ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 190E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
29 ta' Lulju 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

III   Atti preparatorji

 

KUNSILL

2008/C 190E/01

Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 18/2008 adottata mill-Kunsill fis-6 ta' Ġunju 2008 bi qbil mal-proċedura msemmija f'Artikolu 251 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bil-għan li jadotta r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri (Verżjoni mfassla mill-ġdid) ( 1 )

1

2008/C 190E/02

Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 19/2008 adottata mill-Kunsill fis-6 ta' Ġunju 2008 bi qbil mal-proċedura msemmija f'Artikolu 251 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bil-għan li jadotta r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-responsabbiltà ta' trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' aċċidenti ( 1 )

17

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


III Atti preparatorji

KUNSILL

29.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

CE 190/1


Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 18/2008

adottata mill-Kunsill fis-6 ta' Ġunju 2008

bil-għan li jadotta r-Regolament (KE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-… dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri (Verżjoni mfassla mill-ġdid)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 190 E/01)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti ta' l-amministrazzjonijet marittimi (4) ġiet emendata b'mod sinifikanti f'diversi okkażjonijiet. Ġaladarba għandhom isiru emendi ulterjuri, jeħtieġ li tiġi mfassla mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Fid-dawl tan-natura tad-dispożizzjonijet tad-Direttiva 94/57/KE jidher li jixraq li d-dispożizzjonijet tagħha jiġu mfassla mill-ġdid permezz ta' żewġ istrumenti legali Komunitarji differenti jiġifieri permezz ta' Direttiva u ta' Regolament.

(3)

Dan ir-Regolament għandu jiftiehem u jiġi interpretat konformement ma' l-obbligi internazzjonali tal-Komunità, inkluża l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijet Uniti Dwar il-Liġi tal-Baħar ta' l-10 ta' Diċembru 1982.

(4)

L-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri għandhom ikunu jistgħu joffru s-servizzi tagħhom fil-Komunità kollha u jikkompetu ma' xulxin filwaqt li jipprovdu livelli ugwali ta' sikurezza u ta' protezzjoni ambjentali. L-istandards professjonali meħtieġa għall-attivitajiet tagħhom għandhom għalhekk ikunu stabbiliti u applikati b'mod uniformi fil-Komunità kollha.

(5)

Dan l-objettiv għandu jintlaħaq permezz ta' miżuri li jkunu jorbtu adegwatament mal-ħidma ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) u, meta dan ikun opportun, li jibnu fuq din il-ħidma u jikkomplimentawha. Flimkien ma' dan, l-Istati Membri u l- Kummissjoni għandhom jippromwovu l-iżvilupp mill-IMO ta' Kodiċi internazzjonali għall-organizzazzjonijiet rikonoxxuti.

(6)

Kriterji minimi għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti bil-ħsieb tat-titjib tas-sikurezza tal-vapuri, u l-prevenzjoni tat-tniġġis minnhom. Il-kriterji minimi stabbiliti fid-Direttiva 94/57/KE għandhom għalhekk jissaħħu.

(7)

Sabiex jingħata rikonoxximent inizjali lill-organizzazzjonijiet li jixtiequ jkunu awtorizzati jaħdmu f'isem l-Istati Membri, il-konformità mal-kriterji minimi stabbiliti f'dan ir-Regolament tista' tiġi evalwata b'mod aktar effettiv u b'mod armonizzat u ċentralizzat mill-Kummissjoni flimkien ma' l-Istati Membri li qed jitolbu r-rikonoxximent.

(8)

Ir-rikonoxximent għandu jingħata biss abbażi tar-rendiment ta' kwalità u ta' sikurezza ta' l-organizzazzjoni. Għandu jkun żgurat li r-rikonoxximent li jingħata jkun dejjem skond il-kapaċità ta' l-organizzazzjoni kkonċernata. Barra minn hekk ir-rikonoxximent għandu jqis id-differenzi fl-istatus legali u fl-istruttura ta' l-impriża ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti filwaqt li jibqgħu jkunu żgurati l-applikazzjoni uniformi tal-kriterji minimi stabbiliti f'dan ir-Regolament u l-effettività tal-kontrolli Komunitarji. Indipendentement mill-istruttura ta' l-impriża, l-organizzazzjoni li tiġi rikonoxxuta għandha tipprovdi servizzi madwar id-dinja kollha u tkun soġġetta għar-responsabbiltà solidali globali.

(9)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (5).

(10)

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda dan ir-Regolament sabiex tinkorpora emendi sussegwenti għall-konvenzjonijiet, protokolli, kodiċijiet u riżoluzzjonijiet internazzjonali relatati magħha, li taġġorna l-kriterji minimi fl-Anness I u li tadotta l-kriterji sabiex titkejjel l-effettività tar-regoli u l-proċeduri kif ukoll ir-rendiment ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti fir-rigward tas-sikurezza u tal-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri kklassifikati minnhom. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b' elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(11)

Huwa ta' importanza fundamentali li n-nuqqas minn organizzazzjoni rikonoxxuta li taqdi l-obbligi tagħha jkun jista' jiġi ttrattat malajr u b'mod effettiv u proporzjonat. L-objettiv ewlieni għandu jkun li jiġu kkoreġuti kwalunkwe nuqqasijiet bl-iskop li titneħħa kwalunkwe theddida potenzjali għas-sikurezza jew għall-ambjent fi stadju bikri. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tingħata s-setgħat neċessarji sabiex tirrikjedi li l-organizzazzjoni rikonoxxuta tieħu l-azzjoni preventiva u ta' rimedju meħtieġa, u sabiex timponi multi u ħlasijiet penali perjodiċi bħala miżuri ta' sfurzar. Meta teżerċita dawn is-setgħat, il-Kummissjoni għandha tagħmel dan b'mod li jkun konformi mad-drittijiet fundamentali u għandha tiżgura li l-organizzazzjoni tista' tagħmel il-fehmiet tagħha magħrufa matul il-proċedura kollha.

(12)

F'konfirmità ma' l-approċċ użat madwar il-Komunità, id-deċiżjoni li jiġi rtirat ir-rikonoxximent ta' organizzazzjoni li tonqos milli tissodisfa l-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament jekk il-miżuri ta' hawn fuq ikunu ineffettivi jew inkella l-organizzazzjoni tippreżenta theddida mhux aċċettabbli għas-sikurezza jew l-ambjent, trid tittieħed fil-livell tal-Komunità, u għalhekk mill-Kummissjoni, abbażi ta' proċedura ta' kumitat.

(13)

Il-monitoraġġ kontinwu a posteriori ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti sabiex tiġi valutata l-konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament jista' jitwettaq b'mod iktar effettiv jekk isir b'mod armonizzat u ċentralizzat. Għalhekk, huwa xieraq li l-Kummissjoni, flimkien ma' l-Istat Membru li qed jitlob ir-rikonoxximent, tingħata r-responsabiltà ta' dan il-kompitu f'isem il-Komunità.

(14)

Bħala parti mill-operazzjonijiet tal-monitoraġġ ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, huwa kruċjali li l-ispetturi tal-Kummissjoni jkollhom aċċess għall-vapuri u għall-fajls tal-vapuri tkun xi tkun il-bandiera tal-vapur sabiex ikun żgurat jekk l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti ikunux jikkonformaw mal-kriterji minimi stabbiliti f'dan ir-Regolament fir-rigward tal-vapuri kollha fil-klassijiet rispettivi tagħhom

(15)

Il-kapaċità ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jidentifikaw malajr u jikkoreġu nuqqasijiet fir-regoli, proċeduri u verifiki interni tagħhom hija kritika għas-sikurezza tal-vapuri li huma jispezzjonaw u jiċċertifikaw. Dik il-kapaċità għandha titjieb permezz ta' Sistema għall-Valutazzjoni u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Kwalità, li għandha tkun indipendenti minn interessi kummerċjali jew politiċi sabiex tiġi proposta azzjoni komuni għat-titjib sostnut ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti kollha u tiġi żgurata koperazzjoni li tħalli l-frott mal-Kummissjoni.

(16)

Ir-regoli u l-proċeduri ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti jikkostitwixxu fattur ewlieni sabiex tiżdied is-sikurezza u sabiex jiġu pprevenuti l-inċidenti u t-tniġġis. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti bdew il-proċess li għandu jwassal għall-armonizzazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tagħhom. Dan il-proċess għandu jiġi inkoraġġit u appoġġat mil-leġislazzjoni Komunitarja, billi għandu jkollu impatt pożittiv fuq is-sikurezza marittima kif ukoll fuq il-kompetittività ta' l-industrija Ewropea tal-bini tal-vapuri.

(17)

L-armonizzazzjoni tar-regoli ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għad-disinn, il-kostruzzjoni u l-perizja perjodika ta' vapuri tal-merkanzija hija proċess kontinwu. Għalhekk, l-obbligu li jkun hemm sett ta' regoli proprji jew l-abbiltà murija li jkun hemm sett ta' regoli għandu jitqies fil-kuntest tal-proċess ta' armonizzazzjoni u m'għandux jikkostitwixxi ostakolu għall-attivitajiet ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jew ta' kandidati potenzjali li jkunu qed jippruvaw jiksbu rikonoxximent.

(18)

L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom ikunu obbligati li jaġġornaw l-istandards tekniċi tagħhom u jinfurzawhom b'mod konsistenti sabiex jarmonizzaw ir-regoli tas-sikurezza u jiżguraw implimentazzjoni uniformi tar-regoli internazzjonali fil-Komunità. Meta l-istandards tekniċi ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jkunu identiċi jew simili ħafna, għandu jitqies ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati għal materjali, tagħmir u komponenti f'każijiet xierqa, billi l-iktar standards esiġenti u rigorużi jittieħdu bħala r-referenza.

(19)

Waqt li kull organizzazzjoni rikonoxxuta, fil-prinċipju, għandha tkun responsabbli biss u esklużivament fir-rigward tal-partijiet li hija tiċċertifika, ir-responsabbiltà ta' organizzazzjonijiet u manifatturi rikonoxxuti ser issegwi l-kondizzjonijiet maqbula jew, kif jista' jkun il-każ, il-liġi applikabbli f'kull każ individwali.

(20)

Billi t-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-partijiet interessati, kif ukoll id-dritt pubbliku ta' aċċess għall-informazzjoni, huma għodod fundamentali għall-prevenzjoni ta' l-inċidenti fil-baħar, l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jipprovdu l-informazzjoni statutorja rilevanti kollha dwar il-kondizzjonijiet tal-vapuri fil-klassi tagħhom lill-awtoritajiet ta' kontroll ta' l-Istat tal-port, liema informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku ġenerali.

(21)

Biex il-vapuri ma jitħallewx jibdlu l-klassi biex jevitaw tiswijiet meħtieġa, l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha rilevanti bejniethom dwar il-kondizzjonijiet tal-vapuri li jibdlu l-klassi u għandhom jinvolvu lill-Istat tal-bandiera meta jkun meħtieġ.

(22)

Il-protezzjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali tat-tarznari, il-fornituri tat-tagħmir u l-proprjetarji tal-vapuri m'għandhiex tipprevjeni transazzjonijiet kummerċjali normali u servizzi maqbula kuntrattwalment bejn dawn il-partijiet.

