ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 195

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
1 ta' Awwissu 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 195/01

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 195/02

Rata tal-kambju ta' l-euro

3

2008/C 195/03

OpinjonI tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Amalgamazzjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu ta' l-20 ta' Frar 2008 dwar abbozz ta' deċiżjoni relatat mal-Każ COMP/M.4747 — IBM/Telelogic — Relatur: Spanja

4

2008/C 195/04

Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Seduta fil-Każ COMP/M.4747 — IBM/Telelogic (Skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/462/KE, KEFA tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' riferenza għall-Uffiċjali tas-Seduta f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

5

2008/C 195/05

Sommarju ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2008 li tiddikkjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.4747 — IBM/Telelogic)

6

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni

2008/C 195/06

Sejħa għal proposti — EAC/26/08 — L-azzjoni preparatorja Amicus

9

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2008/C 195/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5279 — Linde/Flowserve/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

12

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

1.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 195/1


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 195/01)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

30.4.2008

Għajnuna Nru

NN 43/07 (ex N 31/06)

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Náhrada za ztráty a škody na předmětech poskytnutých pro významné veřejné výstavy

Il-bażi legali

Zákon o některých druzích podpory kultury a o změně některých souvisejících zákonů (č. 203/2006 Sb. – 12/04/2006)

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kultura

Il-forma ta' l-għajnuna

Garanzija

L-Estimi

Baġit annwali: CZK 10 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

12.4.2006-

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerstvo kultury

Maltézské nám. 1

CZ-118 11 Praha 1

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

2.7.2008

Għajnuna Nru

N 199/08

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Sachsen-Anhalt

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Intico Solar AG

Il-bażi legali

Investitionszulagengesetz 2007 sowie etwaige Nachfolgeregelung; 36. Rahmenplan der Gemeinschaftsaufgabe — Verbesserung der regionalen Wirtschaftsstruktur

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta, Allowance fiskali

L-Estimi

Baġit globali: EUR 73,125 miljun

L-intensità

11,88 %

It-tul ta' żmien

2008-2010

Setturi ekonomiċi

It-tagħmir elettriku u ottiku

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Investitionsbank Sachsen-Anhalt

Domplatz 12

D-39104 Magdeburg

Finanzamt Halle (Saale)-Nord

Blücherstr. 1

D-06122 Halle

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

1.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 195/3


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Il-31 ta' Lulju 2008

(2008/C 195/02)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,5611

JPY

Yen Ġappuniż

169,02

DKK

Krona Daniża

7,4613

GBP

Lira Sterlina

0,78895

SEK

Krona Żvediża

9,4649

CHF

Frank Żvizzeru

1,6354

ISK

Krona Iżlandiża

123,40

NOK

Krona Norveġiża

8,0205

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

23,947

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

231,26

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7043

PLN

Zloty Pollakk

3,2063

RON

Leu Rumen

3,5098

SKK

Krona Slovakka

30,371

TRY

Lira Turka

1,8090

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6545

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5970

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

12,1809

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,1296

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1354

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 579,05

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,4590

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,6651

HRK

Kuna Kroata

7,2263

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 198,20

MYR

Ringgit Malażjan

5,0829

PHP

Peso Filippin

68,900

RUB

Rouble Russu

36,5767

THB

Baht Tajlandiż

52,328

BRL

Real Brażiljan

2,4419

MXN

Peso Messikan

15,6375


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


1.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 195/4


OpinjonI tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Amalgamazzjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu ta' l-20 ta' Frar 2008 dwar abbozz ta' deċiżjoni relatat mal-Każ COMP/M.4747 — IBM/Telelogic

Relatur: Spanja

(2008/C 195/03)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet tal-KE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata għandha dimesjoni Komunitarja fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 1 u 4(5) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet tal-KE.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-swieq ta' prodotti rilevanti.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-suq ġeografiku rilevanti.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma l-istima tal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata ma tfixkilx il-kompetizzjoni effettiva sinifikattiva fis-suq tal-għodda tal-Immudellar tas-software.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma l-istima tal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata ma tfixkilx b'mod sinjifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-għodda tal-Ġestjoni tal-Ħtiġijiet tas-software.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni notifikata għandha tiġi ddikjarata kompatibbli mas-Suq Komuni u mal-ħidma tal-Ftehim taż-ŻEE skond l-Artikoli 2(2), 8(1) u 10(2) tar-Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE.


