ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
8 ta' Ottubru 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 255/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5292 — Tata/Mubadala/Lochmore/Piaggio) ( 1 )

1

2008/C 255/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5249 — Edison/Hellenic Petroleum/JV) ( 1 )

1

2008/C 255/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5290 — Phoenix/Cerp Lorraine — Repartition France) ( 1 )

2

2008/C 255/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5255 — TDK/Epcos) ( 1 )

2

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 255/05

Rata tal-kambju ta' l-euro

3

2008/C 255/06

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kwantità disponibbli għall-ewwel semestru tal-2009 għal ċerti prodotti fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fil-qafas ta' ċerti kwoti li fetħet il-Komunità

4

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni

2008/C 255/07

Programm ta' tagħlim tul il-ħajja — Sejħa għall-proposti 2009 — DĠ EAC/31/08

6

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Kummissjoni

2008/C 255/08

Avviż ta' skadenza imminenti ta' ċerti miżuri anti-dumping

8

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2008/C 255/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5340 — King/Capvis III/KVT) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

9

 

ATTI OĦRAJN

 

Kummissjoni

2008/C 255/10

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u ta' denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel

10

 

2008/C 255/11

Nota lill-qarrej(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

8.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5292 — Tata/Mubadala/Lochmore/Piaggio)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 255/01)

Fit-30 ta' Settembru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5292. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu).


8.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5249 — Edison/Hellenic Petroleum/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 255/02)

Fis-27 ta' Awwissu 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5249. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu).


8.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5290 — Phoenix/Cerp Lorraine — Repartition France)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 255/03)

Fit-30 ta' Settembru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5290. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu).


8.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5255 — TDK/Epcos)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 255/04)

Fil-15 ta' Settembru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5255. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

8.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/3


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

It-7 ta' Ottubru 2008

(2008/C 255/05)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3632

JPY

Yen Ġappuniż

139,51

DKK

Krona Daniża

7,4623

GBP

Lira Sterlina

0,77725

SEK

Krona Żvediża

9,6586

CHF

Frank Żvizzeru

1,5526

ISK

Krona Iżlandiża

197

NOK

Krona Norveġiża

8,381

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,48

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

249,13

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

3,433

RON

Leu Rumen

3,9223

SKK

Krona Slovakka

30,395

TRY

Lira Turka

1,854

AUD

Dollaru Awstraljan

1,8785

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4991

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5871

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,1437

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,9948

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 793,63

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,0043

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,2928

HRK

Kuna Kroata

7,1404

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 018,56

MYR

Ringgit Malażjan

4,761

PHP

Peso Filippin

64,48

RUB

Rouble Russu

35,6045

THB

Baht Tajlandiż

47,058

BRL

Real Brażiljan

2,9602

MXN

Peso Messikan

16,2084


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


8.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/4


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kwantità disponibbli għall-ewwel semestru tal-2009 għal ċerti prodotti fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fil-qafas ta' ċerti kwoti li fetħet il-Komunità

(2008/C 255/06)

Wara l-għoti ta' liċenzji tal-importazzjoni għat-tieni semestru tal-2008 għal ċerti kwoti msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (1), l-applikazzjonijiet għal-liċenzji involvew kwantitajiet inferjuri għal dawk disponibbli għall-prodotti kkonċernati. Jaqbel, għalhekk, li tiġi determinata għal kull kwota kkonċernata, il-kwantità disponibbli għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Ġunju 2009 billi jitqiesu l-kwantitajiet mhux allokati li jirriżultaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 578/2008 tad-19 ta' Ġunju 2008 li jiddetermina sa fejn għandhom jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib introdotti f'Ġunju 2008 fil-qafas ta' ċerti kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 (2).

Il-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju 2009 għat-tieni semestru tas-sena ta' importazzjoni ta' ċerti kwoti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huma indikati kif gej.


(1)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.

(2)  ĠU L 161, 20.6.2008, p. 20.