(23)

L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà Marittima (EMSA) stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 (6) għandha tagħti l-assistenza meħtieġa biex tiżgura l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(24)

Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta' miżuri li għandhom jiġu segwiti mill-organizzazzjonijiet fdati bl-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri li joperaw fil-Komunità, ma jistax jintlaħaq b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala ta' l-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(25)

Il-miżuri li għandhom jiġu segwiti mill-Istati Membri fir-relazzjoni tagħhom ma' l-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri huma stabbiliti fid-Direttiva .../.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ...dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti ta' l-amministrazzjonijet marittimi. (7)

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri li jridu jiġu segwiti mill-organizzazzjonijiet fdati bl-ispezzjoni, il-perizja u ċ-ċertifikazzjoni tal-vapuri għall-konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar is-sikurezza fuq il-baħar u l-prevenzjoni tat-tniġġis tal-baħar, filwaqt li jmexxi 'l quddiem l-objettiv tal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi. Dan jinkludi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' sikurezza għall-buq, il-makkinarju, u l-istallazzjonijiet elettriċi u tal-kontroll tal-vapuri li jidħlu fl-ambitu tal-konvenzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 2

Għall-fini ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“vapur”

tfisser vapur li jidħol fl-ambitu tal-konvenzjonijiet internazzjonali;

(b)

“konvenzjonijiet internazzjonali”

tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar ta' l-1 ta' Novembru 1974 (SOLAS 74) bl-eċċezzjoni tal-kapitolu XI-2 ta' l-Anness għaliha, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija tal-5 ta' April1966 u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġiż mill-Vapuri tat-2 ta' Novembru 1973 (Marpol), flimkien mal-protokolli u l-emendi tagħhom, u l-kodiċijiet ta' status mandatorju relatati magħhom fl-Istati Membri kollha, fil-verżjoni aġġornata tagħhom;

(c)

“organizzazzjoni”

tfisser entità legali, is-sussidjarji tagħha u kwalunkwe entità oħra taħt il-kontroll tagħha, li flimkien jew separatament iwettqu kompiti li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament

(d)

“kontroll”

tfisser, għall-fini tal-punt (c), drittijiet, kuntratti jew kwalunkwe mezz ieħor, fil-liġi jew fil-fatt, li, separatament jew flimkien jikkonferixxu l-possibiltà li tkun eżerċitata influwenza deċiżiva fuq entità legali jew jippermettu lil dik l-entità twettaq il-kompiti li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament;

(e)

“organizzazzjoni rikonoxxuta”

tfisser organizzazzjoni rikonoxxuta skond dan ir-Regolament;

(f)

“awtorizzazzjoni”

tfisser att li bih Stat Membru jagħti awtorizzazzjoni jew jiddelega setgħat lil organizzazzjoni rikonoxxuta;

(g)

“ċertifikat statutorju”

tfisser ċertifikat maħruġ minn jew f'isem Stat tal-bandiera skond il-konvenzjonijiet internazzjonali;

(h)

“regoli u proċeduri”

tfisser ir-rekwiżiti ta' organizzazzjoni rikonoxxuta għad-disinn, il-kostruzzjoni, it-tagħmir, il-manutenzjoni u l-perizja tal-vapuri;

(i)

“ċertifikat tal-klassi”

tfisser dokument maħruġ minn organizzazzjoni rikonoxxuta li jiċċertifika li vapur ikun adatt għal użu jew servizz partikolari skond ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti u magħmula pubbliċi minn dik l-organizzazzjoni rikonoxxuta;

(j)

“sede”

tfisser il-post ta' l-uffiċċju rreġistrat, il-post ta' l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post ewlieni tan-negozju ta' organizzazzjoni.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri li jixtiequ jagħtu awtorizzazzjoni lil xi organizzazzjoni li għadha m'hijiex rikonoxxuta għandhom iressqu talba għar-rikonoxximent lill-Kummissjoni flimkien ma' informazzjoni sħiħa dwar, u evidenza ta', konformità ta' l-organizzazzjoni mal-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I u dwar ir-rekwiżit u l-impenn tagħha li hija għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 8(4), 9, 10 u 11.

2.   Il-Kummissjoni, flimkien ma' l-Istati Membri rispettivi li jressqu t-talba, għandha twettaq valutazzjonijiet ta' l-organizzazzjonijiet li għalihom tkun irċeviet talba għar-rikonoxximent sabiex tivverifika li l-organizzazzjonijiet jissodisfaw u jimpenjaw ruħhom li jikkonformaw mar-rekwiżiti imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   Il-Kummissjoni, f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3), għandha tirrifjuta li tirrikonoxxi organizzazzjonijiet li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 jew li l-prestazzjoni tagħhom hija kkunsidrata bħala theddida li mhix aċċettabbli għas-sikurezza jew l-ambjent fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti bi qbil ma' l-Artikolu 14.

Artikolu 4

1.   Ir-rikonoxximent għandu jingħata mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12 (3).

2.   Ir-rikonoxximent għandu jingħata biss lil organizzazzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3.

3.   Ir-rikonoxximent għandu jingħata lill-entità legali rilevanti li hija l- entità ewlenija fost l-entitajiet legali kollha li jikkostitwixxu l-organizzazzjoni rikonoxxuta. Ir-rikonoxximent għandu jinkludi l-entitajiet legali kollha li jikkontribwixxu biex jiġi żgurat li dik l-organizzazzjoni tipprovdi kopertura għas-servizzi tagħhom mad-dinja kollha.

4.   Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3), tista tillimita r-rikonoxximent fir-rigward tat-tipi ta' vapuri, vapuri ta' ċertu daqs, ċerti operazzjonijiet kummerċjali, jew kombinazzjoni tagħhom, skond il-kapaċità ppruvata u l-għarfien espert ta' l-organizzazzjoni kkonċernata. Fit-tali każ, il-Kummissjoni għandha tistqarr ir-raġunijiet għal-limitazzjoni u l-kondizzjonijiet li taħthom il-limitazzjoni għandha titneħħa jew tista' titwessa'. Il-limitazzjoni tista' tiġi riveduta fi kwalunkwe ħin.

5.   Il-Kummissjoni għandha tfassal u taġġorna regolarment lista ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti skond dan l-Artikolu. Dik il-lista għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Meta l-Kummissjoni tqis li organizzazzjoni rikonoxxuta tkun naqset milli tissodisfa l-kriterji minimi stipulati fl-Anness I jew l-obbligi tagħha skond dan ir-Regolament, jew li l-prestazzjoni tas-sikurezza u tal-prevenzjoni tat-tniġġis ta' organizzazzjoni rikonoxxuta mar għall-agħar b'mod sinifikanti mingħajr, madankollu, ma dan ikun ta' theddida għas-sikurezza jew għall-ambjent, għandha tirrikjedi li l-organizazzjoni rikonoxxuta kkonċernata tieħu l-azzjoni preventiva u ta' rimedju meħtieġa fl-iskadenzi speċifikati biex tiżgura konformità sħiħa ma' dawk il-kriterji minimi u l-obbligi msemmija u, b'mod partikolari, li tneħħi kwalunkwe theddida potenzjali għas-sikurezza jew għall-ambjent, jew inkella li tindirizza l-kawżi tal-prestazzjoni li sejra għall-agħar.

L-azzjoni preventiva u ta' rimedju tista' tinkludi miżuri protettivi interim meta t-theddida potenzjali għas-sikurezza jew għall-ambjent tkun immedjata.

Madankollu, u mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni immedjata tagħhom, il-Kummissjoni għandha tavża minn qabel lill-Istati Membri kollha li jkunu taw awtorizzazzjoni lill-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata, bil-miżuri li jkollha l-ħsieb tieħu.

Artikolu 6

1.   Minbarra l-miżuri meħuda skond l-Artikolu 5, il-Kummissjoni tista', f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 12 (2), timponi multi fuq organizzazzjoni rikonoxxuta:

(a)

li n-nuqqas serju jew ripetut li tissodisfa l-kriterji minimi mniżżla fl-Anness I jew l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 8(4), 9, 10 u 11 jew li l-prestazzjoni tagħha li tkun sejra għall-agħar juru nuqqasijiet serji fl-istruttura, fis-sistemi, fil-proċeduri jew fil-kontrolli interni tagħha;

jew

(b)

li tkun ipprovdiet apposta lill-Kummissjoni informazzjoni inkorretta, mhux kompluta jew li tiżgwida matul il-valutazzjoni tagħha skond l-Artikolu 8(1 ) jew li tkun ostakolat b'mod ieħor din il-valutazzjoni.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, meta organizzazzjoni rikonoxxuta tonqos milli tieħu l-azzjoni preventiva u ta' rimedju rikjesta mill-Kummissjoni, jew iddum b'mod inġustifikat, il-Kummissjoni tista' timponi ħlasijiet penali perjodiċi fuq dik l-organizzazzjoni sakemm l-azzjoni rikjesta titwettaq b'mod sħiħ.

3.   Il-multi u l-ħlasijiet penali perjodiċi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu dissważivi u proporzjonati kemm mal-gravità tal-każ kif ukoll mal-kapaċità ekonomika ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata, filwaqt li jittieħed kont, b'mod partikolari, tal-punt safejn is-sikurezza jew il-protezzjoni ambjentali tkun ġiet kompromessa.

Dawn għandhom jiġu imposti biss wara li l-organizzazzjoni rikonoxxuta u l-Istati Membri kkonċernati jkunu ngħataw l-opportunità li jressqu l-osservazzjonijiet tagħhom.

L-ammont globali tal-multi u l-ħlasijiet penali perjodiċi imposti m'għandux jisboq il-5 % tal-medja tad-dħul totali min-negozju ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta fit-tliet snin finanzjarji preċedenti għall-attivitajiet li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

4.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha ġurisdizzjoni mingħajr limitu biex tirrevedi d-deċiżjonijiet li bihom il-Kummissjoni tkun stabbiliet multa jew ħlas penali perjodiku. Hija tista' tħassar, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-ħlas penali perjodiku impost.

Artikolu 7

1.   Il-Kummissjoni għandha tirtira r-rikonoxximent ta' l-organizzazzjoniji:

(a)

li n-nuqqas tagħha ripetut u serju li tissodifa l-kriterji minimi mniżżla fl-Anness I jew l-obbligi tagħha taħt dan ir-Regolament ikun tali li jikkostitwixxi theddida mhux aċċettabbli għas-sikurezza jew għall-ambjent;

(b)

li n-nuqqas ripetut u serju tal-prestazzjoni tagħha fis-sikurezza u l-prevenzjoni tat-tniġġis ikun tali li jikkostitwixxi theddida mhux aċċettabbli għas-sikurezza jew għall-ambjent;

(c)

li ripetutament ma tippermettix jew tostakola l-valutazzjoni tagħha mill-Kummissjoni,

(d)

li tonqos milli tħallas il-multi u/jew il-ħlasijiet penali perjodiċi msemmija fl-Artikolu 6 (1) u (2); jew

(e)

li tipprova tikseb kopertura finanzjarja jew rimborż ta' kwalunkwe multa imposta fuqha skond l-Artikolu 6.

