ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 233

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
11 ta' Settembru 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2008/C 233/01

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi ta' Kondotta għal sistemi ta' prenotazzjoni kompjuterizzati

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 233/02

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

6

2008/C 233/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5230 — CapMan/Litorina/Cederroth) ( 1 )

7

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 233/04

Rata tal-kambju ta' l-euro

8

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 233/05

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna għat-taħriġ ( 1 )

9

2008/C 233/06

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju ( 1 )

12

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni

2008/C 233/07

MEDIA 2007 — Sejħa għal proposti — EACEA/18/08 — Miżuri ta' appoġġ għall-promozzjoni u access fis-swieq: festivals awdjoviżivi

14

 

ATTI OĦRAJN

 

Kummissjoni

2008/C 233/08

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

16

 

2008/C 233/09

Nota lill-qarrej(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

OPINJONIJIET

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

11.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 233/1


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi ta' Kondotta għal sistemi ta' prenotazzjoni kompjuterizzati

(2008/C 233/01)

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-talba għal opinjoni skond l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 li waslet fit-20 ta' Novembru 2007 mill-Kummissjoni Ewropea,

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:

I.   INTRODUZZJONI

Konsultazzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)

1.

Il-Proposta għal Regolament dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistemi ta' Prenotazzjoni Kompjuterizzati mibgħuta mill-Kummissjoni lill-KEPD għall-konsultazzjoni, skond l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-proposta”).

2.

Il-proposta tikkonċerna l-ipproċessar tad-data tal-passiġġieri minn sistemi ta' prenotazzjoni komjuterizzati (minn hawn 'il quddiem SPKs) u huwa relatat mill-qrib ma' skemi oħrajn ta' ġbir u użu ta' data ta' passiġġieri, fl-UE jew f'relazzjoni ma pajjiżi terzi. Dawn l-iskemi jippreżentaw interess għoli għall-KEPD, li jilqa' l-konsultazzjoni tal-Kommissjoni.

Il-proposta fil-kuntest tagħha

3.

L-objettiv tal-proposta huwa l-aġġornament tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta' Kondotta għal Sistemi ta' Prenotazzjoni Kompjuterizzati li ġie stabbilit fl-1989 bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2299/89. Il-Kodiċi jidher li huwa dejjem anqas adatt għall-kondizzjonijiet il-ġodda tas-suq, u jeħtieġ li jiġi ssimplifikat sabiex tissaħħaħ il-kompetizzjoni — filwaqt li jinżammu s-salvagwardji bażiċi, u jiġi żgurat l-għoti ta' informazzjoni newtrali lill-konsumaturi.

4.

Il-fokus ewlieni tal-proposta mhuwiex fuq il-protezzjoni tad-data personali. Madankollu, jekk wieħed iqis li l-SPKs ma jipproċessawx ammont kbir ta' data personali, fil-proposta ġie żviluppat artikolu speċifiku dwar il-protezzjoni tad-data, bil-ħsieb li jikkomplimenta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE li qed tkompli tapplika l-lex generalis.

5.

Dispożizzjonijiet oħra fil-proposta wkoll għandhom impatt fuq il-protezzjoni tad-data, anki jekk l-objettiv ewlieni tagħhom huwa li jiżguraw informazzjoni ugwali lill-atturi kollha involuti f'perspettiva ta' kompetizzjoni ġusta: il-protezzjoni ta' l-identità ta' l-abbonati, kemm jekk persuna jew impriża fiżika, hija wkoll apprezzata f'termini ta' protezzjoni tal-privatezza.

6.

Il-KEPD jinnota li l-proposta tindirizza biss l-attivitajiet ta' l-SPKs fil-kwalità tagħhom ta' interfaċċa bejn il-linji ta' l-ajru u l-aġenti ta' l-ivvjaġġar. Hija ma tkoprix id-dipożizzjoni ta servizzi oħrajn ta' l-IT bħall-hosting tas-sistema ta' prenotazzjoni tal-linji ta' l-ajru. għalhekk id-data personali proċessata f'dan il-kuntest distint mhux ser tibbenifika mis-salvagwardji previsti fil-Kodiċi ta' kondotta. Madankollu dawn ser ikunu koperti bir-reġim ġenerali għall-protezzjoni tad-data tad-Direttiva 95/46/KE.

Il-fokus ta' l-opinjoni

7.

L-opinjoni tal-KEPD ser tibda bil-kamp u l-kondizzjonijiet ta' applikazzjoni tal-proposta f'relazzjoni ma' l-applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE. Imbagħad ser tiffoka fuq is-sustanza, bl-analiżi ta' l-artikoli tal-proposta relatati ma' kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data. Huma identifikati aspetti pożittivi, u wkoll issuġġerit titjib possibbli. Ser tingħata attenzjoni speċifika lill-kondizzjonijiet ta' infurzar ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

8.

Bħala punt aħħari, l-opinjoni ser testendi lil hinn mid-dispożizzjonijet konkreti tal-proposta, u ser tindirizza xi implikazzjonijiet usa' ta' l-ipproċessar tad-data tal-passiġġieri mill-SPKs, kemm jekk fil-kapaċità tagħhom ta' interfaċċa għall-aġenziji ta' l-ivvjaġġar jew bħala fornitur tas-servizzi ta' l-IT. L-aċċess minn pajjiżi terzi għad-data tal-passiġġieri miżmuma mill-SPKs ser tkun soġġetta għal analiżi speċifika.

II.   KAMP U KONDIZZJONIJIET TA' APPLIKAZZJONI

9.

Il-proposta tinkludi dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-protezzjoni tad-data personali. Dawn id-dispożizzjonijiet “jiddettaljaw u jikkumplementaw” lil dawk tad-Direttiva 95/46/KE, u huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva msemmija (1). Din ir-relazzjoni espliċita bejn iż-żewġ strumenti hija element pożittiv.

10.

Madankollu, il-KEPD jinnota li l-kamp ta' applikazzjoni tal-Kodiċi ta' kondotta mhuwiex identiku għall-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE. Tabilħaqq, il-kriterju determinanti għall-applikazzjoni tal-Kodiċi ta' kondotta huwa l-użu jew l-għoti għall-użu tas-sistema fit-territorju ta' l-UE (2). Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva japplikaw meta l-kontrollu huwa stabbilit fi stat Membru, jew meta l-kontrollu huwa stabbilit barra mill-UE iżda jagħmel użu mill-apparat li jinsab fl-UE (3).

11.

