|
ISSN 1725-5198 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 200 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 51 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet |
|
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
|
|
2008/C 200/01 |
||
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2008/C 200/02 |
||
|
2008/C 200/03 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2008/C 200/04 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5247 — Daiichi Sankyo/Ranbaxy Laboratories) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
2008/C 200/05 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5275 — Delek Nederland/Salland Olie Holding) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
|
Rettifikazzjonijiet |
|
|
2008/C 200/06 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet
OPINJONIJIET
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
|
6.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 200/1 |
Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u l-bijometrika f'passaporti u dokumenti ta' l-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri
(2008/C 200/01)
IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:
1. INTRODUZZJONI
|
1. |
Fit-18 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat Proposta għal Regolament (minn issa 'l quddiem “il-proposta”) lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li għandha l-għan li temenda r-Regolament (KE) Nru 2252/2004 (1). Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) ma kienx ikkonsultat dwar din il-proposta, għalkemm, skond l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-KEPD, meta tadotta proposta leġislattiva rigward il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta' l-indvidwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali. |
|
2. |
Il-KEPD jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma kkonformatx ma' dan l-obbligu legali tagħha li tikkonsultah u jistenna li fil-ġejjieni jiġi kkonsultat dwar il-proposti kollha li jaqgħu taħt l-ambitu ta' l-Artikolu 28(2). Il-KEPD iddeċieda li joħroġ opinjoni fuq l-inizjattiva tiegħu stess. Minħabba l-karattru obbligatorju ta' l-Artikolu 28 (2), din l-opinjoni għandha tissemma fil-preambolu tat-test. |
|
3. |
L-isfond tal-proposta hu dan li ġej. Fit-13 ta' Diċembru 2004, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2252/2004 dwar l-istandards tas-sigurtà u l-bijometrika għal passaporti u dokumenti oħrajn ta' l-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri sabiex jintroduċu data bijometrika fil-passaporti. Flimkien ma' elementi ta' sigurtà, id-data bijometrika għandha l-għan li ssaħħaħ ir-rabta bejn il-passaport u d-detentur ta' dan id-dokument. Fit-28 ta' Frar 2005, il-Kummissjoni adottat l-ewwel part ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi (2) dwar il-ħażna tax-xbieha tal-wiċċ tad-detentur fuq ċippa mingħajr kuntatt. Fit-28 ta' Ġunju 2006, il-Kummissjoni adottat it-tieni Deċiżjoni (3) dwar il-ħażna ulterjuri ta' żewġ marki tas-swaba' fuq iċ-ċippa tal-passaport. |
|
4. |
Bil-ħsieb li jiġu armonizzati l-eċċezzjonijiet għall-passaport bijometriku, il-proposta żiedet il-miżuri li ġejjin: it-tfal taħt l-età ta' 6 snin huma eżentati mill-obbligu li jittieħdulhom il-marki tas-swaba', u għandhom ukoll ikunu eżentati minn dan ir-rekwiżit, persuni li għalihom huwa fiżikament impossibbli li jittieħdulhom il-marki tas-swaba'. |
|
5. |
Barra minn hekk, il-proposta tintroduċi l-obbligu ta' “persuna waħda-passaport wieħed” li ġie deskritt bħala miżura ta' sigurtà supplimentari u ħarsien addizjonali għat-tfal. |
|
6. |
Il-KEPD jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni ħadet kont tal-punt fir-rigward tal-proċeduri ta' rimedju, li ddikjara fl-opinjonijiet preċedenti tiegħu, kif issemma' fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta. |
|
7. |