ANNESS

ANNESS I.A

Nru tal-kwota

Kwantità (kg)

09.4590

68 537 000

09.4599

11 360 000

09.4591

5 360 000

09.4592

18 438 000

09.4593

5 413 000

09.4594

20 007 000

09.4595

7 502 502

09.4596

19 417 492

ANNESS I.F

Prodotti li joriġinaw mill-Iżvizzera

Nru tal-kwota

Kwantità (kg)

09.4155

1 500 000

ANNESS I.H

Prodotti li joriġinaw min-Norveġja

Nru tal-kwota

Kwantità (kg)

09.4179

2 594 850

ANNESS I.I

Prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda

Nru tal-kwota

Kwantità (kg)

09.4205

175 000

09.4206

360 000


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni

8.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/6


Programm ta' tagħlim tul il-ħajja — Sejħa għall-proposti 2009 — DĠ EAC/31/08

(2008/C 255/07)

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

Din is-sejħa għall-proposti hija bbażata fuq id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja li ġiet adottata mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-15 ta' Novembru 2006 (Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE) (1). Il-programm ikopri l-perjodu bejn l-2007 u l-2013. L-għanijiet speċifiċi tal-programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja huma elenkati fl-Artikolu 1.3 tad-Deċiżjoni.

2.   L-applikanti eliġibbli

Il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja japplika għat-tipi u l-livelli kollha ta' edukazzjoni u taħriġ u edukazzjoni vokazzjonali u huwa aċċessibbli għall-entitajiet kollha elenkati fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni.

L-applikanti jridu jkunu stabbiliti f'wieħed mill-pajjiżi li ġejjin (2):

is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (mill-1 ta' Jannar 2007),

il-pajjiżi tal-EFTA-ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja,

il-pajjiżi kandidati: it-Turkija.

3.   Baġit u tul tal-proġetti

Il-baġit totali allokat għal din is-sejħa huwa stmat għal EUR 961 miljun.

Il-livell ta' għotjiet mogħtija kif ukoll it-tul tal-proġetti jvarjaw skond fatturi bħalma huma t-tip ta' proġett u l-għadd ta' pajjiżi involuti.

4.   Id-data ta' għeluq għall-applikazzjonijiet

Id-dati ta' għeluq ewlenin huma kif ġej:

Karta Universitarja Erasmus

28 ta' Novembru 2008

Comenius, Grundtvig: Taħriġ fuq il-post tax-xogħol

 

l-ewwel skadenza

16 ta' Jannar 2009

skadenzi oħrajn

30 ta' April 2009

 

15 ta' Settembru 2009

Assistentati Comenius

30 ta' Jannar 2009

Leonardo da Vinci: Mobilità (inkluż iċ-ċertifikat ta' mobilità Leonardo da Vinci)

Erasmus: Korsijiet Intensivi tal-Lingwa (EILC)

6 ta' Frar 2009

 Il-Programm Jean Monnet

13 ta' Frar 2009

Comenius, Leonardo da Vinci, Grundtvig: Sħubijiet

Comenius: Sħubijiet Comenius Regio

Grundtvig: Workshops

20 ta' Frar 2009

Comenius, Erasmus, Leonardo da Vinci, Grundtvig

Proġetti multilaterali, Netwerks u Miżuri ta' Akkumpanjament

27 ta' Frar 2009

Leonardo da Vinci: Trasferiment ta' Proġetti multilaterali ta' innovazzjoni

27 ta' Frar 2009

Erasmus: Programmi Intensivi (IP), Mobilità tal-istudenti għal studji u pjazzamenti (inkluż iċ-ċertifikat ta' pjazzament ta' konsorzju Erasmus) u Mobilità tal-persunal (inkarigi ta' tagħlim u taħriġ tal-persunal)

13 ta' Marzu 2009

Grundtvig: Assistentati, Proġetti ta' Volontarjat mal-Anzjani

31 ta' Marzu 2009

Programm Trasversali

31 ta' Marzu 2009

Programm Trasversali: Attività ewlenija 1 — Żjarat ta' studju

9 ta' April 2009

5.   Id-dettalji kollha

It-test kollu tas-“Sejħa Ġenerali għall-Proposti LLP 2008-2010: aġġornament 2009 — Sħubijiet Strateġiċi”, flimkien mal-“Gwida tal-Programm LLP” u l-formoli ta' applikazzjoni, jinsabu fuq l-indirizz tal-Internet: http://ec.europa.eu/llp

L-applikazzjonijiet iridu jkunu konformi mat-termini kollha tat-test sħiħ tas-Sejħa u jridu jintbagħtu fil-formoli pprovduti.


