|
ISSN 1725-5198 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 237 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 51 |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2008/C 237/09 |
||
|
2008/C 237/10 |
||
|
2008/C 237/11 |
||
|
2008/C 237/12 |
Sommarju ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-14 ta' Mejju 2008 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.4854 — TomTom/Tele Atlas) ( 1 ) |
|
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2008/C 237/13 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 88/378/KEE tal-Kunsill dwar l-approssimazjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward is-sigurtà tal-ġugarelli ( 1 ) |
|
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) |
|
|
2008/C 237/14 |
||
|
|
Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini |
|
|
2008/C 237/15 |
||
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2008/C 237/16 |
||
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2008/C 237/17 |
Irtirar ta' notifika ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5252 — Hombergh-De Pundert/RSDB) ( 1 ) |
|
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
|
16.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 237/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5170 — E.ON/Endesa Europa/Viesgo)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 237/01)
Fid-19 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
|
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
|
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5170. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
|
16.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 237/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5260 — BNP Paribas/Chomette/GE/Capital France Hôtel)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 237/02)
Fil-21 ta' Awwissu 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
|
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
|
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5260. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
|
16.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 237/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5191 — Perstorp/Lyondellbasell/Rhodia Diisocyanates Businesses)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 237/03)
Fit-28 ta' Awwissu 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
|
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
|
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5191. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
|
16.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 237/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5068 — L'Oréal/YSL Beauté)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 237/04)
Fis-17 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Franċiż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
|
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
|
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5068. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
|
16.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 237/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5009 — Randstad/Vedior)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 237/05)
Fis-17 ta' April 2008, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1) flimkien ma' l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli bl-Ingliż biss u jsir pubbliku wara li jitneħħew minnu kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Dan jinstab:
|
— |
fil-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jiġu speċifikati d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
|
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument li jġib in-numru 32008M5009. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
|
16.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 237/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.4667 — Syral/Tate & Lyle Assets)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 237/06)
Fit-23 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
|
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
|
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4667. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
|
16.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 237/4 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5291 — Abenex Capital/Natixis Private Equity/Colbison SAS)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 237/07)
Fit-2 ta' Settembru 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Franċiż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
|
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
|
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5291. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
|
16.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 237/4 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5157 — Volkswagen/Scania)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 237/08)
Fit-13 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
|
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
|
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5157. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
|
16.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 237/5 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
Il-15 ta' Settembru 2008
(2008/C 237/09)
1 euro=
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,4151 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
149,87 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4573 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,79395 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,5519 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,5903 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
129,73 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,1830 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,313 |
|
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
240,92 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7046 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
3,3490 |
|
RON |
Leu Rumen |
3,6195 |
|
SKK |
Krona Slovakka |
30,270 |
|
TRY |
Lira Turka |
1,7865 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,7544 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5140 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
11,0295 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
2,1524 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,0342 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 570,76 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,5609 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
9,6864 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,1102 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
13 372,70 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8892 |
|
PHP |
Peso Filippin |
66,510 |
|
RUB |
Rouble Russu |
36,2000 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
48,977 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,5871 |
|
MXN |
Peso Messikan |
15,2052 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
16.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 237/6 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Amalgamazzjonijiet mogħtija fil-laqgħa tas-6 ta' Mejju 2008 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/M.4854 — TomTom/Tele Atlas
Relatur: L-Irlanda
(2008/C 237/10)
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament KE dwar l-Amalgamazzjonijiet u li tista' titqies li għandha dimensjoni Komunitarja skond l-Artikolu 4(5) ta' dak ir-Regolament. |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li din hija amalgamazzjoni vertikali li tinkludi is-swieq tal-prodotti li ġejjin:
|
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li s-suq ġeografiku relevanti għal Database ta' Mapep Diġitali Navigabbli huwa globali fl-iskop tiegħu. |
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li s-suq ġeografiku relevanti għal Softwer ta' Navigazzjoni huwa globali fl-iskop tiegħu. |
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li s-suq ġeografiku relevanti għal Strumenti ta' Navigazzjoni Portabbli huwa mifrux sal-KEE fl-iskop tiegħu.. |
|
6. |
Il-Kumitat Konsultttiv jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li l-entità magħquda jista' jkollħa s-saħħa tgħolli l-prezz jew twaqqa' l-kwalità/iddewwem l-aċċess għal Databases ta' Mapep Diġitali Navigabbli lil uħud mill-kompetituri tagħha fis-swieq ta' l-Istrumenti ta' Navigazzjoni Portabbli u Softwer ta' Navigazzjoni. |
|
7. |
Il-Kumitat Konsultttiv jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li l-entità amalgamata ma jkollha ebda inċentiv li tgħolli l-prezz jew twaqqa' l-kwalità/iddewwem l-aċċess għal databases ta' Mapep Diġitali Navigabbli lil uħud mill-kompetituri tagħha fis-swieq ta' l-Istrumenti ta' Navigazzjoni Portabbli u Softwer ta' Navigazzjoni. |
|
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrzzjoni proposta x'aktarx li mhux se tirriżulta f'impatt anti-kompetittiv għad-detriment tal-konsumatur. |
|
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta m'hix se tirriżulta f'ostakolu sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu. |
|
10. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni notifikata għandha titqies bħala waħda li hija kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament KE dwar l-Amalgamazzjonijiet. |
|
16.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 237/7 |
Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-Każ COMP/M.4854 — TomTom/Tele Atlas
(Skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/462/KE, KEFA tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)
(2008/C 237/11)
Fit-22 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 u skond referenza għal Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża TomTom NV (“TomTom”) takkwista fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll totali of Tele Atlas NV (“Tele Atlas”) permezz ta' offerta pubblika.
Wara li eżaminat in-notifika, il-Kummissjoni kkonkludiet fit-28 ta' Novembru 2007 illi t-tranżazzjoni notifikata kienet taqa' fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet u li kienet tqajjem dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni u mal-Ftehim taż-ŻEE. Għaldqstant, il-Kummissjoni tat bidu għal proċedimenti skond l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet.
Fit-3 u fit-12 ta' Diċembru 2007 ngħata aċċess għal dokumenti ewlenin lill-parti li nnotifikat, skond il-paragrafu 45 ta' l-Aħjar Prassi tad-DĠ għall-Kompetizzjoni dwar it-tmexxija ta' proċeduri ta' kontroll ta' għaqdiet fil-KE.
Il-Kummissjoni bagħtet Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet (Statement of Objections“SO”) lil TomTom fid-29 ta' Frar 2008. Tele Atlas ukoll irċeviet kopja ta' l-SO. TomTom ingħatat aċċess għall-fajl fl-istess waqt li inħareġ l-SO. TomTom u Tele Atlas wieġbu flimkien fis-17 ta' Marzu 2008. Il-partijiet ma talbux smigħ orali formali.
Fis-sens ta' l-Artikolu 18(4) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet u l-Artikolu 11(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 802/2004 ikkonċedejt it-talba ta' tmien impriżi biex jitħallew jattendu l-proċedimenti bħala partijiet terzi interessati. TomTom ingħatat aċċess għall-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tal-kummenti bil-miktub sottomessi minn erba' mill-partijiet terzi.
Bħala riżultat ta' l-investagazzjoni fil-fond il-Kummmissjoni kkonkludiet li l-konċentrazzjoni proposta ma tostakolax b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu.
Fid-dawl ta' dan, inqis li d-drittijiet li jinstemgħu tal-parteċipanti f'dan il-proċediment ġew rispettati.
Brussell, is-6 ta' Mejju 2008.