2.   Għall-fini tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq il-bażi tat-tagħrif kollu disponibbli, inklużi:

(a)

ir-riżultati tal-valutazzjoni tagħha stess ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata skond l-Artikolu 8(I);

(b)

rapporti mressqa minn Stati Membri skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva ../../KE;

(c)

analiżi tad-diżgrazzji li jinvolvu vapuri kklassifikati mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti;

(d)

kwalunkwe ripetizzjoni tan-nuqqasijiet msemmija fil-punt (a) ta' l-Artikolu 6 (1);

(e)

kemm hija affettwata l-flotta fil-klassi ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta; u

(f)

l-ineffettività tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 6 (2).

3.   L-irtirar tar-rikonoxximenti għandu jkun deċiż mill-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba minn Stat Membru, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12 (3) u wara li l-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata tkun ingħatat l-opportunità li tressaq l-osservazzjonijiet tagħha.

Artikolu 8

1.   L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti kollha għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni, flimkien ma' l-Istat Membru li jkun ippreżenta t-talba rilevanti għar-rikonoxximent, fuq bażi regolari u mill-anqas kull sentejn biex jiġi żgurat li dawn jissodisfaw l-obbligi taħt dan ir-Regolament u jissodisfaw il-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I. Il-valutazzjoni għandha tkun limitata għal dawk l-attivitajiet ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.   Meta tagħżel l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ser ikunu valutati, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-prestazzjoni tas-sikurezza u tal-prevenzjoni tat-tniġġis ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta, għar-rekords tad-diżgrazzji u għar-rapporti magħmula mill-Istati Membri skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva …/…/KE.

3.   Il-valutazzjoni tista' tinkludi żjara lil fergħat reġjonali ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta kif ukoll spezzjoni aleatorja tal-vapuri, kemm dawk li qed jintużaw kif ukoll dawk li qed jinbnew, sabiex tkun ivverifikata l-prestazzjoni ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta. F'dan il-każ il-Kummissjoni, meta xieraq, għandha tinforma lill-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa reġjonali. Il-Kummissjoni għandha tagħti rapport lill-Istati Membri dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni.

4.   Kull sena kull organizzazzjoni rikonoxxuta għandha tqiegħed ir-riżultati tar-reviżjoni tal-ġestjoni tas-sistema ta' kwalità tagħha għad-dispożizzjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 12 (1).

Artikolu 9

1.   L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni ikollha aċċess għall-informazzjoni neċessarja għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1). Ebda klawżoli kuntrattwali ma jistgħu jiġu invokati biex dan l-aċċess ikun ristrett.

2.   L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jiżguraw fil-kuntratti tagħhom mal-proprjetarji jew l-operaturi tal-vapuri għall-ħruġ ta' ċertifikati statutorji jew ta' ċertifikati tal-klassi lil vapur li tali ħruġ għandu jiddependi mill-fatt li l-partijiet ma jopponux l-aċċess lill-ispetturi tal-Kummissjoni abbord dak il-vapur għall-finijiet ta' l-Artikolu 8(1).

Artikolu 10

1.   L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jikkonsultaw ma' xulxin perjodikament bil-ħsieb li jżommu ekwivalenza u jimmiraw għal armonizzazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tagħhom u għall-implimentazzjoni tagħhom. Huma għandhom jikkooperaw ma' xulxin bil-ħsieb li jaslu għal interpretazzjoni konsistenti tal-konvenzjonijiet internazzjonali, mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta' l-Istati tal-bandiera. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom, f'każijiet fejn dan ikun xieraq, jaqblu dwar il-kondizzjonijiet tekniċi u proċedurali li taħthom jirrikonoxxu reċiprokament iċ-ċertifikati għall-materjali, it-tagħmir u l-komponenti abbażi ta' standards ekwivalenti, bl-użu ta' l-aktar standards eżiġenti u rigorużi bħala referenza.

F'każ li ma jkunx jista' jsir qbil dwar rikonoxximent reċiproku għal raġunijiet serji ta' sikurezza, l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jistqarru b'mod ċar ir-raġunijiet għal dan.

Fejn organizzazzjoni rikonoxxuta taċċerta bi spezzjoni jew b'mod ieħor li materjal, biċċa tagħmir jew komponent mhuwiex f'konformità maċ-ċertifikat tiegħu, l-organizzazzjoni tista' tirrifjuta li tawtorizza t-tpoġġija abbord il-vapur ta' dak il-materjal, biċċa tagħmir jew komponent. L-organizzazzjoni rikonoxxuta għandha immedjatament tinforma lill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti l-oħra, waqt li tiddikjara r-raġunijiet għar-rifjut tagħha.

L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jirrikonoxxu, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni, ċertifikati ta' tagħmir marittimu li għandu l-wheelmark skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE tal-20 ta' Diċembru 1996 dwar tagħmir marittimu (8).

Huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'rapporti perjodiċi dwar il-progress bażiku fl-istandards u r-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati għal materjali, tagħmir u komponenti.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-... (9), ibbażat fuq studju indipendenti, fuq il-livell milħuq fil-proċess ta' l-armonizzazzjoni tar-regoli u l-proċeduri u dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati għal materjali, tagħmir u komponenti.

3.   L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jikkooperaw ma' l-amministrazzjonijiet mill-Istat tal-Port tal-kontroll fejn ikun ikkonċernat vapur tal-klassi tagħhom, b'mod partikolari biex jiffaċilitaw ir-rettifika ta' nuqqasijiet irrappurtati jew diskrepanzi oħra.

4.   L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jipprovdu lill-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri kollha li jkunu taw kwalunkwe waħda mill-awtorizzazzjonijiet previsti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva .../.../KE u lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-flotta kklassifikata tagħhom, it-trasferimenti, il-bidliet, is-sospensjonijiet u l-irtirar tal-klassi, irrispettivament mill-bandiera li jtajru l-vapuri.

Tagħrif dwar trasferimenti, bidliet, sospensjonijiet, u rtirar tal-klassi, inkluż tagħrif dwar perizji li suppost saru, rakkomandazzjonijiet li suppost saru, kundizzjonijiet tal-klassi, kundizzjonijiet tal-ħidma jew limitazzjonijiet tal-ħidma maħruġa għall-vapuri klassifikati tagħhom — irrispettivament mill-bandiera li jtajru l-vapuri — għandu jkun ikkomunikat ukoll b'mod elettroniku lid-database komuni ta' spezzjoni użata mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tad-Direttiva …/…/KE fl-istess żmien li jkun irreġistrat fis-sistemi ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta stess u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 72 siegħa wara l-ġrajja li tkun qajjmet l-obbligu li jkun ikkomunikat it-tagħrif. Dak it-tagħrif, bl-eċċezzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u tal-kundizzjonijiet tal-klassi li ż-żmien għat-twettiq tagħhom ikun għadu ma skadiex, għandu jkun ippubblikat fil-website ta' dawn l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti.

5.   L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti m'għandhomx joħorġu ċertifikati statutorji għal vapur, irrispettivament mill-bandiera tiegħu, li ġie mniżżel grad jew biddel il-klassi għal raġunijiet ta' sikurezza, qabel ma jagħtu l-opportunità lill-amministrazzjoni kompetenti ta' l-Istat tal-bandiera tagħti l-opinjoni tagħha fi żmien raġonevoli dwar jekk hemmx bżonn spezzjoni sħiħa.

6.   F'każijiet ta' trasferiment minn organizzazzjoni rikonoxxuta għal oħra, l-organizzazzjoni li tkun qed titrasferixxi għandha, mingħajr dewmien tipprovdi lill-organizzazzjoni li tkun qed tirċievi bil-fajl komplut ta' l-istorja tal-vapur u, b'mod partikolari, tinfurmaha dwar:

(a)

kwalunkwe perizja li ż-żmien għaliha jkun skada;

(b)

kwalunkwe rakkomandazzjoni u kundizzjoni tal-klassi li ż-żmien għat-twettiq tagħhom ikun skada;

(c)

il-kundizzjonijiet tal-ħidma maħruġa kontra l-vapur, u

(d)

il-limitazzjonijiet tal-ħidma maħruġa kontra l-vapur.

Ċertifikati ġodda għall-vapur jistgħu jinħarġu mill-organizzazzjoni li tkun qed tirċievi biss wara li jitlestew b'mod sodisfaċenti l-perizji kollha u wara li r-rakkomandazzjonijiet jew il-kundizzjonijiet tal-klassi kollha fir-rigward tal-vapur li jkunu inħarġu preċedentement u li ż-żmien għat-twettiq tagħhom ikun skada jitlestew kif speċifikat mill-organizzazzjoni li tkun qed titrasferixxi.

Qabel il-ħruġ taċ-ċertifikati, l-organizzazzjoni li tkun qed tirċievi trid tavża lill-organizzazzjoni li tkun qed titrasferixxi bid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikati u tikkonferma d-data, u l-azzjoni meħuda biex titlesta kull perizja, rakkomandazzjoni u kundizzjoni tal-klassi li ż-żmien għat-twettiq tagħhom ikun skada.

L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw rekwiżiti komuni xierqa dwar każijiet ta' trasferiment tal-klassi meta jkunu meħtieġa prekawzjonijiet speċjali. Bħala minimu, dawk il-każijiet għandhom jinkludu t-trasferiment tal-klassi ta' vapuri ta' 15-il sena jew aktar u t-trasferiment minn organizzazzjoni mhux rikonoxxuta għal organizzazzjoni rikonoxxuta.

L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jikkooperaw ma' xulxin biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu b'mod xieraq.

Artikolu 11

1.   L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jistabbilixxu, sa... (10), u jżommu Sistema indipendenti għall-Valutazzjoni u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Kwalità skond l-istandards internazzjonali tal-kwalità li jkunu applikabbli, fejn l-assoċjazzjonijiet professjonali rilevanti li jaħdmu fl-industrija tal-vapuri jistgħu jipparteċipaw fil-kapaċità ta' konsulenza.

2.   Is-Sistema għall-Valutazzjoni u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Kwalità għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

valutazzjoni perjodika tas-sistemi ta' mmaniġġar tal-kwalità ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti, f'konformità mal-kriterji ta' l-istandard tal-kwalità ISO 9001;

(b)

iċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta' mmaniġġar tal-kwalità ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti, inkluż organizzazzjonijiet li għalihom intalab rikonoxximent skond l-Artikolu 3;

(c)

il-ħruġ ta' interpretazzjonijiet ta' standards ta' ġestjoni ta' kwalità rikonoxxuti internazzjonalment, b'mod partikolari biex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tan-natura u ta' l-obbligi ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti; u

(d)

it-tfassil ta' rakkomandazzjonijiet individwali u kollettivi għat-titjib tal-proċessi u tal-mekkaniżmi ta' kontroll intern ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti.

3.   Is-Sistema għall-Valutazzjoni u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Kwalità għandu jkollha l-governanza u l-kompetenzi neċessarji biex taġixxi indipendentement mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti u għandha jkollha l-mezzi neċessarji biex twettaq il-kompiti tagħha b'mod effettiv u bl-aktar standards professjonali għolja. Is-Sistema għall-Valutazzjoni u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Kwalità għandha tistabbilixxi l-metodi tax-xogħol u r-regoli ta' proċedura tagħha.

4.   Is-Sistema għall-Valutazzjoni u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Kwalità għandha tadotta pjan annwali ta' ħidma.

5.   Is-Sistema għall-Valutazzjoni u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Kwalità tista' titlob għajnuna minn organi oħra esterni ta' valutazzjoni tal-kwalità.