(1)  http://europa.eu.int/eur-lex/lex/JOHtml.do?uri=OJ:L:2006:327:SOM:EN:HTML

(2)  Għajr għall-programm Jean Monnet li huwa miftuħ għall-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla fid-dinja kollha.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Kummissjoni

8.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/8


Avviż ta' skadenza imminenti ta' ċerti miżuri anti-dumping

(2008/C 255/08)

1.

Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma tiġix imnedija reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

2.   Proċedura

Produtturi Komunitarji jistgħu jagħmlu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba jrid ikun fiha biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri tista' twassal għat-tkomplija jew għas-seħħ mill-ġdid ta' dumping u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi Komunitarji mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal reviżjoni.

3.   Limitu ta' żmien

Produtturi Komunitarji jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni fuq il-bażi ta' dak li ssemma hawn fuq. Din għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), J-79 4/23, B-1049 Brussell (2), wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż preżenti iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.

Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' skadenza

Friex tas-sodda (tip ta' qoton)

Il-Pakistan

Id-dazju tal-anti-dumping

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004 (ĠU L 66, 4.3.2004, p. 1.). Kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 695/2006 (ĠU L 121, 6.5.2006, p. 14.)

5.3.2009


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  Telefax: (32-2) 295 65 05.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

8.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5340 — King/Capvis III/KVT)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 255/09)

1.

Fis-26 ta' Settembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża King Luxemburg S.á r.l. (“King”, il-Lussemburgu) u l-Capvis General Partner III Ltd. (“Capvis III”, ir-Renju Unit) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt tal-impriża Koenig Verbindungstechnik AG (“KVT”, l-Iżvizzera) permezz ta' akkwisti tal-ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-King: fond ta' ekwità privata,

għall-Capvis III: fond ta' ekwità privata,

għall-KVT: qafliet u expanders industrijali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni avżata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5340 — King/Capvis III/KVT, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


ATTI OĦRAJN

Kummissjoni

8.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/10


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u ta' denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel

(2008/C 255/10)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

Applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 9

“QUESO MANCHEGO”

Nru tal-KE: ES/PDO/117/0087/06.11.2006

IĠPImage DPO X

1.   Paragrafu tal-ispeċifikazzjoni għall-emendar

Image

Isem

X

Deskrizzjoni

X

Żona ġeografika

X

Prova tal-oriġini

Image

Metodu tal-produzzjoni

Image

Rabta

X

Tikkettar

X

Rekwiżiti nazzjonali

X

Oħrajn (Organu ta' spezzjoni)

2.   Tip ta' emenda

Image

Emenda tad-dokument uniku jew tas-sinteżi

X

Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP rreġistrata, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda dokument uniku jew sinteżi.

Image

Emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li ma teħtieġx emenda tad-dokument uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006).

Image

Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni minħabba l-adozzjoni ta' miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006).

3.   Emendi

3.1.   Deskrizzjoni tal-prodott

Il-progress teknoloġiku li sar f'dawn l-aħħar snin u l-aġġornament tal-leġiżlazzjoni wasslu għal titjib fit-tekniki ta' analiżi, b'mod li dawn saru aktar preċiżi u ta' min joqgħod fuqhom. Għaldaqstant, sar xi tibdil fil-parametri karatteristiċi tal-“Queso Manchego”.

Il-karatteristiċi organolettiċi marbutin mal-konsistenza tal-“Queso Manchego” jinkisbu permezz ta' perjodu xieraq ta' maturazzjoni. B'hekk jitqassar il-perjodu ta' maturazzjoni għall-ġobnijiet li jiżnu inqas minn 1.5 kg, u jiddaħħal perjodu massimu ta' sentejn sabiex jinżammu l-karatteristiċi organolettiċi ta' dan it-tip ta' ġobon.

Il-kontenut minimu ta' xaħam jiżdied minn 6 % għal 6.5 %. L-analiżijiet bla għadd li saru mill-produtturi tal-ġobon u mill-laboratorju tal-Kunsill Regolatorju juru li l-kontenut medju ta' xaħam huwa ta' aktar minn 7 %.

