ISSN 1725-5198 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 219 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 51 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
Kummissjoni |
|
2008/C 219/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5231 — Bain Capital/D&M) ( 1 ) |
|
2008/C 219/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5210 — Siemens/Ortner/JV) ( 1 ) |
|
2008/C 219/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5010 — Berkshire Hathaway/Munich Re/GAUM) ( 1 ) |
|
2008/C 219/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.M.5121 — News Corp/Premiere) ( 1 ) |
|
2008/C 219/05 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5114 — Pernod Ricard/V & S) ( 1 ) |
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
28.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 219/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5231 — Bain Capital/D&M)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 219/01)
Fit-13 ta' Awwissu 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5231. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
28.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 219/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5210 — Siemens/Ortner/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 219/02)
Fil-31 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ġermaniż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5210. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
28.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 219/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5010 — Berkshire Hathaway/Munich Re/GAUM)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 219/03)
Fl-14 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5010. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
28.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 219/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.M.5121 — News Corp/Premiere)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 219/04)
Fil-25 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1) flimkien ma' l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli bl-Ingliż biss u jsir pubbliku wara li jitneħħew minnu kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Dan jinstab:
— |
fil-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jiġu speċifikati d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument li jġib in-numru 32008M5121. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
28.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 219/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5114 — Pernod Ricard/V & S)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 219/05)
Fis-17 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1) flimkien ma' l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli bl-Ingliż biss u jsir pubbliku wara li jitneħħew minnu kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Dan jinstab:
— |
fil-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jiġu speċifikati d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument li jġib in-numru 32008M5114. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
28.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 219/4 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
Is-27 ta' Awwissu 2008
(2008/C 219/06)
1 euro=
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,4767 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
160,98 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4589 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,7997 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,3877 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,6132 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
121,69 |
NOK |
Krona Norveġiża |
7,926 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
24,533 |
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
HUF |
Forint Ungeriż |
235,71 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7035 |
PLN |
Zloty Pollakk |
3,327 |
RON |
Leu Rumen |
3,5475 |
SKK |
Krona Slovakka |
30,315 |
TRY |
Lira Turka |
1,7595 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,7114 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5417 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
11,53 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
2,103 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,0914 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 597,42 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,4775 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
10,0977 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,1644 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
13 526,57 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9898 |
PHP |
Peso Filippin |
67,34 |
RUB |
Rouble Russu |
36,295 |
THB |
Baht Tajlandiż |
50,274 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,3959 |
MXN |
Peso Messikan |
14,9634 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
28.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 219/5 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-prassi restrittivi u l-pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tagħha mogħtija fl-405 laqgħa fl-20 ta' Marzu 2006 li tikkonċerna abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/E-1/38.113 — Prokent/Tomra
(2008/C 219/07)
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar is-suq rilevanti:
|
2. |
Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li Tomra kellha pożizzjoni dominanti fis-suq tal-magni awtomatiċi tal-bejgħ riversibbli fil-ħames pajjiżi kkonċernati. Minoranza tastjeni. |
3. |
Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni li l-prattiċi ta' Tomra kellhom għan u effett li jnaqqsu l-kompetizzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 82 tat-Trattat tal-KEE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE. Minoranza ma taqbilx. |
4. |
Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-prattiċi ta' Tomra kienu kapaċi jaffettwaw sew il-kummerċ bejn l-Istati Membri ta' l-UE u l-partijiet Kontraenti tal-Ftehim taż-ŻEE. Minoranza ma taqbilx. |
5. |
Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar il-gravità tal-ksur. Minoranza ma taqbilx. |
6. |
Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar it-tul ta' żmien tal-ksur. Minoranza ma taqbilx. |
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrikkomanda l-pubblikazzjoni ta' l-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni biex tqis il-punti l-oħra kollha mqajma waqt id-diskussjoni. |
28.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 219/6 |
Opinjoni tar-rappreżentant ta' l-Istati EFTA dwar abbozz preliminari ta' deċiżjoni marbuta ma' Każ COMP/E-1/38.113 — Prokent/Tomra
Laqgħa ta' l-20 ta' Marzu 2006 tal-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti
(2008/C 219/08)
1. |
Ir-rappreżentant ta' l-Istati EFTA jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-suq relevanti.
|
2. |
Ir-rappreżentant ta' l-Istati EFTA jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li Tomra kellha pożizzjoni dominanti fis-suq tal-magni awtomatiċi tal-bejgħ riversibbli fil-ħames pajjiżi konċernati. |
3. |
Il-rappreżentant ta' l-Istati EFTA jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-prattiki ta' Tomra kellhom l-għan u l-effett li jrażżnu l-kompetizzjoni fi ħdan it-tifsira ta' lArtikolu 82 tat-Trattat taż-ŻEE u ta' l-Artikolu 54 tat-Trattat taż-ŻEE. |
4. |
Ir-rappreżentant ta' l-Istati EFTA jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-prattiki ta' Tomra kellhom il-ħila jaffettwaw sew il-kummerċ bejn l-Istati Membri ta' l-UE u il-partijiet Kontraenti tal-Ftehim taż-ŻEE. |
5. |
Ir-rappreżentant ta' l-Istati EFTA jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar il-gravità tal-ksur. |
6. |
Ir-rappreżentant ta' l-Istati EFTA jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar id-dewmien tal-ksur. |
7. |
Ir-rappreżentant ta' l-Istati EFTA jirrakkomanda l-pubblikazzjoni ta' l-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
8. |
Ir-rappreżentant ta' l-Istati EFTA jitlob lill-Kummissjoni biex tqis il-punti l-oħra kollha li tqajmu waqt id-diskussjoni. |
28.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 219/7 |
Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-Każ COMP/E-1/38.113 — Prokent/Tomra
(Skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/462/KE, KEFA tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza ta' l-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti proċeduri tal-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)
(2008/C 219/09)
Il-proċeduri preżenti saru minħabba ilment imressaq minn Prokent AG kontra Tomra Group fis-26 ta' Marzu 2001 (1). L-ilment oriġinarjament kien jikkonċerna abbuż mill-pożizzjoni dominanti ta' Tomra fis-suq għall-forniment ta' l-hekk imsejħa reverse vending machines u prodotti relatati, b'mod partikolari tagħmir backroom, sabiex iżomm lill-kompetituri milli jkollhom aċċess għas-suq.
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li, skond l-Artikolu 56 tal-Ftehim taż-ŻEE, hi kellha ġurisdizzjoni fuq dan il-każ (2) u bdiet investigazzjoni. Sussegwentement il-Kummissjoni kkonkludiet li Tomra kienet impriża dominanti kemm fl-UE kif ukoll fit-territorju ta' l-Istati ta' l-EFTA u kienet involuta f'imġiba ta' esklużjoni li tmur kontra l-Art. 82 KE u l-Art. 54 tal-Ftehim taż-ŻEE f'diversi Stati Membri ta' l-UE. Il-Kummissjoni kkunsidrat li Tomra kienet implimentat din l-istrateġija, b'mod partikolari, permezz ta' ftehimiet ta' esklussività, impenji dwar il-kwantità u skemi ta' skontar.
B'dan il-mod, il-Kummissjoni ħarġet Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet (DO) fl-1 ta' Settembru 2004 li kopriet prinċipalment il-politika u l-prattika ta' Tomra sal-bidu ta' l-2003 (3). Id-DO kienet indirizzata lil (i) Tomra Systems ASA, (ii) Tomra Europe AS, (iii) Tomra Systems B.V., (iv) Tomra Systems GmbH, (v) Tomra Buttikksystemer AS, (vi) Tomra System AS (DK), (vii) Tomra Systems AB u (viii) Tomra Leergutsysteme GmbH.
Aċċess għall-fajl
Sat-13 ta' Settembru 2004, id-destinatarji kollha ngħataw aċċess sħiħ għall-fajl.
Terminu ta' żmien għar-risposta
Meta rċeviet d-DO, Tomra applikat għal estensjoni ta' xahrejn tat-terminu ta' żmien biex tagħti risposta mingħajr ma tat, fil-fehma tiegħi, raġunijiet biżżejjed sabiex tintlaqgħalha t-talba tagħha. Minkejja dan, b'eċċezzjoni ddeċidejt li nestendi d-data ta' skadenza sa l-14 ta' Novembru 2004.
Wara li rċevejt it-tieni talba mingħand Tomra, qbilt li nagħti estensjoni oħra sat-22 ta' Novembru 2004. Tomra kienet stqarret li l-informazzjoni meħtieġa biex twieġeb fid-dettall għad-DO “kellha tinkiseb permezz ta' intervisti ma' impjegati li ma kienx ikollhom iżommu rekords […] u [li hi għandha] tikkonsulta l-impjegati ta' qabel”. Jien qist li l-bżonn biex isiru l-intervisti jista' jippermetti estensjoni tad-data ta' skadenza biex tingħata risposta għad-DO f'każijiet eċċezzjonali biss. Jien aċċettajt li dan jista' jkun il-każ għal Tomra, minħabba l-istruttura ta' tmexxija b'relattivament ftit ħaddiema, iżda biss sa ċertu limitu.
Smigħ verbali
Tomra talbet formalment għal seduta ta' smigħorali skond l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004, li sar fis-7 ta' Diċembru 2004.
Il-qagħda speċifika ta' l-ilmentatur f'dan il-każ
Kif intwera hawn fuq, din il-proċedura nbdiet abbażi ta' l-ilment minn Prokent AG, kompetitur Ġermaniż ta' Tomra. F'Settembru ta' l-2003, Prokent AG falliet u ġiet miksuba mill-kumpanija Ġermaniża Wincor Nixdorf International GmbH permezz ta' ftehim ta' beni. Fis-26 ta' Settembru 2003 il-Kummissjoni ġiet infurmata li Prokent AG kienet bdiet il-proċedura ta' likwidazzjoni tagħha.
Fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, intbagħtet verżjoni mhux kunfidenzjali tad-DO lil Wincor Nixdorf International GmbH fis-26 ta' Ottubru 2004 bis-suppożizzjoni li din kienet is-suċċessur legali ta' min għamel l-ilment. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kummenti mingħandhom, u huma ma wrewx ix-xewqa li jipparteċipaw fis-smigħ orali.
Fis-6 ta' Mejju 2005, jiġifieri ħames xhur wara s-smigħ orali, avukat għarraf lis-servizzi tal-Kummissjoni li kien irċieva l-awtorizzazzjoni mingħand Prokent AG, li kienet għadha ma tilfitx il-personalità ġuridika tagħha, sabiex jagħmel ir-rappreżentazzjonijiet tagħha f'din il-proċedura tal-kompetizzjoni. Barra minn dan, huwa talab kopji ta' kull deċiżjoni li l-Kummissjoni adottat s'issa. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-DO għalhekk intbagħtet lilu fis-27 ta' Mejju 2005, Prokent AG ngħatat l-opportunità tressaq kummenti sa l-24 ta' Ġunju 2005. Fil-15 ta' Ġunju 2005 din id-data ta' skadenza ġiet estiża fuq talba sal-5 ta' Awwissu 2005. Is-servizzi tal-Kummissjoni offrew ukoll lil Prokent AG l-opportunità li tagħmel osservazzjonijiet orali fuq il-każ waqt laqgħa li setgħet issir fil-bini tal-Kummissjoni u fil-preżenza tiegħi.
Prokent AG għarrfet lill-Kummissjoni permezz ta' faks fis-16 ta'Awwissu 2005 li ma kienetx se jagħmel kummenti bil-miktub għad-DO. Permezz ta' e-mail tat-18 ta' Novembru 2005, Prokent irrifjutat ukoll l-offerta tal-Kummissjoni li tagħmel osservazzjonijiet orali.
Peress li l-Kummissjoni adottat malajr miżuri korrettivi billi qieset il-fatt li l-kumpannija li lmentat ma waqfitx milli teżisti bħala persuna ġuridika wara li falliet, jien inqis li d-drittijiet ta' proċedura ta' min għamel l-ilment ġew imħarsa bi sħiħ f'din il-proċedura.
L-orjentazzjoni finali tal-Kummissjoni
Id-DĠ Kompetizzjoni indirizza l-elementi ta' raġunar u dawk fattwali mressqa minn Tomra fir-risposta bil-miktub tagħha u fis-smigħ orali. Bħala konsegwenza ta' dan, id-Danimarka tneħħiet mil-lista tal-pajjiżi fejn l-abbuż ġie stabbilit u Tomra System AS, is-sussidjarja Daniża ta' Tomra m'għadhiex aktar waħda minn dawk indirizzati fid-deċiżjoni finali.
Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, jiena nikkonkludi li l-abbozz tad-deċiżjoni fih biss oġġezzjonijiet fir-rigward ta' liema l-partijiet ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom.
Jiena nqis li d-drittijiet tas-smigħ tal-parteċipanti f'din il-proċeduri ġew imħarsa.
Brussell, 22 ta' Marzu 2006.
Serge DURANDE
(1) Minn issa 'l quddiem “Tomra”.
(2) Il-fatturat ta' Tomra fit-territorju ta' l-Istati ta' l-EFTA ma laħaqx it-33 fil-mija jew aktar tal-fatturat tiegħu fiż-ŻEE. Diversi kompetituri ta' Tomra kienu bbażati fl-Istati Membri tal-KE, filwaqt li Tomra kellha wkoll fabbrika tal-produzzjoni sussidjarja fi Stat Membru tal-KE.
(3) F'April ta' l-2002 Tomra avviċinat lill-Kummissjoni bil-għan li tagħlaq il-każ. Il-Kummissjoni ma ratx li dan kien xieraq dak iż-żmien u għalhekk ipproċediet bil-ħruġ ta' DO.