Karen WILLIAMS
|
16.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 237/8 |
Sommarju ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni
ta' l-14 ta' Mejju 2008
li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE
(Każ COMP/M.4854 — TomTom/Tele Atlas)
(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 237/12)
Fl-14 ta' Mejju 2008 l-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f'każ ta' amalgamazzjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi, u partikolarment skont l-Artikolu 8(1) ta' dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni sħiħa hija disponibbli fl-ilsien awtentiku tal-każ u fl-ilsna proċedurali tal-Kummissjoni fuq is-sit tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej:
http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html
1. IL-PARTIJIET
|
(1) |
TomTom NV, ibbażata f'Amsterdam, l-Olanda, timmanifattura strumenti ta' navigazzjoni portabbli (PNDs) u tissupplixxi softwer ta' navigazzjoni għall-użu fl-istrumenti ta' navigazzjoni. |
|
(2) |
Tele Atlas NV, ibbażata fi 's-Hertogenbosch, l-Olanda, hija waħda miż-żewġ fornituri ewlenin (fl-Ewropa u l-Amerika ta' Fuq) ta' bażijiet tad-dejta ta' mapep diġitali għan-navigazzjoni u użi aħħarin oħra. |
2. L-OPERAZZJONI
|
(3) |
Fit-22 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika formali skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet li permezz tagħha TomTom, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet, akkwistat il-kontroll ta' Tele Atlas kollha kemm hi permezz ta' offerta pubblika. |
3. RIFERIMENT KONFORMI MAL-ARTIKOLU 4(5)
|
(4) |
Il-partijiet għall-konċentrazzjoni proposta ma jilħqu l-ebda wieħed mil-limiti alternattivi stipulati fl-Artikolu 1(2) u (3) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet. It-tranżazzjoni proposta kienet tkun suġġetta għal skrutinju mandatorju skont il-liġi tal-kontroll tal-amalgamazzjonijiet f'erba' Stati Membri; il-Ġermanja, l-Olanda, Spanja u l-Portugall. |
|
(5) |
Fl-24 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet sottomissjoni raġunata mingħand TomTom li fiha il-kumpanija talbet riferiment lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjoni. L-ebda Stat Membru m'oġġezzjona għar-riferiment tat-tranżazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Għalhekk, it-tranżazzjoni proposta hija meqjusa li għandha dimensjoni Komunitarja u kienet eżaminata mill-Kummissjoni. |
4. SWIEQ RELEVANTI
4.1. Is-Suq Upstream — Bażijiet tad-Dejta ta' Mapep Diġitali għan-Navigazzjoni
Definizzjoni tas-suq relevanti tal-prodott
|
(6) |
Bażi tad-dejta ta' mapep diġitali hija ġabra ta' dejta diġitali li tipikament tinkludi (i.) informazzjoni ġeografika dwar il-qagħda u l-forma ta' kull fattur fuq mappa, (ii.) informazzjoni dwar fatturi addizzjonali tal-mappa (pereżempju ismijiet tat-toroq, indirizzi, direzzjonijiet tas-sewqan, restrizzjonijiet ta' fejn tista' u ma tistax ddur, u l-limiti tal-veloċità) u (iii.) informazzjoni murija. B'żieda mal-bażi tad-dejta ewlieni, il-fornituri tal-bażijiet tad-dejta tal-mapep diġitali jipprovdu diversi livelli ta' informazzjoni miżjuda. |
|
(7) |
Il-bażijiet tad-dejta tal-mapep diġitali jinbiegħu lil dawk li jimmanifatturaw l-istrumenti ta' navigazzjoni, produtturi tas-softwer ta' navigazzjoni u dawk li jipprovdu l-applikazzjonijiet li mhumiex tan-navigazzjoni (pereżempju mapep ta' fuq l-Internet). Il-bażijiet tad-dejta tal-mapep diġitali jintużaw għal diversi skopijiet, bl-aktar importanti li huwa l-lokalizzazzjoni tal-indirizzi, l-ippjanar tar-rotot u n-navigazzjoni. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni qieset li ma jkunx xieraq li tiddefinixxi swieq tal-prodott separati għall-bażijiet tad-dejta tal-mapep diġitali li jiddependu fuq il-format li bih id-dejta hija mwassla lill-konsumaturi jew li jiddependu fuq it-tip ta' strument ta' navigazzjoni li qed tintuża fih. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni qieset jekk hux il-każ li l-bażijiet tad-dejta tal-mapep diġitali għal skopijiet ta' navigazzjoni u mhux ta' navigazzjoni jikkostitwixxu swieq relevanti separati tal-prodott. Minħabba n-nuqqas ta' sostitwibbiltà min-naħa tad-domanda kif ukoll min-naħa tal-provvista, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-bażijiet tad-dejta tal-mapep diġitali għall-applikazzjonijiet ta' navigazzjoni u mhux ta' navigazzjoni jikkostitwixxu swieq separati tal-prodott. |
|
(10) |
Finalment, il-Kummissjoni kkunsidrat jekk is-suq għall-provvista tal-bażijiet tad-dejta tal-mapep diġitali għan-navigazzjoni għandux jiġi mqassam skont il-kopertura ġeografika tal-bażijiet tad-dejta mibjugħa (1). Mil-lat tad-domanda, is-sostitwibbiltà tal-bażijiet tad-dejta tal-mapep diġitali għan-navigazzjoni b'koperturi ġeografiċi differenti hija limitata. Il-grad tas-sostitwibbiltà mil-lat tal-provvista tal-bażijiet tad-dejta tal-mapep diġitali għan-navigazzjoni hija wkoll limitata, minħabba r-riżorsi u l-ħin li wieħed ikollu bżonn biex jibni bażi tad-dejta tal-mapep diġitali għan-navigazzjoni mill-“bidu nett”. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li s-swieq separati relevanti tal-prodott għandhom ikunu ddefiniti skont il-kopertura ġeografika ta' kull bażi tad-dejta tal-mapep diġitali għan-navigazzjoni. Id-definizzjoni preċiża tas-swieq relevanti tal-prodott (jiġifieri jekk hux il-każ li liċenzji ta' pajjiż individwali jew ta' reġjun jikkostitwixxu swieq separati tal-prodott) tħalliet miftuħa, għax ma kenitx taffettwa l-evalwazzjoni tat-tranżazzjoni proposta mill-Kummissjoni. |
Id-definizzjoni tas-suq relevanti ġeografiku
|
(11) |
Tele Atlas tiddistribwixxi l-prodotti tagħha mill-Olanda lil dawk li jimmanifatturaw l-istrumenti u dawk li jipprovdu s-softwer li qegħdin f'imkejjen oħra fiż-ŻEE u f'partijiet oħra tad-dinja. NAVTEQ tiddistribwixxi l-bażijiet tad-dejta tagħha mill-Istati Uniti tal-Amerika lejn iż-ŻEE u partijiet oħra tad-dinja. Il-manifatturi l-kbar tal-istrumenti u l-iżviluppaturi l-kbar tas-softwer qegħdin fl-UE, l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Ġappun u l-Korea t'Isfel. L-ebda kwota, tariffa jew xi barriera oħra għall-kummerċ ma tillimita l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' dejta diġitali ta' dan it-tip. M'hemmx differenzi materjali fil-mod kif bażi tad-dejta tal-mapep diġitali għan-navigazzjoni jinbiegħu jew jiġu distribwiti fiż-ŻEE u partijiet oħra tad-dinja. Il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq relevanti ġeografiku għall-provvista tal-bażijiet tad-dejta tal-mapep diġitali għan-navigazzjoni huwa mifrux madwar id-dinja. |