L-identifikazzjoni ta' impuritajiet makroskopiċi u t-test tar-reductase bl-użu ta' metilina blu huma tekniki ta' analiżi li għadda żmienhom.

Jiddaħħal it-terminu “materja niexfa utli” biex jieħu post it-terminu “materja niexfa totali”, billi dan tal-aħħar huwa aktar xieraq għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-ħalib għall-ipproċessar f'ġobon.

Jiddaħħal parametru ġdid ta' kontroll fost il-karatteristiċi analitiċi tal-ħalib. Fil-każ tal-ħalib, id-densità hija marbuta mill-qrib mal-kompożizzjoni fiżika u kimika tiegħu.

Jiġu emendati d-dimensjonijiet tal-prodott, billi f'dawn l-aħħar snin ġiet innotata xejra ta' domanda għal ġobnijiet iżgħar minn settur sinifikanti tas-suq.

Il-pH minimu tal-ġobon jitnaqqas għal 4.8, abbażi ta' studji xjentifiċi li juru li dan huwa valur tipiku misjub fl-analiżi ta' dan it-tip ta' ġobon.

Illum il-ġurnata, il-laboratorju tal-organu ta' spezzjoni jħaddem it-teknika tal-elettroforeżi biex janaliżża t-taħlita ta' ħalib u ġobon. Minbarra li dan it-teknika hija rikonoxxuta uffiċċjalment, mal-milja tas-snin instab li hija veloċi u ta' min joqgħod fuqha.

Il-kliem “Limitu ta' kolesterol: 98 % tal-proporzjon ta' sterol tal-materja insaponifikabbli” jitħassar. Il-metodi li jintużaw illum huma aktar sofistikati u ta' min joqgħod fuqhom, u għaldaqstant ma jaqbilx li jinżamm il-metodu ta' analiżi msemmi.

Mal-medda tas-snin, permezz tal-produzzjoni u l-iżvilupp tal-“Ficha de Cata del Queso Manchego” (Folju ta' Tagħrif dwar il-Queso Manchego), saret riorganizzazzjoni tal-karatteristiċi tal-prodott protett mid-Denominazzjoni tal-Oriġini, b'rekwiżiti aktar stretti rigward il-karatteristiċi organolettiċi mogħtija fl-ispeċifikazzjoni oriġinali.

Erba' snin ilu ġiet introdotta Sistema ta' Punti. It-tibdil li sar fid-deskrizzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi jirrifletti l-iżvilupp fil-vokabularju tal-analiżi organolettika matul l-aħħar ftit snin.

3.2.   Żona ġeografika

Ġiet aġġornata ż-żona ta' produzzjoni biex jitqies il-fatt li l-“muniċipji” saru “entitajiet lokali”.

Din il-bidla ġabet magħha entitajiet lokali ġodda li sa dak iż-żmien kienu distretti f'ċerti muniċipji, u b'hekk diġà kienu inklużi fiż-żona ta' produzzjoni.

B'dan ir-rikonoxximent ġdid, dawn l-entitajiet lokali, sakemm ma jkunux inklużi espliċitament, jibqgħu barra miż-żona tal-produzzjoni, minkejja li dejjem kienu rrikonoxxuti fil-muniċipju korrispondenti billi dejjem laħqu l-kundizzjonijiet stipulati.

3.3.   Elementi li juru li l-prodott joriġina miż-żona

Iddaħħlet il-prattika li “t-tikketta tal-kaseina titwaħħal mal-qoxra tal-ġobon”, billi dan hu wieħed mill-mezzi ewlenin ta' identifikazzjoni u kontroll.

Dan l-element ta' kontroll huwa l-“marka tas-swaba'” tal-“Queso Manchego”. Kull ġobna għandha t-tikketta tal-kaseina u n-numru tas-serje tagħha, b'mod li ma ssibx żewġ ġobniet bl-istess tikketta jew numru. Barra minn hekk, huwa impossibbli li tikketta tiġi trasferita minn ġobna għal oħra, għax malli titneħħa t-tikketta ma tistax terġa' titwaħħal.