Il-KEPD jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma wettqitx valutazzjoni ta' l-impatt dwar din il-proposta. Għalhekk, mhuwiex ċar kif il-Kummissjoni kienet f'pożizzjoni li tevalwa l-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-proposta fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data mingħajr l-appoġġ ta' valutazzjoni rigoruża ta' l-impatt. Analiżi bħal din ma għandhiex tkun limitata għall-infiq minn miżuri ġodda u hija tista' tibbenifika minn kwistjonijiet simili li jkunu tqajmu diġà fil-kuntest ta' proposti oħrajn bħal dik dwar ir-reviżjoni ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni (4). In-nuqqas ta' valutazzjoni ta' l-impatt tenfasizza wkoll il-ħtieġa li ssir reviżjoni tal-limitu ta' l-età indikata fil-proposta kif inhu aktar spjegat fil-parti 2.1 ta' din l-opinjoni. |
2. ANALIŻI TAL-PROPOSTA
2.1. Eżenzjonijiet bijometriċi
|
8. |
F'diversi okkażżjonijiet, il-KEPD irrikonoxxa l-vantaġġi previsti mill-użu ta' bijometriċi, iżda enfasizza wkoll li dawn il-benefiċċji huma dipendenti fuq l-applikazzjoni ta' miżuri stretti ta' salvagwardja. Fl-opinjoni tiegħu dwar is-SIS II (5), l-KEPD ippropona lista mhux eżawrjentia ta' obbligi jew ħtiġiet komuni li għandhom ikunu rispettati meta d-data bijometrika tiġi użata f'sistema. Dawn l-elementi ser jikkontribwixxu sabiex d-detentur ta' passaport ma jkollux għalfejn iġorr il-piż ta' l-imperfezzjonijiet tas-sistema, bħall-impatt ta' identifikazzjoni ħażina jew in-nuqqas ta' reġistrazzjoni. |
|
9. |
Għalhekk, il-KEPD jappoġġa bis-sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni li jiġu introdotti eżenzjonijiet mill-obbligu li jittieħdu l-marki tas-swaba' abbażi ta' l-età tal-persuna jew il-kapaċità tiegħu/tagħha li jittieħdulu/jittieħdulha l-marki tas-swaba'. Dawn l-eżenzjonijiet huma parti mill-proċeduri ta' rimedju li għandhom jiġu implimentati. Il-KEPD jilqa' wkoll-isforz tal-Kummissjoni li tadotta approċċ koerenti fl-istrumenti differenti li jittrattaw kwistjonijiet simili minħabba li diġà ġiet introdotta proposta għall-eżenzjoni fil-proposta għar-reviżjoni ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni. |
|
10. |
Madankollu, il-KEPD għadu jikkunsidra dawn l-eżenzjonijiet mhux sodisfaċenti, minħabba li ma jindirizzawx il-kwistjonijiet potenzjali u rilevanti kollha li tqajmu mill-imperfezzjonijiet li hemm fis-sistemi bijometriċi, u b'mod aktar speċifiku dawk relatati mat-tfal u ma' l-anzjani. |
Il-każ tat-tfal
|
11. |
Fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta, il-Kummissjoni tagħmel referenza għal proġetti pilota f'xi Stati Membri li enfasizzaw li l-marki tas-swaba' minn “tfal taħt l-età ta' 6 snin ma dehrux li kienu ta' kwalità suffiċjenti għal verifika personali ta' l-identità”. Madankollu, ftit li xejn hemm informazzjoni disponibbli dwar dawn il-proġetti pilota u ċ-ċirkostanzi li fihom twettqu; s'issa għadu ma ġiex spjegat xi tfisser “kwalità suffiċjenti”. |
|
12. |
Skond il-KEPD, il-limitu ta' l-età biex jittieħdu l-marki tas-swaba' tat-tfal għandu jkun definit minn studju konsistenti u fil-fond li għandu jidentifika b'mod xieraq l-preċiżjoni tas-sistemi miksuba taħt kondizzjonijiet reali, u li għandu jirrifletti d-diversità tad-data proċessata. Il-proġetti pilota minnhom infushom ma jipprovdux biżżejjed informazzjoni li fuqha jistgħu jiġu bbażati għażliet fundamentali tal-leġislatur Komunitarju. |
|
13. |
Fl-opinjoni tiegħu (6) dwar il-proposta għal Regolament li jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni, il-KEPD diġà enfasizza l-ħtieġa għal studju bħal dan qabel ma ssir kwalunkwe definizzjoni tal-limitu ta' l-età. La l-litteratura xjentifika disponibbli u lanqas l-istudju dwar l-impatt preċedenti mwettaq mill-Kummissjoni fil-kwadru tal-proposta dwar is-Sistema ta' l-Informazzjoni dwar il-Viżi (7) ma ppreżentaw evidenza dwar il-limitu ta' l-età tat-tfal b'bażi soda. |
|
14. |
Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda li l-limitu ta' l-età magħżul fil-proposta għandu jkun ikkunsidrat bħala wieħed proviżorju. Wara tliet snin, il-limitu ta' l-età għandu jkun rivedut u appoġġat minn studju fuq skala kbira u fil-fond. Minħabba s-sensittività tad-data bijometrika, kif ukoll id-dimensjoni kompetittiva tas-sistemi bijometriċi, il-KEPD jissuġġerixxi li dan l-istudju għandu jibbenifika mill-immaniġġar ta' istituzzjoni Ewropea waħda li għandha għarfien espert ċar u faċilitajiet ta' apparat għat-testijiet f'dan il-qasam (8). Il-partijiet interessati rilevanti kollha mill-industrija għall-awtoritajiet ta' l-istati membri għandhom jiġu mistiedna jikkontribwixxu għal dan l-istudju. |
|
15. |