4.2. Is-Suq Intermedju — Softwer ta' Navigazzjoni
Definizzjoni tas-suq relevanti tal-prodott
|
(12) |
Is-softwer ta' navigazzjoni jikkombina l-ippożizzjonar ġeografiku minn riċevitur GPS u d-dejta minn bażi tad-dejta tal-mapep diġitali għan-navigazzjoni biex jipprovdi funzjonalità ta' navigazzjoni. Is-softwer ta' navigazzjoni jikkalkula r-rotot u jipprovdi direzzjonijiet waħda wara l-oħra fil-ħin reali. Is-softwer ta' navigazzjoni jew jinbiegħ bħala prodott waħdu jew f'pakkett li jinkludi l-bażi tad-dejta tal-mapep. Hemm tliet tipi ewlenin ta' softwer ta' navigazzjoni; sistemi abbord, sistemi mhux abbord u sistemi ibridi. Il-kwistjoni dwar jekk is-swieq separati relevanti tal-prodott għandhomx jiġu definiti skont it-tip ta' softwer ta' navigazzjoni tħalliet miftuħa, għax it-TomTom jipprovdi biss sistemi abbord. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li ma jkunx xieraq li tiddefinixxi swieq separati tal-prodott skont il-formati tal-bażijiet tad-dejta li jintużaw biex id-dejta tiġi integrata mas-softwer ta' navigazzjoni jew skont it-tip ta' strument ta' navigazzjoni li fih huwa nstallat is-softwer ta' navigazzjoni. |
Id-definizzjoni tas-suq relevanti ġeografiku
|
(14) |
Is-softwer ta' navigazzjoni huwa kkreat u distribwit madwar id-dinja u lliċenzjat lill-konsumaturi kull fejn ikun qiegħed il-konsumatur. M'hemm l-ebda differenza teknoloġika, barrieri kummerċjali jew barrieri legali li jistgħu jiġġustifikaw firxa aktar dejqa tas-suq ġeografiku. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li s-suq relevanti ġeografiku għall-provvista ta' softwer ta' navigazzjoni għandu firxa dinjija. |
4.3. Is-Suq Downstream — PNDs
Definizzjoni tas-suq relevanti tal-prodott
|
(15) |
Fil-preżent, jistgħu jiġu identifikati erba' tipi ewlenin ta' strumenti ta' navigazzjoni; (i) Strumenti ta' Navigazzjoni li jinġarru (PNDs), (ii) Assistenti Personali Diġitali (PDAs), (iii) telefowns ċellulari b'funzjonalità ta' navigazzjoni u (iv.) strumenti ta' navigazzjoni in-dash. |
|
(16) |
L-investigazzjoni tas-suq mill-Kummissjoni indikat li hemm numru ta' ċirkostanzi li jiddistingwu l-PNDs minn tipi oħra ta' strumenti ta' navigazzjoni. Primarjament PND huwa strument ta' navigazzjoni filwaqt li telefown ċellulari b'kapaċita ta' navigazzjoni normalment ikollu firxa wiesgħa ta' funzjonijiet. Il-funzjonijiet differenti huma riflessi fil-prezzijiet. Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-PNDs u t-telefowns ċellulari b'kapaċità ta' navigazzjoni jikkostitwixxu swieq separati relevanti tal-prodott. Għal raġunijiet simili — jiġifieri funzjonijiet differenti, prezzijiet differenti u gradi differenti ta' adattazzjoni għall-użu fil-karozzi — il-Kummissjoni kkunsidrat li l-PNDs u l-PDAs jikkostitwixxu swieq separati tal-prodott. Il-PNDs jinbiegħu u jiġu kummerċjalizzati bħala oġġetti elettroniċi normali tal-konsumatur fil-ħwienet filwaqt li s-sistemi in-dash huma installati minn qabel fil-karozzi l-ġodda waqt il-produzzjoni. L-istrumenti in-dash għandhom aktar funzjonijiet, skrijns akbar u jistgħu jiġu integrati fis-sistemi ta' sikurezza tal-karozzi. Dawn id-differenzi huma riflessi fil-prezzijiet. Il-fornituri tal-PNDs u l-istrumenti in-dash huma ġeneralment differenti, għalkemm uħud mill-fornituri tal-in-dash ippruvaw jidħlu fis-suq tal-PND. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-PNDs u l-istrumenti in-dash jikkostitwixxu swieq separati relevanti tal-prodott. |
|
(17) |
Għall-iskopijiet ta' din id-deċiżjoni, is-suq Downstream relevanti tal-prodott huwa s-suq għall-forniment tal-PNDs. |
Id-definizzjoni tas-suq relevanti ġeografiku
|
(18) |
Il-PNDs li huma użati f'pajjiżi differenti taż-ŻEE jirrikjedu sostanzjalment l-istess ħardwer u softwer biex jaħdmu. L-akbar fornituri tal-PNDs joperaw u jikkompetu għall-konsumaturi fuq il-bażi taż-ŻEE kollha. Il-biċċa l-kbira tal-marki jinbiegħu madwar iż-ŻEE u s-saħħa relattiva tal-parteċipanti l-ewlenin hija ġeneralment l-istess fil-parti l-kbira tas-swieq nazzjonali. Hemm ukoll spazju għal sostituzzjoni sinjifikanti mil-lat tal-provvista. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq ġeografiku jkopri tal-anqas iż-ŻEE kollha. |
5. IL-KUNDIZZJONIJIET TAS-SUQ
5.1. Bażijiet tad-Dejta tal-Mapep Diġitali għan-Navigazzjoni
Ishma tas-Suq
|
(19) |
Hemm żewġ fornituri ewlenin ta' bażijiet tad-dejta ta' mapep diġitali għan-navigazzjoni li jkopru pajjiżi li qegħdin fiż-ŻEE; Tele Atlas u NAVTEQ. Is-suq (swieq) għall-provvista tal-bażijiet tad-dejta ta' mapep diġitali għan-navigazzjoni li jkopri l-pajjiżi taż-ŻEE għalhekk jista' jitqies bħala duwopolju. Skont id-definizzjoni tas-suq tal-prodott, Tele Atlas għandha sehem mis-suq ta' [40 %-60 %] u NAVTEQ [40 %-60 %]. |
Dħul fis-Suq
|
(20) |
M'hemm l-ebda indikazzjoni li xi wieħed mill-fornituri preżenti tal-bażijiet tad-dejta tal-mapep diġitali għan-navigazzjoni attivi barra ż-ŻEE qed jippjana li jidħol fis-swieq tal-bażijiet tad-dejta li jkopru l-pajjiżi taż-ŻEE. Id-dħul mill-kumpanija Amerikana Facet huwa inċert u f'kull każ mhux se jkun fil-ħin biżżejjed biex joħnoq id-dħul tal-fornituri li diġà huma preżenti. Għandu jitqies ukoll bħala improbabbli wkoll id-dħul “Greenfield” permezz ta' kumpaniji li joffru applikazzjonijiet tal-mapep ibbażati fuq l-internet. Minbarra AND — li l-prodotti tagħha huma bla dubju inferjuri għal dawk ta' Tele Atlas u NAVTEQ — l-investigazzjoni tas-suq ma' fiha l-ebda indikazzjoni li xi wieħed mill-fornituri li bħalissa qed jipproduċi bażijiet tad-dejta ta' mapep diġitali mhux għan-navigazzjoni b'kopertura mal-Ewropa fi ħsiebu jaġġorna l-bażijiet tad-dejta tiegħu biex jagħmilhom navigabbli. Anke kieku kellhom il-ħsieb li jidħlu, it-tul ta' żmien sostanzjali involut sabiex wieħed jipproduċi mill-bidu nett bażi tad-dejta tal- mapep diġitali għan-navigazzjoni li tkopri ż-ŻEE jipprevjeni kull dħul potenzjali fil-ġejjieni milli jkun fil-ħin biżżejjed biex joħnoq l-imġiba kompetittiva ta' dawk li diġà huma preżenti fis-suq fil-medda qasira jew medja ta' żmien. |
