ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
13 ta' Settembru 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Qorti tal-Ġustizzja

2008/C 236/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU C 223, 30.8.2008

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-Ġustizzja

2008/C 236/02

Kawża C-504/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 92/57/KEE — Ħtiġiet minimi ta' sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f'postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli — Artikolu 3(1) — Traspożizzjoni inkorretta)

2

2008/C 236/03

Kawża C-142/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo de Madrid — Spanja) — Ecologistas en Acción-CODA vs Ayuntamiento de Madrid (Direttivi 85/337/KEE u 97/11/KE — Stima ta' l-effetti ta' proġetti fuq l-ambjent — Xogħlijiet ta' rranġar u ta' titjib ta' toroq urbani — Soġġezzjoni)

2

2008/C 236/04

Kawża C-204/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta' Lulju 2008 — C.A.S. SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Ftehim ta' Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Artikolu 239 — Kodiċi Doganali Komunitarju — Ħlas lura u maħfra ta' dazji fuq l-importazzjoni — Konċentrat ta' meraq tal-frott provenjenti mit-Turkija — Ċertifikati ta' ċirkulazzjoni — Falsifikazzjoni — Sitwazzjoni partikolari)

3

2008/C 236/05

Kawża C-237/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — Il-Ġermanja) — Dieter Janecek vs Freistaat Bayern (Direttiva 96/62/KE — Stima u mmaniġġjar tal-kwalità ta' l-arja ċirkostanti — Iffissar tal-valuri limitu — Dritt ta' terz li ġarrab ħsara għal saħħtu sabiex jiġi mfassal pjan ta' azzjoni)

3

2008/C 236/06

Kawża C-493/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Slovakka (Nuqqas ta' Stat li jtwettaq obbligu — Direttiva 2002/22/KE — Artikolu 26(3) — Komunikazzjonijiet elettroniċi — Netwerks u servizzi — Numru uniku Ewropew għal sejħa ta' emerġenza — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

4

2008/C 236/07

Kawża C-127/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Awla Manja Awla) tal-25 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland, l-Irlanda) — Blaise Baheten Metock, Hanette Eugenie Ngo Ikeng, Christian Joel Baheten, Samuel Zion Ikeng Baheten, Hencheal Ikogho, Donna Ikogho, Roland Chinedu, Marlene Babucke Chinedu, Henry Igboanusi, Roksana Batkowska vs Minister for Justice, Equality and Law Reform (Direttiva 2004/38/KE — Drittijitet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' Stat Membru — Membri tal-familja li huma ċittadini ta' pajjiż terz — Ċittadini ta' pajjiż terz li daħlu fl-Istat Membru ospitanti qabel ma' saru konjuġi ta' ċittadin ta' l-Unjoni)

4

2008/C 236/08

Kawża C-364/07: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta' Ġunju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Monomeles Protodikeio Kerkyras — Il-Greċja) — Vassilakis Spyridon, Theodoros Gkisdakis, Petros Grammenos, Nikolaos Grammenos, Theodosios Grammenos, Maria Karavassili, Eleftherios Kontomaris, Spyridon Komninos, Theofilos Mesimeris, Spyridon Monastiriotis, Spyridon Moumouris, Nektaria Mexa, Nikolaos Pappas, Christos Vlachos, Alexandros Grasselis, Stamatios Kourtelesis, Konstantinos Poulimenos, Savvas Sideropoulos, Alexandros Dellis, Michail Zervas, Ignatios Koskieris, Dimitiros Daikos, Christos Dranos vs Dimos Kerkyras (L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss — Kuntratti ta' xogħol għal żmien fiss suċċessivi fis-settur pubbliku — Kunċetti ta' kuntratti suċċessivi u ta' raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw it-tiġdid ta' dawn il-kuntratti — Miżuri intiżi sabiex jevitaw l-abbużi — Sanzjonjiet — Deċiżjoni dwar kawżi u lmenti fuq livell nazzjonali — Portata ta' l-obbligu ta' interpretazzjoni konformi)

5

2008/C 236/09

Kawża C-265/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fid-19 ta' Ġunju 2008 — Federutility et vs Autorità per l'Energia Elettrica e il Gas

6

2008/C 236/10

Kawża C-274/08: Rikors ippreżentat fil-25 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja

7

2008/C 236/11

Kawża C-276/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif (il-Lussemburgu) fis-26 ta' Ġunju 2008 — Miloud Rimoumi, Gabrielle Suzanne Marie Prick vs Ministre des Affaires Étrangères et de l'Immigration

8

2008/C 236/12

Kawża C-285/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour de cassation (Franza) fit-30 ta' Ġunju 2008 — Société Moteurs Leroy Somer vs Société Dalkia France, Société Ace Europe

8

2008/C 236/13

Kawża C-287/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Milano (L-Italja) fit-30 ta' Ġunju 2008 — Crocefissa Savia et vs Ministero dell'Istruzione, dell'Università e della Ricerca et

9

2008/C 236/14

Kawża C-301/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour de cassation (Il-Lussemburgu) fis-7 ta' Lulju 2008 — Irène Bogiatzi, miżżewġa Ventouras vs Deutscher Luftpool, Société Luxair SA, Il-Komunitajiet Ewropej, L-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Le Foyer Assurances SA

9

2008/C 236/15

Kawża C-317/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Giudice di Pace di Ischia (l-Italja) fil-15 ta' Lulju 2008 — Rosalba Alassini vs Telecom Italia SpA

10

2008/C 236/16

Kawża C-318/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Giudice di Pace di Ischia (l-Italja) fil-15 ta' Lulju 2008 — Filomena Califano vs Wind SpA

10

2008/C 236/17

Kawża C-319/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Giudice di Pace di Ischia (l-Italja) fil-15 ta' Lulju 2008 — Lucia Anna Giorgia Iacono vs Telecom Italia SpA

11

2008/C 236/18

Kawża C-320/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Giudice di Pace di Ischia (l-Italja) fil-15 ta' Lulju 2008 — Multiservice Srl vs Telecom Italia SpA

11

2008/C 236/19

Kawża C-323/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (Spanja) fis-16 ta' Lulju 2008 — Ovidio Rodríguez Mayor, Pilar Pérez Boto, Pedro Gallego Morzillo, Alfonso Francisco Pérez, Juan Marcelino Gabaldón Morales, Marta María Maestro Campo u Bartolomé Valera Huete vs Il-wirt battal ta' Rafael de las Heras Dávila, Sagrario de las Heras Dávila u Fondo de Garantía Salarial

12

2008/C 236/20

Kawża C-328/08: Rikors ippreżentat fis-17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

12

2008/C 236/21

Kawża C-365/06: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizza (It-Tielet Awla) tat-3 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

13

2008/C 236/22

Kawża C-31/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

13

 

Qorti tal-Prim' Istanza

2008/C 236/23

Kawża T-251/06: Rikors ippreżentat fil-15 ta' Lulju 2008 — Meyer-Falk vs Il-Kummissjoni

14

2008/C 236/24

Kawża T-273/08: Rikors ippreżentat fl-14 ta' Lulju 2008 — X Technology Swiss vs UASI — Ipko-Amcor (First-On-Skin)

14

2008/C 236/25

Kawża T-276/08: Rikors ippreżentat fil-5 ta' Lulju 2008 — Al-Aqsa vs Il-Kunsill

15

2008/C 236/26

Kawża T-277/08: Rikors ippreżentat fil-15 ta' Lulju 2008 — Bayer Healthcare vs UASI — Laboratorios ERN (CITRACAL)

15

2008/C 236/27

Kawża T-284/08: Rikors ippreżentat fil-21 ta' Lulju 2008 — People's Mojahedin of Iran vs Il-Kunsill