Għalhekk jistgħu jiġu previsti xenarji differenti fir-rigward ta' l-applikazzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta u d-Direttiva:

meta l-SPK tkun stabbilita fl-UE, ser japplikaw kemm il-Kodiċi ta' Kondotta kif ukoll id-Direttiva hekk kif il-kriterji ta' dawn iż-żewġ testi jkunu sodisfatti,

meta l-SPK tkun stabbilita barra mill-UE, l-offerta ta' servizzi fl-UE, u l-użu ta' l-apparat fl-UE ser jiddeterminaw l-applikazzjoni taż-żewġ strumenti legali.

Għalkemm il-kriterji ta' applikazzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta u d-Direttiva huma differenti, fil-prattika dawn għandhom jirriżultaw fl-applikazzjoni kkombinata taż-żewġ strumenti: l-offerta tas-servizzi ta' l-SPK fl-UE ser tagħti bidu għall-użu ta' l-applikazzjoni tal-Kodiċi ta' kondotta, u fil-prattika din l-offerta tas-servizzi ser isseħħ permezz ta' l-użu ta' apparat (ta' kompjuter) ġewwa l-UE, li bħala konsegwenza ser ikollu wkoll l-applikazzjoni tad-Direttiva.

12.

Konsegwenza oħra tal-kamp wiesa' ta' applikazzjoni tal-Kodiċi ta' kondotta u d-Direttiva hija l-impatt tagħhom fuq il-linji ta' l-ajru, li jista' jiġi stabbilit ġewwa jew barra mill-UE. Il-linji ta' l-ajru stabbiliti barra mill-UE fil-prinċipju mhumiex soġġetti għall-prinċipji Ewropej dwar il-protezzjoni tad-data, ħlief jekk huma jagħmlu użu minn apparat li jinsab fl-UE biex jipproċessaw id-data personali (applikazzjoni tad-Direttiva). Dan ikun il-każ p.eż. jekk huma jagħmlu użu ta' SPK stabbilita fl-UE fil-kwalità tagħha ta' “host” għal servizz ta' prenotazzjoni. Ta' min wieħed jinnota wkoll li d-data relatata mat-titjiriet tal-linji ta' l-ajru ser tkun soġġetta għall-leġislazzjoni ta' l-UE hekk kif dwan jiġu pproċessati b'SPK stabbilita fl-UE jew joffru servizz fl-UE (applikazzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta).

III.   ANALIŻI TAL-PROPOSTA

Prinċipji bażiċi tal-protezzjoni tad-data

13.

L-Artikolu 11 tal-proposta jipprevedi lista ta' garanziji relatati ma' l-ipproċessar tad-data personali, inkluż il-limitazzjoni tal-fini, il-ħtieġa tad-data, il-protezzjoni speċifika ta' data sensittiva, il-ħżin limitat, id-drittijiet tas-suġġetti tad-data għal informazzjoni u għal aċċess.

14.

L-Artikolu 11 jagħti wkoll preċiżjoni opportuna dwar il-kwalità ta' l-SPKs, li għandhom jitqiesu bħala kontrolluri tad-data fir-rigward tal-prenotazzjonijiet jew il-ħruġ ta' biljetti għal prodotti ta' trasport. Għaldaqstant is-suġġetti tad-data ser ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom mhux biss lejn l-aġenti ta' l-ivvjaġġar jew it-trasportaturi bl-ajru. iżda wkoll lejn l-SPKs, fejn opportun.

15.

L-obbligu għat-trasportaturi u l-intermedjarji parteċipanti biex jiżguraw il-preċiżjoni tad-data (għalkemm mhux limitata għad-data personali), kif previst fl-Artikolu 9, huwa referenza espliċita għad-Direttiva 95/46/KE, fejn skond din id-data personali għandha tkun preċiża.

16.

Ta' min wieħed jinnota li dawn id-dispożizzjonijiet tal-proposta huma konformi mar-rimarki magħmula mill-Grupp ta' Ħidma ta' l-Artikolu 29 fir-Rakkomandazzjonijiet tiegħu Nru 1/98 (4). Dawn huma aktar u aktar apprezzabbli peress li jispeċifikaw xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE: partikolarment isir riferiment għall-perijodu limitat ta' ħżin off-line tad-data personali (72 siegħa) u t-tħassir ta' l-informazzjoni wara tliet snin, b'kondizzjonijiet limitati ta' aċċess marbutin mal-fini oriġinali ta' l-ipproċessar (riżoluzzjoni ta' tilwim dwar fatturazzjoni). It-trasparenza ta' l-ipproċessar hija prevista wkoll, bl-indikazzjoni mill-abbonat tad-dettalji ta' kuntatt tal-bejjiegħ tas-sistema u l-informazzjoni dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet għal aċċess.

17.

Flimkien ma' dawn l-elementi diġà inklużi fil-proposta, din ta' l-aħħar tista' tiġi kkompletata fir-rigward ta' tliet aspetti.

Data sensittiva

18.

L-ewwelnett, fir-rigward tal-possibbiltà għas-suġġett tad-data li jippermetti l-ipproċessar ta' data sensittiva, għandu jintqal espliċitament li l-kunsens għandu jkun ibbażat fuq informazzjoni adegwata. Għalkemm l-Artikolu 2 sub (h) tad-Direttiva 95/46/KE jimplika li kwalunkwe kunsens għandu jkun “speċifik[u] u infurmat [… u] mogħti […] liberament”, dan jista' ma jseħħx dejjem fil-prattika. L-Artikolu 11, paragrafu 3, jista' b'hekk jiġi kkompletat kif ġej: “… tali data għandha biss tiġi pproċessata meta s-suġġett tad-data espliċitament jagħti l-kunsens tiegħu għall-ipproċessar ta' dik id-dejta fuq bażi informata”.

Miżuri ta' sigurtà

19.

It-tieni, fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' sigurtà, huwa preżunt li ser japplikaw il-prinċipji ġenerali tad-Direttiva 95/46/KE. Il-KEPD jirrakkomanda li dawn il-prinċipji jiġu kkomplimentati bl-obbligi ffukati direttament aktar fuq il-partikolaritajiet tad-data personali proċessata mill-SPKs. Peress li l-SPKs jistgħu jaġixxu bħala interfaċċa globali għal-linji ta' l-ajru, iżda wkoll bħall-fornitur ta' servizz jew “host” għal linja ta' l-ajru speċifika, il-kwantità kbira ta' data pproċessata fir-rigward ta' dawn iż-żewġ funzjonijiet differenti għandha tiġi iżolata b'mod ċar, bl-użu ta' ostakli għall-informazzjoni (“Chinese” walls) u miżuri oħra ta' sigurtà adatti. Il-KEPD jirrakkomanda li jiżdied dan li ġej bħala paragrafu addizzjonali fl-Artikolu 11.