Qabel ma jiġi definit b'mod ċar il-limitu ta' l-età f'dan l-istudju u bil-għan li tiġi evitata kwalunkwe implimentazzjoni perikoluża, il-KEPD jirrakkomanda li l-limitu applikat jikkorrispondi għal dawk li diġà ġew adottati għall-popolazzjonijiet kbar fir-Regolament dwar is-Sistema Eurodac (9) fir-rigward ta' dawk li jfittxu ażil (il-limitu ta' l-età għall-ġbir ta' marki tas-swaba' hu ta' erbatax-il sena) jew il-programm taż-Żjara fl-Istati Uniti (10) (il-limitu ta' l-età huwa wkoll ta' erbatax-il sena). Dawn il-limit setgħu kienu anke ftit aktar baxxi minħabba li l-użu tad-data bijometrika hu strettament limitat għall-proċess ta' verifika (paragun ta' wieħed ma' wieħed) skond l-Artikolu 4 (3) tar-Regolament (KE) Nru 2252/2004. Fil-fatt, normalment isiru anqas żbalji minn proċess bħal dan, b'paragun ma' proċess ta' identifikazzjoni (paragun 1 għal n) li jippreżenta rati iżjed għolja. |
Il-każ ta' l-anzjani
|
16. |
L-imperfezzjonijiet tas-sistemi ta' marki tas-swaba' ma jikkonċernawx biss it-tfal iż-żgħar iżda wkoll l-anzjani. Fil-fatt, ġie muri li l-preċiżjoni u l-potenzjal ta' l-użu tal-marki tas-swaba' jonqsu hekk kif il-persuni javvanzaw fl-età (11) u li aspetti ta' konvenjenza u ergonomija huma wkoll speċjalment rilevanti. B'konformità mar-raġunament tal-limitu ta' l-età tat-tfal, il-KEPD jirrakkomanda li, bħala eżenzjoni addizzjonali, jiġi introdott limitu ta' l-età għall-anzjani li jista' jkun ibbażat fuq esperjenzi simili fis-seħħ (Iż-Żjara fl-Istati Uniti għandha limitu ta' 79 sena). Il-kwalità tal-marki tas-swaba' għall-proċessi ta' reġistru u tqabbil għandha wkoll tkun parti mill-istudju propost aktar kmieni. |
|
17. |
Fl-aħħarnett, il-KEPD ifakkar li dawn l-eżenzjonijiet m'għandhom bl-ebda mod ikasbru jew jiddiskriminaw kontra dawk l-individwi li għandhom ikunu eżentati, minħabba l-età tagħhom bħala prinċipju ta' prekawzjoni jew minħabba li jippreżentaw marki tas-swaba' li huwa ċar li ma jistgħux jinqraw. |
2.2. “Persuna waħda — passaport wieħed”
|
18. |
Kif inhu spjegat fis-sit elettroniku ta' l-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), ir-rakkomandazzjoni għall-“kunċett persuna waħda-passaport wieħed” (12) ġiet imfassla prinċipalment bħala soluzzjoni potenzjali għar-riżoluzzjoni tan-nuqqas ta' standardizzazzjoni fir-rigward tal-passaporti tal-familja u l-iżvilupp ta' passaporti li jistgħu jinqraw minn magna. Il-KEPD jirrikonoxxi li dan il-kunċett jista', bħala benefiċċju addizzjonali, jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-traffikar tat-tfal. Madankokku, l-għan prinċipali ta' passaport hu li jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar taċ-ċittadini Ewropej u mhux il-ġlieda kontra s-sekwestru ta' tfal li għaliha qed jiġu żviluppati miżurikonkreti u effiċjenti addizzjonali. |
|
19. |
Skond studju reċenti (13), il-biċċa l-kbira tar-riskji tat-traffikar jew is-sekwestru huma assoċjati mal-minuri li jivjaġġaw waħedhom. Huwa ċar li għal din il-kategorija, il-pussess ta' dokument ta' l-ivvjaġġar personali jikkostitwixxi ħarsien ulterjuri. Madankollu, għandu jkun issottolinjat li skond l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru (IATA), tfal taħt l-età ta' 6 snin mhumiex permessi jivjaġġaw mingħajr il-persuna li għandha s-setgħa tal-ġenitur. |
|
20. |
Fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta, il-Kummissjoni turi l-ħtieġa għal din il-miżura ta' sigurtà permezz ta' eżempju ta' ġenitur u t-tfal tiegħu rreġistrati fl-istess passaport, u l-fatt li d-data bijometrika tat-tfal ma għandux jiddaħħal fiċ-ċippa filwaqt li għandu jiddaħħal biss dak tal-ġenitur. Għandu jkun issottolinjat li, fi kwalunkwe każ, għat-tfal ta' taħt l-limitu ta' l-età propost mill-Kummissjoni d-data bijometrika tagħhom ma għandhiex tiddaħħal fil-passaport. F'dan il-każ, il-piż tan-nefqa addizzjonali u l-proċedura għall-ġenituri, kif ukoll il-ġabra addizzjonali ta' data personali fir-rigward tat-tfal, jidher li huma eċċessivi meta wieħed jikkunsidra l-valur miżjud potenzjali li joffri dan il-prinċipju. |
|
21. |