6.   Is-Sistema għall-Valutazzjoni u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Kwalità għandha tipprovdi lill-partijiet interessati, inkluż Stati tal-Bandiera u l-Kummissjoni, l-informazzjoni sħiħa dwar il-pjan annwali ta' ħidma tagħha kif ukoll dwar ir-riżultati li tikseb u r-rakkomandazzjonijiet tagħha, partikolarment fir-rigward ta' sitwazzjonijiet fejn jista' jkun li ġiet kompromessa s-sikurezza.

7.   Is-Sistema għall-Valutazzjoni u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Kwalità għandha tkun vvalutata perjodikament mill-Kummissjoni.

8.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Istati Membri dwar ir-riżultati u s-segwitu tal-valutazzjoni tagħha.

Artikolu 12

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħejjuna mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 (11).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5 (6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 13

1.   Dan ir-Regolament jista', mingħajr ma jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, jiġi emendat sabiex jiġu aġġornati l-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, id-deċiżjonijiet rilevanti ta' l-IMO.

Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12 (4).

2.   L-emendi għall-konvenzjonijiet internazzjonali definiti fl-Artikolu 2(b) jistgħu jkunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

Artikolu 14

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika:

(a)

kriterji biex titkejjel l-effettività tar-regoli u tal-proċeduri kif ukoll il-prestazzjoni tas-sikurezza u tal-prevenzjoni tat-tniġġis ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti fir-rigward tas-sikurezza, u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri kklassifikati tagħhom, filwaqt li tqis b'mod partikolari d-data mill-Memorandum ta' Ftehim ta' Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port u/jew minn skemi simili oħra; u

(b)

kriterji sabiex jiġi determinat meta tali prestazzjoni għandha titqies bħala theddida mhux aċċettabbli għas-sikurezza jew għall-ambjent, li jistgħu jieħdu kont ta' ċirkostanzi speċifiċi li jaffettwaw organizzazzjonijiet ta' daqs żgħir jew speċjalizzati ħafna.

Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi non-essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12 (4).

2.   Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh li għandhom x'jaqsmu ma' l-Artikolu 6 u, jekk xieraq, ma' l-Artikolu 7 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(4).

3.   Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni immedjata tal-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I, il-Kummissjoni tista', f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3), tadotta regoli dwar l-interpretazzjoni tagħhom u tista' tikkunsidra l-istabbiliment ta' objettivi għall-kriterji minimi ġenerali msemmija fil-punt 3 tal-Parti B ta' l-Anness I.

Artikolu 15

1.   L-organizzazzjonijiet li, mad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, kienu ngħataw ir-rikonoxximent skond id-Direttiva 94/57/KE għandhom iżommu r-rikonoxximent tagħhom, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.

2.   Bla ħsara għall-Artikoli 5 u 7, il-Kummissjoni għandha terġa' teżamina r-rikonoxximenti limitati kollha mogħtija skond id-Direttiva 94/57/KE fid-dawl ta' l-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament sa... (12), bil-għan li jkun deċiż, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3), jekk il-limitazzjonijiet għandhomx ikunu sostitwiti b'oħrajn jew jekk għandhomx jitneħħew. Il-limitazzjonijiet għandhom jibqgħu japplikaw sakemm il-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni.

Artikolu 16

Matul il-valutazzjoni skond l-Artikolu 8(1), il-Kummissjoni għandha tivverifika li d-detentur tar-rikonoxximent huwa l-entità legali rilevanti fl-organizzazzjoni li għaliha għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Jekk dak ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni li temenda dak ir-rikonoxximent.

Meta l-Kummissjoni temenda r-rikonoxximent, l-Istati Membri għandhom jadattaw il-ftehimiet tagħhom ma' l-organizzazzjoni rikonoxxuta biex jieħdu kont ta' l-emenda.

Artikolu 17

Il-Kummissjoni, kull sentejn, għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Ir-referenzi fil-liġi Komunitarja u dik nazzjonali għad-Direttiva 94/57/KE għandhom jinftiehmu, kif xieraq, bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 19

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi, …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 195.

(2)  ĠU C 229, 22.09.2006, p. 38.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2007 (ĠU C 74E, 20.3.2008, p.632), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2008 u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' ... (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20. Direttiva kif l-aħħar emendata permezz ta' Direttiva 2002/84/KE (ĠU L 234, 29.11.2002, p. 53).

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(6)  ĠU L 208 5.8.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1891/2006, (ĠU L 304, 30.12.2006, p.1)

(7)  ĠU L …

(8)  ĠU L 46, 17.2.1997, p. 25. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/84/KE (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53).

(9)  Ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva dan ir-Regolament.

(10)  24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(11)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 93/2007 (ĠU L 22, 31.1.2007, p. 12).

(12)  Tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.


ANNESS I

IL-KRITERJI MINIMI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET

(Imsemmija fl-Artikolu 3)

A.   KRITERJI MINIMI ĠENERALI

1.

Organizzazzjoni rikonoxxuta għandu jkollha personalità legali fl-Istat fejn ikollha s-sede. Il-kontijiet tagħha għandhom ikunu ċċertifikati minn awdituri indipendenti.

2.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tkun kapaċi tiddokumenta esperjenza estensiva fil-valutazzjoni tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-vapuri tal-merkanzija.

3.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tkun komposta f'kull ħin minn persunal maniġerjali, tekniku, ta' appoġġ u ta' riċerka sinifikanti li jirrifletti d-daqs tal-flotta fil-klassi tagħha, il-kompożizzjoni tagħha u l-involviment ta' l-organizzazzjoni fil-kostruzzjoni u l-konverżjoni ta' vapuri. L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tkun tista' tagħti lil kull post tax-xogħol, meta u kif ikun hemm bżonn, mezzi u persunal li jirriflettu l-ħidmiet li għandhom jitwettqu skond il-kriterji ġenerali minimi taħt il-punti 6 u 7 u bi kriterji minimi speċifiċi taħt il-Parti B.

4.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta għandu jkollha u għandha tapplika sett ta' regoli komprensivi u proċeduri tagħha stess, jew l-abbiltà murija tagħha għalhekk, għad-disinn, il-kostruzzjoni u l-perizja perjodika tal-vapuri tal-merkanzija, li jkollhom il-kwalità ta' standards internazzjonali rikonoxxuti. Dawn iridu jkunu ppubblikati u kontinwament aġġornati u mtejba mill-programmi tar-riċerka u l-iżvilupp.

5.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta għandha tippubblika r-reġistru tagħha tal-vapuri fuq bażi annwali jew iżżomm dan ir-reġistru f'bażi elettronika li jkun aċċessibbli għall-pubbliku.

6.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta ma għandhiex tkun ikkontrollata mis-sidien jew mill-bennejja tal-vapuri, jew minn oħrajn involuti b'mod kummerċjali fil-manifattura, it-tagħmir, it-tiswija jew l-operazzjoni tal-vapuri. L-organizzazzjoni rikonoxxuta ma tkunx sostanzjalment dipendenti fuq impriża kummerċjali waħda għad-dħul tagħha. L-organizzazzjoni rikonoxxuta ma twettaqx xogħol tal-klassi jew statutorju jekk tkun identika ma' jew ikollha rabtiet tan-negozju, personali jew tal-familja ma' sid il-vapur jew ma' l-operatur. Din l-inkompatibilità għandha tapplika wkoll għall-periti impjegati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta.

7.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid topera skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness għar-Riżoluzzjoni A.789(19) ta' l-IMO dwar speċifikazzjonijiet dwar il-funzjoni ta' perizja u ta' ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f'isem l-amministrazzjoni, sakemm ikopru kwistjonijiet li jaqgħu fil-qasam ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

B.   KRITERJI MINIMI SPEĊIFIĊI

1.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tipprovdi kopertura dinjija mill-periti esklussivi tagħha jew, f'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, permezz tal-periti esklussivi ta' organizzazzjonijiet oħra rrikonoxxuti.

2.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tkun irregolata b'kodiċi ta' etika.

3.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tkun ġestita u amministrata b'mod li jiżgura l-kunfidenzjalità tat-tagħrif meħtieġ mill-amministrazzjoni.

4.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tipprovdi t-tagħrif relevanti lill-amministrazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-partijiet interessati.

5.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta, il-periti u l-persunal tekniku tagħha għandhom iwettqu l-ħidma tagħhom mingħajr ma bl-ebda mod jagħmlu ħsara lid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tat-tarznari, tal-fornituri tat-tagħmir u tal-proprjetarji tal-vapuri, inklużi l-brevetti, il-liċenzji, l-għerf tas-sengħa, jew kull xorta ta' għarfien li l-użu tiegħu huwa legalment protett fuq livell Komunitarju jew nazzjonali; taħt l-ebda ċirkustanza, u mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta' valutazzjoni ta' l-Istati Membri u tal-Kummissjoni u b'mod partikolari taħt l-Artikolu 9, ma jistgħu la l-organizzazzjoni rikonoxxuta u lanqas il-periti u l-persunal tekniku tagħha, li hija timpjega, jgħaddu jew jiżvelaw data kummerċjalment rilevanti miksuba waqt ix-xogħol tagħhom ta' spezzjoni, kontroll, u monitoraġġ tal-vapuri taħt kostruzzjoni jew għat-tiswija.

6.

L-amministrazzjoni ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tiddefinixxi u tiddokumenta l-politika u l-objettivi tagħha għal, u l-impenn tagħha favur, il-kwalità u trid tiżgura li din il-politika tkun mifhuma, implimentata u miżmuma fil-livelli kollha fl-organizzazzjoni rikonoxxuta. Il-politika ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tirreferi għall-miri u l-indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza u tal-prevenzjoni tat-tniġġis.

7.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta tiżgura li:

(a)

ir-regoli u l-proċeduri tagħha jkunu stabbiliti u miżmuma b'mod sistematiku;

(b)

ir-regoli u l-proċeduri tagħha jkunu segwiti u titwaqqaf sistema interna biex titkejjel il-kwalità tas-servizz b'rabta ma' dawn ir-regoli u proċeduri;

(c)

il-ħtiġiet tax-xogħol statutorju li għalih hija awtorizzata l-organizzazzjoni rikonoxxuta jkunu sodisfatti u titwaqqaf sistema interna biex titkejjel il-kwalità tas-servizz b'rabta mal-konformità ma' l-istandards internazzjonali;

(d)

ir-responsabilitajiet, is-setgħat u l-interrelazzjoni tal-persunal li x-xogħol tagħhom jaffettwa l-kwalità tas-servizzi ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta jkunu ddefiniti u ddokumentati;

(e)

ix-xogħol kollu jitwettaq f'konformità ma' kundizzjonijiet ikkontrollati;

(f)

tkun teżisti sistema ta' sorveljanza li timmonitorja l-azzjonijiet u x-xogħol imwettqa mill-periti u l-persunal tekniku u amministrattiv impjegati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta;

(g)

il-periti għandhom għarfien kbir tat-tip ta' vapur partikulari li fuqu jwettqu x-xogħol tagħhom kif meħtieġ għall-perizja partikulari li tkun ser issir u skond ir-rekwiżiti applikabbli;

(h)

tkun implimentata sistema għall-kwalifikazzjoni ta' periti u l-aġġornament kontinwu ta' l-għarfien tagħhom;

(i)

jinżammu reġistri, li juru l-kisba ta' l-istandards meħtieġa fl-oġġetti koperti mis-servizzi mwettqa, kif ukoll l-operazzjoni effettiva tas-sistema tal-kwalità;

(j)

tinżamm sistema komprensiva ta' verifiki interni ppjanati u ddokumentati li għandhom x'jaqsmu ma' l-attivitajiet tal-kwalità fil-postijiet kollha;

(k)

il-perizji u l-ispezzjonijiet statutorji rikjesti mis-Sistema Armonizzata tal-Perizji u ċ-Ċertifikazzjoni li għalihom l-organizzazzjoni rikonoxxuta tkun awtorizzata jitwettqu skond id-dispożizzjoni stipulata fl-Anness u fl-Appendiċi għar-Riżoluzzjoni A.948(23) ta' l-IMO dwar Linji Gwida għall-Perizji skond is-Sistema Armonizzata tal-Perizji u ċ-Ċertifikazzjoni;

(l)

jiġu stabbiliti linji ta' responsabiltà u ta' kontroll ċari u diretti bejn l-uffiċċji ċentrali u reġjonali ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta u bejn l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti u l-periti tagħhom.