20.

B'hekk l-Artikolu 11 jista' jiġi kkompletat b'paragrafu ġdid wara l-paragrafu 4 li jkun jaqra kif ġej: “Fejn SPK tħaddem bażijiet ta' data f'kapaċitajiet differenti bħal interfaċċa jew host għal-linji ta' l-ajru, għandhom jittieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi biex tiġi evitata l-interkonnessjoni bejn il-bażijiet tad-data, u biex ikun żgurat li d-data personali hija aċċessibbli biss għall-fini speċifiku li għalih tinġabar”.

Informazzjoni dwar il-kummerċjalizzazzjoni

21.

It-tielet, il-KEPD jilqa' l-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikoli 7 u 11(5) għall-ipproċessar tad-data f'perspettiva ta' analiżi tas-suq. Din id-data tista' tingħata biss minn bejjiegħa tas-sistema lil partijiet terzi f'format li mhuwiex identifikabbli, sew jekk tkun dwar organizzazzjonijiet, kumpanniji jew persuni fiżiċi. Filwaqt li hawn l-objettiv prinċipalment huwa dak li tiġi evitat l-identifikazzjoni ta' l-aġenti ta' l-ivvjaġġar (5), huwa preżunt li l-anonimizzazzjoni tikkonċerna kull tip ta' data personali proċessata matul prenotazzjoni, u allura anki data persuna ta' klijenti ta' aġenti ta' l-ivvjaġġar. Dan għandu jiġi speċifikat fil-proposta, billi l-Artikolu 11(5) jiġi kkompletat kif ġej: “L-anonimizzazjoni għandha tapplika għas-suġġetti kollha tad-data involuti fil-proċedura ta' prenotazzjoni, inkluż il-konsumatur aħħari.”

IV.   INFURZAR

22.

Bħala konsegwenza ta' kamp wiesa' ta' applikazzjoni tar-Regolament, il-kompetenza tal-Kummissjoni u l-Awtoritajiet tal-Protezzjoni tad-Data biex jiżguraw il-konformità ta' l-atturi involuti, testendi għall-kontrolluri tad-data stabbiliti barra mill-UE. Huwa essenzjali li l-Kummissjoni, espliċitament imsemmija fil-proposta bħala responsabbli mill-infurzar tal-Kodiċi ta' Kondotta, ikollha mezzi effikaċi biex tiżgura l-konformità mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data.

23.

Biex ikun żgurat infurzar effikaċi tal-Kodiċi ta' Kondotta, għandhom jiġu żgurati il-kontroll u t-traċċabilità tad-data personali fin-netwerk ta' l-SPK. Id-data personali hija tabilħaqq trasmessa u jidħlu fiha atturi differenti, bħal linji ta' l-ajru, aġenziji ta' l-ivvjaġġar, u hija proċessata mill-SPKs fi kwalitajiet differenti, li jaġixxu jew le f'isem il-linji ta' l-ajru.

24.

Flimkien mal-ħtieġa għal distinzjoni ċara bejn l-attivitajiet differenti ta' l-SPKs, jidher li skema ta' flussi tad-data fis-sistema hija prerekwiżit sabiex ikun ikun hemm stampa ċara taċ-ċirkulazzjoni tad-data personali bejn il-linji ta' l-ajru, l-aġenziji ta' l-ivvjaġġar u l-SPKs. Dan huwa essnzjali biex tiġi vvalutat l-kompetenza ta' l-awtoritajiet differenti ta' infurzar (l-Awtoritajiet tal-Protezzjoni tad-Data u l-Kummissjoni).

25.

Dan hu aktar u aktar meħtieġ meta wieħed jikkunsidra l-fatt li l-SPKs huma interkonnessi, u minħabba l-komplessità tan-netwerk ta' l-SPK. Il-punt sa fejn jista' jkun hemm aċċess għal p.eż. id-data personali mdaħħla permezz ta' linja ta' l-ajru jew aġenzija ta' l-ivvjaġġar, klijent ta' SPK, u li din tiġi proċessata fi stadju differenti permezz ta' SPK, distinta minn dik oriġinali, għandu jiġi ċċarat.

26.

Skond l-Artikolu 12 tal-proposta, il-Kummissjoni ser tkun kompetenti li tagħti bidu għall-proċeduri ta' infurzar f'każ ta' ksur tar-Regolament. Għalhekk il-Kompetenza tal-Kummissjoni ser tinkludi, fost l-oħrajn, il-kontroll tal-konformità mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data inklużi fir-Regolament.

27.

Filwaqt li tkun qed tagħmel dan, ir-rwol tagħha jista' jikkompeti ma' l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data, peress li l-attivitajiet ta' SPK jew ta' bejjiegħ jaqgħu fl-ambitu ta' leġislazzjoni nazzjonali tal-protezzjoni tad-data. F'każ bħal dan għandhom jiġu żgurati proċeduri koerenti ta' infurzar u kollaborazzjoni reċiproka. Il-Grupp ta' Ħidma ta' l-Artiklu 29 jista' jkun forum adatt għall-faċilitazzjoni ta' din il-koordinazzjoni.

28.

Barra minn hekk, matul it-twettiq tal-kompetenzi tagħha, il-Kummissjoni ser tittratta fajls speċifiċi inkluż l-elementi kollha ta' ksur allegat (p.eż. l-aċċess għal fajls mill-partijiet ikkonċernati li qed ikun trattat fl-Artiklu 15 tal-proposta). Id-data personali ser tkun inevitabbilment inkluża f'dawn il-fajls, li jkun jimplika l-kompetenza tal-KEPD biex jissorvelja l-ipproċessar, bħala aspett tal-kompiti tiegħu fir-rigward ta' l-Istituzzjonijiet Ewropej skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, bħal fil-każijiet l-oħra kollha fejn il-Kummissjoni taġixxi bħala kontrollur tad-data.

V.   AĊĊESS GĦAD-DATA TAL-PASSIĠĠIERI MINN PAJJIŻI TERZI

29.