Għandu jkun issottolinjat ukoll li l-ftuħ ta' aċċess għal u reġistru ta' data teknikament vijabbli (permezz tal-provvista ta' passaport bijometriku lit-tfal li huma eżentati) f'ħafna każijiet, isir mezz b'saħħtu li jwassal għall-adeżjoni de facto jew għall-ġabra ta' dik id-data. Wieħed jista' jassumi mingħajr periklu, li jintużaw mezzi tekniċi ladarba dawn ikunu disponibbli; fi kliem ieħor, xi drabi huma l-mezzi li jintużaw li jiġġustifikaw ir-riżultat li jinkiseb u mhux bil-kontra. Dan jista' jwassal għal talbiet sussegwenti għal ħtiġiet anqas stretti (u limitu ta' l-età aktar baxx) biex jiġi ffaċilitat l-użu ta' dawn id-disponibbiltajiet tekniċi. Għalhekk, il-bidliet legali jistgħu biss jikkonfermaw il-prattiki li huma fis-seħħ diġà. |
|
22. |
Il-KEPD jirrakkomanda li l-prinċipju ta' “persuna waħda-passaport wieħed” japplika biss għat-tfal 'il fuq mill-limitu ta' l-età propost mill-Kummissjoni jew dak li ser jiġi rivedut u kkonfermat mill-istudju msemmi aktar kmieni. |
2.3. Dokumenti “ta' nisel”
|
23. |
Il-ħruġ ta' passaport fl-Istati Membri ta' l-UE hu trattat skond il-liġi nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri. Il-liġi nazzjonali teħtieġ il-preżentazzjoni ta' diversi dokumenti, bħaċ-ċertifikat tat-twelid, iċ-ċertifikat ta' ċittadinanza, il-ktieb tal-familja, l-awtorizzazzjoni tal-ġenituri, il-liċenzja tas-sewqan, il-kontijiet ta' utilità, eċċ. Dawn id-dokumenti huma normalment imsejħa dokumenti “ta' nisel”, minħabba li l-passaporti jistgħu joħorġu minnhom. |
|
24. |
F'dan ir-rigward, hemm differenzi kbar bejn il-liġijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea. Il-mod kif jiġu prodotti d-dokumenti “ta' nisel” fl-Istati Membri kif ukoll id-dokumenti li huma meħtieġa għall-ħruġ ta' passaport juru diversità kbira ta' sitwazzjonijiet u proċeduri, li huma previsti li jnaqqsu l-kwalità tad-data fil-passaporti u anke trawwem ir-riskju ta' serq ta' identità. |
|
25. |
Minħabba li normalment igawdu minn anqas karatteristiċi ta' sigurtà, id-dokumenti “ta' nisel” huma aktar soġġetti għall-kontrafazzjoni u l-falsifikazzjoni meta mqabbla ma' passaport imsaħħaħ permezz ta' l-użu ta' data bijometrika mħarsa minn sistemi tal-PKI (Public Key Infrastructure). |
|
26. |
Għalkemm il-KEPD jilqa' l-objettiv tal-Kummissjoni li ssaħħaħ il-miżuri ta' sigurtà tal-passaport, hu jixtieq jenfasizza li l-passaport huwa biss ħolqa waħda ta' katina ta' sigurtà li tibda minn dawn id-dokumenti “ta' nisel” u tispiċċa fil-postijiet ta' kontroll mal-fruntieri; u li din il-katina tista' titqies sigura daqs l-idgħjef ħolqa tagħha. Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda lill-Kummissjoni li tipproponi miżuri addizzjonali għall-armonizzazzjoni tal-mod li bih jiġu prodotti d-dokumenti “ta' nisel” u liema minnhom huma meħtieġa għal passaport. |
2.4. Implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2252/2004 u kwistjonijiet li qegħdin jinbtu
Il-ħażna ta' data bijometrika
|
27. |
Skond stħarriġ fil-fond (14) imwettaq mill-Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Data ta' l-Artikolu 29 fuq talba tal-kumitat LIBE tal-Parlament Ewropew u ffukat fuq il-prattiki ta' l-implimentazzjoni fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 2252/2004, diversi Stati Membri pprevedew l-implimentazzjoni ta' database ċentrali għall-ħażna tad-data bijometrika tal-passaport. Għalkemm huwa possibbli għal Stat Membru li jimplimenta biss proċedura ta' verifika ta' data bijometrika permezz ta' l-użu ta' database ċentralizzata, minħabba li hemm limitu strett fir-Regolament, din l-għażla tippreżenta riskji addizzjonali fir-rigward tal-ħarsien ta' data personali, bħall-iżvilupp ta' finijiet ulterjuri mhux previsti fir-regolament, jew saħansitra spedizzjonijiet ta' sajd fid-database li huma diffiċli li jittaffew (15). |
|
28. |
Il-KEPD jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri ta' armonizzazzjoni ulterjuri sabiex timplimenta bissl-użu ta' ħażna deċentralizzata (fiċ-ċippa ta' bla fili tal-passaport) fir-rigward tad-data bijometrika miġbura għal passaporti ta' l-Istati Membri. |
Proċessi ta' reġistru u qbil
|
29. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (16) tat-28 ta' Ġunju 2006, C(2006) 2909, iddefiniet biss il-format u l-kwalità tax-xbiehat tal-marki tas-swaba' li għandhom jiġu proċessati kif ukoll il-mod li bih iridu jiġu mħarsin (il-Kontroll Estiż ta' l-Aċċess). Fil-proposta m'hemm l-ebda indikazzjoni la dwar ir-rata ta' Nuqqas ta' Reġistrazzjoni (FER) u lanqas tar-rati fir-rigward tal-proċess ta' qbil. Fil-fatt, il-proposta pprevediet proċedura ta' rimedju għat-tfal iż-żgħar (il-limitu ta' l-età), iżda l-limitu li jindika meta l-marki tas-swaba' mhumiex tajbin biżżejjed biex jiġu rreġistrati mhuwiex definit. |