8.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tkun żviluppat, implimentat u trid iżżomm sistema effettiva ta' kwalità interna bbażata fuq partijiet xierqa ta' standards ta' kwalità rikonoxxuti internazzjonalment u f'konformità ma' EN ISO/IEC 17020:2004 (korpi ta' spezzjoni) u ma' EN ISO 9001:2000 (sistemi ta' mmaniġġar tal-kwalità, rekwiżiti), kif interpretati u ċċertifikati mis-Sistema indipendenti għall-Valutazzjoni u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Kwalità imsemmija fl-Artikolu 11(1).

9.

Ir-regoli u l-proċeduri ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta iridu jiġu implimentati b'tali mod li l-organizzazzjoni tibqa' f'pożizzjoni li tnissel mill-għarfien u l-ġudizzju dirett tagħha dikjarazzjoni affidabbli u oġġettiva dwar is-sikurezza tal-vapuri kkonċernati permezz ta' ċertifikati tal-klassi li fuq il-bażi tagħhom jistgħu jinħarġu ċertifikati statutorji.

10.

L-organizzazzjoni irid ikollha l-mezzi meħtieġa biex tevalwa, bl-użu ta' persunal professjonali kkwalifikat u skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness għar-Riżoluzzjoni A.913(22) ta' l-IMO dwar Linji Gwida għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali ta' l-Immaniġġar tas-Sikurezza (ISM) mill-amministrazzjonijiet, l-applikazzjoni u ż-żamma tas-sistema ta' l-immaniġġar tas-sikurezza, kemm ta' mal-kosta kif ukoll fuq il-vapuri, maħsuba li tkun koperta fiċ-ċertifikazzjoni.

11.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta għandha tippermetti l-parteċipazzjoni fl-iżvilupp tar-regoli u l-proċeduri tagħha mir-rappreżentanti ta' l-amministrazzjoni u tal-partijiet l-oħra kkonċernati.


ANNESS II

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Direttiva 94/57/KE

Direttiva .../...KE

Dan ir-Regolament

Artikolu1

Artikolu1

Artikolu1

Artikolu2(a)

Artikolu2(a)

Artikolu2(a)

Artikolu2(b)

Artikolu2(b)

-

Artikolu2(c)

Artikolu2(c)

-

Artikolu2(d)

Artikolu2(d)

Artikolu2(b)

Artikolu2(e)

Artikolu2(e)

Artikolu2(c)

-

Artikolu2(f)

Artikolu2(d)

Artikolu2(f)

Artikolu2(g)

Artikolu2(e)

Artikolu2(g)

Artikolu2(h)

Artikolu2(f)

Artikolu2(h)

Artikolu2(i)

Artikolu2(g)

Artikolu2(i)

Artikolu2(k)

Artikolu2(i)

-

Artikolu2(j)

Artikolu2(h)

Artikolu2(j)

Artikolu2(l)

-

Artikolu2(k)

-

Artikolu2(j)

Artikolu3

Artikolu3

 

Artikolu 4(1) l-ewwel frażi

-

Artikolu3(1)

Artikolu4(1) it-tieni frażi

-

Artikolu3(2)

Artikolu4(1) it-tielet frażi

-

-

Artikolu4(1) ir-raba' frażi

-

Artikolu4(1)

-

-

Artikolu3(3)

-

-

Artikolu4(2),(3),(4)

-

-

Artikolu5

-

-

Artikolu6

-

-

Artikolu7

Artikolu5(1)

Artikolu4(1)

-

Artikolu5(3)

Artikolu4(2)

-

Artikolu6(1), (2), (3), (4)

Artikolu5 (1), (2), (3), (4)

-

Artikolu6(5)

-

-

Artikolu7

Artikolu6

Artikolu12

Artikolu8(1) l-ewwel inċiż

Artikolu7(1) punt (a) ta' l-ewwel subparagrafu

-

Artikolu8(1) it-tieni inċiż

-

Artikolu13(1)

Artikolu8(1) it-tielet inċiż

Artikolu7(1) punt (b) ta' l-ewwel subparagrafu

-

-

Artikolu7(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu13(1) (it-tieni subparagrafu)

Artikolu8(2)

Artikolu7(2)

-

Artikolu8(2) it-tieni subparagrafu

-

Artikolu13(2)

Artikolu9(1)

-

-

Artikolu9(2)

-

-

Artikolu10(1) kliem introduttorju

Artikolu8

-

Artikolu10(1)(a), (b), (c), (2),(3), (4)

-

-

Artikolu11(1),(2)

Artikolu9(1),(2)

-

Artikolu11(3),(4)

-

Artikolu8(1)(2)

Artikolu12

Artikolu10

-

Artikolu13

-

-

Artikolu14

Artikolu11

-

-

Artikolu11(3)

-

-

Artikolu12

-

-

-

Artikolu9

Artikolu15(1)

-

-

-

-

Artikolu10(1)(2)

Artikolu15(2)

-

Artikolu10(3)

Artikolu15(3)

-

Artikolu10(4)

Artikolu15(4)

-

Artikolu10(5)

Artikolu15(5)

-

Artikolu10(6) l-ewwel, it-tieni, it-tielet, il-ħames subparagrafi

-

-

Artikolu10(6)ir-raba' subparagrafu

Artikolu16

Aricle 13

-

Artikolu17

Artikolu16

-

-

Artikolu14

-

-

Artikolu15

-

-

-

Artikolu11

-

-

Artikolu14

-

-

Artikolu15

-

-

Artikolu16

-

-

Artikolu17

-

-

Artikolu18

-

-

Artikolu19

Anness

-

Anness I

-

Anness I

-

-

Anness II

Anness II


DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   INTRODUZZJONI

Fil-qafas tal-proċedura ta' kodeċiżjoni (l-art. 251 TKE), fit-30 ta' Novembru 2007 l-Kunsill laħaq qbil politiku dwar żewġ strumenti legali separati bbażati fuq il-proposta relatata tal-Kummissjoni (1): abbozz ta' Direttiva dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u l-perizji tal-bastimenti u għall-attivitajiet rilevanti ta' l-amministrazzjonijiet marittimi (tfassil mill-ġdid) u Regolament dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u l-perizji tal-bastimenti. Dan id-dokument jirrigwarda l-parti tal-proposta tal-Kummissjoni li tikkostitwixxi r-Regolament imfassal mill-ġdid. (2)

Wara reviżjoni legali/lingwistika, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu fis-6 ta' Ġunju 2008.

Meta ħa l-pożizzjoni tiegħu, il-Kunsill qies l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (3) u tal-Kumitat tar-Reġjuni (4). Numru kbir ta' l-emendi tal-Parlament Ewropew, adottati fl-ewwel qari fil-25 ta' April 2007 (5), ġew integrati jew riflessi fit-test relatat, kemm jekk jifformaw parti mid-Direttiva jew mir-Regolament skond il-pożizzjoni tal-Kunsill.

Il-proposta għandha l-għan li tfassal mill-ġdid emendi suċċessivi għad-Direttiva 94/57/KE li tistabbilixxi r-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni tal-bastimenti u li joħorġu ċ-ċertifikati tal-bastimenti, l-hekk imsejħa “organizzazzjonijiet rikonoxxuti”. Barra minn hekk, ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva eżistenti huma emendati bil-ħsieb li jiġu ssimplifikati jew armonizzati jew sabiex ir-regoli eżistenti jiġu rrinfurzati, per eżempju, permezz tat-tisħiħ tal-kontroll ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti u permezz tar-riforma tas-sistema ta' pieni kontra dawk li ma jissodisfawx il-kriterji minimi ta' rikonoxximent.

II.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI

(a)   Forma ta' l-att legali

Il-kwistjoni prinċipali li tqajmet waqt id-diskussjonijiet fil-korpi tal-Kunsill kienet il-forma ta' l-att legali proposta mill-Kummissjoni. Diversi dispożizzjonijiet fid-Direttiva proposta għandhom jinftiehmu jew li jimponu obbligi b'mod dirett jew li jagħtu kompetenza lill-Kummissjoni li timponi obbligi bħal dawn fuq individwi, f'dan il-każ fuq l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti. Dan ġie kkonfermat mis-Servizz Legali tal-Kunsill fl-opinjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2007 (dok. 13616/07) li ta parir li l-att jiġi adottat fil-forma ta' Regolament jew, b'mod alternattiv, li d-dispożizzjonijiet in kwistjoni jiġu mfassla mill-ġdid jew li l-att jinqasam f'Direttiva waħda u Regolament wieħed.

Fil-qbil politiku tiegħu, il-Kunsill qabel li jaqsam it-test f'żewġ strumenti separati, Direttiva u Regolament. Id-Direttiva tinkludi d-dispożizzjonijiet indirizzati lill-Istati Membri dwar ir-relazzjoni tagħhom ma' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, filwaqt li r-Regolament fih id-dispożizzjonijiet kollha relatati mar-rikonoxximent fil-livell Komunitarju, jiġifieri, l-għoti u l-irtirar tar-rikonoxximent mill-Kummissjoni, l-obbligi u l-kriterji li jridu jiġu sodisfatti mill-organizzazzjonijiet biex ikunu eliġibbli għar-rikonoxximent Komunitarju kif ukoll sanzjonijiet potenzjali kontra organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jonqsu milli jissodisfaw dawn l-obbligi u l-kriterji.

(b)   Kwistjonijiet prinċipali relatati mar-Regolament

Apparti mid-deċiżjoni biex jiġu inklużi d-dispożizzjonijiet kollha relatati mar-rikonoxximent Komunitarju ta' l-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u l-perizji tal-bastimenti, il-Kunsill iqis xieraq li jimmodifika dawn id-dispożizzjonijiet għal raġunijiet ta' ċarezza jew abbażi tal-konsiderazzjonijiet li ġejjin:

(1)   Skop ta' rikonoxximent u kriterji minimi ta' rikonoxximent

Il-Kunsill, bħall-Parlament Ewropew, iqis li hu importanti li jenfasizza li, l-organizzazzjoni li trid tiġi rikonoxxuta għandha tipprovdi servizzi globali indipendentement mill-istruttura ta' l-impriża. F'każ ta' rikonoxximent limitat, il-pożizzjoni komuni tipprovdi għal trasparenza fir-rigward tar-raġunijiet tal-limitazzjoni u l-kondizzjonijiet sabiex tiġi mmodifikata. Biex tiġi evitata kwalunkwe degradazzjoni tal-kriterji minimi għar-rikonoxximent, il-pożizzjoni komuni tipprevedi l-possibiltà li, permezz tal-proċedura ta' komitoloġija, jiġu ffissati regoli dwar l-interpretazzjoni ta', u l-objettivi għal dawn il-kriterji, b'mod partikolari fir-rigward tan-numru ta' membri tal-persunal li għandhom jiġu impjegati mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti.