L-aċċess għad-data tal-passiġġieri minn pjjiżi terzi wassal għall-konklużjoni ta' ftehimiet speċifiċi bejn l-Unjoni Ewropea u dawn il-pajjiżi terzi u partikolarment ftehim konkluż bejn l-UE u l-Kanada f'Lulju 2005, u bejn l-UE u l-Istati Uniti f'Lulju 2007. Skond dawn il-fethimiet, id-data tal-PNR ikkomunikata lil awtoritajiet barranin minn linji ta' l-ajru għandha tikkonforma ma' kondizzjonijiet speċifiċi f'relazzjoni mal-protezzjoni tad-data.

30.

Ir-rwol ta' l-SPKs f'dan il-kuntest ikun differenti, jiddependi jekk jaġixxux bħala host jew interfaċċa għal-linji ta' l-ajru.

L-SPK bħala host għal-linji ta' l-ajru

31.

Kif issemma' diġà, il-linji ta' l-ajru li ma' jimmaniġġawx is-sistema tagħhom stess ta' prenotazzjoni huma mdorrijin iħallu dan f'idejn parti terza li tista' tkun SPK. L-SPK hawn ma taġixxix fil-kapaċità tagħha ta' interfaċċa għal aġenziji ta' l-ivvjaġġar, iżda bħala fornitur ta' servizz għal-linja ta' l-ajru. F'din il-kapaċità ta' “host”, l-SPK tista' tikkomunika l-informazzjoni tal-PNR lill-awtoritajiet ta' pajjiż terz.

32.

Skond il-Kummissjoni (6), din l-attività ta' l-SPK ma' tidħolx fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament, u għalhekk f'dawn iċ-ċirkustanzi l-obbligi tagħha fir-rigward ta' trasferimenti lil partijiet terzi ma humiex vjolati. Madankollu, il-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tad-data tad-Direttiva 95/46/KE jibqgħu applikabbli, kif ukoll dawk tal-Konvenzjoni 108 tal-Kunsill ta' l-Ewropa f'dak li għandu x'jaqsam mal-kondizzjonijiet ta' trasferiment lil pajjiżi terzi.

33.

Il-KEPD jikkunsidra li l-entitajiet li jipprovdu dawn is-servizzi ta' l-IT huma responsabbli għas-servizz li joffru u għat-trasferiment ulterjuri tad-data lil parti terza. F'dan is-sens, huma għandhom jitqiesu bħala ko-kontrolluri mal-linji ta' l-ajru kkonċernati fir-rigward tas-servizz provdut. Dan jimplika li t-trasferiment tad-data tal-passiġġieri minn fornitur tas-servizzi — kemm jekk hu SPK jew fornitur ieħor ta' servizz ta' l-IT — lil pajjiż terz għandu jikkonforma mal-kondizzjonijiet ta' kull ftehim internazzjonali ma' dak il-pajjiż.

34.

L-obbligi jistgħu jinkludu r-riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet prattiċi, bħall-modalitajiet ta' trasferiment ta' data u t-tranżizzjoni minn “push” (esportazzjoni) għal “pull” (estrazzjoni), u dan jimplika li s-servizz ta' l-IT jikkontrolla l-kondizzjonijiet tat-trasferiment u l-kwalità tad-data trasferita. L-obbligi ta' trasparenza għandhom iqisu wkoll, bi qbil mal-linji ta' l-ajru u sal-punt li s-servizzi ta' prenotazzjoni tal-linji ta' l-ajru jitwettqu effettivament mis-servizz ta' l-IT. Is-suġġetti tad-data għandhom ikunu jistgħu jagħmlu rikors kontra l-SPK fir-rigward ta' l-ipproċessar tad-data li sar mill-SPK f'dan il-kuntest ta' trasferiment lil parti terza.

L-SPK bħala interfaċċa

35.

Indipendentement mis-sitwazzjoni fejn l-SPKs jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta' fornitur tas-servizzi u għandhom iqisu l-ftehimiet internazzjonali konklużi bejn l-UE u pajjiżi terzi, wieħed għandu jipprevedi l-każ fejn l-SPKs jaġixxu fil-kwalità tagħhom ta' interfaċċa: f'dan il-każ, kull talba għal data personali minn parti terza taqa' taħt il-kondizzjonijiet tar-Regolament, u fil-prinċipju it-trasferiment ma għandux jitħalla jsir. Tabilħaqq, skond l-Artikolu 11(4) tal-proposta, l-aċċess għad-data ta' l-SPK hi permessa biss għal raġunijiet ta' tilwim dwar fatturazzjoni. Huwa importanti l-fatt li din id-dispożizzjoni tapplika indipendentement mis-sitwazzjoni ta' l-SPK (kemm jekk tinsab fl-UE jew fl-Istai Uniti), dment li s-servizzi huma offruti għall-użu fit-territorju tal-Komunità.

VI.   KONKLUŻJONI

36.

Il-KEPD jilqa' l-inklużjoni fil-proposta tal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data li jispeċifikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE. Dawn id-dispożizzjonijiet itejbu ċ-ċertezza legali, u jistgħu jkunu utilment ikkumplimentati minn salvagwardji addizzjonali dwar tliet punti: li jkun żgurat il-kunsens infurmat bis-sħiħ tas-suġġetti tad-data għall-ipproċessar ta' data sensittiva; il-provvediment ta' miżuri ta' sigurtà li jqisu s-servizzi differenti offruti mill-SPKs, u l-protezzjoni ta' l-informazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni (ara l-punti 18-21 ta' din l-opinjoni).

37.

Fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta, il-kriterji li jagħmlu lill-proposta applikabbli għall-SPKs stabbiliti f'pajjiżi terzi jqajmu l-mistoqsija dwar l-applikazzjoni prattika tagħha, b'mod koerenti ma' l-applikazzjoni tal-lex generalis, jiġifieri d-Direttiva 95/46/KE (ara l-punti 9-12).

38.

Biex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-proposta, il-KEPDs jikkunsidraw li hemm ħtieġa għal perspettiva ċara u komprensiva fuq il-problematika sħiħa ta' l-SPKs, b'kont meħud tal-komplessità tan-netwerk ta' l-SPK u l-kondizzjonijiet ta' aċċess minn partijiet terzi għad-data personali proċessata mill-SPKs.

39.

Anki jekk dawn il-kwistjonijiet imorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet konkreti tal-proposta, xorta huwa meqjus essenzjali li l-kwistjoni ta' l-SPK titqiegħed fil-kuntest globali tagħha u li nkunu konxji mill-implikazzjonijiet u l-isfidi li jkun hemm ammont daqstant kbir ta' data personali, xi ftit minnha sensittiva, ipproċessata f'netwerk globali prattikament aċċessibbli għal awtoritajiet ta' stati terzi.