|
30. |
Fir-rigward tal-proċess ta' qbil, il-proposta tonqos ukoll milli tiddefinixxi liema Rata ta' Rifjut Falz (FRR) għandha tiġi applikata fil-fruntieri u kif għandhom jiġu trattati l-persuni li jidhru li ġew rifjutati b'mod falz. Dan in-nuqqas ta' rati uniformi jista' jwassal għal proċessi differenti ta' data bijometrika ta' ċittadini ta' l-UE, skond il-fruntiera magħżula mill-persuna għall-aċċess taż-żona Schengen, u għalhekk, jista' jwassal għal nuqqas ta' trattament ugwali taċ-ċittadini Ewropej fir-rigward tar-riskju residwu tas-sistemi bijometriċi. Minħabba li l-proċess hu wieħed ta' verifika wieħed ma' wieħed, il-KEPD jirrikonoxxi li l-FFR għandha tkun aktar baxxa minn dik applikata għal proċess ta' identifikazzjoni u għalhekk għandu jkun hemm anqas każijiet li jridu jiġu trattati. Madankollu, il-proċeduri ta' rimedju jridu wkoll jiġu definiti b'mod armonizzat u sodisfaċenti għal dawk il-persuni. |
|
31. |
Il-KEPD jirrakkomanda lill-Kummissjoni li tipproponi rati komuni għall-proċessi ta' reġistru u ta' qbil kompluti permezz ta' proċeduri ta' rimedju flimkien ma' l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri. |
3. KONKLUŻJONI
|
32. |
L-emendi proposti għar-regoli eżistenti dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u l-bijometrika fil-passaporti u d-dokumenti ta' l-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri, jagħtu lok għal kwistjonijiet simili bħal dawk li tqajmu fl-opinjonijiet preċedenti, għalkemm il-KEPD jilqa' l-fatt li issa ttieħed kont tal-ħtieġa għal proċeduri ta' rimedju. |
|
33. |
Il-KEPD jilqa' wkoll l-introduzzjoni ta' eżenzjonijiet ibbażati fuq l-età tal-persuna u l-kapaċità li tiegħu/tagħha li jittieħdulu/jittieħdulha l-marki tas-swaba', kif ukoll l-isforz li jiġi adottat approċċ koerenti fi strumenti differenti li jittrattaw kwistjonijiet simili. |
|
34. |
Madankollu, il-KEPD għadu jqis dawn l-eżenzjonijiet mhux sodisfaċenti, minħabba li ma jindirizzawx il-kwistjonijiet potenzjali u rilevanti kollha li jirriżultaw mill-imperfezzjonijiet li hemm fis-sistemi bijometriċi, u b'mod aktar speċifiku dawk relatati mat-tfal u ma' l-anzjani. |
|
35. |
Għalhekk, il-limitu ta' l-età għat-tfal għandu jiġi definit minn studju konsistenti u fil-fond li għandu jidentifika b'mod xieraq l-preċiżjoni tas-sistemi miksuba taħt kondizzjonijiet reali, u li għandu jirrifletti d-diversità tad-data proċessata. L-istudju għandu jitwettaq minn istituzzjoni Ewropea b'għarfien espert ċar u faċilitajiet xierqa f'dan il-qasam. |
|
36. |
Qabel ma jiġi definit il-limitu ta' l-età mill-istudju u sabiex tiġi evitata l-implimentazzjoni perikoluża, il-limitu proviżorju għandu jikkorrispondi għal dawk li diġà ġew adottati għall-popolazzjonijiet kbar, jew fis-sistema Eurodac jew fil-programm taż-Żjara fl-Istati Uniti (l-età ta' erbatax-il sena), jew ikun ftit aktar baxx fil-kuntest tal-proċess ta' verifika biss. |
|
37. |
Għandu jiġi introdott bħala eżenzjoni addizzjonali l-limitu ta' l-età għall-anzjani li jista' jkun ibbażżat fuq esperjenzi simili (Żjara fl-Istati Uniti: l-età ta' 79 sena). Eżenzjonijiet bħal dawn ma għandhom bl-ebda mod ikasbru jew jiddiskriminaw kontra l-individwi kkonċernati. |
|
38. |
Il-prinċipju ta' “persuna waħda-passaport wieħed” għandu jiġi applikat biss għat-tfal ta' età 'il fuq mill-limitu ta' l-età rilevanti. |
|
39. |
Minħabba d-diversità eżistenti skond il-liġijiet nazzjonali fir-rigward ta' dokumenti meħtieġa għall-ħruġ ta' passaporti, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri addizzjonali biex jiġu armonizzati l-produzzjoni u l-użu ta' dokumenti “ta' nisel” bħal dawn. |
|
40. |
Il-Kummissjoni għandha tipproponi wkoll miżuri ta' armonizzazzjoni ulterjuri sabiex timplimenta biss l-ħażna deċentralizzata ta' data bijometrika miġbura għal passaporti ta' l-Istati Membri. |
|
41. |
Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni għandha tipproponi rati komuni għall-proċessi ta' reġistru u ta' qbil kompluti permezz ta' proċeduri ta' rimedju flimkien ma' l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri. |
Magħmul fi Brussell, fis-26 ta' Marzu 2008.