(2)   Impożizzjoni ta' multi kontra organizzazzjonijiet rikonoxxuti

Fil-fehma tal-Kunsill l-Istati Membri għandhom jiġu infurmati permezz tal-proċedura konsultattiva dwar kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed mill-Kummissjoni biex timponi multi kontra organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom skond ir-Regolament.

(3)   Armonizzazzjoni ta' regoli u proċeduri ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti u rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati maħruġa minnhom

Il-Kunsill japprova l-proposta tal-Kummissjoni li tinkoraġġixxi lill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti biex ikomplu jarmonizzaw ir-regoli u l-proċeduri tagħhom u biex jikkunsidraw meta huma għandhom jirrikonoxxu b'mod reċiproku ċ-ċertifikati għall-materjali, it-tagħmir u l-komponenti tagħhom. Madankollu, il-pożizzjoni komuni tinkludi sett ta' klawsoli ta' salvagwardja. Dawn ta' l-aħħar jirrigwardaw il-każijiet fejn ma jistax ikun hemm qbil bejn l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati jew każijiet fejn ġie kkonfermat li materjal, biċċa tagħmir jew komponent ma jikkonformax maċ-ċertifikat tiegħu.

F'konformità mal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni hi mitluba tipprovdi rapport dwar il-livell li ntlaħaq fil-proċess ta' armonizzazzjoni tar-regoli u tal-proċeduri ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti u dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati maħruġa minnhom.

(4)   Valutazzjoni u ċertifikazzjoni tas-sistemi ta' l-immaniġġar ta' kwalità ta' l-organizzazzjonijet rikonoxxuti

Il-Kunsill jaqbel bis-sħiħ mal-linji ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni li organizzazzjonijiet rikonoxxuti jwaqqfu entità responsabbli għall-valutazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta' l-immaniġġar ta' kwalità tagħhom. Fil-parti l-kbira f'konformità ma' l-emenda tal-Parlament, fil-pożizzjoni komuni il-Kunsill jenfasizza li dan għandu jsir skond l-istandards ta' kwalità internazzjonali applikabbli u wara li jkunu ġew ikkonsultati l-assoċjazzjonijiet professjonali rilevanti li jaħdmu fl-industrija marittima.

Modifiki ulterjuri mill-Kunsill tad-dispożizzjonijiet relatati ma' din is-Sistema għall-Valutazzjoni u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Kwalità għandhom l-għan, b'mod partikolari, li jissimplifikaw il-kompiti ta' din l-entità u jiċċaraw li għandha jkollha l-governanza u l-kompetenzi meħtieġa sabiex taġixxi b'mod indipendenti mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti.

(5)   Introduzzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju

Skond id-Deċiżjoni ta' Komitoloġija (6), fil-pożizzjoni komuni tiegħu, il-Kunsill jintroduċi l-proċedura regolatorja bi skrutinju sabiex jemenda r-Regolament skond emendi għall-konvenzjonijiet, il-protokolli, il-kodiċijiet u r-riżoluzzjonijiet internazzjonali, sabiex jiġu aġġornati l-kriterji minimi ta' rikonoxximent u jiġu adottati kriterji sabiex titkejjel l-effettività tar-regoli u tal-proċeduri kif ukoll il-prestazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti fir-rigward tas-sigurtà u tal-prevenzjoni tat-tniġġis.

III.   EMENDI

Il-pożizzjoni komuni tinkorpora numru kbir ta' emendi mill-ewwel qari tal-Parlament Ewropew, verbatim, parzjalment jew fl-ispirtu: 6, 11, 12, 15, 16, 17, 18, 20, 25, 26, 36, 37, 38, 39, 40, 41, 42, 43, 44, 45, 50, 52, 53, 54, 55, 56, 59, 60, 61, 62, 64, 66, 68, 69, 71 u 74. Id-dispożizzjonijiet relatati spiss huma konsistenti ma' l-emendi, iżda mhux identiċi, minħabba l-adattament meħtieġ tat-test li jirriżulta mill-qsim tal-proposta oriġinali f'żewġ strumenti separati.

L-emendi kien baqa' ma setgħux jiġu aċċettati minħabba li, fil-fehma tal-Kunsill, mhumiex konsistenti mal-proċeduri ta' rikonoxximent Komunitarju (l-emenda 14), mhumiex kompletament ċari jew jidher li m'hemmx iżjed bżonnhom (l-emendi 19, 23, 57 u 67) jew mhumiex konsistenti ma' l-approċċ tal-Kunsill biex tiġi mwaqqfa entità responsabbli għall-valutazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta' l-immaniġġar tal-kwalità ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti (l-emenda 63, 65 u 74 parzjalment).

IV.   KONKLUŻJONI

Il-Kunsill jemmen li l-pożizzjoni komuni hi mod adatt biex jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet relatati mar-rikonoxximent ta' l-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u l-perizji tal-bastimenti fil-livell Komunitarju billi jiġi adottat Regolament, flimkien ma' Direttiva li tipprevedi miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri fir-relazzjoni tagħhom ma' dawn l-organizzazzjonijiet.

It-test tal-pożizzjoni komuni jirrifletti numru kbir ta' l-emendi tal-Parlament Ewropew. Il-Kunsill jistenna b'interess diskussjonijiet kostruttivi mal-Parlament Ewropew bil-ħsieb li jintlaħaq qbil mill-aktar fis possibbli.


(1)  Fit-30 ta' Jannar 2006 l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għal Direttiva mfassla mill-ġdid dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u l-perizji tal-bastimenti u għall-attivitajiet rilevanti ta' l-amministrazzjonijiet marittimi (dok. 5912/06 MAR 11 ENV 50 CODEC 95)

(2)  Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-abbozz tad-Direttiva hi mniżżla fid-dok. 5724/08, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet relatata fid-dok. 5724/08 ADD 1.

(3)  CESE 1177/2006 tat-13.9.2006 (ĠU C 318, 23.12.2006, p.195-201 ).

(4)  CdR 43/2006 tal-15.6.2006 (ĠU C 229 tat-22.9.2006, p.38).

(5)  Dok. 8724/07 CODEC 389 MAR 28 ENV 206 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni, kif ġiet emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta' Lulju 2006 (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).


29.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

CE 190/17


Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 19/2008

adottata mill-Kunsill fis-6 ta' Ġunju 2008

bil-għan li jadotta r-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-… dwar ir-responsabbiltà ta' trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' aċċidenti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 190 E/02)

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Fi ħdan il-qafas tal-politika komuni tat-trasport, iridu jkunu adottati aktar miżuri sabiex titjieb is-sikurezza fit-trasport marittimu. Dawn il-miżuri jinkludi r-regoli ta' responsabbiltà għal ħsara kkawżata lil passiġġieri; minħabba li hu importanti li jkun żgurat livell xieraq ta' kumpens għal passiġġieri involuti f'aċċidenti marittimi.

(2)

Il-Protokoll ta' l-2002 għall-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974 kien adottat fl-1 ta' Novembru 2002 taħt l-awspiċi ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO). Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha jinsabu fil-proċess li jiddeċiedu jekk għandhomx jiffirmaw jew jirratifikaw dak il-Protokoll.

(3)

Il-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, kif emendata mill-Protokoll tagħha ta' l-2002 (minn issa 'il quddiem imsejħa “Il-Kovenzjoni ta' Ateni”), tapplika biss għat-trasport internazzjonali. Id-distinzjoni bejn trasport nazzjonali u internazzjonali fis-suq intern għas-servizzi ta' trasport marittimu tneħħiet u għalhekk jixraq li jkun hemm l-istess livell u tip ta' responsabbiltà kemm fit-trasport internazzjonali kif ukoll f'dak nazzjonali ġewwa l-Komunità.

(4)

Il-Kumitat Legali ta' l-IMO fid-19 ta' Ottubru 2006 adotta Riżerva u Linji Gwida ta' l-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni (minn issa 'il quddiem imsejħa “il-Linji Gwida ta' l-IMO”) biex jiġu indirizzati xi wħud mill-kwistjonijiet fil-Konvenzjoni ta' Ateni, b'mod partikolari, il-kumpens għal dannu relatat mat-terroriżmu u, għalhekk, il-Linji Gwida ta' l-IMO jistgħu jkunu kkunsidrati bħala lex specialis.

(5)

Dan ir-Regolament jinkorpora u jrendi vinkolanti partijiet tal-Linji Gwida ta' l-IMO. Għal dak il-għan, fid-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida ta' l-IMO, b'mod partikolari, il-verb “should” (għandu) għandu jiftiehem bħala “shall” (għandu).

(6)

Id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Ateni (Anness I) u tal-Linji Gwida ta' l-IMO (Anness II) għandhom jiftiehmu, mutatis mutandis, fil-kuntest tal-leġislazzjoni Komunitarja.

(7)

Il-kwistjonijiet koperti mill-Artikoli 17 u 17bis tal-Konvenzjoni ta' Ateni jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità Ewropea sa fejn dawk l-Artikoli jaffettwaw ir-regoli stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (4). Għal dan il-għan, dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet ser jiffurmaw parti mill-ordni legali Komunitarja meta l-Komunità Ewropea tiffirma l-Konvenzjoni ta' Ateni.

(8)

Għall-fini ta' dan ir-Regolament l-espressjoni “jew hu rreġistrat fi Stat Membru” għandha tiġi interpretata fis-sens li l-istat tal-bandiera skond il-kunċett ta' reġistrazzjoni ta' basitimenti mogħtija b' kiri bla ekwipaġġ, għandu jkun jew Stat Membru jew parti kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Ateni. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jistiednu lill-IMO biex jiżviluppa linji gwida dwar il-kunċett ta' reġistrazzjoni ta' bastimenti mogħtija b' kiri bla ekwipaġġ.

(9)

Għall-fini ta' dan ir-Regolament l-espressjoni “tagħmir għall-mobbiltà” għandha titqies la bħala bagolli u lanqas bħala vetturi skond is-sens ta' l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni ta' Ateni.

(10)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu addottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (5).

(11)

B'mod partikolari, l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex temenda dan ir-Regolament sabiex jiġu inkorporati l-emendi sussegwenti għall-konvenzjonijiet internazzjonali, il-protokolli, il-kodiċijiet u r-riżoluzzjonijiet relatati magħha. Peress li dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(12)

L-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà, stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 (6), għandha tassisti l-Kummissjoni fit-tħejjija u fl-abbuzzar ta' rapport ta' progress dwar il-funzjonament tar-regoli l-ġodda.