3.4.   Organu ta' spezzjoni

Ġie emendat l-Organu ta' spezzjoni, abbażi tar-rekwiżit tal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel.

3.5.   Tikkettar

L-immaġni tal-“Queso Manchego” kompliet tiżviluppa tul iż-żmien skont rekwiżiti u suġġerimenti varji. Fil-logo attwali jidhru l-marki karatteristiċi fuq wiċċ il-ġobon flimkien ma' merħla nagħaġ, li minnhom titnissel il-materja prima li biha jsir il-ġobon.

3.6.   Rekwiżiti nazzjonali

L-aġġornament tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ rigward il-Denominazzjonijiet Protetti tal-Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti jħassar il-leġiżlazzjoni preċedenti msemmija fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-prodott, u għaldaqstant din is-sezzjoni għandha tiġi emendata bix-xieraq.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“QUESO MANCHEGO”

Nru tal-KE: ES/PDO/117/0087/06.11.2006

IĠPImage DPO X

1.   Isem

“Queso Manchego”

2.   Stat membru

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta' prodott

Klassi 1.3. Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott bl-isem mogħti fil-punt 1

Ġobon ippressat magħmul mill-ħalib tan-nagħġa tar-razza “Manchega”, immaturat għal tal-anqas 30 jum fil-każ ta' ġobniet li jiżnu sa 1.5 kg, u għal bejn 60 jum u massimu ta' sentejn fil-każ ta' ġobniet akbar.

Il-“Queso Manchego” jista' jsir bil-ħalib pasturizzat jew bil-ħalib nej. Fil-każ tal-ħalib nej, it-tikketta tista' tinkludi l-kelma “Artesano” (artiġjanali).

Il-“Queso Manchego” huwa ġobon xaħmi, li wara l-maturazzjoni jikseb dawn il-karatteristiċi fiżiċi:

Sura: ċilindrika b'wiċċ ċatt

Għoli massimu: 12 cm

Djametru massimu: 22 cm

Proporzjon djametru/għoli: bejn 1.5 u 2.2

Piż minimu: 0.4 kg

Piż massimu: 4.0 kg

Il-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi tal-ġobon huma kif ġej:

pH: minn 4.8 sa 5.8

Materjal niexef: Minimu ta' 55 %

Xaħam: minimu ta' 50 % tal-materjal niexef

Total ta' proteina mill-materjal niexef: minimu ta' 30 %

Klorur tas-sodju: massimu ta' 2.3 %

Karatteristiċi tat-taħlita:

Konsistenza: Utiqa u kompatta.

Lewn: Ivarja mill-abjad sa lewn l-avorju jagħti fl-isfar.

Riħa: Tal-ħalib, intensament qarsa u persistenti, bi sfumaturi pikkanti li jibqgħu jiżdiedu fil-ġobniet immaturati għal żmien twil.

Togħma: Kemxejn qarsa, qawwija u mimlija, li ssir pikkanti f'ġobniet immaturati għal żmien twil. Il-ħalib tan-nagħaġ tar-razza “Manchega” jħalli togħma residwali pjaċevoli u partikulari.

Dehra: Ħoloq żgħar imqassmin b'mod mhux uniformi, għalkemm jista' jagħti l-każ li ma jkunux preżenti.

Kompożizzjoni: elastiċità baxxa, għandha mill-butir u ftit mid-dqiq; u f'ġobniet immaturati ħafna taf issir imrammla.

Il-limiti mikrobijoloġiċi huma kif ġej:

Escherichia coli: massimu ta' 1 000 kolonja f'kull gramma

Staphilococus aureus: massimu ta' 100 kolonja f'kull gramma

Salmonella: assenza f'25 gramma

Lysteria: assenza f'25 gramma

Il-ġobon itiegħem kemxejn qares, qawwi u mimli, u jsir pikkanti meta mmaturat għal żmien twil. Il-ħalib tan-nagħaġ tar-razza “Manchega” jħalli togħma residwali pjaċevoli u partikulari.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-“Queso Manchego” jsir bil-ħalib tan-nagħaġ tar-razza “Manchega”, bit-tames naturali jew enżimi koagulanti oħrajn awtorizzati, u bil-klorur tas-sodju.