1.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 195/5


Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Seduta fil-Każ COMP/M.4747 — IBM/Telelogic

(Skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/462/KE, KEFA tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' riferenza għall-Uffiċjali tas-Seduta f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

(2008/C 195/04)

Fit-28 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni rċeviet talba ta' diferiment minn International Business Machines Corporation (IBM) għal riferiment skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet). L-ebda Stat Membru kompetenti biex jeżamina l-konċentrazzjoni taħt il-liġi nazzjonali tiegħu tal-kompetizjoni ma oġġezzjona għar-riferiment. Għaldaqstant, il-konċentrazzjoni tqieset li għandha dimensjoni Komunitarja skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet u b'hekk għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni.

Sussegwentement, fid-29 ta' Awissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta li permezz tagħha IBM takkwista, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1) (b) tar-Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet, il-kontroll ta' l-impriża Telelogic AB permezz ta' offerta pubblika li kienet imħabbra fil-11 ta' Ġunju 2007.

Wara eżami preliminari tan-notifika, il-Kummissjoni sabet li l-operazzjoni tqajjem dubji serji rigward il-kompatibbiltà mas-suq komuni u l-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE. Għaldaqstant, fit-3 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura skond l-Artikolu 6(1) (c) tar-Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet.

Fil-15 ta' Novembru 2007 il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet li tobbliga lil IBM tipprovdi ċerta informazzjoni. F'konformità ma' l-Artikolu 10(1) tar-Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet u l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 802/2004 (ir-Regolament dwar l-Implimentazzjoni tal-Konċentrazzjonijiet) il-proċedura ġiet sospiża bejn il-5 ta' Novembru 2007 u t-3 ta' Diċembru 2007.

Fid-9 ta' Ottubru 2007 ngħata aċċess għal dokumenti ewlenin lill-parti li nnotifikat, skond “l-Aħjar Prassi tad-DĠ għall-Kompetizzjoni dwar it-tmexxija ta' proċeduri ta' kontroll ta' amalgamazzjonijiet fil-KE”.

Wara investigazzjoni fil-fond tas-suq il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tranżazzjoni proposta mhix se timpedixxi b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu u għalhekk hija kumpatibbli mas-suq komuni u l-Ftehim taż-ŻEE. B'hekk, ma ntbagħtet l-ebda Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet lill-partijiet.

Ma saru l-ebda mistoqsijiet jew sottomissjonijiet mill-partijiet jew minn xi parti terza oħra. Il-każ ma jirrikjedix kummenti partikolari rigward id-dritt tas-smigħ.

Brusell, 22 ta' Frar 2008.

Karen WILLIAMS


1.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 195/6


Sommarju ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-5 ta' Marzu 2008

li tiddikkjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE

(Każ COMP/M.4747 — IBM/Telelogic)

(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)

(2008/C 195/05)

Fil-5 ta' Marzu 2008 l-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f'każ ta' amalgamazzjoni skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta' l-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi, u partikolarment l-Artikolu 8(1) ta' dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tat-totalità tad-deċiżjoni fil-lingwa awtentika kif ukoll fil-lingwi ta' ħidma tal-Kummissjoni tinsab fis-sit ta' l-Internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, f'dan l-indirizz:

http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html

1.   INTRODUZZJONI

1.

