ISSN 1725-5198 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 51 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
Qorti tal-Ġustizzja |
|
2008/C 223/01 |
||
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Qorti tal-Ġustizzja
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/1 |
(2008/C 223/01)
L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
|
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu |
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Qorti tal-Ġustizzja
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Cantina sociale di Dolianova Soc. coop. rl, Cantina Trexenta Soc. coop. rl, Cantina sociale Marmilla — Unione viticoltori associati Soc. coop. rl, Cantina sociale S. Maria La Palma Soc. coop. rl, Cantina sociale del Vermentino Soc. coop. rl Monti-Sassari
(Kawża C-51/05 P) (1)
(Appell - Organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid - Għajnuna għad-distillazzjoni - Rikors għad-danni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Terminu ta' preskrizzjoni - Mument meta jibda jiddekorri)
(2008/C 223/02)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u L. Visaggio, aġenti)
Il-partijiet l-oħra fil-kawża: Cantina sociale di Dolianova Soc. coop. rl, Cantina Trexenta Soc. coop. rl, Cantina sociale Marmilla — Unione viticoltori associati Soc. coop. rl, Cantina sociale S. Maria La Palma Soc. coop. rl, Cantina sociale del Vermentino Soc. coop. rl Monti-Sassari (rappreżentanti: C. Dore u G. Dore, avvocati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) tat-23 ta' Novembru 2004 fil-kawża T-166/98, Cantina sociale di Dolianova Soc. Coop. rl et vs Il-Kummissjoni li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza kkundannat lill-Kummissjoni sabiex tagħmel tajjeb għad-dannu mġarrab mir-rikorrenti b'riżultat tad-Deċiżjoni Nru VI B-1-3 M 4/97PVP, tal-31 ta' Lulju 1998, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti dwar il-ħlas ta' għajnuna għad-distillazzjoni għas-sena 1982/1983
Dispożittiv
1) |
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-23 ta' Novembru 2004, Cantina sociale di Dolianova et vs Il-Kummissjoni (T-166/98), għandha tiġi annullata safejn tiddikjara ammissibbli l-azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali mibdija mill-Cantina sociale di Dolianova Soc. coop. arl, Cantina Trexenta Soc. coop. arl, Cantina sociale Marmilla — Unione viticoltori associati Soc. coop. arl, Cantina sociale S. Maria La Palma Soc. coop. arl u Cantina sociale del Vermentino Soc. coop. arl Monti-Sassari u tordna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tagħmel tajjeb għad-dannu mġarrab minnhom, b'konsegwenza tal-falliment tad-Distilleria Agricola Industriale de Terralba, minħabba n-nuqqas ta' mekkaniżmu li seta' jiggarantixxi, taħt is-sistema stabbilita fl-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2499/82, tal-15 ta' Settembru 1982, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar id-distillazzjoni preventiva għas-sena ta' l-inbid 1982/83, il-ħlas lill-produtturi kkonċernati ta' l-għajnuna Komunitarja prevista f'dan ir-regolament. |
2) |
Ir-rikors fil-kawża T-166/98 huwa miċħud. |
3) |
Cantina sociale di Dolianova Soc. coop. arl, Cantina Trexenta Soc. coop. arl, Cantina sociale Marmilla — Unione viticoltori associati Soc. coop. arl, Cantina sociale S. Maria La Palma Soc. coop. arl u Cantina sociale del Vermentino Soc. coop. arl Monti-Sassari huma kkundannati għall-ispejjeż relatati ma' din l-istanza u ma' dik quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-371/05) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/50/KEE - Artikoli 11 u 15(2) - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Għoti tas- servizzi ta' l-informatika tal-komun ta' Mantova (l-Italja) - Għoti dirett mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta' sejħa għal offerti)
(2008/C 223/03)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis, C. Zadra, L. Visaggio u C. Cattabriga, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I.M. Braguglia, aġent u G. Fiengo, avvocato dello Stato)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 11 u 15(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta' Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku (ĠU L 209, p. 1) — Għoti tas-servizzi ta' l-informatika tal-Komun ta' Mantova — Għoti dirett mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta' sejħa għal offertià
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud |
2) |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-389/05) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 43 KE u 49 KE - Libertà ta' stabbiliment u libertà li jiġu pprovduti servizzi - Regoli tas-saħħa ta' l-annimali - Ċentru ta' inseminazzjoni artifiċjali ta' l-annimali ta' l-ifrat - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lil ċentri awtorizzati d-dritt esklużiv li jipprovdu s-servizz ta' inseminazzjoni artifiċjali ta' l-annimali ta' l-ifrat f'territorju partikolari u tissuġġetta l-għoti tal-liċenzji ta' inseminatur għall-konklużjoni ta' ftehim ma' wieħed minn dawn iċ-ċentri)
(2008/C 223/04)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: A. Bordes u E. Traversa, aġenti]
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża [rappreżentanti: G. de Bergues, A. Colomb u G. Le Bras, aġenti]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 43 u 49 KE — Eżerċizzju ta' l-attivitajiet marbuta ma' l-inseminazzjoni artifiċjali ta' l-annimali ta' l-ifrat irriżervat biss għaċ-“ċentri ta' inseminazzjoni” awtorizzati fi Franza
Dispożittiv
1) |
Billi rriżervat id-dritt li jiġi pprovdut is-servizz ta' inseminazzjoni artifiċjali ta' l-annimali ta' l-ifrat għal ċentri ta' inseminazzjoni artifiċjali approvati, li għandhom esklużività ġeografika, kif ukoll lill-persuni li għandhom liċenzja ta' inseminatur li l-għoti tagħha hija soġġetta għall-konklużjoni ta' ftehim ma' wieħed minn dawn iċ-ċentri, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 43 KE u 49 KE. |
2) |
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-132/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 10 KE - Is-Sitt Direttiva tal-VAT - Obbligi taħt is-sistema legali interna - Verifika tat-tranżazzjonijiet taxxabbli - Amnestija)
(2008/C 223/05)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa u M. Afonso, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia, aġent u G. De Bellis, avvocato dello Stato)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 2, u 22, tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Obbligi taħt is-sistema legali interna — Liġi nazzjonali li tirrinunzja għall-kontroll ta' tranżazzjonijiet taxxabbli mwettqa matul numru ta' perijodi fiskali.
Dispożittiv
1) |
Billi pprovdiet fl-Artikoli 8 u 9 tal-Liġi Nru 289 tas-27 ta' Diċembru 2002, dwar dispożizzjonijiet għat-tfassil tal-baġit annwali u pluriennali ta' l-Istat (liġi tal-finanzi għall-2003) [legge n. 289, disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale dello Stato (legge finanziaria 2003)], tas-27 ta' Diċembru 2002, għar-rinunzja ġenerali u mingħajr distinzjoni għall-verifika tat-tranżazzjonijiet taxxabbli li saru matul ċertu perijodi ta' tassazzjoni, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 u 22 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, kif ukoll taħt l-Artikolu 10 KE. |
2) |
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Groningen — L-Olanda) — Essent Netwerk Noord BV, Nederlands Elektriciteit Administratiekantoor BV, Aluminium Delfzijl BV vs Aluminium Delfzijl BV, Staat der Nederlanden, Nederlands Elektriciteit Administratiekantoor BV, Saranne BV
(Kawża C-206/06) (1)
(Suq intern ta' l-enerġija elettrika - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-ġbir ta' żieda fuq il-prezz tat-trasport ta' l-enerġija elettrika għall-benefiċċju ta' kumpannija nnominata mil-liġi li hija responssabbli għall-ħlas ta' l-ispejjeż mhux irkuprabbli - Taxxi ta' effett ekwivalenti għal dazju doganali - Taxxi interni diskriminatorji - Għajnuna mogħtija mill-Istati Membri)
(2008/C 223/06)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Groningen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Essent Netwerk Noord BV, Nederlands Elektriciteit Administratiekantoor BV, Aluminium Delfzijl BV
Konvenuti: Aluminium Delfzijl BV, Staat der Nederlanden, Nederlands Elektriciteit Administratiekantoor BV, Saranne BV
Suġġett
Talba għal domanda preliminari — Rechtbank Gronigen — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 25 KE, 87(1) KE u 90 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi żieda fil-prezz ta' l-elettriku dovut mill-konsumaturi stabbiliti fl-Olanda lill-operatur tas-sistema waqt perijodu tranżitorju — Obbligu, għal dan ta' l-aħħar, li jħallas l-ammont taż-żieda lil kumpannija tal-produtturi nazzjonali ta' l-elettriku indikata mil-liġi, bħala kumpens għal ċerta somma li tirrappreżenta l-ammont ta' obbligi assunti u l-investimenti magħmula minn dik il-kumpanniija qabel il-liberalizzazzjoni tas-suq — Ħlas ta' l-ammont żejjed, minn dik il-kumpannija, lill-ministeru kompetenti
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 25 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi miżura leġiżlattiva li tobbliga lill-utenti nazzjonali ta' enerġija elettrika li jħallsu lill-operatur tan-netwerk żieda fit-tariffa għall-kwantitajiet ta' enerġija elettrika prodotti fl-Istat Membru u importati li ġew ipprovduti lilhom, meta din iż-żieda għandha titħallas mill-imsemmi operatur lil kumpannija nnominata għal dan l-għan mil-leġiżlatur, peress li din il-kumpannija hija sussidjarja komuni ta' l-erba' impriżi nazzjonali li jipproduċu l-enerġija elettrika u qabel kienet l-amministratur ta' l-ispejjeż ta' l-enerġija elettrika kollha prodotta u importata, u li din iż-żieda fit-tariffa għandha tiġi allokata b'mod sħiħ għall-ħlas ta' spejjeż li mhumiex konformi mas-suq li hija responsabbli għalihom din il-kumpannija, bil-konsegwenza li s-somom li nġabru minn din il-kumpannija jikkumpensaw b'mod sħiħ il-piż finanzjarju fuq l-enerġija elettrika nazzjonali ttrasportata. L-istess jgħodd meta l-impriżi produttriċi nazzjonali ta' enerġija elettrika għandhom l-obbligu li jieħdu r-responsabbiltà għal dawn l-ispejjeż u meta, minħabba konvenzjonijiet eżistenti, permezz tal-ħlas ta' prezz ta' xiri ta' l-enerġija elettrika prodotta fl-Istat Membru, permezz tal-ħlas ta' dividendi lid-diversi impriżi nazzjonali produttriċi ta' enerġija elettrika li l-kumpannija nnominata hija s-sussidjarja tagħhom jew bi kwalunkwe mezz ieħor, il-vantaġġ ikkostitwit miż-żieda fil-prezz seta' jiġi mgħoddi mill-kumpannija nnominata lill-impriżi nazzjonali produttriċi ta' enerġija elettrika. L-Artikolu 90 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi l-istess miżura leġiżlattiva meta d-dħul mit-taxxa miġbura fuq l-enerġija elettrika ttrasportata jaffettwa biss parzjalment il-ħlas ta' spejjeż li mhumiex konformi mas-suq, jiġifieri meta l-ammont miġbur mill-kumpannija nnominata jikkumpensa biss parzjalment il-piż finanzjarju fuq l-enerġija elettrika nazzjonali ttrasportata. |
2) |
l-Artikolu 87 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ammonti mħallsa lill-kumpannija nnominata b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 9 tal-liġi tranżitorja dwar is-settur tal-produzzjoni ta' enerġija elettrika, tal-21 ta' Diċembru 2000 (Overgangswet Elektriciteitsproductiesector) jikkostitwixxu “għajnuna mill-Istat” fis-sens ta' din id-dispożizzjoni tat-Trattat KE safejn huma jirrappreżentaw vantaġġ ekonomiku u mhux kumpens għas-servizzi pprovduti mill-kumpannija nnominata għall-eżekuzzjoni ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Unabhängiger Finanzsenat Salzburg — Aigen — l-Awstrija) — Schwaninger Martin, Viehhandel — Viehexport vs Zollamt Salzburg, Erstattungen
(Kawża C-207/06) (1)
(Regolament (KE) Nru 615/98 - Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Benesseri ta' l-annimali ta' l-ifrat ħajjin matul it-trasport - Direttiva 91/628/KEE - Applikabbiltà tar-regoli dwar il-protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport - Regoli dwar il-ħinijiet tal-vjaġġ u tal-perijodu ta' mistrieħ kif ukoll dwar it-trasport bil-baħar ta' l-annimali ta' l-ifrat b'destinazzjoni 'l barra mill-Komunità - L-għoti ta' ikel u xorb lill-annimali matul il-vjaġġ)
(2008/C 223/07)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Finanzsenat Salzburg — Aigen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Schwaninger Martin, Viehhandel — Viehexport
Konvenut: Zollamt Salzburg, Erstattungen
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Finanzsenat (l-Awstrija) — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 615/98 tat-18 ta' Marzu 1998 li jistabbilixxi regoli partikolari u dettaljati speċifiċi għall-applikazzjoni tas-sistema tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fir-rigward tal-benesseri ta' annimali ta' l-ifrat ħajjin matul it-trasport (ĠU L 82 p. 19) kif ukoll tal-punt 48(7)(a) u (b) tal-Kapitolu VII ta' l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE tad-19 ta' Novembru 1991 dwar il-protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE (ĠU L 340 p. 17) u tat-tieni inċiż ta' l-Artikolu 5(A)(2)(d)(ii) ta' din id-direttiva — Applikabbilità tar-regoli ta' protezzjoni ta' l-annimali dwar il-ħinijiet tal-vjaġġ u tal-perijodu ta' mistrieħ, għat-trasport bil-baħar ta' l-annimali ta' l-ifrat b'destinazzjoni 'l barra l-Komunità, permezz ta' vettura mgħobbija fuq bastiment mingħajr ma jinħattu l-annimali — Nuqqas ta' referenza, fil-pjanta tar-rotta, tal-ħinijiet li fihom l-annimali ttrasportati ġew fil-fatt mogħtija l-ikel u x-xorb matul il-vjaġġ
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 615/98, tat-18 ta' Marzu 1998, li jistabbilixxi regoli ddettaljati speċifiċi għall-applikazzjoni tas-sistema tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fir-rigward tal-benesseri ta' annimali ta' l-ifrat ħajjin matul it-trasport, ma jistax jiġi interpretat fis-sens li l-punt 48(7)(b) ta' l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE, tad-19 ta' Novembru 1991, dwar il-protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/29/KE tad-29 ta' Ġunju 1995, għandu jiġi applikat għall-każ ta' trasport bil-baħar, li jgħaqqad punt ġeografiku fil-Komunità Ewropea ma' punt ġeografiku f'pajjiż terz, permezz ta' vetturi mgħobbija fuq bastimenti mingħajr ma jinħattu l-annimali. |
2) |
Il-punt 48(7)(a) ta' l-Anness tad-Direttiva 91/628, kif emendata bid-Direttiva 95/29, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta' trasport bil-baħar, li jgħaqqad punt ġeografiku fil-Komunità Ewropea ma' punt ġeografiku f'pajjiż terz, permezz ta' vetturi mgħobbija fuq bastimenti mingħajr ma jinħattu l-annimali, it-tul ta' żmien tat-trasport m'għandux jittieħed in kunsiderazzjoni jekk l-annimali jkunu ttrasportati b'mod konformi mal-kundizzjonijiet previsti fil-punti 3 u 4 ta' l-istess punt 48, minbarra t-tul tal-ħin tal-vjaġġ u tal-perijodi ta' mistrieħ. Jekk dan ikun il-każ, perijodu ġdid ta' trasport bit-triq jista' jibda b'mod immedjat wara li l-vettura titniżżel fil-port tal-pajjiż terz ta' destinazzjoni, b'mod konformi mal-punt 48(4)(d). |
3) |
Pjanta tar-rotta li tinkludi nota, ittajpjata minn qabel, li tgħid li l-annimali jingħataw x'jieklu u x'jixorbu “filgħaxija, filgħodu, f'nofsinhar, filgħaxija, filgħodu” matul it-trasport bil-baħar tista' tissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 91/628, kif emendata bid-Direttiva 95/29, safejn ikun stabbilit li dawn l-operazzjonijiet ikunu fil-fatt saru. Jekk l-awtorità kompetenti tqis, fid-dawl tad-dokumenti kollha ppreżentati mill-esportatur, li r-rekwiżiti ta' din id-direttiva ma kinux osservati, huwa kompitu tagħha li tevalwa jekk dan in-nuqqas ta' osservanza kellux effett fuq il-benesseri ta' l-annimali, jekk nuqqas ta' osservanza bħal dan jistax, jekk ikun il-każ, jiġi rrettifikat u jekk dan għandux iwassal għat-telf, it-tnaqqis jew iż-żamma tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Employment Tribunal — ir-Renju Unit) — S. Coleman vs Attridge Law, Steve Law
(Kawża C-303/06) (1)
(Politika soċjali - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol - Artikoli 1, 2(1), (2)(a) u (3) u 3(1)(ċ) - Diskriminazzjoni diretta fuq bażi ta' diżabilità - Fastidju marbut mad-diżabilità - Sensja mogħtija lil impjegat li huwa stess m'għandux diżabilità, iżda li t-tifel tiegħu għandu diżabilità - Inklużjoni - Oneru tal-prova)
(2008/C 223/08)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Employment Tribunal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: S. Coleman
Konvenuti: Attridge Law, Steve Law
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Employment Tribunal — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 1 u 2(2)(a) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, p. 16) — Portata tal-kunċett ta' diżabilità — Possibbiltà li jiġi estiż għal persuna assoċjata mill-qrib ma' persuna b'diżabilità u li ġiet iddiskriminata minħabba din l-assoċjazzjoni — Impjegata li waħedha qiegħda trabbi tifel b'diżabilità
Dispożittiv
1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, u, b'mod partikolari, l-Artikoli 1 u 2(1) u (2)(a) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni diretta li huma jistabbilixxu mhijiex limitata biss għal persuni li huma stess għandhom diżabilità. Meta min iħaddem jittratta impjegat li huwa stess m'għandux diżabilità b'mod inqas favorevoli milli huwa, kien jew kien jiġi ttrattat impjegat ieħor f'sitwazzjoni komparabbli u jiġi pprovat li t-trattament sfavorevoli li tiegħu dan l-impjegat ikun vittma jkun ibbażat fuq id-diżabilità tat-tifel tiegħu, li lilu huwa jagħti l-parti l-kbira tal-kura li dan ta' l-aħħar għandu bżonn, tali trattament jmur kontra l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni diretta prevista fl-imsemmi Artikolu 2(2)(a). |
2) |
Id-Direttiva 2000/78 u, b'mod partikolari, l-Artikoli 1 u 2(1) u (3) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-projbizzjoni tal-fastidju li huma jistabbilixxu mhijiex limitata biss għal persuni li huma stess għandhom diżabilità. Meta jiġi pprovat li l-imġiba mhux xierqa li tikkostitwixxi fastidju li tagħha impjegat, li huwa stess m'għandux diżabilità, ikun vittma tkun marbuta mad-diżabilità tat-tifel tiegħu, li lilu huwa jagħti l-parti l-kbira tal-kura li dan ta' l-aħħar għandu bżonn, tali imġiba tmur kontra l-projbizzjoni tal-fastidju prevista fl-imsemmi Artikolu 2(3). |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — L-Italja) — ASM Brescia SpA vs Comune di Rodengo Saiano
(Kawża C-347/06) (1)
(Artikoli 43 KE, 49 KE u 86 KE - Konċessjoni ta' servizz pubbliku ta' distribuzzjoni tal-gass - Direttiva 2003/55 - Waqfien antiċipat fit-tmiem ta' perijodu ta' tranżizzjoni - Prinċipji ta' protezzjoni ta' l-aspettativi leġittimi u taċ-ċertezza legali)
(2008/C 223/09)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ASM Brescia SpA
Konvenut: Comune di Rodengo Saiano
Fil-presenza ta': Associazione Nazionale Industriale del Gas
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 43, 49 u 86(1) KE u ta' l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU L 176, p. 57) — Estensioni awtomatika tal-konċessjonijiet relatati mal-ġestjoni tas-servizz pubbliku ta' distribuzzjoni tal-gass
Dispożittiv
1) |
Id-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE, ma tipprekludix li leġiżlazzjoni ta' Stat Membru, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, tipprovdi l-estensjoni, bil-kundizzjonijiet li hija tistabbilixxi, tat-tul tal-perijodu tranżitorju li fit-tmiem tiegħu għandu jseħħ il-waqfien antiċipat ta' konċessjoni ta' distribuzzjoni tal-gass naturali, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali. F'dawn il-kundizzjonijiet, hemm ukoll lok li jiġi kkunsidrat li l-Artikolu 10 KE u l-prinċipju ta' proporzjonalità ukoll ma jipprekludux tali leġiżlazzjoni. |
2) |
L-Artikoli 43 KE, 49 KE u 86(1) KE ma jipprekludux li l-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, tipprovdi l-estensjoni, għall-kundizzjonijiet li hija tiffissa, tat-tul tal-perijodu tranżitorju li fit-tmiem tiegħu għandu jseħħ il-waqfien antiċipat ta' konċessjoni ta' distribuzzjoni tal-gass naturali, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn tali estensjoni tista' tiġi kkunsidrata bħala neċessarja sabiex tippermetti lill-kontraenti li jħollu r-relazzjonijiet kuntrattwali tagħhom f'kundizzjonijiet aċċettabbli kemm mill-aspett tar-rekwiżiti tas-servizz pubbliku kif ukoll mill-aspett ekonomiku. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) ta' l-10 ta' Lulju 2008 — Bertelsmann AG, Sony Corporation of America vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Independent Music Publishers u Labels Association (Impala, assoċjazzjoni internazzjonali), Sony BMG Music Entertainment BV
(Kawża C-413/06 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Kontroll ta' koncentrazzjonijiet bejn impriżi - Impriża komuni Sony BMG - Rikors kontra l-annullament ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni - Stħarriġ ġudizzjarju - Portata - Rekwiżiti ta' prova - Rwol tad-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet - Tisħiħ jew ħolqien ta' pożizzjoni dominanti kollettiva - Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet li japprovaw konċentrazzjoni - Użu ta' informazzjoni kunfidenzjali)
(2008/C 223/10)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Bertelsmann AG (rappreżentanti: P. Chappatte u J. Boyce, Solicitors), Sony Corporation of America (rappreżentanti: N. Levy, Barrister, R. Snelders, avocat, T. Graf, Rechtsanwalt)
Partijiet oħra fil-kawża: Independent Music Publishers and Labels Association (Impala) (rappreżentanti: S. Crosby, u J. Golding, Solicitors, I. Wekstein-Steg, Advocate), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Whelan, u K. Mojzesowicz, aġenti), Sony BMG Music Entertainment BV (rappreżentanti: N. Levy, Barrister, R. Snelders, avocat, T. Graf, Rechtsanwalt)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) tat-13 ta' Lulju 2006, Impala vs Il-Kummissjoni (T-464/04) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza annullat deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta' Lulju 2004, li tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim ŻEE l-konċentrazzjoni intiża għall-ħolqien ta' impriża komuni li tiġbor fiha l-attivitajiet ta' Sony u Bertelsmann fil-qasam tal-mużika rreġistrata (Każ Nru COMP/M.3333 — SONY/BMG)
Dispożittiv
1) |
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-13 ta' Lulju 2006, Impala vs Il-Kummissjoni (T-464/04), hija annullata. |
2) |
Il-kawża għandha tiġi rrinvijata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej. |
3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Köln — il-Ġermanja) — cp-Pharma Handels GmbH vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawża C-448/06) (1)
(Talba għal deċiżjoni preliminari - Validità tar-Regolament (KE) Nru 1873/2003 - Prodotti mediċinali veterinarji - Regolament (KEE) Nru 2377/90 - Limiti massimi ta' residwi ta' prodotti mediċinali fl-oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali - Proġesteron - Restrizzjoni ta' l-użu - Direttiva Nru 96/22/KE)
(2008/C 223/11)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Köln, il-Ġermanja
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: cp-Pharma Handels GmbH
Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Köln — Validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1873/2003 ta' l-24 ta' Ottubru 2003 li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jippreskrivi l- proċedura Komunitarja għat-twaqqif tal-limiti massimi ta' residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji fl-oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 275, p. 9) safejn, billi jillimita l-kundizzjonijiet għall-użu tal-proġesteron, bħala sustanza attiva tal-prodotti mediċinali veterinarji, biss għall-amministrazzjoni mir-rotta intravaġinali, jeskludi l-possibbiltà ta' l-amministrazzjoni ta' din is-sustanza fil-forma ta' titqiba fil-muskoli — Eżistenza jew le tal-kompetenza tal-Kummissjoni għal din il-limitazzjoni fid-dawl ta' l-Artikolu 1(a) u l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tad-29 ta' Ġunju 1990, li jistabilixxi kull proċedura tal-Komunità għal iffissar ta' limiti massimi ta' residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta' l-ikel ta' oriġini mill-annimali (ĠU L 224, p. 1) flimkien ma' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta' April 1996, li tikkonċerna l-projbizzjoni ta' l-użu fl-istockfarming ta' ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta' beta-agonists u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, p. 3)
Dispożittiv
L-eżami tad-domanda magħmula ma wera ebda element li jista' jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1873/2003, ta' l-24 ta' Ottubru 2003, li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90, li jippreskrivi l-proċedura Komunitarja għat-twaqqif tal-limiti massimi ta' residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji fl-oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) ta' l-10 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Fiscale eenheid Koninklijke Ahold NV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-484/06) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - L-Ewwel u s-Sitt Direttiva tal-VAT - Prinċipji ta' newtralità fiskali u ta' proporzjonalità - Regoli dwar l-arrotondament ta' l-ammonti tal-VAT - Arrotondament 'l isfel għal kull artiklu)
(2008/C 223/12)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fiscale eenheid Koninklijke Ahold NV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Intepretazzjoni ta' l-Artikolu 11(A)(1)(a), l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 22(3)(b) u l-Artikolu 22(5) tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) u ta' l-ewwel u t-tieni paragrafi ta' l-Artikolu 2 ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE, tal-11 ta' April 1967, fuq l-armonizazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (ĠU 71, p. 1301) — Regoli dwar l-arrotondament ta' l-ammonti tat-taxxa fuq il-valur miżjud