|
(21) |
Filwaqt li ma jistax ikun eskluż dħul marġinali, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dħul fis-swieq tal-provvista tal-bażijiet tad-dejta ta' mapep diġitali għan-navigazzjoni b'kopertura taż-ŻEE ma jkun la fil-ħin (jiġifieri rapidu u sostnut biżżejjed) u lanqas suffiċjenti (fil-firxa u fil-kobor) biex igerrex jew jirbaħ fuq l-effetti anti-kompetittivi potenzjali tal-amalgamazzjoni. |
5.2. Is-Softwer tan-Navigazzjoni
|
(22) |
Tele Atlas mhix attiva fis-suq tal-provvista tas-softwer tan-navigazzjoni. Hija biss parti ċkejkna mill-produzzjoni tas-softwer tan-navigazzjoni ta' TomTom li hija fornuta lil partijiet terzi. Fis-suq merkantili tas-softwer tan-navigazzjoni l-akbar fornituri huma Navigon b'sehem li huwa stmat bħala 25 % mis-suq, Navn'Go bi 18 % u Destinator bi 15 %. Is-sehem mis-suq ta' TomTom huwa stmat li huwa 6 %. |
|
(23) |
L-investigazzjoni tas-suq tal-Kummissjoni indikat li l-barrieri għad-dħul jistgħu jingħelbu. Il-maġġoranza vasta tal-manifatturi tal-PND li ħadu sehem fl-investigazzjoni tas-suq tal-Kummissjoni wieġbu li huma diġà lesti jew ikunu f'pożizzjoni li jiżviluppaw is-softwer tagħhom tan-navigazzjoni internament. |
5.3. PNDs
Ishma tas-Suq
|
Volum tal-ishma tas-suq ŻEE (unitajiet) |
||
|
|
L-użi aħħarin kollha li jinġarru |
PNDs |
|
TomTom |
[30-40] |
[30-50] |
|
Mio Tech & Navman |
[10-20] |
[10-20] |
|
Garmin |
[10-20] |
[10-20] |
|
MEDION |
[0-10] |
[0-10] |
|
MyGuide |
[0-5] |
[0-5] |
Tabella 7
L-ishma tas-suq ŻEE skond il-valur (il-fatturat) fl-2006
|
Il-valur tal-ishma tas-suq ŻEE |
||
|
|
L-użi aħħarin kollha li jinġarru |
PNDs |
|
TomTom |
[30-50] |
[30-50] |
|
Mio Tech & Navman |
[10-20] |
[10-20] |
|
Garmin |
[10-20] |
[10-20] |
|
MEDION |
[0-5] |
[0-5] |
|
MyGuide |
[0-5] |
[0-5] |
Dħul fis-Suq
|
(24) |
In-numru kbir ħafna ta' kumpaniji li daħlu fis-suq matul l-erba' snin preċedenti jindika li l-barrieri għad-dħul mhumiex sinjifikanti. Madankollu, il-maġġoranza vasta ta' dawk li daħlu fis-suq — inklużi l-kumpaniji l-kbar bi “bwiet fondi” u dawk b'isem magħruf u f'saħħtu — fallew milli jaħtfu aktar minn sehem marġinali mis-suq u baqgħu parteċipanti minuri f'oqsma speċjalizzati. |
6. VALUTAZZJONI
6.1. Esklużjoni mill-akkwist ta' materja użata fil-prodott (input foreclosure) fis-Swieq tal-PND u s-Swieq tas-Softwer tan-Navigazzjoni
|
(25) |
L-analiżi tal-input foreclosure twettqet skont il-Linji Gwida tal-Amalgamazzjoni Mhux Orizzontali. |
Il-ħila li teskludi
|
(26) |
Minħabba s-sehem mis-suq ta' Tele Atlas ta' aktar minn [40-60] % u minħabba n-nuqqas ta' strateġiji kuntrarji ddettaljati hawn taħt, il-Kummisjoni kkonkludiet li l-entità amalgamata tgawdi minn grad sinjifikanti ta' qawwa fis-suq fis-suq upstream, li hija prekundizzjoni għall-ħila tal-esklużjoni tal-kompetituri skont il-Linji Gwida tal-Amalgamazzjoni Mhux Orizzonali. |
|
(27) |
Għalkemm il-bażijiet tad-dejta tal-mapep diġitali jiffurmaw biss sehem relattivament limitat mill-prezz ta' PND, huma jikkostitwixxu komponent kritiku li mingħajru l-PNDs ma jistgħux jaqdu l-funzjoni tagħhom. |
|
(28) |
Il-Kummissjoni qieset jekk hemmx strateġiji kuntrarji effettivi u f'ħinhom li jistgħu li jistgħu jiġu użati minn kumpaniji rivali fis-suq tal- PND. |
|
(29) |
NAVTEQ xorta tkun tista' tikkompeti ma' Tele Atlas wara l-amalgamazzjoni u b'hekk tillimita l-ħila ta' Tele Atlas li teskludi l-kompetituri tagħha. Mandankollu, milli jidher l-aħjar reazzjoni ta' NAVTEQ għal żieda fil-prezzijiet minn Tele Atlas tkun li hija wkoll tgħolli l-prezzijiet, li potenzjalment jista' jisaħħaħ l-effett ta' strateġija ta' esklużjoni mill-entità amalgamenta fuq is-suq downstream. |
|
(30) |
Mhux probabbli li d-dħul se jipprovdi strateġija kuntrarja effettiva u f'waqtha li tikkostrinġi l-ħila tal-entità amalgamata li teskludi l-kompetituri downstream tagħha. Kif intqal hawn fuq il-Kummissjoni qieset li mhux probabbli li fornitur ġdid tal-bażijiet tad-dejta jibni bażi tad-dejta tal-mapep diġitali għan-navigazzjoni bl-istess livell ta' kopertura u kwalità daqs it-Tele Atlas jew in-NAVTEQ u jipprovdi lġiem f'waqtu fuq l-entità amalgamata. |
|
(31) |
Limitu ieħor fuq il-ħila ta' Tele Atlas li żżid il-prezzijiet jew tiddegrada l-kwalità jista' jkun provdut minn intermedjarji li għandhom liċenzja minn Tele Atlas jew NAVTEQ biex jissupplixxu l-bażi tad-dejta tal-mapep flimkien mas-softwer tan-navigazzjoni tagħhom. Intermedjarji bħal dawn jikkostitwixxu lġiem effettiv biss jekk ikunu huma stess protetti minn żidiet fil-prezzijiet u degradazzjoni tal-kwalità. |
|
(32) |
Il-ħila ta' Tele Atlas li teskludi l-kompetituri downstream tagħha hija limitata bil-kuntratt li jorbot għal perjodu twil li Garmin ikkonkluda ma' NAVTEQ, li jipproteġi lil Garmin mill-anqas sa […]. Ladarba Garmin jirrappreżenta anqas minn [10-20] % tas-suq tal-PND, anke jekk wieħed iqis ukoll il-protezzjoni ta' Garmin, il-ħila tal-entità amalgamata ta' esklużjoni xorta taffettwa aktar minn żewġ terzi tal-bejgħ tal-kompetituri downstream ta' TomTom. Jekk wieħed iqis li [il-Manifattur tal-Istrument tan-Navigazzjoni] u [il-Fornutur tas-Softwer tan-Navigazzjoni] huma wkoll parzjalment protetti, madwar nofs is-suq jista' jkun possibbilment effettwat minn strateġija ta' esklużjoni. |
|
(33) |
Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-entità amalgamata x'aktarx ikollha l-ħila li żżid il-prezzijiet jew tiddegrada l-kwalità/iddewwem l-aċċess għal uħud mill-manifatturi tal-PNDs u fornituri tas-softwer tan-navigazzjoni li jikkompetu ma' TomTom. |
L-inċentiv li teskludi
|
(34) |
Wara l-amalgamazzjoni, TomTom/Tele Atlas se tqis kif il-bejgħ tal-bażijiet tad-dejta tal-mapep lill-kompetituri ta' Tom Tom se jaffettwa l-profitti tagħha mhux biss fis-suq upstrem imma wkoll f'dak downstream. L-entità amalgamata tiffaċċja għażla ta' kompromess bejn il-profitt mitluf fis-suq upstream u l-profitt miksub fis-suq downstream billi tgħolli l-ispejjeż tar-rivali tagħha. |