Fid-29 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 u wara referenza skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (“ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet”) li permezz tagħha l-impriża International Business Machines Corporation (“IBM”) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet, il-kontroll sħiħ ta' Telelogic AB (“Telelogic”) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

Wara eżami preliminari tan-notifika, fit-3 ta' Ottubru 2007 l-Kummissjoni kkonkludiet li l-operazzjoni tqajjem dubji serji rigward il-kompatibbiltà mas-suq komuni u l-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE. Għaldqstant, il-Kummissjoni tat bidu għal proċedimenti skond l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet.

2.   IL-PARTIJIET

3.

IBM (“il-parti li tinnotifika”), kumpanija Amerikana, hija attiva fid-dinja kollha fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' diversi prodotti, softwer u servizzi tat-teknoloġija ta' l-informatika (“IT”).

4.

Telelogic hija kumpanija Svediża attiva fl-iżvilupp u l-bejgħ ta' għodod ta' żvilupp ta' softwer (1).

3.   RIFERIMENT KONFORMI MA' L-ARTIKOLU 4(5)

5.

Fit-28 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni rċeviet talba ta' referenza mill-parti li nnotifikat skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet. Minħabba li l-konċentrazzjoni nnotifikata qed tiġi riveduta skond il-liġijiet nazzjonali tal-kompetizzjoni ta' 10 Stati Membri differenti u li l-ebda Stat Membru ma esprima nuqqas ta' qbil fir-rigward tat-talba għar-riferiment tal-każ lill-Kummissjoni, id-deċiżjoni tikkonkludi li hija meqjusa li għandha dimensjoni Komunitarja.

4.   IS-SWIEQ RELEVANTI

4.1.   Is-suq relevanti tal-prodott

6.

It-tranżazzjoni proposta għandha impatt fuq l-industrija ta' l-għodda għall-iżvilupp tas-softwer. L-għodod għall-iżvilupp tas-softwer jintużaw biex jinħolqu applikazzjonijiet ġodda u jiġu żviluppati applikazzjonijiet ta' softwer eżistenti. Kemm IBM kif ukoll Telelogic huma fornituri ta' għodod ta' żvilupp ta' softwer.

7.

F'deċiżjoni ta' qabel, il-Kummissjoni ħalliet miftuħa d-domanda jekk jeżistix suq ġenerali għall-għodod ta' żvilupp ta' softwer, jew jekk swieq ta' prodotti distinti fil-qasam ta' l-għodod ta' żvilupp tas-softwer iridx jiġi definit.

8.

Id-deċiżjoni tikkonkludi li s-swieq relevanti ta' prodotti li fihom il-konċentrazzjoni proposta jista' jkollha impatt konsiderevoli fuq il-kompetizzjoni huma dawn:

is-suq għal għodod ta' Mudelli, jekk dan is-suq huwiex suddiviż iktar bejn għodod UML (2) u dawk li mhumiex UML jew le, għodod għal applikazzjoni ta' l-IT u għodod għas-softwer għas-sistemi u għal gruppi diversi ta' klijenti,

is-suq għal għodod ta' Ġestjoni ta' Ħtiġijiet, jekk dan is-suq huwiex suddiviż iktar bejn għodod għall-applikazzjonijiet ta' l-IT u għodod għas-softwer għas-sistemi u għal gruppi diversi ta' klijenti.

9.

Madankollu, minħabba n-natura eteroġenja ta' għodod ta' Mudellar u ta' Ġestjoni ta' Ħtiġijiet iż-żewġ definizzjonijiet ta' suq tal-prodott jistgħu jipprovdu biss qafas wiesa' għall-analiżi kompetittiva tat-tranżazzjoni proposta.

4.2.   Swieq Ġeografiċi Relevanti

10.

L-investigazzjoni dettaljata wriet li, apparti mill-adattament tal-lingwa, il-fornituri joffru l-istess għodod ta' Mudellar u ta' Ġestjoni ta' Ħtiġijiet fid-dinja kollha, u l-klijenti għandhom it-tendenza li jixtru l-istess prodotti għad-dipartimenti differenti u unitajiet ta' impriżi independentement fejn jinsabu ġeografikament.