Il-ħalib ma għandux ikun fih il-kolostru, prodotti mediċinali jew impuritajiet oħra li jista' jkollhom impatt negattiv fuq il-produzzjoni, il-maturazzjoni jew il-konservazzjoni tal-ġobon, jew fuq il-kundizzjonijiet sanitarji u tal-iġjene korrispondenti.

Il-“Queso Manchego” jista' jsir bil-ħalib pasturizzat jew bil-ħalib nej. Fil-każ tal-ħalib nej, it-tikketta tista' tinkludi l-kelma “Artesano” (artiġjanali).

Il-karatteristiċi analitiċi tal-ħalib huma kif ġej:

Kontenut ta' xaħam: minimu ta' 6.5 %

Lattożju: minimu ta' 4 %

Proteini: minimu ta' 4.5 %

Materjal niexef utli: minimu ta' 11 %

Aċidità (DORNIC): massimu ta' 30°

Densità: 1,034-1,040 kg/l

Punt tal-iffriżar: –0.550 °C jew inqas

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

In-nagħaġ tar-razza “Manchega” jirgħa u jgawdi mir-riżorsi naturali tar-reġjun matul is-sena kollha. Meta jkun fil-maqjel, id-dieta tiegħu tiġi supplimentata b'għalf ikkonċentrat, bil-ħuxlief u b'prodotti sekondarji.

Fejn tidħol it-trobbija tan-nagħaġ, ta' min jissemmew it-tipi ta' mergħa li jinsabu fil-wesgħat tal-isteppa tal-blat (matorrales), li jinkludu: Medicago minima, Scorpiurus subvillosa, Astragalus stella, Astragalus sesamus, eċċ.

L-hekk imsejħa “madajales” huma l-aktar mergħat ta' siwi għan-nagħaġ. Fihom jinsabu l-mergħat bil-basla u kwantitajiet kbar ta' legumi, li jinkludu dawn li ġejjin: Medicago rigidula, Medicago lupulina, Medicago trunculata, Trigonella polycerata, Coronilla scorpoides, eċċ.

Fil-wiċċ tal-ħamrija profonda u aktar friska jistgħu jidhru l-“fenelares”, li huma mergħat sfieq bi prevalenza ta' pjanti perenni u bijennali, fosthom partikularment il-ħaxixa Brachypodium phoenicoides.

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika indikata

3.6.   Regoli speċifiċi dwar il-qtigħ, l-għerik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-ġobniet protetti mid-Denominazzjoni tal-Oriġini “Queso Manchego” jistgħu jiġu ttrasportati u jitqiegħdu fis-suq mill-azjendi li jipproduċu l-ġobon u mill-impriżi rreġistrati biss f'kontenituri li ma jaffettwawx il-kwalità tagħhom.

Il-“Queso Manchego” għandu jiġi kkummerċjalizzat dejjem bil-qoxra, li tista' tkun ġiet maħsula minn qabel.

Barra minn hekk, il-“Queso Manchego” jista' jinkesa bil-paraffin jew b'sustanzi oħra trasparenti u inattivi awtorizzati legalment, jew inkella jintbell fiż-żejt taż-żebbuġa, dejjem jekk il-qoxra żżomm il-lewn u d-dehra naturali tagħha u t-tikketta tal-kaseina tibqa' tinqara.

Fl-ebda każ ma għandhom jintużaw sustanzi li jsewdu l-qoxra.

Il-“Queso Manchego” jista' jiġi kkummerċjalizzat imqatta' f'biċċiet, imfettet jew maħkuk, dejjem jekk ikun ippakkjat u l-oriġini tiegħu jista' jiġi identifikat. Din l-operazzjoni tista' ssir barra miż-żona tal-oriġini minn impriżi li jkunu aċċettaw u huma konformi mal-protokoll stabbilit, bil-għan li l-proċeduri li jgħaddi minnhom il-“Queso Manchego” jkunu garantiti u traċċabbli.

Il-kontenituri użati għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

3.7.   Regoli speċifiċi li jirrigwardaw l-ittikkettar

Fuq it-tikketta għandu jidher il-kliem li ġej: Denominación de Origen “Queso Manchego”. Jekk il-ġobon ikun sar mill-ħalib nej, dan jista' jiġi indikat fuq it-tikketta permezz tal-kelma “Artesano” (artiġjanali).