28.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 219/9 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prassi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tagħha mogħtija fl-406 laqgħa tagħha tas-27 ta' Marzu 2006 li tikkonċerna abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/E-1/38.113 — Prokent/Tomra
(2008/C 219/10)
1. |
Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-gravità tal-ksur. Minoranza ma taqbilx, minoranza tastjeni għal raġunijiet ta' proċedura. |
2. |
Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta' l-ammont tal-bidu tal-multa. Minoranza ma taqbilx. |
3. |
Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tat-tul taż-żmien tal-ksur. Minoranza ma taqbilx. |
4. |
|
5. |
Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi għall-ksur ta' l-Artikolu 82 KE. Minoranza ma taqbilx. |
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrikkomanda li l-opinjoni tiegħu tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
28.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 219/10 |
Opinjoni tar-rappreżentant ta' l-Istati EFTA dwar abbozz preliminari ta' deċiżjoni marbuta ma' Każ COMP/E-1/38.113 — Prokent/Tomra
Laqgħa tas-27 ta' Marzu 2006 tal-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti
(2008/C 219/11)
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-gravità tal-ksur. |
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta' l-ammont inizjali tal-multa. |
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dewmien tal-ksur. |
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li m'hemmx:
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi imposti minħabba l-ksur ta' l-Artikolu 82 KE. |
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni ta' l-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni biex tqis il-punti l-oħra kollha li tqajmu waqt id-diskussjoni. |
28.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 219/11 |
Sommarju ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tad-29 ta' Marzu 2006
marbuta ma' proċedura taħt l-Artikolu 82 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE kontra Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems B.V., Tomra Systems GmbH, Tomra Butikksystemer AS, Tomra Systems AB u Tomra Leergutsysteme GmbH
(Każ COMP/E-1/38.113 — Prokent/Tomra)
(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 219/12)
1. |
Fid-29 ta' Marzu 2006, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni marbuta ma' proċedura taħt l-artikolu 82 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE. Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni qed tippubblika ma' din l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut ewlieni tad-deċiżjoni, inkluż kull penali imposta, billi qieset l-interess leġittimu ta' l-intrapriżi fil-ħarsien ta' l-interessi tan-negozji tagħhom. Verżjoni mhux kunfidenzjali tat-test sħiħ tad-deċiżjoni tista' tinstab bil-lingwi awtentiċi tal-każ u bil-lingwi tat-tħaddim tal-Kummissjoni fis-sit ta' l-internet tad-DĠ KOMP f' http://europa.eu.int/comm/competition/index_en.html |
1. IL-KSUR FIL-QOSOR
1.1. Introduzzjoni
2. |
Id-Deċiżjoni kienet indirizzata lil Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems B.V., Tomra Systems GmbH, Tomra Butikksystemer AS, Tomra Systems AB u Tomra Leergusysteme GmbH, (minn issa 'l quddiem “grupp Tomra”). Il-grupp Tomra huwa attiv fil-qasam tal-ġbir ta' kontenituri tax-xorb użati. L-attività prinċipali tiegħu fi ħdan iż-ŻEE tikkonsisti mill-provvista ta' 'l hekk imsejħa reverse vending machines (RVMs) li jintużaw għall-ġbir ta' kontenituri tax-xorb vojta. Il-fatturat dinji ta' Tomra kien madwar EUR 273 miljun fl-1999, EUR 342 miljun fl-2000, EUR 368 miljun fl-2001 u EUR 336 miljun fl-2002. |
3. |
Qabel ma falliet, Prokent AG (“Prokent”), li għamlet l-ilment, kienet ibbażata f'Ilmenau, fil-Ġermanja. Bħal Tomra, kienet fornitur ta' reverse vending machines u ta' prodotti u servizzi relatati. Kellha fatturat ta' madwar EUR 2,3 miljun fl-2000 u madwar EUR 4,2 miljun fl-2001. Prokent biegħet il-prodotti tagħha b'mod predominanti fil-Ġermanja, iżda pprovat ukoll tippenetra swieq nazzjonali oħra. Wara li Prokent falliet u l-assi tagħha nkisbu sussegwentement minn Wincor Nixdorf Technologies GmbH, ibbażati f'Paderborn, il-Ġermanja, f'Settembru 2003, din ta' l-aħħar baqgħet għaddejja bin-negozju li kellha Prokent. |
1.2. Il-proċeduri
4. |
Fis-26 ta' Marzu 2001 il-Kummissjoni rċeviet ilment mingħand Prokent, fejn talbet lill-Kummissjoni biex tinvestiga jekk Tomra kienetx abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha billi żammet lil Prokent milli jkollha aċċess għas-suq. L-ispezzjonijiet saru mill-Kummissjoni fis-26 u s-27 ta' Settembru 2001. Wara numru ta' talbiet għall-informazzjoni, fl-1 ta' Settembru 2004 il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta' l-Oġġezzjonijiet kontra Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS u s-sussidjarji tal-grupp Tomra f'sitt Partijiet Kontraenti taż-ŻEE. Il-grupp Tomra wieġeb għad-Dikjarazzjoni ta' l-Oġġezzjonijiet fit-22 ta' Novembru 2004. Is-Smigħ Orali seħħ fis-7 ta' Diċembru 2004. |
1.3. Artikolu 82 tat-Trattat u Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE
1.3.1. Dominanza
5. |
Tomra u l-kompetituri tagħha jfornu 'l hekk imsejħa reverse vending machines (RVMs) u prodotti relatati, b'mod partikolari tagħmir backroom (1). Huma jipprovdu wkoll servizzi marbuta mal-prodotti li jbiegħu bħal servizzi ta' manutenzjoni u tiswija. L-RVMs jidentifikaw il-kontenitur li jidħol skond parametri partikolari bħall-għamla u/jew bar code u jikkalkulaw id-depożitu li jrid jiġi rimbursat lill-klijent. |
6. |
Tomra bdew jissupplixxu l-RVMs fl-1972 u baqgħu jmexxu s-suq sal-lum. Filwaqt li l-fornituri l-oħra kollha ta' l-RVM, meta saret l-investigazzjoni, kienu kumpaniji żgħar ħafna b'numru żgħir ta' impjegati u kienu attivi biss f'pajjiż wieħed jew numru żgħir ta' Partijiet Kontraenti taż-ŻEE. L-RVMs normalment jitqiegħdu fi ħwienet bħal supermarkets, għalhekk il-klijenti ta' l-RVM huma normalment gruppi ta' bejjiegħa bl-imnut, li wħud minnhom naqsu riċentement minħabba l-proċess ta' konsolidazzjoni fis-suq. |
1.3.1.1. Suq rilevanti tal-prodott
7. |
Għalkemm it-tqandil mekkaniku u dak manwali tal-kontenituri jistgħu jkunu funzjonalment sostitwibbli, dawn m'humiex alternattivi għal xulxin mill-perspettiva ta' xerrej attwali jew potenzjali tal-prodotti ta' Tomra, li l-bżonnijiet tagħha mhumiex issodisfati bit-tqandil manwali. Il-klijenti jippreferu soluzzjonijiet RVM mekkaniċi aktar mit-tqandil manwali minħabba l-ispejjeż tal-ħaddiema u s-servizz lill-konsumatur prinċipalment. Għalhekk, kuntrarjament għal dak li argumentat Tomra, it-tqandil manwali mhux parti mill-istess suq tal-prodott. |
8. |
Meta wieħed iqis li l-RVMs li huma ddisinjati biex jintużaw fil-kantins jew fil-kjosks huma distinti mill-RVMs iddisinjati għall-ħwienet, u peress li l-protagonisti rilevanti fis-suq, jiġifieri l-fornituri u l-klijenti tal-prodotti rispettivi, huma differenti, l-RVMs li huma ddisinjati biex jintużaw fil-kantins jew fil-kjosks ma jistgħux jiffurmaw parti mill-istess suq tal-prodott bħall-RVMs iddisinjati għall-ħwienet. |
9. |
Meta wieħed iħares lejn il-karatteristiċi tal-prodott, l-użu intiż tal-magni u l-prezz tagħhom, jidher li jkun xieraq li l-magni awtonomi low-end (2) ma jiġux meqjusa bħala sostitwibbli ma' RVMs oħra rikjesti mill-bejjiegħa ta' l-ikel bl-imnut. Hemm raġunijiet li wieħed għandu jqis li jeżisti suq separat għal RVMs u sistemi high-end, u l-Kummissjoni tqis li din tkun id-definizzjoni preferibbli tas-suq. Minkejja dan, il-mistoqsija tista' tibqa' bla tweġiba dwar jekk l-RVMs sofistikati jiffurmawx suq separat jew parti minn suq globali għall-RVMs inkluż il-magni low-end. L-evalwazzjoni kompetittiva hija l-istess, kemm jekk hemm suq wieħed globali għall-RVMs kif ukoll jekk hemm suq separat għall-magni high-end. |
10. |
L-evalwazzjoni kompetittiva fid-Deċiżjoni, għalhekk, hi bbażata fuq is-suq għar-reverse vending machines jew sistemi high-end, inkluż, b'mod partikolari, l-RVMs kollha li jistgħu jitwaħħlu ġo ħajt u jistgħu jiġu mqabbda ma' tagħmir backroom, u anki f'suq globali li jinkludi magni high-end u low-end. Id-definizzjoni aktar wiesa' tas-suq tittieħed bħala bażi ta' ħidma għaliex tagħti figuri aktar favorevoli, għal vantaġġ ta' Tomra. |
1.3.1.2. Is-suq ġeografiku rilevanti
11. |
It-tipi u l-volumi ta' kontenituri tax-xorb li fuqhom hemm depożitu (3) f'Parti Kontraenti taż-ŻEE partikolari jiddeterminaw il-potenzjal għal soluzzjonijiet reverse vending u l-mudelli ta' RVMs li jinbiegħu fil-pajjiż konċernat. Minkejja eżempji ta' konsolidazzjoni u kooperazzjoni minn fruntiera għall-oħra fis-settur tal-bejgħ ta' l-ikel bl-imnut, il-konsumaturi u l-proċess ta' xiri tagħhom kienu organizzati b'mod predominanti fuq livell nazzjonali. Barra minn hekk, bejn l-1997 u l-2002 il-fornituri ta' l-RVM minbarra Tomra kienu attivi biss f'wieħed jew f'numru żgħir ta' Partijiet Kontraenti taż-ŻEE. Dawn il-fatturi kollha jindikaw li l-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ma kinux l-istess fiż-ŻEE kollha fil-perjodu kkunsidrat u li s-swieq ġeografiċi rilevanti kellhom ambitu nazzjonali. |
1.3.1.3. Pożizzjoni dominanti
12. |
Mindu Tomra daħlet fis-suq hija baqgħet tmexxi s-suq u tgawdi ishma għolja ħafna fis-suq. Skond ir-rapporti annwali u d-dokumenti interni tiegħu, li minnhom talanqas ir-Rapporti Annwali jingħad li huma marbuta ma' RVMs high-end, l-ishma fis-suq ta' Tomra baqgħu jaqbżu kontinwament is-70 % fl-Ewropa fis-snin qabel l-1997. L-ishma tas-suq ta' Tomra kienu aktar minn 95 % fl-Ewropa sa mill-1997. Fi kwalunkwe swieq rilevanti s-sehem tas-suq ta' Tomra kien jammonta għal ammont multipliku ta' l-ishma tas-suq tal-kompetituri tagħha. Ir-rivali ta' Tomra, inkluż dawk li kellhom il-potenzjal li jkunu kompetituri b'saħħithom, kienu kollha kumpaniji żgħar jew żgħar ħafna, bi dħul baxx ħafna u ftit li xejn impjegati. Il-kapaċità u d-determinazzjoni ta' Tomra biex takkwista l-kompetituri tagħha l-iktar b'saħħithom u/jew il-kompetituri li kellhom il-potenzjal li jikkompetu magħha fil-futur, komplew inaqqsu l-possibiltajiet ta' l-iżvilupp ta' kompetizzjoni kredibbli. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda saħħa ta' xerrejja sostanzjali li tibbilanċja li setgħet tisfida d-dominanza ta' Tomra f'xi wieħed mis-swieq konċernati. Tomra, għalhekk hija intrapriża dominanti fis-suq komuni u fit-territorju taż-ŻEE kif ukoll f'partijiet sostanzjali tas-suq komuni u fit-territorju taż-ŻEE, li jfisser li hi intrapriża dominanti fis-sens ta' l-Artikolu 82 tat-Trattat u ta' l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
1.3.2. Il-prattiċi ta' Tomra
1.3.2.1. L-istrateġija ta' Tomra
13. |