16

2008/C 236/28

Kawża T-292/08: Rikors ippreżentat fit-23 ta' Lulju 2008 — Inditex vs UASI

16

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Qorti tal-Ġustizzja

13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/1


(2008/C 236/01)

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU C 223, 30.8.2008

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 209, 15.8.2008

ĠU C 197, 2.8.2008

ĠU C 183, 19.7.2008

ĠU C 171, 5.7.2008

ĠU C 158, 21.6.2008

ĠU C 142, 7.6.2008

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

 

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-Ġustizzja

13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-504/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/57/KEE - Ħtiġiet minimi ta' sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f'postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli - Artikolu 3(1) - Traspożizzjoni inkorretta)

(2008/C 236/02)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin u I. Kaufmann-Bühler, aġenti]

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana [rappreżentanti: I. Braguglia, aġent u W. Ferrante, avvocato dello Stato]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni inkorretta ta' l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/57/KEE, ta' l-24 ta' Ġunju 1992, dwar il-ħtiġiet minimi ta' sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f'postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli (it-tmien Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16 (1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 245, p. 6) — Ħatra ta' koordinaturi għall-kwistjonijiet ta' sigurtà u tas-saħħa għal post ta' kostruzzjoni li fih hemm preżenti iktar minn kuntrattur wieħed

Dispożittiv

1)

Billi ma ttrasponietx korrettement fil-liġi Taljana l-Artikolu 3 (1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/57/KEE, ta' l-24 ta' Ġunju 1992, dwar il-ħtiġiet minimi ta' sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f'postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli (it-tmien Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16 (1) tad-Direttiva 89/391/KEE), ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva.

2)

Kull parti tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo de Madrid — Spanja) — Ecologistas en Acción-CODA vs Ayuntamiento de Madrid

(Kawża C-142/07) (1)

(Direttivi 85/337/KEE u 97/11/KE - Stima ta' l-effetti ta' proġetti fuq l-ambjent - Xogħlijiet ta' rranġar u ta' titjib ta' toroq urbani - Soġġezzjoni)

(2008/C 236/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ecologistas en Acción-CODA

Konvenut: Ayuntamiento de Madrid

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado Contencioso-Administrativo de Madrid — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40) — Proġetti ta' żvilupp ta' toroq urbani f'żoni ta' densità demografika għolja jew li jirrigwardaw pajsaġġi importanti mill-aspett storiku, kulturali u arkeoloġiku — Soġġezzjoni għal proċedura ta' stima minħabba n-natura, id-daqs u l-effett tagħhom — Applikabbiltà tal-kriterji tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C-332/04, Il-Kummissjoni vs Spanja

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE tat-3 ta' Marzu 1997, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprovdi għall-istima ta' l-effetti fuq l-ambjent tal-proġetti ta' rranġar u ta' titjib ta' toroq urbani meta dawn ikunu proġetti previsti fil-punt 7(b) jew (ċ) ta' l-Anness I ta' din id-direttiva, jew meta dawn ikunu proġetti previsti fil-punt 10(e) jew fl-ewwel inċiż tal-punt 13 ta' l-Anness II ta' l-imsemmija direttiva, li x'aktarx ikun sejjer ikollhom impatt sinjifikattiv fuq l-ambjent minħabba n-natura, id-daqs jew il-lokalizzazzjoni tagħhom u, jekk ikun il-każ, fid-dawl ta' l-interazzjoni tagħhom ma' proġetti oħra.


(1)  ĠU C 129, 9.6.2007.


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta' Lulju 2008 — C.A.S. SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-204/07 P) (1)

(Appell - Ftehim ta' Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 239 - Kodiċi Doganali Komunitarju - Ħlas lura u maħfra ta' dazji fuq l-importazzjoni - Konċentrat ta' meraq tal-frott provenjenti mit-Turkija - Ċertifikati ta' ċirkulazzjoni - Falsifikazzjoni - Sitwazzjoni partikolari)

(2008/C 236/04)

Lingwa tal-proċedura: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: C.A.S. SpA (rappreżentant: D. Ehle, Rechtsanwalt)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u S. Schønberg, agenti, M. Núñez-Müller, Rechtsanwalt)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tas-6 ta' Frar 2007, fil-kawża T-23/03, CAS vs Il-Kummissjoni, li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REC 10/01, tat-18 ta' Ottubru 2002, dwar talba għal maħfra ta' dazji fuq l-importazzjoni miġbura a posteriori fuq konċentrat tal-meraq tal-frott provenjenti mit-Turkija importat permezz ta' ċertifikati ta' oriġini li rriżultaw foloz meta sar kontroll ulterjuri — Nuqqasijiet u żbalji mwettqa mill-awtoritajiet Torok u mill-Kummissjoni li jistgħu jkunu tali li joħolqu sitwazzjoni partikolari fis-sens ta' l-Artikolu 239 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p. 1) — Tqassim ta' l-oneru tal-prova fir-rigward ta' l-eżistenza ta' sitwazzjoni partikolari — Klassifikazzjoni ġuridika tad-dokumenti u tal-fatti

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-6 ta' Frar 2007, CAS vs Il-Kummissjoni (T-23/03), hija annullata.

2)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ottubru 2002 (REC 10/01) huwa annullat.

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.


(1)  ĠU C 140, 23.6.2007.


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — Il-Ġermanja) — Dieter Janecek vs Freistaat Bayern

(Kawża C-237/07) (1)

(Direttiva 96/62/KE - Stima u mmaniġġjar tal-kwalità ta' l-arja ċirkostanti - Iffissar tal-valuri limitu - Dritt ta' terz li ġarrab ħsara għal saħħtu sabiex jiġi mfassal pjan ta' azzjoni)

(2008/C 236/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dieter Janecek

Konvenut: Freistaat Bayern

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE, tas-27 ta' Settembru 1996, dwar l-istima u l-immaniġjar tal-kwalità ta' l-arja ċirkostanti (ĠU L 296, p. 55) — Dritt għal terz, li s-saħħa tiegħu hija affettwata, li jara li jiġi mfassal pjan ta' azzjoni kif previst bid-direttiva, billi dan it-terz għandu, skond id-dritt nazzjonali, dritt li jressaq proċeduri ġudizzjarji għal miżuri sabiex ma jinqabżux il-valuri limitu tal-partiċelli

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE, tas-27 ta' Settembru 1996, dwar l-istima u l-immaniġjar tal-kwalità ta' l-arja ċirkostanti, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Settembru 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta' riskju li jinqabżu l-valuri limitu jew il-limiti ta' twissija, l-individwi direttament ikkonċernati għandhom ikunu jistgħu jeħtieġu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jfasslu pjan ta' azzjoni, anke jekk huma jkollhom, bis-saħħa tal-liġi nazzjonali, mezzi ta' azzjoni oħrajn sabiex jeħtieġu lil dawn l-awtoritajiet kompetenti jieħdu miżuri sabiex jiġi miġġieled it-tniġġis atmosferiku.

2)

L-Istati Membri huma obbligati biss, suġġett għall-istħarriġ tal-qorti nazzjonali, li, fil-kuntest ta' pjan ta' azzjoni u fuq medda qasira ta' żmien, jieħdu l-miżuri xierqa sabiex inaqqsu kemm jista' jkun ir-riskju li jinqabżu l-valuri limitu jew il-limiti ta' twissija u sabiex iseħħ ritorn progressiv għal livell iktar baxx minn dawn il-valuri jew limiti, filwaqt li jittieħdu in kunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi fattwali u l-interessi konfliġġenti kollha.


(1)  ĠU C 183, 4.8.2007.