|
(35) |
Għar-raġunijiet deskritti hawn taħt, Tele Atlas x'aktarx titlef bejgħ sinjifikanti li jmur għand NAVTEQ jekk tgħolli l-prezzijiet upstream jew jekk tiddegrada l-kwalità tal-bażi tad-dejta tal-mapep/iddewwem id-disponibbiltà tal-aġġornamenti, filwaqt li l-benefiċċji għall-kompetituri ta' TomTom miż-żieda fil-prezzijiet tal-bażijiet tad-dejta x'aktarx ikunu relattivament limitati. |
|
(36) |
L-ewwel, ladarba l-bażijiet tad-dejta tal-mapep bħala medja jammontaw għal anqas minn10 % tal-prezz bl-ingrossa tal-PND, il-prezzijiet tal-bażijiet tad-dejta tal-mapep ikunu jridu jiżdiedu sostanzjalment biex ikollhom effett fuq il-prezzijiet tas-suq downstream tal-PND u jippermettu lill-entità amalgamata biex taħtaf ammont sinjifikanti mill-bejgħ fis-suq downstream. It-tieni, jidher li tal-anqas xi fornituri tal-PND isibuha bi tqila biex jitrasferixxu żieda fil-prezzijiet tal-bażijiet tad-dejta tal-mapep għall-prezz tal-PND, trasferiment li jkompli jnaqqas kwalunkwe effett fuq il-prezzijiet tal-PND. It-tielet, il-protezzjoni ta' Garmin mill-esklużjoni minħabba l-kuntratt li għandha għal medda twila ta' żmien ma' NAVTEQ se tillimita l-profitti li TomTom jista' jaqla' mis-suq downstream jekk jieħu sehem fi strateġija ta' input foreclosure. Ir-raba', l-ispejjeż involuti fil-bidla tal-fornitur (fis-suq upstream jistgħu jingħelbu. Bħala riżultat, Tele Atlas jitlef ammont sinjifikanti mill-bejgħ lill-NAVTEQ jekk iżid il-prezzijiet tal-bażijiet tad-dejta tal-mapep, jiddegrada l-kwalità tagħhom jew idewwem id-disponibbiltà tal-aġġornamenti. Fl-aħħar, id-degradazzjoni tal-kwalità tapplika biss għall-konsumaturi ta' Tele Atlas, ladarba NAVTEQ x'aktarx tibqa' tipprovdi bażijiet tad-dejta tal-mapep ta' kwalità tajba lill-manifatturi kollha tal-PND b'mod mhux diskriminatorju. Huwa importanti wkoll li wieħed jinnota li d-degradazzjoni tal-kwalità tal-bażijiet tad-dejta tal-mapep tkun anqas profitabbli għall-entità amalgamata milli żieda fil-prezz għaliex, għal kuntrarju ta' żieda fil-prezz, id-degradazzjoni tal-kwalità, ma ġġibx marġni akbar għall-bażijiet tad-dejta tal-mapep li Tele Atlas tibqa' tbigħ upstream. |
|
(37) |
Sabiex wieħed ikejjel il-kompromess upstream/downstream, il-Kummissjoni fasslet stima ekonometrika tal-elastiċità tal-prezzijiet downstream biex tkejjel il-bejgħ li entità amalgamata tista' taħtaf jekk iżżid il-prezzijiet tal-bażijiet tad-dejta tal-mapep għall-kompetituri downstream ta' TomTom. |
|
(38) |
L-ewwel il-Kummissjoni eżaminat kemm hi possibbli strateġija ta' input foreclosure totali. Kieku l-entità amalgamata kellha tieqaf mill-bejgħ tal-bażijiet tad-dejta tal-mapep, hi titlef il-profitti kollha tagħha fuq il-bażijiet tad-dejta tal-mapep imma tkun tista' biss tirkupra l-profitti fuq il-bejgħ downstream li tkun kapaċi taħtaf. Biex strateġija ta' esklużjoni totali tkun profitabbli għal Tele Atlas, hija jkollha tirkupra biżżejjed profitti downstream sabiex tkun tista' tikkumpensa mill-anqas għal-profitti mitlufa fuq il-bażijiet tad-dejta tal-mapep. Minħabba li l-prezzijiet tal-bażijiet tad-dejta tal-mapep jirrappreżentaw proporzjon relattivament żgħir mill-prezz tal-istrumenti tal-PND, u minħabba l-istimi tal-elastiċità, l-analiżi tal-Kummissjoni indikat li jkun neċessarju għal NAVTEQ li żżid il-prezzijiet b'ammont sostanzjali ħafna biex tiżgura li strateġija ta' input foreclosure tħalli profitt għall-entità amalgamata. Fil-fatt, il-Kummissjoni kkalkulat li jekk NAVTEQ ma żżidx il-prezzijiet b'perċentwali ta' ħafna mijiet, strateġija ta' input foreclosure totali ma tkux profitabbli għal Tele Atlas. |
|
(39) |
Il-Kummissjoni eżaminat ukoll kemm hi possibbli strateġija ta' input foreclosure parzjali. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-entità amalgamata tkun tista' taħtaf ammont relattivament limitat ta' bejgħ downstream biss jekk iżżid il-prezzijiet tal-bażijiet tad-dejta tal-mapep lill-kompetituri tat-TomTom, li jimplika li l-inċentiv tal-esklużjoni tal-kompetituri jkun limitat. L-analiżi sussegwenti tal-Kummissjoni fuq is-sensitività kkonferma l-konklużjoni li kwalunkwe żieda sinjifikanti fil-prezzijiet ma tkunx profitabbli għall-entità amalgamata. Ir-riżultat ta' dan it-test sempliċi ta' profitt jindika li kwalunkwe żieda fil-prezz li jkollha impatt mhux żgħir fuq is-suq downstream ma tkunx profitabbli għall-entità amalgamata minħabba li l-gwadann downstream ma jkunx biżżejjed biex jikkumpensa għat-telf upstream. |
|
(40) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-entità amalgamata ma jkollha l-ebda inċentiv biex iżżid il-prezzijiet b'mod li jwassal għal effetti kontra l-kompetizzjoni fis-suq downstream għall-PNDs. Strateġija ta' input foreclosure fis-suq tas-softwer tan-navigazzjoni tidher li hija anqas u anqas possibbli, b'mod partikolari fid-dawl tal-preżenza iżjed limitata ta' TomTom f'dan is-suq u l-profitti aktar baxxi li jkunu jistgħu isiru fis-suq tas-softwer. |
L-effetti fis-Suq downstream
|
(41) |
L-istess fatturi kwalitattivi li spejgaw in-nuqqas ta' inċentiv biex issir esklużjoni parzjali jwasslu wkoll għal nuqqas ta' effetti. Pereżempju, is-sehem żgħir tal-bażi tad-dejta tal-mapep fil-prezz tal-PND, l-evidenza rigward il-pass-through limitat, l-ispejjeż limitati involuti fil-bidla tal-fornitur (switching costs) u l-kompetizzjoni man-NAVTEQ kollha għandhom it-tendenza li jillimitaw iż-żieda fil-prezz li tista' tiġi imposta minn Tele Atlas fuq il-kompetituri ta' TomTom. Il-fatt li Garmin hija protetta kontra ż-żieda fil-prezzijiet permezz tal-kuntratt li għandha għal medda twil ta' żmien ma' NAVTEQ, jillimita aktar l-effetti possibbli ta' esklużjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li t-tranżazzjoni proposta mhix se twassal għal xi dannu kontra l-kompetizzjoni fis-suq downstream. |
|
(42) |
L-impatt globali tat-tranżazzjoni se jġarrab ukoll l-impatt tal-effiċjenzi li x'aktarx iġġib magħha l-amalgamazzjoni. Il-Kummissjoni stmat l-impatt ġenerali tal-eliminazzjoni tal-marġinalizzazzjoni doppja permezz tal-kumpanija integrata kif ukoll effiċjenzi oħra bħall-produzzjoni ta' mapep aħjar u aktar veloċi bl-użu ta' trace data u dejta mis-segwitu mingħand TomTom. Dawn l-effiċjenzi saħħew il-konklużjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta mhix se twassal għal xi dannu kontra l-kompetizzjoni. |