11.

Id-deċiżjoni tħalli miftuħa d-definizzjoni eżatta tas-swieq ġeografiċi relevanti f'dan il-każ, minħabba li l-konklużjoni ta' l-evalwazzjoni kompetittiva tibqa' ma tinbidilx taħt definizzjoni dinjija jew ta' l-UE.

5.   L-EVALWAZZJONI KOMPETITTIVA

12.

Id-deċiżjoni li tibda l-proċeduri identifikat tliet teoriji ta' danni:(i) żidiet unilaterali fil-prezzijiet, (ii) inċentivi mnaqqsa għall-innovazzjoni u (iii) tnaqqis fl-interoperabbiltà ta' l-għodod ta' softwer.

5.1.   Żidiet unilaterali fil-prezzijiet

13.

Għal għodod ta' Mudellar, l-analist ta' l-industrija Gartner iqis li “s-sehem tas-suq” kombinat tal-partijiet huwa 68 % fid-dinja kollha (IBM: 48 % u Telelogic: 20 %), u 69 % fl-Ewropa (IBM: 45 % u Telelogic: 25 %). Skond dejta riveduta tas-sehem fis-suq ippreżentat minn IBM l-entità amalgamata tasal għal sehem konġunt fis-suq dinji għall-għodod ta' Mudellar ta' (30-40) %.

14.

Għall-għodod ta' Ġestjoni tal-Ħtiġijiet, Gartner iqis li “s-sehem kombinat tas-suq” tal-partijiet ikun 62 % fid-dinja kollha (IBM: 25 % u Telelogic: 37 %), u 65 % fl-Ewropa (IBM: 22 % u Telelogic: 43 %). Skond dejta riveduta tas-sehem fis-suq ippreżentat minn IBM l-entità amalgamata tasal għal sehem konġunt fis-suq dinji għall-għodod ta' Ġestjoni ta' Ħtiġijiet ta' (20-30) %.

15.

Filwaqt li l-istimi ta' Gartner jidhru kbar wisq, l-istimi ta' IBM ma jidhrux korretti għal kollox, minħabba li jissottovalutaw id-dħul tal-parijiet stess minn liċenzji u jivvalutaw iżżejjed l-importanza ta' bejjiegħa żgħar. Fid-deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li s-seħem kombinat tas-suq dinji tal-partijiet huwa (30-40) % għall-għodod ta' Mudellar (jew (50-60) %, jekk wieħed iqis biss l-għodod UML), u (20-30) % għall-għodod ta' Ġestjoni tal-Ħtiġijiet.

16.

Madankollu, minħabba n-natura eteroġenja ta' l-għodod ta' Mudellar u ta' Ġestjoni tal-Ħtiġijiet hija meħtieġa kawtela meta jintużaw l-ishma fis-suq bħala prokura diretta għas-saħħa fis-suq għal dan il-każ. Fid-dawl ta' dan, l-effetti anti-kompetittivi potenzjali ta' l-amalgamazzjoni ġew l-aktar evalwati fuq il-bażi ta' analiżi tal-grad ta' sostituzzjoni.

17.

Analiżi tal-funzjonalitajiet ta' l-għodod rispettivi ta' Mudellar u ta' Ġestjoni ta' Ħtiġijiet ta' Telelogic u IBM tikkonferma li jeżistu differenzi sinifikanti bejn l-għodod taż-żewġ kumpaniji. Il-kwalitajiet u l-funzjonalitajiet speċifiċi ta' l-għodod ta' Mudellar u ta' Ġestjoni ta' Ħtiġijiet ta' Telelogic irenduhom iktar adatti għall-użu minn klijenti ta' sistemi milli minn klijenti ta' l-IT. Min-naħa l-oħra, paragun tal-kwalitajiet u l-funzjonalitajiet li huma ta' interess partikolari għal dawk li jiżviluppaw l-IT jindikaw il-kuntrarju. L-għodod ta' Mudellar u ta' Ġestjoni ta' Ħtiġijiet ta' IBM huma iktar adatti mill-għodod ta' Telelogic għall-użu mill-klijenti ta' l-IT.

