ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 248

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
30 ta' Settembru 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 248/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5266 — Bertelsmann/3i/Buy Vip) ( 1 )

1

2008/C 248/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5276 — Diehl/Thales/Laupheim) ( 1 )

1

2008/C 248/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5221 — Kenwood/JVC/Holdco) ( 1 )

2

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 248/04

Rata tal-kambju ta' l-euro

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 248/05

Impriżi għall-ewwel trasformazzjoni tat-tabakk irrikonoxxuti mill-Istati Membri

4

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni

2008/C 248/06

Sejħa għall-proposti — Appoġġ għal miżuri ta' informazzjoni relatati mal-politika agrikola komuni — L-implimentazzjoni ta' miżuri ta' informazzjoni taħt l-intestatura tal-baġit 05 08 06 għall-2009

8

 

Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)

2008/C 248/07

Avviż ta' kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/131-136/08

21

 

2008/C 248/08

Nota lill-qarrej(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

30.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 248/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5266 — Bertelsmann/3i/Buy Vip)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 248/01)

Fit-18 ta' Settembru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5266. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


30.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 248/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5276 — Diehl/Thales/Laupheim)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 248/02)

Fil-15 ta' Settembru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5276. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


30.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 248/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5221 — Kenwood/JVC/Holdco)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 248/03)

Fid-19 ta' Awwissu 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5221. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

30.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 248/3


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Id-29 ta' Settembru 2008

(2008/C 248/04)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4349

JPY

Yen Ġappuniż

152,3

DKK

Krona Daniża

7,4603

GBP

Lira Sterlina

0,7959

SEK

Krona Żvediża

9,7009

CHF

Frank Żvizzeru

1,5845

ISK

Krona Iżlandiża

143,38

NOK

Krona Norveġiża

8,308

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,605

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

242,62

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7086

PLN

Zloty Pollakk

3,384

RON

Leu Rumen

3,701

SKK

Krona Slovakka

30,305

TRY

Lira Turka

1,8056

AUD

Dollaru Awstraljan

1,7615

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4929

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,1412

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,1223

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0558

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 700,21

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,759

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,8269

HRK

Kuna Kroata

7,1075

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 549,76

MYR

Ringgit Malażjan

4,9468

PHP

Peso Filippin

67,32

RUB

Rouble Russu

36,446

THB

Baht Tajlandiż

48,866

BRL

Real Brażiljan

2,7115

MXN

Peso Messikan

15,5603


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

30.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 248/4


Impriżi għall-ewwel trasformazzjoni tat-tabakk irrikonoxxuti mill-Istati Membri

(2008/C 248/05)

Din il-pubblikazzjoni hija konformi mal-Artikolu 171 quater sexdecies tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004 tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ottubru 2004 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tal-Kunsill, f'dak li għandu x'jaqsam mas-sistema għall-għajnuna għat-tabakk.

IL-BELĠJU

MANIL V.

Rue du Tambour 2

B-6838 Corbion

TABACS COUVERT

Rue des Abattis 49

B-6838 Corbion

TABAC MARTIN

Rue de France 176

B-5550 Bohan

BELFEPAC nv

R.Klingstraat, 110

B-8940 Wervik

VEYS TABAK nv

Repetstraat, 110

B-8940 Wervik

MASQUELIN J.

Wahistraat, 146

B-8930 Menen

VANDERCRUYSSEN P.

Kaaistraat, 6

B-9800 Deinze

NOLLET bvba

Lagestraat, 9

B-8610 Wevelgem

IL-BULGARIJA

(BT = tabakk Bulgaru; AD = kumpanija bi stokk konġunt; VK = kooperattiva universali; ZPK = kumpanija ta' assigurazzjoni u assigurazzjoni mill-ġdid; EOOD = kumpanija b'responsabbiltà limitata magħmula minn persuna waħda; ET = negozjant waħdu; OOD = kumpanija b'responsabbiltà limitata)

„Asenovgrad — Tabak“ AD

Street „Aleksandar Stamboliyski“ 22

BG-4230 Asenovgrad

„Blagoevgrad BT“ AD

Street Pokrovnishko Shosse 1

BG-2700 Blagoevgrad

„Missirian Bulgaria“ AD

Blvd. „Madara“ 25

BG-9700 Shumen

„Topolovgrad — BT“ AD

Street „Hristo Botev“ 10

BG-8760 Topolovgrad

„Bulgartabak Holding“ AD

Street „Graf Ignatiev“ 62

BG-1000 Sofia

„Pleven — BT“ AD

Sq. „Republika“ 1

BG-5800 Pleven

„Plovdiv — BT“ AD

Street „Avksentiy Veleshki“ 23

BG-4000 Plovdiv

„Gotse Delchev — Tabak“ AD

Street „Tsaritsa Yoana“ 12

BG-2900 Gotse Delchev

„Dulovo — BT“ AD

„Zona Sever“ No 1

BG-7650 Dulovo

„Dupnitsa — Tabak“ AD

Street „Yahinsko Shose“ 1

BG-2600 Dupnitsa

„Kardzhali — Tabak“ AD

Street „Republikanska“ 1

BG-6600 Kardzhali

„Pazardzhik — BT“ AD

Street „Dr. Nikola Lambrev“ 24

BG-4400 Pazardzhik

„Parvomay — BT“ AD

Street „Omurtag“ 1

BG-4270 Parvomay

„Sandanski — BT“ AD

Street „Svoboda“ 38

BG-2800 Sandanski

„Smolyan Tabak“ AD

Street „Trakiya“ 1

BG-4701 Smolyan

„Yambol — Tabak“ AD

Street „Yambolen“ 7

BG-8600 Yambol

„Isperih — BT“ AD

Street „Vasil Levski“ 3

BG-7400 Isperih

VK „Mladost — 95“

Street „9-ti septembri“ 2

BG-6800 Momchilgrad

ZPK „Tyutyun“

Stara Zagora District

BG-6295 Glavan

„Alliance One Tobacco Bulgaria“ EOOD

Street „San Stefano“ 3

BG-6300 Haskovo

„Nord Tabak — Nikotiana“ AD

Blvd. „Madara“ 25

BG-9700 Shumen

„Mehanika“ AD

Street „P. Tsikalov“ 10

BG-4550 Peshtera

„Leaf Tobacco — A. Mihaylidis“ AD

P.O. Box 15

Promishlena zona

BG-2800 Sandanski

„Trakia — tabak“ EOOD

Street „Vitosha“ 90, et. 7

BG-1463 Sofia

„Socotab — Bulgaria“ EOOD

Plovdiv District

BG-4202 Radinovo

ET „Zaara-Yancho Ivanov“

Street „Aleksandar Ekzarh“ 7, ap. 4

BG-6000 Stara Zagora

„Sofia — BT“ AD

Pavlovo district

Street „Tsar Boris III“ 134

BG-1618 Sofia

„Balgarski tyutyuni“ AD

Street „Yaldaram“ 1

BG-6850 Dzhebel

ET „Prominvest — Milcho Yanudov“

P.O. Box 119

Blagoevgrad District

BG-2700 Zelen Dol

ET „Nesho Miranov“

Vratsa District

Street „Vasil Levski“ 90

BG-3200 Byala Slatina

ET „Barbaros — Myumyun Ahmed“

Street „Stefan Stambolov“ 43

BG-4270 Parvomay

ET „Nuri Hadzhiyusein“

Blvd. „Osvobozhdenie“ 71, Debar district

BG-4270 Parvomay

„Slantse — K. Belchev“ OOD

Street „Hristo Botev“ 117, vh. G, et. 5, ap. 10

BG-6000 Stara Zagora

Tyutyuneva kooperatsiya „Zlaten list“

Street „Polkovnik Drangov“ 10

BG-2850 Petrich

„Prominvest“ EOOD

Street „T. Aleksandrov“ 16

BG-2700 Blagoevgrad

ET „Mitko Chaushev — Virzhiniya 94“

Municipality Parvomay

BG-4280 Dalbok Izvor

„Valtabak“ EOOD

Street „Bogomil“ 9, et. 6

BG-4000 Plovdiv

ET „Tobacco Trade — Rashko Mechtanov“

Pazardzhik District

BG-4452 Krali Marko

„Silvarsan Bulgaria“ EOOD

ploshtad „Gradska Bolnitsa“ 1

Biznestsentar-21 vek et. 4, ofis-apartament No 3

BG-6300 Haskovo

„Slantse Stara Zagora — BT“ AD

Street „Stamo Pulev“ 1

BG-6000 Stara Zagora

„Shumen BT“ AD

Street „Madara“ 38

BG-9700 Shumen

„Dzambaz“ OOD

Yambol district

Zimnica

Bulgaria

„Tobacco Leaf House“ OOD

Blvd. „Hristo Botev“ 92 V, sector C, et.3

Plovdiv

Bulgaria

IL-ĠERMANJA

ALLIANCE ONE ROTAG AG

Hardeckstraße 2a

D-76185 Karlsruhe

JAKOB METZ KG ROHTABAKE

Hauptstraße 75

D-76863 Herxheim-Hayna

L-AWSTRIJA

ALLIANCE ONE ROTAG AG

Hardeckstraße 2a

D-76185 Karlsruhe

SPANJA

AGROEXPANSIÓN, S.A.