6.2. L-Aċċess tal-Entità Amalgamata għal Informazzjoni Kunfidenzjali fis-Suq tal-PNDs
|
(43) |
It-tħassib dwar il-kunfidenzjalità kif espress minn partijiet terzi, huwa bbażat fuq il-premessa li l-klijenti ta' Tele Atlas għandhom jaqsmu l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet futuri tagħhom mal-fornitur tagħhom tal-mapep. Il-kuntratti preżenti ma jobbligawx lill-konsumaturi jgħaddu informazzjoni bħal din dwar il-kondotta futura ta' Tele Atlas. Madankollu, il-konsumaturi għaddew b'mod volontarju informazzjoni dwar l-istimi tal-bejgħ futur tagħhom, pjanijiet dwar il-prodott u karatteristiċi ġodda inklużi fl-aħħar verżjonijiet tal-istrumenti tagħhom. |
|
(44) |
Il-partijiet ippreżentaw evidenza konvinċenti li turi li dawn l-iskambji huma limitati u li jistgħu saħansitra jitnaqqsu wara l-amalgamazzjoni mingħajr detriment għall-klijenti ta' Tele Atlas, li kieku dawn il-klijenti jkunu mħassbin dwar l-użu li l-entità amalgamata tkun tista' tagħmel mill-informazzjoni skambjata. |
|
(45) |
L-investigazzjoni tas-suq uriet li l-klijenti jistgħu jevitaw li jiddiskutu t-tbassir dwar il-bejgħ ma' Tele Atlas. Il-klijenti l- ġodda jistgħu jaqblu dwar rekwiżit minimu ta' xiri u għalhekk jevitaw li jiżvelaw informazzjoni sensittiva dwar bejgħ futur. |
|
(46) |
Informazzjoni dwar karatteristiċi addizzjonali li jkunu se jiġu inklużi fi prodotti futuri m'għandhomx għalfejn jgħaddu għand TomTom. L-ewwel, il-livelli addizzjonali huma pprovduti min-numru ta' kumpaniji iżgħar. Fornituri alternattivi għalhekk jistgħu ikunu sors tajjeb għal karatteristiċi addizzjonali għal kumpaniji mħassbin dwar il-kunfidenzjalità. It-tieni, il-klijenti xi drabi jagħmlu kuntatt ma' fornituri tal-bażijiet tad-dejta tal-mapep biex jinkoraġġuhom jinvestu f'karatteristiċi ġodda jew jestendu l-kopertura tal-bażijiet tad-dejta tal-mapep tagħhom. Madankollu, Tele Atlas ma tibbażax id-deċiżjonijiet dwar l-investiment tagħha fuq talbiet minn kumpaniji individwali. Deċiżjoni biex tinvesti f'karatteristiċi ġodda jew kopertura ġeografika ġdida tittieħed wara konsultazzjonijiet mal-akbar konsumaturi bl-implikazzjoni li l-biċċa l-kbira tal-ideat relatati mal-kontenut il-ġdid huma kkomunikati lil konsumaturi oħra (inkluż TomTom) qabel id-deċiżjonijiet dwar l-investiment. Ladarba tiġi żviluppata karatteristika ġdida, tkun offruta lill-klijenti kollha ta' Tele Atlas fl-istess żmien. |
|
(47) |
L-informazzjoni kunfidenzjali skambjata waqt il-konsultazzjonijiet tekniċi ma' Tele Atlas tista' possibilment tgħaddi għand TomTom. Madankollu, sa fejn hi kkonċernata l-inkorporazzjoni tal-livelli addizjonali, Tele Atlas tipprovdi lill-klijenti tagħha bl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kollha għal dan il-għan. Il-problemi tekniċi li jistgħu jissolvew biss minn Tele Atlas huma rari ħafna. |
|
(48) |
Wara l-amalgamazzjoni, Tele Atlas ikun għad fadlilha inċentivi biex tipprevjeni li l-klijenti tagħha jitilqu għand NAVTEQ minħabba tħassib dwar il-kunfidenzjalità għaliex it-telf ta' klijent ma jkunx ikkumpensat bi gwadann downstream addizzjonali suffiċjenti anke jekk NAVTEQ iżżid il-prezzijiet b'mod sinjifikanti. Barra minn hekk, it-tħassib dwar il-kunfidenzjalità jista' jirriżulta fi ħsara għar-reputazzjoni ta' Tele Atlas li tikkawża ħsara lin-negozju fil-bażijiet tad-dejta tal-mapep tal-kumpanija amalgamata. Minħabba n-nuqqas ta' inċentivi għall-partijiet li jidħlu għal input foreclosure, x'aktarx il-partijiet jirreaġixxu għal tħassib possibbli dwar il-kunfidenzjalità, pereżempju billi joffru lill-konsumaturi kundizzjonijiet li jagħmluhielhom diffiċli biex jaqilbu għal ma' NAVTEQ. |
|
(49) |
Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li mhux probabbli li t-tranżazzjoni proposta se tkun ta' impediment sinjifikanti għal kompetizzjoni effettiva minħabba tħassib dwar il-kunfidenzjalità. |
6.3. Effetti kkoordinati
|
(50) |
Bħalissa m'hemm l-ebda indikazzjoni ta' koordinazzjoni bejn Tele Atlas u NAVTEQ. Għal kuntrarju, ir-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq jindikaw li, qabel l-amalgamazzjoni, Tele Atlas u NAVTEQ ikkompetew kemm fl-aspetti tal-prezz u kemm fuq dawk mhux tal-prezz. Mhux probabbli li jkun hemm koordinazzjoni effettiva fis-suq tal-bażijiet tad-dejta tal-mapep diġitali għan-navigazzjoni. Se tkun diffiċli l-koordinazzjoni dwar il-prezzijiet għaliex il-prezzijiet tal-bażijiet tad-dejta tal-mapep mhumiex trasparenti u l-allokazzjoni tal-konsumaturi se tkun diffiċli fis-suq tal-PND, fejn id-daqs relattiv tal-manifatturi tal-PND huwa 'l bogħod minn stabbli u fejn daħlu ħafna kumpaniji mill-2004 sal-lum. Jidher improbabbli wkoll li jistgħu jiġu stabbiliti sorveljar effettiv u mekkaniżmi ta' deterrenti fid-dawl tal-karatteristiċi eżistenti tas-suq. Fl-aħħar, m'hemmx evidenza ċara li l-integrazzjoni vertikali ta' TomTom u Tele Atlas tista' żżid l-ambitu tal-koordinazzjoni bejn il-produtturi tal-bażijiet tad-dejta tal-mapep. |
|
(51) |
Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li mhux probabbli li l-operazzjoni proposta twassal għal effetti kontra l-komopetizzjoni permezz ta' koordinazzjoni. |
7. KONKLUŻJONI
|
(52) |
Il-Kummissjoni ikkonkludiet li l-konċentrazzjoni proposta mhux se twassal għal xi tħassib dwar kompetizzjoni li bħala riżultat jimpedixxi b'mod sinjifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-Suq Komuni jew f'parti sostanzjali minnu. Għalhekk, il-Kummissjoni ddikjarat il-konċentrazzjoni bħala kompatibbli mas-Suq Komuni u l-Ftehim taż-ŻEE, skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
(1) Jekk jogħġbok innota li l-kopertura ġeografika tal-bażijiet tad-dejta diġitali hija karatteristika tal-prodott relevanti għad-definizzjoni tas-suq relevanti tal-prodott f'dan il-każ. Il-kopertura ġeografika tal-bażi tad-dejta m'għandhiex titħallat mal-firxa ġeografika tas-suq, li hija ttrattata separatament hawn taħt (fis-sezzjoni tad-definizzjoni tas-suq relevanti ġeografiku).