18.

Id-differenzi fil-funzjonalitajiet u l-attenzjoni kummerċjali bejn l-għodod ta' Mudellar u ta' Ġestjoni ta' Ħtiġijiet ta' Telelogic u IBM huma wkoll riflessi fit-tip ta' klijenti ta' dawn iż-żewġ kumpaniji. Il-klijenti ta' Telelogic huma l-aktar attivi f'setturi tipiċi ta' sistemi, bħas-setturi ta' l-aerospazjali u d-difiża, il-komunikazzjoni u l-awtomottiv. Il-klijenti ta' l-IBM huma iktar iffukati fuq is-setturi ta' l-IT, u setturi finanzjarji u ta' amministrazzjoni.

19.

L-investigazzjoni dettaljata, li inkludiet tliet sensiliet ta' talbiet dettaljati għall-informazzjoni, intervisti mal-klijenti u l-kompetituri u analiżi ta' dejta dwar ir-rebħ/telf, ikkonfermat li l-għodod ta' Mudellar u ta' Ġestjoni ta' Ħtiġijiet ta' Telelogic ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala sostituti simili għall-għodod ta' Mudellar ta' IBM.

20.

Anke li kieku wħud mill-klijenti jikkunsidraw l-offerti ta' Telelogic u IBM bħala (relattivament) sostituti ta' grad għal ċerti użi, in-numru limitat ta' okkażjonijiet li fihom jingħata l-każ, ma jippermettux l-entità amalgamata li żżid il-prezzijiet wara li ssir l-amalgamazzjoni. Hemm grupp ta' fornituri kbir biżżejjed ta' għodod ta' Mudellar u ta' Ġestjoni ta' Ħtiġijiet b'funzjonalitajiet simili għal dawk ipprovduti mill-għodod ta' IBM u Telelogic, li jfisser li żieda fil-prezz ma tkunx profitabbli. Iċ-ċirkostanzi li deċiżjoni ta' appalt (speċjalment għal ordnijiet kbar) tittieħed spiss fuq bażi ta' proċess ta' appalt simili għal offerti tfisser li f'każijiet bħal dawn l-ishma fis-suq ta' IBM u Telelogic għandhom rwol inqas importanti.

5.2.   Inċentivi mnaqqsa għall-innovazzjoni

21.

Fid-deċiżjoni li tibda l-proċeduri, ġie nnutat li xi klijenti esprimew tħassib li jista' jkun hemm inqas innovazzjoni bħala konsegwenza diretta tan-nuqqas ta' kompetizzjoni effettiva fl-għodod ta' Ġestjoni ta' Ħtiġijiet u Mudellar wara l-konċentrazzjoni proposta. Għalhekk matul l-investigazzjoni dettaljata, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-amalgamazzjoni IBM/Telelogic setgħetx tnaqqas l-inċentivi għall-innovazzjoni meta mqabbla ma' l-inċentivi IBM u Telelogic separatament (jiġifieri fin-nuqqas tat-tranżazzjoni nnotifikata).

22.

Madankollu l-investigazzjoni dettaljata wriet li kompetizzjoni bejn IBM u Telelogic ma kinetx fattur ewlieni għall-innovazzjoni fil-passat reċenti. L-innovazzjoni fl-industrija ta' l-iżvilupp tas-softwer kienet l-aktar immexxijja mill-ħtiġijiet tal-konsumatur kif ukoll minn standards imtejba għall-UML.

23.