40.

Għalhekk huwa deċiżiv li tiġi żgurata konformità effettiva, mhux biss fir-rigward ta' l-aspetti tal-kompetizzjoni tal-proposta iżda fir-rigwrda tal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data, mill-awtoritajiet kompetenti għall-infurzar, jiġifieri l-Kummissjoni, kif previst fil-proposta, u l-Awtoritajiet tal-protezzjoni tad-Data (ara l-punti 22-35).

Magħmul fi Brussell, 11 ta' April 2008.

Peter HUSTINX

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  Artikolu 11, paragrafu 9 tal-proposta.

(2)  Artikolu 1 tal-proposta.

(3)  Artikolu 4, paragrafu 1, sub (a) u (c) tad-Direttiva 95/46/KE.

(4)  Rakkomandazzjonijiet tat-28 ta' April 1998 dwar Sistemi ta' Prenotazzjoni Kompjuterizzati tal-Linji ta' l-Ajru, WP10.

(5)  Memorandum ta' Tifsir, 5. Informazzjoni addizzjonali. “Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta”.

(6)  Deċiżjoni C(2005) 652 dwar kompatibbiltà ta' l-aċċess għar-Rekords ta' l-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) min-naħa ta' l-Istati Uniti mar-Regolament (KEE) Nru 2299/89 dwar kodiċi ta' kondotta għal sistemi ta' prenotazzjoni kompjuterizzati.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

11.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 233/6


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(2008/C 233/02)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

8.8.2008

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 591/07

Stat Membru

Il-Latvja

Reġjun

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Lauksaimniecības dzīvnieku ģenētisko resursu saglabāšana

Bażi ġuridika

Ministru kabineta 2007. gada 19. aprīļa rīkojums Nr. 213 “Par lauksaimniecībā un pārtikā izmantojamo augu un dzīvnieku, meža un zivju ģenētisko resursu ilgtermiņa saglabāšanas un ilgtspējīgas izmantošanas programmu 2007.–2009. gadam”

Tip ta' miżura

Impenji Agro-ambjentali

Għan

Il-ħarsien tan-natura

Forma ta' għajnuna

Għotja diretta

Baġit

Baġit globali: LVL 1 087 000 (madwar EUR 1 560 885)

Intensità

Sa 100 % tad-dħul mitluf u ta' spejjeż addizzjonali

Tul ta' żmien

Sat-30.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-settur agrikolu

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Lauku atbalsta dienests

Republikas laukums 2

LV-1981 Rīga

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


11.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 233/7


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5230 — CapMan/Litorina/Cederroth)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 233/03)

Fit-30 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5230. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

11.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 233/8


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

L-10 ta' Settembru 2008

(2008/C 233/04)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4094

JPY

Yen Ġappuniż

150,52

DKK

Krona Daniża

7,4574

GBP

Lira Sterlina

0,80200

SEK

Krona Żvediża

9,5115

CHF

Frank Żvizzeru

1,5928

ISK

Krona Iżlandiża

129,01

NOK

Krona Norveġiża

8,0600

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,850

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

241,39

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7045

PLN

Zloty Pollakk

3,4755

RON

Leu Rumen

3,6020

SKK

Krona Slovakka

30,265

TRY

Lira Turka

1,7484

AUD

Dollaru Awstraljan

1,7541

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5090

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,9921

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,1118

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0226

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 546,11

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,3586

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,6382

HRK

Kuna Kroata

7,1253

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 149,70

MYR

Ringgit Malażjan

4,8758

PHP

Peso Filippin

66,320

RUB

Rouble Russu

36,1515

THB

Baht Tajlandiż

48,822

BRL

Real Brażiljan

2,5159

MXN

Peso Messikan

14,9255


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

11.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 233/9


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna għat-taħriġ

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 233/05)

Għajnuna Nru

XT 76/08

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Calabria

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Concessione ai datori di lavoro di una dote formativa come contributo all'adattamento delle competenze

Bażi legali

Decreto dirigente generale dipartimento n. 10 Regione Calabria del 27 giugno 2008 — pubblicato in data 30 giugno 2008 sul BURC — parte III — Avviso pubblico per la concessione di incentivi ai datori di lavoro per l'incremento occupazionale e la concessione di una dote formativa come contributo all'adattamento delle competenze. POR Calabria 2000/2006, Asse 111 Risorse umane (FSE). Misura 3.2 — Inserimento e reinserimento nel mercato del lavoro POR Calabria FSE 2007/2013, Asse II Occupabilità, Obiettivo operativo E.l Rafforzare l'inserimento (reinserimento lavorativo dei lavoratori adulti, dei disoccupati di lunga durata e dei bacini di precariato occupazionale attraverso percorsi integrati e incentivi)

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

L-Estimi

Baġit annwali: EUR 7,6 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikolu 4(2)-(7) tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

30.6.2008

Tul ta' l-iskema

31.12.2008

L-objettiv ta' l-għajnuna

Taħriġ ġenerali; Taħriġ speċifiku

Is-Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għat-taħriġ

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Regione Calabria — Dipartimento n. 10 — Lavoro, politiche della famiglia, formazione professionale, cooperazione e volontariato

Via Lucrezia della Valle

I-88100 Catanzaro


Għajnuna Nru

XT 78/08

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Calabria

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Pacchetti integrati di agevolazione (P.I.A.) — Piani di formazione aziendale — 2008

Bażi legali

Legge regionale 11 maggio 2007, art. 24

Delibera di giunta regionale 19 marzo 2008, n. 220,

Delibera di giunta regionale 18 giugno 2008, n. 224,

Decreto dirigente generale del dipartimento attività produttive 26 giugno 2008, n. 8237

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

L-Estimi

Baġit annwali: EUR 84 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikolu 4(2)-(7) tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

27.6.2008

Tul ta' l-iskema

31.12.2008

L-objettiv ta' l-għajnuna

Taħriġ ġenerali; Taħriġ speċifiku

Is-Setturi ekonomiċi kkonċernati

Manifatturi oħra, Servizzi oħra

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Presidente della giunta regionale

Via Sensales — Palazzo Alemanni

I-88100 Catanzaro


Għajnuna Nru

XT 80/08

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Calabria

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Incentivi alle imprese per la formazione in azienda dei neoassunti