Dispożittiv
1) |
Fin-nuqqas ta' leġiżlazzjoni Komunitarja speċifika, huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw ir-regoli u l-metodi ta' arrotondament ta' l-ammonti tat-taxxa fuq il-valur miżjud, fejn dawn l-Istati huma marbuta, meta jieħdu tali deċiżjoni, li josservaw il-prinċipji li fuqhom tistrieħ is-sistema komuni ta' din it-taxxa, b'mod partikolari dawk ta' newtralità fiskali u ta' proporzjonalità. |
2) |
Il-liġi Komunitarja, fl-istat attwali tagħha, ma tinkludi fiha l-ebda obbligu speċifiku li jgħid li l-Istati Membri huma marbuta li jawtorizzaw lill-persuni taxxabbli jarrotondaw l-ammont tal-VAT 'l isfel għal kull artikolu. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 — L & D SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Julius Sämann Ltd
(Kawża C-488/06 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikoli 8(1)(b) u 73 - Trade mark figurattiva “Aire Limpio’ - Trade marks figurattivi Komunitarji, nazzjonali u internazzjonali li jirrappreżentaw siġra taż-żnuber b'ismijiet differenti - Oppożizzjoni mill-proprjetarju - Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni - Deduzzjoni tal-karattru distintiv partikolari tat-trade mark preċedenti minn elementi ta' prova relatati ma' trade mark oħra)
(2008/C 223/13)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: L & D SA [rappreżentant: S. Miralles Miravet, abogado]
Partijiet l-oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) [rappreżentanti: J. García Murillo, aġent] Julius Sämann Ltd [rappreżentant: E. Armijo Chávarri, abogado]
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba Awla) tas-7 ta' Settembru 2006, L & D vs UASI (T-168/04) li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-15 ta' Marzu 2004 (Każ R 326/2003-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Julius Sämann Ltd u L & D, SA
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
L & D SA għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di Genova) — Corporación Dermoestética SA vs To Me Group Advertising Media
(Kawża C-500/06) (1)
(Artikoli 3(1)(g) KE, 4 KE, 10 KE, 43 KE, 49 KE, 81 KE, 86 KE u 98 KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi r-reklamar li jikkonċerna l-kura mediko-kirurġika fil-qasam tal-kura estetika)
(2008/C 223/14)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Giudice di pace di Genova
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Corporación Dermoestética SA
Konvenuta: To Me Group Advertising Media
Fil-preżenza ta': Cliniche Futura Srl
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Giudice di pace di Genova — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 43, 49, 81, 86 u 98 KE — Kompatibbiltà ta' dispożizzjoni nazzjonali li tipprojbixxi r-reklamar, fuq l-istazzjonijiet televiżivi ta' xandir nazzjonali, ta' kura mediko-kirurġika mogħtija fi kliniċi privati awtorizzati u li tillimita l-ispejjeż relatati mar-reklamar għal 5 % tad-dħul tas-sena preċedenti
Dispożittiv
L-Artikoli 43 KE u 49 KE, moqrija flimkien ma' l-Artikoli 48 KE u 55 KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, safejn tipprojbixxi r-reklamar għall-kura medika u kirurġika, mogħtija mill-istabbilimenti mediċi privati, fuq l-istazzjonijiet televiżivi ta' xandir nazzjonali, filwaqt li tawtorizza tali reklamar, taħt ċerti kundizzjonijiet, fuq l-istazzjonijiet televiżivi ta' xandir lokali.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 — Athinaïki Techniki AE vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Athens Resort Casino AE Symmetochon
(Kawża C-521/06 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mir-Repubblika Ellenika lill-konsorzju Hyatt Regency - Ilment - Deċiżjoni li ma titteħidx azzjoni ulterjuri fir-rigward ta' l-ilment - Regolament Nru 659/1999 - Artikoli 4, 13 u 20 - Kunċett ta' “att kontestabbli’ fis-sens ta' l-Artikolu 230 KE)
(2008/C 223/15)
Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Athinaïki Techniki AE [rappreżentanti: S. A. Pappas, dikigoros]
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: D. Triantafyllou, aġent], Athens Resort Casino AE Symmetochon [rappreżentanti: F. Carlin, Barrister, N. Korogiannakis, dikigoros)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) tas-26 ta' Settembru 2006, Athinaïki Techniki AE vs Il-Kummissjoni (T-94/05), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors għall-annullament ta' l-ittra tal-Kummissjoni, tat-2 ta' Diċembru 2004, li tinforma lill-appellanti li ebda azzjoni ma kienet ser tittieħed fir-rigward ta' l-ilment tagħha dwar għajnuna allegatament mogħtija mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest ta' proċedura għall-għoti ta' kuntratt pubbliku — Kunċett ta' att kontestabbli fis-sens ta' l-Artikolu 230 KE
Dispożittiv
1) |
Id-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-26 ta' Settembru 2006, Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni (T-94/05) huwa annullat. |
2) |
L-eċċezzjoni ta' inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej hija miċħuda. |
3) |
Il-kawża hija rrinvijata lill-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej sabiex tagħti deċiżjoni fuq it-talbiet ta' Athinaïki Techniki AE għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tat-2 ta' Ġunju 2004 li ma titteħidx azzjoni ulterjuri fir-rigward ta' l-ilment dwar l-allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Ellenika lill-konsorzju Hyatt Regency fil-kuntest ta' kuntratt pubbliku li jirrigwarda t-trasferiment ta' 49 % tal-kapital tal-kasinò Mont Parnès. |
4) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) ta' l-10 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Dâmbovița — Ir-Rumanija) — Ministerul Administrației și Internelor — Direcția Generală de Pașapoarte București vs Gheorghe Jipa
(Kawża C-33/07) (1)
(Ċittadinanza ta' l-Unjoni - Artikolu 18 KE - Direttiva 2004/38/KE - Drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri)
(2008/C 223/16)
Lingwa tal-kawża: Ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunal Dâmbovița
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ministerul Administrației și Internelor — Direcția Generală de Pașapoarte București
Konvenut: Gheorghe Jipa
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Dâmbovița — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 18 tat-Trattat KE u ta' l-Artikolu 27 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38/KE, tad-29 ta' April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, p. 77)
Dispożittiv
L-Artikoli 18 KE u 27 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti restrizzjoni fuq id-dritt ta' ċittadin ta' Stat Membru li jmur fit-territorji ta' Stat Membru ieħor, b'mod partikolari għar-raġuni li huwa kien ġie preċedentement ripatrijat minn hemm għaliex kien f'“sitwazzjoni illegali” hemmhekk, bil-kundizzjoni, minn naħa, li l-kondotta personali ta' dan iċ-ċittadin tikkostitwixxi periklu reali, attwali u suffiċjentement gravi li jaffettwa interess fundamentali tas-soċjetà, u min-naħa l-oħra, li l-miżura restrittiva prevista tkun xierqa sabiex tiggarantixxi li l-għan tagħha jintlaħaq u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ fil-kawża miġjuba quddiemha.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l-10 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Arbeidshof te Brussel — Il-Belġju) — Centrum voor gelijkheid van kansen en voor racismebestrijding vs Firma Feryn NV
(Kawża C-54/07) (1)
(Direttiva 2000/43/KE - Kriterji ta' għażla tal-persunal diskriminatorji - Oneru tal-prova - Sanzjonijiet)
(2008/C 223/17)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Arbeidshof te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Centrum voor gelijkheid van kansen en voor racismebestrijding
Konvenuta: Firma Feryn NV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Arbeidshof te Brussel- Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 2(2)(a), 8(1) u 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplementa l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (ĠU L 180, p. 22) — Kriterji ta' reklutaġġ ta' persunal direttament diskriminatorji minħabba razza jew etniċità — Oneru tal-prova — Evalwazzjoni u konstatazzjoni mill-qorti nazzjonali — Obbligu jew le, għall-qorti nazzjonali, li tordna t-tmiem tad-diskriminazzjoni
Dispożittiv
1) |
Il-fatt li persuna li timpjega tiddikjara pubblikament li mhijiex se tirrekluta ħaddiema li għandhom ċerta oriġini etnika jew razzjali jikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta fir-rigward tar-reklutaġġ fis-sens ta' l-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplementa l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità, peress li tali dikjarazzjonijiet huma ta' tali natura li jiddisswadu b'mod serju lil ċerti kandidati milli japplikaw, u għaldaqstant li jostakolaw l-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol. |
2) |
Dikjarazzjonijiet pubbliċi li permezz taghhom persuna li timpjega tgħarraf li, fil-kuntest tal-politika ta' reklutaġġ tagħha mhijiex se tirrekluta ħaddiema ta' ċerta oriġini etnika jew razzjali, huma biżżejjed sabiex tiġi preżunta, fis-sens ta' l-Artikolu 8(1) tad- Direttiva 2000/43, l-eżistenza ta' politika ta' reklutaġġ direttament diskriminatorja. Għaldaqstant, hija din il-persuna li timpjega li ghandha turi li ma kienx hemm ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali. Tista' tagħmel dan billi turi li l-prattika reali ta' reklutaġġ ta' l-impriża ma tikkorrispondix ma' dawn id-dikjarazzjonijiet. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika li l-fatti allegati kontra l-persuna li timpjega huma stabbiliti u li għandha tevalwa jekk l-elementi ta' prova prodotti in sostenn ta' l-affermazzjonijiet ta' din il-persuna, li jgħidu li ma kisritx il-prinċipju ta' trattament ugwali, humiex suffiċjenti. |
3) |
L-Artikolu 15 tad- Direttiva 2000/43/KE jeħtieġ li, anke meta mhemmx vittma identifikabbli, ir-regoli dwar is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati biex tiġi trasposta din id-direttiva għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 — Franco Campoli vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
(Kawża C-71/07 P) (1)
(Appell - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Pensjoni - Applikazzjoni tal-koeffiċjent ta' korrezzjoni kkalkolat skond l-għoli tal-ħajja medju fl-Istat ta' residenza - Sistema tranżitorja stabbilita bir-Regolament li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal - Eċċezzjoni ta' illegalità)
(2008/C 223/18)
Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Franco Campoli (rappreżentanti: G. Vandersanden, L. Levi u S. Rodrigues, avukati)
Appellati: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u D. Martin, aġenti), Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Šulce, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla Estiża) tad-29 ta' Novembru 2006, Campoli vs Il-Kummissjoni (T-135/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondata t-talba għall-annullament tal-karti tal-pensjoni (pension slips) tar-rikorrent għax-xhur ta' Mejju sa Lulju 2004, safejn japplikaw għall-ewwel darba koeffiċjent ta' korrezzjoni kkalkolat illegalment skond l-għoli tal-ħajja medju fil-pajjiż ta' residenza ta' l-appellant, u mhux skond l-għoli tal-ħajja fil-belt kapitali ta' dan il-pajjiż — Effett tad-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal l-ġodda fuq is-sistema ta' koeffiċjenti ta' korrezzjoni — Sistema tranżitorja għall-uffiċjali li ħarġu bil-pensjoni qabel l-1 ta' Mejju 2004 — Metodu għall-kalkolu tal-koeffiċjenti ta' korrezzjoni u l-osservanza tal-prinċipju ta' trattament ugwali — Obbligu ta' motivazzjoni
Dispożittiv
1) |
L-appell prinċipali u l-appell inċidentali huma miċħuda. |
2) |
F. Campioli, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Arbeitsgericht Bonn — Il-Ġermanja) — Andrea Raccanelli vs Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften eV
(Kawża C-94/07) (1)
(Artikolu 39 KE - Kunċett ta' “ħaddiem’ - Organizzazzjoni mhux governattiva ta' utilità pubblika - Borża ta' studju għal kandidati għal dottorat - Kuntratt ta' impjieg - Kundizzjonijiet)
(2008/C 223/19)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Arbeitsgericht Bonn
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Andrea Raccanelli
Konvenuta: Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften eV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Arbeitsgericht Bonn — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-15 ta' Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU L 257, p. 2) — Status ta' ħaddiem ta' kandidat għal dottorat, impjegat bħala benefiċjarju ta' borża ta' studju minn assoċjazzjoni ta' utilità pubblika rregolata bid-dritt privat stabbilita fi Stat Membru ieħor li toffri lill-parti l-kbira tal-kandidati nazzjonali għal dottorat il-possibbiltà li jikkonkludu kuntratt ta' impjieg — Ħtieġa li l-kandidati għal dottorat li huma ċittadini ta' Stat Membru ieħor jingħataw il-possibbiltà li jagħżlu bejn borża ta' studju u kuntratt ta' impjieg — Kunċett ta' ħaddiem
Dispożittiv
1) |
Riċerkatur li qiegħed f'sitwazzjoni bħal dik tar-rikorrent fil-kawża prinċipali, jiġifieri li qed jipprepara teżi ta' dottorat fuq il-bażi ta' kuntratt ta' borża ta' studju konkluż mal-Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften eV, jista' jiġi kkunsidrat bħala ħaddiem, fis-sens ta' l-Artikolu 39 KE, biss jekk huwa eżerċita l-attività tiegħu, għal ċertu żmien, taħt id-direzzjoni ta' istitut li jaqa' taħt din l-assoċjazzjoni u jekk, b'korrispettiv għal din l-attività, huwa jirċievi remunerazzjoni. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq il-verifiki ta' fatt li huma neċessarji sabiex jiġi evalwat jekk dan huwiex il-każ fil-kawża li hija għandha quddiemha. |
2) |
Assoċjazzjoni rregolata bid-dritt privat, bħall-Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften eV, għandha tosserva l-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni fil-konfront tal-ħaddiema fis-sens ta' l-Artikolu 39 KE. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi jekk, f'ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, kienx hemm nuqqas ta' trattament ugwali bejn il-kandidati nazzjonali u barranin għal dottorat. |
3) |
Fil-każ fejn ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jkun iġġustifikat li jilmenta minn dannu kkawżat mid-diskriminazzjoni li huwa kien suġġett għaliha, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, fid-dawl tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fir-rigward tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali, in-natura tal-kumpens li huwa jkollu d-dritt jippretendi. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tas-17 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht (Il-Ġermanja)) — Arcor AG & Co. KG (C-152/07), Communication Services TELE2 GmbH (C-153/07), Firma 01051 Telekom GmbH (C-154/07) vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawżi C-152/07 sa C-154/07) (1)
(Settur tat-telekomunikazzjoni - Netwerks u servizzi - Ibbilanċjar mill-ġdid tat-tariffi - Artikolu 4c tad-Direttiva 90/388/KEE - Artikolu 7(2) tad-Direttiva 97/33/KE - Artikolu 12(7) tad-Direttiva 98/61/KE - Awtorità regolatorja - Effett dirett tad-direttivi - Sitwazzjoni trijangolari)
(2008/C 223/20)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Arcor AG & Co. KG (C-152/07), Communication Services TELE2 GmbH (C-153/07), Firma 01051 Telekom GmbH (C-154/07)
Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland
Fil-preżenza ta': Deutsche Telekom AG
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kummissjoni 90/388/KEE tat-28 ta' Ġunju 1990 dwar il-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi ta' telekomunikazzjoni (ĠU L 192, p. 10) u d-Direttiva 97/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 1997 dwar interkonnessjoni fit-telekomunikazzjonijiet fir-rigward ta' l-assigurazzjoni ta' servizz universali u interoperabbiltà permezz ta' l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' provvista ta' netwerk miftuħ (ONP) (ĠU L 199, p. 32) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, flimkien mal-kontribuzzjoni għall-interkonnessjoni kkalkulati skond l-ispejjeż ta' dan is-servizz, għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-operaturi l-oħra sabiex tkopri n-“nuqqas ta' aċċess” imġarrab mill-operatur diġà stabbilit minħabba t-tqegħid għad-dispożizzjoni tan-netwerk lokali — Obbligu ta' l-Istati Membri li jneħħu l-ostakoli għall-ibbilanċjar mill-ġdid tat-tariffi mill-entitajiet antiki ta' telekomunikazzjoni sussegwentement għall-interkonnessjoni tan-netwerks — Possibbiltà għal individwu li jinvoka l-effett dirett ta' direttiva quddiem qorti ta' Stat Membru sabiex jikseb l-annullament ta' deċiżjoni amministrattiva li tipprovdi obbligu finanzjarju favur individwu ieħor.
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 12(7) tad-Direttiva 97/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Ġunju 1997, dwar interkonnessjoni fit-telekomunikazzjonijiet fir-rigward ta' l-assigurazzjoni ta' servizz universali u interoperabbiltà permezz ta' l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' provvista ta' netwerk miftuħ (ONP), kif emendata bid-Direttiva 98/61/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' l-24 ta' Settembru 1998 u l-Artikolu 4c tad-Direttiva tal-Kummissjoni 90/388/KEE tat-28 ta' Ġunju 1990, dwar il-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi ta' telekomunikazzjoni, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/19/KE, tat-13 ta' Marzu 1996, moqri flimkien mal-ħames u l-għoxrin premessi tad-Direttiva 96/19, għandhom jiġu interpretati fis-sens li awtorità regolatorja nazzjonali ma tistax tobbliga lil operatur ta' netwerk ta' konnessjoni interkonness ma' netwerk lokali pubbliku jħallas lill-operatur tan-netwerk lokali li jinsab f'pożizzjoni dominanti, kontribuzzjoni għall-konnessjoni b'mod addizzjonali għal kontribuzzjoni għall-interkonnessjoni, sabiex jiġi kkumpensat it-telf ikkawżat lil dan l-operatur imsemmi l-aħħar minħabba t-tqegħid għad-dispożizzjoni tan-netwerk lokali għas-sena 2003. |
2) |
L-Artikoli 4c tad-Direttiva 90/388, kif emendata mid-Direttiva 96/19, u 12(7) tad-Direttiva 97/33, kif emendata mid-Direttiva 98/61, għandhom effett dirett u jistgħu jiġu invokati direttament quddiem qorti nazzjonali minn individwi sabiex jikkontestaw deċiżjoni ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) ta' l-10 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Oberlandesgericht Frankfurt am Main — il-Ġermanja) — Emirates Airlines Direktion für Deutschland vs Diether Schenkel
(Kawża C-173/07) (1)
(Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Kumpens għal passiġġieri fil-każ ta' kanċellazzjoni ta' titjira - Kamp ta' applikazzjoni - Artikolu 3(1)(a) - Kunċett ta' “titjira’)
(2008/C 223/21)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Frankfurt am Main
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Emirates Airlines Direktion für Deutschland
Konvenuta: Diether Schenkel
Suġġett
Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 261/2004 tal-11 ta' Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91(ĠU L 46, p. 1) — Kunċett ta' “tluq” — Biljett bir-ritorn minn Stat Membru lejn Stat terz — Annullament tat-titjira lura
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal sitwazzjoni ta' vjaġġ bir-ritorn li fih il-passiġġieri li inizjalment ikunu telqu minn ajruport li jinstab fit-territorju ta' Stat Membru suġġett għad-dispożizzjonijiet tat-trattat KE jerġgħu jaslu f'dan l-ajruport fuq titjira li titlaq minn ajruport li jinstab f'pajjiż terz. Iċ-ċirkustanza li t-titjira 'l barra u t-titjira lura huma s-suġġett ta' reżervazzjoni waħda hija mingħajr rilevanza għall-interpretazzjoni ta' din id-dispożizzjoni.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-207/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 43 KE u 56 KE - Liġi nazzjonali li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni bil-quddiem l-akkwist ta' ishma f'impriżi li jeżerċitaw attivitajiet irregolati fis-settur ta' l-enerġija u ta' l-attiv neċessarju għall-eżerċizzju ta' dawn l-attivitajiet)
(2008/C 223/22)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u R. Vidal Puig, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 43 u 56 KE — Liġi nazzjonali li tissuġġetta għall-awtorizzazzjoni bil-quddiem ta' kummissjoni speċjali, l-akkwist ta' ċerti ishma f'impriżi li jeżerċitaw attivitajiet irregolati fis-settur ta' l-enerġija
Dispożittiv
1) |
Bl-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' l-Erbatax-il Funzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Enerġija stabbilita mill-Ħdax-il Dispożizzjoni Addizzjonali, Titolu 3.1 tal-Liġi 34/1998 li tirregola s-settur ta' l-idrokarburi (Ley 34/1998, del sector de hidrocarburos), tas-7 ta' Ottubru 1998, kif emendata bid-Digriet Liġi Rjali 4/2006 (Real Decreto-ley 4/2006), ta' l-24 ta' Frar 2006, sabiex l-akkwist ta' ċerti ishma fl-impriżi li jeżerċitaw ċerti attivitajiet irregolati fis-settur ta' l-enerġija kif ukoll l-akkwist ta' l-attiv neċessarju għall-eżerċizzju ta' dawn l-attivitajiet jiġu ssuġġettati għall-awtorizzazzjoni bil-quddiem tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Enerġija, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 43 KE u 56 KE. |
2) |
Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Flughafen Köln/Bonn GmbH vs Hauptzollamt Köln
(Kawża C-226/07) (1)
(Direttiva 2003/96/KE - Struttura tal-Komunità dwar tassazzjoni tal-prodotti ta' enerġija u ta' l-elettriku - Artikolu 14(1)(a) - Eżenzjoni ta' prodotti ta' enerġija użati għall-produzzjoni ta' l-elettriku - Fakultà ta' tassazzjoni għal raġunijiet ta' politika dwar l-ambjent - Effett dirett ta' l-eżenzjoni)
(2008/C 223/23)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniz
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Flughafen Köln/Bonn GmbH
Konvenuta: Hauptzollamt Köln
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta' Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, p. 51) — Effett dirett — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma teżentax in-nafta użata għall-produzzjoni ta' l-elettriku mit-taxxa fuq iż-żjut minerali
Dispożittiv
L-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta' Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku, safejn jipprovdi għal eżenzjoni tal-prodotti ta' enerġija użati għall-produzzjoni ta' l-elettriku mit-taxxa prevista minn din id-direttiva, għandu effett dirett fis-sens li dan jista' jiġi invokat minn individwu quddiem qrati nazzjonali — għal dak li jirrigwarda perijodu li fih l-Istat Membru kkonċernat naqas milli jittrasponi fit-terminu previst din id-direttiva fid-dritt nazzjonali tiegħu — fil-kuntest ta' kontroversja, bħal dik fil-kawża prinċipali, bejnu u l-awtoritajiet doganali ta' dan l-Istat, sabiex tiġi eskluża l-applikazzjoni ta' liġi nazzjonali inkompatibbli ma' din id-dispożizzjoni u, għaldaqstant, sabiex jikseb il-ħlas lura ta' taxxa inkompatibbli magħha.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta' l-10 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-307/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 89/48/KEE - Rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtjia ma' l-ikkompletar ta' edukazzjoni u taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin - Nuqqas ta' rikonoxximent ta' diplomi ta' aċċess għall-professjoni ta' spiżjar fil-bioloġija medika - Nuqqas ta' traspożizzjoni)
(2008/C 223/24)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u P. Andrade, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Fernandes, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta' traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin (ĠU 1989, L 19, p. 16) għal dak li jikkonċerna l-professjoni ta' spiżjar speċjalizzat fil-bioloġija medika
Dispożittiv
1) |
Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex tittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin (ĠU 1989, L 19, p. 16), kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/19/KE, għal dak li jikkonċerna l-professjoni ta' spiżjar speċjalizzat fil-bioloġija medika, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija direttiva. |
2) |
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/16 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija
(Kawża C-311/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 89/105/KEE - Inklużjoni tal-prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna fil-kamp ta' applikazzjoni tas-sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa - Artikolu 6(1) - Lista tal-prodotti mediċinali approvati mis-sistema nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa li tistabbilixxi tliet kategoriji distinti mill-perspettiva tal-kundizzjonijiet għal rimbors - Terminu għall-adozzjoni ta' deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-inklużjoni ta' prodott mediċinali fil-kategoriji ta' din il-lista li joffru l-iktar kundizzjonijiet għal rimbors vantaġġjużi)
(2008/C 223/25)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Stromsky u B. Schima, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta' l-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar it-trasparenza ta' miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta' sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU L 40, p. 8) — Leġiżlazzjoni nazzjonali fuq is-sigurtà soċjali li tistabilixxi lista ta' prodotti mediċinali approvati mis-sistema ta' assigurazzjoni tas-saħħa li fiha tliet kategoriji ta' prodotti mediċinali li huma distinti mill-perspettiva tal-kundizzjonijiet għal rimbors — Nuqqas li tistabbilixxi terminu li jikkorrispondi għal dak previst fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 89/105/KE għad-deċiżjonijiet dwar l-inklużjoni tal-prodotti mediċinali fl-iktar kategoriji vantaġġjużi.