L-istrateġija ta' Tomra kienet ibbażata fuq politika li ppruvat iżżomm d-dominanza tagħha u s-sehem tagħha fis-suq b'mezzi bħal (i) il-prevenzjoni tad-dħul fis-suq, (ii) iż-żamma tal-kompetituri milli jikbru billi tillimita l-possibbiltajiet ta' tkabbir tagħhom u, (iii) fl-aħħarnett billi ddgħajjef u telimina l-kompetituri, billi permezz ta' l-akkwist tagħhom jew b'mezz ieħor, speċjalment dawk il-kompetituri li kienu meqjusa li kellhom il-potenzjal li jsiru sfidanti b'saħħithom. Biex tilħaq dan il-għan Tomra użgħat diversi prattiċi anti-kompetittivi, inkluż l-esklussività u ftehim preferenzjali mal-fornituri, kif ukoll ftehim li kien fih rabtiet individwalizzati dwar il-kwantità jew skemi individwalizzati ta' skontar retroattiv. It-tipi ta' ftehim jew kondizzjonijiet ta' l-aħħar normalment huma marbuta ma' kwantitajiet li jirrappreżentaw ir-rekwiżiti kollha tal-klijent jew ta' proporzjon kbir minnu f'perjodu ta' referenza partikolari. Dawn ħafna drabi huma magħrufin bħala “ordnijiet kbar ta' l-istess prodott”. Tomra daret għal dawn il-prassi, b'mod partikolari, qabel d-dħul fis-suq mistenni, sew minħabba d-dħul ippjanat ta' leġiżlazzjoni ġdida li tintroduċi sistema ta' depożitu jew xort'oħra, jew bħala reazzjoni għall-implimentazzjoni ta' dik il-leġiżlazzjoni, konxju li l-kompetituri riedu jiksbu ċerti volumi ta' bejgħ sabiex jagħmlu qligħ. L-istrateġija globali ta' Tomra mhijiex biss ikkonfermata mill-prattiċi differenti użati mill-grupp, iżda wkoll ġiet diskussa b'mod estensiv fil-grupp f'diversi okkażjonijiet, sew f'laqgħat u konferenzi kif ukoll f'korrispondenza, per eżempju, bl-e-mail. |
14. |
Tomra ffokat fuq li żżomm id-dħul fis-suq, billi tqis u toffri kooperazzjoni lill-kompetituri iżgħar ħafna, li ħafna drabi kienu għadhom kemm daħlu fis-suq, u/jew billi toħroġhom 'il barra mis-suq, u tagħti prijorità lill-ftehim preferenzjali ta' provvista fit-tul u lill-ordnijiet kbar ta' l-istess prodott. Din ta' l-aħħar mhix strateġija marbuta biss mal-proċess normali kompetittiv u l-għażla li toħroġ minnu. Pjuttost, hi maħsuba biex tinterferixxi ma' dan il-proċess u żżommu milli jeqred il-pożizzjoni dominanti ta' l-intrapriża. |
1.3.2.2. Implimentazzjoni
15. |
Il-politika ta' Tomra li tibblokka l-aċċess għas-suq lill-kompetituri ġiet segwita b'mod partikolari billi:
|
16. |
Permezz tas-sussidjarji tagħha Tomra implimentat il-prassi identifikati hawn fuq f'ħames swieq nazzjonali (l-Awstrija, il-Ġermanja, l-Olanda, in-Norveġja u l-Iżvezja). |
2. EVALWAZZJONI TAL-PRASSI SKOND L-ARTIKOLU 82 TAT-TRATTAT TAL-KE U L-ARTIKOLU 54 TAL-FTEHIM TAŻ-ŻEE
17. |
L-Artikolu 82 tat-Trattat u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE jipprojbixxu l-abbużi mill-pożizzjoni dominanti li intrapriża jkollha f'suq rilevanti. Il-Qorti tal-Ġustizzja qalet li intrapriża li tinsab f'pożizzjoni dominanti u li torbot lix-xerrejja, anki jekk tagħmel hekk fuq talba tagħhom, permezz ta' obbligazzjoni jew wegħda min-naħa tagħhom biex jiksbu l-ħtiġiet tagħhom kollha jew ħafna minnhom esklussivament mingħand l-intrapriża msemmija, tkun qed tabbuża mill-pożizzjoni dominanti tagħha skond it-tifsira ta' l-Artikolu 82 tat-Trattat, sew jekk l-obbligazzjoni msemmija hi stipulata mingħajr aktar kwalifikazzjoni jew jekk issir b'konsiderazzjoni għall-għoti ta' ribass. Dan japplika għall-każijiet fejn il-kumpanija dominanti tingħata esklussività sħiħa, iżda anki fejn il-klijent jintrabat li jixtri persentaġġ mogħti tal-ħtiġiet tiegħu mingħand il-kumpanija dominanti (4). L-istess jista' jingħad f'każijiet fejn il-miri tax-xiri għal perjodu partikolari huma mfissra f'ċifri assoluti, fejn dawn il-kwantitajiet jirrappreżentaw il-ħtiġiet kollha tal-klijent jew parti kbira minnhom jew il-kapaċità ta' assorbiment tal-klijent fil-perjodu tal-kuntratt konċernat (5). |
18. |
Skond il-ġurisprudenza l-istess japplika jekk l-intrapriża msemmija, mingħajr ma torbot lix-xerrejja permezz ta' obbligazzjoni formali, tapplika, jew taħt it-termini tal-ftehimiet konklużi ma' dawn ix-xerrejja jew unilateralment, sistema ta' ribassi ta' fedeltà, jiġifieri skonti jew ribassi li jiddependu fuq il-ksib mill-klijent tal-ħtiġiet kollha tiegħu jew ħafna minnhom — sew jekk il-kwantità tax-xiri tiegħu hija kbira jew żgħira — mingħand l-intrapriża li tinsab f'pożizzjoni dominanti. (6) |
19. |
Għalkemm il-ftehimiet, l-arranġamenti u l-kondizzjonijiet li nstabu f'dan il-każ fihom karatteristiċi differenti bħal klawsoli ta' esklussività espliċiti jew de facto, l-impenji jew il-wegħdiet biex jixtru kwantitajiet li jikkorrispondu ma' proporzjon sinifikanti tal-ħitġiet tal-klijenti jew skemi ta' ribass retroattivi marbuta mal-ħtiġiet tal-klijenti, jew taħlita tagħhom, iridu jitqiesu kollha fil-kuntest tal-politika ġenerali ta' Tomra mmirata biex iżżomm milli jsir dħul fis-suq, aċċess għas-suq u opportunitajiet ta' tkabbir għal kompetituri eżistenti u potenzjali u eventwalment biex toħroġhom mis-suq sabiex tinħoloq sitwazzjoni ta' monopolju virtwali. |
20. |
Skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-abbuż skond it-tifsira ta' l-Artikolu 82 tat-Trattat huwa “kunċett oġġettiv”, li jirreferi għall-imġiba ta' kumpanija dominanti li bl-użu ta' metodi differenti minn dawk li jirregolaw il-kompetizzjoni normali “ikollha l-effett li tfixkel iż-żamma ta' ammont ta' kompetizzjoni li għadha teżisti fis-suq jew it-tkabbir ta' dik il-kompetizzjoni” (7). Il-Qorti f'Michelin II stabbilixxiet li “[l-]'effett' imsemmi fil-ġurisprudenza ċitat fil-paragrafu preċedenti mhuwiex neċessarjament marbut ma' l-effett proprju ta' l-imġiba abbużiva li dwarha sar l-ilment. Sabiex jiġi stabbilit ksur ta' l-Artikolu 82 KE, biżżejjed jintwera li l-imġiba abbużiva ta' l-intrapriża f'pożizzjoni dominanti għandha tendenza li tirristrinġi l-kompetizzjoni jew, fi kliem ieħor, li l-imġiba kapaċi jkollha dak l-effett” (8). Intwera sew f'din id-deċiżjoni li l-prattiċi ta' Tomra kellhom tendenza li jnaqqsu l-kompetizzjoni, jiġifieri, kienu kapaċi sew li jkollhom dak l-effett. Madankollu, il-Kummissjoni investigat l-effetti restrittivi li x'aktarx ikollhom il-prattiċi. |
21. |
L-obbligazzjonijiet ta' esklussività, peress li jinħtieġu li l-klijenti jagħmlu d-domanda tagħhom kollha jew partijiet sostanzjali minnha għand fornitur dominanti, għandhom min-natura tagħhom is-saħħa li jorbtu. Minħabba l-pożizzjoni dominanti ta' Tomra fis-suq u l-fatt li l-obbligazzjonijiet ta' esklussività ġew applikati lil parti mhux żgħira tad-domanda totali tas-suq, dan kien kapaċi jkollu u fil-fatt kellu l-effett ta' distorsjoni fis-suq. F'dan il-każ m'hemm l-ebda ċirkostanzi li jistgħu b'mod eċċezzjonali jiġġustifikaw l-esklussività jew arranġamenti simili. Barra minn hekk, Tomra naqset milli tiġġustifika l-prattiċi tagħha permezz ta' tnaqqis fl-ispejjeż tagħha. |
22. |
L-iskonti mogħtija għal kwantitajiet individwalizzati li jikkorrispondu għad-domanda kollha jew għal kważi d-domanda kollha, għandhom l-istess effett bħall-klawsoli espliċiti ta' esklussività, jiġifieri, jinduċu lill-klijent biex jixtri l-ħtiġiet kollha tiegħu jew ħafna minnhom mingħand fornitur dominanti. L-istess japplika għal ribassi ta' fedeltà (lealtà), jiġifieri, ribassi li jiddependu fuq ix-xiri mill-klijenti tal-ħtiġiet tagħhom kollha jew kważi kollha mingħand fornitur dominanti. Mhuwiex deċiżiv għall-karattru esklussiv tal-ftehimiet jew tal-kondizzjonijiet jekk l-impenn ta' xiri ta' volum jkunx imfisser f'termini assoluti jew b'referenza għal ċertu persentaġġ minnu. Fir-rigward tal-ftehimiet ta' Tomra identifikati f'din id-deċiżjoni, il-miri ta' kwantità stipulati kkostitwew impenji individwalizzat li kienu differenti għal kull klijent minkejja d-daqs u l-volum ta' xiri tiegħu. Barra minn hekk, dawn kienu jikkorrispondu għal ħtiġiet kollha tal-klijent jew għal proporzjon kbir minnhom, jew anki aktar minn hekk. Barra minn hekk, il-politika ta' Tomra li torbot lill-klijenti, b'mod partikolari klijenti ewlenin, fi ftehimiet immirati biex jeskludu l-kompetituri mis-suq u jiċħdulhom kull possibbiltà ta' tkabbir, hu evidenti mid-dokumenti li jirrigwardaw l-istrateġija ta' Tomra, in-negozjati tagħha u l-offerti magħmula minnha lill-klijenti tagħha. Minħabba n-natura tas-suq tas-soluzzjonijiet RVM u l-karatteristiċi speċjali tal-prodott innifsu, b'mod partikolari t-trasparenza u d-domanda pjuttost prevedibbli ta' kull klijent għal magni għal kull sena individwali, Tomra kellha t-tagħrif meħtieġ dwar is-suq biex tagħmel stima realistika tad-domanda approssimattiva ta' kull klijent individwali. |
23. |
L-iskemi ta' ribass kienu individwalizzati għal kull klijent u l-livelli definiti marbuta mal-ħtiġiet totali tal-klijent jew proporzjon kbir minnhom. Dawn ġew stabbiliti abbażi tal-ħtiġiet stmati tal-klijenti u/jew il-volumi tax-xiri miksuba fil-passat, kif jidher miċ-ċirkostanzi. L-inċentiv biex jixtru esklussivament jew kważi esklussivament mingħand Tomra huwa qawwi partikolarment fejn livelli tat-tip deskritt f'din is-sezzjoni huma mħallta ma' sistema fejn il-ksib tal-bonus jew livell ta' bonus aktar vantaġġjuż huwa ta' benefiċċju għax-xiri kollu magħmul mill-klijent fil-perjodu ta' referenza u mhux esklussivament għall-volum tax-xiri li jeċċedi l-livell definit rispettiv. Taħt sistema retroattiva, klijent li beda jixtri mingħand Tomra, li huwa xenarju possibbli ħafna minħabba l-pożizzjoni b'saħħitha li Tomra għandha fis-suq, għandu inċentiv qawwi li jilħaq l-livell definit sabiex inaqqas il-prezz tax-xiri tiegħu kollu mingħand Tomra. Dan l-inċentiv żdied aktar ma l-klijent qorob lejn l-livell definit imsemmi. It-taħlita ta' sistema ta' ribass retroattiva ma' livell jew livelli definiti li jikkorrispondu mal-ħtiġiet kollha jew proporzjon kbir minnhom kienu jirrappreżentaw inċentiv sinifikanti għax-xiri tat-tagħmir kollu jew kważi kollu meħtieġ mingħand Tomra u għollew b'mod artifiċjali l-ispiża biex ikun hemm tibdil tal-fornitur, anki għal numru żgħir ta' unitajiet. Skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, l-iskemi ta' ribass identifikati jridu jiġu kkwalifikati bħala li jibnu l-lealtà u, għalhekk, bħala ribassi tal-fedeltà. |
2.1. L-effett fuq il-kummerċ
24. |
Il-prodotti fornuti minn Tomra u mill-kompetituri tagħha huma magħmula u jinbiegħu f'Partijiet Kontraenti differenti taż-ŻEE. Tomra, bħala kumpanija dominanti, imdaħħla fi prattiċi ta' esklużjoni f'diversi Stati Membri u fin-Norveġja. Barra minn hekk, l-abbużi kienu immirati biex jeskludu u/jew jeliminaw il-kompetituri li kienu attivi fi Stati Membri differenti u fl-Istati ta' l-EFTA. Il-prattiċi msemmija setgħu, għalhekk, kellhom effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri, kif meħtieġ bl-Artikolu 82 tat-Trattat, u fit-territorju taż-ŻEE, kif meħtieġ bl-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
2.2. Riperkussjonijiet tal-prattiċi ta' Tomra għall-kompetizzjoni
25. |
Għalkemm, kif dikjarat mill-Qorti f'Michelin II u fil-British Airways, biex tistabbilixxi abbuż taħt l-Artikolu 82 huwa biżżejjed li “turi li l-imġiba abbużiva ta' l-intrapriża f'pożizzjoni dominanti għandha tendenza li tirrestrinġi l-kompetizzjoni jew, fi kliem ieħor, li l-imġiba kapaċi jkollha dak l-effett” (9), il-Kummissjoni temmet l-analiżi tagħha f'dan il-każ billi qieset l-effetti li seta' jkollhom il-prattiċi ta' Tomra fuq is-suq ta' l-RVMs. |
26. |