Peter HUSTINX
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) COM(2007) 619 finali.
(2) Deċiżjoni C(2005) 409 tista' tinsab hawn:
http://ec.europa.eu/justice_home/doc_centre/freetravel/documents/doc_freetravel_documents_en.htm
(3) Deċiżjoni C(2006) 2909 tista' tinsab hawn:
http://ec.europa.eu/justice_home/doc_centre/freetravel/documents/doc_freetravel_documents_en.htm
(4) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għal missjonijiet diplomatiċi u pożizzjonijiet konsulari fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' bijometriċi inklużi dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tar-riċeviment u l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal viża (COM(2006) 269 finali).
(5) Opinjoni tad-19 ta' Ottubru 2005 dwar tliet Proposti fir-rigward tas-Sistema ta' Informazzjoni Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (COM(2005) 230 finali, COM(2005)236 finali u COM(2005) 237 finali), ĠU C 91, 19.4.2006, p. 38.
(6) Opinjoni tas-27 ta' Ottubru 2006 dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għal missjonijiet diplomatiċi u pożizzjonijiet konsulari fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' bijometriċi inklużi dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tar-riċeviment u l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal viża (COM(2006) 269 finali) — 2006/0088 (COD), ĠU C 321, 29.12.2006, p. 38.
(7) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sistema ta' l-Informazzjoni dwar il-Viżi (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal żjarat qosra (COM(2004) 835 finali) ippreżentata mill-Kummissjoni fit-28 ta' Diċembru 2004.
(8) Il-KEPD jissuġġerixxi l-possibbiltà li ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea għandu jkun fdat b'din il-missjoni.
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 tal-11 ta' Diċembru 2000 dwar l-istabbiliment ta' “Eurodac” għat-tqabbil ta' marki tas-swaba għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin, ĠU L 316, 15.12.2000, p. 1.
(10) l-eżenzjonijiet dwar iż-żjarat ta' l-Istati Uniti jistgħu jinsabu hawn:
http://www.dhs.gov/xtrvlsec/programs/editorial_0527.shtm
(11) Fingerprint Image Quality Evaluation: Elderly and Younger Populations N.C. Sickler & S.J. Elliott, Ph.D., Department of Industrial Technology, School of Technology, Purdue University, West Lafayette, IN 47907,
A. Hicklin and R. Khanna, The Role of Data Quality in Biometric Systems, MTS, 9 February 2006,
(12) http://www.icao.int/icao/en/atb/fal/passport_concept.htm
(13) L-istudju jista' jinsab hawn:
http://www.childfocus.be/fr/activities_5_2.php?id=112
Sommarju Ingliż ta' l-istudju jista' jinsab hawn:
http://www.childfocus.be/uploads/documents/114-414-samenvatting %20eng %20definitief.doc
(14) Ara l-ittra ta' l-10 ta' Diċembru 2007, bl-anness, mill-President tal-Grupp ta' Ħidma ta' l-Artikolu 29 lill-President tal-Kumitat LIBE dwar il-passaporti ta' l-UE, f'dawn is-siti:
http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/docs/wpdocs/others/2007_12_10_letter_cavada_biopassports_en.pdf
http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/docs/wpdocs/others/2007_12_10_letter_cavada_biopassports_replies_en.pdf
(15) Ara l-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma ta' l-Artikolu 29 nru 3/2005 tat-30 ta' Settembru 2005 (WP 112).
(16) Ara in-nota 3 f'qiegħ il-paġna.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
|
6.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 200/6 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
Il-5 ta' Awwissu 2008
(2008/C 200/02)
1 euro=
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,5487 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
167,06 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4606 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,79285 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,4622 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,6312 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
122,74 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,0315 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
23,928 |
|
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
235,13 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7049 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
3,2159 |
|
RON |
Leu Rumen |
3,4965 |
|
SKK |