(13)

Sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw ir-ratifika tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Limitazzjoni tar-Responsabbiltà għal Pretensjonijiet Marittimi, 1976, kif emendata bil-Protokoll ta' l-1996, u jagħmlu użu mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 15(3bis) ta' dik il-Konvenzjoni sabiex jirregolaw, permezz tad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament, is-sistema ta' limitazzjoni tar-responsabbiltà li għandha tiġi applikata għall-passiġġieri.

(14)

Peress li l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jinħoloq sett wieħed ta' regoli li jirregolaw id-drittijiet tat-trasportaturi bil-baħar u tal-passiġġieri tagħhom f'każ ta' aċċident, ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-bżonn biex ikunu żgurati limiti identiċi ta' responsabbiltà fl-Istati Membri kollha, jintlaħqu aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-objettiv,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula r-reġim Komunitarju dwar ir-responsabbiltà u l-assigurazzjoni għall-ġarr bil-baħar ta' passiġġieri kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet rilevanti ta':

(a)

il-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, kif emendata mill-protokoll ta' l-2002 (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni ta' Ateni”) li t-test tagħha jinsab fl-Anness I, u

(b)

ir-Riżerva u l-Linji Gwida ta' l- IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni adottata mill-Kumitat Legali ta' l-IMO fid-19 ta' Ottubru 2006 (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Linji Gwida ta' l-IMO”), li t-test tagħhom jinsab fl-Anness II.

Barra minn hekk, dan ir-Regolament jestendi l-applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet għall-ġarr ta' passiġġieri bil-baħar fi Stat Membru wieħed abbord vapuri koperti mill-Klassi A skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE tas-17 ta' Marzu 1998 dwar ir-regoli u n-normi ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (7) u jistabbilixxi ċerti ħtiġiet supplimentari.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għal kull ġarr internazzjonali fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(9) tal-Konvenzjoni ta' Ateni u għal ġarr bil-baħar fi Stat Membru wieħed abbord vapuri koperti mill-Klassi A skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/18/KE, jekk:

(a)

il-vapur ikun qed itajjar il-bandiera ta' Stat Membru jew ikun reġistrat fi Stat Membru; jew

(b)

il-kuntratt ta' ġarr ikun sar fi Stat Membru; jew

(c)

il-post tat-tluq jew destinazzjoni, skond il-kuntratt tal-ġarr, ikun fi Stat Membru.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw dan ir-Regolament għall-vjaġġi bil-baħar domestiċi kollha.

Artikolu 3

Responsabbiltà u Assigurazzjoni

1.   Ir-reġim tar-responsabbiltà fir-rigward tal-passiġġieri, il-bagalji tagħhom u l-vetturi tagħhom u r-regoli dwar l-assigurazzjoni jew sigurtà finanzjarja oħra għandu jkun regolat minn dan ir-Regolament u mill-Artikoli 1 u 1bis, l-Artikolu 2(2), l-Artikoli 3 sa 16 u 18, 20 u 21 tal-Konvenzjoni ta' Ateni li t-test tagħha jinsab fl-Anness I u d-dispożizzjonijet tal-Linji Gwida ta' l-IMO li t-test tagħhom jinsab fl-Anness II.

2.   Il-Linji Gwida ta' l-IMO li t-test tagħhom jinsab fl-Anness II għandhom ikunu jorbtu.

Artikolu 4

Kumpens marbut mat-tagħmir għall-mobbiltà jew tagħmir speċifiku ieħor

Fil-każ ta' telf ta' tagħmir għall-mobbiltà jew tagħmir speċifiku ieħor użat minn passiġġier b'mobbiltà mnaqqsa, jew ta' ħsara għal tali tagħmir, ir-responsabbiltà tat-trasportatur għandha tkun irregolata mill-Artikolu 3 (3) tal-Konvenzjoni ta' Ateni. Il-kumpens għandu jikkorrispondi għall-valur ta' sostituzzjoni tat-tagħmir ikkonċernat jew, fejn applikabbli, l-ispejjeż relatati mat-tiswijiet.

Artikolu 5

Limitazzjoni globali tar-responsabbiltà

Dan ir-Regolament ma għandux jimmodifika d-drittijiet jew l-obbligi tat-trasportatur, jew tat-trasportatur prestanti, taħt il-leġislazzjoni nazzjonali li timplimenta l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Limitazzjoni tar-Responsabbiltà għal Pretensjonijiet Marittimi, 1976, kif emendata bil-Protokoll ta' l-1996, inkluża kwalunkwe emenda futura għall-Konvenzjoni.

Fir-rigward ta' pretensjonijiet għal telf ta' ħajja jew korriment fuq il-persuna ta' passiġġier ikkawżat minn kwalunkwe riskju msemmi fil-paragrafu 2.2 tal-Linji Gwida ta' l-IMO t-trasportatur u t-trasportatur prestanti jistgħu jillimitaw ir-responsabbiltà skond id-dispożizzjonijiet imsemmijin fl-ewwel paragrafu iżda l-limitu ta' responsabbiltà kkalkolat skond dawk id-dispożizzjoni ma għandux jaqbeż, f'kull okkażjoni distinta, 340 miljun SDR (Special Drawing Rights) għal kull inċident, jew 250 000 SDR għal kull passiġġier, liema minn dawn l-ammonti ikun l-inqas.

Artikolu 6

Ħlas bil-quddiem

Fejn il-mewt jew il-korriment fuq il-persuna ta' passiġġier kienu kkawżati minn inċident tat-tbaħħir fit-territorju ta' Stat Membru, jew seħħ abbord vapur li kien qed itajjar il-bandiera ta' Stat Membru jew li kien irreġistrat fi Stat Membru, jekk applikabbli, it-trasportatur li fil-fatt wettaq il-ġarr meta seħħ l-inċident tat-tbaħħir għandu jagħmel ħlas bil-quddiem biżżejjed biex ikopri l-bżonnijiet ekonomiċi immedjati fuq bażi proporzjonali għall-ħsara mġarrba, fi żmien 15-il ġurnata minn meta tkun identifikata l-persuna intitolata għad-danni. F'każ ta' mewt dan il-ħlas m'għandux ikun inqas minn EUR 21 000.

Din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll jekk it-trasportatur ikun stabbilit fil-Komunità.

Ħlas bil-quddiem ma għandux jikkostitwixxi rikonoxximent ta' responsabbiltà u jista' jitpaċa kontra kwalunkwe somom sussegwenti mħallsa abbażi ta' dan ir-Regolament iżda ma jistax jingħata lura, ħlief fil-każijiet previsti fl-Artikolu 3 (1) jew l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta' Ateni jew l-Appendiċi A tal-Linji Gwida ta' l-IMO jew fejn il-persuna li rċeviet il-ħlas bil-quddiem ma kinitx il-persuna intitolata għad-danni.

Artikolu 7

Informazzjoni għall-passiġġieri

It-trasportatur u/jew it-trasportatur prestanti għandhom jiżguraw li l-passiġġieri jingħatalhom tagħrif xieraq u li tiftiehem fir-rigward tad-drittijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament mhux aktar tard mit-tluq. Sa fejn l-obbligu ta' tagħrif taħt dan l-Artikolu jkun ġie sodisfatt jew mit-trasportatur jew mit-trasportatur prestanti, l-ieħor ma għandux ikun obbligat jirraporta. Dak it-tagħrif għandu jingħata fl-aktar format xieraq.

Sabiex ikunu konformi ma' din il-ħtieġa ta' tagħrif, it-trasportatur u/jew it-trasportatur prestanti jistgħu jużaw taqsira tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament imħejjijin u ppubblikati mill-Kummissjoni.

Artikolu 8

Rapport

Sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li għandu, inter alia, iqis l-iżviluppi ekonomiċi u l-iżviluppi f'fora internazzjonali.

Artikolu 9

Proċedura

Il-miżuri mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' l-inkorporazzjoni ta' l-emendi għal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 3 (1), l-Artikolu 4bis (1), l-Artikolu 7 (1) u l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni ta' Ateni biex jieħdu kont tad-deċiżjonijiet meħudin skond l-Artikolu 23 tal-Konvenzjoni ta' Ateni u l-aġġornamenti korrispondenti fl-Anness I għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).

Il-miżuri mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' l-inkorporazzjoni ta' l-emendi għad-dispożizzjonijet tal-Linji Gwida ta' l-IMO, speċifikati fl-Anness II, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).

Artikolu 10

Proċeduta tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġiż minn Bastimenti (COSS), stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 (8).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 11

Dispożizzjoni transitorja

Fir-rigward tal-ġarr bil-baħar fi Stat Membru wieħed abbord vapuri koperti mill-Klassi A skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/18/KE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jiddifferixxu l-applikazzjoni tar-Regolament sa erba' snin mid-data ta' l-applikazzjoni tiegħu.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta' Ateni għall-Komunità.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ... ,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 318, 23.12.2006, p.195

(2)  ĠU C 229, 22.9.2006, p. 38

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2007(għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2008 u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta'... (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill ta'…(għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  ĠU L 12, 16.1.2001, p.1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p.1).

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(6)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1891/2006 (ĠU L 394, 30.12.2006, p. 1).

(7)  ĠU L 144, 15.5.1998, p.1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/75/KE (ĠU L 190, 30.7.2003, p. 6).

(8)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 93/2007 (ĠU L 22, 31.1.2007, p.12).


ANNESS I

Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom rilevanti għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

(Test konsolidat tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974 u l-Protokoll ta' l-2002 għall-Konvenzjoni)

Artikolu 1

Definizzjonijiet

F'din il-Konvenzjoni l-espressjonijiet li ġejjin għandhom it-tifsira li qiegħda hawnhekk tingħatalhom:

1)

(a)

“trasportatur” tfisser persuna li minnha jew f'isimha ġie ffirmat kuntratt ta' ġarr, sew jekk il-ġarr attwalment isir minn dik il-persuna jew minn trasportatur prestanti;

(b)

“trasportatur prestanti” tfisser persuna minbarra it-trasportatur, sew jekk is-sid, il-kerrej jew l-operatur ta' vapur, li fil-fatt iwettaq il-ġarr kollu jew parti mill-ġarr; u

(c)

“trasportatur li fil-fatt iwettaq il-ġarr kollu jew parti mill-ġarr” tfisser it-trasportatur prestanti, jew, sakemm it-trasportatur fil-fatt iwettaq il-ġarr, it-trasportatur;

2)

“kuntratt ta' ġarr” tfisser kuntratt magħmul minn jew f'isem trasportatur għall-ġarr bil-baħar ta' passiġġier jew ta' passiġġier u l-bagalji tiegħu, skond kif ikun il-każ;

3)

“vapur” tfisser bastiment li jbaħħar, u teskludi vettura li taħdem fuq kuxxinetti ta' l-arja;

4)

“passiġġier” tfisser kull persuna li tinġarr fuq vapur:

(a)

taħt kuntratt ta' ġarr; jew

(b)

li, bil-kunsens tat-trasportatur, tkun qed takkumpanja vettura jew annimali ħajjin li jkunu koperti b' kuntratt tal-ġarr ta' merkanzija mhux rregolata minn din il-Konvenzjoni;

5)

“bagalji” tfisser kwalunkwe oġġett jew vettura li tinġarr mit-trasportatur taħt kuntratt tal-ġarr, ħlief:

(a)

oġġetti u vetturi li jiġu trasportati taħt kuntratt ta' noleġġ, polza tat-tgħabija jew xi kuntratt ieħor li għandu x'jaqsam primarjament mal-ġarr ta' merkanzija; u