Fornitur dominanti jista' juża skemi ta' ribass u skonti fuq il-kwantità għal raġunijiet differenti, u dawn il-prattiċi jistgħu jwasslu għal effetti differenti — kemm pożittivi kif ukoll negattivi — fuq is-suq, skond il-karatteristiċi tagħhom. L-effett negattiv prinċipali possibbli tar-ribassi applikati mill-fornitur dominanti huwa li jiġu esklużi mis-suq il-kompetituri u l-kompetituri potenzjali. L-istess jista' jiġi applikat fir-rigward ta' l-impenji dwar il-kwantità, immirati biex jilħqu d-domanda kollha tal-klijent jew kważi kollha. L-esklussività għandha, min-natura tagħha, il-kapaċità li torbot, minħabba li teħtieġ li l-klijent jixtri l-ħtieġiet kollha tiegħu jew kważi kollha mingħand il-fornitur dominanti. Fir-rigward ta' l-evalwazzjoni ta' l-effetti negattivi maħluqa mill-iskemi ta' ribass u l-impenji dwar il-kwantità użati minn fornitur dominanti, ikun jeħtieġ li jiġi stabbilit jekk dawn għandhomx il-kapaċità li jxekklu l-livell ta' kompetizzjoni li għadu jeżisti fis-suq jew it-tkabbir ta' dik il-kompetizzjoni. |
27. |
L-effett prinċipali possibbli huwa t-tkabbir jew l-effiċjenzi tad-domanda. Minħabba li d-domanda għal RVMs mhijiex flessibbli u effiċjenzi oħra possibbli ma japplikawx, huwa diffiċli biex wieħed jaħseb dwar xi argumenti ta' titjib ta' effiċjenza li jistgħu jingħataw favur Tomra. |
28. |
Tul il-perjodu ta' referenza tad-Deċiżjoni, mill-1998 sa l-2002, is-sehem fis-suq ta' Tomra f'kull wieħed mill-ħames swieq nazzjonali meqjusa baqa' komparattivament stabbli. Fl-istess waqt, il-pożizzjoni tar-rivali tiegħu, baqgħet x'aktarx dgħajfa u instabbli. Kompetitur wieħed li kellu suċċess, dak li lmenta, ħareġ mis-suq fl-2003 wara li rnexxilu jakkwista sehem fis-suq ta' 18 % fis-suq Ġermaniż fl-2001. Kumpaniji oħra rivali li wrew il-potenzjal u l-kapaċità li jakkwistaw ishma akbar fis-suq ġew eliminati minn Tomra permezz ta' akkwist, bħal Halton u Eleiko. Barra minn hekk, l-istrateġija ta' esklużjoni ta' Tomra, peress li ġiet implimentata tul il-perjodu bejn l-1998 u l-2002, kellha l-effett li ntwera fis-sehem tas-suq marbut (10) u l-bejgħ tal-protagonisti tas-suq. Barra minn hekk, xi klijenti bdew jixtru aktar mill-prodotti kompetituri wara li skadew l-ftehimiet esklussivi tagħhom ma' Tomra. Minbarra n-nuqqas ta' effiċjenzi fl-ispejjeż li jiġġustifikaw il-prattiċi ta' Tomra, ma kien hemm l-ebda benefiċċju għall-konsumaturi lanqas. Il-prezz ta' l-RVMs offrut minn Tomra ma waqax wara li żdied il-volum tal-bejgħ. Għall-kuntrarju, il-prezzijiet għall-magni ta' Tomra baqgħu l-istess jew żdiedu waqt il-perjodu investigat. |
3. MULTI
3.1. Gravità
29. |
Il-prattiċi ta' Tomra kienu magħmula minn sistema ta' esklussività, impenji ta' kwantità u skonti ta' lealtà. Din is-sistema kellha l-għan li telimina jew talanqas iżżomm lill-kompetituri tagħha milli jidħlu fis-suq u/jew jespandu. Tomra użat apposta l-prattiċi msemmija bħala parti mill-politika tagħha ta' esklużjoni. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni tal-gravità ta' l-abbuż ta' Tomra għandha tqis l-ambitu ġeografiku tiegħu, li jħaddan fih ħames Partijiet Kontraenti taż-ŻEE: l-Awstrija, il-Ġermanja, l-Olanda, in-Norveġja u l-Iżvezja. Huwa ċar li l-prattiċi ta' Tomra kienu fil-fatt implimentati u kienu kapaċi jżommu milli jsir dħul ġdid u jimpedixxu t-tkabbir tal-ftit kompetituri li seta' kien hemm. |
30. |
Fl-evalwazzjoni globali tal-gravità tal-prassi indirizzati f'din id-deċiżjoni, jitqies il-fatt li l-ksur mhux dejjem kopra l-perjodu kollu f'kull wieħed mis-swieq nazzjonali meqjusa, u li f'kull wieħed mis-swieq nazzjonali l-intensità tal-ksur li setgħet varjat maż-żmien. |
31. |
Fir-rigward tal-gravità tal-ksur, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li dan kien ksur serju. |
3.2. Tul ta' żmien
32. |
Il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq il-perjodu ta' ħames snin li jibda mill-1998 sa l-2002 għall-finijiet li jiġi stabbilit il-livell xieraq tal-multa. Riżultat ta' dan, l-ammont tal-bidu tal-multa għandu jiżdied b'10 % għal kull sena sħiħa tal-ksur. |
3.3. Fatturi aggravanti u li jnaqqsu l-piena
33. |
M'hemm l-ebda ċirkostanzi aggravanti jew li jnaqqsu l-piena. |
3.4. L-ammont tal-multa
34. |
Għar-raġunijiet t'hawn fuq, l-ammont tal-multa li jrid jiġi impost fuq Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems B.V., Tomra Systems GmbH, Tomra Butikksystemer AS, Tomra Systems AB u Tomra Leergutsysteme GmbH, in solidum, għandu jiġi ffissat għal EUR 24 miljun. |
4. DEĊIŻJONI
35. |
Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems B.V., Tomra Systems GmbH, Tomra Butikksystemer AS, Tomra Systems AB u Tomra Leergutsysteme GmbH kisru l-Artikolu 82 tat-Trattat u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE fil-perjodu bejn l-1998 u l-2002 billi implimentaw strateġija ta' esklużjoni fis-swieq nazzjonali tar-reverse vending machines fl-Awstrija, fil-Ġermanja, fl-Olanda, fin-Norveġja u fl-Iżvezja, li tinvolvi ftehimiet ta' esklussività, impenji ta' kwantitajiet individwalizzati u skemi ta' ribass retroattivi individwalizzati, b'mod li eskludew il-kompetizzjoni fis-swieq. |
36. |
Għall-ksur imsemmi hawn fuq, multa ta' EUR 24 miljun hi imposta fuq Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems B.V., Tomra Systems GmbH, Tomra Butikksystemer AS, Tomra Systems AB u Tomra Leergutsysteme GmbH, in solidum. |
37. |
Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems B.V., Tomra Systems GmbH, Tomra Butikksystemer AS, Tomra Systems AB u Tomra Leergutsysteme GmbH għandhom immedjament iġibu fi tmiem il-ksur imsemmija fl-Artikolu 1 safejn dan għadhom m'għamluhx. |
38. |
Huma għandhom jieqfu milli jerġgħu jagħmlu xi att jew imġiba msemmija fl-Artikolu 1 u minn xi att jew imġiba li jkollu l-istess għan jew effett jew wieħed ekwivalenti. |
(1) Spazju fuq wara (backroom) li fih il-kontenituri tax-xorb jiġu ttrattati jew ipproċessati aktar, li jista' jinkludi sistemi li jaħdmu bil-konvejer għall-kaxxi u għall-kontenituri individwali, ippustjar, issortjar, ippressar, unitajiet ta' akkumulazzjoni eċċ.
(2) Magni low-end huma magni awtonomi (stand-alone) li jiġmgħu l-kontenituri fihom, filwaqt li l-RVMs sofistikati huma mqabbda ma' kamra fuq wara b'kapaċita li taħżen aktar meta mqabbla ma' dik tal-magni low-end.
(3) Sistema ta' depożitu tiġi stabbilita permezz ta' leġiżlazzjoni mill-istat li biha jiġi mitlub depożitu obbligatorju fuq kontenitur tax-xorb meta wieħed jixtri x-xorb. L-ammont ta' depożitu jingħata lura lix-xerrej meta l-kontenitur vojt jinġab lura f'post speċifiku tal-ġbir, fosthom l-RVMs.
(4) Sentenza tat-13 ta' Frar 1979 fil-Każ 85/76, Hoffmann-LaRoche, [1979] ECR-461.
(5) Ara, per eżempju, sentenza tad-9 ta' Novembru 1983 fil-Każ 322/81, NV Nederlandsche Banden Industrie Michelin v Commission [1983] ECR-3461.
(6) Sentenza tat-13 ta' Frar 1979 Każ 85/76, Hoffmann La Roche, par.89; sentenza tat-3 ta' Lulju 1991 Każ C-62/86, AKZO v Commission, [1991] ECR I-3359, par. 149; sentenza ta' l-1 ta' April 1993 fil-Każ T-65/89, BPB Industries Plc and British Gypsum LTD, [1993] ECR II-389, par. 120.
(7) Sentenza tat-13 ta' Frar 1979 fil-Każ 85/76,Hoffmann-La Roche par. 91, sentenza tad-9 ta' Novembru 1983 fil-Każ 322/81, Michelin I, par. 70, sentenza tat-3 ta' Lulju 1991 Każ C-62/86, AKZO, par. 69, sentenza tas-7 ta' Ottubru 1999 Każ T-228/97Irish Sugar, par. 111.
(8) Każ T-203/01, Manufacture française des pneumatiques Michelin v Commission (Michelin II), sentenza tat-30 ta' Settembru 2003, par. 239, u Każ T-219/99, British Airways v. European Commission (British Airways), sentenza tas-17 ta' Diċembru 2003, par. 250.
(9) Michelin II, par. 239, British Airways, par. 250.
(10) F'dan il-kuntest, dak li jrid jingħad bit-terminu “suq marbut” huwa l-kwantità ta' unitajiet mixtrija mill-klijenti mingħand Tomra permezz tal-ftehimiet antikompetittivi diskussi fid-Deċiżjoni. Il-parti kontestabbli tal-volum ma kinetx koperta bil-ftehimiet ta' esklużjoni, u għalhekk kienet kontestabbli għall-kompetituri ta' Tomra.
28.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 219/16 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-amalgamazzjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-16 ta' Jannar 2008 dwar abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/M.4734 — Ineos/Kerling
Relatur: L-Italja
(2008/C 219/13)
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni b'dimensjoni Komunitarja kif spjegata f'Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-KE dwar l-Amalgamazzjonijiet u ma tikkostitwix każ ta' kooperazzjoni taħt il-Ftehim taż-ŻEE. |
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' kif il-Kummissjoni tiddefinixxi s-swieq ta' prodotti rilevanti kif dikjarat fl-abbozz tad-deċiżjoni. |
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' kif il-Kummissjoni tiddefinixxi s-suq ġeografiku rilevanti kif dikjarat fl-abbozz tad-deċiżjoni.
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni kif notifikata ma tqajjimx dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. |
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-analiżi tal-Kummissjoni li, wara l-amalgamazzjoni mhux probabbli li l-partijiet ikunu jistgħu b'mod unilaterali jħaddmu poter fis-suq dwar l-S-PVC kif definit hawn fuq. |
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-amalgamazzjoni notifikata għandha tiġi ddikjarata kompatibbli mas-Suq Komuni u mal-ħidma tal-Ftehim taż-ŻEE skond l-Artikoli 2(2) u 8(1) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
28.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 219/17 |
Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Seduta fil-Każ COMP/M.4734 — Ineos/Kerling
(Skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' riferenza għall-Uffiċjali tas-Seduta f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)
(2008/C 219/14)
Fid-19 ta' Lulju 2007 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (“ir-Regolament dwar il-Amalgamazzjonijiet”) li permezz tagħha l-impriża INEOS Group Limited (ir-Renju Unit “UK”), proprjetà ta' INEOS Group (flimkien “Ineos”), takkwista, fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet, il-kontroll kollu ta' l-impriża Kerling ASA (“Kerling”, in-Norveġja), proprjetà ta' Norsk Hydro Group, permezz tax-xiri ta' ishma.
Wara li eżaminat in-notifika, il-Kummissjoni kkonkludiet illi l-operazzjoni notifikata kienet taqa' fl-ambitu tar-Regolament dwar il-Amalgamazzjonijiet u li kienet tqajjem dubji serji dwar il-kompatibiltà tagħha mas-suq komuni u mal-Ftehim taż-ŻEE. Il-Proċeduri nbdew skond Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar il-Amalgamazzjonijiet tas-7 ta' Settembru 2007.
Bi tweġiba għat-talba tal-parti involuta biex ikollha aċċess għad-dokumenti prinċipali fil-fajl, is-servizzi tal-Kummissjoni wieġbu illi fil-fehema tagħhom ma kienx hemm dokumenti prinċipali.
Wara investigazzjoni fil-fond tas-suq, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonkludew li t-tranżazzjoni proposta mhix se timpedixxi b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni u għalhekk hija kompatibbli mas-suq komuni u l-Ftehim taż-ŻEE. B'hekk, ma ntbagħtet l-ebda Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet lill-parti li tinnotifika.
Ma saritli l-ebda mistoqsija jew sottomissjoni mill-partijiet jew minn xi parti terza oħra. Il-każ ma jirrikjedix kummenti partikolari rigward id-dritt tas-smigħ.
Brussell, l-24 ta' Jannar 2008.