Dispożittiv
1) |
Billi ma pprovdiet għall-ebda terminu skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar it-trasparenza ta' miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta' sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa, għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-inklużjoni ta' prodotti mediċinali fit-taqsima safra jew fit-taqsima ħadra tal-kodiċi ta' rimbors tal-prodotti mediċinali previst fil-Liġi ġenerali fuq l-assigurazzjoni soċjali (Allgemeines Sozialversicherungsgesetz), kif emendata bil-Liġi ta' l-2003 li timmodifika l-assigurazzjoni soċjali (Sozialversicherungs-Änderungsgesetz 2003), ir-Repubblika ta' l-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-dispożizzjoni. |
2) |
Ir-Repubblika ta' l-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/16 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Białymstoku — Ir-Repubblika tal-Polonja) — Dariusz Krawczyński vs Dyrektor Izby Celnej w Białymstoku
(Kawża C-426/07) (1)
(Taxxi interni - Taxxi fuq il-vetturi bil-mutur - Dazju tas-sisa - Vetturi użati - Importazzjoni)
(2008/C 223/26)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Wojewódzki Sąd Administracyjny w Białymstoku
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Dariusz Krawczyński
Konvenut: Dyrektor Izby Celnej w BiałymstokuA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Wojewódzki Sąd Administracyjny w Białymstoku — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 90 KE u ta' l-Artikolu 33(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi dazju tas-sisa li jolqot kull bejgħ ta' vettura privata qabel l-ewwel reġistrazzjoni tagħha fit-territorju nazzjonali
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 33(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE, tas-16 ta' Diċembru 1991, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dazju tas-sisa, bħal dak previst fil-Polonja mil-Liġi dwar id-dazji tas-sisa (ustawa o podatku akcyzowym), tat-23 ta' Jannar 2004, impost fuq kwalunkwe bejgħ ta' vetturi bil-mutur qabel l-ewwel reġistrazzjoni tagħhom fit-territorju nazzjonali. |
2) |
L-Artikolu 90 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dazju tas-sisa, bħal dak in kwistjoni fil-kawża prinċipali, safejn l-ammont tad-dazju impost fuq il-bejgħ qabel l-ewwel reġistrazzjoni tal-vetturi użati importati minn Stat Membru ieħor jaqbeż l-ammont residwu ta' l-istess dazju inkluż fil-valur tas-suq ta' vetturi simili rreġistrati qabel fl-Istat Membru li jkun stabbilixxa dan id-dazju. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk il-leġiżlazzjoni in kwistjoni fil-kawża prinċipali, u b'mod partikolari l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 7 tad-Digriet tal-Ministru tal-Finanzi dwar it-tnaqqis tar-rata tad-dazju tas-sisa (rozporządzenie Ministra Finansów w sprawie obniżenia stawek podatku akcyzowego), tat-22 ta' April 2004, għandhiex tali konsegwenza. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/17 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-510/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 68/414/KEE - L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 1 - Obbligu li jinżammu f'kull żmien ħażniet minimi ta' prodotti petroliferi - Ksur)
(2008/C 223/27)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiz
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u B. Schima, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: C. Pochet, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta' osservanza ta' l-obbligu li jinżammu ħażniet ta' prodotti petroliferi previst fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 68/414/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1968 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri tal-KEE li jżommu ħażniet minimi ta' prodotti taż-żejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi (ĠU L 308, p. 14), kif emendata u sussegwentement ikkodifikata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/67/KE ta' l-24 ta' Lulju 2006 (ĠU L 217, p. 8) — Natura u portata ta' l-obbligu li jinżammu ħażniet — Diskrepanza bejn iċ-ċifri nnotifikati mill-Istat Membru kkonċernat u l-informazzjoni mogħtija mill-Eurostat — Metodu ta' kalkolu tal-ħażniet ta' prodotti petroliferi u tal-livell tal-konsum intern ta' dawn il-prodotti
Dispożittiv
1) |
Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jinżamm, fit-territorju tal-Komunità Ewropea, f'kull żmien, il-livell meħtieġ ta' ħażniet ta' prodotti petroliferi għat-tieni kategorija tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 68/414/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1968 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri tal-KEE li jżommu ħażniet minimi ta' prodotti taż-żejt mhux maħdum u/jew ta' prodotti petroliferi, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/93/KE ta' l-14 ta' Diċembru 1998, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 1 ta' din l-istess direttiva. |
2) |
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/18 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belgju
(Kawża C-543/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/73/KE - Trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa - Aċċess għall-mpjieg - Taħriġ professjonali u promozzjoni - Kundizzjonijiet tax- xogħol - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)
(2008/C 223/28)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentant: M. van Beek, aġent]
Konvenut: Ir-Renju ta' Belġju [rappreżentant: D. Haven, aġent]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/73/KE tat-23 ta' Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' aċċess għall-impjieg, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU L 269, p. 15).
Dispożittiv
1) |
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/73/KE tat-23 ta' Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' aċċess għall-impjieg, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva. |
2) |
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/18 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Oberlandesgericht Stuttgart — Il-Ġermanja) — Proċeduri dwar l-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest Ewropew maħruġ kontra Szymon Kozlowski
(Kawża C-66/08) (1)
(Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Mandat ta' arrest Ewropew u proċeduri ta' konsenja bejn Stati Membri - Artikolu 4(6) - Raġuni għall-għażla tan-nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest Ewropew - Interpretazzjoni tat-termini “residenta’ u “toqgħod’ fl-Istat Membru li jesegwixxi)
(2008/C 223/29)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Stuttgart
Partijiet fil-kawża prinċipali
Szymon Kozlowski
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Stuttgart — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu×4(6) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta' Ġunju 2002, fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment [konsenja] bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, p. 1) — Possibbiltà ta' l-awtorità ġudizzjarja li tesegwixxi li tirrifjuta li tesegwixxi mandat ta' arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet ta' l-eżekuzzjoni ta' piena ta' priġunerija fil-konfront ta' persuna li toqgħod fl-Istat Membru li jesegwixxi li fih hija residenti — Kunċetti ta' “residenta” u “toqgħod” — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 6(1) UE, flimkien ma' l-Artikoli 12 u 17 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti trattament differenti, mill-awtorità ġudizzjarja li tesegwixxi, tal-persuna mfittxija meta hija tirrifjuta l-konsenja tagħha, skond jekk hijiex ċittadina ta' l-Istat Membru li jesegwixxi jew ta' Stat Membru ieħor
Dispożittiv
L-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta' Ġunju 2002, fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment [konsenja] bejn l-Istati Membri għandu jiġi interpretat fis-sens li:
— |
persuna mfittxija “tirrisjedi” fl-Istat Membru li jesegwixxi meta tkun stabbilixxiet ir-residenza reali tagħha f'dan ta' l-aħħar u hija “toqgħod” hemm meta, wara perijodu stabbli ta' ċertu tul ta' żmien li tkun qattgħet f'dan l-Istat Membru, tkun akkwistat rabtiet ma' dan l-Istat ta' livell simili għal dawk li jirriżultaw minn residenza; |
— |
sabiex jiġi ddeterminat jekk jeżistux rabtiet bejn il-persuna mfittxija u l-Istat Membru li jesegwixxi li jippermettu li jiġi kkonstatat li din il-persuna hija koperta bit-terminu “toqgħod” fis-sens ta' dan l-Artikolu 4(6), hija l-awtorità ġudizzjara li tesegwixxi li għandha tagħmel evalwazzjoni globali ta' diversi fatturi oġġettivi li jikkaratterizzaw is-sitwazzjoni ta' din persuna, li jinkludu, partikolarment, it-tul, in-natura u l-kundizzjonijiet taż-żmien li l-persuna mfittxija tkun qattgħet fl-Istat Membru li jesegwixxi kif ukoll ir-rabtiet familjari u ekonomiċi li din il-persuna jkollha ma' l-Istat Membru li jesegwixxi. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/19 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas — Ir-Repubblika tal-Litwanja) — Proċeduri mibdija minn Inga Rinau
(Kawża C-195/08 PPU) (1)
(Kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta' sentenzi - Eżekuzzjoni fi kwistjonijiet matrimonjali u fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Talba għal nuqqas ta' rikonoxximent ta' sentenza ta' ritorn ta' minuri miżmum illegalment fi Stat Membru ieħor - Proċedura ta' deċiżjoni preliminari b'urġenza)
(2008/C 223/30)
Lingwa tal-kawża: Il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos Aukščiausiasis Teismas
Parti fil-kawża prinċipali
Inga Rinau
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Lietuvos Aukščiausiasis Teismas — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 21, 23, 24, 31(1), 40(2) u 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta' Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, p. 1) — Talba għal nuqqas ta' rikonoxximent fi Stat Membru A ta' sentenza mogħtija minn qorti ta' Stat Membru B li tordna r-ritorn ta' minuri, meqjus li huwa miżmum illegalment minn ommu fl-Istat Membru A, lil missieru li jirrisjedi fl-Istat Membru B u li lilu ngħatat il-kura u l-kustodja tal-minuri
Dispożittiv
1) |
Ladarba sentenza kontra r-ritorn ittieħdet u nġiebet għall-konoxxenza tal-qorti ta' l-oriġini, huwa irrilevanti, għall-finijiet tal-ħruġ taċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, li din is-sentenza tkun ġiet sospiża, inbidlet, ġiet annullata jew, jekk kien il-każ, tkun saret res judicata jew ġiet issostitwita minn sentenza ta' ritorn, sakemm ir-ritorn tal-minuri kien għadu ma seħħx effettivament. Peress li l-awtentiċità ta' l-imsemmi ċertifikat ma kinitx ikkontestata u peress li dan inħareġ skond il-formularju li l-mudell tiegħu jinsab fl-Anness IV ta' l-imsemmi regolament, l-oppożizzjoni għar-rikonoxximent tas-sentenza ta' ritorn hija pprojbita u l-qorti mitluba tista' biss tikkonstata l-infurzabbiltà tas-sentenza ċċertifikata u tordna r-ritorn immedjat tal-minuri. |
2) |
B'eċċezzjoni ta' kazijiet fejn il-proċedura tirrigwarda sentenza ċċertifikata skond l-Artikoli 11(8) u 40 sa 42 tar-Regolament Nru 2201/2003, kull parti interessata tista' titlob in-nuqqas ta' rikonoxximent ta' sentenza ġudizzjarja, anki jekk ma jkunx ġie ppreżentat rikors għal rikonoxximent tas-sentenza qabel. |
3) |
L-Artikolu 31(1) tar-Regolament Nru 2201/2003, fejn dan jipprovdi li la l-persuna li kontriha qed jintalab l-infurzar u lanqas il-minuri ma jistgħu, f'dan l-istadju tal-proċeduri, jippreżentaw osservazzjonijiet, mhuwiex applikabbli għal proċedura ta' nuqqas ta' rikonoxximent ta' deċiżjoni ġudizzjarja, magħmula mingħajr ma jkun tressaq rikors għal rikonoxximent qabel fir-rigward ta' l-istess deċiżjoni. F'tali sitwazzjoni, il-konvenut, li jkun qed jitlob ir-rikonoxximent, jista' jippreżenta osservazzjonijiet. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/19 |
Appell ippreżentat fit-22 ta' Mejju 2008 minn Philippe Guigard kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) mogħtija fil-11 ta' Marzu 2008 fil-Kawża T-301/05, Guigard vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-214/08 P)
(2008/C 223/31)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Philippe Guigard (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet ta' l-appellant
— |
tiddikjara l-appell bħala ammissibbli; |
— |
tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej fil-11 ta' Marzu 2008 fil-kawża T-301/05; |
— |
tilqa' t-talbiet għal annullament u għal kumpens imressqa mir-rikorrent fl-ewwel istanza; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta fl-ewwel istanza għall-ispejjeż kollha relatati mar-rikors għal annullament u ma' l-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellant jinvoka essenzjalment tliet aggravji in sostenn ta' l-appell tiegħu.
Permezz ta' l-ewwel aggravju tiegħu, li jinkludi żewġ partijiet, l-appellant qabel kollox isostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza tat interpretazzjoni żbaljata tar-raba' Konvenzjoni ta' Lomé (1).
L-iżball jikkonsisti, minn naħa, fil-fatt li l-Qorti tal-Prim'Istanza ddikjarat li bis-saħħa ta' l-Artikolu 313(2)(k) tal-Konvenzjoni ta' Lomé, huwa l-uffiċjal nazzjonali ta' awtorizzazzjoni li għandu jiddeċiedi dwar ir-reklutaġġ ta' konsulenti u ta' esperti ta' assistenza teknika, mingħajr ma tittieħed in kunsiderazzjoni s-setgħa tal-kontroll tal-budget u tal-ġestjoni tal-fondi rikonoxxuta lill-Kummissjoni permezz ta' l-imsemmija Konvenzjoni u ta' l-obbligu, ta' l-imsemmija Kummissjoni, li toffri lill-uffiċjal nazzjonali ta' awtorizzazzjoni assistenza teknika fin-negozjar tal-kuntratti.
L-iżball imwettaq mill-Qorti tal-Prim'Istanza jikkonsisti, min-naħa l-oħra, fil-fatt li hija ddikjarat li d-domanda ta' l-uffiċjal nazzjonali ta' awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tiġi approvata d-deċiżjoni ta' tiġdid tal-kuntratt ta' xogħol ta' l-appellant għandha tinkludi referenza espliċita għall-Artikolu 314 tal-Konvenzjoni ta' Lomé sabiex jibda jiddekorri t-terminu ta' 30 jum imsemmi f'din id-dispożizzjoni, filwaqt li tali rekwiżit bl-ebda mod ma jirriżulta mill-imsemmi artikolu. Skond l-appellant, il-Qorti tal-Prim'Istanza kellha għaldaqstant tikkonstata n-nuqqas ta' osservanza ta' l-imsemmi terminu mill-Kummissjoni, li kieku interpretat korrettament l-artikolu msemmi iktar 'il fuq.
Permezz tat-tieni aggravju, l-appellant isostni mbagħad li s-sentenza kkontestata hija vvizzjata b'kuntradizzjoni ċara fil-motivazzjoni tagħha għaliex il-Qorti tal-Prim'Istanza ddikjarat, fir-rigward tal-motiv ibbażat fuq il-ksur ta' l-Artikolu 317(1) tal-Konvenzjoni ta' Lomé, minn naħa, li dan il-motiv ġie ppreżentat tard u, min-naħa l-oħra, li fis-sustanza huwa ħaġa waħda mal-motiv ibbażat fuq il-ksur ta' l-Artikolu 313(2)(k) ta' l-istess konvenzjoni. Skond l-appellant, l-istess motiv ma jistax jiġi miċħud bħala fl-istess waqt inammissibbli u mhux fondat.
Permezz tat-tielet appell tiegħu, l-appellant fl-aħħar nett isostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza kisret id-drittijiet tiegħu tad-difiża inkwantu, minn naħa, hija ma ħaditx in kunsiderazzjoni l-argumenti kollha li huwa żviluppa waqt l-udjenza u, min-naħa l-oħra, hija żnaturat l-portata tal-motiv tiegħu bbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta' premura, ta' amministrazzjoni tajba u ta' protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi.
(1) Ir-Raba' Konvenzjoni konkluża bejn l-Istati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u l-Komunità Ekonomika Ewropea, iffirmata f'Lomé fil-15 ta' Diċembru 1989 (approvata permezz tad-deċiżjoni 91/400/KEEA, KEE tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, tal-25 ta' Frar 1991, rigward il-konklużjoni tar- Raba' Konvenzjoni AKP-KEE, ĠU L 229, p. 1), kif riveduta permezz tal-ftehim iffirmat fil-Mawrizju fl-4 ta' Novembru 1995 (ĠU 1998, L 156, p. 3).
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Audiencia Provincial de Salamanca (Spanja) fis-26 ta' Mejju 2008 — Eva Martín Martín vs EDP Editores, S.L. u Juan Caballo Bueno
(Kawża C-227/08)
(2008/C 223/32)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Salamanca
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Eva Martín Martín
Konvenuti: EDP Editores, S.L. u Juan Caballo Bueno
Domandi preliminari
L-Artikolu 153 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, flimkien ma' l-Artikoli 3 KE u 95 KE, kif ukoll ma' l-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea u mad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE (1), ta' l-20 ta' Diċembru 1985, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-qorti, adita b'appell kontra sentenza mogħtija fl-ewwel istanza, tiddikjara ex officio n-nullità ta' kuntratt li jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-direttiva, meta fl-ebda mument ma ntalbet din in-nullità mill-konsumatur konvenut, la fil-kuntest ta' l-oppożizzjoni tiegħu għall-proċeduri għal ordni ta' ħlas fis-seduta u lanqas fl-appell?
(1) ĠU L 372, p. 31 — EE 15/06, p. 131.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fit-28 ta' Mejju 2008 — Colin Wolf vs Stadt Frankfurt am Main
(Kawża C-229/08)
(2008/C 223/33)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Frankfurt am Main
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Colin Wolf
Konvenut: Stadt Frankfurt am Main
Domandi preliminari
1. |
Il-leġiżlatur nazzjonali għandu marġni ġenerali wiesgħa ta' diskrezzjoni u ta' organizzazzjoni sabiex juża l-possibbiltà għal manuvra fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78/KE (1) jew din id-diskrezzjoni hija, f'kull każ, limitata għal dak li huwa neċessarju f'dak li jikkonċerna l-iffissar ta' età massima ta' reklutaġġ tal-perijodu ta' impieg minimu qabel l-irtirar skond il-punt (ċ) tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78/KE? |
2. |
Ir-rekwiżit ta' neċessità fil-punt (ċ) tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78/KE jispeċifika n-natura xierqa tal-mezzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 f'termini iktar konkreti, u b'hekk jillimita l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni ġenerali? |
3. |
|
4. |
|
5. |
|
6. |
Fir-rigward ta' l-età massima ta' reklutaġġ, il-fatt li min iħaddem jindika li huwa ġeneralment possibbli li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet oġġettivi ta' reklutaġġ għal taħriġ fis-servizzi intermedjarji tal-pompieri, jiġifieri taħriġ skolastiku korrispondenti u taħriġ professjonali, sa meta din l-età tintlaħaq, jikkostitwixxi kunsiderazzjoni leġittima fis-sens ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78/KE? |
7. |
Liema huma l-kriterji li jippermettu li jiġi evalwat jekk perijodu minimu ta' impjieg qabel l-irtirar huwiex xieraq jew neċessarju?
|
8. |
|
9. |
Għall-kalkolu tal-perijodu ta' impieg minimu fil-kuntest ta' l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78/KE, il-formazzjoni [taħriġ] li għandha, qabel kollox, titlesta fil-kuntest tax-xogħol ta' uffiċjal, għandha tittieħed in kunsiderazzjoni? F'dan ir-rigward, il-kwistjoni dwar jekk it-tul taż-żmien tal-formazzjoni għandux jittieħed kollu kemm hu in kunsiderazzjoni bħala perijodu ta' impjieg li jagħti d-dritt għall-pensjoni jew jekk dan il-perijodu ta' formazzjoni għandux jitnaqqas mill-perijodu ta' impjieg minimu li min iħaddem jista' jeżiġi fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-punt (c) ta' l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78/KE hija importanti? |
10. |
Id-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 15(1) u ta' l-Artikolu 15(3) tal-liġi ġenerali fuq it-trattament ugwali huma kompatibbli ma' l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2000/78/KE? |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/22 |
Appell ippreżentat fid-29 ta' Mejju 2008 minn Masssimo Giannini mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) fit-12 ta' Marzu 2008 fil-kawża T-100/04 (Massimo Giannini vs Il-Kummissjoni)
(Kawża C-231/08 P)
(2008/C 223/34)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Masssimo Giannini (rappreżentanti: L. Levi u C. Ronzi, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet ta' l-appellant
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Marzu 2008 fil-kawża T-100/04; |
— |
konsegwentement, tilqa' t-talbiet ta' l-appellant imressqa fl-ewwel istanza u, għalhekk,
|
— |
tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha ta' l-ewwel istanza u ta' l-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellant jinvoka essenzjalment tliet aggravji prinċipali in sostenn ta' l-appell tiegħu.
Permezz ta' l-ewwel aggravju tiegħu, l-appellant l-ewwel nett jakkuża lill-Qorti tal-Prim'Istanza li kisret id-dritt għal smigħ xieraq u, b'mod iktar partikolari, id-dritt li l-kawża tiegħu tinstema' fi żmien raġonevoli. Fil-fatt għaddew erba' snin bejn id-data meta tressqet il-kawża fil-Qorti tal-Prim'Istanza u l-għoti tas-sentenza appellata. Issa, skond l-appellant, l-ebda ċirkostanza eċċezzjonali ma tiġġustifika dewmien bħal dan f'dan il-każ. Il-proċess ta' din il-kawża ma kienx partikolarment voluminuż, u l-kawża ma kinitx ġuridikament kumplessa u l-proċeduri kellhom rilevanza konsiderevoli għall-appellant.
Permezz tat-tieni aggravju tiegħu, l-appellant jisħaq li l-Qorti tal-Prim'Istanza kisret l-Artikoli 4, 27, u 29 tar-Regolamenti tal-Persunal u kisret kemm il-kunċett ta' l-interess tas-servizz kif ukoll l-obbligu ta' premura li għandhom l-istituzzjonijiet Komunitarji fil-konfront ta' l-uffiċjali u tal-membri l-oħra tal-persunal tagħhom. Skond l-appellant, il-Qorti tal-Prim'Istanza f'dan ir-rigward fixklet id-dħul fis-servizz pubbliku Komunitarju, permezz ta' kompetizzjoni ġenerali intiża sabiex tinħoloq lista ta' riżerva għar-reklutaġġ, mal-prosegwiment tal-karriera ta' persuni diġà rreklutati permezz tal-mekkaniżmi ta' trasferimenti u promozzjonijiet previsti fir-Regolamenti.