Il-prodott maħsub għall-konsum għandu jkollu tikketta oħra maħruġa mill-Bord Regolatorju, li titwaħħal mill-impriżi reġistrati b'mod li ma tistax tintuża mill-ġdid. Barra minn hekk, kull ġobna tal-“Queso Manchego” għandu jkollha fuq naħa waħda tikketta tal-kaseina b'numru tas-serje, li titwaħħal fl-istadju tal-għoti tal-għamla u l-ippressar tal-ġobna.

4.   Deskrizzjoni qasira taż-żona ġeografika

L-entitajiet lokali koperti mid-Denominazzjoni tal-Oriġini “Queso Manchego” huma: 45 mill-provinċja ta' Albacete, 84 mill-provinċja ta' Ciudad Real, 156 mill-provinċja ta' Cuenca u 122 mill-provinċja ta' Toledo.

Iż-żona li ġejjin ġew inklużi wkoll: Alcoba de los Montes u El Robledo, fil-provinċja ta' Ciudad Real; Albadalejo del Cuende, Villarejo de la Peñuela, Villarejo-Sobrehuerta u Villar del Horno, fil-provinċja ta' Cuenca.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Karattru speċifiku taż-żona ġeografika

Ir-reġjun naturali ta' La Mancha jinsab fin-naħa tan-Nofsinhar tal-plateau ċentrali tal-peniżola, u huwa kkaratterizzat minn riliev baxx li jinżel sal-Atlantiku.

La Mancha hija altipjan b'ħamrija taflija u b'ħafna ġir, u l-mergħat tagħha huma magħmula minn substrati għanja fil-ġir u fil-lom.

Ir-reġjun għandu klima estrema b'varjazzjoni qawwija, kif inhu karatteristiku mill-klima tat-tip kontinentali, bi xtiewi kesħin ħafna u sjuf sħan. It-temperatura kultant tilħaq l-40 °C, u tista' tvarja b'20 °C matul ġurnata waħda u b'50 °C matul is-sena kollha. Il-preċipitazzjoni hija skarsa, tant li r-reġjun huwa wieħed mill-aktar naħat aridi ta' Spanja, b'ambjent niexef għall-aħħar u b'umdità relattiva ta' madwar 65 %.

Ir-razza “Manchega” hija l-aktar waħda adattata għall-kundizzjonijiet tat-temp u tal-ħamrija ta' La Mancha.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Ġobon ippressat, bil-qoxra iebsa u b'kompożizzjoni wtiqa u kompatta, ta' lewn li jvarja bejn l-abjad u kulur l-avorju jagħti fl-isfar, b'riħa intensa u persistenti, b'togħma kemxejn qarsa, qawwija u mimlija, u b'elastiċità baxxa li għandha mill-butir u mid-dqiq.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP)

Il-kundizzjonijiet tat-temp u tal-ħamrija tar-reġjun kellhom influwenza kbira fuq il-proċessi tas-selezzjoni naturali, li wasslu biex ir-razza “Manchega” tkun l-aktar razza tan-nagħaġ adattata għar-reġjun. B'hekk, dan in-nagħaġ jipproduċi ħalib li jagħti lill-“Queso Manchego” l-lewn, ir-riħa, it-togħma u l-konsistenza partikulari tiegħu.

Il-ġobon ilu jsir mill-ħalib tan-nagħaġ tar-razza “Manchega” mill-qedem, u mal-milja tas-sekli l-metodi ta' produzzjoni dejjem immiraw li jsaħħu kemm jistgħu l-kwalitajiet ta' dan il-ġobon tradizzjonali ta' La Mancha.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Consejeria de Agricultura. Denominaciones de Origen. Resolucion de 02-10-2006, Consejeria de Agricultura por la que se adopta decision favorable sobre solicitud de modificacion de pliego de condiciones de la Denominacion de Origen Protegida Queso Manchego. D.O.C.M. no 209 de 10-10-2006. Pág. 20695

Ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' Castilla-La Mancha Nru 209 tal-10 ta' Ottubru 2006.

http://www.jccm.es/cgi-bin/docm.php3


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


8.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.