Karen WILLIAMS
28.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 219/18 |
Sommarju ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tat-30 ta’ Jannar 2008
li tiddikkjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE
(Każ COMP/M.4734 — Ineos/Kerling)
(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 219/15)
Fit-30 ta' Jannar 2008 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f'każ ta' amalgamazzjoni skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta' l-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1) , u partikolarment l-Artikolu 8(1) ta' dak ir-Regolament. Verżjoni mhix kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa hija disponibbli fl-ilsien awtentiku tal-każ u fl-ilsna proċedurali tal-Kummissjoni fuq is-sit internet tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej:
http://europa.eu.int/comm/public_opinion/index_en.htm
1. |
Fid-19 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 li permezz tagħha l-impriża INEOS Group Limited (ir-Renju Unit, “UK”), proprjetà ta' INEOS Group (flimkien “Ineos”) takkwista, fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll kollu ta' l-impriża Kerling ASA (“Kerling”, in-Norveġja), proprjetà ta' Norsk Hydro Group, permezz tax-xiri ta' ishma. |
2. |
Ineos hija waħda mill-akbar manifatturi globali ta' petrokimiki, kimiki speċjalizzati u prodotti taż-żejt. Hija tiġbor fiha tmintax-il negozju u, għalkemm hija preżenti fi sbatax-il pajjiż madwar id-dinja, hija l-aktar attiva fl-Ewropa fejn tikseb aktar minn żewġ terzi tad-dħul tagħha. |
3. |
Kerling hija sussidjarja ta' Norsk Hydro ASA u tinkludi d-diviżjoni tal-polimer tal-grupp Norsk Hydro. Prinċipalment hija attiva fil-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta' kolrur tal-polivinil (“PVC”) u soda kawstika. |
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv fuq il-Konċentrazzjonijiet fis-16 ta' Jannar 2008 ta opinjoni favorevoli fuq abbozz ta' Deċiżjoni li tat il-permess li kien sottomess lilha mill-Kummissjoni (2). |
5. |
L-Uffiċjal tas-Smigħ, f'rapport iddatat l-24 ta' Jannar 2008, kien tal-fehma li d-dritt tal-partijiet li jinstemgħu kien rispettat (3). |
I. IS-SWIEQ RILEVANTI
Is-swieq rilevanti tal-prodott
6. |
L-investigazzjoni tal-Kummissjoni wriet li s-swieq rilevanti tal-prodott kienu dawn li ġejjin: materja prima ta' l-S-PVC, soda kawstika likwida, komposti ta' l-S-PVC u films ta' l-S-VPC. |
7. |
Is-suq ewleini tal-prodott li ġe diskuss fid-deċiżjoni kien is-suq għall-materja prima ta' l-S-PVC. Hemm żewġ tipi ta' PVC skond liema proċess ta' produzzjoni jintuża: sospensjoni (jew materja prima) PVC (“S-PVC”) li tammonta għal madwar 90 % tal-PVC kollu li hu manifatturat fiż-ŻEE, u l-emulsjoni PVC (“E-PVC”) li tammonta għall-10 % li jifdal tal-produzzjoni fiż-ŻEE. L-attivitajiet tal-partijiet jirkbu fuq xulxin biss fir-rigward tal-materja prima S-PVC u wara r-riżultati ta' l-investigazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni kkonkludiet li għall-iskopijiet ta' din id-deċiżjoni s-suq relevanti tal-prodott huwa dak tal-materja prima S-PVC. |
8. |
L-attivitajiet tal-partijiet ukoll jirkbu fuq xulxin fis-suq tas-soda kawstika likwida. Għalkemm l-investigazzjoni tas-suq tissuġġerixxi li s-soda kawstika likwida u solida tikkostitwixxi żewġt iswieq separati, id-definizzjoni preċiża tas-suq tħalliet miftuħa. |
9. |
L-investigazzjoni fil-fond tal-Kummissjoni wriet li l-komposti S-PVC jikkostitwixxu suq tal-prodott separat mill-S-PVC minħabba li ż-żewġ prodotti ma jistgħux jissostiwixxu lil xulxin fil-proċess tal-produzzjoni użat mill-maġġoranza vasta tal-konsumaturi tal-komposti. Madankollu, segmentazzjoni ulterjuri f'tipi differenti ta' komposti (jiġifieri komposti mħallta u mnixxfa u komposti ġġelljati) ma kenitx tidher meħtieġa. |
10. |
L-Ineos biss hija attiva fis-suq tal-films ta' l-S-PVC, li huma f'livell aktar baxx mill-S-PVC. Filwaqt li jista' jkun possibbli li wieħed jikkategorizza s-suq tal-films ta' l-S-PVC fuq il-bażi tat-tipi ta' l-użi differenti tal-films riġidi tal-PVC, id-definizzjoni preċiża tas-suq tal-prodott tħalliet miftuħa għall-iskopijiet ta' din id-deċiżjoni. |
Swieq ġeografiċi rilevanti
11. |
Il-kwistjoni ċentrali tat-tieni fażi ta' l-investigazzjoni tas-suq kienet li ssir definizzjoni tal-firxa ġeografika rilevanti għall-materja prima ta' l-S-PVC, b'mod partikolari fir-rigward ta' ċerti żoni kummerċjali li għalihom l-ewwel fażi ta' l-investigazzjoni tas-suq kellha xi indikazzjonijiet li jippuntaw lejn dimensjoni nazzjonali jew reġjonali, partikolarment il-Gran Brittanja, u r-Reġjun Nordiku magħmul min-Norveġja u l-Iżvezja. |
12. |
Il-partijiet issottomettew li l-firxa ġeogrfika tas-suq ta' l-S-PVC tkopri ż-ŻEE kollha minħabba li l-S-PVC huwa prodott ta' materja prima li wieħed jista' jittrasportah faċilment u b'serħan il-moħħ, jeżisti kummerċ intra-komunitarju konsiderevoli u l-ispejjeż tat-trasport huma relattivament baxxi. Waqt l-investigazzjoni tas-suq, il-maġġoranza tal-konsumaturi kkunsidraw is-suq li jkun jew reġjonali jew madwar iż-ŻEE u f'xi każi anke usa' minn hekk filwaqt li l-kompetituri kollha kkonfermaw li huma jaraw is-suq bħala mifrux maż-ŻEE. Barra minn hekk, id-dejta miġbura waqt l-investigazzjoni wriet li l-S-PVC, minkejja li l-ispejjeż tat-trasport ivarjaw minn 5 % sa 15 %, jiddependu mid-distanza, huma suġġetti għal flussi kummerċjali sostanzjali madwar iż-ŻEE, xi kultant fuq distanzi twal ħafna. |
13. |
Rigward ir-Reġjun Nordiku, minħabba l-flussi kummerċjali sostanzjali ta' l-S-PVC minn u lejn dan ir-reġjun, il-fatt li l-bejgħ ta' Kerling (l-uniku produttur lokali) mill-impjanti tagħha fl-Iżvezja u n-Norveġja huma mifruxa bl-istess mod madwar iż-ŻEE, il-fatt li l-konsumaturi li qegħdin f'dawn il-pajjiżi jikkunsidraw is-suq li hu għall-anqas Nordiku jew mifrux mal-Majjistral ta' l-Ewropa u filwaqt li uħud jissuġġerixxu li s-suq jista' jkun anke mifrux maż-ŻEE, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-firxa ġeografika tas-suq ta' l-S-PVC hija usa' minn nazzjonali fir-rigward ta' dawn iż-żewġ pajjiżi. |
14. |
Rigward ir-Renju Unit, il-maġġoranza tal-konsumatruri li jinsabu fir-Renju Unit iqisu li l-fornituri mill-Kontinent ma jkunux f'pożizzjoni li jfornuhom bl-istess grad ta' serħan il-moħħ bħall-fornituri lokali. Sabiex tiddetermina l-firxa ġeografika tas-suq ta' l-S-PVC, il-Kummissjoni eżaminat l-abitudnijiet tal-konsumaturi f'dak li jirrigwardja s-sorsi tagħhom u jekk jibdluhomx (il-lat tad-domanda) u, mill-perspettiva tal-lat tal-forniment, analiżżat sa kemm twassal l-abbiltà (u l-inċentiva) tal-produtturi tal-S-PVC li qegħdin fl-Ewropa kontinentali li jespandu l-preżenza tagħhom fis-suq tar-Renju Unit. Sabiex tagħmel dan, il-Kummissjoni wettqet analiżi kwalitattiva u kwantitattiva dettaljata u eżaminat il-livell u r-rwol ta' l-importazzjoni, ta' l-ispejjeż tat-trasport, l-ostakli għall-espansjoni u l-kapaċità żejda fl-Ewropa kontinentali. F'dan ir-rigward il-Kummissjoni sabet li:
|
15. |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li r-Reġjun Nordiku u r-Renju Unit ma jippreżentawx il-karatteristiċi li għandhom iwasslu lill-Kummissjoni biex titratta lil dawn iż-żoni b'mod differenti minn żoni oħra fi ħdan iż-ŻEE. Hija kkonkludiet b'mod partikolari, li l-ambitu tas-suq ġeografiku għall-materja prima S-PVC huwa usa' mir-Renju Unit u usa' mill-pajjiżi Nordiċi (In-Norveġja u l-Iżvezja) u huwa mill-anqas daqs il-Majjistral ta' l-Ewropa. |
16. |
Il-parti li għamlet in-notifika ssottomettiet li l-ambitu ġeografiku għas-suq tas-soda kawstika likwida jkopri mill-anqas iż-ŻEE fid-dawl tal-kummerċ interkomunitarju kif ukoll il-kummerċ interkontinentali. Għalhekk, bosta konsumaturi ssuġġerew li s-suq jista' jkun reġjonali minħabba l-ispejjeż tat-trasport relattivament għoljin jew anke nazzjonali bħal fil-każ tar-Renju Unit. L-ambitu preċiż tas-suq ġeografiku għas-soda kawstika tħalla miftuħ. |
17. |
L-investigazzjoni tas-suq mill-Kummissjoni tindika li minħabba l-ispejjeż baxxi tat-trasport is-suq għall-komposti S-PVC ikopri mill-anqas iż-ŻEE. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ambitu tas-suq ġeografiku huwa usa' minn dak nazzjonali u li għalhekk mhemmx għalfejn tittieħed deċiżjoni finali dwar l-ambitu preċiż tas-suq ġeografiku tal-komposti ta' l-S-PVC. |
18. |
L-investigazzjoni tas-suq ikkonfermat li l-ambitu ġeografiku għall-films riġidi tal-PVC ikopri mill-anqas iż-ŻEE, u għal ċerti prodotti lesti, l-ambitu huwa globali, kif ġie konkluż mill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-ippakkjar flessibbli. Madankollu, l-ambitu preċiż tas-suq ġeografiku għas-soda kawstika tħalla miftuħ. |
II. VALUTAZZJONI
19. |
Fuq is-suq għall-materja prima ta' l-S-PVC, is-sehem mis-suq tal-partijiet flimkien fiż-ŻEE jammonta għal [20-30] %. Abbażi tal-Majjistral ta' l-Ewropa s-sehem mis-suq taż-żewġ partijiet flimkien ikun taħt it-[30-40] %. |
20. |
Minħabba s-sehem relattivament baxx li l-partijiet flimkien għandhom mis-suq, il-produzzjoni żejda li hemm fil-preżent u l-fatt li l-konsumaturi jużaw bosta sorsi u jikkonkludu kuntratti qosra (ta' sena bħala medja) huwa improbabbli li Ineos tkun kapaċi teżerċita unlitarelament poter tas-suq fis-swieq taż-ŻEE jew anke dak tal-Majjistral ta' l-Ewropa. |
21. |
Il-possibbiltà li din it-tranżazzjoni tista' tiffaċilita kondotta koordinata hija wkoll remota minħabba n-numru ta' atturi (sitt kompetituri notevoli) li se jibqgħu fis-suq wara l-amalgamazzjoni. Aktar minn hekk, il-biċċa l-kbira tal-konsumaturi jinnegozjaw jew ifittxu offerti ta' prezzijiet fuq bażi ta' kull xahar minn bosta fornituri f'kompetizzjoni bejniethom, li tagħmilha aktar diffiċli li wieħed jaqbad u jżomm ma' mudell komuni. Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tranżazzjoni proposta hija improbabbli li twassal għal xi tħassib kooridinat anti-kompetittiv. |
22. |
Is-sehem mis-suq tal-kumpaniji flimkien fis-soda kawstika likwida jkun ta' bejn wieħed u ieħor [10-20] % fuq il-bażi taż-ŻEE li huwa l-aktar suq ġeografiku possibbli. Minkejja li l-ishma globali tal-partijiet huma ogħla f'xi swieq nazzjonali, (ivarjaw minn [40-50] %, [40-50] % u [50-60] % fin-Norveġja, l-Iżvezja u d-Danimarka rispettivament u sa [50-60] % fir-Renju Unit), minħabba d-duplikazzjoni relattivament żgħira u n-numru tal-kompetituri notevoli fus-suq, m'huwiex probabbli li t-tranżazzjoni preżenti tqajjem tħassib kompetittiv taħt kwalunkwe definizzjoni alternattiva tas-suq. |
23. |
Il-partijiet jistmaw li s-sehem kombinat tagħhom mis-suq kollu tal-komposti ta' l-S-PVC madwar iż-ŻEE huwa anqas minn [20-30] %. L-ishma mis-suq ikunu ta' [10-20] % u [20-30] % fuq il-bażi tal-Punent u l-Majjistral ta' l-Ewropa rispettivament. |
24. |
Fir-rigward tal-possibbiltà ta' kwistjonijiet vertikali, huwa improbabbli li Ineaos tkun f'pożizzjoni li tnaqqas il-provvisti ta' l-S-PVC lill-manifatturi mhux integrati għax mhix se jkollha saħħa fis-suq ta' l-S-PVC fejn se tibqa' kostretta wara l-amalgamazzjoni permezz ta' kompetituri attivi madwar iż-ŻEE. |
25. |
Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq u fid-dawl tad-duplikazzjoni orizzontali limitata u n-nuuqas ta' kwistjonijiet vertikali sostanzjali, huwa improbabbli li t-tranżazzjoni preżenti jkollha effetti anti-kompetittivi fuq is-suq tal-komposti ta' l-S-PVC. |
26. |
Fuq is-suq wiesa' tal-prodotti għall-films riġidi (li jinkludi fost l-oħrajn PVC, PET, polipropilin u l-films tal-politilin), l-Ineos tgawdi minn sehem mis-suq ta' [5-10] % fiż-ŻEE. Kieku kellhom jiġu kkunsidrati s-segmenti aktar dojoq tal-films ta' l-S-PVC, is-sehem mis-suq ta' l-Ineos ikun taħt l-[20-30] % fis-segmenti kollha apparti s-segmenti tal-films pharma-mono u pharma-duplex fejn is-sehem mis-suq ta' l-Ineos jammonta għal [30-40] % u [30-40] % rispettivament. |
27. |
Minħabba li l-Kummissjoni kkonkludiet li l-konċentrazzjoni proposta mhix se xxekkel kompetizzjoni effettiva fil-proviżjoni ta' l-S-PVC, għandu jinftiehem li l-kompetituri ta' l-Ineos fis-suq downstream tal-films riġidi ta' l-S-PVC se jibqgħu kapaċi jipproduċu l-S-PVC b'kundizzjonijiet kompettitivi u jibqgħu kompetituri effettivi fil-proviżjoni tal-prodotti tal-films riġidi. Għaldaqstant, huwa improbabbli li t-tranżazzjoni preżenti se tqajjem xi tħassib kompetittiv fis-suq tal-films ta' l-S-PVC. |
III. KONKLUŻJONI
28. |
Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni proposta mhux se timpedixxi b'mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'xi parti sostanzjali minnu, partikolarment bħala riżultat tal-ħolqien jew tat-tisħiħ ta' pożizzjoni dominanti. Għalhekk, il-konċentrazzjoni għandha tkun iddikjarata kompatibbli mas-suq komuni u l-Ftehim ŻEE, skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament ta' Amalgamazzjoni u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE. |
(2) ĠU C 219, 28.8.2008, p. 16 .
(3) ĠU C 219, 28.8.2008, p. 17 .