Permezz tat-tielet aggravju tiegħu, l-appellant fl-aħħar nett jinvoka ksur, mill-Qorti tal-Prim'Istanza, ta' l-obbligu ta' motivazzjoni tas-sentenzi u tal-prinċipji ta' non-diskriminazzjoni u ta' l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża, kif ukoll żnaturament ta' l-elementi ta' prova miġjuba għall-evalwazzjoni tagħha. Dan l-aħħar aggravju huwa maqsum fi tliet partijiet.
Permezz ta' l-ewwel parti tat-tielet aggravju, l-appellant isostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza kisret kemm il-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni kif ukoll l-obbligu ta' motivazzjoni li għandha u r-regoli ta' l-amministrazzjoni tal-provi billi kkonkludiet li l-għarfien, minn ċerti kandidati għall-kompetizzjoni, tad-dokument li fuqu kien ibbażat l-eżami bil-miktub ma kienx jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni u billi ma talbitx lill-appellata ġġib provi konkreti tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni relatata ma' din iċ-ċirkustanza.
Permezz tat-tieni parti ta' dan l-istess aggravju, l-appellant isostni li sar ksur tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni u li l-elementi ta' prova miġjuba għall-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza ġew żnaturati minħabba li din ta' l-aħħar ikkunsidrat li l-kompożizzjoni tal-bord ta' l-għażla kienet suffiċjentement ekwilibrata sabiex tassigura l-paragun u l-evalwazzjoni oġġettiva tal-kandidati, meta għall-kuntrarju l-elementi tal-proċess juru n-nuqqas ta' ekwilibriju suffiċjenti fil-kompożizzjoni tal-bord ta' l-għażla u li diversi elementi ta' informazzjoni fattwali essenzjali ma ġewx ikkomunikati lill-Qorti tal-Prim'Istanza mill-appellata.
Fl-aħħar nett, permezz tat-tielet parti ta' dan l-aggravju, l-appellant jinvoka ksur ġdid tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni u tar-regoli ta' l-amministrazzjoni tal-provi, kif ukoll ksur tad-drittijiet tad-difiża, relatati mal-konklużjonijiet miġbuda mill-Qorti tal-Prim'Istanza rigward l-imparzjalità tal-membri tal-bord ta' l-għażla.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Ried im Innkreis (L-Awstrija) fit-2 ta' Ġunju 2008 — Proċeduri kriminali kontra Roland Langer
(Kawża C-235/08)
(2008/C 223/35)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht Ried im Innkreis
Parti fil-kawża prinċipali
Roland Langer
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 43 (Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fil-verżjoni tiegħu tat-2 ta' Ottubru 1997, emendat l-aħħar bit-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fil-25 ta' April 2005, ĠU L 157, p. 11) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni legali ta' Stat Membru li tirriżerva l-logħob ta' l-ażżard fl-istabbilimenti tal-logħob esklużivament għall-kumpanniji, imwaqqfa bħala kumpanniji b'responsabbiltà limitata, li għandhom is-sede tagħhom fit-territorju ta' dan l-Istat Membru u li għaldaqstant timponi t-twaqqif jew l-akkwist ta' tali kumpannija f'dan l-Istat Membru? |
2) |
L-Artikoli 43 u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprojbixxu kull monopolju nazzjonali ta' ċertu logħob ta' l-ażżard, bħala l-logħob ta' l-ażżard ipprattikat fl-istabbilimenti tal-logħob, meta l-Istat Membru kkonċernat m'għandux politika koerenti u sistematika ta' restrizzjoni tal-logħob ta' l-ażżard peress li l-organizzaturi nazzjonali li għandhom liċenzja jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni fil-logħob ta' l-ażżard — u jagħmlu reklami f'dan is-sens fuq it-televiżjoni, fil-gazzetti u fir-rivisti, reklami li anki joffru somom ta' flus kontanti għal biljett tal-lottu ftit qabel ma jittella' l-lottu stess (“TOI TOI TOI — Glaub' ans Glück”) (“Nawgurawlek ix-xorti t-tajba — Emmen fix-xorti”)? |
3) |
L-Artikoli 43 u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-liċenzji kollha li jawtorizzaw il-logħob ta' l-ażżard u t-twaqqif ta' stabbilimenti tal-logħob, previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-logħob ta' l-ażżard, jinħarġu għal perijodu ta' 15-il sena abbażi ta' leġiżlazzjoni li teskludi mis-sejħa għal offerti l-kandidati Komunitarji (li m'għandhomx in-nazzjonalità ta' dan l-Istat Membru)? |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja) fl-4 ta' Ġunju 2008 — Swiss Re Germany Holding GmbH vs Finanzamt München für Körperschaften
(Kawża C-242/08)
(2008/C 223/36)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Swiss Re Germany Holding GmbH
Konvenuta: Finanzamt München für Körperschaften
Domandi preliminari
1) |
Id-dispożizzjonijiet tal-ħames inċiż ta' l-Artikolu 9(2)(e) u ta' l-Artikolu 13B (a) u (d)(2) u (3) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-trasferiment ta' kuntratt ta' ri-assigurazzjoni fuq il-ħajja bi ħlas lil akkwirent li abbażi tiegħu, bil-kunsens tal-persuna assigurata, l-imsemmi akkwirent jassumi l-attivitajiet eżenti ta' ri-assigurazzjoni li qabel kienu eżerċitati mill-assiguratur preċedenti, billi jesegwixxi minfloku s-servizzi ta' assigurazzjoni, għandu jiġi kkunsidrat bħala:
|
2) |
Ir-risposta għall-ewwel domanda tkun differenti jekk il-ħlas għat-trasferiment ma jsirx mill-akkwirent iżda mill-assiguratur preċedenti? |
3) |
Jekk tingħata risposta negattiva għall-alternattivi (a), (b) u (ċ) ta' l-ewwel domanda, l-Artikolu 13B(ċ) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ għandu jiġi interpretat fis-sens li
|
(1) ĠU L 145, p. 1.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgerichts Köln (il-Ġermanja) fid-9 ta' Ġunju 2008 — Gaz de France — Berliner Investissement SA vs Bundeszentralamt für Steuern
(Kawża C-247/08)
(2008/C 223/37)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gaz de France — Berliner Investissement SA
Konvenut: Bundeszentralamt für Steuern
Domandi preliminari
1. |
L-Artikolu 2(a) moqri flimkien mal-paragrafu (f) ta' l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija Franċiża fil-forma legali ta' “société par actions simplifiée” tista' titqies, anki għas-snin ta' qabel l-2005, bħala “kumpannija ta' Stat Membru” fis-sens ta' l-imsemmija direttiva u għaldaqstant, fir-rigward ta' profitt imqassam fl-1999 minn waħda mill-kumpanniji sussidjarji Ġermaniżi tagħha, għandha tingħata l-eżenzjoni mit-taxxa mnaqqsa f'ras il-għajn skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/435/KEE? |
2. |
Jekk tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 2(a) moqri flimkien mal-paragrafu (f) ta' l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti ma jiksirx l-Artikoli 43 u 48 KE jew l-Artikoli 56(1) u 58(1)(a) u (3) KE jekk, moqri flimkien ma' l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/435/KEE, huwa jipprovdi għal eżenzjoni mit-taxxa mnaqqsa f'ras il-għajn fil-każ ta' tqassim ta' profitti ta' kumpannija sussidjarja Ġermaniża lil kumpannija parent Franċiża fil-forma legali ta' “société anonyme”, “société en commandite par actions” jew “société à responsabilité limitée”, iżda ma jipprovdix għaliha fil-każ ta' kumpannija parent Franċiża fil-forma legali ta' “société par actions simplifiée”? |
(1) ĠU L 225, p. 6.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/25 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-250/08)
(2008/C 223/38)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal u P. van Nuffel, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
— |
tikkonstata li r-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi tiegħu skond l-Artikoli 18, 43 u 56 tat-Trattat KE u l-Artikoli 31 u 40 tal-Ftehim ŻEE peress li, fir-Reġjun Fjamming, meta jiġi kkalkulat il-vantaġġ fiskali marbut max-xiri ta' proprjetà immobbli intiża bħala r-residenza prinċipali, it-taxxi ta' reġistrazzjoni mħallsa preċedentement għax-xiri ta' residenza prinċipali jittieħdu in kunsiderazzjoni biss jekk din tinsab fir-Reġjun Fjamming u ma jittieħdux in kunsiderazzjoni jekk din tinsab fi Stat Membru ieħor li mhuwiex il-Belġju jew fi Stat ta' l-EFTA. |
— |
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-leġiżlazzjoni Belġjana dwar it-taxxi ta' reġistrazzjoni fis-seħħ fir-Reġjun Fjamming tipprovdi tnaqqis tat-taxxi ta' reġistrazzjoni meta tinxtara residenza prinċipali fir-Reġjun Fjamming, ekwivalenti għat-taxxi ta' reġistrazzjoni mħallsa għax-xiri preċedenti ta' residenza prinċipali fir-Reġjun Fjamming, bil-kundizzjoni li, matul l-istess perijodu, ir-residenza prinċipali preċedenti tinbiegħ. Il-Kummissjoni tikkunsidra li din il-leġiżlazzjoni tagħti vantaġġ fiskali, jekk il-kundizzjonijiet l-oħra jibqgħu l-istess, lill-persuni li jiċċaqilqu fir-Reġjun Fjamming, liema vantaġġ mhuwiex mogħti lill-persuni li jiċċaqilqu lejn ir-Reġjun Fjamming minn Stat Membru ieħor li mhuwiex il-Belġju.. Il-Kummissjoni ssostni li din il-leġiżlazzjoni hija diskriminatorja fir-rigward taċ-ċittadini ta' l-Unjoni li jgawdu mill-moviment liberu u fil-konfront taċ-ċittadini li jgawdu mid-dritt ta' stabbiliment, u li hija tikkostitwixxi ostaklu għall-investiment fil-proprjetà immobbli fir-Reġjun Fjamming ta' kapital li joriġina minn Stati Membri oħra li mhumiex il-Belġju; li, għaldaqstant, din il-leġiżlazzjoni tikser bħala prinċipju l-Artikoli 18 u 43 tat-Trattat KE u l-Artikolu 31 tal-Ftehim ŻEE, u l-Artikolu 50 tat-Trattat KE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE. Il-Kummissjoni tikkunsidra li, fil-kawża preżenti, ebda raġuni imperattiva ta' interess ġenerali ma tista' tiġġustifika dawn il-ksur tat-Trattat. Barra minn hekk, lanqas ma tista' tiġi invokata n-neċessità li tiġi assigurata l-koerenza tas-sistema fiskali, peress illi l-kawża preżenti tirrigwarda żewġ sitwazzjonijiet fiskali distinti, irregolati unikament mir-regoli proprji tagħhom applikabbli għas-sitwazzjoni kkonċernata.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/25 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-253/08)
(2008/C 223/39)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Yerrell u M. Telles Romão, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża
Talbiet
— |
tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/22/KE (1), dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE u, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-1 ta' April 2007.
(1) ĠU L 102, p. 35.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/26 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Olanda
(Kawża C-255/08)
(2008/C 223/40)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. van Beek u J.-B. Laignelot, aġenti)
Konvenuta: L-Olanda
Talbiet
— |
tikkonstata li, billi m'adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha sabiex jikkonforma ruħu ma' l-Artikolu 4(2) u (3), flimkien ma' l-Annessi II u III, tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE (1) tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendati bid-Direttivi 97/11/KE (2) u 2003/35/KE (3), ir-Renju ta' l-Olanda naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu. |
— |
tikkundanna lill-Olanda għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
1. |
Skond it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 249 KE, direttiva għandha torbot l-Istati Membri, f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżultat li jrid jinkiseb, iżda tħalli l-għażla ta' forom u metodi f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali. |
2. |
Madankollu, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji għat-traspożizzjoni tad-direttivi fil-liġi nazzjonali fit-terminu previst u minnufih jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni. |
3. |
F'dan il-każ, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 97/11/KE jistipula li l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mill-14 ta' Marzu 1999 u għandhom mill-ewwel jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom. |
4. |
Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tikkonstata li l-Olanda naqset, sal-ġurnata tal-lum, li tadotta l-miżuri neċessarji għat-traspożizzjoni korretta ta' l-Artikolu 4(2) u (3), flimkien ma' l-Annessi II u III, tad-Direttiva 85/337, kif emendati bid-Direttivi 97/11 u 2003/35 billi ma applikatx il-kriterji kollha msemmija fl-Anness III tad-Direttiva għall-proġetti kollha ta' l-Anness II tad-Direttiva. |
(1) ĠU L 175, p. 40.
(2) ĠU L 73, p. 5.
(3) ĠU L 156, p. 17.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fit-18 ta' Ġunju 2008 — Ladbroke Betting & Gaming Ltd u Ladbroke International Ltd vs Stichting de Nationale Sporttitalisator
(Kawża C-258/08)
(2008/C 223/41)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ladbroke Betting & Gaming Ltd u Ladbroke International Ltd
Konvenuta: Stichting de Nationale Sporttitalisator
Domandi preliminari
1. |
Politika nazzjonali restrittiva fil-qasam tal-logħob ta' l-ażżard, li hi intiża biex tiggwida l-inklinazzjoni għal-logħob, u li fil-fatt tikkontribwixxi għall-kisba ta' l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali kkonċernata, jiġifieri t-trażżin tal-vizzju tal-logħob u l-prevenzjoni tal-frodi, billi, permezz tal-fatt li d-disponibbiltà tal-logħob ta' l-ażżard hi rregolamentata, in-numru ta' mħatri li jsiru huwa (ħafna) inqas milli kien ikun il-każ li kieku ma kinitx teżisti sistema nazzjonali regolatorja, tissodisfa l-kundizzjoni stipulata fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari fis-sentenza tas-6 ta' Novembru 2003, Gambelli (C-243/01, Ġabra p. I-13031), li din il-politika għandha tillimita l-attivitajiet ta' mħatri b'mod koerenti u sistematiku, anki jekk id-detentur jew id-detenturi tal-liċenzja huma awtorizzati jrendu l-logħob ta' l-ażżard li joffru attraenti billi jintroduċu logħob ta' l-ażżard ġdid, billi jirreklamaw il-logħob biex jattiraw l-attenzjoni ta' pubbliku kbir għal-logħob ta' l-ażżard li joffru, biex b'hekk ikunu jistgħu jżommu lill-persuni li (potenzjalment) jilagħbu 'l bogħod mil-logħob ta' l-ażżard illegali (ara s-sentenza tas-6 ta' Marzu 2007, Placanica, C-338/04, C-359/04 u C-360/04, Ġabra p. I-1891, punt 55, in fine)? |
2a. |
Jekk wieħed jassumi li leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-politika tal-logħob ta' l-ażżard hi kompatibbli ma' l-Artikolu 49 KE, meta qorti nazzjonali tiġi biex tapplika din il-leġiżlazzjoni għal każ partikolari, għandha, kull darba, teżamina l-kwistjoni jekk il-miżura li għandha tittieħed, bħal inġunzjoni biex websajt partikolari tiġi reża inaċċessibbli, permezz ta' softwer disponibbli għal dan il-għan, għar-residenti ta' l-Istat Membru kkonċernat sabiex ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fil-logħob ta' l-ażżard disponibbli fuq dan il-websajt, tikkorrispondix bħala tali u fiha nfisha, fiċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ, għall-kundizzjoni li l-miżura tissodisfa realment l-għanijiet invokati biex jiġġustifikaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali, kif ukoll il-kwistjoni jekk ir-restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi li tirriżulta minn din il-leġiżlazzjoni u mill-applikazzjoni tagħha hijiex sproporzjonata fid-dawl ta' dawn l-għanijiet? |
2b. |
Biex tingħata risposta għad-domanda 2a, tagħmel xi differenza jekk il-miżura li għandha tittieħed mhijiex ordnata u imposta mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex tiġi osservata l-leġiżlazzjoni nazzjonali iżda hi ordnata fil-kuntest ta' proċeduri ċivili li fiha persuna li torganizza l-logħob ta' l-ażżard li topera bil-liċenzja meħtieġa titlob li tiġi adottata l-miżura billi ssostni li seħħ att illegali taħt id-dritt ċivili fil-konfront tagħha, inkwantu l-kontroparti kisret il-leġiżlazzjoni nazzjonali kkonċernata u b'hekk kisbet vantaġġ inġust fil-konfront tal-parti li topera bil-liċenzja meħtieġa? |
3. |
L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-applikazzjoni tiegħu ġġib magħha l-konsegwenza li, abbażi ta' sistema magħluqa ta' għoti ta' liċenzji applikabbli fit-territorju tagħha għall-provvista ta' servizzi fil-qasam tal-logħob ta' l-ażżard, l-awtorità kompetenti ma tistax tipprojbixxi lill-persuna li toffri dawn is-servizzi u li diġà ngħatat liċenzja fi Stat Membru ieħor biex toffri dawn is-servizzi fuq l-internet milli tipprovdi dawn is-servizzi fuq l-internet anki fl-ewwel Stat Membru msemmi hawn fuq? |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/27 |
Appell ippreżentat fl-24 ta' Ġunju 2008 minn Christos Michail mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) mogħtija fis-16 ta' April 2008 fil-Kawża T-486/04, Michail vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-268/08 P)
(2008/C 223/42)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Christos Michail (rappreżentant: C. Meïdanis, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet ta' l-appellanti
— |
tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat |
— |
jekk ikun hemm bżonn, tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza mogħtija fis-16 ta' April 2008 fil-kawża T-486/04 |
— |
tiddeċiedi fuq l-ispejjeż skond il-liġi |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellant jinvoka tlett aggravji in sostenn ta' l-appell tiegħu.
Permezz ta' l-ewwel aggarvju, C. Michail isostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju u naqset mill-obbligu tagħha li timmotiva s-sentenzi meta hija rrikonoxxiet, fis-sentenza appellate, li l-Kummissjoni kkontribwixxiet sabiex jinħoloq ġo l-appellant is-sentiment li huwa kien vittma ta' fastidju morali, fis-sens ta' l-Artikolu 12(a) ta' l-Istatut ta' l-Uffiċjali, iżda minkejja san ċaħdet ir-rikors tiegħu bħala infondat.
Permezz tat-tieni motiv, l-appellant jikkritika l-Qorti tal-Prim'Istanza talli wettqet distorzjoni tal-fatti sottomessi għall-evalwazzjoni tagħha billi eżaminathom individwalment u mhux fil-kuntest globali tagħhom u li wettqet diversi żbalji fil-kwalifika ġuridika ta' dawn il-fatti.
Peremzz tat-tielet motiv, l-appellant jikkritika fl-aħħar nett id-deċiżjoni tal-Qorti tal_prim'Istanza talli ċaħdet bħal inammissibbli, minħabba nuqqas ta' preċiżjoni, id-diversi motive li huwa invoka in sostenn tar-rikors tiegħu, ibbażati, b'mod partikolari, fuq ksur ta' l-Artikolu 21(a), 22(a) u 22(b) ta' l-Istatut u tal-prinċipji ta' trattament ugwali u ta' proporzjonalità. Billi qasmet ir-rikors tiegħu f'partijiet diversi, il-Qorti tal-Prim'Istanza fil-fatt wettqet distorzjoni fl-essenza ta' l-għan u ta' l-istruttura tiegħu.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/27 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-271/08)
(2008/C 223/43)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: G. Wilms u D. Kukovec, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tikkonstata li, billi ċerti amministrazzjonijiet u impriżi lokali b'iktar minn 1 218 impjegat ikkonkludew kuntratti għal servizzi dwar l-iskema tal-pensjoni ta' l-impriża direttament ma' l-entitajiet u l-impriżi indikati fl-Artikolu 6 tat-TV-EUmw/VKA, mingħajr ma saret sejħa għal offerti fuq livell Ewropew, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kisret, sal-31 ta' Jannar 2006, l-Artikolu 8, flimkien mat-Titoli III sa VI tad-Direttiva 92/50/KEE (1), u mill-1 ta' Frar 2006, l-Artikolu 20 flimkien ma' l-Artikoli 23 sa 55 tad-Direttiva 2004/18/KE (2); |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Fil-Ġermanja l-impjegati jistgħu jitolbu lil min iħaddimhom li parti mill-paga futura tagħhom — sa massimu ta' 4 % tal-livell tal-paga valida għall-finijiet ta' l-assigurazzjoni ma' l-iskema tal-pensjoni ġenerali — tiġi imputata lill-iskema tal-pensjoni ta' l-impriża, permezz ta' konverżjoni f'kontribuzzjonijiet għall-pensjoni. Skond il-ftehim kollettiv dwar il-konverżjoni tal-paga f'kontribuzzjonijiet għall-pensjoni ta' l-impjegati tas-servizzi pubbliċi lokali (iktar 'il quddiem il-“ftehim kollettiv”), huma l-amministrazzjonijiet jew l-impriżi lokali li għandhom iwettqu l-konverżjoni. Il-konverżjoni kien imissha twettqet minn skemi pubbliċi tal-pensjoni jew mill-impriżi ta' l-iSparkassen-Finanzgruppe (kumpannija holding li tikkontrolla l-banek ta' tfaddil) jew minn impriżi ta' assigurazzjoni lokali. Normalment, l-amministrazzjonijiet jew l-impriżi lokali jikkonkludu kuntratti ta' assigurazzjoni kollettivi ma' l-entitajiet imsemmija iktar 'il fuq għall-impjegati kollha tagħhom li magħhom ikunu kkonkludew ftehim għall-konverżjoni f'kontribuzzjonijiet għall-pensjoni.
Skond l-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni, tali kuntratti dwar il-provvista ta' servizzi li jikkonċernaw l-iskema tal-pensjoni ta' l-impriża ġew konklużi mill-amministrazzjonijiet jew mill-impriżi lokali direttament ma' l-entitajiet u ma' l-impriżi indikati fil-ftehim kollettiv mingħajr ma saret sejħa għal offerti fuq livell Ewropew.
Skond il-Kummissjoni, is-servizzi dwar l-iskema tal-pensjoni ta' l-impriża huma indikati fil-Kategorija Nru 6 ta' l-Anness I A tad-Direttiva 92/50/KEE u, mill-1 ta' Frar 2006, fl-Anness II A tad-Direttiva 2004/18/KE. Dawn jirrigwardaw servizzi relattivi għall-assigurazzjoni u għall-fondi tal-pensjoni, li ma jifformawx parti mill-iskemi tal-pensjoni obbligatorji. Għaldaqstant, il-kuntratti in kwistjoni, li ngħataw mill-amministrazzjonijiet lokali, jiġifieri minn awtoritajiet kontraenti, jikkostitwixxu kuntratti rregolati bid-dritt pubbliku għal interess pekunjarju konklużi bil-miktub, fis-sens ta' l-imsemmija direttivi. Barra minn hekk, skond il-ġurisprudenza, l-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/50/KEE ma jagħmilx distinzjoni bejn il-kuntratti mogħtija minn awtorità kontraenti sabiex jitwettqu l-funzjonijiet tagħha ta' interess ġenerali u dawk li ma għandhom ebda rabta ma' tali funzjonijiet. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja warrbet l-argument ibbażat fuq l-istatus ta' entità kontraenti funzjonali. Għalhekk, ma jistax jintlaqa' dak li ġie eċċepit mill-awtoritajiet Ġermaniżi, li skondu, f'dak li jirrigwarda l-iskema tal-pensjoni ta' l-impriża, l-amministrazzjonijiet u l-impriżi lokali jikkostitwixxu awtoritajiet kontraenti funzjonali ta' natura privata għall-finijiet tal-liġi dwar il-kuntratti.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li l-kuntratti in kwistjoni jeċċedu sewwa l-limiti ta' referenza. Kuntrarjament għal dak li ssostni l-konvenuta, għall-finijiet ta' l-imsemmi kalkolu ma għandux jittieħed kull kuntratt individwali bħala bażi, iżda għandu jittieħed in kunsiderazzjoni t-tul ta' żmien tal-ftehim qafas, fid-dawl tal-fatt li l-kuntratti individwali konklużi bejn l-impjegat u min iħaddmu ma jikkostitwixxux is-suġġett ta' l-għoti tal-kuntratt fis-sens tad-dritt Komunitarju dwar il-kuntratti pubbliċi. Għaldaqstant, il-valur li għandu jittieħed in kunsiderazzjoni fi ftehim qafas jammonta għall-valur komplessiv stmat, nett mill-VAT, tal-kuntratti kollha previsti matul iż-żmien li fih idum fis-seħħ l-istess ftehim qafas. Skond il-kalkoli tal-Kummissjoni, ta' l-inqas 110 entitajiet lokali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jeċċedu tali limitu.