Bażi legali

Decreto dirigente generale dipartimento n. 10 Regione Calabria — n. 6986 del 4 giugno 2008 — pubblicato in data 5 giugno 2008 sul supplemento straordinario n. 1 al BURC — parte IH — 30 maggio 2008 n. 22 — Avviso pubblico per la concessione di incentivi alle imprese per l'incremento occupazionale e la formazione in azienda dei neoassunti. POR Calabria 2000/2006, Asse di risorse umane (FSE). Misura 3.2 — Inserimento e reinserimento nel mercato del lavoro e Misura 3.4 Inserimento lavorativo e reinserimento di gruppi svantaggiati. POR Calabria FSH 2007/2013, Asse II Occupabilità, Obiettivo operativo E. I Rafforzare inserimento (reinserimento lavorativo dei lavoratori adulti, dei disoccupati di lunga durata c dei bacini di precariato occupazionale attraverso percorsi integrati e incentivi)

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

L-Estimi

Baġit annwali: EUR 5,5 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikolu 4(2)-(7) tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

9.6.2008

Tul ta' l-iskema

31.12.2008

L-objettiv ta' l-għajnuna

Taħriġ ġenerali; Taħriġ speċifiku

Is-Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għat-taħriġ

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Regione Calabria — Dipartimento n. 10 — Lavoro, politiche della famiglia, formazione professionale, cooperazione e volontariato

Via Lucrezia della Valle

I-88100 Catanzaro


Għajnuna Nru

XT 81/08

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Calabria

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Contratto di investimento industria, artigianato e servizi — C.I. — 2008

Bażi legali

Legge regionale 11 maggio 2007, art. 24

Delibera di giunta regionale 19 marzo 2008, n. 220,

Delibera di giunta regionale 18 giugno 2008, n. 424,

Decreto dirigente generale del dipartimento attività produttive 30 giugno 2008

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

L-Estimi

Baġit annwali: EUR 56 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikolu 4(2)-(7) tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

30.6.2008

Tul ta' l-iskema

31.12.2008

L-objettiv ta' l-għajnuna

Taħriġ ġenerali; Taħriġ speċifiku

Is-Setturi ekonomiċi kkonċernati

Manifatturi oħra, Servizzi oħra

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Presidente della giunta regionale

Via Sensales

Palazzo Alemanni

I-88100 Catanzaro


11.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 233/12


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 233/06)

Għajnuna Nru

XS 176/08

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Warminsko-Mazurskie

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Zakład Produkcyjno Handlowo Usługowy Cezary Gudan

Bażi legali

Ustawa z dnia 8 października 2004 r. o zasadach finansowania nauki art. 10, rozporządzenie Ministra Nauki i Szkolnictwa Wyższego Dz.U. nr 221 z 14 listopada 2007 r. § 3 ust. 1, umowa nr II-215/P-247/2008

Tip ta' miżura

Ad hoc

L-Estimi

Baġit globali: EUR 18 581

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

24.6.2008

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

24.6.2008

Objettiv ta' l-għajnuna

Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għall-intrapriżi żgħar jew medji

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministerstwo Nauki i Szkolnictwa Wyższego

ul. Wspólna 1/3

PL-00-529 Warszawa


Għajnuna Nru

XS 188/08

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

KfW-Unternehmerkredit (KMU-Fenster)

Bażi legali

KfW-Gesetz, Merkblatt zum KfW-Unternehmerkredit (Anlage 1)

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

L-Estimi

Baġit annwali: EUR 7 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

1.7.2008

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

Mingħajr limitu

Objettiv ta' l-għajnuna

Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għall-intrapriżi żgħar jew medji

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

KfW-Bankengruppe

Palmengartenstraße 5-9

D-60325 Frankfurt


Għajnuna Nru

XS 191/08

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Comunidad Autónoma de Canarias

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Subvenciones a la inversión de las PYMEs industriales

Bażi legali

Orden de la Consejería de Empleo, Industria y Comercio de 16 de mayo de 2008, por la que se convoca mediante concurso para el ejercicio 2008, la concesión de subvenciones a la inversión de las PYMEs industriales, y se aprueban las bases que regirán la misma (BOC no 105 de 27 de mayo de 2008, ref. 793).

http://www.gobcan.es/boc/anexos/2008/105/00011-00036.pdf

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

L-Estimi

Baġit annwali: EUR 2,998 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

27.5.2008

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2008

Objettiv ta' l-għajnuna

Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Il-manifattura kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Consejería de Empleo, Industria y Comercio del Gobierno de Canarias

Avda de Anaga, no 35

Edificio de Servicios Múltiples I, planta 8a

E-38071 Santa Cruz de Tenerife

o

C/ León y Castillo, no 200

Edificio de Servicios Múltiples III, planta 4a

E-35071 Las Palmas de Gran Canaria


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni

11.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 233/14


MEDIA 2007

Sejħa għal proposti — EACEA/18/08

Miżuri ta' appoġġ għall-promozzjoni u access fis-swieq: festivals awdjoviżivi

(2008/C 233/07)

1.   Objettivi u deskrizzjoni

Dan l-avviż għal sejħa għal proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

L-għanijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija aktar 'il fuq jinkludu:

faċilitar u inkoraġġament tal-promozzjoni u ċ-ċirkolazzjoni ta' xogħol awdioviżiv u ċinematografiku Ewropew f'wirjiet, fieri u festivals awdioviżivi ġo l-Ewropa u madwar id-dinja, ladarba dawn l-avvenimenti jafu jaqdu rwol importanti fil-promozzjoni ta' xogħlijiet Ewropej u fil-ħolqien ta' netwerks ta' professjonisti,

it-titjib ta' l-aċċess tal-pubbliku Ewropew u internazzjonali għax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej.

2.   Applikanti eliġibbli

Dan l-avviż huwa mmirat lejn kumpanniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta' hawn fuq. L-applikanti jridu jkunu stabbiliti f'wieħed minn dawn il-pajjiżi: is-27 pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea, il-pajjiżi ta' l-EFTA, l-Iżvizzera u l-Kroazja.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

Organizzazzjonijiet bħal dawn għandhom jorganizzaw festivals awdjoviżivi li jikkontribwixxu lejn l-għanijiet imsemmija u li fir-rigward tal-programmazzjoni globali juru minimu ta 70 % ta' films Ewropej minn ta' l-inqas 10 Stati li jipparteċipaw fil-Programm MEDIA.

Il-Proġetti iridu jibdew bejn 1 ta' Mejju 2009 u 30 ta' April 2010.