C/ Suero de Quiñones, 42, 2a planta

E-28002 Madrid

COMPAÑÍA ESPAÑOLA DE TABACO EN RAMA S.A. (CETARSA)

Avda de las Angustias, no 20

E-10300 Navalmoral de la Mata (Cáceres)

WORLD WIDE TOBACCO ESPAÑA, SA

Paseo de la Castellana 110, piso 12

E-28046 Madrid

FRANZA

UCAPT

Z.I. de Madrazès

F-24200 Sarlat

L-ITALJA

Tiberina Tabacchi SRL

Località San Croce, 45

I-52037 Sansepolcro

STI-Sviluppo Tabacco Italia SRL

Piazza San Firenze, 2

I-50122 Firenze

Tabacchi Pojana

Largo Europa, 101

I-36026 Pojana Maggiore (VI)

Contab sud SRL

Via Dominutti, 20

I-37135 Verona

CO.VE.TAB. Coop. Veneta Tabacchi Soc. Coop. a r.l.

Via XXV Aprile, 17/B

I-37053 Cerea

MELLA S.R.L.

Via Signoria, 2

I-35010 S. Giorgio delle Pertiche

Consorzio Tabacchicoltori Monte grappa Soc. Coop. a r.l.

Via Divisione Julia, 2

I-36061 Bassano del Grappa (VI)

Cooperativa Tabacchi Verona Società Agricola

Via Canove, 15

I-37056 Salizole

A.T.I. SRL

Corso Trieste, 24

I-81100 Caserta (CE)

Manifatture Sigaro Toscano S.R.L.

L.go Toniolo, 6

I-00186 Roma

CECAS — Coop.va Agr.

Contrada Olivola

I-82100 Benevento

CO.SV.A. Soc. Coop. ARL

Via Macchioni, 7

I-83025 Montoro Inferiore

Comatab SRL

Via Torre, 1

I-83012 Cervinara

Cons. Bright Italia SCARL

Via G. Garibaldi, 87

I-06034 Foligno

PROTAB SCARL

Fraz. Cerbara Via C. Marx, 4

I-06012 Città di Castello

COOP. Agricola Interprov.-C.A.I.

Via Paduli — Buonalbergo

I-82020 Paduli

Deltafina SpA

Via Monte Fiorino, 4

I-05919 Orvieto Scalo

Ditta Domenico De Lucia SPA

Via Maddaloni, 3

I-81027 San Felice a Cancello

Eurotabac Soc. Coop. a r.l.

C. da Mascanfroni

I-82100 Benevento

MPM Tabacchi Sud SRL

Via Giardino, 9

I-82010 San Nicola Manfredi

Phonix International Tabacco SRL

Fraz S.M. Ingrisone V. Capocas

I-82010 San Nicola Manfredi

TAB Trade SRL

Via S. Gioacchino, 52

I-80011 Acerra

SA. Tab. Sannio Tabacchi

C. da Festola

I-82010 San Leucio del Sannio

SACIT Sud SRL

Contrada San Giovanni

I-82018 San Giorgio del Sannio

Tobacco Products and Blenders SR

Piazza Euclide, 2

I-00197 Roma

USAG Tabacchi SRL

Piazza Vanvitelli, 33

I-81100 Caserta

Trestina AZ Tab.

Via Fortebraccio, 32

I-06018 Città di Castello

IL-POLONJA

Universal Leaf Tobacco Poland Sp. z o.o.

Street Przemysłowa 20

PL-28-300 Jędrzejów

Fermentownia Tytoniu w Krasnymstawie Sp. z o.o.

Street Leśna 2

PL-22-300 Krasnystaw

Philip Morris Polska S.A

al. Jana Pawła II 196

PL-31-982 Kraków

Luxor Sp. z o.o.

Mała Wieś 10

PL-05-622 Belsk Duży

Tabak Polen Sp. z o.o.

Street Burakowska 5/7

PL-01-066 Warszawa

IL-PORTUGALL

Fábrica de Tabaco Estrela

Empresa Madeirense — Tabacos S.A.

Rua de Santa Catarina

P-9500-240 Ponta Delgada

IR-RUMANIJA

SC Integrado SRL

Street Aleea Trandafirilor 1

Zimnicea, jud. Teleorman

România

SC Investrom Farm SRL

B-dul Burebista 4, Bl. D3, Sc. 3, Et. 7, ap. 99

Sector 3, București

România

Ult Hungary ZRT

H-4400 Nyíregyháza

Dugonics u. 2.

IS-SLOVAKKJA

Aris Tobacco spol. s r. o.

Kálnická cesta 8

SK-934 01 Levice


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni

30.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 248/8


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI

“Appoġġ għal miżuri ta' informazzjoni relatati mal-politika agrikola komuni”

L-implimentazzjoni ta' miżuri ta' informazzjoni taħt l-intestatura tal-baġit 05 08 06 għall-2009

(2008/C 248/06)

1.   DAĦLA

Din is-sejħa għall-proposti hija bbażata fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000 tas-17 ta' April 2000 dwar il-miżuri ta' tagħrif [informazzjoni] li għandhom x'jaqsmu mal-politika komuni agrikola [il-politika agrikola komuni] (1) li jiddefinixxi t-tip u l-kontenut tal-miżuri ta' informazzjoni li l-Komunità tista' tiffinanzja b'mod konġunt. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2208/2002 (2), emendat bir-Regolament (KE) Nru 1820/2004 (3), jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000.

Din hija sejħa għall-proposti għall-iffinanzjar ta' miżuri ta' informazzjoni, kif deskritti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000, minn approprjazzjonijiet fil-baġit tal-2009. Din is-sejħa għall-proposti għandha x'taqsam ma' miżuri ta' informazzjoni li għandhom jiġu implimentati bejn l-1 ta' Ġunju 2009 u l-31 ta' Mejju 2010 (inkluż il-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-evalwazzjoni).

Miżura ta' informazzjoni hija avveniment ta' informazzjoni fih innifsu u koerenti organizzat abbażi ta' baġit uniku. L-attivitajiet inklużi f'avveniment bħal dan ivarjaw minn konferenza sempliċi għal kampanja komprensiva ta' informazzjoni li tkopri diversi tipi ta' attivitajiet ta' informazzjoni (bħal konferenzi, produzzjonijiet awdjoviżivi, laqgħat ta' ħidma mobbli, …) imwettqa f'reġjun wieħed jew aktar tal-Istati Membri. Fil-każ ta' kampanji bħal dawn, l-attivitajiet differenti previsti għandhom ikunu interkonnessi, ċari fl-approċċ kunċettwali tagħhom u r-riżultati li jridu jintlaħqu u l-iskeda tax-xogħol għandhom ikun adattati u realistiċi fir-rigward tal-għanijiet tal-proġett. Il-miżuri għandhom jitwettqu fl-UE-27 u għandhom jirrispettaw il-limiti ta' żmien spjegati fid-dettall fil-punt 3 (it-tul ta' żmien u l-baġit) hawn isfel.

Kif speċifikat fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2208/2002, l-applikanti għal din is-sejħa għall-proposti għandhom ikunu persuni ġuridiċi kkostitwiti legalment fi Stat Membru għal mill-inqas sentejn, b'mod partikolari:

organizzazzjonijiet tal-bdiewa jew tal-iżvilupp rurali,

assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi,

assoċjazzjonijiet għall-ħarsien tal-ambjent,

awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri,

mezzi ta' komunikazzjoni,

universitajiet.

2.   PRIJORITAJIET U GĦANIJIET GĦALL-2009

2.1.   Prijoritajiet

Taħt din is-sejħa għall-proposti, l-Kummissjoni tixtieq tagħti prijorità lil:

żieda fis-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku in ġenerali dwar il-PAK (inkluża d-dimensjoni tal-iżvilupp rurali tagħha) fl-Istati Membri. L-ikkomunikar lill-pubbliku in ġenerali tar-rwol multifunzjonali tal-bdiewa tal-UE li jmur lil hinn mill-produzzjoni tal-ikel. Il-bdiewa jieħdu wkoll ħsieb il-kampanja, għandhom rwol importanti fil-konservazzjoni tal-patrimonju naturali komuni tagħna u f'bosta żoni rurali huma jkomplu jkunu l-qalb ekonomika,

id-diskussjoni mal-partijiet interessati fl-agrikoltura u l-pubbliku ġenerali fiż-żoni rurali tal-opportunitajiet u l-benefiċċji li joffru ż-żewġ prinċipji fundamentali tal-PAK għas-settur agrikolu u għall-iżvilupp ibbilanċjat tar-reġjuni rurali,

il-komunikazzjoni lill-pubbliku ġenerali tal-PAK riformata u b'mod partikolari:

il-ħtieġa li jkun hemm tweġiba aħjar għall-opportunitajiet tas-suq,

l-enfasizzar li l-PAK riformata saħħet l-abbiltà tal-bdiewa tal-UE biex iwieġbu għas-sinjali tas-suq, biex b'hekk l-UE tingħata l-opportunità li ssaħħaħ il-provvista tagħha tal-ikel fi żmien meta l-prezzijiet tal-ikel għolew u tgħin biex jittaffa t-tħassib dwar is-sigurtà fl-ikel f'xi partijiet tad-dinja,

is-simplifikazzjoni u l-immirar aħjar tal-appoġġ dirett għall-bdiewa,

it-tisħiħ tal-politika dwar l-iżvilupp rurali biex din twieġeb aħjar għal sfidi ġodda, l-aktar relatati mal-bidla fil-klima, il-ġestjoni tal-ilma, l-enerġija rinnovabbli u l-bijodiversità.

id-diskussjoni ta' skemi tal-UE fi ħdan il-PAK li jimmiraw li jippromwovu dieta aktar tajba għas-saħħa u drawwiet fl-ikel aktar tajbin għas-saħħa, speċjalment fir-rigward tat-teħid tal-frott u ħxejjex mit-tfal tal-iskola,

l-ikkomunikar lill-pubbliku in ġenerali li l-PAK riformata hija kontribut essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE fil-kummerċ internazzjonali,

id-diskussjoni tal-politika tal-UE dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli.