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
28.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 219/21 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 219/16)
Għajnuna Nru |
XR 33/07 |
||||
Stat Membru |
L-Awstrija |
||||
Reġjun |
Alle Regionen gemäß genehmigter Fördergebietskarte für Regionalbeihilfen in Österreich 2007-2013 (N 492/06) |
||||
It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc |
Gewährung von Beihilfen (Förderungen) gemäß § 51a Abs. 3-5 AMFG (Arbeitsmarktförderungsgesetz) (Gewährung von Zuschüssen und Zinsenzuschüssen sowie von Darlehen für Investitionen von Großunternehmen unter Wahrung der beihilfenrechtlich genehmigten Förderobergrenzen) |
||||
Bażi legali |
Richtlinien für die Gewährung von Beihilfen (Förderungen) gemäß § 51a Abs. 3-5 AMFG (Arbeitsmarktförderungsgesetz) |
||||
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
Baġit annwali |
EUR 60 miljun |
||||
Intensità massima ta' l-għajnuna |
30 % |
||||
Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament |
|||||
Data ta' l-implimentazzjoni |
1.6.2007 |
||||
Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
31.12.2013 |
||||
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Limitat għal setturi speċifiċi |
||||
NACE: D, 55, K |
|||||
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
||||
l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna |
www.awsg.at/portal/media/2505.pdf |
||||
Tagħrif ieħor |
— |
Għajnuna Nru |
XR 41/07 |
|||||
Stat Membru |
L-Awstrija |
|||||
Reġjun |
Niederösterreich |
|||||
It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc |
Förderungsaktion der Niederösterreichischen Grenzlandförderungsgesellschaft mbH |
|||||
Bażi legali |
Richtlinien zur Förderungsaktion der Niederösterreichischen Grenzlandförderungsgesellschaft mbH |
|||||
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||||
Baġit annwali |
EUR 0,32 miljun |
|||||
Intensità massima ta' l-għajnuna |
15 % |
|||||
Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament |
||||||
Data ta' l-implimentazzjoni |
21.3.2007 |
|||||
Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
31.12.2013 |
|||||
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali |
|||||
— |
||||||
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
|||||
l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna |
http://noeg.grenzland.at/ |
|||||
Tagħrif ieħor |
— |
Għajnuna Nru |
XR 13/08 |
|||
Stat Membru |
Ir-Repubblika Ċeka |
|||
Reġjun |
87(3)(a) |
|||
It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc |
Operační program Podnikání a inovace 2007–2013 Podprogram Školící střediska (výzva I) |
|||
Bażi legali |
Zákon č. 47/2002 Sb., o podpoře malého a středního podnikání Zákon č. 218/2000 Sb., o rozpočtových pravidlech a o změně některých souvisejících zákonů |
|||
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||
Baġit annwali |
CZK 133 miljun |
|||
Intensità massima ta' l-għajnuna |
40 % |
|||
Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament |
||||
Data ta' l-implimentazzjoni |
3.3.2008 |
|||
Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
30.6.2010 |
|||
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali |
|||
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
|||
l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna |
www.mpo.cz |
|||
Tagħrif ieħor |
— |
Għajnuna Nru |
XR 14/08 |
|||
Stat Membru |
Ir-Repubblika Ċeka |
|||
Reġjun |
87(3)(a) |
|||
It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc |
Operační program Podnikání a inovace 2007–2013 Podprogram ICT a strategické služby (výzva I) |
|||
Bażi legali |
Zákon č. 47/2002 Sb., o podpoře malého a středního podnikání Zákon č. 218/2000 Sb., o rozpočtových pravidlech a o změně některých souvisejících zákonů |
|||
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||
Baġit annwali |
CZK 200 miljun |
|||
Intensità massima ta' l-għajnuna |
40 % |
|||
Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament |
||||
Data ta' l-implimentazzjoni |
1.3.2008 |
|||
Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
30.6.2009 |
|||
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali |
|||
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
|||
l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna |
www.mpo.cz |
|||
Tagħrif ieħor |
— |
28.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 219/24 |
Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 219/17)
Għajnuna Nru |
XS 134/08 |
|||
Stat Membru |
Il-Polonja |
|||
Reġjun |
Podkarpackie |
|||
Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali |
Przedsiębiorstwo produkcyjno usługowo handlowe Akpil Kazimierz Anioł |
|||
Bażi legali |
Ustawa z dnia 8 października 2004 r. o zasadach finansowania nauki art. 10, Rozporządzenie Ministra Nauki i Szkolnictwa Wyższego (Dz.U. 221 z 14.11.2007 r.), § 3 ust. 1, umowa nr II-192/P-224/2008 |
|||
Tip ta' miżura |
Ad hoc |
|||
L-Estimi |
Baġit globali: EUR 115 684 |
|||
Intensità massima ta' l-għajnuna |
Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament |
|||
Data ta' l-implimentazzjoni |
2.4.2008 |
|||
Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
2.4.2008 |
|||
Objettiv ta' l-għajnuna |
Impriżi ta' daqs żgħir u medju |
|||
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għall-intrapriżi żgħar jew medji |
|||
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
Għajnuna Nru |
XS 135/08 |
|||
Stat Membru |
Il-Polonja |
|||
Reġjun |
Śląskie |
|||
Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali |
Jumarpol Przedsiębiorstwo Prywatne S.C. Piotr Traczewski, Marek Kasperek |
|||
Bażi legali |
Ustawa z dnia 8 października 2004 r. o zasadach finansowania nauki art. 10, Rozporządzenie Ministra Nauki i Szkolnictwa Wyższego (Dz.U. 221 z 14.11.2007 r.), § 3 ust. 1, umowa nr II-193/P-225/2008 |
|||
Tip ta' miżura |
Ad hoc |
|||
L-Estimi |
Baġit globali: EUR 27 883 |
|||
Intensità massima ta' l-għajnuna |
Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament |
|||
Data ta' l-implimentazzjoni |
2.4.2008 |
|||
Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
2.4.2008 |
|||
Objettiv ta' l-għajnuna |
Impriżi ta' daqs żgħir u medju |
|||
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għall-intrapriżi żgħar jew medji |
|||
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
Għajnuna Nru |
XS 137/08 |
|||
Stat Membru |
Il-Polonja |
|||
Reġjun |
Wielkopolskie |
|||
Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali |
Mechanika Maszyn i Urządzeń Rolniczych Dozamech Donat Zawidzki |
|||
Bażi legali |
Ustawa z dnia 8 października 2004 r. o zasadach finansowania nauki art. 10, Rozporządzenie Ministra Nauki i Szkolnictwa Wyższego (Dz.U. 221 z 14.11.2007 r.), § 3 ust. 1, umowa nr II-198/P-228/2008 |
|||
Tip ta' miżura |
Ad hoc |
|||
L-Estimi |
Baġit globali: EUR 112 060 |
|||
Intensità massima ta' l-għajnuna |
Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament |
|||
Data ta' l-implimentazzjoni |
7.5.2008 |
|||
Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
7.5.2008 |
|||
Objettiv ta' l-għajnuna |
Impriżi ta' daqs żgħir u medju |
|||
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għall-intrapriżi żgħar jew medji |
|||
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
Għajnuna Nru |
XS 138/08 |
|||
Stat Membru |
Il-Polonja |
|||
Reġjun |
Dolnoslaskie |
|||
Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali |
Metalerg J.M.J Cieślak S.J. |
|||
Bażi legali |
Ustawa z dnia 8 października 2004 r. o zasadach finansowania nauki art. 10, Rozporządzenie Ministra Nauki i Szkolnictwa Wyższego (Dz.U. 221 z 14.11.2007 r.), § 3 ust. 1, umowa nr II-195/P-213/2008 |
|||
Tip ta' miżura |
Ad hoc |
|||
L-Estimi |
Baġit globali: EUR 17 292 |
|||
Intensità massima ta' l-għajnuna |
Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament |
|||
Data ta' l-implimentazzjoni |
15.4.2008 |
|||
Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
15.4.2008 |
|||
Objettiv ta' l-għajnuna |
Impriżi ta' daqs żgħir u medju |
|||
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għall-intrapriżi żgħar jew medji |
|||
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
Għajnuna Nru |
XS 141/08 |
|||
Stat Membru |
Il-Polonja |
|||
Reġjun |
Podkarpackie |
|||
Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali |
Metal-Odlew Lesław Kwiatkowski, Agnieszka Witkowska, Sp. Jawna |
|||
Bażi legali |
Ustawa z dnia 8 października 2004 r. o zasadach finansowania nauki art. 10, Rozporządzenie Ministra Nauki i Szkolnictwa Wyższego (Dz.U. 221 z 14.11.2007 r.), § 3 ust. 1, umowa nr II-197/P-221/2008 |
|||
Tip ta' miżura |
Ad hoc |
|||
L-Estimi |
Baġit globali: EUR 49 739 |
|||
Intensità massima ta' l-għajnuna |
Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament |
|||
Data ta' l-implimentazzjoni |
22.4.2008 |
|||
Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
22.4.2008 |
|||
Objettiv ta' l-għajnuna |
Impriżi ta' daqs żgħir u medju |
|||
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għall-intrapriżi żgħar jew medji |
|||
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
28.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 219/27 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 219/18)
Għajnuna Nru |
XR 131/07 |
|||
Stat Membru |
L-Ungerija |
|||
Reġjun |
— |
|||
It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc |
Az Új Magyarország Vidékfejlesztési Program keretében nyújtható regionális beruházási támogatásokról szóló támogatási program |
|||
Bażi legali |
77/2007. (VII. 30.) FVM rendelet |
|||
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||
Baġit annwali |
HUF 17 500 miljun |
|||
Intensità massima ta' l-għajnuna |
50 % |
|||
Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament |
||||
Data ta' l-implimentazzjoni |
15.10.2007 |
|||
Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
31.12.2012 |
|||
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali |
|||
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
|||
l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna |
www.fvm.hu |
|||
Tagħrif ieħor |
— |
Għajnuna Nru |
XR 161/07 |
|||
Stat Membru |
L-Ungerija |
|||
Reġjun |
— |
|||
It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc |
Regionális beruházási támogatás a Környezet és Energia Operatív Programból |
|||
Bażi legali |
23/2007. (VIII. 29.) MeHVM rendelet a Környezet és Energia Operatív Program prioritásaira rendelt források felhasználásának részletes szabályairól és egyes támogatási jogcímeiről |
|||
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||
Baġit annwali |
HUF 11 010 miljun |
|||
Intensità massima ta' l-għajnuna |
50 % |
|||
Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament |
||||
Data ta' l-implimentazzjoni |
24.10.2007 |
|||
Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
31.12.2013 |
|||
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali |
|||
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
|||
l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna |
www.nfu.hu/palyazatok |
|||
Aktar informazzjoni |
— |
Għajnuna Nru |
XR 197/07 |
|||
Stat Membru |
L-Ungerija |
|||
Reġjun |
— |
|||
It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc |
Regionális beruházási támogatás az EGT és Norvég Finanszírozási Mechanizmusból |
|||
Bażi legali |
242/2006 Korm. rendelet 92/A-92/F. § 201/2005 Korm. rendelet |
|||
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||
Baġit annwali |
HUF 1 006,2 miljun |
|||
Intensità massima ta' l-għajnuna |
50 % |
|||
Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament |
||||
Data ta' l-implimentazzjoni |
15.10.2007 |
|||
Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali |
30.4.2011 |
|||
Setturi ekonomiċi kkonċernati |
Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali |
|||
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
|||
l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna |
www.nfu.gov.hu www.eeagrants.hu |
|||
Aktar informazzjoni |
— |
28.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 219/29 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92
Emenda min-naħa tal-Italja tal-obbligi tas-servizz pubbliku dwar is-servizzi bl-ajru fuq ir-rotot Trapani-Roma u vv., Trapani-Cagliari u vv., Trapani-Bari u vv., Trapani-Milano u vv.
(2008/C 219/19)
B'applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92 l-Istat Taljan iddeċieda li jemenda l-obbligi tas-servizz pubbliku imposti fuq ir-rotot Trapani -Roma u vv., Trapani-Cagliari u vv., Trapani-Bari u vv, Trapani-Milano u vv. ippubblikati fil-ĠU C 150, 28.6.2006, C 141, 26.6.2007, C 121, 17.5.2008.
L-obbligi tas-servizz pubbliku imposti fuq ir-rotta Trapani-Cagliari u vv. tħassru u l-Punt 1 tal-komunikazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 150, 28.6.2006 hija emendata skond dan:
Rotta konċernata
|
Trapani-Roma u vv., |
|
Trapani-Bari u vv., |
|
Trapani-Milano u vv. |
Id-destinazzjoni Ruma għandha tinftiehem bħala l-ajruport ta' Ruma Fiumiċino, filwaqt li d-destinazzjoni Milan għandha tinftiehem bħala l-ajruport ta' Milano Linate.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Kummissjoni
28.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 219/30 |
L-operazzjoni ta' servizzi tal-ajru skedati — Sejħa għall-offerti maħruġa mill-Gvern Provinċjali ta' Åland skont l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 għall-operazzjoni tas-servizzi tal-ajru skedati fuq ir-rotot bejn Mariehamn ġewwa Åland u Stokkolma/Arlanda ġewwa l-Iżvezja
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 219/20)
1. Daħla
Fis-26 ta' Ġunju 2008 il-Gvern Provinċjali ta' Åland iddeċieda li jżid l-obbligu tas-servizzi pubbliċi attwali b'servizzi tal-ajru skedati fuq ir-rotta MHQ — ARN għall-perjodu bejn l-1 ta' Marzu 2009 u d-29 ta' Frar 2012 skont l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92.
Id-dettalji ta' dan l-obbligu tas-servizz pubbliku ġew ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 218, 27.8.2008, p. 17.
Jekk l-ebda transportatur tal-ajru ma jkun beda jew ikun appik li jibda jopera servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligu impost tas-servizz pubbliku u bla ma jitlob kumpens finanzjarju, il-Gvern Provinċjali ta' Åland se jillimita l-aċċess għal din ir-rotta għal transportatur tal-ajru wieħed biss għal tliet snin. Id-dritt li jitħaddmu servizzi tal-ajru fuq ir-rotta konċernata se jkun offrut b'sejħa għall-offerti skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament imsemmi hawn fuq. Fis-26 ta' Ġunju 2008 il-Gvern Provinċjali ta' Åland iddeċieda li jippubblika sejħa għal offerti.
2. L-Għan tal-proċedura tal-offerti
Sabiex jipprovdi servizzi tal-ajru skedati mit-2 ta' Marzu 2009 sad-29 ta' Frar 2012 fuq ir-rotot imsemmija hawn fuq skont l-obbligu tas-servizz pubbliku li ġie ppubblikat fil- Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea, C 218, 27.8.2008, p. 17.
3. Parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti
Jistgħu jieħdu sehem it-trasportaturi tal-ajru li għandhom liċenzja valida tal-operat maħruġa minn Stat Membru skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar liċenzjar ta' air carriers (trasportaturi tal-ajru).
4. Il-bażi tal-proċedura tal-offerti
Din il-proċedura tas-sejħa għall-offerti taqa' taħt l-Artikolu 4(1)(d)-(i) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92. L-awtorità kontraenti għandha d-dritt li tirrifjuta l-offerti kollha jekk il-prezz ikun għoli żżejjed jew jekk iċ-ċirkostanzi jew il-kundizzjonijiet li joperaw is-servizzi tal-ajru ikunu nbidlu radikalment sal-punt li s-servizz pjanat ma jkunx għadu adattat jew ma jkunx jista' jiġi operat bil-mod speċifikat fis-sejħa għall-offerti.
Qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, il-Gvern Provinċjali ta' Åland jista' jipposponi id-data li fiha s-servizzi huma mistennija li jibdew joperaw. F'dan il-każ id-data tal-għeluq għandha tiġi posposta skont il-bżonn.
5. Id-dokumentazzjoni tal-offerta
Id-dokumentazzjoni sħiħa tal-offerta, inkluża s-sejħa għall-offerti, il-kundizzjonijiet relatati mal-proċedura tal-offerti, it-termini tal-kuntratt, l-ispjegazzjoni tal-obbligu tas-servizz pubbliku u d-dettalji tad-destinazzjoni kif ukoll il-formula tal-offerti jistgħu jinstabu:
Åland Provincial Government, PB 1060, AX-22111, MARIEHAMN, Åland.
Id-dokumenti jistgħu jiġu mitluba wkoll permezz tal-email fuq registrator@ls.aland.fi, telefown (358-18) 250 00) jew fax (358-18) 237 90). Il-persuna li tista' tiġi kkuntattjata hi l-Inġinier Prinċipali Nikolas Karlman, e-mail niklas.karlman@ls.aland.fi, telefown (358-18) 251 30).