Għaldaqstant, l-amministrazzjonijiet u l-impriżi lokali ma setgħux jagħtu kuntratti għal servizzi dwar l-iskema tal-pensjoni ta' l-impriża direttament lill-entitajiet u lill-impriżi indikati fil-ftehim kollettiv, iżda biss wara li ssir sejħa għal offerti fuq livell Ewropew. Ma jaffettwax tali evalwazzjoni l-fatt li l-kontinwazzjoni tal-ħlas tal-paga hija rregolata bil-ftehim kollettiv. Fl-ewwel lok, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja hija inekwivoka meta tistabbilixxi li, fid-dritt Komunitarju, ma jeżistix prinċipju ġenerali ta' nnegozjar kollettiv awtonomu u, fit-tieni lok, il-Kummissjoni ma ssostnix li l-prinċipju ta' l-awtonomija kuntrattwali, stabbilit fil-Grundgesetz Ġermaniż, huwa illegalment limitat mill-obbligu legali, għall-awtoritajiet kontraenti, li joħorġu sejħiet għal offerti pubbliċi.
(1) ĠU L 209, p. 1.
(2) ĠU L 134, p. 114.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/28 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-275/08)
(2008/C 223/44)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Wilms u D. Kukovec, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Talbiet
— |
tikkonstata li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja kisret l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6 flimkien ma' l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista (1), minħabba l-fatt li d-Datenzentrale Baden-Württemberg tat kuntratt pubbliku għall-provvista u manutenzjoni ta' programm ta' softwer mingħajr ma' saret sejħa għal offerti fuq livell Komunitarju; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Is-suġġett ta' dan ir-rikors huwa l-konklużjoni ta' kuntratt għall-provvista ta' programm ta' softwer użat għar-reġistrazzjoni ta' vetturi bejn id-Datenzentrale Baden-Württemberg u l-Anstalt für Kommunale Datenverarbeitung in Bayern (AKDB). Id-deċiżjoni kkontestata ta' għoti tal-kuntratt ġiet adottata fil-kuntest ta' proċedura nnegozjata li ma kienet ippreċeduta minnn ebda avviz ta' sejħa għal offerti, fejn in-negozjati saru ma' l-AKDB bħala l-uniku interlokutur.
Skond il-Kummissjoni, sabiex jiġi aċċertat li sar ksur tat-Trattat il-fatt li l-kuntratt diġà ġie suġġett għal proċedura ta' reviżjoni fil-Ġermanja fis-sens tad-Direttiva 89/665/KEE m'għandu l-ebda rilevanza, minħabba li bejn proċedura ta' reviżjoni quddiem qorti nazzjonali u proċedura għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu skond l-Artikolu 226 KE hemm diversi differenzi sostanzjali kemm mill-aspett ta' l-għanijiet rispettivi tagħhom kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam mal-partijiet u l-iżvolġiment tal-proċeduri.
Il-kuntratt in kwistjoni huwa kuntratt pubbliku fis-sens ta' l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 93/36/KEE. Skond l-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni, il-valur tal-kuntratt jammonta għal bejn wieħed u ieħor EUR 1 miljun u għalhekk jaqbeż il-limitu stabbilit mid-Direttiva. Id-Datenzentrale hija persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku, li ġiet maħluqa għall-għan speċifiku ta' interess ġenerali li tikkoordina u tippromwovi l-ipproċessar elettroniku ta' data fl-amministrazzjoni pubblika. L-imsemmija entità hija wkoll taħt il-kontroll prinċipali tal-Land Baden-Württemberg, li jaħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord tad-diretturi. Għaldaqstant din hija awtorità kontraenti fis-sens ta' l-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 93/36/KEE, li hija obbligata tosserva, fil-kuntest ta' l-għoti ta' kuntratti pubbliċi li jaqgħu fl-ambitu ta' l-applikazzjoni ta' din id-direttiva, id-dispożizzjonijiet ta' din ta' l-aħħar. Għall-finijiet ta' l-applikabbiltà tad-Direttiva 93/36/KEE, il-fatt li d-Datenzentrale kif ukoll l-AKDB huma persuni ġuridiċi rregolati mid-dritt pubbliku m'għandu l-ebda importanza.
Skond l-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni, ma jeżistux ċirkustanzi li jistgħu jiġġustifikaw l-għoti diskrezzjonali tal-kuntratt, per eżempju permezz ta' proċedura nnegozjata mingħajr ma qabel ikun ġie ppubblikat avviż ta' sejħa għal offerti. Skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-proċedura nnegozjata hija ta' natura eċċezzjonali u tista' tiġi applikata biss f'każijiet “partikolari, speċifikati b'mod dettaljat”. L-oneru tal-prova dwar l-eżistenza ta' ċirkustanzi eċċezzjonali huwa fuq l-Istat Membru li jkun irid jinvokahom. Minħabba, però, li, skond il-Kummissjoni, il-konvenuta fil-kawża preżenti ma ssodisfatx dan l-oneru tal-prova, l-imsemmija istituzzjoni tisħaq li kienet obbligata tikkonkludi li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, permezz tal-konklużjoni tal-kuntratt in kwistjoni mingħajr ma qabel saret proċedura ta' sejħa għal offerti bil-pubblikazzjoni ta' l-avviż relattiv fuq livell Komunitarju, kisret l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6 flimkien ma' l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista.
(1) ĠU L 199, p. 1.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/29 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 23 de Madrid (Spanja) fis-26 ta' Ġunju 2008 — Francisco Vicente Pereda vs Madrid Movilidad S.A.
(Kawża C-277/08)
(2008/C 223/45)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social no 23 de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Francisco Vicente Pereda
Konvenuta: Madrid Movilidad S.A.
Domanda preliminari
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li meta l-perijodu ta' vakanzi stabbilit fil-kalendarju ta' vakanzi ta' l-impriża jaħbat fl-istess żmien ma' inkapaċità temporanja minħabba inċident tax-xogħol li seħħ qabel id-data prevista għall-bidu tiegħu, il-ħaddiem milqut, ladarba ċċertifikat li jista' jirritorna lura għax-xogħol, għandu dritt li jieħu l-vakanzi f'dati differenti minn dawk stabbiliti qabel, irrispettivament jekk kinitx konkluża jew le s-sena kalendarja li għaliha jikkorrispondu?
(1) Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti ta' l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/30 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Obersten Gerichtshofs (l-Awstrija) fis-26 ta' Ġunju 2008 — Die BergSpechte Outdoor Reisen und Alpinschule Edi Koblmüller GmbH vs Günter Guni und trekking.at Reisen GmbH
(Kawża C-278/08)
(2008/C 223/46)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Die BergSpechte Outdoor Reisen und Alpinschule Edi Koblmüller GmbH
Konvenuta: Günter Guni und trekking.at Reisen GmbH
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 5(1) ta' l-ewwel Direttiva tal-Kunsill (89/104/KEE) tal-21 ta' Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40. p. 1; iktar 'il quddiem: direttiva 89/104) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li trade mark hija użata b'mod riżervat għall-proprjetaru tat-trade mark jekk it-trade mark jew sinjal simili magħha (per eżempju l-element verbali ta' trade mark figurattiva u verbali) jekk hija użata bħala keyword ma' operator ta' mutur ta' riċerka u li, konsegwentement, meta l-imsemmija trade mark hija ttajpjata bħala kelma ta' riċerka fil-mutur ta' riċerka in kwistjoni, jidher fuq l-iskrin riklam għal merkanzija jew servizzi identiċi jew simili? |
2) |
Jekk ir-risposta għad-domanda 1 hija f'affermattiv:
|
(1) ĠU L 40, p. 1.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/30 |
Appell ippreżentat fil-25 ta' Ġunju 2008 mill-Kummissjoni tal Komunitajiet Ewropej mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) fl-10 ta' April 2008 fil-kawża T-233/04, Ir-Renju ta' l-Olanda, sostnut mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni tal Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-279/08 P)
(2008/C 223/47)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. van Vliet, K. Gross u C. Urraca Gaviedes, aġenti)
Appellati: Ir-Renju ta' l-Olanda, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Talbiet ta' l-appellanti
— |
Prinċipalment:
|
— |
Sussidjarjament:
|
Aggravji u argumenti prinċipali
— |
L-ewwel aggravju mressaq mill-Kummissjoni huwa intiż sabiex juri li l-Qorti tal-Prim'Istanza żbaljat meta ddikjarat ir-rikors ippreżentat mill-Olanda ammissibbli. Fil-fatt, il-Kummissjoni tqis li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u b'mod partikolari mid-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C-164/02, jirriżulta li Stat Membru ma jistax jitlob l-annullament ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li fiha din ta' l-aħħar tiddikjara li miżura ta' għajnuna nnotifikata mill-imsemmi Stat Membru hija kompatibbli mas-suq komuni. |
— |
It-tieni aggravju (b'mod sussidjarju) jirrigwarda l-fatt li l-Qorti tal-Prim'Istanza żbaljat meta kkonkludiet li l-miżura kkontestata ma kinitx selettiva, jiġifieri li ma kinitx tiffavorixxi ċerti impriżi fis-sens ta' l-Artikolu 87(1) KE. Il-Kummissjoni ssostni wkoll li l-Qorti tal-Prim'Istanza żbaljat meta kkonkludiet li, anki jekk il-miżura tkun selettiva, din madankollu ma tikkostitwixxix miżura ta' għajnuna fid-dawl ta' l-iskop tagħha u minħabba li din il-miżura tkun iġġustifikata min-natura u mill-istruttura ġenerali tas-sistema. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/31 |
Appell ippreżentat fis-26 ta' Ġunju 2008 mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) fl-10 ta' April 2008 fil-kawża T-271/03, Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-280/08 P)
(2008/C 223/48)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Deutsche Telekom AG (rappreżentanti: U. Quack, Rechtsanwalt, S. Ohlhoff, Rechtsanwalt, M. Hutschneider, Rechtsanwalt)
Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Arcor AG & Co. KG, Versatel NRW GmbH, preċedentement Tropolys NRW GmbH, preċedentement CityKom Münster GmbH Telekommunikationsservice, EWE TEL GmbH, HanseNet Telekommunikation GmbH, Versatel Nord-Deutschland GmbH, preċedentement KomTel Gesellschaft für Kommunikations- und Informationsdienste mbH, NetCologne Gesellschaft für Telekommunikation mbH, Versatel Süd-Deutschland GmbH, preċedentement tesion Telekommunikation GmbH, Versatel West-Deutschland GmbH & Co. KG, preċedentement VersaTel Deutschland GmbH & Co. KG
Talbiet ta' l-appellanti
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' April 2008, fil-kawża T-271/03; |
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/707/KE (1) tal-21 ta' Mejju 2003, ippubblikata bin-nurmru C(2003) 1536 finali; |
— |
sussidjarjament, tnaqqas, bis-saħħa tas-setgħa diskrezzjonali sħiħa tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-multa imposta fuq Deutsche Telekom AG fl-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tibbaża l-appell tagħha mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza imsemmija fuq l-aggravji segwenti:
Is-sentenza tikser l-Artikolu 82 KE u l-prinċipju fundamentali tal-protezzjoni ta' l-aspettativi leġittimi, peress li f'din il-kawża ma seħħ l-ebda ksur oġġettiv ta' l-imsemmija dispożizzjoni imputabbli lill-appellanti u l-appellanti mhija responsabbli għall-ebda nuqqas. Is-sentenza ma tiħux in kunsiderazzjoni l-verifika li saret diversi drabi bil-mod previst mil-liġi fir-rigward ta' l-allegata pressjoni fuq il-marġni tal-prezzijiet minn dik li kienet l-awtorità regolatorja tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet kompetenti għall-appellanti (Regulierungsbehörde für Telekommunikation und Post, iktar 'il quddiem “RegTP”). Ir-RegTP diversi drabi ivverifikat u eskludiet l-eżistenza ta' pressjoni fuq il-marġni tal-prezzijiet f'dak li jirrigwarda l-aċċess għal-linji lokali disassoċjati. F'każ bħal dan ir-responsabiltà ta' l-awtorità regolatorja kompetenti tieħu preċedenza fuq ir-responsabiltà partikolari għall-istruttura tas-suq ta' l-impriża suġġetta għar-regolamentazzjoni, billi tillimitaha. B'referenza għall-awtorità regolatorja, l-appellanti trid titlaq mill-idea li l-aġir tagħha ma kienx jikser ir-regoli tal-kompetizzjoni. Is-suppożizzjoni, li skondha, billi żiedet il-prezzijiet ta' l-ADSL tagħha, l-appellanti setgħet naqqset l-allegata pressjoni fuq il-marġni tal-prezzijiet, tmur kontra l-premessa li telqet minnha l-Qorti tal-Prim'Istanza li skondha “sussidju trażversali” bejn id-diversi swieq m'għandux jittieħed in kunsiderazzjoni fil-verifika ta' l-eżistenza ta' pressjoni fuq il-marġni tal-prezzijiet. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim'Istanza żbaljat meta injorat il-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tivverifika jekk żieda fil-prezzijiet ta' l-ADSL setgħetx fil-fatt tnaqqas l-allegata pressjoni fuq il-marġni tal-prezzijiet.
Is-sentenza tikser ukoll l-Artikolu 82 KE, minħabba li l-Qorti tal-Prim'Istanza żbaljat fil-verifika ta' jekk ir-rekwiżiti materjali ta' din id-dispożizzjoni kinux sodisfatti. Eżami tal-pressjoni fuq il-marġni tal-prezzijiet ma jwassalx, a priori, sabiex tiġi pprovata l-eżistenza ta' abbuż. Jekk (kif inhu l-każ fil-kuntest ta' din il-kawża), il-prezzijiet tas-servizzi intermedjarji ġew iffissati b'mod vinkolanti mill-awtorità regolatorja, dan l-eżami jista' saħansitra jwassal għal riżultati antikompetittivi.
Minn dan l-aspett, il-Qorti tal-Prim'Istanza kisret ukoll l-obbligu tagħha li timmotiva s-sentenza.
Is-sentenza appellata hija żbaljata fid-dritt fir-rigward ta' diversi punti importanti li jikkonċernaw il-verifika tal-metodu applikat mill-Kummissjoni sabiex tivverifika l-pressjoni fuq il-marġni tal-prezzijiet. L-ewwel nett, minħabba li l-hekk imsejjaħ “As-Efficient-Competitor-Test” (kriterju tal-kompetitur daqstant ieħor effiċjenti) li l-Qorti tal-Prim'Istanza użat bħala bażi bħala l-uniku kriterju ta' paragun validu, huwa madankollu irrilevanti jekk l-impriża f'pożizzjoni dominanti fis-suq u l-kompetituri tagħha, joperaw (bħal fil-każ preżenti) skond regoli u kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni differenti. It-tieni nett, minħabba li l-eżami tal-pressjoni fuq il-marġni tal-prezzijiet jieħu in kunsiderazzjoni biss it-tariffi ta' konnessjoni, meta l-prezzijiet għall-provvista ta' servizzi oħra ta' telekomunikazzjoni, li huma bbażati fuq l-istess servizz intermedjarju (b'mod partikolari l-kollegamenti) ma jittiħdux in kunsiderazzjoni. Anke l-konstatazzjonijiet tas-sentenza dwar l-allegata pressjoni fuq il-marġni tal-prezzijiet huma vvizzjati b'diversi żbalji fid-dritt u l-Qorti tal-Prim'Istanza ma vverifikatx ir-rabta kawżali bejn l-allegata pressjoni fuq il-marġni tal-prezzijiet u l-konstatazzjonijiet tagħha rigward l-istruttura tas-suq.
Is-sentenza tikser qabel kollox ir-rekwiżiti ta' l-Artikolu 253 KE rigward il-motivazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.
Fl-aħħar nett, il-Qorti tal-Prim'Istanza applikat b'mod żbaljat l-Artikolu 15(2) tar-Regolament 17, meta ma kkontestatx il-kalkolu tal-multa mill-Kummissjoni, minkejja li din ta' l-aħħar telqet, b'mod żbaljat, mill-premessa ta' l-eżistenza ta' ksur gravi, ma ħaditx in kunsiderazzjoni b'mod xieraq ir-regoli settorjali dwar il-prezzijiet ta' l-appellanti u, l-iktar l-iktar, kellha d-dritt timponi multa simbolika. Għalhekk, il-Qorti tal-Prim'Istanza naqset milli tieħu in kunsiderazzjoni, b'mod ġuridikament korrett, il-fatturi rilevanti kollha, u milli teżamina, b'mod ġuridikament tajjeb biżżejjed, l-argumenti miġjuba mill-appellanti bil-għan li tikseb l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa.
(1) ĠU L 263, p. 9.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/32 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Olanda
(Kawża C-283/08)
(2008/C 223/49)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Roels u W. Wils, avukati)
Konvenut: Ir-Renju ta' l-Olanda
Talbiet
— |
tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/29/KE (1) tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”), jew f'kull każ, billi ma kkomunikax tali miżuri lill-Kummissjoni, ir-Renju ta' l-Olanda naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva; |
— |
tikkundanna lir-Renju ta' l-Olanda għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-12 ta' Ġunju 2007.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/32 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq
(Kawża C-284/08)
(2008/C 223/50)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Roels u W. Wils, aġenti)
Konvenuti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq
Talbiet
— |
tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (1), jew f'kull każ, billi ma kkomunikax l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju Unit tal-Gran Brattanja u l-Irlanda ta' Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva fit-territorju tiegħu ta' Ġibiltà. |
— |
tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brettanja u l-Irlanda ta' Fuq għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-12 ta' Ġunju 2007.
(1) ĠU L 149, p. 22.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/33 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-286/08)
(2008/C 223/51)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u J.-B. Laignelot)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara li billi naqset milli tfassal u tadotta fi żmien raġonevoli pjan għall-immaneġġjar ta' skart perikoluż li jissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti, u billi naqset milli tistabbilixxi netwerk integrat u adegwat ta' installazzjonijiet għar-rimi ta' skart perikoluż li permezz tiegħu dan l-iskart ikun jista' jintrema bl-aktar metodi xierqa sabiex jiġi assigurat livell għoli ta' protezzjoni ta' l-ambjent u tas-saħħa pubblika, ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 1(2) u 6 tad-Direttiva 91/689/KEE (1) fuq skart perikoluż, flimkien ma' l-Artikoli 5(1) u (2) u 7(1) tad-Direttiva 2006/12/KE (2) (li qabel kienet id-Direttiva 75/442/KEE dwar l-iskart, kif emendata bid-Direttiva 91/156/KEE); |
— |
tiddikjara li billi naqset milli tieħu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex tassigura, fir-rigward ta' l-immaneġġjar ta' skart perikoluż, il-konformità ma' l-Artikoli 4 u 8 tad-Direttiva 2006/12/KE (li qabel kienet id-Direttiva 75/442/KEE, kif emendata bid-Direttiva 91/156/KEE) u ma' l-Artikoli 3(1), 6, 7, 8, 9, 13 u 14 tad-Direttiva 1999/31/KE (3), dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma [f'landfills], ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 91/689/KEE fuq skart perikolluż, flimkien ma' l-Artikoli 4 u 8 tad-Direttiva 2006/12/KE (li qabel kienet id-Direttiva 75/442/KEE dwar l-iskart, kif emendata bid-Direttiva 91/156/KEE), u mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3(1), 6, 7, 8, 9, 13 u 14 tad-Direttiva 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma [f'landfills]; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Wara li eżaminat il-miżuri leġiżlattivi nnotifikati mir-Repubblika Ellenika b'relazzjoni ma' l-immaneġġjar ta' skart perikoluż, u b'mod partikolari l-Pjan ta' Mmaneġġjar Nazzjonali, il-Kummissjoni kkonstatat li dawn ma kinux jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar l-immaneġġjar ta' skart perikoluż.
B'mod aktar speċifiku, il-Pjan ta' Mmaneġġjar Nazzjonali mhuwiex komplet peress li jinkludi biss linji gwida li jeħtieġu elaborazzjoni sussegwenti u ma jissodisfax ir-rekwiżit ta' “preċiżjoni suffiċjenti”, bi ksur ta' l-Artikoli 1(2) u 6(1) tad-Direttiva 91/689/KEE, flimkien ma' l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2006/12/KE (li qabel kienet id-Direttiva 75/442/KEE).
Barra minn hekk, il-Pjan ta' Mmaneġġjar Nazzjonali ma jagħmel ebda provvediment għal netwerk integrat u adegwat ta' installazzjonijiet għar-rimi ta' skart minħabba li m'hemmx infrastruttura adegwata, m'hemm ebda stima dwar il-livell ta' kapaċità operattiva meħtieġa u hemm nuqqasijiet fir-rigward ta' l-istabbiliment u l-pożizzjoni ġeografika ta' siti adegwati, bi ksur ta' l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 91/689/KEE, flimkien ma' l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/12/KE (li qabel kienet id-Direttiva 75/442/KEE).
Barra minn hekk, ġie stabbilit li fil-prattika r-rimi ta' skart perikoluż fil-Greċja normalment isir permezz ta' “ħażna temporanja” li, madankollu, minħabba li l-permessi rilevanti jiġu mġedda fid-dawl tan-nuqqas ta' landfills adegwati, saret waħda permanenti. Minn dan isegwi li ma ttieħdux miżuri adegwati għar-rimi finali u mingħajr periklu ta' skart perikoluż mingħajr ma jkun ikkawżat periklu għas-saħħa tal-bniedem u mingħajr ma tkun ikkawżata ħsara għall-ambjent, bi ksur ta' l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 91/689/KEE, flimkien ma' l-Artikoli 4 u 8 tad-Direttiva 2006/12/KE (li qabel kienet id-Direttiva 75/442/KEE), u ma' l-Artikoli 3(1), 6, 7, 8, 9, 13 u 14 tad-Direttiva 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma [f'landfills].
(1) ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20.
(2) ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.
(3) ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/33 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-289/08)
(2008/C 223/52)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u A. Sipos, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Talbiet
— |
tikkonstata li, billi ma fassalx pjanijiet ta' emerġenza esterni għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbilimenti li jaqgħu taħt l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta' Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi (1), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 11(1)(ċ) ta' din id-direttiva; |
— |
tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti ssostni li t-tfassil ta' pjanijiet ta' emerġenza esterni għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbilimenti li jaqgħu taħt l-Artikolu 9 tad-Direttiva 96/82/KE huwa rekwiżit fundamentali ta' din id-direttiva. Il-Gran Dukat tal-Lusssemburgu naqas li jwettaq l-obbligi tiegħu skond din id-direttiva safejn ma fassalx dawn il-pjanijiet għal tmien stabbilimenti operattivi u li jinsabu fit-territorju tiegħu.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/34 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja
(Kawża C-293/08)
(2008/C 223/53)
Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Condou-Durande, I. Koskinen)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja
Talbiet
— |
Tikkonstata li, billi m'adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (1) tad-29 ta' April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, jew, f'kull każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija direttiva; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika tal-Finlandja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fl-10 ta' Ottubru 2006.
(1) ĠU L 304, p. 12.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/34 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour d'appel de Montpellier (Franza) fit-3 ta' Lulju 2008 — Ministère public vs Ignacio Pédro Santesteban Goicoechea
(Kawża C-296/08)
(2008/C 223/54)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d'appel de Montpellier.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ministère public.