2.2.   Il-messaġġi li jridu jiġu kkomunikati

Il-Kummissjoni tixtieq tirċievi applikazzjonijiet għal miżuri ta' informazzjoni li jiffukaw fuq is-suġġetti li ġejjin:

il-PAK hija politika ħajja. Hija tevolvi biex tirrifletti l-prijoritajiet li jinbidlu tas-soċejtà. Hija ġiet stabbilita bħala parti fundamentali tal-bini tal-Ewropa b'fokus qawwi fuq il-komunità Ewropea tal-biedja. Illum, l-Agrikoltura Ewropea għandha rwol fundamentali fis-soċjetajiet tagħna. Hija taffettwa direttament il-kwalità tal-ambjent tagħna, l-ikel li nieklu u l-mod kif nittrattaw l-annimali fl-irziezet tagħna — kwistjonijiet li jaffettwawna lkoll. Il-PAK tfittex li tippromwovi agrikoltura sostenibbli li twieġeb b'mod pożittiv għat-tħassib taċ-ċittadini mhux biss fil-komunitajiet agrikoli — iżda fis-soċjetà in ġenerali,

il-PAK tappoġġa lill-bdiewa biex tgħinhom jaqdu r-rwol tagħhom bħala l-qalb ekonomika taż-żoni rurali. Hija tippermettilhom li jfornu kemm ikel ta' kwalità għolja u bla periklu u beni pubbliċi li ma jistgħux jiġu pprovduti mis-suq biss: il-preservazzjoni tat-tessut ekonomiku u soċjali rurali ħaj, il-ħarsien ambjentali u l-kampanja ppreservata,

l-ostakli kummerċjali internazzjonali bil-mod il-mod qegħdin jingħelbu. Hija tendenza li aħna nilqgħu — mhux biss bħala mezz kif jitrawwem aktar żvilupp fil-pajjiżi fqar tad-dinja. L-agrikoltura Ewropea qiegħda tiġi ffaċċjata dejjem aktar b'kompetizzjoni minn produtturi f'pajjiżi terzi. Il-PAK tilqa' l-kummerċ internazzjonali. Tippermetti lill-agrikoltura Ewropea li jkollha lok fejn tiżviluppa billi tippromwovi settur li huwa kompetittiv, innovattiv, li jwieġeb għas-suq u li jiffoka fuq il-produzzjoni ta' prodotti ta' kwalità u fuq l-identifikazzjoni ta' żbokki alternattivi għall-prodotti tiegħu bħall-bijokarburanti,

is-sussidji agrikoli huma ffinanzjati mill-flus ta' min iħallas it-taxxi. Għandna niżguraw li dawn jintefqu tajjeb u li jkunu ġestiti b'mod trasparenti. Iżda rridu niżguraw ukoll li l-PAK titmexxa b'regoli sempliċi, ċari, trasparenti u kost-effiċjenti. Il-piż amministrattiv għal dawk li jsegwuhom u għal dawk li jikkontrollawhom għandu jkun raġonevoli,

il-maġġoranza l-kbira tat-territorju tal-UE huwa f'żoni rurali. Dawn iż-żoni huma sors importanti ta' mpjieg u jikkostitwixxu simbolu b'saħħtu tal-patrimonju kulturali Ewropew. Il-PAK issostni politika ta' żvilupp rurali li tappoġġa t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi fiż-żoni rurali — kemm fi kif ukoll 'l hinn mis-settur agrikolu b'mod li jkun imsaħħaħ it-tessut soċjali u ambjentali taż-żoni rurali tagħna.

2.3.   It-tipi ta' miżuri ta' informazzjoni

Taħt din is-sejħa għall-proposti, il-Kummissjoni tixtieq li tirċievi applikazzjonijiet għat-tipi ta' miżuri ta' informazzjoni li ġejjin:

programmi tat-televiżjoni u r-radju (bħal dokumentarji, programmi ta' diskussjoni, eċċ.),

produzzjonijiet viżwali, awdjo u awdjoviżivi u d-distribuzzjoni tagħhom,

azzjonijiet immirati lejn l-iskejjel u l-universitajiet,

konferenzi, seminars u laqgħat ta' ħidma (inklużi dawk mobbli) speċjalment f'żoni rurali,

żjajjar ta' skambju ta' informazzjoni, b'mod speċjali bejn Stati Membri antiki u ġodda,

stands ta' informazzjoni f'fieri agrikoli,

kampanji ta' informazzjoni, li jinkludu diversi tipi fost il-miżuri ta' informazzjoni msemmija hawn fuq,

tipi oħra ta' miżuri ta' informazzjoni, bħal pubblikazzjonijiet u “portals” fuq l-internet jkunu kkunsidrati biss jekk jitwettqu f'waħda mil-lingwi tat-12-il Stat Membru ġdid.

2.4.   Udjenzi fil-mira

L-udjenzi fil-mira għall-proġetti taħt din is-sejħa għall-proposti huma:

il-pubbliku in ġenerali fl-UE 27,

il-pubbliku in ġenerali fiż-żoni rurali,

il-partijiet interessati fl-agrikoltura, il-bdiewa u benefiċjarji potenzjali oħra tal-miżuri ta' żvilupp rurali.

3.   IT-TUL TA' ŻMIEN U L-BAĠIT

Din is-sejħa għall-proposti tikkonċerna miżuri ta' informazzjoni li għandhom jiġu implimentati (inklużi l-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-evalwazzjoni) bejn l-1 ta' Ġunju 2009 u l-31 ta' Mejju 2010.

Il-baġit totali previst disponibbli għall-miżuri ta' informazzjoni li għandhom jitwettqu taħt din is-sejħa għall-proposti huwa ta' EUR 2 900 000. Dan l-ammont se jitqassam fost il-miżuri li jitqiesu tal-ogħla kwalità, skont il-kriterji tal-għoti msemmija fl-Anness III, punt 2. Il-Kummissjoni tirriserva d-dritt li tnaqqas dan l-ammont totali disponibbli, kif ukoll li tagħti biss parti minnu.

L-ammont tal-għotja mitlub mill-Kummissjoni għandu jkun bejn EUR 12 500 u EUR 200 000 għal kull miżura ta' informazzjoni (rata fissa għall-ispejjeż għall-persunal inkluża).

L-ispejjeż eliġibbli huma ddefiniti fl-Anness IV (it-tfassil tal-baġit). Il-kontribuzzjoni min-naħa tal-Kummissjoni għall-miżuri ta' informazzjoni magħżula hija limitata għal 50 % tal-ispejjeż eliġibbli kollha minbarra l-ispejjeż tal-persunal. Flimkien ma' dan l-ammont, se jingħata ammont b'rata fissa sabiex ikopri l-ispejjeż tal-persunal kollha. Din ir-rata fissa ma tistax taqbeż l-EUR 10 000 jekk l-ispejjeż eliġibbli diretti tal-miżura (l-ispejjeż għall-persunal esklużi) huma aktar minn EUR 15 000, jew EUR 5 000 jekk l-ispejjeż eliġibbli totali tal-miżura ta' informazzjoni (l-ispejjeż għall-persunal esklużi) huma inqas jew ugwali għal EUR 15 000.

Għal miżuri ta' informazzjoni ta' interess eċċezzjonali, u jekk mitlub fl-applikazzjoni, il-perċentwal tal-kontribuzzjoni mill-Kummissjoni jista' jitla' sa 75 %. Miżura ta' informazzjoni tiġi rrikonoxxuta bħala ta' interess eċċezzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 2208/2002 jekk jiġu ssodisfati l-erba' kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

titwettaq f'wieħed mit-12-il Stat Membru l-ġodda;

(2)

hija ta' kwalità teknika għolja u kost-effiċjenti;

(3)

il-pjan ta' disseminazzjoni tagħha jkun tali li jiggarantixxi d-disseminazzjoni tal-informazzjoni lill-ikbar udjenza possibbli;

(4)

jekk il-kumitat għall-evalwazzjoni (“Il-kumitat”) ikun taha mill-inqas 75 punt minn 100 punt għal kriterji ta' għoti kif imniżżel fl-Anness III, il-punt 2 (kriterji ta' għoti).