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
16.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 237/14 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 88/378/KEE tal-Kunsill dwar l-approssimazjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward is-sigurtà tal-ġugarelli
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(Pubblikazzjoni ta' titli u referenzi ta' standards armonizzati taħt id-direttiva)
(2008/C 237/13)
|
ESO (1) |
Referenza u titlu ta' l-istandard armonizzat (u d-dokument ta' referenza) |
Referenza ta' l-istandard li ġie sostitwit |
Data tal-waqfa tal- presunzjoni tal-konformità ta' l-istandard li ġie sostitwit (Nota 1) |
Data ta' l-ewwel pubblikazzjoni |
|
CEN |
EN 71-1:2005+A6:2008 (2) Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 1: Propjetajiet mekkaniċi u fiżiċi |
EN 71-1:2005+A4:2007 |
30.11.2008 |
Din hi l-ewwel pubblikazzjoni |
|
CEN |
EN 71-2:2006+A1:2007 Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 2: Kapaċità li jieħdu n-nar malajr |
EN 71-2:2006 |
Id-data ta' din il-pubblikazzjoni |
Din hi l-ewwel pubblikazzjoni |
|
CEN |
EN 71-3:1994 Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 3: Migrazzjoni ta' ċerti elementi |
EN 71-3:1988 |
Data skaduta (30.6.1995) |
12.10.1995 |
|
EN 71-3:1994/A1:2000 |
Nota 3 |
Data skaduta (31.10.2000) |
14.9.2001 |
|
|
EN 71-3:1994/A1:2000/AC:2000 |
|
|
8.8.2002 |
|
|
EN 71-3:1994/AC:2002 |
|
|
15.3.2003 |
|
|
CEN |
EN 71-4:1990 Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 4: Settijiet għal esperimenti għal attivitajiet ta' kimika u attivitajiet relatati |
— |
|
9.2.1991 |
|
EN 71-4:1990/A1:1998 |
Nota 3 |
Data skaduta (31.10.1998) |
5.9.1998 |
|
|
EN 71-4:1990/A2:2003 |
Nota 3 |
Data skaduta (31.1.2004) |
9.12.2003 |
|
|
EN 71-4:1990/A3:2007 |
Nota 3 |
Data skaduta (30.11.2007) |
4.10.2007 |
|
|
CEN |
EN 71-5:1993 Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 5: Ġugarelli ta' natura kimika (settijiet) minbarra settijiet għal esperimenti |
— |
|
1.9.1993 |
|
EN 71-5:1993/A1:2006 |
Nota 3 |
Data skaduta (31.7.2006) |
31.5.2006 |
|
|
CEN |
EN 71-6:1994 Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 6: Simboli grafiċi għal tikketti li jwissu dwar l-età |
— |
|
22.6.1995 |
|
CEN |
EN 71-7:2002 Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 7: Żebgħat li jitpinġew bis-swaba' — Rekwiżiti u metodi ta' ttestjar |
— |
|
15.3.2003 |
|
CEN |
EN 71-8:2003 Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 8: Bandli, żrieraq u logħob għal attivitajiet simili biex jintużaw mill-familja fid-dar jew fil-beraħ |
— |
|
9.12.2003 |
|
EN 71-8:2003/A1:2006 |
Nota 3 |
Data skaduta (30.11.2006) |
26.10.2006 |
|
|
Cenelec |
EN 62115:2005 Ġugarelli elettriċi — Sigurtà (IEC 62115:2003 + A1:2004 (Modifikat)) |
EN 50088:1996 u l-emendi tiegħu Nota 2 |
Data skaduta (1.1.2008) |
8.3.2006 |
|
Nota 1 |
Ġeneralment id-data ta' waqfa tal-preżunzjoni ta' konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-Organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-Istandardizzar, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f' ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista' jkun mod ieħor. |
|
Nota 2 |
L-istandard il-ġdid (jew emendat) għandu l-istess għan bħall-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta' konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva. |
|
Nota 3 |
F' każ ta' emendi, l-istandard ta' referenza huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata. Għalhekk l-istandard li ġie sostitwit (kolonna 3) jikkonsisti f' EN CCCCC:YYYY u l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, iżda mingħajr l-emenda l-ġdida kkwotata. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit jieqaf milli jagħti l-preżużjoni ta' konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva. |
NOTA:
|
— |
Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta' l-istandards tista' tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-Istandardizzar jew mill-korpi nazzjonali ta' l-istandardizzar li l-lista tagħhom hija annessa mad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) emendata mid-Direttiva 98/48/KE (4). |
|
— |
Il-pubblikazzjoni tar-referenzi fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi kollha tal-Komunità. |
|
— |
Din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tiżgura l-aġġornament ta' din il-lista. |
Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati tinstab fl-Internet f'
http://ec.europa.eu/enterprise/newapproach/standardization/harmstds/
(1) ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-Istandardizzar:
|
— |
CEN: rue de Stassart 36, B-1050 Brussels, Tel.(32-2) 550 08 11; fax (32-2) 550 08 19 (http://www.cen.eu), |
|
— |
Cenelec: rue de Stassart 35, B-1050 Brussels, Tel.(32-2) 519 68 71; fax (32-2) 519 69 19 (http://www.cenelec.eu), |
|
— |
ETSI: 650, route des Lucioles, F-06921 Sophia Antipolis, Tel.(33) 492 94 42 00; fax (33) 493 65 47 16 (http://www.etsi.eu). |
(2) Avviż: “Fil-każ tal-ġugarelli li għandhom missila bid-diska tal-lastku għall-impatt, il-kondizzjonijiet stipulati fil-klawżola 4.17.1 (b), skond liema it-test tat-tensjoni jsir skond il-klawżola 8.4.2.3, ma jkoprix ir-riskju ta' fgar ippreżentat minn dawn il-gugarelli”. Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/224/KE (ĠU L 96, 11.4.2007, p. 18).
(3) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.
(4) ĠU L 217, 5.8.1998, p. 18.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)
|
16.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 237/16 |
AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONI ĠENERALI EPSO/AST/72/08
(2008/C 237/14)
L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/72/08 għar-reklutaġġ ta' Assistenti (AST3) fil-qasam tal-produzzjoni tal-pubblikazzjoniiet bħala qarrejja tal-provi tal-lingwa Olandiża għall-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (OPOCE) fil-Lussemburgu u/jew fl-Istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea.
L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat biss bl-Olandiż fil-Ġurnal Uffiċjali C 237 A tas-16 ta' Settembru 2008.
Għal iktar informazzjoni kkonsulta s-sit ta' l-EPSO: http://europa.eu/epso
Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini
|
16.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 237/17 |
Reklutaġġ għall-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini (Londra)
(2008/C 237/15)
L-Aġenzija hija responsabbli għall-koordinazzjoni tal-valutazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju fl-Unjoni Ewropea (ara r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 726/2004, ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1). L-EMEA ġiet imwaqqfa f'Jannar ta' l-1995. Hija għanda ħafna kuntatti mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, is-27 Stat Membru ta' l-UE, il-pajjiżi taz-ŻEE/EFTA u ħafna gruppi oħra fis-settur pubbliku u privat.
Aktar informazzjoni dwar l–EMEA u l-attivitajiet tagħha hija disponibbli permezz ta' l-Internet; l-indirizz tal-website tagħna huwa http://www.emea.europa.eu
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini qed torganizza proċeduri ta' selezzjoni bl-għan li titfassal lista ta' riserva għal:
EMEA/AD/271 — Kap tas-Settur, Kapaċità tar-Reviżjoni Interna tal-Kontijiet (AD9)
Kandidati magħżula jitniżżlu fuq lista ta' riżerva u, skond is-sitwazzjoni finanzjarja, jista' jiġi offert lilhom kuntratt bħala Aġent Temporanju ta' ħames snin, li jista' jiġġedded, konformi mal-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' Impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, 4.3.1968).