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-493/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jtwettaq obbligu - Direttiva 2002/22/KE - Artikolu 26(3) - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Netwerks u servizzi - Numru uniku Ewropew għal sejħa ta' emerġenza - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

(2008/C 236/06)

Lingwa tal-kawża: Is-Slovakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun u J. Javorský, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: J. Čorba, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fi-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu ma' l-Artikolu 26(3) tal-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”) (ĠU L 108, p. 51)

Dispożittiv

1)

Billi ma assiguratx li l-impriżi li jużaw networks pubbliċi tat-telefon jipprovdu, safejn dan huwa teknikament possibbli, għas-sejħiet lin-numru uniku Ewropew għal sejħa ta' emerġenza “112”, l-informazzjoni relatata mal-lokalizzazzjoni tal-persuna li qed iċċempel lill-awtoritajiet li jintervjenu f'każ ta' urġenza, ir-Repubblika Slovakka naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”).

2)

Ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 315, 22.12.2007.


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Awla Manja Awla) tal-25 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland, l-Irlanda) — Blaise Baheten Metock, Hanette Eugenie Ngo Ikeng, Christian Joel Baheten, Samuel Zion Ikeng Baheten, Hencheal Ikogho, Donna Ikogho, Roland Chinedu, Marlene Babucke Chinedu, Henry Igboanusi, Roksana Batkowska vs Minister for Justice, Equality and Law Reform

(Kawża C-127/08) (1)

(Direttiva 2004/38/KE - Drittijitet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' Stat Membru - Membri tal-familja li huma ċittadini ta' pajjiż terz - Ċittadini ta' pajjiż terz li daħlu fl-Istat Membru ospitanti qabel ma' saru konjuġi ta' ċittadin ta' l-Unjoni)

(2008/C 236/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Ireland, l-Irlanda

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent(i): Blaise Baheten Metock, Hanette Eugenie Ngo Ikeng, Christian Joel Baheten, Samuel Zion Ikeng Baheten, Hencheal Ikogho, Donna Ikogho, Roland Chinedu, Marlene Babucke Chinedu, Henry Igboanusi, Roksana Batkowska

Konvenut(a)(i): Minister for Justice, Equality and Law Reform

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Ireland — Interpetazzjoni ta' l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38/KE, tad-29 ta' April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, p.77) — Konjuġi li jkun ċittadin ta' Stat terz — Leġiżlazzjoni nazzjonali ta' l-Istat Membru ospitanti li tissuġġetta d-dritt ta' residenza ta' membri tal-familja għal residenza legali preċedenti fi Stat Membru ieħor.

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, tipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li teżiġi li ċittadin ta' pajjiż terz, miżżewweġ ma' ċittadin ta' l-Unjoni li jgħix legalment f'dan l-Istat Membru li tiegħu huwa m'għandux iċ-ċittadinanza, irid jkun għex legalment fi Stat Membru ieħor qabel il-wasla tiegħu fl-Istat Membru ospitanti, sabiex jibbenefika mid-dispożizzjonijiet ta' din id-direttiva.

2)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz miżżewweġ ma' ċittadin ta' l-Unjoni li jgħix fi Stat Membru li tiegħu mhuwiex ċittadin, li jakkumpanja jew jingħaqad ma' dan iċ-ċittadin ta' l-Unjoni, igawdi mid-dispożizzjonijiet ta' l-imsemmija direttiva, indipendement mill-post u d-data taż-żwieġ tagħhom kif ukoll mill-mod kif dan iċ-ċittadin ta' pajjiż terz daħal fl-Istat Membru ospitanti.


(1)  ĠU C 166, 9.5.2008.


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta' Ġunju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Monomeles Protodikeio Kerkyras — Il-Greċja) — Vassilakis Spyridon, Theodoros Gkisdakis, Petros Grammenos, Nikolaos Grammenos, Theodosios Grammenos, Maria Karavassili, Eleftherios Kontomaris, Spyridon Komninos, Theofilos Mesimeris, Spyridon Monastiriotis, Spyridon Moumouris, Nektaria Mexa, Nikolaos Pappas, Christos Vlachos, Alexandros Grasselis, Stamatios Kourtelesis, Konstantinos Poulimenos, Savvas Sideropoulos, Alexandros Dellis, Michail Zervas, Ignatios Koskieris, Dimitiros Daikos, Christos Dranos vs Dimos Kerkyras

(Kawża C-364/07) (1)

(L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss - Kuntratti ta' xogħol għal żmien fiss suċċessivi fis-settur pubbliku - Kunċetti ta' “kuntratti suċċessivi’ u ta' “raġunijiet oġġettivi’ li jiġġustifikaw it-tiġdid ta' dawn il-kuntratti - Miżuri intiżi sabiex jevitaw l-abbużi - Sanzjonjiet - Deċiżjoni dwar kawżi u lmenti fuq livell nazzjonali - Portata ta' l-obbligu ta' interpretazzjoni konformi)

(2008/C 236/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Monomeles Protodikeio Kerkyras

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vassilakis Spyridon, Theodoros Gkisdakis, Petros Grammenos, Nikolaos Grammenos, Theodosios Grammenos, Maria Karavassili, Eleftherios Kontomaris, Spyridon Komninos, Theofilos Mesimeris, Spyridon Monastiriotis, Spyridon Moumouris, Nektaria Mexa, Nikolaos Pappas, Christos Vlachos, Alexandros Grasselis, Stamatios Kourtelesis, Konstantinos Poulimenos, Savvas Sideropoulos, Alexandros Dellis, Michail Zervas, Ignatios Koskieris, Dimitiros Daikos, Christos Dranos

Konvenut: Dimos Kerkyras

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Monomeles Protodikeio Kerkyras — Interpretazzjoni tal-klawżola 5(1) u (2) ta' l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta' Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU L 175, pag. 43) — Kuntratti ta' xogħol konklużi ma' l-amministrazzjoni pubblika — Kunċett ta' raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw it-tiġdid, mingħajr limitu, tal-kuntratti għal żmien fiss suċċessivi — Kunċett ta' kuntratti suċċessivi

Dispożittiv

1)

Meta jkun hemm traspożizzjoni tardiva ta' direttiva fis-sistema ġuridika ta' l-Istat Membru kkonċernat kif ukoll meta d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-direttiva ma jkollhomx effett dirett, il-qrati nazzjonali għandhom, safejn huwa possibbli, jinterpretaw id-dritt intern, wara li jkun skada t-terminu ta' traspożizzjoni, fid-dawl tat-test u l-għan tad-direttiva in kwistjoni sabiex jintlaħqu r-riżultati segwiti minn dan ta' l-aħħar, u dan billi tiġi ffavorita l-interpretazzjoni tar-regoli nazzjonali li l-aktar taqbel ma' dan il-għan sabiex b'hekk tinstab soluzzjoni kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta' din id-direttiva.

2)

Il-klawżola 5(1)(a) tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss, konkluż fit-18 ta' Marzu 1999, li jidher fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta' Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi l-użu ta' kuntratti ta' xogħol għal żmien fiss suċċessivi li jkun iġġustifikat mis-sempliċi fatt li dan l-użu huwa previst minn liġi jew regolament ġenerali ta' Stat Membru. Għall-kuntrarju, il-kunċett ta' “raġunijiet oġġettivi”, fis-sens ta' din l-imsemmija klawżola, jirrikjedi li l-użu ta' dan it-tip partikolari ta' relazzjoni ta' xogħol, kif prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, ikun iġġustifikat mill-eżistenza ta' elementi konkreti marbuta b'mod partikolari ma' l-attività in kwistjoni u mal-kundizzjonijiet ta' l-eżerċizzju tagħha.