M'huwa ser ikun permess l-ebda prefinanzjament għal miżuri ta' informazzjoni li ngħataw għotja skont din is-sejħa għall-proposti. L-għażla ta' applikazzjoni ma tobbligax lill-Kummissjoni li tagħti l-ammont sħiħ mitlub mill-applikant. Fl-ebda ċirkostanza m'għandha l-għotja taqbeż l-ammont mitlub.

4.   STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-PREŻENTAZZJONI TA' APPPLIKAZZJONI

4.1.   Kif tħejji applikazzjoni

Kull applikant jista' japplika biss għal miżura ta' informazzjoni waħda għal kull sena baġitarja.

L-applikazzjonijiet iridu jsiru bl-użu tal-formoli xierqa disponibbli fl-indirizz tal-internet li ġej:

http://ec.europa.eu/comm/agriculture/grants/capinfo/index_en.htm

l-applikanti jistgħu jiktbu l-applikazzjoni tagħhom fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Komunità. Madankollu, sabiex ikun iffaċilitat it-trattament f'waqtu tal-applikazzjoni tagħhom, l-applikanti huma mħeġġa sabiex jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom bl-Ingliż jew bil-Franċiż. Jekk dan ma jkunx possibbli, l-applikanti għandhom tal-inqas jinkludu traduzzjoni tal-kontenut tal-formola 3 bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

L-applikazzjoni għandha tinkludi d-dokumenti li ġejjin li jinsabu fl-indirizz elettroniku imsemmi hawn fuq:

l-ittra ta' applikazzjoni li ssemmi t-titolu tal-miżura ta' informazzjoni proposta u l-ammont ta' konċessjoni mitlub, iffirmata mir-rappreżentant awtorizzat legalment fi ħdan l-organizzazzjoni li tkun qed tapplika,

il-Formola Nru 1 (informazzjoni dwar l-applikant), Nru 2 (informazzjoni dwar il-ko-organizzaturi — jekk applikabbli), Nru 3 (deskrizzjoni ddettaljata tal-miżura ta' informazzjoni). Jekk mistoqsija ma tapplikax għall-miżura ta' informazzjoni proposta, għandek iddaħħal “mhux applikabbli” jew “m/a”. Jiġu kkunsidrati biss l-applikazzjonijiet ippreżentati fuq dawn il-formoli,

baġit wieħed tal-miżura ta' informazzjoni proposta (li huwa magħmul minn tabella waħda ddettaljata tan-nefqa u tabella waħda tad-dħul fil-bilanċ), mimlija kif dovuti, iffirmati u ddatati mir-rappreżentant awtorizzat legalment fl-organizzazzjoni li tkun qed tapplika,

il-kontenut tal-formola 3 bl-Ingliż jew bil-Franċiż, jekk l-applikazzjoni tkun imtliet b'lingwa oħra li ma tkunx l-Ingliż jew il-Franċiż,

id-dokumenti kollha addizzjonali msemmija fl-Anness I (Dokumenti addizzjonali meħtieġa sabiex tapplika għall-għotja).

4.2.   Meta u lil min trid tintbagħat l-applikazzjoni

L-applikanti għandhom jibagħtu kopja waħda tal-applikazzjoni sħiħa tagħhom sal-14 ta' Novembru 2008 bil-posta reġistrata li tkun tinkludi għarfien li l-applikazzjoni ġiet riċevuta (il-marka tal-posta fuq l-envelopp sservi ta' prova tad-data ta' meta tkun intbagħtet) lill-indirizz li ġej:

European Commission

Unit AGRI. K.1

Call for proposals 2008/C 248/06)

For attention Mr H.-E. Barth

L130 4/148A

B-1049 Brussels

L-applikazzjonijiet kollha għandhom jiġu ppreżentati f'envelopp issiġġilat jew f'kaxxa tal-kartun li tkun hija stess magħluqa fit-tieni envelopp issiġillat jew f'kaxxa tal-kartun. Fuq barra tal-envelopp jew tal-kaxxa tal-kartun ta' ġewwa għandu jkun hemm, barra l-isem tad-dipartiment lil min tkun indirizzata l-applikazzjoni, kif indikat fis-sejħa għall-proposti, il-kliem “Call for proposals — Not to be opened by the mail service” (“Sejħa għall-proposti — M'għandhiex tinfetaħ mis-servizz tal-posta”). Jekk jintużaw enveloppi li jkun fihom il-kolla, dawn għandhom ikunu ssiġillati b'tejp adeżiv u min jibgħathom għandu jiffirma matul dak it-tejp.

Fl-istess ħin u mhux aktar tard minn 24:00 (ħin ta' Brussell) tal-14 ta' Novembru 2008, l-applikanti għandhom jibagħtu wkoll kopja elettronika tal-applikazzjoni tagħhom, li tinkludi biss il-verżjoni elettronika tal-ittra tal-applikazzjoni, il-formoli 1-3 u l-baġit, identiċi għal dawk mibgħuta bil-posta, fl-indirizz elettroniku li ġej:

AGRI-GRANTS-APPLICATIONS-ONLY@ec.europa.eu

Hija responsabbiltà tal-applikanti li jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom b'mod sħiħ u sat-terminu tal-għeluq. L-applikazzjonijiet mibgħuta wara t-terminu tal-għeluq jiġu rifjutati bħala mhux ammissibbli.

5.   PROĊEDURA U SKEDA TAŻ-ŻMIEN

5.1.   Riċevuta u reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet

Il-Kummissjoni tirreġistra l-applikazzjoni tiegħek u tibgħatlek konferma tar-riċeviment tagħha bil-posta elettronika bin-numru assenjat għall-applikazzjonijiet tiegħek fi żmien 15-il ġurnata mit-terminu tas-sottomissjoni.

5.2.   Eżami tal-applikazzjonijiet fid-dawl tal-kriterji ta' eliġibbiltà u esklużjoni

Kumitat ta' valutazzjoni ad-hoc iwettaq l-eżami tal-ammissibbiltà u l-eliġibbiltà tal-applikazzjonijiet. L-applikazzjonijiet li ma jissodisfawx kriterju wieħed jew aktar minn dawk stabbiliti fl-Anness II (kriterji ta' eliġibbiltà u esklużjoni) ma jintlaqgħux.

L-applikazzjonijiet kollha eliġibbli jgħaddu għall-fażi li jmiss (eżami fid-dawl tal-kriterji tal-għażla — kapaċità teknika u finanzjarja tal-applikanti).

5.3.   Eżami tal-applikazzjonijiet fid-dawl tal-kriterji tal-għażla — il-kapaċità teknika u finanzjarja tal-applikanti

Waqt din il-fażi, il-kumitat sejjer jeżamina l-kapaċità teknika u finanzjarja tal-applikanti eliġibbli abbażi tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni skont il-kriterji deskritti fl-Anness III (1) (kriterji ta' għażla).

L-applikazzjonijiet kollha li jgħaddu din il-fażi jingħataw aċċess għall-fażi li jmiss (evalwazzjoni fid-dawl tal-kriterji tal-għotja).

5.4.   Evalwazzjoni ta' applikazzjonijiet fid-dawl tal-kriterji għall-għoti

Matul din il-fażi, il-kumitat jevalwa l-applikazzjonijiet fid-dawl tal-kriterji għall-għoti spjegati fl-Anness III (2) (kriterji għall-għoti). L-applikazzjonijiet li jirċievu mill-inqas 60 punt mill-100 disponibbli (u mill-inqas 50 % tal-punti disponibbli għal kull kriterju) biss ikunu proposti għal għotja mill-kumitat ta' evalwazzjoni. Li miżura tirċievi 60 mill-100 punt disponibbli madankollu ma jiggarantix li l-miżura ta' informazzjoni se tingħata l-għotja. Il-Kummissjoni tista' tgħolli r-rata minima aċċettabbli fid-dawl tan-numru ta' applikazzjonijiet ta' suċċess u tar-riżorsi baġitarji disponibbli.

L-applikazzjonijiet li jirċievu inqas minn 60 mill-100 punt disponibbli jew inqas minn 50 % tal-punti disponibbli għal kull kriterju jiġu miċħuda u l-applikant jirċievi informazzjoni bil-miktub li tipprovdi r-raġunijiet għar-rifjut.

Jekk l-għotja tingħata, il-benefiċjarju jirċievi ftehim ta' għotja (mudell disponibbli mill-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta' din is-Sejħa għall-proposti), denominat f'euros, li jispeċifika l-kondizzjonijiet u l-livell ta' finanzjament, li jista' jkun inferjuri għall-ammont mitlub fl-applikazzjoni. Fil-każ ta' żbalji aritmetiċi jew spejjeż ikkunsidrati ineliġibbli, il-baġit jiġi kkoreġut mis-servizzi tal-Kummissjoni. Jekk il-korrezzjoni twassal għal ammont ogħla tal-ispejjeż totali, l-ammont mitlub jibqa' mhux mibdul u l-kontribuzzjoni tal-applikant tiżdied kif xieraq.

