.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni ta' ċaħda tat-talba tas-27 ta' Ġunju 2007 mibgħuta fit-28 ta' Ġunju 2007;

jannulla d-deċiżjoni ta' ċaħda tat-talba tad-29 ta' Ġunju mibgħuta fl-istess data;

jannulla d-deċiżjoni ta' ċaħda tat-talba tat-30 ta' Ġunju 2007 mibgħuta fit-2 ta' Lulju 2007;

jannulla d-deċiżjoni ta' ċaħda tat-talba tat-2 ta' Lulju 2007 mibgħuta mir-rikorrent fl-istess data;

jannulla, safejn meħtieġ, in-nota tad-29 ta' April 2008;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas lir-rikorrent, bħala kumpens ta' 100 % tal-ispejjeż mediċi de quibus, tas-somma ta' EUR 4747,29, jew somma oħra iżgħar li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jikkunsidra ġusta u ekwa fuq din il-bażi, u kif ukoll l-interessi fuq din is-somma appena msemmija li għandhom jiddekorru mis-7 ta' Novembru 2007, bir-rata ta' 10 % fis-sena u bil-kapitalizzazzjoni annwali, jew b'dik ir-rata, bil-kapitalizzazzjoni u bid-dies a quo li t-Tribunal jikkunsidra ġusti;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/52


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Awwissu 2008 — Ramaekers-Jørgensen vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-74/08)

(2008/C 272/101)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ramaekers-Jørgensen (Geneval, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tikkalkola t-taxxa Komunitarja tar-rikorrenti billi tgħodd flimkien l-ammont tar-remunerazzjoni personali u tal-pensjoni tas-superstiti, kif ukoll tad-deċiżjoni ta' ċaħda tat-talba intiża sabiex it-taxxa Komunitarja imposta fuq il-pensjoni tas-superstiti ma tkunx imnaqqsa bil-quddiem, jiġifieri qabel il-ħlas tal-pensjoni tas-supersiti, mill-ammont tar-remunerazzjoni tagħha. Min-naħa l-oħra, il-konstatazzjoni tal-illegalità tal-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 260/68, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill Nru 2182/2003.

It-talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra fl-20 ta' Mejju 2008, li permezz tagħha ġiet miċħuda l-kontestazzjoni mressqa fis-16 ta' Jannar 2008, intiża għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tas-16 ta' Ottubru 2007, safejn hija tiddefinixxi l-modalitajiet tal-kalkolu u tal-ġbir tat-taxxa Komunitarja dwar il-pensjoni tas-superstiti mogħtija lir-rikorrenti;

safejn huwa neċessarju, tannulla wkoll, parzjalment, l-imsemmija deċiżjoni tas-16 ta' Ottubru 2007, safejn hija ppreċiżat il-modalitajiet tal-kalkolu u tal-impożizzjoni tat-taxxa Komunitarja dwar il-pensjoni tas-superstiti mogħtija lir-rikrorenti;

skont l-Artikolu 241 tat-Trattat, tikkonstata l-illegalità tal-Artikoli 3 u 4 tar- Regolament tal-Kunsill Nru 260/68, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill Nru 2182/2003, safejn l-imsemmija dispożizzjonijiet jipprovdu li, għal-finijiet tal-kalkolu tat-taxxa Komunitarja applikabbli, il-pensjoni tas-superstiti mogħtija lill-uffiċjal għandha tingħadd flimkien mal-paga ta' dan l-uffiċjal;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.