3)

Il-klawżola 5 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix, fil-prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik imsemmija fit-tielet domanda preliminari, li tipprovdi li huma biss il-kuntratti jew relazzjonijiet ta' xogħol għal żmien fiss li jkunu separati minn tul ta' żmien ta' anqas minn tliet xhur li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li huma ta' natura “suċċessiva” fis-sens ta' l-imsemmija klawżola.

4)

F'ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss għandu jiġi interpretat fis-sens li, safejn is-sistema legali interna ta' l-Istat Membru kkonċernat ma tidhirx li għandha, fil-qasam li qed jiġi kkunsidrat, miżuri oħrajn effettivi sabiex jiġi evitat u, jekk ikun il-każ, jiġi ssanzjonat l-użu abbużiv ta' kuntratti għal żmien fiss suċċessivi, dan il-ftehim qafas jipprekludi l-applikazzjoni ta' regola ta' dritt nazzjonali li tipprojbixxi b'mod assolut, fis-settur pubbliku biss, il-bidla f'kuntratt ta' xogħol għal żmien indeterminat ta' numru ta' kuntratti għal żmien fiss li, peress li kellhom l-għan li jkopru l-“ħtiġijiet permanenti u dewwiema” ta' min iħaddem, għandhom jitqiesu abbużivi. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju, skond l-obbligu ta' interpretazzjoni konformi tagħha, li għandha tivverifika jekk is-sistema legali interna tagħha għandhiex dawn il-miżuri effettivi oħrajn.

5)

Il-prinċipju ta' l-effett utli tad-dritt Komunitarju u l-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss ma jipprekludux, fil-prinċipju, dispożizzjoni nazzjonali li tgħid li awtorità amministrativa indipendenti hija kompetenti li eventwalment tikkwalifika kuntratti għal żmien fiss bħala kuntratti għal żmien indeterminat. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tara li jiġi ggarantit id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-osservanza tal-prinċipji ta' effettività u ta' ekwivalenza.


(1)  ĠU C 247, 20.10.2007.


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fid-19 ta' Ġunju 2008 — Federutility et vs Autorità per l'Energia Elettrica e il Gas

(Kawża C-265/08)

(2008/C 236/09)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Federutility, Assogas, Libarna Gas spa, Collino Commercio spa, Sadori gas spa, Egea Commerciale, E.On Vendita srl, Sorgenia spa

Konvenuta: Autorità per l'Energia Elettrica e il Gas

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 23 tad-Direttiva 2003/55/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Ġunju 2003, li tirregola l-liberalizzazzjoni tas-suq tal-gass, għandu jiġi interpretat, b'mod konformi mal-prinċipji stabbiliti mit-Trattat KE, fis-sens li jipprekludi liġi nazzjonali (u l-atti għall-applikazzjoni tagħha li jirriżultaw minnha) li wara l-1 ta' Lulju 2007, bi ksur ta' din id-dispożizzjoni u l-prinċipji Komunitarji, tħalli lill-awtorità regolatorja nazzjonali s-setgħa li tistabbilixxi l-prezzijiet ta' referenza tal-provvista ta' gass naturali lill-klijenti domestiċi (kategorija mhux determinata u mhux definita fil-livelli ta' referenza li ma timplikax, fiha nnifisha, l-evalwazzjoni ta' sitwazzjonijiet partikolari ta' bżonn soċjo-ekonomiku li jista' jiġġustifika d-definizzjoni ta' l-imsemmija prezzijiet ta' referenza), liema prezzijiet l-impriżi tad-distribuzzjoni jew tal-bejgħ huma marbuta li jinkludu fost l-offerti kummerċjali tagħhom fil-kuntest ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku tagħhom?

2)

Din id-dispożizzjoni (l-imsemmi Artikolu 23) għandha tiġi interpretata flimkien ma' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/55/KE (li fil-paragrafu (2) jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu, fl-interess ekonomiku ġenerali, jimponu obbligi relatati mas-servizz pubbliku fuq l-impriżi li joperaw fis-settur tal-gass dwar, bħal f'dan il-każ, il-prezz tal-provvista) fis-sens li tali dispożizzjonijiet Komunitarji ma jipprekludux liġi nazzjonali li, meta tittieħed in kunsiderazzjoni s-sitwazzjoni partikolari tas-suq, li għadu kkaratterizzat min-nuqqas ta' kundizzjonijiet ta' “kompetizzjoni effettiva”, almenu fis-settur tal-kummerċjalizzazzjoni bl-ingrossa, tippermetti d-determinazzjoni mill-amministrazzjoni tal-prezz ta' referenza tal-gass naturali, li għandu jintwera b'mod obbligatorju fost l-offerti kummerċjali ta' kull wieħed mill-bejjiegħa lill-klijenti domestiċi tiegħu fil-kuntest tal-kunċett ta' servizz universali, għalkemm il-klijenti kollha għandhom jitqiesu bħal “ħielsa”?


(1)  ĠU L 176, p. 57.


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/7


Rikors ippreżentat fil-25 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja

(Kawża C-274/08)

(2008/C 236/10)

Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentata minn B. Schima u P. Dejmek, bħala aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' l-Iżvezja

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottax il-miżuri adegwati sabiex jiggarantixxi r-rekwiżiti ta' separazzjoni funzjonali bejn l-interessi tad-distribuzzjoni u tal-produzzjoni f'impriża integrata vertikalment, b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 15(2)(b) u (c) tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (1), u billi ma nkarigax l-awtorità regolatorja sabiex tiffissa jew tapprova, qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom, il-metodoloġiji sabiex jiġu kkalkolati jew stabbiliti l-kundizzjonijiet ta' aċċess għan-netwerks nazzjonali, inklużi t-tariffi ta' trasmissjoni u ta' distribuzzjoni, b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 23(2)(a) tagħha, ir-Renju ta' l-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju ta' l-Iżvezja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Renju ta' l-Iżvezja jinvoka diversi dispożizzjonijiet tal-liġi fuq l-elettriċità sabiex isostni li l-Artikolu 15(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva ġie traspost fid-dritt Żvediż, filwaqt li jsostni li l-amministrazzjoni ta' netwerk (attività ta' distribuzzjoni) għandha tkun is-suġġett ta' kontabbiltà distinta u li l-awdituri tal-kumpannija responsabbli min-netwerk għandhom jeżaminaw dawn il-kontijiet separatament. Barra minn dan, ir-Renju ta' l-Iżvezja jsostni li l-ispejjeż komuni għall-operatur tan-netwerk u għal kumpannija oħra għandhom ikunu kontabbilizzati fuq l-operatur għas-sehem tiegħu biss. Barra minn dan, l-operaturi ta' netwerk huma obbligati li jistabbilixxu pjan ta' sorveljanza u li jiżguraw li dan ikun osservat.

Il-Kummissjoni tqis madankollu li r-rekwiżiti ċari fir-rigward ta' l-organizzazzjoni tat-tmexxija, imposti mill-Artikolu 15(2)(b) u (ċ) ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala li huma ssodisfati permezz ta' regoli ġenerali dwar, per eżempju, il-kontabbiltà distinta ta' l-ispejjeż jew permezz ta' miżuri ġenerali oħra ta' sanzjoni.

Skond ir-Renju ta' l-Iżvezja, ir-rekwiżiti ta' separazzjoni funzjonali huma ssodisfati wkoll permezz tad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-liġi dwar il-kumpanniji b'responsabbiltà limitata, li jipprovdu li l-kumpanniji parent u l-kumpanniji sussidjarji għandhom personalità legali distinta u huma persuni legali distinti.