Id-data prevista għall-għeluq tal-proċedura ta' evalwazzjoni hija l-31 ta' Mejju 2009. Is-servizzi tal-Kummissjoni m'humiex awtorizzati li jinformaw lill-applikanti dwar l-istat tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom qabel id-deċiżjoni tal-għotja. Għal din ir-raġuni, l-applikanti huma mitluba biex ma jċemplux u ma jiktbux lill-Kummissjoni dwar ir-riżultat tal-applikazzjoni tagħhom qabel id-data prevista msemmija hawn fuq.

6.   IL-PUBBLIĊITÀ

Il-benefiċjarji se jkunu taħt obbligu kuntrattwali sabiex jiżguraw, bil-mezzi xierqa kollha u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim tal-għotja, li l-finanzjar mogħti mill-Kummissjoni għall-miżura ta' informazzjoni ikun ippubbliċizzat tul il-ħajja tal-miżura ta' informazzjoni u rrikonoxxut fi kwalunkwe pubblikazzjoni u materjal pubbliċitarju permanenti jew kontinwu sussegwenti għall-miżura u li l-unika responsabbiltà fuq il-kontenut tal-miżura ta' informazzjoni jkun f'idejn l-awtur tal-komunikazzjoni jew tal-pubblikazzjoni, u li l-Kummissjoni ma tkunx responsabbli għal kwalunkwe użu li jista' jsir bl-informazzjoni inkluża fih. L-evidenza ta' din il-pubbliċità trid tiġi inkluża fir-rapporti tekniċi finali ta' implimentazzjoni.

Jekk l-organizzazzjoni benefiċjarja ma tkunx konformi mal-obbligu msemmi fuq, il-Kummissjoni tirriserva d-dritt li tnaqqas l-ammont tal-għotja allokat lill-miżura ta' informazzjoni kkonċernata jew li tiċħad kompletament il-ħlas tal-għotja lill-benefiċjarju.

7.   IL-ĦARSIEN TAD-DEJTA PERSONALI

Il-Kummissjoni Ewropea tiżgura li kwalunkwe dejta personali inkluża fl-applikazzjoni tkun ipproċessata kif jesiġi r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 (4) dwar il-ħarsien ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment ħieles ta' dik it-tip ta' dejta. Dan japplika b'mod partikolari għall-kunfidenzjalità u s-sigurtà ta' dejta bħal din.


(1)  ĠU L 100, 20.4.2000, p. 7.

(2)  ĠU L 337, 13.12.2002, p. 21.

(3)  ĠU L 320, 21.10.2004, p. 14.

(4)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS I

DOKUMENTI ADDIZZJONALI MEĦTIEĠA SABIEX WIEĦED JAPPLIKA GĦAL GĦOTJA

Sabiex ikunu sħaħ, l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu (minbarra l-ittra tal-applikazzjoni, il-formoli tal-applikazzjoni u l-baġit disponibbli mill-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta' din is-sejħa għall-proposti), id-dokumenti addizzjonali kollha li ġejjin. L-applikanti għandhom jiżguraw li d-dokumenti jkunu mehmuża fl-ordni ppreżentata hawn taħt.

Dokument

Deskrizzjoni

Kummenti

Dokument A

Formola ta' identifikazzjoni tal-entità legali

Għall-applikanti kollha. Il-mudell huwa disponibbli fl-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta' din is-Sejħa għall-Proposti

Dokument B

Formola ta' identifikazzjoni finanzjarja

Għall-applikanti kollha. Il-mudell huwa disponibbli fl-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta' din is-Sejħa għall-Proposti

Dokument C

L-Artikoli ta' assoċjazzjoni (statuti)

Għall-applikanti kollha li m'humiex entitajiet pubbliċi

Dokument D

Estratt riċenti mir-reġistrazzjoni tal-applikant fir-reġistru professjonali pprovduta taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit, jew kwalunkwe document uffiċjali ieħor(bħal ġurnal uffiċjali jew reġistru tal-kumpaniji) li juri biċ-ċar l-isem u l-indirizz tal-applikant u d-data ta' reġistrazzjoni

Għall-applikanti kollha

Dokument E

Kopja tad-dokument tar-reġistrazzjoni tal-VAT

 

Jekk l-applikant mhuwiex intitolat li jirkupra l-VAT, dokument uffiċjali li jikkonferma dan

Għall-applikanti kollha. Jekk il-VAT ma tkunx tinġabar lura, l-applikant għandu jehmeż ċertifikat mill-awtorità tal-VAT jew mingħand kwalunkwe persuna esterna oħra responsabbli mill-istabbiliment jew mill-kontroll tal-kontijiet (akkawntant, awditur…) li jikkonferma dan kollu

Dokument F

Karti tal-bilanċ u kontijiet tal-qligħ u t-telf tal-aħħar sentejn finanzjarji li għalihom ġew magħluqa l-kontijiet, jew kwalunkwe dokument ieħor (bħal ċertifikat bankarju) li jipprovdi s-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant u l-kapaċità tiegħu li jżomm l-attività matul il-perjodu li fih tkun qed titwettaq il-miżura ta' informazzjoni

Mhux meħtieġ għall-entitajiet pubbliċi

Dokument G

Curriculum vitae tal-persunal li se jwettaq il-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-evalwazzjoni tal-miżura ta' informazzjoni proposta

Għall-applikanti u l-koorganizzaturi kollha

Dokument H

Prova tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn fornituri oħra ta' fondi (anke jekk il-fornitur tal-fondi huwa wkoll koorganizzatur) għall-miżura ta' informazzjoni proposta (li għandha tikkonsisti f'mill-inqas attestat uffiċjali ta' finanzjar minn kull wieħed mill-fornituri previsti li jsemmi t-titolu tal-miżura ta' informazzjoni u l-ammont li jkun se jiġi kkontribwit)

Jekk applikabbli

Dokument I

Meta l-applikant għandu l-intenzjoni li juża fornituri/sottokuntratturi u fejn l-ammont tas-servizzi kollha li ser jingħataw minn fornitur/sottokuntrattur wieħed jaqbeż l-EUR 10 000, l-applikant jeħtieġ jippreżenta mill-inqas tliet offerti, mitluba minn 3 kumpaniji differenti u jehmeż l-offerta magħżula u jehmeż l-offerta magħżula kif ukoll deskrizzjoni ċara tal-kompiti kkonċernati. L-applikanti jridu juru li l-fornitur/sottokuntrattatur magħżul jirrappreżenta l-aħjar valur għall-flus u għandhom jiġġustifikaw l-għażla fejn l-offerta magħżula ma tkunx l-irħas waħda

Jekk mhux diġà disponibbli waqt l-applikazzjoni, din l-informazzjoni għandha tingħata l-aktar tard fil-mument tal-preżentazzjoni tar-rapporti tal-implimentazzjoni tekniċki u finanzjarji finali wara t-tmiem tal-miżura ta' informazzjoni. Jekk ma jsirx dan l-ispejjeż ikkonċernati jsiru ineliġibbli


Anness II

KRITERJI TA' ELIĠIBBILTÀ U TA' ESKLUŻJONI

1.   KRITERJI TA' ELIĠIBBILTÀ

(a)   Il-kriterji ta' eliġibbiltà li jikkonċernaw l-applikant

L-applikant irid ikun persuna ġuridika kkostitwita legalment fi Stat Membru għal mill-inqas sentejn. Dan irid jintwera b'mod ċar fl-applikazzjoni u fid-dokumenti ta' sostenn. L-applikanti li ma jkunux ikkostitwiti legalment fi Stat Membru għal mill-inqas sentejn, jew li jonqsu milli juru dan, jiġu skwalifikati.

(b)   Il-kriterji ta' eliġibbiltà li jikkonċernaw l-applikazzjoni

L-applikazzjoni taħt din is-sejħa għall-proposti għandha tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

għandha tiġi ppreżentata sa mhux aktar tard mill-14 ta' Novembru 2008 (bil-marka tal-posta fuq l-envelopp tinżamm bħala l-prova tad-data meta tkun intbagħtet),

għandha ssir bl-użu tal-formoli oriġinali disponibbli biex jitniżżlu mill-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 għall-applikazzjoni u l-baġit,

għandha tinkiteb b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità,

għandha tinkludi d-dokumenti kollha elenkati fil-punt 4.1 ta' din is-sejħa għall-proposti,

l-ittra tal-applikazzjoni għandha ssemmi t-titolu tal-miżura ta' informazzjoni u l-ammont tal-għotja mitluba u għandha tkun iffirmata mir-rappreżentant awtorizzat legalment fi ħdan l-organizzazzjoni li tkun qed tapplika,

l-applikanti jistgħu jissottomettu applikazzjoni waħda biss għal kull sena baġitarja,

l-ammont tal-għotja mitluba mingħand il-Kummissjoni (inkluż l-ammont tar-rata fissa għall-ispejjeż għall-persunal) għandu jkun ta' bejn EUR 12 500 u EUR 200 000.