6. Il-kumpens finanzjarju
L-offerti għandhom jindikaw biċ-ċar l-ammont f'ewro (EUR) li huwa meħtieġ biex jiġi operat s-servizz imsemmi hawn fuq matul il-perjodu konċernat. L-ammont ta' kumpens indikat għandu jiġi bbażat fuq evalwazzjoni tal-ispejjeż u d-dħul relatati mal-attività u fuq ir-rekwiżiti li jinvolvi l-obbligu tas-servizz pubbliku. Il-kumpens se jingħata biss għall-ispejjeż relatati mat-trasport tal-ajru imġarrba fl-ajruporti ta' Arlanda u Mariehamn li huma attribwiti direttament lis-servizz konċernat. Mhux ser jingħata kumpens li jkopri spejjeż, bħall-ħlas għat-tlugħ u għall-inżul tal-ajruplani, li huma attribwiti għal rotot jew ajruporti oħra.
7. Prezzijiet tal-biljetti
L-offerta trid tispeċifika il-prezzijiet u t-tipi ta' biljetti u l-kundizzjonijiet applikabbli. Il-prezzijiet tal-biljetti jridu jżommu mal-obbligu tas-servizz pubbliku fuq ir-rotta.
8. Il-metodu tal-għażla
It-trasportatur tal-ajru se jintgħażel minn fost l-offerti li jikkonformaw mas-sejħa għall-offerti u li jissodisfa ir-rekwiżiti stipulati fid-dokumenti tal-offerti. Il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(f) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92 se jiġu kkunsidrati matul is-selezzjoni.
9. Il-perjodu ta' validità tal-kuntratt
Il-kuntratt se jidħol fis-seħħ mid-data li fiha jiġi ffirmat miż-żewg partijiet u jibqa' validu sal-kunsinna mit-trasportatur tal-ajru, skont id-dokumenti tal-offerti, ta' rapport finali lill-Gvern Provinċjali wara l-aħħar xahar ta' operat, li jkun Frar 2012, sakemm il-data tal-bidu u t-tmiem ma jkunux ġew posposti.
10. L-emendi fil-kuntratt u t-tmiem tiegħu
Il-kuntratt jista' jiġi emendat biss jekk il-bidliet huma konformi mal-obbligu tas-servizz pubbliku ppubblikat għar-rotta kkonċernata. Kull bidla fil-kuntratt trid issir bil-miktub. Iż-żewġ partijiet jistgħu iwaqqfu l-kuntratt, soġġett għal sitt xhur ta' notifika. Dan isir mingħajr ma jippreġudika d-dritt li jintemm kuntratt għal raġunijiet speċifiċi.
11. Penali għal nuqqas ta' twettiq tal-kuntratt
It-trasportatur huwa responsabbli għat-tħaddim tal-obbligi kuntrattwali tiegħu. F'każ ta' nuqqas ta' tħaddim, jew tħaddim mhux komplut tal-kuntratt mit-trasportatur tal-ajru għal raġunijiet attribwiti lilu, l-awtorità ta' kuntrattar għandha d-dritt li tnaqqas il-ħlas ta' kumpens proporzjonalment. L-awtorità ta' kuntrattar għandha d-dritt ukoll li titlob għal ħlas ta' danni.
12. Id-data finali għall-preżentazzjoni tal-offerti
L-offerti jridu jitressqu mhux aktar minn 31 ġurnata kalendarja wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
13. Il-preżentazzjoni tal-offerti
L-offerti għandhom jintbagħtu lir-reġistru tal-Gvern Provinċjali ta' Åland matul il-ħinijiet tal-uffiċċju mniżżla hawn isfel sa mhux aktar tard mid-data stipulata f'punt 12. L-offerta għandha tiġi ppreżentata ġewwa envelopp issiġillat immarkat “Anbud flygtrafik MHQ — ARN” (Offerta għar-rotta MHQ — ARN). Tista' tintbagħat bil-posta jew ma' messaġġier jew tista' tiġi kkonsenjata personalment lill-Gvern Provinċjali ta' Åland fl-indirizz imniżżel f'punt 5.
L-indirizz tal-uffiċċju tal-Gvern Provinċjali ta' Åland huwa Självstyrelsegården, Strandgatan ġewwa Mariehamn, Åland. Il-ħinijiet ta' ftuħ tal-Gvern Provinċjali huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00am u l-4:00pm.
L-offerta u d-dokumentazzjoni kollha jridu jkunu bl-Iżvediż jew bl-Ingliż u ppreżentati d-dokumenti oriġinal flimkien ma' żewġ kopji.
L-offerta se tkun valida sat-30 ta' Jannar 2009 b'din id-data inkluża.
L-offerti mibgħuta permezz tal-feks, jew permezz ta' posta elettronika mhux se jiġu aċċettati.
14. Il-validità ta' sejħiet għall-offerti
Skont l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92, il-validità tal-proċedura tal-offerti hija soġġetta għall-kundizzjoni li l-ebda trasportatur tal-ajru ma jkun beda jew ikun appik li jibda servizzi skedati tal-ajru fuq ir-rotta kkonċernata.
It-trasportaturi tal-ajru bl-intenzjoni li joperaw fuq ir-rotta kkonċernata sa mit-2 ta' Marzu 2009 skont l-obbligu tas-sevizz pubbliku mingħajr ma jgawdu minn drittijiet esklussivi, mingħajr ma jirċievu kumpens finanzjarju u b'garanzija li r-rotta se topera għal mhux inqas minn sitt xhur għandu japplika mal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Finlandiża mhux aktar tard mit-2 ta' Frar 2009. Il-Gvern Provinċjali ta' Åland se jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni.
Jekk tkun saret applikazzjoni bħal din u l-Gvern Provinċjali jikkunsidra li l-approċċ tat-trasportatur tal-ajru jilħaq ir-rekwiżiti tal-obbligu tas-servizz pubbliku, din il-proċedura tal-offerta ma tapplikax.
Jekk dan mhux il-kaz, il-Gvern Provinċjali se jillimita l-aċċess għar-rotta lil trasportatur tal-ajru wieħed biss.
L-għotja tal-kuntratt tiddependi fuq jekk jingħatawx il-fondi neċessarji mill-Parlament ta' Åland jew le.
28.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 219/32 |
P-Liżbona: L-operat ta' servizzi tal-ajru bi skeda
Stedina għall-parteċipazzjoni f'sejħa għall-offerti maħruġa mill-Portugall skont l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 fil-kuntest tas-sejħa pubblika internazzjonali għall-offerti fir-rigward tal-operat ta' servizzi tal-ajru bi skeda li joperaw fuq ir-rotta Liżbona/Vila Real/Bragança/Vila Real/Liżbona
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 219/21)
1. Daħla: Skont l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji, il-Portugall iddeċieda li jemenda l-obbligu ta' servizz pubbliku impost fir-rigward tas-servizzi tal-ajru bi skeda li joperaw fuq ir-rotta Liżbona/Vila Real/Bragança/Vila Real/Liżbona.
Għalhekk, kienet ippublikata stedina għall-parteċipazzjoni f'sejħa għall-offerti fil-kuntest tas-sejħa miftuħa internazzjonali għall-offerti fir-rigward tal-operat ta' servizzi tal-ajru bi skeda fuq ir-rotta Liżbona/Vila Real/Bragança/Vila Real/Liżbona fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 143, 10 ta' Ġunju 2008.
Minħabba li matul iż-żmien permess għat-tfigħ tal-offerti msemmi fil-paragrafu ta' qabel ma ntefgħet l-ebda proposta mill-ebda trasportatur tal-ajru, is-sejħa miftuħa internazzjonali għall-offerti titqies li ma rċeviet l-ebda reazzjoni.
Madankollu, minħabba l-ħtieġa li wieħed jiżgura t-tkomplija tas-servizzi tal-ajru bi skeda fuq ir-rotta msemmija hawn fuq u l-interess pubbliku involut fl-operat tas-servizz kopert mill-istedina għall-parteċipazzjoni f'sejħa għall-offerti, tnediet sejħa pubblika internazzjonali ġdida għall-offerti għall-operat ta' servizzi tal-ajru bi skeda fuq ir-rotta Liżbona/Vila Real/Bragança/Vila Real/Liżbona, sabiex dawk li potenzjalment jistgħu jitfgħu l-offerti u li ma kinux jafu bis-sejħa għall-offerti ta' qabel fil-ħin issa jkunu jistgħu jressqu l-proposti tagħhom.
Għalhekk, il-Gvern Portugiż, permezz ta' din in-notifika, qed jistieden lit-trasportaturi tal-ajru sabiex iressqu l-proposti għall-operat ta' servizzi tal-ajru bi skeda fuq ir-rotta Liżbona/Vila Real/Bragança/Vila Real/Liżbona skont it-termini stabbiliti fil-paragrafi li ġejjin.
Jekk fil-15 ta' Diċembru 2008 l-ebda trasportatur tal-ajru ma jkun f'pożizzjoni li jibda jopera servizzi tal-ajru bi skeda fuq ir-rotta msemmija hawn fuq f'konformità mal-obbligu ta' servizz pubbliku impost u mingħajr ma jitlob kumpens finanzjarju, jintgħażel trasportatur wieħed permezz ta' sejħa pubblika għall-offerti, f'konformità mal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament imsemmi hawn fuq, li jingħata d-dritt li jopera dawn is-servizzi.
2. L-għan tal-istedina għall-parteċipazzjoni fis-sejħa għall-offerti: Il-provvista ta' servizzi tal-ajru bi skeda fuq ir-rotta msemmija hawn fuq mit-12 ta' Jannar 2009 f'konformità mal-obbligu ta' servizz pubbliku kif ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 143 ta' l-10 ta' Ġunju 2008.
3. Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti: Kull trasportatur tal-ajru li għandu liċenzja valida tal-operat maħruġa minn Stat Membru f'konformtià mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar liċenzjar ta' air carriers [trasportaturi tal-ajru], u ċertifikat xieraq ta' trasportatur tal-ajru jista' jopera dawn is-servizzi.
4. Il-proċedura tas-sejħa għall-offerti: Din l-istedina għall-parteċipazzjoni fis-sejħa għall-offerti hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1)(d), (e), (f), (g), (h) u (i) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92.
5. Id-dokumentazzjoni tas-sejħa għall-offerti: Id-dokumentazzjoni sħiħa tas-sejħa għall-offerti, li jinkludi r-regoli speċifiċi li jirregolaw l-istedina għall-parteċipazzjoni fis-sejħa għall-offerti, jista' jinkiseb għall-prezz ta' EUR 100 mill- Instituto Nacional da Aviação Civil I.P., Rua B, Edifícios 4, 5, e 6 — Aeroporto da Portela 4, P-1749-034 Liżbona.
6. Kumpens finanzjarju: L-offerti li jintefgħu għandhom jindikaw b'mod espliċitu l-ammont meħtieġ bħala kumpens finanzjarju għall-operat tas-servizz għal tliet snin mid-data skedata tal-bidu (bid-dettalji tat-tqassim ta' kull sena) Jekk l-offerti jkunu jinkludu l-operat ta' titjiriet fi tmiem il-ġimgħa, dawn ma għandhom jagħtu lok għall-ebda żieda fil-kontribut finanzjarju li għandu jagħmel l-Istat Membru. L-impatt finanzjarju li jirriżulta mill-operat ta' titjiriet is-Sibtijiet u/jew il-Ħdud (li ma għandux jiġġarrab mill-Istat Membru) ikollu jiġi spjegat u ġġustifikat kif xieraq fil-proposta ta' dak li jitfa' l-offerta. L-ammont preċiż tal-kumpens li għandu jingħata fl-aħħar jiġi ffissat ta' kull sena “ex post”, abbażi tal-ispejjeż li tagħhom tingħata prova u d-dħul realment iġġenerat mis-servizz, sal-ammont stabbilit fis-sejħa għall-offerti.
7. Nollijiet: L-offerti ta' dawk li jitfgħu l-offerta għandhom jindikaw in-nollijiet previsti, li jeħtiġilhom ikunu skont l-obbligi ta' servizz pubbliku ppubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 143 tal-10 ta' Ġunju 2008.
8. It-tul, l-emendar u t-tmiem tal-kuntratt: Il-kuntratt se jidħol fis-seħħ fit-12 ta' Jannar 2009 u jintemm tliet snin wara. L-ammont tal-kumpens finanzjarju jista' jiġi rivedut jekk ikun hemm tibdiliet mhux previsti fil-kundizzjonijiet tal-operat.
9. Penalitajiet: Jekk l-operatur ma jkunx jista' jopera s-servizz minħabba forza maġġuri (“force majeure”), l-ammont tal-kumpens finanzjarju jista' jitnaqqas b'mod proporzjonat għal mat-titjiriet li ma jkunux saru. Jekk it-trasportatur jonqos milli jopera s-servizz għal raġunijiet għajr dawk ta' forza maġġuri jew inkella jonqos milli jaqdi l-obbligu ta' servizz pubbliku, l-awtoritajiet Portugiżi jistgħu:
inaqqsu l-ammont tal-kumpens finanzjarju b'mod proporzjonat għal mat-titjiriet li ma jkunux saru,
jibdew proċedimenti legali fejn skont tali proċedimenti jkunu jistgħu jiġu applikati multi u penalitajiet addizzjonali pprovduti fil-liġi,
japplikaw penalitajiet kuntrattwali,
itemmu l-kuntratt, f'konformità mal-liġi Portugiża, mingħajr ħsara għas-sitwazzjonijiet ipprovduti fil-kuntratt f'dan ir-rigward,
jinvokaw ir-raġunijiet għar-revoka pprovduti fil-liġi Portugiża u fil-kuntratt tal-liċenzja.
10. It-tfigħ tal-offerti:
(1) |
L-offerti għandhom jintefgħu sa mhux aktar tard mill-17:00 tat-tletin jum wara l-pubbikazzjoni ta' din l-istedina għall-parteċipazzjoni fis-sejħa għall-offerti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
L-offerti u kwalunkwe dokument li jakkumpanjahom jistgħu jitwasslu bl-id — bl-għotja ta' rċevuta tal-wasla — fil-kwartieri ġenerali tal-Instituto Nacional de Aviação Civil I.P., Rua B, Edifícios 4, 5, e 6, Aeroporto da Portela 4, P-1749-034 Liżbona, bejn id-09.00 u l-17.00, jew inkella jintbagħtu bil-posta rreġistrata, sakemm jaslu sad-data u l-ħin stipulati fil-paragrafu 1 hawn fuq. Dak li jitfa' l-offerta għandu jerfa' r-responsabbiltà waħdu għat-twassil tard. |
11. Il-validità tal-istedina għall-parteċipazzjoni fis-sejħa għall-offerti: Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92, il-validità ta' din l-istedina għall-parteċipazzjoni fis-sejħa għall-offerti hija suġġetta għall-kundizzjoni li, sat-2 ta' Diċembru 2008, l-ebda trasportatur tal-ajru tal-Komunità li jkun eliġibbli biex jopera s-servizz ikkonċernat ma jressaq applikazzjoni ta' l-14 ta' Awwissu 2007 biex jopera r-rotot ikkonċernati, skont l-obbligu ta' servizz pubbliku impost, mingħajr ma jirċievi kumpens finanzjarju.