Il-Kummissjoni hija ta' l-opinjoni li kumpannija parent, fil-kwalità tagħha ta' azzjonista b'maġġoranza, teżerċita influwenza determinanti fuq il-kumpannija jew kumpanniji sussidjarji tagħha, peress li ċerti kwistjonijiet importanti jaqgħu taħt is-setgħa ta' deċiżjoni ta' l-azzjonisti. Kumpannija ta' distribuzzjoni u l-bord tad-diretturi tagħha għalhekk qatt ma jistgħu jkunu indipendenti mill-azzjonist b'maġġoranza fuq il-bażi tad-dritt tal-kumpanniji biss. Bl-istess mod, iċ-ċirkustanza li kumpannija integrata tosserva d-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-kumpanniji b'responsabbiltà limitata fir-rigward ta' kontroll tal-kontijiet u ta' restrizzjonijiet fuq trasferimenti ta' l-assi ma tfissirx, skond il-Kummissjoni, li r-rekwiżiti ta' tmexxija indipendenti huma ssodisfati. Skond il-Kummissjoni, traspożizzjoni korretta ta' l-Artikolu 15(2)(b) u (ċ) tippresupponi l-eżistenza ta' regoli vinkolanti li jirriflettu b'mod ċar ir-rekwiżiti imposti minn dawn id-dispożizzjonijiet, jiġifieri l-garanzija li t-tmexxija ta' l-attività ta' distribuzzjoni tista' taġixxi b'mod awtonomu, b'mod indipendenti mill-impriża ta' l-elettriku integrata, f'dak li jirrigwarda d-distribuzzjoni u l-assi meħtieġa għall-esplojtazzjoni, il-manutenzjoni jew l-iżvilupp tan-network. Dawn ir-rekwiżiti mhumiex issodisfati permezz tad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-kumpanniji b'responsabbiltà limitata.

Kif inhu msemmi fl-Artikolu 23(2)(a), id-Direttiva tirrikjedi sistema ta' approvazzjoni bil-quddiem tat-tariffi tan-network jew ta' l-inqas tal-metodoloġiji użati għall-kalkolu jew l-iffissar tagħhom. Ir-Renju ta' l-Iżvezja espressament indika li s-sistema Żvediża tal-kalkolu tat-tariffi tan-netwerk attwalment fis-seħħ, kif ukoll il-kriterji li għandhom jissodisfaw, huma bbażati fuq sistema ta' kontroll a posteriori, iżda li l-introduzzjoni ta' sistema ġdida ta' approvazzjoni bil-quddiem qed tiġi studjata, u li abbozz ta' liġi f'dan is-sens kellu jitressaq quddiem il-Parlament f'Ġunju 2008.

Fiċ-ċirkustanzi msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li r-Renju ta' l-Iżevzja ma ttrasponiex id-Direttiva 2003/54 korrettament, b'mod partikolari l-Artikoli 15(2)(b) u (ċ) u 23(2)(a) tagħha.


(1)  ĠU L 176, p. 37.


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif (il-Lussemburgu) fis-26 ta' Ġunju 2008 — Miloud Rimoumi, Gabrielle Suzanne Marie Prick vs Ministre des Affaires Étrangères et de l'Immigration

(Kawża C-276/08)

(2008/C 236/11)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Miloud Rimoumi, Gabrielle Suzanne Marie Prick

Konvenut: Ministre des Affaires Étrangères et de l'Immigration

Domanda preliminari

L-Artikoli 2(2)(a), 3(1) u 7(2) tad-Direttiva 2004/38/KE li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jkopru biss il-membri tal-familja li kisbu dan l-istatus qabel id-data li fiha ċ-ċittadin ta' l-Unjoni li jkollhom il-ħsieb jakkumpanjaw jew jingħaqdu miegħu jkun eżerċita d-dritt tiegħu għal moviment liberu mogħti lilu mill-Artikolu 39 tat-Trattat KE, jew, bil-kontra, kull ċittadin ta' l-Unjoni li jeżerċita d-dritt tiegħu għal moviment liberu u li huwa stabbilit fi Stat Membru ieħor għajr dak li huwa ċittadin tiegħu, għandu d-dritt li jingħaqad miegħu membru tal-familja tiegħu mingħajr ma dan ta' l-aħħar ikun suġġett għal kundizzjoni fir-rigward tal-waqt tal-ksib ta' dan l-istatus?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/36/KEE (ĠU L 158, p. 77).


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/8


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour de cassation (Franza) fit-30 ta' Ġunju 2008 — Société Moteurs Leroy Somer vs Société Dalkia France, Société Ace Europe

(Kawża C-285/08)

(2008/C 236/12)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Moteurs Leroy Somer

Konvenuta: Société Dalkia France, Société Ace Europe

Domanda preliminari

L-Artikoli 9 u 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-25 ta' Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi (1) jipprekludu l-interpretazzjoni ta' dritt nazzjonali jew ta' ġurisprudenza interna stabbilita b'mod li tippermetti lill-vittma sabiex titlob kumpens għad-dannu kkawżat għal oġġett intiż għall-użu professjonali u użat b'dan il-għan, meta din il-vittma tipprovdi biss il-prova tad-dannu, tad-difett tal-prodott u tar-rabta kawżali bejn dan id-difett u d-dannu?


(1)  ĠU L 210, p. 29.


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Milano (L-Italja) fit-30 ta' Ġunju 2008 — Crocefissa Savia et vs Ministero dell'Istruzione, dell'Università e della Ricerca et

(Kawża C-287/08)

(2008/C 236/13)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Crocefissa Savia, Monica Maria Porcu, Ignazia Randazzo, Daniela Genovese, Mariangela Campanella

Konvenuti: Ministero dell'Istruzione, dell'Università e della Ricerca, Direzione Didattica II Circolo — Limbiate, Úfficio Scolastico Regionale per la Lombardia, Direzione Didattica III Circolo — Rozzano, Direzione Didattica IV Circolo — Rho, Istituto Comprensivo — Castano Primo, Istituto Comprensivo A. Manzoni — Rescaldina

Domandi preliminari

1)

Leġiżlatur ta' Stat ta' l-Unjoni Ewropea jista' jadotta leġiżlazzjoni intiża li tagħti interpretazzjoni awtentika iżda li, fir-realtà, hija innovattiva fil-kontenut u hija ta' natura — b'mod partikolari — li tattribwixxi b'mod retroattiv lill-leġiżlazzjoni interpretata effetti li mhumiex dawk attribwiti preċedentement mill-ġurisprudenza prevalenti tal-qrati li jiddeċiedu fuq il-mertu u mill-ġurisprudenza kkonsolidata tal-qrati superjuri?

2)

Ir-risposta għad-domanda preċedenti tista' tiġi influwenzata mill-possibbiltà li l-leġiżlazzjoni adottata tiġi kklassifikata mhux bħala innovattiva b'effetti retroattivi, iżda bħala leġiżlazzjoni verament interpretattiva, billi tali klassifikazzjoni tiġi dedotta mill-konformità tagħha mal-qari tat-test oriġinali mill-ġurisprudenza minoritarja tal-qrati li jiddeċiedu fuq il-mertu, minkejja li tali klassifikazzjoni ġiet ripetutament kontradetta mill-Corte di Cassazione?

3)

Fil-każ ta' risposta affermattiva, x'effett ikollu, fiż-żewġ każijiet, fuq l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta' tali leġiżlazzjoni mad-dritt Komunitarju, u, b'mod partikolari, mal-prinċipji li jikkontribwixxu sabiex is-smigħ jiġi kklassifikat bħala “xieraq”, il-fatt li l-Istat innifsu huwa parti fil-kawża u li l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni adottata fil-fatt timponi fuq il-qorti li hija tiċħad it-talbiet imressqa quddiemha?