Il-baġit tal-miżuri ta' informazzjoni proposti għandu:

ikun ippreżentat f'Euros,

jinkludi tabella tal-bilanċ waħda għall-infiq u waħda għad-dħul,

ikun iddatat u ffirmat fit-tabelli kemm tal-infiq kif ukoll tad-dħul mir-rappreżentant awtorizzat legalment fi ħdan l-organizzazzjoni li qed tapplika,

jitfassal bl-użu ta' kalkolazzjonijiet (kwantitajiet, prezzijiet ta' kull unità, prezzijiet totali) u speċifikazzjonijiet dettaljati użati fit-tfassil tiegħu; l-ebda ammont tar-rata fissa (ħlief għall-ispejjeż għall-persunal) m'huwa sejjer jiġi aċċettat,

jirrispetta l-ammonti massimi stabbiliti mill-Kummissjoni għal ċerti kategoriji ta' nfiq (ara l-Anness IV u d-dokument “l-ispejjeż massimi għall-akkomodazzjoni (l-lukandi) aċċettati mill-Kummissjoni” disponibbli fuq l-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1),

ikun ippreżentat mingħajr VAT jekk l-applikant huwa soġġett għall-VAT u intitolat li jnaqqasha,

jinkludi fil-parti tad-dħul il-kontribuzzjoni diretta mill-applikant, il-finanzjament mitlub mingħand il-Kummissjoni, u (jekk applikabbli) dettalji ta' kwalunkwe kontribuzzjoni minn fornituri oħra ta' fondi, kif ukoll kwalunkwe dħul iġġenerat mill-proġett, inkluż, fejn opportun, id-drittijiet finanzjarji meħtieġa mill-parteċipanti.

Id-dati tal-miżura ta' informazzjoni proposta għandhom ikunu bejn l-1 ta' Ġunju 2009 u l-31 ta' Mejju 2010.

Dawn li ġejjin mhumiex eliġibbli:

miżuri rikjesti bil-liġi,

miżuri li jirċievu finanzjament tal-Komunità minn linja baġitarja oħra,

miżuri li jagħmlu l-qligħ, assembleji ġenerali jew laqgħat statutorji.

L-applikazzjonijiet kollha li ma jissodisfawx wieħed jew aktar mill-kriterji ta' hawn fuq jiġu miċħuda bħala mhux eliġibbli.

2.   KRITERJI TA' ESKLUŻJONI

Il-Kummissjoni se teskludi l-applikanti kollha li jsibu ruħhom f'waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2208/2002 u fl-Artikoli 93(1) u 94 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ir-Regolament Finanzjarju tal-25 ta' Ġunju 2002 applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej). L-għotjiet ma jistgħux jingħataw lil applikanti li huma, fiż-żmien tal-proċedura tal-għoti, f'waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejja:

huma f'falliment jew qiegħdin fil-proċess ta' stralċ, għandhom kwistjonijiet il-qorti, daħlu f'arranġament ma' kredituri, għandhom attivitajiet kummerċjali sospiżi, u huma s-suġġett ta' proċedimenti rigward dawk il-materji, jew jinsabu f'sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista fil-leġiżlazzjoni jew regolamenti nazzjonali,

instabu ħatja ta' reat rigward il-kondotta professjonali tagħhom b'sentenza li għandha s-saħħa ta' res judicata,

kienu ħatja ta' mġiba professjonali gravi ipprovata bi kwalunkwe mezz li l-awtorità kontraenti tista' tiġġustifika,

ma ssodisfawx l-obbligi relatati ma' ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew il-ħlas ta' taxxi skont id-dispożizzjonijet legali tal-pajjiż fejn huma stabbiliti jew ma' dawk tal-pajjiż tal-awtorità kontraenti jew dawk tal-pajjiż fejn sejra titwettaq il-miżura,

kienu s-suġġett ta' sentenza li għandha s-saħħa ta' res judicata għal frodi, korruzzjoni, involviment f'organizzazzjoni kriminali jew kwalunkwe attività illegali ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Komunità,

wara proċedura ta' akkwist jew proċedura oħra ta' aġġudikazzjoni ta' għotja ffinanzjati mill-baġit Komunitarju, huma kienu ddikjarati li kisru b'mod serju l-kuntratt għal nuqqas li jikkonformaw mal-obbligi kuntrattwali tagħhom,

huma konxjament ippreżentaw dikjarazzjonijiet foloz waqt li kienu qiegħdin jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa,

huma soġġett għal kunflitt ta' interess,

huma ħatja ta' miżrappreżentazzjoni fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa mid-dipartiment awtorizzanti jew ta' nuqqas li jippreżentaw din l-informazzjoni.

L-applikanti jridu jiddikjaraw fuq l-unur li m'humiex f'waħda mis-sitwazzjonijiet ta' hawn fuq (ara l-ittra ta' applikazzjoni disponibbli fl-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta' din is-sejħa għall-proposti). Skont l-analiżi ta' ġestjoni tar-riskji, il-Kummissjoni tista' titlob evidenza addizzjonali. L-applikanti li jinstabu ħatja ta' dikjarazzjonijiet foloz jistgħu jkunu soġġetti għal pieni amministrattivi u finanzjarji.


ANNESS III

IL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA U TAL-GĦOTJA

1.   IL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA

Sabiex jagħtu prova tal-kapaċità teknika tagħhom, l-applikanti għandhom juru li:

għandhom il-ħiliet tekniċi neċessarji ta' rilevanza diretta għall-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-evalwazzjoni tat-tip ta' miżura ta' informazzjoni proposta;

għandhom mill-inqas sentejn esperjenza fit-trattament tas-suġġett(i) propost(i).

Sabiex jagħtu prova tal-kapaċità finanzjarja tagħhom, l-applikanti għandhom juru li:

is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom hija b'saħħitha biżżejjed biex iżżomm l-attività tagħhom matul il-perjodu li fih tkun qiegħda titwettaq il-miżura ta' informazzjoni.

Il-kapaċità teknika u finanzjarja tal-applikanti se tkun ġudikata fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikanti fl-applikazzjoni. Il-Kummissjoni tista', madankollu, titlob informazzjoni addizzjonali. L-applikanti huma mfakkra li l-Kummissjoni ma hija se tagħti l-ebda finanzjament minn qabel għal miżuri ta' informazzjoni li jingħataw għotja taħt din is-sejħa għall-proposti. L-applikanti se jkollhom iġorru l-ispiża totali tal-miżuri ta' informazzjoni huma stess. L-għotja tal-Kummissjoni se titħallas biss wara l-approvazzjoni tar-rapport tekniku u finanzjarju finali ta' implimentazzjoni mressaq mill-benefiċjarji wara t-tmiem tal-miżura ta' informazzjoni.

2.   IL-KRITERJI TAL-GĦOTJA

Kull miżura ta' informazzjoni se tkun evalwata mill-kumitat ad-hoc fid-dawl tal-kriterji li ġejjin:

(1)

(massimu ta' 25 punt) Ir-rilevanza u l-interess ġenerali tal-miżura jridu jiġu kkunsidrati, b'mod partikolari, fid-dawl ta':

kemm l-għanijiet u l-kontenut tal-miżura huma konformi mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 814/2000 u l-prijoritajiet u l-għanijiet stabbiliti fis-sejħa għall-proposti (15-il punt),

il-kwalità sħiħa tal-proposta. Il-proposti tal-proġett għandhom ikunu ċari fl-approċċ kunċettwali tagħhom u fir-riżultati li jridu jinkisbu. Id-deskrizzjoni tal-azzjoni u l-messaġġi għandhom ikunu preċiżi u r-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-applikant u ta' kull ko-organizzatur għandhom ikunu ċari. Il-programm tal-miżura għandu jkun iddettaljat. L-iskeda tal-ħidma għandha tkun realistika u adattata għall-għanijiet tal-proġett (10 punti).

(2)

(massimu ta' 25 punt) Il-valur miżjud totali tal-proposta jrid jiġi kkunsidrat, b'mod partikolari, fid-dawl ta':

il-pajjiżi koperti mill-miżura. Se tingħata preferenza lill-miżuri li jindirizzaw udjenzi f'iktar minn Stat Membru wieħed u/jew li jindirizzaw il-pubbliku ġenerali fit-12-il Stati Membru (10 punti),

in-numru u r-rappreżentanza tal-organizzazzjonijiet — li ma jinkludux lis-subappaltaturi — involuti fit-tfassil, l-implimentazzjoni u t-tixrid tal-miżura (5 punti),

il-kwalità finanzjarja tal-proposta. Il-proposti għandhom juru li l-miżura se toffri valur tajjeb għall-appoġġ finanzjarju mitlub mingħand il-Kummissjoni u li se tkun ta' benefiċċju għall-ispejjeż involuti (10 punti).