Konvenut: Ignacio Pédro Santesteban Goicoechea
Domandi preliminari
1) |
In-nuqqas li Stat Membru, f'dan il-każ Spanja, jinnotifika, skond l-Artikolu 31(2) tad-deċiżjoni kwadru [qafas] tat-13 ta' Ġunju 2002, fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (1), l-intenzjoni teigħu li jibqa' japplika ftehim bilaterali jew multilaterali, jimplika, minħabba t-terminu “tibdel [tissostitwixxi]” li tinsab fl-Artikolu 31 ta' din id-deċiżjoni qafas, li hu impossibbli għal dan l-Istat Membru li juża ma' Stat Memrbu ieħor, f'dan il-każ Franza, li għamel dikjarazzjoni skond l-Artikolu 32 tad-deċiżjoni qafas, proċeduri differenti minn dik tal-mandat ta' arrest Ewropew? |
2) |
F'każ ta' risposta negattiva għad-domanda preċedenti, ir-riżervi magħmulin mill-Istat li jeżegwixxi l-mandat jippermettulu japplika konvenzjoni tas-27 ta' Settembru 1996, jiġifieri qabel l-1 ta' Jannar 2004, iżda li daħlet fis-seħħ fl-Istat li jeżegwixxih wara d-data ta' l-1 ta' Jannar 2004 imsemmija fl-Artikolu 32 tad-deċiżjoni qafas? |
(1) Deċiżjoni kwadru [qafas] tal-Kunsill 2002/584/JAI, tat-13 ta' Ġunju 2002, fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, p. 1).
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/35 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-297/08)
(2008/C 223/55)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Zadra, D. Recchia u J.-B. Laignelot, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet tal-parti rikorrenti
— |
tikkonstata li r-Repubblika Taljana, billi ma adottatx, b'riferiment għar-Reġjun tal-Campania, il-miżuri neċessarji kollha sabiex tiżgura li l-iskart jinġabar jew jiġi pproċessat mingħajr periklu għas-saħħa tal-bniedem u mingħajr ħsara għall-ambjent, u b'mod partikolari billi ma stabilixxitx qafas adegwat jew integrat ta' impjanti ta' pproċessar naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2006/12/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar l-iskart; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni, permezz tal-preżenti rikors, tfittex li tikseb il-kundanna tar-Repubblika Taljana talli ma ħolqitx, fir-reġjuni tal-Campania, qafas integrat ta' impjanti ta' pproċessar adegwati sabiex jippermettu l-awtosuffiċjenza fil-qasam ta' l-ipproċessar ta' l-iskart, ibbażata fuq il-kriterju tal-prossimità. In-nuqqas ikkontestat huwa sors, kif irrikonoxxut mill-istess awtoritajiet Taljani fil-komunikazzjonijiet uffiċjali, ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent u għaldaqstant jikkostitwixxi ksur ta' l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2006/12/KE.
(1) ĠU L 114, p. 9.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/35 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-298/08)
(2008/C 223/56)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Yerrell u I. Chatsigiannis)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet
— |
tikkonstata li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 (1) dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE jew, f'kull każ, billi ma kkomunikatx tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-istess direttiva; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva fl-ordinament ġuridiku intern skada fl-1 ta' April 2007.
(1) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/36 |
Appell ippreżentat fis-7 ta' Lulju 2008 minn Leche Celta, SL, mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal tal-Prim' Istanza (It-Tielet Awla) fit-23 ta' April 2008 fil-Kawża T-35/07, Leche Celta vs L-UASI
(Kawża C-300/08 P)
(2008/C 223/57)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Leche Celta, SL (rappreżentanti: J. Calderón Chavero, avukat, T. Villate Consonni, avukat)
Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Celia SA
Talbiet ta' l-appellanti
— |
annullament tas-sentenza tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' April 2008 fil-kawża T-35/07 sabiex tiġi ddikjarata biċ-ċar l-inkompatibbiltà tat-trade mark CELIA/CELTA; |
— |
kundanna għall-ispejjeż |
Aggravji u argumenti prinċipali
Permezz ta' l-appell tagħha, l-appellanti tikkontesta, essenzjalment, l-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti tal-Prim'Istanza dwar ix-xebh tat-trade marks in kwistjoni. Skond din ta' l-aħħar, fil-fatt, ix-xebh bejn dawn iż-żewġ trade marks huwa tali li l-pubbliku rilevanti mhuwiex kapaċi jara d-differenza bejniethom, iktar u iktar peress li l-prodotti li huma jkopru huma identiċi. Għaldaqstant il-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet diversi żbalji ta' evalwazzjoni meta qieset bħala dgħajjef il-livell ta' xebh verbali u kunċettwali bejn it-trade marks kunfliġġenti.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/36 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-306/08)
(2008/C 223/58)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: IL-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u D. Kukovec, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara li, billi aġġudika l-Programmi Integrati ta' Azzjoni skond il-Liġi 6/1994, tal-15 ta' Novembru li tirregola l-attivitajiet ta' żvilupp fil-komunità ta' Valencia, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE (1) ta' l-14 ta' Ġunju 1993 li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi, b'mod partikolari, l-Artikoli 1, 6(6), 11, 12 u t-Titolu II tal-Kapitolu IV tagħha (Artikoli 24 sa 29), u li, billi aġġudika l-Programmi Integrati ta' Azzjoni skond il-Liġi 16/2005, liġi ta' Valencia dwar l-iżvilupp, implementata permezz tad-Digriet 67/2006 tar-Reġjun ta' Valencia tat-12 ta' Mejju, li jistabbilixxi r-Regolament dwar l-ippjanar u l-ġestjoni urbana, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 2, 6 24, 30, 31(4)(a), 48(2) u 53 tad-Direttiva 2004/18/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi; |
— |
tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni ssostni li l-aġġudikar tal-Programmi Integrati ta' Azzjoni (PIA), miżura ta' żvilupp urban stabbilita permezz tal-Liġi 6/1994 tal-15 ta' Novembru, il-liġi ta' Valencia dwar attivajiet ta' żvilupp (“LRAU”)u dik li ġiet warajha, il-liġi 16/205, il-liġi ta' Valencia dwar l-iżvilupp (“LUV”) tirrigwarda kuntratti ta' xogħlijiet pubbliċi li għandhom jiġu aġġudikati skond id-Direttiva 93/37/KE u d-Direttiva 2004/18/KE. Fi kliem ieħor, il-Kummissjoni tafferma li l-PIA huma kuntratti ta' xogħlijiet pubbliċi minn korpi lokali li jinkludu t-twettiq ta' xogħlijiet ta' infrastruttura pubblika minn żviluppaturi urbani magħżula mill-awtoritajiet lokali.
Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-LUV tikser id-direttivi Komunitarji dwar il-kuntratti pubbliċi taħt diversi aspetti, fir-rigward, fost l-oħrajn, il-pożizzjoni privileġġjata ta' l-ewwel offerent, l-esperjenza ta' l-offerenti f'kuntratti simili, il-preżentazzjoni ta' alternattivi għall-proposta ta' l-ewwel offerent f'“envelop miftuħ”, ir-regolament tal-varjabbli, il-kriterji għall-għoti tal-kuntratti PIA, il-possibbiltà li jiġi mmodifikat il-kuntratt wara li jiġi aġġudikat (per eżempju, il-possibbiltà li jiżdiedu l-ispejjeż ta' żvilupp) u r-regolament ta' każijiet ta' eżekuzzjoni mhux kompleta tal-kuntratt mill-offerent li ngħata l-kuntratt. Uħud minn dawn il-każijiet ta' ksur jikkonċernaw kemm il-LRAU u l-LUV, oħrajn il-LUV biss.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/37 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-308/08)
(2008/C 223/59)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u D. Recchia, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja
Talbiet tal-parti rikorrenti
— |
tiddikjara li r-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (1), tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta' l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, interpretata mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Jannar 2005 fil-Kawża C-117/03, u ta' l-14 ta' Settembru 2006 fil-Kawża C-244/05, kif ukoll mill-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 12(4) ta' din id-direttiva, rigward proġett ta' tqegħid tat-triq rurali minn Villamanrique de la Codesa (Sevilla) sa El Rocío (Huelva). |
— |
tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tikkunsidra li, permezz tat-twettiq tal-proġett ta' tqegħid tat-triq rurali minn Villamanrique de la Condesa (Sevilla) sa El Rocio (Huelva) mingħajr l-implementazzjoni korrispondenti ta' miżuri ta' protezzjoni adegwati, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva 92/43/KEE, intepretata mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Jannar 2005 fil-Kawża C-117/03, u ta' l-14 ta' Settembru 2006 fil-Kawża C-244/05, kif ukoll mill-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 12(4) ta' din id-direttiva.
(1) ĠU L 206, p. 7.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/37 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq
(Kawża C-312/08)
(2008/C 223/60)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: H. Støvlbæk, Aġent)
Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq
Talbiet
— |
tiddikjara li, billi naqas milli jadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE, ta' l-20 ta' Novembru 2006, li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-libertà ta' moviment tal-persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija (1), jew, f'kull każ billi naqas milli jikkomunikahom lill-Kummissjoni, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq naqas mill-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva; |
— |
tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-perijodu sa meta d-direttiva kellha tiġi trasposta skada fl-1 ta' Jannar 2007.
(1) ĠU L 363, p. 141.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/37 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-313/08)
(2008/C 223/61)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Vesco u P. Dejmek, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet
— |
tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha ma' l-Artikolu 1(4), (5) u (6) tad-Direttiva 2003/58/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, rigward ir-rekwiżiti ta' żvelar fir-rigward ta' ċerti tipi ta' kumpanniji, jew, f'kull każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fit-30 ta' Diċembru 2006.
(1) ĠU L 221, p. 13.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/38 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-321/08)
(2008/C 223/62)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Wils u E. Adsera Ribera, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja
Talbiet
— |
tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/29/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) jew li, f'kull każ, billi ma kkomunikax l-adozzjoni ta' dawn il-miżuri lill-Kummissjoni, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva. |
— |
tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu mogħti sabiex id-Direttiva 2005/29 tiġi trasposta fid-dritt intern skada fit-12 ta' Ġunju 2007.
(1) ĠU L 149, p. 22.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/38 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja
(Kawża C-322/08)
(2008/C 223/63)
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Condou-Durande u J. Enegren, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' l-Iżvezja
Talbiet
— |
tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta' April 2004 (1), u, f'kull każ, billi naqas milli jinforma lill-Kummissjoni b'dan, ir-Renju ta' l-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmija direttiva; |
— |
tikkundanna lir-Renju ta' l-Iżvezja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoi tad-direttiva skada fl-10 ta' Ottubru 2006.
(1) Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta' April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 304, p. 12).
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/38 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-326/08)
(2008/C 223/64)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Wils u B. Kotschy, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Talbiet
— |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond id-dritt Komunitarju, b'mod partikolari skond l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2005/29/KE (1), billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi necessarji sabiex tikkonforma ruħha ma' din id-Direttiva, jew f'kull każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-12 ta' Ġunju 2007.
(1) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, p. 22).
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/39 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-334/08)
(2008/C 223/65)
Lingwa tal-kawża:It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Aresu u A. Caeiros, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tikkonstata li r-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 10 KE, l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2000/597/KE (1) Euratom tal-Kunsill tad-29 ta' Settembru 2000, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej, u l-Artikoli 2, 6, 10, 11, 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000 (2) tat-22 ta' Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet, billi rrifjutat li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni r-riżorsi proprji għall-obbligu doganali mill-ħruġ, tas-27 ta' Frar 1997, minn naħa tad-Direzione compartimentale delle dogane per le Regioni Puglia e Basilicata, ġewwa Bari, ta' awtorizzazzjonijiet irregolari għall-ħolqien u l-ġestjoni f'Taranto ta' mħażen doganali tat-tip C, u warajhom ta' awtorizzazzjonijiet suċċesivi għat-trasformazzjoni taħt kontroll doganali u għall-perfezzjonament attiv, sa' r-revoka tagħhom fl-4 ta' Diċembru 2002; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
B'dan ir-rikors il-Kummissjoni Ewroopea tikkontesta lill-gvern Taljan li rrifjuta li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Komunità Ewropea r-riżorsi proprji — li jammontaw għal madwar EUR 23 miljun — għal numru ta' awtorizzazzjonijiet doganali irregolari maħruġa f'Taranto fil-perijodu li jmur minn Frar 1997 sa Diċembru 2002.
Il-kwistjoni tirrigwarda sostanzjalment ir-responsabbiltà ta' l-ammonti li jirrigwardaw ir-riżorsi proprji mhux miġbura minħabba l-operazzjonijiet irregolari in kwistjoni. Il-gvern Taljan isostni li mhuwiex responsabbli għad-dħul mitluf minħabba dawn l-irregolaritajiet, għaliex dawn ta' l-aħħar huma biss imputabbli għall-uffiċjali li pprovokaw il-ħsara, filwaqt li l-Kummissjoni tinsab konvinta li l-leġiżlazzjoni fis-seħħ timponi fuq l-Istat Taljan li jkun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji li jirriżultaw mill-operat — anki dak irregolari — ta' l-uffiċjali li kienu jaġixxu f'isimha u għan-nom tagħha.
(1) ĠU L 253, p. 42.
(2) ĠU L 130, p. 1.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/39 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — L-Awstrija) — Josef Holzinger vs Bundesministerin für Bildung, Wissenschaft und Kultur
(Kawża C-332/07) (1)
(2008/C 223/66)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
Qorti tal-Prim' Istanza
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/40 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Ġunju 2008 — Gibtelecom vs Il-Kummissjoni
(Kawżi maqgħuda T-433/03, T-434/03, T-367/04 u T-244/05) (1)
(“Kompetizzjoni - Telecommunicazzjonijiet - Deċiżjonijiet li jingħalqu l-każi dwar l-ilmenti bbażati fuq l-Artikolu 86 KE - Nuqqas ta' pożizzjoni mill-Kummissjoni fuq l-ilmenti bbażati fuq l-Artikolu 86 - Rikors għal annullament - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Nuqqas tas-suġġett tal-kawża matul il-proċedura - Mhemmx lok għal deċiżjoni’)
(2008/C 223/67)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Gibtelecom Ltd (Gibraltar) (rappreżentanti: M. Llamas, barrister, u B B. O'Connor, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel F. Castillo de la Torre u A. Whelan, wara F. Castillo de la Torre, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għal annullament tad-deċiżjonijiet allegati tal-Kummissjoni, datati is-17 ta' Ottubru 2003, il-5 ta' Lulju 2004 u s-26 ta' April 2005, li permezz tagħhom ingħalqu żewġ ilmenti li jitolbu l-Kummissjoni li tieħu azzjoni, abbażi ta' l-Artikolu 86(3) KE, sabiex twaqqaf l-ksur tal-liġi Komunitarja allegatament mwettqa mir-Renju ta' Spanja u, min-naħa l-oħra, talba sabiex jiġi kkonstatat, skond l-Artikolu 232 KE, li, billi naqset milli tieħu pożizzjoni fuq iktar azzjoni li hija pproponiet li tieħu fir-rigward ta' ċerti aspetti ta' wiħed minn dawn l-ilmenti, il-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt il-liġi Komunitarja.
Dispożittiv
1) |
Mhemmx lok għal deċiżjoni fuq ir-rikorsi; |
2) |
Mhemmx lok għal deċiżjoni fuq it-talba ta' intervent ippreżentata mir-Renju ta' Spanja fil-kawża I-367/04. |
3) |
Gibtelecom u l-Kummissjoni jbatu l-ispejjeż tagħhom stess. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/40 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Lulju 2008 — Espinosa Labella et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-322/06) (1)
(Rikors għal annullament - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi - Deċiżjoni 2006/613/KE - Lista ta' siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Mediterranju - Att li jista' jiġi kkontestat - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà)
(2008/C 223/68)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Manuel José Espinosa Labella (Almería, Spanja); Josefa Labella Dávalos (Almería); María Pilar Espinosa Labella (Almería); María José Espinosa Labella (Almería); Tomasa Peñuela Ortiz (Almería); Tomás Espinosa Peñuela (Almería); Francisco José Espinosa Peñuela (Mairena del Aljarafe, Spanja); Juan Manuel Espinosa Peñuela (Madrid, Spanja); María Lourdes Espinosa Peñuela, (Almería); Adela Espinosa Peñuela (Almería); Jorge Jesús Espinosa Peñuela (Almería); L-eredi ta' Rafael Espinosa Peñuela (Almería) (rappreżentant: M. J. Rovira Daudí, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u D. Recchia, aġenti)
Intervenjent in sostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, abogado del Estado)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE tad-19 ta' Lulju 2006 li tadotta, skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-elenku ta' siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Mediterranju (ĠU L 259, p. 1), safejn tindika s-sit imsejjaħ “Artos de El Ejido”, li fih jinsabu l-artijiet tar-rikorrenti, bħala sit ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Mediterranju.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Manuel José Espinosa Labella, Josefa Labella Dávalos, María Pilar Espinosa Labella, María José Espinosa Labella, Tomasa Peñuela Ortiz, Tomás Espinosa Peñuela, Francisco José Espinosa Peñuela, Juan Manuel Espinosa Peñuela, María Lourdes Espinosa Peñuela, Adela Espinosa Peñuela, Jorge Jesús Espinosa Peñuela u l-eredi ta' Rafael Espinosa Peñuela huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni. |
3) |
Ir-Renju ta' Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/41 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Lulju 2008 — Fresyga vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-323/06) (1)
(Rikors għal annullament - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats u tal-fawna u l-flora selvaġġa - Deċiżjoni 2006/613/KE - Elenku tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran - Att kontestabbli - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà)
(2008/C 223/69)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Fresyga SA (Almería, Spanja) (rappreżentant: M.J. Rovira Daudí, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro et D. Recchia, agenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE, tad-19 ta' Lulju 2006, li tistabbilixxi, bl-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-elenku tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran (ĠU L 259, p. 1), safejn hija tindika s-sit magħruf bħala “Ramblas de Gergal, Tabernas y Sur de Sierra Alhamilla”, li fuqu tinsab l-art tar-rikorrenti, bħala sit ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Fresyga, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk tal-Kummissjoni. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/41 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Lulju 2008 — Complejo Agrícola vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-345/06) (1)
(“Rikors għal annullament - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni ta' l-habitat naturali u tal-fawna u tal-flora selvaġġi - Deċiżjoni 2006/613/KE - Elenku ta' siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju - Att kontestabbli - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà’)
(2008/C 223/70)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Complejo Agrícola, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: A. Menéndez Menéndez u G. Yanguas Montero, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u D. Recchia, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, abogado del Estado)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali ta' l-Artikolu 1 u ta' l-Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE tad-19 ta' Lulju 2006, li tadotta, skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-elenku ta' siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju (ĠU L 259, p. 1), safejn din tindika s-sit magħruf bħala “Acebuchales de la Campiña sur de Cádiz”, li fuqu jinsab razzett li huwa proprjetà tar-rikorrenti, bħala sit ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Complejo Agrícola, SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni. |
3) |
Ir-Renju ta' Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/42 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-4 ta' Lulju 2008 — Wegenbouwmaatschappij J. Heijmans vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-358/06) (1)
(“Rikors għal annullament - Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta' l-Artikolu 81 KE - Rikors ippreżentat minn impriża msemmija fil-motivi ta' deċiżjoni li ma kinitx indirizzata lejha - Nuqqas ta' interess ġuridiku - Inammissibbiltà’)
(2008/C 223/71)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Wegenbouwmaatschappij J. Heijmans BV (Rosmalen, l-Olanda) (rappreżentanti: M. Smeets u A. Van den Oord, avocats)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Bouquet u A. Nijenhuis, aġenti, assistiti minn F. Wijckmans, F. Tuytschaever u L. Gyselen, avocats)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/534/KE, tat-13 ta' Settembru 2006, dwar proċedura skond l-Artikolu 81 KE [Każ Nru COMP/F/38.456] — Bitum (l-Olanda) jew, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-multa imposta fuq Heijmans NV u fuq Heijmans Infrastructuur BV.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Wegenbouwmaatschappij J. Heijmans BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/42 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Lulju 2008 — Calebus vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-366/06) (1)
(Rikors għal annullament - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi - Deċiżjoni 2006/613/KE - Lista ta' siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Mediterranju - Att li jista' jiġi kkontestat - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibilità)
(2008/C 223/72)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Calebus SA (Almería, Spanja) (rappreżentant: R. Bocanegra Sierra, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u D. Recchia, aġenti)
Intervenjent in sostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, abogado del Estado)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE tad-19 ta' Lulju 2006 li tadotta, skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-elenku ta' siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Mediterranju (ĠU L 259, p. 1), safejn tindika s-sit imsejjaħ “Ramblas de Gergal, Tabernas y Sur de Sierra Alhamilla”, li fih tinsab l-art tar-rikorrenti, bħala sit ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Mediterranju.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Calebus, SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni. |
3) |
Ir-Renju ta' Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/43 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Lulju 2008 — Polimeri Europa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-12/07) (1)
(“Mhemmx lok għal deċiżjoni’)
(2008/C 223/73)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Polimeri Europa SpA (Brindisi, L-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, F. Moretti u L. Nascimbene, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci, F. Amato u V. Bottka, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Manufacture Française des Pneumatiques Michelin (rappreżentanti: S. Kon u L. Farell, avukati)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni COMP/F/2/1095, tas-6 ta' Novembru 2006, meħud fil-kuntest ta' proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (COMP/F/38.638 — BR/ESBR), li tiġi trażmessa lill-kumpannija Manufacture Française des Pneumatiques Michelin, ammessa għall-proċedura amministrattiva bħala parti terza interessata, il-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, tas-6 ta' April 2006, indirizzata lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
Mhemmx iktar lok għal deċiżjoni fuq dan ir-rikors. |
2) |
Polimeri Europa SpA hija kkundannata tħallas, barra mill-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Kummissjoni u ta' Manufacture Française des Pneumatiques Michelinfil-kuntest ta' din il-proċedura, kif ukoll dawk tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura għal miżuri provviżorji. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/43 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Ġunju 2008 — Denka International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-30/07) (1)
(“Rikors għal annullament - Direttiva 2006/92/KE - Il-livelli massimi għar-residwi ta' dichlorvos - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà’)
(2008/C 223/74)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Denka International BV (Barneveld, l-Olanda) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Parpala u B. Doherty, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/92/KE, tad-9 ta' Novembru 2006, li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi għar-residwi tal-captan, dichlorvos, ethion u folpet (ĠU L 311, p. 31).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Denka International BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tal-Kummissjoni. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/43 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Ġunju 2008 — Pfizer vs UASI — Isdin (FOTOPROTECTOR ISDIN)
(Kawżi magħquda T-354/07 sa T-356/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Revoka - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni’)
(2008/C 223/75)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Pfizer Ltd (Sandwich, Kent, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck, T. Dolde, avukati, u M. Hawkins, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Isdin, SA (Barċellona, Spanja) (rappreżentant: M. Esteve Sanz, avukat)
Suġġett
Tlett rikorsi mressqa kontra d-deċiżjonijiet ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-28 ta' Ġunju 2007 (Każijiet R 567/2006-1, R 566/2006-1 u R 565/2006-1, rispettivament) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Pfitzer Ltd u Isdin, SA.
Dispożittiv
1) |
M'hemmx aktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors. |
2) |
Isdin, SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI). Pfizer Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/44 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-11 ta' Lulju 2008 — WellBiz vs L-UASI — Wild (WELLBIZ)
(Kawża T-451/07) (1)
(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar ta' l-oppożizzjoni - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
(2008/C 223/76)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: WellBiz Verein (Eschen, Liechtenstein) (rappreżentant: M. Schnetzer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, agent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Rudolf Wild GmbH & Co. KG (Eppelheim, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-2 ta' Ottubru 2007 (Każ R 1575/2006-1) li tirrigwarda proċedimenti ta' opożizzjoni bejn WellBiz Verein u Rudolf Wild GmbH & Co. KG.
Dispożittiv
1) |
M'għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors. |
2) |
Ir-rikorrenti u l-konvenut huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/44 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Ġunju 2008 — Volkswagen vs UASI (Siluwett ta' karozza bil-fanali tagħha)
(Kawża T-9/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Rinunzja għar-reġistrazzjoni nazzjonali - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
(2008/C 223/77)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-P. Schrammek, C. Drzymalla, S. Risthaus u R. Jepsen, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-6 ta' Novembru 2007 (Każ R 1306/2007-4) dwar reġistrazzjoni internazzjonali, skond il-Protokoll dwar il-Ftehim ta' Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade marks, iffirmat f'Madrid fis-27 ta' Ġunju 1989, tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta siluwett ta' karozza bil-fanali tagħha.