4.   Kriterji ta' l-aġġudikazzjoni

Ser jiġu allokati l-punti minn total ta' 100 abbażi tal-weighting li ġej:

id-dimensjoni Ewropea ta' l-ipprogrammar (15 punt),

id-diversità kulturali u ġeografika ta' l-ipprogrammar (20 punt),

il-kwalità u n-natura innovattiva ta' l-ipprogrammar (10 punt),

l-impatt fuq l-udjenza (30 punt),

l-impatt fuq il-promozzjoni u ċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (15 punt),

il-parteċipazzjoni tal-professjonisti tal-films (10 punt).

5.   Baġit

Meta tissottometti proposti, tista' tagħżel ftehim ta' sena jew għal qafas ta' ftehim ta' sħubija għal 4 snin.

Il-baġit totali disponibbli huwa EUR 3,5 miljun (fuq il-kundizzjoni li jiġi adottat il-baġit ta' l-2009).

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija ma għandha qatt taqbeż il-50 % tat-total ta' l-ispejjeż eliġibbli.

Il-massimu għall-għotjiet huwa ta' EUR 75 000.

6.   Skadenza għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet

Dati ta' l-għeluq għall-preżentazzjoni tal-proposti:

31 ta' Ottubru 2008 — għal proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Mejju 2009 u l-31 ta' Ottubru 2009,

30 ta' April 2009 — għal proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Novembru 2009 u t-30 ta' April 2010.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) fl-indirizz li ġej:

Agence Exécutive Éducation Audiovisuel et Culture (EACEA)

Unité Programme MEDIA — P8

Appel de propositions — EACEA/18/08 — Festivals audiovisuels

M. Constantin DASKALAKIS

BOUR 03/30

Avenue du Bourget 1

B-1140 Bruxelles

Ser jiġu aċċettati biss l-applikazzjonijiet li jiġu sottomessi fuq il-formola tal-applikazzjoni uffiċjali, iffirmata kif suppost mill-persuna intitolata biex tidħol f'impenji li jorbtu b'mod legali f'isem l-organizzazzjoni li qed tapplika u li jkunu jinkludu l-informazzjoni u l-annessi kollha speċifikati fit-test sħiħ tas-sejħa.

Applikazzjonijiet mibgħuta b'fax jew email mhux ser jiġu milqugħa.

7.   Aktar tagħrif

Istruzzjonijiet/formoli tal-applikazzjoni għas-sejħa: http://ec.europa.eu/media

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mat-termini kollha tal-linji gwida u jintbagħtu fuq il-formoli pprovduti.


ATTI OĦRAJN

Kummissjoni

11.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 233/16


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2008/C 233/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006

“ANDRUTY KALISKIE”

Nru tal-KE: PL-PGI-005-0526-6.3.2006

IĠP ( X ) DPO ( )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-istat membru:

Isem:

Ministerstwo Rolnictwa i Rozwoju Wsi

Indirizz:

ul. Wspólna 30

PL-00-930 Warszawa

Tel.

(48-22) 623 27 07

Faks

(48-22) 623 25 03

Posta elettronika:

jakub.jasinski@minrol.gov.pl

2.   Grupp:

Isem:

Lokalna Organizacja Turystyczna Ziemi Kaliskiej

Indirizz:

al. Wojska Polskiego 185

PL-62-80 Kalisz

Tel.

(48-62) 764 55 88

Faks

(48-62) 764 55 99

Posta elettronika:

eliza@aleksander.pl

Kompożizzjoni:

Prodotturi/Proċessuri ( X ) ( X ) Oħrajn

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 2.4 — Ħobż, prodotti tal-għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

4.   Speċifikazzjoni:

(Sinteżi tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem: “Andruty kaliskie”

4.2.   Deskrizzjoni: Wejfers tondi u rqaq bi xfar uniformi u b'uċuħ daqsxejn ileqqu u lixxi li jvarjaw mill-kulur, minn 15 sa 17-il cm fid-dijametru u minn 0,8 sa 1,5 mm fil-ħxuna. Il-kulur tagħhom ivarja minn kulur ta' krema ċara għal kulur tal-qamħ sa kannella dehbi. Huma daqsxejn ħelwin fit-togħma, delikati, iqarmċu, xotti u lixxi.

4.3.   Żona ġeografika: Fi ħdan il-fruntieri amministrattivi tal-belt ta' Kalisz, id-Distrett ta' Kalisz, il-Provinċja tal-Polonja l-Kbira, il-Polonja.

4.4.   Prova tal-oriġini: Is-sistema ta' reġistrazzjoni ta' tikkettar tistabilixxi l-ħolqien ta' verifiki komprensivi fis-suq fuq numru ta' wejfers ta' Kalisz. Kull produttur huwa mitlub li jindika d-dettalji tiegħu fil-post indikat fuq it-tabella skont il-leġiżlazzjoni relevanti.

Fl-istadju ta' preparazzjoni u matul il-produzzjoni kull produttur għandu jżomm id-dokumentazzjoni dwar din l-ispeċifikazzjoni. Id-dokumentazzjoni jista' jirreferi għaliha l-organu ta' spezzjoni f'kwalunkwe ħin, u jistgħu jsiru verifiki tagħha.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni: Stadju 1 — Il-materja prima hija preparata fil-kwantitajiet li ġejjin: 10 l ta' ilma, 470-1000 g ta' zokkor, 5-6 kg ta' dqiq tal-qamħ, 150-200 ml ta' żejt tal-kolza.

Stadju 2 — L-ingredjenti huma mħallta b'attenzjoni biex jiffurmaw għaġina uniformi, ħoxna u lixxa. L-għaġina titħalla waħidha għal tal-anqas 30 minuta.

Stadju 3 — Il-forma tal-ħadid magħluqa tissaħħan sa temperatura ta' madwar 180 °C. It-temperatura massima m'għandiex taqbeż il-220 °C.

Stadju 4 — Parti mill-għaġina titqiegħed fuq il-wiċċ il-baxx tal-forma tal-ħadid li jkun jaħraq u miksi bix-xaħam. Iż-żewġ uċuħ huma ppressati flimkien.

Stadju 5 — Meta l-wejfers jissajru (dan jieħu bejn madwar 30 u 45 sekonda, skont it-temperatura tal-uċuħ), il-forma tal-ħadid tinfetaħ billi jittella' l-wiċċ ta' fuq. Il-wejfers għandhom jibqgħu mal-wiċċ ta' taħt. Il-wejfers moħmija jinġabru u jitqiegħdu fuq xulxin; dawk li ma jkunux ta' ċertu livell jitwarrbu.