Barra minn hekk, kif spjegat qabel fir-rigward ta' kemm għodod ta' Mudellar kif ukoll ta' Ġestjoni tal-Ħtiġijiet, il-prodotti ta' IBM u Telelogic m'humiex sostituti simili, minħabba li jindirizzaw tipi differenti ta' klijenti u tipi ta' ħtiġijiet differenti. Għalhekk, it-tneħħija tal-kompetizzjoni bejn IBM u Telelogic bħala riżultat tat-tranżazzjoni proposta m'għandiex tirriżulta fl-eliminazzjoni ta' fattur ewlieni ta' innovazzjoni fis-swieq għall-għodod ta' Mudellar u ta' Ġestjoni tal-Ħtiġijiet.

24.

Għalhekk, id-deċiżjoni tikkonkludi li t-tranżazzjoni proposta m'għandiex tnaqqas il-pass ta' l-innovazzjoni fis-swieq għall-għodod ta' Ġestjoni tal-Ħtiġijiet u Mudellar fil-futur qrib.

5.3.   Tnaqqis fl-interoperabbiltà ta' għodod ta' softwer

25.

Id-deċiżjoni li tibda l-proċeduri qajmet tħassib li l-entità amalgamata jkollha inqas inċentiv li tipprovdi punti ta' interazzjoni miftuħa li jippermettu l-integrazzjoni ma' għdod ta' żvilupp ta' softwer ta' partijiet terzi. B'mod partikolari, kompetitur wieħed tal-partijiet (Microsoft) ressaq l-argument li l-entità amalgamata jkollha l-ħila u l-inċentiv li tipprekludi l-kompetituri tagħha fis-suq (jew taqsima tas-suq) għas-softwer ta' Ambjenti ta' Żvilupp Integrati (IDE), għodod ta' Kambju ta' Softwer u Ġestjoni ta' Konfigurazzjoni (SCCM), u pjattaformi ta' softwer għall-applikazzjonijiet ta' servers (ASSP).

26.

Madankollu d-deċiżjoni tikkonkludi li l-karatteristiċi tas-swieq għall-għodod ta' Mudellar u ta' Ġestjoni ta' Ħtiġijiet, speċjalment għall-għodod sofistikati f'dawn iż-żewġ swieq, jeskludu strateġija ta' preklużjoni b'suċċess. Għalkemm ikun teknikament possibbli għal IBM li tgħatti l-protokolli ta' komunikazzjoni u formati tal-fajls biex tfixkel l-interoperabbiltà ma' l-għodod ta' partijiet terzi, l-entità amalgamata ma jkollha l-ebda inċentiv li tuża strateġija bħal din, minħabba li l-ispejjeż potenzjali jkunu ħafna iktar mill-benefiċċji potenzjali.

6.   KONKLUŻJONI

27.

Il-Kummissjoni tikkonkludi fid-deċiżjoni li l-konċentrazzjoni proposta mhux se tagħti lok għall-ebda tħassib dwar il-kompetizzjoni li minħabba fih il-kompetizzjoni effettiva fis-Suq Komuni jew f'parti sostanzjali minnu tkun imfixkla b'mod sinfikanti. Konsegwentement, il-Kummissjoni bi ħsiebha tiddikjara li l-konċentrazzjoni hija kompatibbli mal-Ftehim tas-Suq Komuni u taż-ŻEE, skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (amalgamazzjonijiet) u l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE.


(1)  Kultant, Telelogic u IBM huma kollettivament imsejjħa “l-partijiet”.