(3)

(massimu ta' 25 punt) L-impatt tal-miżura u l-politika ta' disseminazzjoni magħżula se jiġu evalwati, b'mod partikolari, fid-dawl ta':

Id-dimensjoni, il-kwalità u r-rappreżentanza tal-udjenza fil-mira (inklużi l-benefiċjarji indiretti) f'dak li għandu x'jaqsam mat-tip ta' miżura. (10 punti),

il-ħila tal-applikant u tal-ko-organizzaturi li jiżguraw segwitu u tixrid effettiv tar-riżultati miksuba kif ukoll li jiżguraw l-użu effiċjenti tal-kanali ta' disseminazzjoni użati (b'mod partikolari l-istampa, ir-radju u t-televiżjoni, l-internet, it-tqassim dirett) u r-rwol tagħhom fil-miżura (15-il punt),

(4)

(massimu ta' 25 punt) L-evalwazzjoni tal-miżura se tkun ikkunsidrata, b'mod partikolari, fid-dawl ta':

il-motivazzjoni tal-interess mistenni tal-miżura u l-evalwazzjoni tar-riżultati wara t-twettiq tal-miżura (15-il punt),

it-tekniki użati (stħarriġ, kwestjonarji, statistiċi, eċċ) sabiex jitkejjel l-impatt tal-messaġġi mibgħuta (10 punti).

Il-miżuri jitqiesu tal-ogħla kwalità u jiġu proposti għal għotja mill-Kumitat ta' Evalwazzjoni jekk jirċievu mill-inqas 60 mill-100 punt allokat għalihom fil-kriterji (1) sa (4) kif deskritt hawn fuq, u jkollhom mill-inqas 50 % tal-punti disponibbli għal kull kriterju. Il-Kummissjoni tista' tgħolli r-rata minima aċċettabbli fid-dawl tar-riżorsi ta' baġit disponibbli. Jekk jogħġbok innota li d-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni li tagħti l-għotja tista' tkun differenti mill-proposta maħruġa mill-Kumitat.


ANNESS IV

IT-TFASSIL TAL-BAĠIT

Il-baġit għandu jirrispetta r-regoli rilevanti kollha previsti fl-Anness II (Kriterji ta' Eliġibbiltà u ta' Esklużjoni). Huwa għandu jkun ippreżentat bl-użu tal-formoli oriġinali (tabelli tal-infiq u dħul) f'waħda mil-lingwi li ġejjin: EN, FR jew DE.

It-tabella tal-infiq għandha tkun speċifika u tippermetti fehim ċar ta' kull nefqa (eż. l-ebda “oħra”). Il-kategoriji differenti tal-ispejjeż għandhom ikunu riflessi fid-deskrizzjoni tal-miżura ta' informazzjoni (Formola 3).

It-tabella tad-dħul għandha tkun speċifika u tippermetti fehim ċar ta' kull kontribuzzjoni ta' dħul/finanzjarja u għandha tirrispetta r-regola tan-non-profitt. Il-provi ta' kontribuzzjonijiet minn fornituri oħra ta' fondi għandhom ikunu annessi (ara d-dok H tal-Anness I).

Sabiex ikun faċilitat it-tfassil tal-baġit, eżempju ta' baġit mimli korrettament huwa disponibbli fl-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1.

It-tabella tal-infiq tal-baġit għandha tinkludi biss spejjeż eliġibbli (ara hawn iktar 'il quddiem).

Kwalunkwe nfiq li jsir qabel ikun iffirmat il-ftehim isir b'riskju proprju tal-applikant u ma huwa se jkun hemm ebda rabta, la legali u lanqas finanzjarja, fuq il-Kummissjoni.

(1)   Spejjeż eliġibbli

L-ispejjeż eliġibbli għall-miżuri ta' informazzjoni huma spejjeż li fil-fatt saru mill-benefiċjarju, li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a)

huma relatati mas-suġġett tal-ftehim u huma indikati fil-baġit stmat ġenerali tal-miżura ta' informazzjoni;

(b)

huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-miżura ta' informazzjoni li hija s-suġġett tal-għotja;

(c)

isiru u jitħallsu mill-benefiċjarju matul il-perjodu tal-miżura ta' informazzjoni kif speċifikat fl-Artikolu I.2.2 tal-ftehim tal-għotja, jiġifieri appoġġati mid-dokumenti ta' sostenn oriġinali (ara t-tabella fil-punt (3) hawn wara) u mill-provi rispettivi ta' ħlas;

(d)

huma identifikabbli u verifikabbli, b'mod partikolari huma rreġistrati fir-reġistrazzjonijiet tal-kontabbiltà tal-benefiċjarju u determinati skont l-istandards tal-kontabbiltà applikabbli tal-pajjiż fejn il-benefiċjarju huwa stabbilit u skont il-prattiki tal-kost-kontabbiltà abitwali tal-benefiċjarju;

(e)

huma raġonevoli, iġġustifikati, u jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-tmexxija finanzjarja tajba, b'mod partikolari fir-rigward tal-ekonomija u l-effikaċja;

(f)

huma jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni fiskali u mal-leġiżlazzjoni soċjali applikabbli;

FORNITURI/SOTTOKUNTRATTURI għal servizzi li jaqbżu l-EUR 10 000

Jekk jogħġbok innota li fejn l-applikant għandu l-intenzjoni li juża fornituri/sottokuntratturi u fejn l-ammont tas-servizzi kollha li ser jingħataw minn fornitur/sottokuntrattur wieħed jaqbżu l-EUR 10 000, l-applikant jeħtieġ jippreżenta mill-inqas tliet offerti, mitluba minn 3 kumpaniji differenti u jehmeż l-offerta magħżula u jehmeż l-offerta magħżula kif ukoll deskrizzjoni ċara tal-kompiti kkonċernati. L-applikanti jridu juru li l-fornitur/sottokuntrattatur magħżul jirrappreżenta l-aħjar valur għall-flus u għandhom jiġġustifikaw l-għażla fejn l-offerta magħżula ma tkunx l-irħas waħda).

Dawn id-dokumenti għandhom jiġu ppreżentati kemm jista' jkun malajr lill-Kummissjoni u mhux aktar tard mir-rapporti tekniċi u finanzjarji finali.

Jekk dan ma jsirx, il-Kummissjoni tkun intitolata li tikkunsidra dawn l-ispejjeż bħala mhux eliġibbli.

(2)   Dwar spejjeż eliġibbli

Dawn l-ispejjeż li ġejjin m'għandhomx jitqiesu bħala eliġibbli:

kontribuzzjonijiet f'oġġetti,

infiq mhux speċifikat jew b'rata fissa, ħlief fil-każ ta' spejjeż għall-persunal,

spejjeż indiretti (kera, elettriku, ilma, gass, assigurazzjoni, taxxi, eċċ),

spejjeż għal materjal għall-uffiċċju (bħal karti, kartolerija, eċċ),

spejjeż li ġejjin mix-xiri ta' tagħmir ġdid jew użat,

spejjeż ta' deprezzament tat-tagħmir,

spejjeż mhux ipprovduti fil-baġit bikri,

il-VAT, sakemm il-benefiċjarju jista' juri li hu/hi ma jistax jiġborha lura skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli,

redditu fuq il-kapital,

dejn u ħlas fuq servizzi ta' djun,

dispożizzjonijiet għal telf jew obbligi futuri potenzjali,

imgħax dovut,

djun dubjużi,

telf mill-kambju,

spejjeż iddikjarati mill-benefiċjarju u koperti minn programm ta' azzjoni jew ta' ħidma ieħor li jkun qiegħed jiriċevi għotja Komunitarja,

infiq eċċessiv jew bla kontroll.

(3)   Id-dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-ispejjeż eliġibbli u d-dokumenti ta' sostenn meħtieġa

Kategorija tan-nefqa

Eliġibbli

Dokumenti ta' sostenn meħtieġa

(NB.: Jekk huma elenkati diversi dokumenti, dawn iridu jiġu pprovduti kollha)

L-ispejjeż tal-persunal

1.

Impjegati

Jekk l-ispiża totali tal-azzjoni (bl-esklużjoni tal-ispejjeż tal-persunal) tkun ta' iktar minn EUR 15 000: se titħallas rata fissa ta' massimu ta' EUR 10 000, li tinkludi l-ispejjeż tal-persunal għall-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-evalwazzjoni.

Jekk l-ispiża totali tal-azzjoni (bl-esklużjoni tal-ispejjeż tal-persunal) tkun ta' EUR 15 000 jew inqas: se titħallas rata fissa ta' massimu ta' EUR 5 000, li tinkludi l-ispejjeż tal-persunal għall-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-evalwazzjoni

M'huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta' sostenn biex tinkiseb ir-rata fissa.

Madankollu għal skopijiet ta' analiżi, il-benefiċjari se jintalbu jehmżu dokument li jindika l-ispejjeż reali tal-persunal imġarrbin b'rabta mal-miżura ta' informazzjoni

2.

Persuni li jaħdmu għal rashom

fattura li tindika għall-inqas it-titolu tal-miżura ta' informazzjoni, in-natura tax-xogħol imwettaq u d-dati ta' meta sar ix-xogħol,

prova tal-ħlas

Spejjeż għat-trasport

1.

Bil-ferrovija

L-ispiża tal-ivvjaġġar fit-tieni klassi bl-użu tal-iqsar rotta (1)

biljett,

prova tal-ħlas

2.