4)

Liema huma, b'mod indikattiv, ir-“raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali” li jistgħu jiġġustifikaw, jekk ikun il-każ ukoll b'deroga mir-risposta li għandha bħala prinċipju tingħata għad-domandi mressqa fil-punti 1, 2 u 3 iktar il-fuq, ir-rikonoxximent ta' l-effetti retroattivi ta' dispożizzjoni ta' liġi applikabbli fil-qasam ċivili u f'relazzjonijiet ta' dritt privat, minkejja li dawn jiġu konklużi ma' entità pubblika?

5)

Dawn ir-raġunijiet jinkludu motivi ta' organizzazzjoni bħal dawk li l-Corte di Cassazione Taljana rreferiet għalihom fis-sentenzi tagħha Nri 618, 677 u 11922/2088 sabiex tiġi ġġustifikata, b'mod partikolari, minħabba n-neċessità li tiġi “rregolata operazioni ta' ristrutturar ta' portata wiesgħa”, l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni intiża biex tirregola t-trasferiment ta' l-ATA [persunal amministrattiv tekniku u awżiljarju] ta' l-entitajiet lokali lejn l-Istat iktar minn sitt snin wara t-trasferiment stess?

6)

F'kull każ, hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddeċiedi, jekk il-liġi nazzjonali ma tgħid xejn, ir-“raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali” li — fil-każ ta' kawża pendenti u b'deroga mill-prinċipju ta' ugwaljanza ta' l-armi fil-kawża — jistgħu jiġġustifikaw l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni b'effetti retroattivi li tista' taqleb l-eżitu tal-kawża, jew, għall-kuntrarju, il-qorti nazzjonali għandha tillimita ruħha li tevalwa biss il-kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju tal-motivi invokati espressament in sostenn ta' l-għażliet tagħha mill-leġiżlaztur ta' l-Istat in kwistjoni?


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/9


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour de cassation (Il-Lussemburgu) fis-7 ta' Lulju 2008 — Irène Bogiatzi, miżżewġa Ventouras vs Deutscher Luftpool, Société Luxair SA, Il-Komunitajiet Ewropej, L-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Le Foyer Assurances SA

(Kawża C-301/08)

(2008/C 236/14)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Irène Bogiatzi, miżżewġa Ventouras

Konvenuti: Deutscher Luftpool, Société Luxair (kumpannija Lussemburgiża ta' navigazzjoni bl-ajru) SA, Il-Komunitajiet Ewropej, L-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Le Foyer Assurances SA

Domandi preliminari

1)

Il-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru ffirmata f'Varsavja fit-12 ta' Ottubru 1929, kif emendata fl-Aja fit-28 ta' Settembru 1955, li jagħmel referenza għaliha r-Regolament (KE) Nru 2027/97 (1), tagħmel parti mir-regoli tas-sistema ġuridika Komunitarja li l-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti li tinterpreta skond l-Artikolu 234 KE?

2)

[Ir]-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 tad-9 ta' Ottubru 1997 dwar ir-responsabbilità ta' trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta' inċidenti, fil-verżjoni applikabbli tiegħu fiż-żmien ta' l-inċident, jiġifieri fil-21 ta' Diċembru 1998, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-kwistjonijiet mhux espressament regolati, id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Varsavja, f'dan il-każ l-Artikolu 29, ikomplu jkunu applikabbli għal titjira bejn Stati Membri tal-Komunità?

3)

F'każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel u għat-tieni domanda, l-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni ta' Varsavja, fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 2027/97, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu ta' sentejn previst fih jista' jiġi sospiż jew interrott jew li t-trasportatur jew l-assiguratur tiegħu jistgħu jirrinunċjaw għalih, permezz ta' att ikkunsidrat mill-qorti nazzjonali bħala li jiswa ta' rikonoxximent ta' responsabbiltà?


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 tad-9 ta' Ottubru 1997 dwar ir-responsabbilità ta' trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta' inċidenti (ĠU L 285, p. 1).


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/10


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Giudice di Pace di Ischia (l-Italja) fil-15 ta' Lulju 2008 — Rosalba Alassini vs Telecom Italia SpA

(Kawża C-317/08)

(2008/C 236/15)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di Pace di Ischia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rosalba Alassini

Konvenuta: Telecom Italia SpA

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet Komunitarji li jinsabu fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, fid-Direttiva 2002/22/KE (1), fid-Direttiva 1999/44/KE (2), fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/310/KE (3) u fid-Direttiva 1998/257/CE (4) għandhom effett dirett vinkolanti u għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kontroversji “fl-oqsma tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bejn utenti finali u operaturi, li jirrigwardaw in-nuqqas ta' rispett tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti finali stabbiliti fid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, fid-deliberazzjonijiet ta' l-awtorità, fil-kundizzjonijiet kuntrattwali u fil-kundizzjonijiet tas-servizz” (kontroversji previsti fl-Artikolu 2 tad-deliberazzjonijiet ta' l-awtorità garanti Nru. 173/07/CONS), m'għandhomx ikunu suġġetti għal tentativ obbligatorju ta' konċiljazzjoni li fin-nuqqas tiegħu ma jkunx jista' jitressaq rikors quddiem il-qrati, b'tali mod li jipprevalu fuq id-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 3(1) ta' l-imsemmija deliberazzjoni ta' l-awtorità garanti tal-komunikazzjoni?


(1)  ĠU L 108, p. 51.

(2)  ĠU L 171, p. 12.

(3)  ĠU L 109, p. 56.

(4)  ĠU L 115, p. 31 (Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni).


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/10


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Giudice di Pace di Ischia (l-Italja) fil-15 ta' Lulju 2008 — Filomena Califano vs Wind SpA

(Kawża C-318/08)

(2008/C 236/16)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di Pace di Ischia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Filomena Califano

Konvenuta: Wind SpA

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet Komunitarji li jinsabu fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, fid-Direttiva 2002/22/KE (1), fid-Direttiva 1999/44/KE (2), fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/310/KE (3) u fid-Direttiva 1998/257/CE (4) għandhom effett dirett vinkolanti u għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kontroversji “fl-oqsma tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bejn utenti finali u operaturi, li jirrigwardaw in-nuqqas ta' rispett tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti finali stabbiliti fid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, fid-deliberazzjonijiet ta' l-awtorità, fil-kundizzjonijiet kuntrattwali u fil-kundizzjonijiet tas-servizz” (kontroversji previsti fl-Artikolu 2 tad-deliberazzjonijiet ta' l-awtorità garanti Nru. 173/07/CONS), m'għandhomx ikunu suġġetti għal tentativ obbligatorju ta' konċiljazzjoni li fin-nuqqas tiegħu ma jkunx jista' jitressaq rikors quddiem il-qrati, b'tali mod li jipprevalu fuq id-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 3(1) ta' l-imsemmija deliberazzjoni ta' l-awtorità garanti tal-komunikazzjoni?


(1)  ĠU L 108, p. 51.

(2)  ĠU L 171, p. 12.

(3)  ĠU L 109, p. 56.

(4)  ĠU L 115, p. 31 (Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni).