(2)  UML (Unified Modelling Language — Lingwa Unifikata ta' Mudellar) tista' tiġi deskritta l-aħjar bħala lingwa għal skop ġenerali, miftuġa u li tintuża għal mudellar standardizzat.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni

1.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 195/9


SEJĦA GĦAL PROPOSTI — EAC/26/08

L-azzjoni preparatorja Amicus

(2008/C 195/06)

1.   L-għanijiet u d-deskrizzjoni

Is-Sejħa għal proposti attwali hija strument għall-implimentazzjoni tal-azzjoni preparatorja Amicus, li timmira li:

tippromwovi l-karattru transnazzjonali tal-allokazzjoni taż-żgħażagħ f'attivitajiet ta' servizz ċiviku u ta' volontarjat,

tiffavorixxi l-ħolqien ta' qafas Ewropew li jiffaċilita l-interoperabilità tal-offerti tas-servizz ċiviku u ta' volontarjat għaż-żgħażagħ, li jeżistu fl-Istati Membri (kemm jekk joriġinaw minn strutturi ta' servizz ċiviku kif ukoll minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili),

tippermetti fażi ta' ttestjar u ta' valutazzjoni permezz ta' proġetti konkreti ta' kooperazzjoni Ewropea (id-dimensjoni transnazzjonali) fl-ambitu tas-servizz ċiviku u tal-volontarjat taż-żgħażagħ.

Is-sejħa attwali għall-propsti hija ppubblikata skond il-proċeduri previsti fil-Programm annwali ta' ħidma fil-qasam tal-għotjiet u tas-swieq fl-ambitu tal-edukazzjoni u l-kultura għall-2008, adottat mill-Kummissjoni Ewropea (minn issa 'l quddiem “il-Kummissjoni”) fil-11 ta' Marzu 2008, skond il-proċedura prevista fl-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 199/468/KE (1) u kif emendata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3694 tal-25 ta' Lulju 2008.

Is-servizz tal-Kummissjoni inkarigat mill-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' din l-azzjoni hija l-unità “Iż-Żgħażagħ fl-Azzjoni” tad-Direttorat Ġenerali tal-Edukazzjoni u l-Kultura.

2.   Il-kandidati eliġibbli

Huma eliġibbli żewġ kategoriji ta' applikanti, li jaqgħu taħt din is-sejħa għall-proposti:

(1)

minn naħa, u bi prijorità, il-korpi pubbliċi li l-attività ewlenija tagħhom tinsab fil-qasam ċiviku;

(2)

min-naħa l-oħra, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi jew assoċjazzjonijiet bla skop ta' qligħ li l-attività ewlenija tagħhom tinsab fil-qasam tal-volontarjat taż-żgħażagħ.

Barra minn dan, biex ikunu eliġibbli l-korpi applikanti jridu jippreżentaw ukoll il-karatteristiċi li ġejjin:

ikollhom il-kwartieri ġenerali f'wieħed mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, l-Iżvezja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, ir-Renju Unit, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja,

ikollhom status legali,

ikunu kapaċi juru mill-inqas sentejn esperjenza fil-qasam tal-allokazzjoni taż-żgħażagħ fis-servizz ċiviku jew volontarju fil-livell nazzjonali (jekk kien hemm żgħażagħ li ntbagħtu wkoll barra pajjiżhom, in-numru massimu ta' żgħażagħ mibgħuta barra pajjiżhom ma jistax jiskorri l-5 % taż-żgħażagħ kollha allokati f'dawn l-aħħar sentejn).

Kull applikant ma jistax jippreżenta aktar minn proġett wieħed.

Il-persuni fiżiċi ma jistgħux jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom fil-qafas ta' din is-sejħa għall-proposti.

3.   Baġit u tul tal-proġetti

Baġit

Il-baġit totali allokat għal kofinanjament ta' proġetti li jaqgħu taħt din is-sejħagħall-proposti huwa ta' EUR 3 000 000.

Il-Kummissjoni tipprevedi li tappoġġja 27 proġett, jiġifieri proġett 1 għall kull Stat Membru, bl-iskop li tkopri l-Unjoni Ewropea sħiħa. Madankollu, skond in-numru u l-kwalità tal-proġetti ppreżentati, il-Kummissjoni tirriżerva l-possibilità:

li ma tagħtix garanzija ta' kopertura sħiħa tal-Unjoni Ewropea,

li ma tallokax il-fondi disponibbli kollha,

iżda wkoll:

li tiffinanzja aktar minn proġett wieħed (massimu ta' tlieta) għall-istess pajjiż, jekk, il-fondi disponibbli kollha ma setgħux jiġu allokati skond ir-regoli ddikjarati fis-sejħa għall-proposti.