Dispożittiv
1) |
M'hemmx aktar lok li tingħata deċiżjoni. |
2) |
Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/45 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta' Ġunju 2008 — Gosselin Word Wide Moving vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-208/08)
(2008/C 223/78)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Gosselin Word Wide Moving NV (Deurne, Il-Belġju) (rappreżentanti: F. Wijckmans u S. De Keer, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 926 finali tal-11 ta' Marzu 2008, innotifikata lir-rikorrenti fil-25 ta' Marzu 2008, dwar proċedura skond l-Artikolu 81 KE (Każ COMP/38.543 — Servizzi ta' ġarr internazzjonali) fil-parti li tikkonċerna lir-rikorrenti; |
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni, fil-parti li tikkonċerna lir-rikorrenti, safejn il-Kummissjoni tikkonstata ksur kontinwu min-naħa tar-rikorrenti mill-31 ta' Jannar 1992 sat-18 ta' Settembru 2002, u tnaqqas il-multa imposta fl-Artikolu 2, fil-parti li tikkonċerna lir-rikorrenti, skond il-perijodu hekk irrivedut tal-ksur; |
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2(e) tad-Deċiżjoni, fil-parti li tikkonċerna lir-rikorrenti, għar-raġunijiet imqajma fit-tieni u/jew fit-tielet motiv, u tnaqqas b'mod korrispondenti l-multa imposta fl-Artikolu 2, fil-parti li tikkonċerna lir-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
L-ewwel motiv invokat mir-rikorrenti jafferma li d-deċiżjoni kisret l-Artikolu 81 KE. L-ewwel parti tafferma li l-Kummissjoni ma stabilixxietx fid-dritt li l-aġir li jista' jiġi attribwit lir-rikorrenti għandu jiġi kklassifikat bħala restrizzjoni notevoli għall-kompetizzjoni taħt l-Artikolu 81 KE. It-tieni parti tafferma li l-Kummissjoni ma stabilixxietx fid-dritt li l-ftehim li pparteċipat fih ir-rikorrenti jista' jaffettwa b'mod notevoli l-kummerċ bejn l-Istati Membri.
Sussidjarjament, it-tieni motiv jafferma li d-deċiżjoni kisret l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 (1), l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17/62 (2) u l-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi (3). Il-Kummissjoni kisret dawn id-dispożizzjonijiet meta ddeterminat il-gravità tal-ksur, id-dewmien tal-ksur u l-valur tal-bejgħ li jservu sabiex jiġi kkalkolat l-ammont bażiku tal-multa u, fl-aħħar nett, injorat xi ċirkustanzi attenwanti tar-rikorrenti meta kkalkolat il-multa.
Sussidjarjament, it-tielet motiv jafferma li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' trattament ugwali, u dan b'mod partikolari meta ddeterminat il-gravità tal-ksur u l-valur tal-bejgħ meħuda in kunsiderazzjoni sabiex tiġi kkalkolata l-multa.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 1, p. 1).
(2) Ir-Regolament Nru 17: L-ewwel Regolament li jimplimenta l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat (ĠU 1962, 13, p. 204).
(3) Linji ta' gwida tal-Kummissjoni dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi imposti skond l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (ĠU 2006 C 210, p. 2).
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/45 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ġunju 2008 — Strack vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-221/08)
(2008/C 223/79)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-deċiżjonijiet adottati b'mod effettiv jew impliċitu mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, fil-kuntest ta' l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet għal aċċess għal dokumenti ppreżentati mir-rikorrent fit-18 u 19 ta' Jannar 2008 u ta' l-applikazzjonijiet konfermatorji tiegħu tat-22 ta' Frar u t-18 ta' April 2008 u, b'mod partikolari, tal-21 ta' April 2008, u b'mod partikolari d-deċiżjoni tad-19 ta' Mejju 2008, safejn dawn jiċħdu totalment jew parzjalment l-applikazzjonijiet tar-rikorrent; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas kumpens adegwat lir-rikorrent għad-danni immaterjali u morali subiti minnu wara l-ipproċessar ta' l-applikazzjoni tiegħu, liema ammont ma jistax ikun inqas minn kumpens simboliku ta' EUR 1; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Fit-18 u 19 ta' Jannar 2008, ir-rikorrent ippreżenta xi applikazzjonijiet lill-Kummissjoni għal aċċess għal diversi dokumenti. Huwa ressaq dan ir-rikors għaliex ma ngħatax, ta' l-inqas parzjalment, aċċess għal dawn id-dokumenti fit-termini previsti għal dan l-iskop.
In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni b'mod partikolari li l-konvenuta kisret l-Artikolu 255 KE, kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1). Barra minn hekk, ir-rikorrent jinvoka l-ksur tal-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba, ta' l-Artikoli 41 u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll tal-prinċipji li jirrigwardaw il-ħtieġa li tingħata motivazzjoni għad-deċiżjonijiet ta' rifjut b'mod konformi ma' l-Artikolu 253 KE.
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43).
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/46 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta' Ġunju 2008 — Sanatur vs UASI — Sektkellerei Schloss Wachenheim (life light)
(Kawża T-222/08)
(2008/C 223/80)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Sanatur GmbH (Singen, Il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wiume)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Sektkellerei Schloss Wachenheim AG (Trier, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-6 ta' Marzu 2008 fil-każ R 1257/2006-1; |
— |
tibdel id-deċiżjoni kkontestata billi tiċħad ir-rikors; |
— |
tikkundanna lill-parti intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk li jikkonċernaw il-proċedimenti ta' appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “life light” għal prodotti fil-klassi 32 (Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 3 192 481)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Sektkellerei Schloss Wachenheim AG
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark figurattiva Ġermaniża “LIGHT live” għal prodotti fil-klassi 32 (Trade mark Nru 302 00 216)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ċaħda ta' l-Oppożizzjoni
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (1) minħabba nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/46 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta' Ġunju 2008 — Iranian Tobacco vs UASI -AD Bulgartabac (Bahman)
(Kawża T-223/08)
(2008/C 223/81)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Iranian Tobacco Company (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: M. Beckensträter, avukata)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: AD Bulgartabac Holding (Sofia, il-Bulgarija)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' Appell ta' l-10 ta' April 2008 — R 709/2007-1, mogħtija fil-15 ta' April 2008; |
— |
tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż irkuprabbli inklużi l-ispejjeż tal-kawża prinċipali u dawk tal-konvenut, |
— |
sussidjarjament, fil-każ ta' annullament tad-deċiżjoni ta' l-10 ta' April 2008 u dik tas-7 ta' Marzu 2007 — 1415C — tiddikjara, li t-talba ta' l-intervenjenti tat-8 ta' Novembru 2005 ma kinitx ammissibbli. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: trade mark figurattiva “Bahman” għal prodotti fil-klassi 34 (trade mark Komunitarja Nru 427 336).
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: AD Bulgartabac Holding.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark ikkonċernata.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors tar-rikorrent.
Motivi invokati: Ir-rekwiżiti għall-ammissibbiltà tat-talba ta' AD Bulgartabac li kellhom jiġu eżaminati ex officio ma ttieħdux in kunsiderazzjoni bi ksur tad-dritt Komunitarju, tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) u ta' prinċipji oħrajn ta' proċedura.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/47 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ġunju 2008 — Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel vs UASI — Schwarzbräu (ALASKA)
(Kawża T-225/08)
(2008/C 223/82)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH (Ebersburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Wadenbach, Rechtsanwalt)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Schwarzbräu GmbH (Zusmarshausen, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta' April 2008 (Każ R 877/2004-4); |
— |
tħassar kompletament it-trade mark Komunitarja Nru 505 552 “ALASKA” minħabba raġunijet assoluti għal rifjut ta' reġistrazzjoni; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż; |
— |
sussidjarjament, tiddikkjara l-invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 505 552 “ALASKA” ta' l-anqas għall-prodotti segwenti: “ilma minerali u ilma bil-gass u kull tip ieħor ta' xorb mhux alkoħoliku fil-klassi 32”. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta' talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark figurattiva “ALASKA” għall-prodotti fil-klassi 32 (trade mark Komunitarja Nru 505 552).
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Schwarzbräu GmbH
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark ikkonċernata
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad l-appell tar-rikorrenti
Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b), (ċ) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1).
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994 L 11, p. 1).
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/47 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ġunju 2008 — Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel vs UASI — Schwarzbräu (Alaska)
(Kawża T-226/08)
(2008/C 223/83)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH (Ebersburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Wadenbach, Rechtsanwalt)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Schwarzbräu GmbH (Zusmarshausen, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta' April 2008 (Każ R 1124/2004-4); |
— |
tħassar kompletament it-trade mark Komunitarja Nru 505 503 “Alaska” minħabba raġunijet assoluti għal rifjut ta' reġistrazzjoni; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż; |
— |
sussidjarjament, tiddikkjara l-invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 505 503 “Alaska” ta' l-anqas għall-prodotti segwenti: “ilma minerali u ilma bil-gass u kull tip ieħor ta' xorb mhux alkoħoliku fil-klassi 32”. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta' talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali “Alaska” għall-prodotti fil-klassi 32 (trade mark Komunitarja Nru 505 503)
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Schwarzbräu GmbH
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: tilqa' parzjalment it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark ikkonċernata;
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark ikkonċernata
Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b), (ċ) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1).
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994 L 11, p. 1).
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/48 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta' Ġunju 2008 — Assenbaum Fine Arts (WEINER WERKSTÄTTE) vs UASI
(Kawża T-230/08)
(2008/C 223/84)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Assenbaum Fine Arts Ltd (Londra, Ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Vögel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tibdel id-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern ta' l-10 ta' April 2008 (każ R 1573/2006-4) b'tali mod li l-appell imressaq mir-rikorrenti fid-29 ta' Novembru 2006 jiġi totalment milqugħ jew, sussidjarjament, jiġi milqugħ għall-klassijiet 6, 11, [minbarra lampi (elettriċi), lampi li jdawwlu, lampi tas-saqaf u lampi ta' l-art ], 14 [minbarra kaxxi għall-ħelu], 16, 20, 21 [minbarra kaxxi għall-ħelu] u 34; sussidjarment, tannulla d-deċiżjoni appellata u tirrinvija l-kawża lill-UASI |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż relattivi għall-kawża, inkluż dawk tal- proċedimenti ta' appell |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “WIENER WERKSTÄTTE” għall-prodotti tal-klassijiet 6, 11, 14, 16, 20, 21 u 34 (applikazzjoni Nru 4 133 501).
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ċaħda ta' l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda ta' l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (1), in kwantu t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni la hija deskrittiva u lanqas nieqsa minn karattru distintiv.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11 p. 1).
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/49 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta' Ġunju 2008 — Asenbaum Fine Arts Ltd vs UASI
(Kawża T-231/08)
(2008/C 223/85)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Asenbaum Fine Arts Ltd. (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Vögel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
temenda d-deċiżjoni ta' l-10 ta' April 2008 tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI (Każ R 1571/2006-4), billi tilqa' kompletament l-appell tar-rikorrenti tad-29 ta' Novembru 2006; alternattivament: tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat il-każ lura lill-UASI sabiex jiġu kkompletati l-proċedimenti; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk ta' l-appell quddiem il-Bord ta' l-Appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “WIENER WERKSTAÄTTE” għal prodotti fil-klassi 14 (Applikazzjoni Nru 4 207 783).
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Rifjut ta' l-applikazzjoni.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell.
Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) 40/94 (1), inkwantu t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni la hija deskrittiva u lanqas hija nieqsa minn karattru distintiv.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komuntarja (ĠU L 11, 14.1.1994).
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/49 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta' Ġunju 2008 — MPDV Mikrolab vs UASI (ROI ANALYZER)
(Kawża T-233/08)
(2008/C 223/86)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor (Mosbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell, tal-15 ta' April 2008, fil-każ R 1525/2006-4; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “ROI ANALYSER” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35 u 42 (Applikazzjoni Nru 4 866 042).
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Ċaħda parzjali ta' l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell.
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (1), minħabba l-fatt li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni mhijiex nieqsa minn karattru distintiv u għaliex m'hemmx lok li tali sinjal jinżamm għad-dispożizzjoni ta' kulħadd.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/49 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta' Ġunju 2008 — HPA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-236/08)
(2008/C 223/87)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Hoofdproductschap Akkerbouw (l-Aja, l-Olanda) (rappreżentant: R.J.M. van den Tweel)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara ineżistenti jew, ta' l-inqas, tannulla, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 7093/6 tad-19 ta' Diċembru 2006 li tikkonċerna l-irkupru tal-kreditu Nru 3240206544 li għandu jitħallas in solidum mill-membri tal-Grupp Ewropew b'Interess Ekonomiku (GEIE) Euroterroirs, fil-kuntest tal-Proġett Nru 93.EU.06.002 rigward studju sabiex isir inventarju fuq il-wirt Ewropew fir-rigward ta' prodotti agrikoli u ta' l-ikel tipiċi u reġjonali (prodotti lokali u reġjonali ċċertifikati), ta' l-inqas safejn huwa ddikjarat li l-Hoofdproductschap Akkerbouw hija responsabbli in solidum għall-ammont kollu ta' l-imsemmi kreditu. |
— |
tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tikkontesta l-irkupru ta' kreditu minn Euroterriors stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-14 ta' Awwissu 2000. Skond ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata għandha, ta' l-inqas safejn ir-rikorrenti hija ddikjarata responsabbli in solidum għall-ammont kollu tal-kreditu, tiġi ddikjarata ineżistenti u nulla, peress li din id-deċiżjoni hija vvizzjata minn difetti partikolarment serji u manifesti. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li tista' tingħata deċiżjoni li tiddikjara li d-deċiżjoni ma kellha l-ebda effett fid-dritt anki wara l-iskadenza tal-perijodu li fih din id-deċiżjoni kellha tiġi kkontestata.
Permezz ta' l-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li kien hemm ksur tar-Regolament Nru 2137/85 (1) peress li r-rikorrenti qatt ma kienet membru tal-Grupp Ewropew b'Interess Ekonomiku (GEIE) Euroterriors u għaldaqstant ma tistax tinżamm responsabbli.
It-tieni nett, ir-rikorrenti tallega ksur tad-drittijiet tad-difiża. Hija ssostni li l-Kummissjoni ma tatx lir-rikorrenti l-possibbiltà li tesprimi ruħha qabel ma hija adottat id-deċiżjoni kkontestata, u nnotifikat ir-rikorrenti bil-kreditu stabbilit permezz tad-deċiżjoni ta' l-14 ta' Awwissu 2000 biss meta hija bagħtet id-deċiżjoni kkontestata lir-rikorrenti.
It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li nkiser il-prinċipju ta' proporzjonalità. Il-Kummissjoni ddikjarat lir-rikorrenti bħala responsabbli in solidum sitt snin wara li ġie stabbilit il-kreditu mingħajr ma l-ewwel ħadet miżuri xierqa kontra Euroterriors, kontra l-membru li stabbilixxa Euroterriors, b'mod partikolari l-Conseil national des Arts Culinaires (CNAC) fi Franza, kontra l-amminisratur ta' Euroterriors jew kontra l-Istat Membru ta' Franza. Barra minn dan, ir-rikorrenti ssostni li l-espert Olandiż għal attivitajiet ta' inventarji individwali fl-1994/1995 fil-kuntest tal-Proġett Euroterriors irċieva ħlas ta' EUR 13 055 biss.
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-kreditu huwa preskritt minħabba l-fatt li l-Kummissjoni bagħtet in-nota ta' debitu kkontestata lil Euroterriors fit-28 ta' Settembru 2000 mingħajr ma informat sussegwentement lir-rikorrenti fi żmien raġonevoli bl-atti li setgħu sospendew il-perijodu ta' preskrizzjoni.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2137/85 tal-25 ta' Lulju 1985 dwar il-Gruppi Ewropej b'Interess Ekonomiku (GEIE) (ĠU 1985 L 199, p. 1).
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/50 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni vs Commune de Valbonne
(Kawża T-238/08)
(2008/C 223/88)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Escobar Guerrero, aġent, u E. Bouttier, avukat)
Konvenut: Commune de Valbonne
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tikkundanna lill-Commune de Valbonne, irrappreżentat mis-Sindku attwali tiegħu, iħallas lir-rikorrenti l-ammont ta' EUR 18 619,38 li jikkorrispondi għas-somma prinċipali ta' EUR 14 261,29 u għas-somma ta' EUR 4 358,09 f'imgħaxijiet għal dewmien fil-ħlas, dovuti mill-31 ta' Mejju 2008; |
— |
tikkundanna lill-Commune de Valbonne iħallas is-somma ta' EUR 5 000 sabiex ir-rikorrenti tkun tista' tkopri l-ispejjeż involuti fl-irkupru tad-dejn; |
— |
tikkundanna lill-Commune de Valbonne għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni kkonkludiet kuntratt, għas-snin 1998 u 1999, mal-Commune de Valbonne fi Franza, il-Comune di Fermo fl-Italja u l-Grupp Ewropew b'Interess Ekonomiku ARCHI-MED, ta' riċerka u taħriġ li jirrigwarda proġett ta' edukazzjoni reċiproka bejn il-belt ta' Valbonne u l-provinċja ta' Di Ascoli Piceno, magħruf bħala “VALASPI MM 1027”.
Il-Commune de Valbonne, il-Comune di Fermo u ARCHI-MED intrabtu, fost affarijiet oħra, li jipprovdu rapport finali lill-Kummissjoni. Peress li ma pprovdewx dan ir-rapport wara li l-Kummissjoni bagħtitilhom ittra ta' intimazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-partijiet kontraenti ma kinux irrispettaw l-obbligi tagħhom skond il-kuntratt u temmet dan il-kuntratt, filwaqt li talbet il-ħlas lura ta' parti mill-flus imħallsa bil-quddiem mill-Kummissjoni, flimkien ma' l-imgħaxijiet.
Minħabba l-insolvenza ta' ARCHI-MED, il-Kummissjoni qed titlob li l-konvenut iħallas l-ammonti dovuti, peress li l-partijiet kontraenti kienu marbuta in solidum li jeżegwixxu l-kuntratt.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/51 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta' Ġunju 2008 — Konsum Nord vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-244/08)
(2008/C 223/89)
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Partijiet
Rikorrenti: Konsum Nord ekonomisk förening (Umeå, l-Iżvezja) (rappreżentant: U. Öberg, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla fl-intier tagħha d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 311 finali, tat-30 ta' Jannar 2008, dwar għajnuna mill-Istat implementata mill-Iżvezja għal Konsum Jämtland ekonomisk förening; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
B'deċiżjoni tat-30 ta' Jannar 2008 dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 35/06 (ex NN 37/06) implementata mill-Iżvezja għal Konsum Jämtland, li amalgamat mar-rikorrenti fl-2006, il-Kummissjoni iddeċidiet li l-bejgħ mill-muniċipalità ta' Åre ta' partijiet minn biċċa art mhux mibnija għal SEK 2 miljuni minflok SEK 6,6 miljuni, li kien offra l-kompetitur ta' Konsum Jämtland, Lidl, kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat bi ksur ta' l-Artikolu 87 KE.
In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tosserva li l-Kummissjoni wetqet numru ta' evalwazzjonijiet żbaljati fil-klassifikazzjoni legali tagħha tal-bejgħ ikkontestat bħala għajnuna mill-Istat peress li:
— |
il-Kummissjoni żbaljat meta sabet li l-bejgħ ma sarx skond il-prezz tas-suq u li b'hekk kien jikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku għal Konsum Jämtland; |
— |
il-Kummissjoni ma ħaditx in kunsiderazzjoni l-fatt li l-bejgħ kien jagħmel parti minn numru ta' tranżazzjonijiet ta' art magħmula bejn partijiet differenti, li kellhom bħala skop l-implementazzjoni ta' pjanijiet iddettaljati għar-raħal ta' Åre; |
— |
il-Kummissjoni assumiet b'mod żbaljat li l-offerta magħmula mill-kompetitur, Lidl, kienet inkompatibbli ma' numru ta' kundizzjonijiet u li kienet vinkolanti u kredibbli; u |
— |
il-Kummissjoni applikat b'mod żbaljat il-prinipju ta' investitur privat fl-ekonomija tas-suq. |
Barra minn hekk, ir-rikorrenti tosserva li l-Kummissjoni injorat il-linji gwida tagħha stess fil-Komunikazzjoni dwar elementi ta'għajnuna mill-Istat dwar bejgħ ta' artijiet u bini mill-awtoritajiet pubbliċi (1) u naqset milli twettaq l-obbligu tagħha ta' investigazzjoni peress li naqset milli tevalwa ċ-ċirkustanzi fattwali kollha.
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-allegata għajnuna mill-Istat la toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u lanqas tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/51 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta' Ġunju 2008 — Iranian Tobacco Company vs L-UASI — AD Bulgartabac (TIR 20 FILTER CIGARETTES)
(Kawża T-245/08)
(2008/C 223/90)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Iranian Tobacco Company (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: M. Beckensträter, avukata)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: AD Bulgartabac Holding (Sofia, il-Bulgarija)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni ta' l-ewwel Bord ta' l-Appell tal-11 ta' April 2008 — R 0708/2007-1, notifikata fil-21 ta' April 2008; |
— |
tikkundanna l-parti intervenjenti għall-ispejjeż li jistgħu jiġu rkuprati inklużi l-ispejjeż tal-proċedura prinċipali u dawk tal-konvenut; |
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-11 ta' April 2008 u dik tas-7 ta' Marzu 2007 — 1414C- u tikkonstata li t-talba mressqa mill-parti intervenjenti fit-8 ta' Novembru 2005 kienet inammissibbli. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark figurattiva “TIR 20 FILTER CIGARETTES” għal prodotti fil-klassi 34 (trade mark Komunitarja Nru 400 804).
Proprjetarja tat-trade mark Komunitarja: Iranian Tobacco Company
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: AD Bulgartabac Holding.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: l-annullament tat-trade mark Komunitarja kkonċernata.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors tar-rikorrenti
Motivi invokati: il-kundizzjonijiet ta' ammissibbiltà li għandhom jiġu eżaminati ex officio fir-rigward tat-talba ppreżentata minn AD Bulgartabac Holding ma ttieħdux in kunsiderazzjoni bi ksur tad-dritt Komunitarju, tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) u ta' prinċipji oħrajn ta' proċedura.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/52 |
Appell ippreżentat fit-23 ta' Ġunju 2008 minn Frantisek Doktor mis-sentenza mogħtija fis-16 ta' April 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-73/07, Doktor vs Il-Kunsill
(Kawża T-248/08 P)
(2008/C 223/91)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Frantisek Doktor (Bratislava, is-Slovakja) (rappreżentant: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)
Appellat: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
Talbiet ta' l-appellant
— |
tannulla s-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea fis-16 ta' April 2008, fil-kawża F-73/07; |
— |
tilqa' t-talbiet għall-annullament u għad-danni ppreżentati mill-appellant fl-ewwel istanza; |
— |
tikkundanna lill-konvenut fl-ewwel istanza għall-ispejjeż kollha marbuta mar-rikors għal annullament u ma' l-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Permezz ta' dan l-appell, l-appellant qiegħed jitlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tas-16 ta' April 2008, mogħtija fil-kawża Doktor vs Il-Kunsill, F-73/07, li tiċħad ir-rikors li permezz tiegħu l-appellant kien talab, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tkeċċija ta' l-appellant meta ntemm il-perijodu ta' prova tiegħu u, min-naħa l-oħra, kumpens għad-danni professjonali, finanzjarji u morali allegatament imġarrba minnu.