Bl-ajru

Il-ħlas tal-ibbukkjar u l-ispiża tal-vjaġġ bl-ajru fi klassi ekonomika, bl-użu tal-irħas tariffa disponibbli (APEX, PEX, Excursion, eċċ.)

ir-reġistrazzjoni elettronika onlajn (inkluż il-prezz),

il-biljett użat tat-tlugħ fuq l-ajruplan. Il-biljett tat-tlugħ għandu jindika l-isem, id-data, il-post tat-tluq u d-destinazzjoni,

jekk applikabbli, il-fattura tal-aġenzija tal-ivvjaġġar,

prova tal-ħlas

3.

B'karozza privata jew mikrija (2)

Għall-vjaġġ tar-ritorn sa massimu ta' 300 kilometru, benefiċċju ta' massimu ta' EUR 0,25 kull kilometru għal kull karozza

dikjarazzjoni ffirmata (“Dikjarazzjoni ta' Vjaġġ bil-Karozza”) għandha tkun ippreżentata bl-użu tal-mudell oriġinali li jista' jitniżżel mill-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta' din is-Sejħa għall-proposti,

prova tal-ħlas jew rimborż

4.

Bil-kowċ

Ivvjaġġar bejn l-ibliet (intercity) bl-iqsar rotta

fattura li tindika tal-inqas il-post tat-tluq u l-wasla, in-numru ta' passiġġieri u d-dati tal-ivvjaġġar,

prova tal-ħlas

5.

B'bastiment għall-passiġġieri (ferry) u mezzi oħra pubbliċi tat-trasport (3)

Ivvjaġġar bejn l-ibliet (intercity) bl-iqsar rotta

biljett,

prova tal-ħlas

Akkomodazzjoni

1.

Waqt il-preparazzjoni tal-miżura ta' informazzjoni

 

Akkomodazzjoni f'lukanda sa ammont massimu kull lejl stabbilit skont il-pajjiż. Dan l-ammont massimu jinsab fl-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta' din is-Sejħa għall-proposti (“Spejjeż massimi għall- akkomodazzjoni (lukanda) aċċettati mill-Kummissjoni)”

fattura ddettaljata tal-lukanda li tiddikjara isem il-persuni, id-dati u n-numru ta' ljieli. Jekk il-fattura hija għal grupp, għandha tingħata l-istess informazzjoni,

deskrizzjoni mill-benefiċjarju tal-għotja tal-iskop tal-akkomodazzjoni, ir-rabta bejn il-miżura ta' informazzjoni kkofinanzjata u r-rwol tal-persuni kkonċernati,

eventwalment il-minuti tal-laqgħa,

prova tal-ħlas

2.

Waqt l-implimentazzjoni tal-miżura ta' informazzjoni

 

Akkomodazzjoni f'lukanda sa massimu kull lejl stabbilit skont il-pajjiż. Dan l-ammont massimu jinsab fl-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta' din is-Sejħa għall-proposti “(Spejjeż massimi għall-akkomodazzjoni (lukanda) aċċettati mill-Kummissjoni)”

fattura ddettaljata tal-lukanda li tiddikjara isem il-persuni, id-dati u n-numru ta' ljieli. Jekk il-fattura hija għal grupp, għandha tingħata l-istess informazzjoni,

lista tal-attendenza ffirmata mill-parteċipanti kif mitlub għar-rapport tekniku ara l-Artikolu I.5.2.2 tal-ftehim tal-għotja),

prova tal-ħlas

Ikliet

Waqt l-impimentazzjoni tal-miżura ta' informazzjoni biss sal-ammont massimu (VAT eskluża) ta'

EUR  5 kull persuna għal waqfa għall-kafè,

EUR 25 kull persuna għall-ikla ta' nofsinhar,

EUR  40 kull persuna għall-ikla ta' filgħaxija

fattura globali (4) (minn kumpannija tal-catering, lukanda, ċentru għall-konferenzi, …) li tindika tal-inqas it-titlu tal-miżura ta' informazzjoni, id-data, in-numru ta' persuni, it-tip ta' servizzi mogħtija (waqfiet għall-kafè, ikliet ta' nofsinhar u/jew ikliet ta' filgħaxija),

lista tal-attendenza ffirmata mill-parteċipanti kif mitlub għar-rapport tekniku ara l-Artikolu I.5.2.2 tal-ftehim tal-għotja),

prova tal-ħlas

Interpretazzjoni

1.

Impjegati: l-ispejjeż għall-impjegati huma inklużi fir-rata fissa massima li titħallas taħt il-kategorija “spejjeż tal-persunal”.

M'huwa meħtieġ l-ebda dokument ta' sostenn

2.

Persuni li jaħdmu għal rashom: sa ammont massimu ta' EUR 600 għal kull ġurnata (eskluża il-VAT).

fattura li tindika mill-inqas it-titolu tal-miżura ta' informazzjoni, il-lingwi li minnhom u li fihom ġiet ipprovduta l-interpretazzjoni, id-dati ta' meta twettaq ix-xogħol, u n-numru ta' sigħat maħduma,

prova tal-ħlas

Traduzzjoni

1.

Impjegati: l-ispejjeż għall-impjegati huma inklużi fir-rata fissa massima li titħallas taħt il-kategorija “spejjeż tal-persunal”.

M'huwa meħtieġ l-ebda dokument ta' sostenn

2.

Persuni li jaħdmu għal rashom: sa ammont massimu ta' EUR 45 għal kull paġna (eskluża il-VAT).

NB. Paġna waħda hija ugwali għal 1 800 karattru mingħajr spazji

fattura li tindika mill-inqas it-titolu tal-miżura ta' informazzjoni, il-lingwi li minnhom u li fihom ġiet ipprovduta t-traduzzjoni, u n-numru ta' paġni tradotti,

prova tal-ħlas

Ħlasijiet għal konsulenti u kelliema

Sa ammont massimu ta' EUR 600 kuljum (VAT eskluża).

Il-ħlasijiet għall-esperti/kelliema mhumiex eliġibbli fejn il-persuni kkonċernati huma impjegati ċivili nazzjonali, tal-Komunità, internazzjonali jew membri/impjegati tal-organizzazzjoni li tkun qiegħda tirċievi l-għotja jew organizzazzjoni assoċjata jew affiljata.

L-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u transport: jekk jogħġbok irreferi għal dawn il-kategoriji ta' nfiq

fattura li tindika mill-inqas it-titolu tal-miżura ta' informazzjoni, in-natura tax-xogħol imwettaq, u d-dati ta' meta sar ix-xogħol,

il-programm finali tal-konferenza inklużi l-isem u l-funzjoni tal-kelliem,

prova tal-ħlas

Il-kiri ta' swali għall-konferenzi u apparat

NB: Il-kiri ta' kabini għal interpretazzjoni simultanja huwa limitat għal ammont massimu ta' EUR 750 kull ġurnata (eskluża l-VAT)

fattura li tindika mill-inqas it-titolu tal-miżura ta' informazzjoni, in-natura tal-apparat u d-dati ta' meta nkrew is-swali għall-konferenzi u l-apparat,

prova tal-ħlas

L-ispejjeż postali

Is-servizz postali jew ta' kurrier għall-posta ta' dokumenti relatati mal-miżura ta' informazzjoni (bħal stediniet, eċċ.)

fattura ddettaljata li ssemmi mill-inqas it-titolu tad-dokumenti u n-numru ta' dokumenti mibgħuta,

prova tal-ħlas


(1)  Fejn tintuża klassi oħra, l-ispejjeż ikunu eliġibbli biss jekk tiġi ppreżentata dikjarazzjoni mill-kumpanija tat-trasport li tindika l-prezz ta' vjaġġ fit-tieni klassi. F'dan il-każ, in-nefqa eliġibbli se tkun limitata għal dak l-ammont.

(2)  Infiq li sar minn utenti għall-petrol, l-ipparkjar, il-ħlasijiet għall-użu tat-toroq u l-ikliet mhumiex eliġibbli. L-ispejjeż għall-kiri tal-karozzi mhumiex eliġibbli.

(3)  It-tariffi tal-karozzi tal-linja, tal-ferroviji ta' taħt l-art, tat-tramm u tat-taxi m'humiex eliġibbli.

(4)  Riċevuti individwali tar-ristoranti mhumiex sejrin jiġu aċċettati.


Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)

30.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 248/21


AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONI ĠENERALI EPSO/AD/131-136/08

(2008/C 248/07)

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza dawn il-kompetizzjonijiet ġenerali li ġejjin:

GĦAL-LINGWA UNGERIŻA (HU):

EPSO/AD/131/08 (grad AD5)

EPSO/AD/132/08 (grad AD7)

GĦAL-LINGWA LITWANA (LT):

EPSO/AD/133/08 (grad AD5)

EPSO/AD/134/08 (grad AD7)

GĦAL-LINGWA MALTIJA (MT):

EPSO/AD/135/08 (grad AD5)

EPSO/AD/136/08 (grad AD7)

għar-reklutaġġ ta' amministraturi lingwistiċi (interpreti tal-konferenzi).

L-avviż ta' din il-kompetizzjoni huwa ppubblikat esklussivament bil-Ġermaniż, bl-Ingliż u bil-Franċiż fil-Ġurnal Uffiċjali C 248 A tas-30.9.2008.

Għal iktar informazzjoni kkonsulta s-sit ta' l-EPSO: http://europa.eu/epso


30.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 248/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.