Krona Slovakka |
30,375 |
|
TRY |
Lira Turka |
1,7882 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6890 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,6168 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
12,0873 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
2,1388 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,1339 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 575,80 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,4340 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
10,6173 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,2173 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 059,10 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
5,0666 |
|
PHP |
Peso Filippin |
68,140 |
|
RUB |
Rouble Russu |
36,4325 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
52,075 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,4308 |
|
MXN |
Peso Messikan |
15,3331 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
6.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 200/7 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Il-ħatra tal-membri tal-Korp ta' Konċiljazzjoni stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 885/2006 tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEGG u tal-Feader
(2008/C 200/03)
|
1. |
Il-Kummissjoni ħatret bħala president: is-Sur Daniel PERRIN (FR) (mill-1 ta' Awwissu 2008 sal-31 ta' Lulju 2011). |
|
2. |
Il-Kummissjoni ħatret bħala membri: is-Sinjura Concepción SÁNCHEZ TRUJILLANO (ES) (mill-1 ta' Awwissu 2008 sal-31 ta' Lulju 2011), is-Sur George TREVELYAN (UK) (mill-1 ta' Awwissu 2008 sal-31 ta' Lulju 2011). |
|
3. |
Il-Kummissjoni ħatret bħala membri sostituti lil: is-Sur Toomas KEVVAI (EE) (mill-1 ta' Awwissu 2008), is-Sur Jaroslaw OLESNIEWICZ (PL) (mill-1 ta' Awwissu 2008), is-Sur Bart BRADY (IE) (mill-1 ta' Awwissu 2008), is-Sur Ian George PEARSON (UK) (mill-1 ta' Awwissu 2008). |
V Avviżi
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Kummissjoni
|
6.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 200/8 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5247 — Daiichi Sankyo/Ranbaxy Laboratories)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 200/04)
|
1. |
Fit-30 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Daiichi Sankyo Company, Limited (“DS”, il-Ġappun) takkwista, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' l-impriża Ranbaxy Laboratories Limited, l-Indja (“Ranbaxy”, l-Indja) permezz tax-xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5247 — Daiichi Sankyo/Ranbaxy Laboratories, fl-indirizz li ġej:
|
|
6.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 200/9 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5275 — Delek Nederland/Salland Olie Holding)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 200/05)
|
1. |
Fit-30 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li bih l-impriża Delek Nederland BV (“Delek”, l-Olanda) li hija proprjetà ta' Delek Group takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' l-impriża Salland Olie Holding BV (“Salland”, l-Olanda) permezz ta' xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5275 — Delek Nederland/ Salland Olie Holding, f'dan l-indirizz:
|
Rettifikazzjonijiet
|
6.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 200/10 |
Corrigendum tal-Aġġornament tal-lista ta' postijiet tal-qsim tal-fruntieri msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jikkontrollaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)
(2008/C 200/06)
In-notifika Franċiża għandha tinqara kif ġej:
“FRANZA
Sostituzzjoni ta' l-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1
Fruntieri ta' l-ajru
|
(1) |
Abbeville |
|
(2) |
Agen-la Garenne |
|
(3) |
Ajaccio-Campo dell'Oro |
|
(4) |
Albi-le Séquestre |
|
(5) |
Amiens-Glisy |
|
(6) |
Angers-Marcé |
|
(7) |
Angoulême-Brie-Champniers |
|
(8) |
Annecy-Methet |
|
(9) |
Annemasse |
|
(10) |
Auxerre-Branches |
|
(11) |
Avignon-Caumont |
|
(12) |
Bâle-Mulhouse |
|
(13) |
Bastia-Poretta |
|
(14) |
Beauvais-Tillé |
|
(15) |
Bergerac-Roumanière |
|
(16) |
Besançon-la Vèze |
|
(17) |
Béziers-Vias |
|
(18) |
Biarritz-Bayonne-Anglet |
|
(19) |
Bordeaux-Mérignac |
|
(20) |
Bourges |
|
(21) |
Brest-Guipavas |
|
(22) |
Caen-Carpiquet |
|
(23) |
Cahors-Lalbenque |
|
(24) |
Calais-Dunkerque |
|
(25) |
Calvi-Sainte-Catherine |