In sostenn ta' l-appell tiegħu, l-appellanti jsostni li t-TSP i) żnatura ċerti elementi ta' prova billi bbaża b'mod partikolari diversi mill-konstatazzjonijiet tiegħu fuq evalwazzjoni materjali ineżatta ta' l-elementi fil-proċess li kienu ppreżentati quddiemu; ii) kiser id-drittijiet tad-difiża ta' l-appellanti billi ma ħax in kunsiderazzjoni jew billi ma weġibx għal diversi elementi jew argumenti esposti quddiemu; u iii) wettaq żewġ żbalji ta' liġi fir-rigward ta' l-interpretazzjoni tiegħu tad-dritt Komunitarju marbuta mad-dritt ta' l-appellanti li jwettaq il-perijodu ta' prova tiegħu f'kundizzjonijiet normali u mal-possibbiltà għall-amministazzjoni li tikkompleta l-motivazzjoni ta' att li jikkawża preġudizzju fl-istadju tal-proċedura bil-miktub quddiem il-qrati Komunitarji.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/52 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta' Ġunju 2008 — Vion vs UASI (PASSION FOR BETTER FOOD)
(Kawża T-251/08)
(2008/C 223/92)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Vion NV (Best, l-Olanda) (rappreżentant: A. Klinger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta' April 2008 (rikors R 562/2007-4), u |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “PASSION FOR BETTER FOOD” għall-prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30 (applikazzjoni Nru 5 039 946).
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ċaħad l-applikazzjoni.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: caħad l-appell.
Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), billi t-trade mark li għalija saret l-applikazzjoni għandha karattru distintiv biżżejjed.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 11).
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/53 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta' Ġunju 2008 — Associazione Giullemanidallajuve vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-254/08)
(2008/C 223/93)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Associazione Giullemanidallajuve (Garibaldi, l-Italja) (rappreżentanti: L. Mission, G. Ernes u A. Kettels, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tikkonstata n-nuqqas tal-Kummissjoni Ewropea: |
— |
tordnalha teżerċita l-kompetenza tagħha u twieġeb għall-ilment ippreżentat mir-rikorrenti f'Mejju ta' l-2007; |
— |
tagħti l-ispjegazzjonijiet kollha xierqa f'dan ir-rigward. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset mill-obbligu tagħha li tieħu azzjoni peress li ma ħaditx pożizzjoni, fir-rigward ta' talba f'dan is-sens, fuq l-ilment ippreżentat lill-Kummissjoni mir-rikorrenti f'Mejju ta' l-2007 rigward ksur allegat ta' l-Artikoli 81 u 82 KE mwettaq mill-Federazione Italiana Giuoco Calcio (FIGC), il-Comitato Olimpico Nazionale Italiano (Coni), l-Union des associations européennes de football (UEFA) u l-Fédération Internationale de Football Association (FIFA).
Ir-rikorrenti tqis li l-ittra, li ntbagħtet mill-Kummissjoni f'Marzu ta' l-2008 minħabba li talbitha tieħu azzjoni u li kienet tinformaha li l-każ tagħha kien qiegħed jiġi eżaminat, ma tikkostitwixxix pożizzjoni meħuda mill-Kummissjoni, għaliex l-ittra ma tagħtix risposti fuq il-mertu tat-talbiet magħmula mir-rikorrenti.
Ir-rikorrenti ssostni barra minn hekk li, fil-qasam tal-kompetizzjoni, min jagħmel ilment għandu dritt għal studju dettaljat ta' l-ilment tiegħu mill-Kummissjoni, kif ukoll teħid ta' pożizzjoni motivata.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/53 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta' Ġunju 2008 — Biotronik vs UASI (Biomonitor)
(Kawża T-257/08)
(2008/C 223/94)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Biotronik Meß- und Therapiegeräte GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Sander u T. Böhm, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
Tannulla d-deċiżjoni mogħtija fl-24 ta' April 2008 mir-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI (Trade marks u Disinni) fil-Każ R 466/2007-4; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “Biomonitor” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10 u 38, filwaqt li għandu jiġi speċifikat li l-lista tal-prodotti ġiet sussegwentement limitata għal prodotti fil-klassi 10 (Applikazzjoni għal trade mark Nru 4 556 023)
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: L-applikazzjoni għal trade mark hija rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-appell huwa miċħud
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni la hija nieqsa minn karattru distintiv u lanqas tikkostitwixxi indikazzjoni deskrittiva.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/54 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta' Ġunju 2008 — Rath vs UASI — Portela & Ca. (DIACOR)
(Kawża T-258/08)
(2008/C 223/95)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Matthias Rath (Cape Town, l-Afrika t'Isfel) (rappreżentanti: U. Vogt, C. Kleiner u S. Ziegler, lawyers)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Portela & Ca., SA (Mamede do Coronado, il-Portugal)
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' April 2008 fil-każ R 1630/2006-2; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut u, jekk ikun il-każ, il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Matthias Rath
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “DIACOR” għal prodotti u servizzi fil-klassi 5, 16 u 41
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta'l-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni ta' trade mark Portugiża Nru 137 311 tat-trade mark “DIACOR” għal prodotti fil-klassi 79, skond il-klassifika nazzjonali ta' prodotti fis-seħħ fiż-żmien ir-reġistrazzjoni
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kkontestati kollha fil-klassi 5
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: (i) Ksur ta' l-Artikolu 22(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni 2868/95 (1) peress li diversi dokumenti ppreżentati mill-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell ma kinux bl-Ingliż u ebda traduzzjoni ma ġiet provduta lill-applikant sabiex jevalwa l-prova ta' użu; (ii) Ksur ta' l-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord ta' l-Appell żbalja fl-opinjoni tiegħu li l-parti l-oħra quddiemu kienet ippreżentat evidenza suffiċjenti għall-prova ta' użu tat-trade mark preċedenti fil-Portugall għall-prodotti kollha li għalihom hi ġiet irreġistrata; u (iii) Ksur ta' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li t-trade marks kunfliġġenti ma juru l-ebda xebh vizwali, fonetiku jew kunċettwali, li jista' jirriżulta f'probabbilta' ta' konfużjoni.
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta' Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/54 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta' Lulju 2008 — Indo International vs L-UASI — Visual (VISUAL MAP)
(Kawża T-260/08)
(2008/C 223/96)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Indo Internacional, SA (Sant Cugat del Vallės, Spanja) (rappreżentanti: X. Fàbrega Sabaté and M. Curell Aguilà, lawyers)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Visual SA (Saint Apollinaire, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
l-annullament tad-deċiżjoni li l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l- Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ta fil-15 ta' April 2008 fil-każ R 700/2007-1 u |
— |
il-kundanna tal-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Indo Internacional SA
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “VISUAL MAP” għas-servizzi fil-klassi 44 — applikazzjoni Nru 393 2936
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni Nru 043 303 854 fi Franza tat-trade mark verbali “VISUAL” għas-servizzi fil-klassi 44
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ċaħda ta' l-applikazzjoni ta' trade mark Komunitarja fit-totalità tagħha
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda tar-rikors
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 40/94 tal-Kunsill peress li ma teżisti l-ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/55 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta' Lulju 2008 — Canon Communications vs UASI — Messe Düsseldorf (MEDTEC)
(Kawża T-262/08)
(2008/C 223/97)
Lingwa li biha ġie ppreżentat ir-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Canon Communications LLC (Los Angeles, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Mak, lawyer)
Konvenut: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Messe Düsseldorf GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' April 2008 fil-Każ R 817/2005-1; u |
— |
tordna lill-konvenut/il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “MEDTEC” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35 u 41.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell.
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Ġermaniża Nru 39 975 563 tat-trade mark verbali “METEC” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35 u 41; reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nru 752 637 tat-trade mark verbali “Metec” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35 u 41
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tilqa' l-oppożizzjoni fir-rigward tal-prodotti u servizzi kkontestati kollha
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad l-appell
Motivi invokati: Id-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell għandha tiġi annulllata peress li hemm possibbiltà kunsiderevoli li t-trade marks nazzjonali invokati fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni huma nulli; sussidjarjament, ksur ta' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li mhemmx xebh bejn is-servizzi kkonċernati u għalhekk mhemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks in kwistjoni, jew, sussidjarjament, li s-servizzi kkonċernati mhumiex biżżejjed simili sabiex jiġi konkluż li hemm probabbiltà ta' konfużjoni. Sussidjarjament, għandu jiġi stabbilit li l-Bord ta' l-Appell wettaq żball meta ma kkunsidrax il-fatt li l-pubbliku kkonċernat huwa speċjalizzat ħafna u għalhekk mhux ser ifixkel it-trade marks in kwistjoni. Fl-aħħar nett, bħala motiv invokat sussidjarju, għandu jiġi stabbilit li l-Bord ta' l-Appell wettaq żball meta ma kkunsidrax il-fatt li l-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell ittollerat l-użu tat-trade mark Komunitarju kkonċernata mir-rikorrenti għal aktar minn ħames snin.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/55 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta' Lulju 2008 — Becker Flugfunkwerk vs UASI — Harman Becker Automotive Systems (BECKER AVIONIC SYSTEMS)
(Kawża T-263/08)
(2008/C 223/98)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Becker Flugfunkwerk GmbH (Rheinmünster, Il-Germanja) (rappreżentant: O. Griebenow, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Harman Becker Automotive Systems GmbH (Karlsbad, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ta' l-10 ta' April 2008 fil-każ R 398/2007-1; u |
— |
tirrifjuta l-oppożizzjoni Nru B 484 503 relatata ma' l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 829 563. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “BECKER AVIONIC SYSTEMS” għal prodotti fil-klassi 9, applikazzjoni Nru 1 829 563
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark tar-Renju Unit Nru 1 258 929 tat-trade mark verbali “BECKER” għal prodotti fil-klassi 9; it-trade mark Ġermaniża Nru 1 039 843 tat-trade mark figurattiva “BECKER” għal prodotti fil-klassi 9; it-trade mark Ġermaniża Nru 1 016 927 tat-trade mark figurattiva “BECKER” għal prodotti fil-klassi 37; it-trade mark Finlandiża Nru 116 880 tat-trade mark verbali “BECKER” għal prodotti fil-klassi 9; it-trade mark Griega Nru 82339 tat-trade mark verbali “BECKER” għal prodotti fil-klassi 9; it-trade mark internazzjonali Nru 473 178 tat-trade mark verbali “BECKER” għal prodotti fil-klassi 9
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Tilqa' l-oppożizzjoni fir-rigward tal-prodotti kkontestati kollha
Deċiżjonital-Bord ta' l-Appell: Jiċħad l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li mhemm l-ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/56 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta' Lulju 2008 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-265/08)
(2008/C 223/99)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u Rechtsanwalt U. Karpenstein)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1690 finali tat-30 ta' April 2008 dwar it-tnaqqis ta' l-ammont li ġej mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) għal programm operattiv fir-reġjun ta' l-objettiv 1 tal-Land ta' Thüringen fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (1994-1999); |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni naqset l-appoġġ finanzjarju mogħti mill-ERDF għall-programm operattiv fir-reġjun ta' l-objettiv 1 tal-Land ta' Thüringen fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (1994-1999).
Ir-rikorrenti tinvoka erba' motivi in sostenn tar-rikors tagħha.
Fl-ewwel lok, hija tilmenta li l-Kummissjoni ma ħaditx in kunsiderazzjoni b'mod korrett xi elementi ta' fatt importanti relatati mal-punt 2.1 tal-programm operattiv ikkonċernat (miżuri ta' appoġġ għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju: għajnuna għal investiment produttiv).
It-tieni nett, ir-rikorrenti tinvoka ksur ta' l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88 (1) sa fejn ma jeżistux irregolaritajiet skond din id-dispożizzjoni. B'mod partikolari, f'dan il-kuntest hija ssostni li din id-dispożizzjoni ma tawtorizzax lill-Kummissjoni sabiex twettaq korrezzjonijiet finanzjarji minħabba żbalji ta' l-amministrazzjoni jew tas-sistemi amministrattivi u ta' kontroll allegatament insuffiċjenti.
Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li r-Regolament Nru 4253/88 ma jawtorizzax lill-Kummissjoni sabiex twettaq korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati peress li l-Artikolu 24 ta' din id-dispożizzjoni huwa bbażat fuq każijiet konkreti u somom kalkolabbli, u mhux fuq konklużjonijiet ipotetiċi ta' nuqqasijiet sistematiċi ta' l-amministrazzjoni bbażati fuq is-sejba ta' żball amministrattiv.
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tilmenta li anki jekk jitqies li l-korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati huma legali, jeżisti ksur ta' l-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament Nru 4253/88 peress li l-estrapolazzjonijiet huma inkorretti. F'dan ir-rigward, hija tosserva li l-Kummissjoni ma setgħetx twettaq estrapolazzjonijiet minn analiżi tal-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tal-punti dgħajfa fis-sens li l-Kummissjoni għandha parti mir-responsabbiltà lejn il-kritiki tagħha stess u fis-sens li l-estrapolazzjonijiet ikkontestati jiksru l-prinċipju ta' proporzjonalità.
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88 tad-19 ta' Diċembru 1988, dwar dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2052/88 fir-rigward tal-koordinazzjoni bejn l-interventi tal-Fondi strutturali differenti, minn naħa waħda, u bejnhom u dawk tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment u l-istrumenti finanzjarji eżistenti oħrajn, min-naħa l-oħra (ĠU L 374, p. 1).
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/57 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta' Lulju 2008 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-274/08)
(2008/C 223/100)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: S. Fiorentino, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1711, tat-30 ta' April 2008, dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta' l-aġenziji tal-ħlas ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2007. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni li hija s-suġġett ta' din il-kawża ġiet ikkontestata parzjalment safejn tikkalkula l-interessi fuq l-ammonti li għandhom jitħallsu mill-Istat Taljan skond l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/05 u, partikolarment, safejn tikkalkula l-interessi, li jibdew jiddekorru mid-data tal-ħlas ta' l-indebitu, fuq l-ammonti li ma jkunux ġew irkuprati fit-terminu ta' tmien snin mid-data ta' l-ewwel deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja u fejn ikunu pendenti proċedimenti ġudizzjarji quddiem qrati nazzjonali, u li 50 % minnhom għandhom jitħallsu mill-Istat Membru u l-50 % l-oħra mill-baġit Komunitarju.
In sostenn tar-rikors tiegħu, il-Gvern rikorrenti jinvoka l-ksur ta' l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/05. Din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi interpretata fis-sens li għandhom jiġu kkalkulati l-interessi fil-każ li l-irkupru jkun ikkontestat fi proċedimenti ġudizzjarji, kemm għaliex is-sens litterali tal-paragrafu 5 ma jipprovdix għal dan (b'differenza minn dak li huwa previst fil-paragrafu 1), kif ukoll għaliex it-terminu li fih jiddekkorru l-interessi jista' jiġi stabbilit biss wara d-deċiżjoni ġudizzjarja.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/57 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta' Lulju 2008 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-275/08)
(2008/C 223/101)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: S. Fiorentino, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2008) 1709 Finali tat-30 ta' April 2008 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta' ċerti aġenziji ta' ħlas fil-Ġermanja, fl-Italja u fis-Slovakkja dwar l-infiq iffinanzjat mis-Sezzjoni tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) għas-sena finanzjarja 2006, sa fejn tikkalkola l-imgħaxijiet fuq is-somom li għandhom jitħallsu mill-Istat Taljan skond l-Artikolu 12(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/05, u b'mod partikolari fil-parti fejn tagħti l-ammont ta' l-imgħaxijiet, b'dekorrenza mid-data tal-ħlas ta' l-ammont dovut, fuq is-somom li ma jkunux ġew irkuprati fi żmien tmien snin mid-data ta' l-ewwel verbal amministrattiv jew ġudizzjarju u li jkunu pendenti proċeduri ġudizzjarji quddiem il-qrati nazzjonali, li minnhom 50 % għandhom jitħallsu mill-Istat membru, u 50 % mill-baġit komunitarju. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-kawża 274/08, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/58 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Lulju 2008 — Jungbunzlauer et. vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-492/04) (1)
(2008/C 223/102)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/58 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Lulju 2008 — Elini vs UASI — Rolex (Elini)
(Kawża T-67/06) (1)
(2008/C 223/103)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Il-President tar-Raba' Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/58 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2008 — CityLine Hungary vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-237/07) (1)
(2008/C 223/104)
Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż
Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/58 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Ġunju 2008 — Ċipru vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-87/08) (1)
(2008/C 223/105)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Il-President ta' l-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/58 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Ġunju 2008 — Ċipru vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-88/08) (1)
(2008/C 223/106)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Il-President ta' l-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/58 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Ġunju 2008 — Ċipru vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-91/08) (1)
(2008/C 223/107)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Il-President ta' l-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/59 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Ġunju 2008 — Ċipru vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-92/08) (1)
(2008/C 223/108)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Il-President ta' l-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/59 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Ġunju 2008 — Ċipru vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-93/08) (1)
(2008/C 223/109)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Il-President ta' l-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/59 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Ġunju 2008 — Ċipru vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-119/08) (1)
(2008/C 223/110)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Il-President ta' l-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/59 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Ġunju 2008 — Ċipru vs il-Kummissjoni
(Kawża T-122/08) (1)
(2008/C 223/111)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Il-President ta' l-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
Tribunal għas-Servizz Pubbliku
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/60 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta' Frar 2008 — Vande Velde vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-60/05) (1)
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Ilment ippreżentat tard - Rikors manifestament inammissibbli)
(2008/C 223/112)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Patricke Vande Velde (Linkebeek, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: Arpio Santacruz u I. Sulce, aġenti)
Suġġett
Servizz pubbliku — Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba mressqa mir-rikorrent, li qabel kien membru tal-persunal awżiljarju, kontra d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-klassifikazzjoni u r-renumerazzjoni tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens (li qabel kienet T-268/05)
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
(1) ĠU C 229, 17.9.2005, p. 30 (kawża iniżjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim' Istanza tal-Komunitajiet Ewropej taħt in-numru T-268/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea permezz tad-Digriet tal-15.12.2005).
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/60 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta' Frar 2008 — Arana de la Cal vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-63/05) (1)
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Ilment tardiv - Rikors manifestament inammissibbli)
(2008/C 223/113)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Miriam Arana de la Cal (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: L. Vogel, avocat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)
Partijiet intervenjenti in sostenn tal-kovenuta: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Sulce aġenti)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba mressqa mir-rikorrenti, li qabel kienet membru tal-persunal bil-kuntratt, kontra d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-klassifikazzjoni u r-remunerazzjoni tagħha bħala membru tal-persunal bil-kuntratt, kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni (li qabel kienet T-271/05)
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
(1) ĠU C 229, 17.9.2008, p. 31 (kawża irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim' Istanza tal-Komunitajiet Ewropej taħt in-numru T-271/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea b'digriet tal-15.12.2005).
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/61 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-5 ta' Ġunju 2008 — Timmer vs Il-Qorti ta' l-Awdituri
(Kawża F-123/06) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Terminu għat-tressiq ta' l-ilment - Fatt ġdid - Inammissibbiltà)
(2008/C 223/114)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Marianne Timmer (Saint-Sauves-d'Auvergne, Franza) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier u G. Corstens, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tar-rapporti ta' evalwazzjoni tar-rikorrenti kollha mħejjija mis-Sur L., kif ukoll tad-deċiżjonijiet konnessi u/jew sussegwenti, inklużi dawk li jaħtru lis-Sur L., u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
(1) ĠU C 326, 30.12.2006, p. 84.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/61 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta' April 2008 — Boudova et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-78/07) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Klassifikazzjoni fi grad - Membri tal-persunal awżiljarju maħtura bħala uffiċjali - Kompetizzjonijiet ippubblikati qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Att li jikkawża preġudizzju - Ammissibbiltà tar-rikors)
(2008/C 223/115)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Stanislava Boudova et (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M. A. Lucas, avocat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talbiet għal reviżjoni tal-klassifikazzjoni fil-grad tar-rikorrenti, li kienu membri tal-persunal awżiljarju u li ġew maħtura bħala uffiċjali wara li għaddew mill-kompetizzjoni ġenerali għall-gradi B5/B4 — Talba għal danni.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
(1) ĠU C 247, 20.10.2007, p. 42.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/61 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-26 ta' Ġunju 2008 — Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri
(Kawża F-108/07) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Sunt tal-motivi fir-rikors - Nuqqas ta' lment minn qabel - Inammissibbiltà manifesta)
(2008/C 223/116)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bart Nijs (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier u G. Corstens, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġġedded il-mandat tas-Segretarju Ġenerali tagħha għal perijodu ta' sitt snin mill-1 ta' Lulju 2007 u, sussidjarjament, tad-deċiżjoni ta' l-AIPN li ma tippromwovix lir-rikorrent fil-grad LA5 fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2004 wara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Ottubru 2006, Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri (T-171/05)
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
2) |
Nijs huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha. |
(1) ĠU C 22, 26.1.2008, p. 56.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/62 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-26 ta' Ġunju 2008 — Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri
(Kawża F-136/07) (1)
(Persunal - Uffiċjali - Ilment preċedenti - Difett - Terminu ta' rikors - Tardiv - Inammissibbiltà manifesta)
(2008/C 223/117)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Bart Nijs (Bereldange, Il-Lussemburgu) (rappreżentanti: l-ewwel F. Rollinger wara F. Rollinger u A. Hertzog, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Kominitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier u G. Corstens, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) tal-5 ta' Settembru 2007, li niżżlet lir-rikorrent għall-grad AD 9 skala 5 b'riżultat ta' proċedura dixxiplinarja, u min-naħa l-oħra, tad-deċiżjonijiet li jiġi sospiż mill-funzjonijiet tiegħu, li tinfetaħ investigazzjoni amministrativa kontrih u li ma jiġix promoss għall-grad AD 11 fl-2007 — Talba għal kumpens għad-danni morali u materjali.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli |
2) |
B. Nijs huwa kkundannat iħallas l-ispejjeż kollha. |
(1) ĠU C 79 tad-29.3.2008, p. 37.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/62 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta' Mejju 2008 — Bernard vs Europol
(Kawża F-54/08)
(2008/C 223/118)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Marjorie Bernard (La Haye, L-Olanda) (rappreżentanti: P. de Casparis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Europol li ma jtawwal il-kuntratt tar-rikorrenti għal perijodu minimu ta' 9 xhur biss.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-31 ta' Lulju 2007 li ġġedded il-kuntratt tar-rikorrenti sa l-1 ta' Ġunju 2008 biss, kif ukoll id-deċiżjoni fuq l-ilment tad-29 ta' Frar 2008; |
— |
tikkundanna lil Europol għall-ispejjeż. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/62 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta' Ġunju 2008 — Klug vs Europäische Arzneimittelagentur
(Kawża F-59/08)
(2008/C 223/119)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bettina Klug (Wiesbaden, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Zickgraf, avukat)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tar-rapport ta' evalwazzjoni tar-rikorrenti, stabbilit mill-konvenuta għall-perijodu bejn il-31 ta' Diċembru 2004 u l-31 ta' Diċembru 2006, u kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta' kumpens għad-danni morali u materjali.
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:
— |
jiddikjara li r-rapport ta' evalwazzjoni tar-rikorrenti, stabbilit mill-konvenuta għall-perijodu bejn il-31 ta' Diċembru 2004 u l-31 ta' Diċembru 2006, huwa null; |
— |
jiddikjara li n-nuqqas ta' tiġdid tal-kuntratt ta' xogħol tar-rikorrenti huwa null; |
— |
jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta' EUR 200 000 lir-rikorrenti bħala kumpens għal danni materjali; |
— |
jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta' EUR 35 000 lir-rikorrenti bħala kumpens għal danni morali. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/63 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta' Ġunju 2008 — Z vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-60/08)
(2008/C 223/120)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Z (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapplika lir-rikorrenti, wara opinjoni mingħand il-Kumitat ta' l-Invalidità, il-klawżola ta' riżerva prevista fl-Artikolu 100 tal-KĦO.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta' impjieg tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal bil-kuntratt għal kompiti awżiljarji, safejn tipprovdi l-applikazzjoni tar-riżerva prevista fl-Artikolu 100 tal-KĦO. |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż. |
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/63 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-13 ta' Frar 2008 — Ghem vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-62/05) (1)
(2008/C 223/121)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
(1) ĠU C 229, 17.9.2008, p. 31 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej taħt in-numru T-270/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea b'digriet tal-15.12.2005).
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/63 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-2 ta' April 2008 — S vs Il-Parlament
(Kawża F-64/07) (1)
(2008/C 223/122)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
(1) ĠU C 199, 25.8.2007, p. 53.
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/63 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-6 ta' Marzu 2008 — Gering vs Europol
(Kawża F-68/07) (1)
(2008/C 223/123)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Il-president tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
(1) ĠU C 247, 20.10.2008, p. 42.