Il-post ta' l-impjieg ikun Londra.
Il-kandidati għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej, jew ta' l-Islanda, n-Norveġja jew il-Liechtenstein, u jgawdu mid-drittijiet kollha bhala cittadini.
Il-kundizzjonijiet kollha u d-deskrizzjoni ta' l-impjieg għandhom jitniżżlu mill-website ta' l-EMEA:
http://www.emea.europa.eu/htms/general/admin/recruit/recruitnew.htm
L-applikazzjonijiet iridu jsiru b'mod elettroniku permezz tal-formola disponibbli fuq il-website ta' l-EMEA. Applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu sa mhux iktar tard minn nofsillejl tat-28 ta' Ottubru 2008.
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok illi minħabba fin-numru kbir ta' applikazzjonijiet li tirċievi l-EMEA, meta jasal iż-żmien ta' l-għeluq għall-applikazzjonijiet, is-sistema jista' jinqalalha problemi biex tiproċessa ammonti kbar ta' data. Għaldaqstant, huwa rakkomandabbli li min japplika jibgħat l-applikazzjoni tiegħu ferm aktar qabel mid-data perentorja.
Jekk tixtieq tirċievi notifika ta' pubblikazzjonijiet ta' postijiet battâla b'mod elettroniku, jekk jogħġbok irreġistra online fuq http://www.emea.europa.eu/ taħt “Online Mailing Service”.
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Kummissjoni
|
16.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 237/18 |
Avviż ta' tnedija ta' reviżjoni parzjali interim tal-miżuri tal-anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċertu qamħirrun ħelu fi granelli ppreparat jew ippreżervat li joriġinaw fit-Tajlandja
(2008/C 237/16)
Il-Kummissjoni ddeċidiet b'inizjattiva tagħha stess, li tniedi reviżjoni parzjali interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1). Ir-reviżjoni hija limitata fl-ambitu għall-investigazzjoni tal-forma tal-miżura u partikolarment, għall-investigazzjoni ta' aċċettabilità ta' garanziji offruti minn ċerti produtturi esportaturi fit-Tajlandja.
1. Il-prodott
Il-prodott analizzat huwa qamħirrun ħelu (Zea mays var. saccharata) fi granelli, ippreparat jew ippreżervat permezz tal-ħall jew tal-aċtu aċetiku, mhux iffriżat, normalment iddikjarati fil-kodiċi NM ex 2001 90 30, u qamħirrun ħelu (Zea mays var. saccharata) fi granelli, ippreparat jew ippreżervat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux iffriżat, ħlief prodotti oħra bl-intestatura 2006, li huma normalment iddikjarati fil-kodiċi NM ex 2005 80 00, li joriġinaw mit-Tajlandja. Dawn il-kodiċi NM qed jingħataw biss bħala informazzjoni.
2. Il-miżuri attwali
Il-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ huma dazju definittiv tal-anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 682/2007 (2) dwar importazzjoni ta' ċertu qamħ ħelu bil-qalba ppreparat jew ippreservat u li joriġina mit-Tajlandja. Il-garanziji tal-prezzijiet kienu aċċettati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/424/KE (3).
3. Ir-raġunijiet għar-reviżjoni
Il-Kummissjoni tqisha bħala neċessarja li tivvaluta mill-ġdid l-adegwatezza li taċċetta garanziji bbażati fuq prezz minimu fiss ta' importazzjoni bħala forma ta' miżura, b'mod partikolari fid-dawl tal-volatilità ta' prezzijiet ta' kemm il-prodott ikkonċernat kif ukoll il-materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat.
Il-valutazzjoni mill-ġdid tidher li hija neċessarja, minħabba li l-varjazzjonijiet imsemmija hawn fuq jidhru li għandhom tendenza li jiżdiedu biż-żmien u b'mod partikolari mindu seħħ il-perjodu oriġinali ta' investigazzjoni, li jindika li ċ-ċirkustanzi li servew bħala bażi li fuqha ġew stabbiliti l-miżuri nbidlu b'mod sinifikanti u li dawn il-bidliet kienu ta' natura dejjiema.
Għalhekk, jistħoqq li ssir it-tnedija ta' reviżjoni parzjali interim, limitata għall-forma tal-miżura.
4. Il-proċedura
Wara li ddeterminat, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika t-tnedija ta' reviżjoni parzjali interim, il-Kummissjoni permezz ta' dan ta' hawnhekk qiegħda tniedi reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, limitat fl-ambitu għall-investigazzjoni tal-forma tal-miżura.
(a) Il-kwestjonarji
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Komunità, lill-produtturi esportaturi fir-Tajlandja u lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur ikkonċernat. Dan it-tagħrif u l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fiż-żmien preskritt stipulat fil-punt 5(a).
(b) Il-ġbir ta' tagħrif u s-smigħ ta' seduti
Il-partijiet kollha interessati qegħdin permezz ta' dan ta' hawn jiġu mistiedna jressqu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw tagħrif inkluż tagħrif barra mit-tweġibiet għall-kwestjonarju, u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Dan it-tagħrif u d-dokumenti ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fiż-żmien preskritt stipulat fil-punt 5(a).
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, bil-kundizzjoni li dawn jagħmlu talba fejn juru li hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. Din it-talba għandha ssir fiż-żmien stabbilit fil-punt 5(b).
5. Iż-żmien preskritt
(a) Biex il-partijiet jippreżentaw ruħhom, biex jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull tagħrif ieħor
Il-partijiet interessati kollha, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom għandhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, għandhom jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw il-fehmiet tagħhom u jressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarju jew kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Ta' min jinnota li l-eżerċitar tal-biċċa l-kbira tad-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku jiddependi mill-parti li tippreżenta ruħha matul il-perjodu msemmi qabel.
(b) Is-seduti
Il-partijiet interessati kollha jistgħu wkoll japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess żmien preskritt ta' 40 jum.
6. Il-preżentazzjonijiet bil-miktub, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza
Il-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati jridu jsiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-fax tal-parti interessata. Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan l-avviż, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija minn partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Limitat” (4) u, konformi mal-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati b'verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Commission |
|
Directorate General for Trade |
|
Directorate H |
|
Office: J-79 4/23 |
|
B-1049 Brussels |
|
Fax (32-2) 295 65 05 |
7. In-nuqqas ta' kooperazzjoni
F'każi fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess fiż-żmien preskritt għal tagħrif meħtieġ jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtiġ, jew b'mod sinifikanti tfixkel l-investigazzjoni, is-sejbiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif għandu jitwarrab u għandhom jintużaw il-fatti disponibbli. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet għalhekk jissejsu fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.
8. L-iskeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni għandha tiġi konkluża, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. L-ipproċessar ta' dejta personali
Ta' min jinnota li kull dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta (5).
10. L-Uffiċjal għas-Smigħ
Ta' min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta' difiża tagħhom, dawn ikunu jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal għas-Smigħ tad-DĠ Kummerċ. Huwa jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn hemm bżonn, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-protezzjoni tal-interessi tagħhom f'dan il-proċediment, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-trattament tal-preżentazzjonijiet tal-fehmiet bil-miktub u/jew bil-fomm. Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal għas-Smigħ fuq il-websajt tad-DĠ Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade).
(2) ĠU L 159, 20.6.2007, p. 14.
(3) ĠU L 159, 20.6.2007, p. 42.
(4) Dan ifisser li d-dokument ikun għal użu intern biss. Huwa protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim tal-Anti-dumping).
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Kummissjoni
|
16.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 237/20 |
Irtirar ta' notifika ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5252 — Hombergh-De Pundert/RSDB)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 237/17)
(Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004)
Fil-5 ta' Awwissu 2008 il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej irċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta bejn Hombergh-De Pundert u RSDB. Fit-8 ta' Settembru 2008, il-partijiet notifikanti infurmaw lill-Kummissjoni li huma kienu qed jirtiraw in-notifika.