Jekk sal-15 ta' Diċermbru 2008 l-INAC, I.P. jistabbilixxi li trasportatur wieħed, jew iktar, jista' jopera din ir-rotta, skont l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti, din l-istedina, kif ukoll kwalunkwe offerta mitfugħa fi ħdanha, ma tkunx tgħodd.
28.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 219/34 |
It-tħaddim ta' servizzi tal-ajru skedati — Stedina għall-offerti maħruġa mir-Renju Unit skont l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 rigward it-tħaddim ta' servizzi tal-ajru skedati bejn Stornoway-Benbecula u Benbecula-Barra (L-Iskozja)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 219/22)
1. Daħla
Skont l-Artikolu 4(1) (a) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji, ir-Renju Unit impona obbligi tas-servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru skedati li jaħdmu bejn Stornoway-Benbecula u Benbecula-Barra. L-istandards meħtieġa minn dawn l-obbligi tas-servizz pubbliku ġew ippubblikati għal Stornoway-Benbecula fil-ĠU C 53, 4.3.1995, kif inhu modifikat fil-ĠU C 143, 8.5.1998, ĠU C 154, 29.5.2001 u ĠU C 310, 13.12.2002, u kif inhu modifikat iktar tard fil-ĠU C 285, 17.11.2005 u ĠU C 218, 27.8.2008 u ġew ippubblikati għal Benbecula-Barra fil-ĠU C 53, 4.3.1995, kif inhu modifikat fil-ĠU C 143, 8.5.1998, ĠU C 154, 29.5.2001 u ĠU C 310, 13.12.2002 u kif inhu modifikat iktar tard fil-ĠU C 295, 5.12.2003, ĠU C 285, 17.11.2005 u ĠU C 218, 27.8.2008.
Jekk, sal-1 ta' Marzu 2009, l-ebda operatur(i) tat-trasport bl-ajru ma jkun beda (bdew) jew ikun(u) se jibda (jibdew) servizzi tal-ajru skedati bejn Stornoway-Benbecula u Benbecula-Barra skont l-obbligi tas-servizz imposti u mingħajr ma jitlob kumpens, ir-Renju Unit iddeċieda, skont il-proċedura stipulata f'Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament imsemmi hawn fuq, li jkompli jillimita l-aċċess għal dawn ir-rotot għal operatur tat-trasport bl-ajru wieħed biss (għalkemm sabiex ma jkunx hemm dubji operatur tat-trasport wieħed jista' jipprovdi s-servizzi għal dawn iż-żewġ rotot) u jagħti d-dritt li jħaddem dawn is-servizzi mill-1 ta' April 2009 permezz tas-sejħa għall-offerti.
2. L-għan tal-istedina għas-sejħa għall-offerti
It-tħaddim tas-servizzi tal-ajru skedati mill-1 ta' April 2009 bejn Stornoway-Benbecula u Benbecula-Barra skont l-obbligi tas-servizz pubbliku imposti fuq dawn ir-rotot u ppubblikati għal Stornoway-Benbecula fil-ĠU C 53, 4.3.1995, kif inhu modifikat fil-ĠU C 143, 8.5.1998, ĠU C 154, 29.5.2001 u ĠU C 310, 13.12.2002 u kif inhu modifikat iktar tard fil-ĠU C 285, 17.11.2005 u ĠU C 218, 27.8.2008 u ġew ippubblikat għal Benbecula-Barra fil-ĠU C 53, 4.3.1995, kif inhu modifikat fil-ĠU C 143, 8.5.1998, ĠU C 154, 29.5.2001, ĠU C 310, 13.12.2002 u kif inhu modifikat iktar tard fil-ĠU C 295, 5.12.2003, ĠU C 285, 17.11.2005 u ĠU C 218, 27.8.2008.
3. Parteċipazzjoni
Il-parteċipazzjoni hija miftuħa għall-operaturi kollha tat-trasport bl-ajru li għandhom liċenzja valida maħruġa minn Stat Membru skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992, dwar il-liċenzji tal-operaturi tat-trasport bl-ajru. Is-servizzi għandhom joperaw skont ir-reġim regolatorju tal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili (CAA).
4. Proċedura tal-offerti
Din is-sejħa għall-offerti hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-punti (d), (e), (f), (g), (h) u (i) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92.
5. Dossier tal-Offerti /Kwalifiki eċċ.
Id-dokumentazzjoni kollha tal-offerti inklużi l-formuli tal-offerti, l-ispeċifikazzjonijiet, il-kundizzjonijiet tal-kuntratti/skemi, kif ukoll it-testi tal-obbligi tas-servizz pubbliku oriġinali ppubblikati għal Stornoway-Benbecula fil-ĠU C 53, 4.3.1995, kif inhu modifikat fil-ĠU C 143, 8.5.1998, ĠU C 154, 29.5.2001 u ĠU C 310, 13.12.2002 u kif inhu modifikat iktar tard fil-ĠU C 285, 17.11.2005 u ĠU C 218, 27.8.2008 u ġew ippubblikat għal Benbecula-Barra fil-ĠU C 53, 4.3.1995, kif inhu modifikat fil-ĠU C 143, 8.5.1998, ĠU C 154, 29.5.2001, ĠU C 310, 13.12.2002 u kif inhu modifikat iktar tard fil-ĠU C 295, 5.12.2003, ĠU C 285, 17.11.2005 u ĠU C 218, 27.8.2008, tista' tinkiseb bla ħlas mill-Awtorità li tagħti l-kuntratt kif ġej:
Comhairle nan Eilean Siar |
Council Offices |
Sandwick Road, Stornoway |
Isle of Lewis, HS1 2BW |
Scotland |
United Kingdom |
Tel. (44-18) 51 70 94 03 |
Feks (44-18) 51 70 94 82 |
(Kuntatt: Murdo J Gray, Direttur tas-Servizzi Tekniċi) |
Posta elettronika: mgray@cne-siar.gov.uk |
Fid-dokumenti tal-offerti tagħhom il-linji tal-ajru jeħtiġilhom jinkludu evidenza tal-qagħda finanzjarja tagħhom (jekk ikunu disponibbli għandhom jiġu inklużi r-rapport annwali kif ukoll il-kontijiet tal-aħħar 3 snin, verifikati bl-awditur, li jridu jinkludu l-fatturat u l-profitt qabel it-taxxa tal-aħħar 3 snin), l-esperjenza miksuba u l-kapaċità teknika biex jipprovdu s-servizzi deskritti.L-Awtorità li tagħti l-kuntratt tirriżerva id-dritt li titlob iktar informazzjoni dwar ir-riżorsi finanzjarji u tekniċi u l-kapaċitajiet ta' kwalunkwe applikant.
Id-dritt li jitħaddmu s-servizzi Stornoway-Benbecula u Benbecula-Barra qed jiġi offrut fuq il-bażi li jistgħu jingħaqdu flimkien f'kuntratt wieħed, jew jistgħu jsiru offerti sabiex jitħaddem wieħed mis-servizzi jew it-tnejn li huma. Għaldaqstant, l-Awtorità li tagħti l-kuntratti tirriżerva d-dritt tad-diskrezzjoni fl-aċċettazzjoni tal-offerti li għandhom jipprovdu servizz wieħed biss jew iż-żewġ servizzi, u l-persuni li jitfgħu l-offerti għandhom jipprovdu l-ispejjeż separati għal kull offerta; madankollu l-persuni li jitfgħu l-offerti għandhom jinnutaw li l-Awtorità li tagħti l-kuntratti tista' taċċetta wkoll offerti weħedhom għall-provvediment taż-żewġ servizzi, u għandhom jipprovdu l-ispejjeż għal offerti bħal dawn. L-offerti kemm jekk huma separati jew kombinati se jiġu evalwati skont liema offerta(i) għandha (għandhom) l-ikbar vantaġġ ekonomiku sabiex tiżgura (jiżguraw) it-tħaddim taż-żewġ servizzi tul il-perjodi tal-offerta speċifika u rispettiva tagħhom. Barra li l-applikanti kollha jistgħu juru li inġenju tal-ajru speċifiku jista' jaħdem b'sikurezza ġewwa u barra l-ajruporti relevanti, il-persuni li jitfgħu l-offerti jrid ikollhom ukoll, meta tiġi mressqa l-offerta, l-approvazzjoni xierqa mill-awtorità regolatorja relevanti għat-tħaddim tal-aspetti taż-żewġ rotot. L-offerti għandhom jiġu pprezzati bil-Lira Sterlina u d-dokumenti kollha li jakkumpanjawhom għandhom ikunu bl-Ingliż. Il-kuntratt(i) għandu(għandhom) jitqies(u) bħala kuntratt(i) li sar(u) skont il-Liġi Skoċċiża u suġġett(i) għall-ġurisdizzjoni esklussiva tal-Qrati Skoċċiżi.
6. Kumpens finanzjarju
L-offerti mressqa għandhom jindikaw l-ammont meħtieġ bħala għotja għat-tħaddim tas-servizz(i) għall-perjodu speċifikat f'7 hawn taħt mid-data tal-bidu skedata sal-31 ta' Marzu 2012 (b'analiżi kull sena). L-għotja għandha tiġi kkalukulata skont l-ispeċifikazzjonijiet. Il-limitu massimu li finalment jingħata ma jistax jiġi revedut ħlief jekk ikun hemm bidla mhux prevista fil-kundizzjonijiet tat-tħaddim.
Il-kuntratt(i) se jingħata(w) minn Comhairle nan Eilean Siar. Il-ħlasijiet kollha li jsiru skont il-kuntratt(i) għandhom isiru bl-Isterlina.
7. Perjodu ta' validità, emendi u terminazzjoni tal-kuntratt(i)
Kuntratt ta' 3 snin li jibda fl-1 ta' April 2009 se jispiċċa fil-31 ta' Marzu 2012 għas-servizz Stornoway-Benbecula u kuntratt ta' 3 snin li jibda fl-1 ta' April 2009 se jispiċċa fil-31 ta' Marzu 2012 għas-servizz Benbecula-Barra. Kuntratt kombinat għall-provvediment tas-servizzi tal-ajru bejn Stornoway-Benbecula u Benbecula-Barra jibda fl-1 ta' April 2009 u fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi li għandhom x'jaqsmu mal-provvediment ta' dawn is-servizzi tal-ajru drittijiet u obbligi bħal dawn li jinsabu fih għandhom jispiċċaw fil-31 ta' Marzu 2012. Regolament ġdid tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għat-tħaddim ta' servizzi tat-trasport bl-ajru fil-Komunità huwa mistenni li jħassar u jfassal mill-ġdid ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92, (KEE) Nru 2408/92 u (KEE) Nru 2409/92. Il-perjodu ta' dan il-kuntratt se jiġi estiż sal-31 ta' Marzu 2013 jekk dak ir-Regolament, ladarba jiġi adottat u jidħol fis-seħħ qabel l-1 ta' April 2009, jippermetti. Kwalunkwe emenda jew terminazzjoni tal-kuntratt(i) jridu jsiru skont il-kundizzjonijiet tal-kuntratt(i). Se jitħallew li jsiru varjazzjonijiet fis-servizzi biss bis-saħħa tal-ftehim mal-Awtorità li tagħti l-kuntratti.
8. Penali fl-eventwalità ta' nuqqas ta' konformità mal-kuntratt(i) min-naħa tat-trasportatur tal-ajru
Fil-każ li għal kwalunkwe raġuni t-trasportatur tal-ajru ma jirnexxilux jopera xi titjira, suġġett għal li hemm imsemmi wara, Comhairle nan Eilean Siar tista' tnaqqas l-għotja fuq bażi pro rata għal kull darba li t-titjira ma toperax sakemm din ma tnaqqasx l-għotja f'każ li t-titjira ma toperax bħala konsegwenza ta' xi waħda minn dawn li ġejjin, u l-okkorrenza kkonċernata ma rriżultatx mill-aġir jew nuqqas minn naħa tat-trasportatur tal-ajru:
— |
it-temp/kundizzjonijiet tal-baħar, |
— |
għeluq tal-ajruporti, |
— |
raġunijiet ta' sigurtà, |
— |
strajkijiet, |
— |
ragunijiet ta' sikurezza. |
Tinħtieġ ukoll spjegazzjoni mit-trasportatur tal-ajru għal nuqqas ta' tħaddim bħal dan, skont il-kundizzjonijiet tal-kuntratt(i).
9. Id-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti
Xahar (1) wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż.
10. Proċedura ta' applikazzjoni
L-offerti għandhom jintbagħtu fl-indirizz mogħti f'5 hawn fuq u indirizzati lill-Kap Eżekuttiv. Il-persuni li jitħallew jiftħu l-offerti huma persunal magħżul mis-Servizzi Tekniċi u mid-Dipartimenti tal-Kap Eżekuttiv ta' Comhairle nan Eilean Siar.
11. Validità tal-istedina għall-offerti
Skont l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92, il-validità ta' din l-istedina għall-offerti hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-ebda trasportatur tal-Ajru Komunitarju ma jippreżenta, qabel l-1 ta' Marzu 2009, programm għat-tħaddim tar-rotta jew taż-żewġ rotot in kwistjoni li jibda mill-1 ta' April 2009 jew qabel dik id-data skont l-obbligi tas-servizz pubbliku imposti, kif emendati, mingħajr ma jingħata ebda sussidju.
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Kummissjoni
28.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 219/36 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5303 — Arques/SHC)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 219/23)
1. |
Fil-21 ta' Awwissu 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Arques Industries AG (“Arques”, il-Ġermanja) takkwista, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll sħiħ tal-impriża SHC GmbH & Co. KG (“SHC”, il-Ġermanja), li bħalissa hija kkontrollata mill-impriża Siemens AG (“Siemens”, il-Ġermanja), permezz tax-xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija rriżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (numru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5303 — Arques/SHC, fl-indirizz li ġej:
|