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/11


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Giudice di Pace di Ischia (l-Italja) fil-15 ta' Lulju 2008 — Lucia Anna Giorgia Iacono vs Telecom Italia SpA

(Kawża C-319/08)

(2008/C 236/17)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di Pace di Ischia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lucia Anna Giorgia Iacono

Konvenuta: Telecom Italia SpA

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet Komunitarji li jinsabu fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, fid-Direttiva 2002/22/KE (1), fid-Direttiva 1999/44/KE (2), fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/310/KE (3) u fid-Direttiva 1998/257/CE (4) għandhom effett dirett vinkolanti u għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kontroversji “fl-oqsma tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bejn utenti finali u operaturi, li jirrigwardaw in-nuqqas ta' rispett tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti finali stabbiliti fid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, fid-deliberazzjonijiet ta' l-awtorità, fil-kundizzjonijiet kuntrattwali u fil-kundizzjonijiet tas-servizz” (kontroversji previsti fl-Artikolu 2 tad-deliberazzjonijiet ta' l-awtorità garanti Nru. 173/07/CONS), m'għandhomx ikunu suġġetti għal tentativ obbligatorju ta' konċiljazzjoni li fin-nuqqas tiegħu ma jkunx jista' jitressaq rikors quddiem il-qrati, b'tali mod li jipprevalu fuq id-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 3(1) ta' l-imsemmija deliberazzjoni ta' l-awtorità garanti tal-komunikazzjoni?


(1)  ĠU L 108, p. 51.

(2)  ĠU L 171, p. 12.

(3)  ĠU L 109, p. 56.

(4)  ĠU L 115, p. 31 (Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni).


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/11


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Giudice di Pace di Ischia (l-Italja) fil-15 ta' Lulju 2008 — Multiservice Srl vs Telecom Italia SpA

(Kawża C-320/08)

(2008/C 236/18)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di Pace di Ischia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Multiservice Srl

Konvenuta: Telecom Italia SpA

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet Komunitarji li jinsabu fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, fid-Direttiva 2002/22/KE (1), fid-Direttiva 1999/44/KE (2), fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/310/KE (3) u fid-Direttiva 1998/257/CE (4) għandhom effett dirett vinkolanti u għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kontroversji “fl-oqsma tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bejn utenti finali u operaturi, li jirrigwardaw in-nuqqas ta' rispett tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti finali stabbiliti fid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, fid-deliberazzjonijiet ta' l-awtorità, fil-kundizzjonijiet kuntrattwali u fil-kundizzjonijiet tas-servizz” (kontroversji previsti fl-Artikolu 2 tad-deliberazzjonijiet ta' l-awtorità garanti Nru. 173/07/CONS), m'għandhomx ikunu suġġetti għal tentativ obbligatorju ta' konċiljazzjoni li fin-nuqqas tiegħu ma jkunx jista' jitressaq rikors quddiem il-qrati, b'tali mod li jipprevalu fuq id-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 3(1) ta' l-imsemmija deliberazzjoni ta' l-awtorità garanti tal-komunikazzjoni?


(1)  ĠU L 108, p. 51.

(2)  ĠU L 171, p. 12.

(3)  ĠU L 109, p. 56.

(4)  ĠU L 115, p. 31 (Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni).


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/12


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (Spanja) fis-16 ta' Lulju 2008 — Ovidio Rodríguez Mayor, Pilar Pérez Boto, Pedro Gallego Morzillo, Alfonso Francisco Pérez, Juan Marcelino Gabaldón Morales, Marta María Maestro Campo u Bartolomé Valera Huete vs Il-wirt battal ta' Rafael de las Heras Dávila, Sagrario de las Heras Dávila u Fondo de Garantía Salarial

(Kawża C-323/08)

(2008/C 236/19)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ovidio Rodríguez Mayor, Pilar Pérez Boto, Pedro Gallego Morzillo, Alfonso Francisco Pérez, Juan Marcelino Gabaldón Morales, Marta María Maestro Campo, Bartolomé Valera Huete

Konvenuti: Il-wirt battal ta' Rafael de las Heras Dávila, Sagrario de las Heras Dávila u Fondo de Garantía Salarial

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 51 tal-Kodiċi tal-Ħaddiema Spanjol jonqos milli jissodisfa l-obbligi imposti mid-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE (1) ta' l-20 ta' Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, billi jillimita d-definizzjoni ta' redundancies kollettivi għal tkeċċijiet minħabba raġunijiet ekonomiċi, tekniċi, organizzativi jew ta' produzzjoni u billi ma jestendix d-definizzjoni għal tkeċċija għal raġuni mhux relatata mal-ħaddiema individwali kkonċernati?

2)

Ir-regola fl-Artikolu 49(1)(g) tal-Kodiċi tal-Ħaddiema li jistabbilixxi kumpens limitat għal paga ta' xahar, għall-ħaddiema li tilfu x-xogħol tagħhom minħabba mewt, irtirar jew inkapaċità ta' min iħaddem, li teskludihom mill-iskop ta' l-Artikolu 51 tal-Kodiċi u li tmur kontra l-Artikoli 1, 2, 3, 4 u 6 tad-Direttiva, tmur ukoll kontra d-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE?

3)

Il-leġiżlazzjoni Spanjola dwar ir-redundancies kollettivi, u b'mod partikolari l-Artikoli 49(1)(g) u 51 tal-Kodiċi tal-Ħaddiema, tikser l-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fondamentali ta' l-Unjoni Ewropea u l-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fondamentali tal-Ħaddiema adottata waqt is-sessjoni tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta' Diċembru 1989 fi Strasburgu?


(1)  ĠU L 225, p. 16.


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/12


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-328/08)

(2008/C 236/20)

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u I. Koskinen, bħala aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta'April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (1) u, f'kull każ, billi ma kkomunikatx tali miżuri lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Finlandja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-30 ta' April 2007.


(1)  ĠU L 143, p. 56.


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/13


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizza (It-Tielet Awla) tat-3 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-365/06) (1)

(2008/C 236/21)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizza (It-Tielet Awla) ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 281, 18.11.2006.


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/13


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-31/08) (1)

(2008/C 236/22)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 79, 29.3.2008.


Qorti tal-Prim' Istanza

13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/14


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Lulju 2008 — Meyer-Falk vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-251/06)

(2008/C 236/23)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Meyer-Falk (Bruchsal, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Crosby, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummmissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Novembru 2006, li biha ġie rrifjutat l-aċċess għal żewġ dokumenti dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u r-riforma tal-Ġustizzja fil-Bulgarija. Qabel ma tressaq ir-rikors, ir-rikorrent ressaq talba għal għajnuna legali, li l-Qorti tal-Prim'Istanza laqgħet permezz ta' deċiżjoni tal-21 ta' Jannar 2008.

In sostenn tar-rikors tiegħu, fl-ewwel lok ir-rikorrent jgħid essenzjalment li l-konvenuta kisret il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba, peress li l-applikazzjoni tar-rikorrent għal aċċess għal dokumenti ġiet rifjutata, minkejja li d-dokumenti kienu aċċessibbli għall-pubbliku bl-eċċezzjoni tar-rikorrent.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jsostni li l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4(1)(a) u (b) kif ukoll ta' l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) hija vvizzjata b'abbuż manifest ta' poter.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43).


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/14


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Lulju 2008 — X Technology Swiss vs UASI — Ipko-Amcor (First-On-Skin)

(Kawża T-273/08)

(2008/C 236/24)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: X Technology Swiss GmbH (Wollerau, l-Iżvizzera) (rappreżentant: A. Herbertz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Ipko-Amcor BV (Zoetermeer, l-Olanda)

Talbiet tar-rikorrenti

tibdel id-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-15 ta' Mejju 2008 fil-kawża R 281/2007-4 b'tali mod li l-oppożizzjoni tiġi miċħuda.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “First-On-Skin” għal prodotti fil-klassijiet 18, 23 u 25 (Applikazzjoni Nru 4 019 981).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ipko-Amcor BV.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark verbali “FIRST” għal prodotti fil-klassi 25 (reġistrazzjoni fil-pajjiżi tal-Benelux Nru 401 666); l-oppożizzjoni saret kontra r-reġistrazzjoni għal prodotti fil-klassi 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: l-oppożizzjoni ġiet miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni ġiet annullata.