Stadju 6 — It-truf tal-wejfers li tqiegħdu fuq xulxin huma trimjati b'sikkina jew b'ħaffiefa, fejn jagħmluhom f'għamla ċirkulari. Il-wejfers, li jingħatalhom timbru ta' garanzija jew tikketta, huma immedjatament ppakkjati wara l-ħami f'boroż tal-polypropylene magħluqa bis-sħana. Il-boroż jistgħu jiġu ppakkjati f'kaxxi żgħar jew f'envelops. F'tali każijiet it-timbru tal-garanzija u t-tikkettar mhumiex meħtieġa. Dawn il-boroż, l-envelops u l-kaxxi huma użati għall-ippakkjar tal-unità. In-numru tal-wejfers huma indikati fuq l-ippakkjar tal-unità. Kaxxi kbar tal-kartun huma użati għall-ippakkjar kollettiv. Dan l-istadju kollu jsir bl-idejn.

Il-prodott għandu jiġi ppakkjat fil-post ta' produzzjoni fid-dawl tal-fraġilità tiegħu u s-suxxettibilità għall-umdità (igroskopożità għolja) u fid-dawl biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-prodott.

4.6.   Rabta: Ir-rabta tal-prodott mal-reġjun hija bbażata fuq ir-reputazzjoni tagħha; l-evidenza turi li ġiet prodotta hawn sa minn nofs tad-19-il seklu. Kalisz, il-belt bl-akbar dokumentazzjoni miktuba fil-Polonja, saret għaġna ta' nazzjonijiet u kulturi differenti sa minn kmieni fil-Medju Evu. L-evidenza turi li l-wejfers ta' Kalisz ġew maħluqa bħala riżultat ta' interazzjoni kulturali u jirrappreżentaw fużjoni ta' modi kulinarji u drawwiet ta' gruppi nazzjonali u reliġjużi diversi li għexu fil-belt għal mijiet ta' snin.

It-tradizzjoni tal-wejfers ta' Kalisz hija parti importanti mill-istorja tal-belt. Madankollu, l-oriġini tal-prodott intilfu fil-passat sinjur ta' Kalisz. L-etimoloġija tal-isem ukoll mhijiex ċara. Kulma nafu hu li l-isem kien użat sa minn kmieni fis-seklu 18. Skont l-istoriku Pollakk Zygmunt Gloger, fis-seklu 18 il-wejfers ta' Kalisz kienu jiġu servuti bħala deżerta. Ir-referenza dokumentata li ssegwi dwar l-ispeċjalità hija ddatata minn nofs is-seklu 19.

L-indikazzjonijiet juru li l-produzzjoni tal-wejfers ta' Kalisz bdiet lejn l-1850 meta l-klassi medja bdiet tifforma u l-belt laħqet ċertu livell ta' prosperità. Saret popolari, pereżempju, għal familji sħaħ li jqattgħu il-ħin liberu tagħhom tal-Ħadd jimxu fil-ġnien ma' ġenb ix-xmara Prosna F'dak iż-żmien, il-kummerċjanti bdew ibigħu l-wejfers lil dawk li kienu jimxu hemm. Din hija ddokumentata fit-tradizzjoni orali, mgħoddija mill-familji tal-produtturi kif ukoll mid-dixxendenti tax-xerrejja. L-ispeċjalità ta' Kalisz tidher ukoll fit-tifkiriet ta' min kien jgħammar fil-belt u hija immortalizzata f'ritratti u fil-kitba.

Il-ħadma tal-wejfers kienet faċli u setgħet issir anke b'kundizzjonijiet relattivament bażiċi jekk il-kummerċjant kien jaf ir-riċetta u kellu t-tagħmir it-tajjeb. Kienu jsiru fil-fran, fid-djar, fid-djar tal-kampanja u f'ħafna ħwienet. Kienu wkoll jinbigħu f'dawn il-lokalitajiet, għalkemm l-aktar post importanti fuq livell ta' kult kien minn dejjem il-park tal-belt.

Il-forom tal-ħadid tas-seklu 19 użati għall-wejfers ta' Kalisz huma l-aktar evidenza tanġibbli li għandna tat-tradizzjoni. Il-forom tal-ħadid ta' sikwit kienu jinżammu wara li jkunu ġew alterati jew irranġati. Fil-bidu ġew manifatturati mill-ħaddieda u aktar tard ukoll mill-ħaddiema tas-sengħa lokali (eż. ħaddieda tal-lukketti). L-għamla ġiet maħluqa minn żewġ uċuħ tal-ħadid tondi u lixxi magħqudin b'ċappetta.

Fil-memorja kollettiva, il-wejfers huma simbolu tal-belt bl-istess mod bħall-arma u l-kunsill tal-belt. Għalhekk ma tkunx sorpriża li l-emigranti minn Kalisz mifruxin madwar id-dinja, nostalġiċi għat-togħma tad-dar u tat-tfulija, ħafna drabi jitolbu biex jintbagħtulhom il-wejfers.

Ir-reputazzjoni tal-għaġeb tal-wejfers ta' Kalisz hija konfermata minn ħafna premji, eż. l-ewwel premju tal-kompetizzjoni kulinarja nazzjonali “Nasze Kulinarne Dziedzictwo” (2004), l-ewwel post fil-fiera reġjonali tal-ikel ta' “Wielkopolska Gala Produktów Regionalnych i Tradycyjnych” (2005), u l-premju “Perly” għall-prodott reġjonali u tradizzjonali mogħti annwalment fil-fiera internazzjonali tal-Farm (Farma) ta' Polagra (2005).

4.7.   Organu ta' spezzjoni:

Isem:

Główny Inspektorat Jakości Handlowej Artykułów Rolno-Spożywczych

Indirizz:

ul. Wspólna 30

PL-00-930 Warszawa

Tel.

(48-22) 623 29 01

Faks

(48-22) 623 20 99

Posta elettronika:

4.8.   Tikkettar: L-uffiċju turistiku għaż-żona ta' Kalisz (Lokalna Organizacja Turystyczna Ziemi Kaliskiej) ħoloq ippakkjar speċifikament iddiżinjat: siġilli ta' garanzija, tikketti, envelops u kaxxi. L-ippakkjar huwa maħdum f'punt ċentrali taħt is-superviżjoni tal-uffiċju turistiku, li jżomm id-dokumentazzjoni tal-ippjakar kollu u jqassmu kif referut fl-applikazzjoni. L-arranġamenti ta' distribuzzjoni ma jistgħu jiddiskriminaw kontra l-ebda produttur li jagħmel il-wejfers ta' Kalisz skont din l-ispeċifikazzjoni.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


11.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 233/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.