L-ammont massimu ta' kontribuzzjoni allokat għal proġett speċifiku jikkunsidra r-regoli ta' finanzjament stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sejħa għall-proposti iżda se jqis bl-istess mod il-popolazzjoni tal-pajjiż ikkonċernat. Ġie stabbilit limitu massimu għal kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea kif ġej:

għal proġetti proposti minn korpi applikanti li għandhom il-kwartieri ġenerali fi Franza, fil-Ġermanja, fl-Italja, fil-Polonja, fir-Renju Unit, fir-Rumanija u fi Spanja, it-total tal-kontribuzzjoni allokata ma għandux jaqbeż: EUR 181 000,

għal proġetti proposti minn korpi applikanti li għandhom il-kwartieri ġenerali fl-Awstrija, fil-Belġju, fil-Bulgarija, f'Ċipru, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Finlandja, fil-Greċja fl-Irlanda, fl-Iżvezja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fl-Olanda, fil-Portugall, fir-Repubblika Ċeka, fis-Slovakkja, fis-Slovenja u fl-Ungerija, it-total tal-kontribuzzjoni allokata ma għandux jaqbeż: EUR 91 150,

għal proġetti proposti minn korpi applikanti li għandhom il-kwartieri ġenerali fil-Lussemburgu u f'Malta,, it-total tal-kontribuzzjoni allokata ma għandux jaqbeż: EUR 46 150.

Tul ta' żmien

L-attivitajiet iridu jibdew bejn 1 ta' Frar 2009 u 30 ta' Ġunju 2009 u jintemmu mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2010.

Il-perjodu ta' eliġibilità tal-ispejjeż se jibda fid-data speċifikata fil-kuntratt, jiġifieri d-data li fiha jinbeda l-proġett. Id-data tal-bidu tal-eliġibilità fl-ebda każ ma tista' tibda qabel id-data ta' preżentazzjoni tat-talba għall-għoti tal-kontribuzzjoni.

In-nefqa mġarrba qabel id-data tal-attivitajiet mhijiex se titqies.

4.   Data finali għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

Id-data finali għall-preżentazzjoni tal-applikanti lill-Kummissjoni Ewropea hija 31 ta' Ottubru 2008, bit-timbru postali bħala prova.

5.   Tagħrif addizzjonali

It-test sħiħ (l-ispeċifikazzjonijiet) tas-sejħa attwali għall-proposti kif ukoll il-formola tal-applikazzjoni u l-Gwida għall-kandidati huma disponibbli fl-indirizz li ġej fuq l-internet:

http://ec.europa.eu/youth/index_en.htm

L-applikazzjonijiet iridu jilħqu l-kondizzjonijiet kollha ddikjarati fit-test sħiħ ta' din is-Sejħa għall-proposti u jitressqu billi tintuża l-formola maħsuba għal dan.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

1.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 195/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5279 — Linde/Flowserve/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 195/07)

1.

Fl-24 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Flowserve Corporation (“Flowserve”, l-Istati Unit) u Linde AG (“Linde”, il-Ġermanja) jakkwistaw, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriża Flowserve Compression Systems GmbH (“Flowserve Compression”, l-Awstrija) permezz tax-xiri ta' ishma, f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Flowserve: pompi industrijali u valvi,

għal Linde: gassijiet industrijali, żvilupp ta' impjanti tal-gass naturali u loġistika,

għal Flowserve Compression: sistemi ta' refuelling għal vetturi li jaħdmu bil-gass naturali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviz.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5279 — Linde/Flowserve/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.