Motivi invokati: Ma teżisti l-ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/15


Rikors ippreżentat fil-5 ta' Lulju 2008 — Al-Aqsa vs Il-Kunsill

(Kawża T-276/08)

(2008/C 236/25)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Al-Aqsa (Heerlen, l-Olanda) (rappreżentanti: J. Pauw u M. Uiterwaal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropeja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li l-Kunsill għandu obbligu jikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu subit minnha, liema jammonta għal EUR 10 600 000, flimkien ma' l-interessi ikkalkolati sad-data tad-deċiżjoni fil-kawża preżenti, jew għall-inqas, l-ammont ta' kumpens li jidrilha xieraq tistabbilixxi l-Qorti tal-Prim'Istanza;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob kumpens fir-rigward tad-dannu li hija tallega li subiet minħabba l-fatt li fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/480/KE (1), tas-27 ta' Ġunju 2003, hija tidher fuq il-lista ta' persuni li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (2). L-inklużjoni tar-rikorrenti ġiet sussegwentement ikkonfermata f'kull aġġornament ta' din il-lista.

Ir-rikorrenti ssostni li dawn id-deċiżjonijiet huma illegali għal diversi raġjunijiet. Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti tindika li d-Deċiżjoni 2006/379/KE (3) tad-29 ta' Mejju 2006 ġiet annullata mill-Qorti tal-Prim'Istanza fuq il-bażi li naqset milli tissodisfa l-obbligu ta' motivazzjoni adegwata. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjonijiet huma vvizjati b'numru ta' difetti sostanzjali (4), u tirriferi f'dan ir-rigward għall-motivi tagħha fil-kawża T-327/03 u T-348/07 Al-Aqsa vs Il-Kunsill (5).

Skond ir-rikorrenti, jeżisti ksur suffiċjentement serju tad-drittijiet ta' l-individwi li għaldaqstant jiġġustifika kumpens. Id-dannu subit mir-rikorrenti jikkonsisti kemm f'dannu għar-reputazzjoni tagħha u kemm f'dannu morali, li għalihom il-Kunsill ilu responsabbli mit-28 ta' Ġunju 2003, li hija d-data li fiha daħlu fis-seħħ il-miżuri Komunitarji.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill, 2003/480/KE, tas-27 ta'Ġunju 2003, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2002/974/KE (ĠU L 160, p. 81).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU L 344, p. 70).

(3)  Id-deċiżjoni tal-Kunsill 2006/329/KE, tad-29 ta' Mejju 2006, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2002/974/KE (ĠU L 144, p. 21).

(4)  Deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Lulju 2007 fil-kawża T-327/03 Al-Aqsa vs Il-Kunsill.

(5)  ĠU J C 289, p. 30 u ĠU C 269, p. 61 rispettivament.


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/15


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Lulju 2008 — Bayer Healthcare vs UASI — Laboratorios ERN (CITRACAL)

(Kawża T-277/08)

(2008/C 236/26)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bayer Healthcare LLC (Morristown, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Laboratorios ERN, SA (Sant Just Desvern, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI (Trade marks u Disinni), tal-5 ta' Mejju 2008, fil-każ R 459/2007-4; u

tikkundanna lill-UASI u/jew lil Laboratorios ERN, alternattivament jew in solidum, għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Bayer Healthcare LLC (li qabel kienet Mission Pharmacal Company)

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “CITRACAL” għal prodotti fil-klassi 5, applikazzjoni Nru 1 757 855

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Laboratorios ERN, SA (li qabel kienet Laboratorios Diviser-Aquilea, SL)

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark Spanjola “CICATRAL” bir-reġistrazzjoni Nru 223 532 għal prodotti fil-klassijiet 1 u 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Tilqa' l-oppożizzjoni fir-rigward tal-prodotti kkontestati kollha

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Tiċħad l-appell

Motivi invokati: Il-Bord ta' l-Appell wettaq żball fl-evalwazzjoni tal-provi dwar l'użu tat-trade mark, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-kwistjoni tal-preżentazzjoni ta' traduzzjoni xierqa tal-lista tal-prodotti li fir-rigward tagħhom kienet użata t-trade mark invokata in sostenn ta' l-oppożizzjoni. Barra minn hekk, il-Bord ta' l-Appell evalwa b'mod żbaljat il-kwistjoni dwar l-eżistenza ta' probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti.


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/16


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Lulju 2008 — People's Mojahedin of Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-284/08)

(2008/C 236/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: People's Mojahedin of Iran (Auvers sur Oise, Franza) (rappreżentanti: J.-P. Spitzer, lawyer u D. Vaughan, QC)

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropej

Talbiet tar-rikorrent(i)

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/583/KE safejn tapplika għar-rikorrenti;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob, abbażi ta' l-Artikolu 230 KE, l-annullament parzjali u, safejn tolqot lilha, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/583/KE, tal-15 ta' Lulju 2008 (1) (iktar 'il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001, tas-27 ta' Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/868/KE.

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tosserva li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata għar-raġuni li, safejn din tirrigwarda l-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista ta' organizzazzjonijiet terroristiċi, dak iż-żmien ma kien hemm l-ebda deċiżjoni rilevanti minn awtorità nazzjonali kompetenti li kienet suffiċjenti sabiex tiġġustifika din id-deċiżjoni. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni għandha tiġi annullata peress li, filwaqt li ntqal li kienet ibbażata fuq “informazzjoni ġdida” u fuq deċiżjoni minn awtorità kompetenti differenti minn dik tar-Renju Unit, il-provi li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill ma ntwerewx lir-rikorrenti qabel ma adotta d-deċiżjoni. Barra minn dan, ir-rikorrenti ssostni li ma ngħatat l-ebda ġustifikazzjoni għalfejn tali informazzjoni kellha tiġi meqjusa bħala ġdida jew rilevanti.

Ir-rikorrenti tosserva li d-deċiżjoni kkontestata ttieħdet mingħajr evalwazzjoni xierqa ta' l-informazzjoni l-ġdida u dwar jekk kinitx tikkostitwixxi prova konkreta u affidabbli li l-Kunsill kien intitolat li jaġixxi fuqha, sabiex jipprova li r-rikorrenti kienet involuta fit-terroriżmu.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti tallega li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tad-dritt ta' smigħ xieraq u tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tosserva li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata f'ċirkustanzi li kienu jammontaw għal abbuż jew ksur tal-proċeduri u/jew tal-poter.


(1)  ĠU L 188, p. 21.


13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/16


Rikors ippreżentat fit-23 ta' Lulju 2008 — Inditex vs UASI

(Kawża T-292/08)

(2008/C 236/28)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Industria de Diseño Textil, SA (Inditex) (Arteixo, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Roberto Fernando Marín Díaz de Cerio (Logroño, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI ta' l-24 ta' April 2008 bħala ppreżentat fit-terminu u fil-forma prevista u, permezz tal-proċedura rilevanti, tordna l-annullament ta' dik id-deċiżjoni fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta' parti mill-prodotti rrifjutati.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “OFTEN” (Applikazzjoni Nru 2 798 270) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 14, 16, 18, 25 u 35.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Roberto Fernando Marín Díaz de Cerio.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Il-kelma Spanjola u t-trade marks figurattivi “OLTEN” u t-trade mark figurattiva Spanjola “OLTENWATCH”, għal prodotti fil-klassi 14.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Tilqa' parzjalment l-oppożizzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell.

Motivi invokati: Prinċipalment, il-ksur ta' l-Artikoli 61(1) u 62(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja u, sussidjarjament, il-ksur ta' l-Artikoli 43(2) u 8(1)(b) ta' dan ir-regolament.