|
(26) |
Cannes-Mandelieu |
|
(27) |
Carcassonne-Salvaza |
|
(28) |
Castres-Mazamet |
|
(29) |
Châlons-Vatry |
|
(30) |
Chambéry-Aix-les-Bains |
|
(31) |
Châteauroux-Déols |
|
(32) |
Cherbourg-Mauperthus |
|
(33) |
Clermont-Ferrand-Aulnat |
|
(34) |
Colmar-Houssen |
|
(35) |
Courchevel |
|
(36) |
Deauville-Saint-Gatien |
|
(37) |
Dieppe-Saint-Aubin |
|
(38) |
Dijon-Longvic |
|
(39) |
Dinard-Pleurtuit |
|
(40) |
Dôle-Tavaux |
|
(41) |
Epinal-Mirecourt |
|
(42) |
Figari-Sud Corse |
|
(43) |
Gap-Tallard |
|
(44) |
Genève-Cointrin |
|
(45) |
Granville |
|
(46) |
Grenoble-Saint-Geoirs |
|
(47) |
Hyères-le Palivestre |
|
(48) |
Issy-les-Moulineaux |
|
(49) |
La Môle |
|
(50) |
Lannion |
|
(51) |
La Rochelle-Laleu |
|
(52) |
Laval-Entrammes |
|
(53) |
Le Castelet |
|
(54) |
Le Havre-Octeville |
|
(55) |
Le Mans-Arnage |
|
(56) |
Le Touquet-Paris-Plage |
|
(57) |
Lille-Lesquin |
|
(58) |
Limoges-Bellegarde |
|
(59) |
Lognes-Emerainville |
|
(60) |
Lorient-Lann-Bihoué |
|
(61) |
Lyon-Bron |
|
(62) |
Lyon-Saint-Exupéry |
|
(63) |
Marseille-Provence |
|
(64) |
Meaux-Esbly |
|
(65) |
Megève |
|
(66) |
Metz-Nancy-Lorraine |
|
(67) |
Monaco-Héliport |
|
(68) |
Montbéliard-Courcelles |
|
(69) |
Montpellier-Méditérranée |
|
(70) |
Morlaix-Ploujean |
|
(71) |
Nancy-Essey |
|
(72) |
Nantes-Atlantique |
|
(73) |
Nevers-Fourchambault |
|
(74) |
Nice-Côte d'Azur |
|
(75) |
Nîmes-Garons |
|
(76) |
Orléans-Bricy |
|
(77) |
Orléans-Saint-Denis-de-l'Hôtel |
|
(78) |
Paris-Charles de Gaulle |
|
(79) |
Paris-le Bourget |
|
(80) |
Paris-Orly |
|
(81) |
Pau-Pyrénées |
|
(82) |
Perpignan-Rivesaltes |
|
(83) |
Poitiers-Biard |
|
(84) |
Pontarlier |
|
(85) |
Pontoise-Cormeilles-en-Vexin |
|
(86) |
Quimper-Pluguffan |
|
(87) |
Reims-Champagne |
|
(88) |
Rennes Saint-Jacques |
|
(89) |
Roanne-Renaison |
|
(90) |
Rodez-Marcillac |
|
(91) |
Rouen-Vallée de Seine |
|
(92) |
Saint-Brieuc-Armor |
|
(93) |
Saint-Etienne-Bouthéon |
|
(94) |
Saint-Nazaire-Montoir |
|
(95) |
Saint-Yan |
|
(96) |
Strasbourg-Entzheim |
|
(97) |
Tarbes-Ossun-Lourdes |
|
(98) |
Toulouse-Blagnac |
|
(99) |
Tours-Saint-Symphorien |
|
(100) |
Toussus-le-Noble |
|
(101) |
Troyes-Barberey |
|
(102) |
Valence-Chabeuil |
|
(103) |
Valenciennes-Denain |
|
(104) |
Vesoul-Frotey |
|
(105) |
Vichy-Charmeil |
Fruntieri tal-baħar
|
(1) |
Ajaccio |
|
(2) |
Bastia |
|
(3) |
Bayonne |
|
(4) |
Bonifacio |
|
(5) |
Bordeaux |
|
(6) |
Boulogne |
|
(7) |
Brest |
|
(8) |
Caen-Ouistreham |
|
(9) |
Calais |
|
(10) |
Calvi |
|
(11) |
Cannes-Vieux Port |
|
(12) |
Carteret |
|
(13) |
Cherbourg |
|
(14) |
Concarneau |
|
(15) |
Dieppe |
|
(16) |
Douvres |
|
(17) |
Dunkerque |
|
(18) |
Granville |
|
(19) |
Honfleur |
|
(20) |
La Rochelle-La Pallice |
|
(21) |
Le Havre |
|
(22) |
Les Sables-d'Olonne-Port |
|
(23) |
L'lle-Rousse |
|
(24) |
Lorient |
|
(25) |
Marseille |
|
(26) |
Monaco-Port de la Condamine |
|
(27) |
Nantes-Saint-Nazaire |
|
(28) |
Nice |
|
(29) |
Port-de-Bouc-Fos/Port-Saint-Louis |
|
(30) |
Port-la-Nouvelle |
|
(31) |
Porto-Vecchio |
|
(32) |
Port-Vendres |
|
(33) |
Propriano |
|
(34) |
Roscoff |
|
(35) |
Rouen |
|
(36) |
Saint-Brieuc (maritime) |
|
(37) |
Saint-Malo |
|
(38) |
Sète |
|
(39) |
Toulon |
|
(40) |
Villefranche-sur-Mer |
Fruntieri ta' l-art
Ma' l-IŻVIZZERA
|
(1) |
Bâle-Mulhouse aéroport (Passaġġ pedonali bejn is-setturi) |
|
(2) |
Bois-d'Amont |
|
(3) |
Chatel |
|
(4) |
Col France |
|
(5) |
Delle route |
|
(6) |
Evian Port |
|
(7) |
Ferney-Voltaire |
|
(8) |
Ferrières-sous-Jougne |
|
(9) |
Gare de Genève-Cornavin |
|
(10) |
Goumois |
|
(11) |
La Cure |
|
(12) |
Les Verrières route |
|
(13) |
Moëllesulaz |
|
(14) |
Pontarlier-gare |
|
(15) |
Poste autoroute Saint-Julien-Bardonnex |
|
(16) |
Prévessin |
|
(17) |
Saint-Gingolph |
|
(18) |
Saint-Julien-Perly |
|
(19) |
Saint-Louis autoroute |
|
(20) |
Saint-Louis-Bâle-gare ferroviaire |
|
(21) |
Vallard-Thonex |
|
(22) |
Vallorbe (Ferroviji internazzjonali) |
|
(23) |
Vallorcine |
|
(24) |
Veigy |
Mar-RENJU UNIT
(kollegament fiss min-naħa għall-oħra taċ-Channel)
|
(1) |
Gare d'Ashford International |
|
(2) |
Gare d'Avignon-Centre |
|
(3) |
Cheriton/Coquelles |
|
(4) |
Gare de Chessy-Marne-la-Vallée |
|
(5) |
Gare de Fréthun |
|
(6) |
Gare de Lille-Europe |
|
(7) |
Gare de Londres-Waterloo |
|
(8) |
Gare de Paris-Nord |
Ma' ANDORRA
|
(1) |
Pas de la Case-Porta”. |