(b)

annimali ħajjin;

6)

“bagalji tal-kabina” tfisser bagalji li l-passiġġier ikollu fil-kabina tiegħu jew inkella li għandu fil-pussess, kustodja jew kontroll tiegħu. Ħlief għall-applikazzjoni tal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 8, bagalji tal-kabina jinkludu bagalji li l-passiġġier għandu fil-vettura tiegħu jew fuqha;

7)

“telf ta' jew ħsara lill-bagalji” tinkludi telf fi flus minħabba li l-bagalji ma ġewx imwassla lura lill-passiġġier fi żmien raġonevoli wara li wasal il-vapur li fuqu kien hemm jew kellu jkun hemm il-bagalji, iżda ma tinkludix dewmien minħabba tilwim ta' xogħol;

8)

“ġarr” tkopri l-perijodi li ġejjin:

(a)

fil-każ tal-passiġġier u l-bagalji tal-kabina tiegħu, il-perijodu li matulu l-passiġġier u/jew il-bagalji tal-kabina tiegħu ikunu abbord il-vapur jew waqt l-imbarkazzjoni jew l-iżbark, u l-perijodu li fih il-passiġġier u l-bagalji tal-kabina tiegħu jinġarru bl-ilma mill-art sal-vapur jew viċi-versa, jekk l-ispiża ta' tali ġarr hi inkluża fin-noll jew jekk l-opra użata għal dan l-iskop ta' trasport awżiljari tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-passiġġier mit-trasportatur. Iżda, fir-rigward tal-passiġġier, il-ġarr ma jinkludix il-perijodu li fih hu jkun f'terminal jew stazzjon marittimu jew fuq moll jew fi kwalunkwe installazzjoni oħra tal-port jew fuq tali installazzjoni;

(b)

fejn jidħlu l-bagalji tal-kabina, anki l-perijodu li fih il-passiġġier ikun f'terminal jew stazzjon marittimu jew fuq moll jew fi kwalunkwe installazzjoni oħra tal-port jew fuq tali installazzjoni jekk dawk il-bagalji ttieħdu mit-trasportatur jew minn xi ħaddiem jew aġent tiegħu u ma ngħatawx lura lill-passiġġier;

(c)

fejn jidħlu bagalji oħra li mhumiex bagalji tal-kabina, il-perijodu minn meta dawn jittieħdu mit-trasportatur jew minn xi ħaddiem jew aġent tiegħu fuq ix-xatt jew abbord sakemm jingħataw lura mit-trasportatur jew minn xiħaddiem jew aġent tiegħu;

9)

“ġarr internazzjonali” tfisser kull ġarr li fih, skond il-kuntratt tal-ġarr, il-post tat-tluq u l-post tad-destinazzjoni jinsabu f'żewġ Stati differenti, jew fi Stat wieħed jekk, skond il-kuntratt tal-ġarr jew l-itinerarju skedat, hemm port ta' waqfien intermedjarju fi Stat ieħor;

10)

“Organizzazzjoni” tfisser l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali;

11)

“Segretarju Ġenerali” tfisser is-Segretarju Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni.

Artikolu 1bis

Anness

L-Anness għal din il-Konvenzjoni għandu jifforma parti integrali mill-Konvenzjoni.

Artikolu 2

Applikazzjoni

1.   […] (1)

2.   Minkejja l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, din il-Konvenzjoni ma għandhiex tapplika meta l-ġarr ikun soġġett, taħt kwalunkwe konvenzjoni oħra internazzjonali li tolqot il-ġarr ta' passiġġieri jew il-bagalji tagħhom b'xi mezz ta' trasport ieħor, għal reġim ta' responsabbiltà ċivili taħt id-dispożizzjonijiet ta' tali konvenzjoni, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ikollhom applikazzjoni obbligatorja fuq il-ġarr bil-baħar.

Artikolu 3

Responsabbiltà tat-trasportatur

1.   Għat-telf li ġarrab passiġġier minħabba mewt jew korriment fuq il-persuna ikkawżat minn inċident tat-tbaħħir, it-trasportatur għandu jkun responsabbli sa tali punt li dak it-telf li ġarrab il-passiġġier f'kull okkażjoni distinta ma jkunx aktar minn 250 000 unità ta' kontabbiltà, sakemm it-trasportatur ma jġibx provi li l-inċident:

(a)

kien riżultat ta' att ta' gwerra, ġlied, gwerra ċivili, insurrezzjoni jew fenominu naturali ta' natura eċċezzjonali, inevitabbli u irreżistibbli; jew

(b)

kien ikkawżat għal kollox minn att jew ommissjoni li ssir bil-ħsieb li l-inċident jiġi kkawżat minn terza parti.

Jekk u sal-punt li t-telf jeċċedi l-ogħla limitu, it-trasportatur għandu jkun responsabbli ulterjorment ħlief jekk it-trasportatur iġib provi li l-inċident li kkawża t-telf ġara mingħajr tort jew negliġenza tat-trasportatur.

2.   Għat-telf li jġarrab passiġġier minħabba l-mewt jew il-korriment fuq il-persuna ta' passiġġier li ma jkunux mhux ikkaġunati minn inċident tat-tbaħħir, it-trasportatur għandu jkun responsabbli jekk l-inċident li wassal għat-telf kien tort jew minħabba negliġenza tat-trasportatur. Il-piż tal-prova tat-tort jew tan-negliġenza għandhu jkun fuq min għamel it-talba.

3.   Għat-telf imġarrab minħabba telf ta' jew ħsara lill-bagalji tal-kabina, it-trasportatur għandu jkun responsabbli jekk l-inċident li wassal għat-telf kien tort jew minħabba negliġenza tat-trasportatur. It-tort jew in-negliġenza tat-trasportatur għandhom ikunu preżunti għal telf ikkawżat minn inċident tat-tbaħħir.

4.   Għat-telf li jiġġarrab minħabba telf jew ħsara għal bagalji ħlief bagalji tal-kabina, it-trasportatur għandu jkun responsabbli ħlief jekk it-trasportatur iġib provi li l-inċident li wassal għat-telf ġara mingħajr ma kellu tort jew mhux minħabba negliġenza min-naħa tiegħu.

5.   Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu:

(a)

“inċident tat-tbaħħir” tfisser meta vapur jegħreq, jinqaleb, jaħbat jew jinkalja, ikun hemm splużjoni jew nar fuq il-vapur, jew difett fil-vapur;

(b)

“tort jew negliġenza tat-trasportatur” tinkludi t-tort jew negliġenza tal-ħaddiema tat-trasportatur, li jaġixxu fl-ambitu ta' l-impjieg tagħhom;

(c)

“difett fil-vapur” tfisser kull ħsara, nuqqas jew nuqqas ta' konformità mar-regolamenti applikabbli dwar is-sigurtà fir-rigward ta' xi parti mill-vapur jew it-tagħmir tiegħu meta jkunu użati biex jaħarbu, jiġu evakwati, jimbarkaw u jiżbarkaw il-passiġġieri, jew meta jkunu użati biex jagħtu propulsjoni, idawru, ibaħħru b'mod sigur, jitqiegħed l-irmiġġ, jankraw, jaslu mal-moll jew ma' l-ankoraġġ jew jħallu l-moll jew ankoraġġ, jew għall-kontroll tal-ħsara wara li jimtela bl-ilma; jew meta jkunu użati biex jitniżżel apparat ta' salvataġġ; u

(d)

“it-telf” m'għandux jinkludi ħsarat punittivi jew eżemplari.

6.   Ir-responsabbiltà tat-trasportatur taħt dan l-Artiklu tirrigwarda biss it-telf li jinqala' minħabba inċidenti li saru waqt il-ġarr. Il-piż tal-prova li l-inċident li wassal għat-telf ġara waqt il-ġarr, u l-kobor tat-telf, għandhom jaqgħu fuq min għamel it-talba.

7.   Xejn f'din il-Konvenzjoni ma għandu jippreġudika kwalunkwe dritt ta' rikors mit-trasportatur kontra kwalunkwe terza parti, jew id-difiża ta' negliġenza kontributorja taħt l-Artikolu 6 ta' din il-Konvenzjoni. Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jippreġudika kwalunkwe dritt ta' limitazzjoni taħt l-Artikoli 7 jew 8 ta' din il-Konvenzjoni.

8.   Il-preżunzjonijiet ta' tort jew negliġenza ta' parti jew l-allokazzjoni tal-piż tal-prova fuq xi parti m'għandhomx iżommu milli titqies evidenza favur dik il-parti.

Artikolu 4

Trasportatur prestanti

1.   Jekk l-att tal-ġarr jew parti minnu ġie fdat f'idejn trasportatur prestanti, it-trasportatur għandu xorta waħda jibqa' responsabbli għall-ġarr kollu skond id-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni. Barra minn hekk, it-trasportatur prestanti għandu jkun soġġett u intitolat għad-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni għal dik il-parti tal-ġarr imwettqa minnu.

2.   It-trasportatur għandu, fir-rigward tal-ġarr imwettaq mit-trasportatur prestanti, ikun responsabbli għall-atti u l-ommissjonijiet tat-trasportatur prestanti u l-ħaddiema u l-aġenti tiegħu li jaġixxu fl-ambitu ta' l-impjieg tagħhom.

3.   Kull ftehim speċjali li permezz tiegħu t-trasportatur jassumi obbligi li mhumiex imposti b'din il-Konvenzjoni jew kull tneħħija ta' drittijiet mogħtijin b'din il-Konvenzjoni għandha taffettwa biss lit-trasportatur prestanti unikament jekk hu jkun qabel magħhom espliċitament u bil-miktub.

4.   Meta u safejn huma responsabbli kemm it-trasportatur kif ukoll it-trasportatur prestanti, ir-responsabbiltà tagħhom għandha tkun in solidum.

5.   Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jippreġudika kwalunkwe dritt għal rikors bejn it-trasportatur u t-trasportatur prestanti.

Artikolu 4bis

Assigurazzjoni obbligatorja

1.   Meta passiġġieri jinġarru abbord vapur reġistrat fi Stat Parti li jkun reġistrat biex iġorr aktar minn tnax-il passiġġier, u din il-Konvenzjoni tapplika, kull trasportatur li fil-fatt iwettaq il-ġarr kollu jew parti minnu għandu jżomm assigurazzjoni jew xi sigurta' finanzjarja oħra, bħal garanzija ta' bank jew istituzzjoni finanzjarja simili, biex ikopri r-responsabbiltà taħt din il-Konvenzjoni fir-rigward ta' mewt u korriment fuq il-persuna ta' passiġġieri. Il-limitu ta' l-assigurazzjoni obbligatorja jew ta' sigurta' finanzjarja oħra ma għandux ikun inqas minn 250 000 unità ta' kontabbiltà għal kull passiġġier f'kull okkażjoni distinta.

2.   Ċertifikat li jiddikjara li dik l-assigurazzjoni jew sigurta' finanzjarja oħra tkun fis-seħħ skond id-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni għandu jinħareġ lil kull vapur wara li l-awtorita' xierqa ta' Stat Parti tkun iddeterminat li l-ħtiġiet tal-paragrafu 1 intlaħqu. Fir-rigward ta' vapur irreġistrat fi Stat Parti, dan iċ-ċertifikat għandu jinħareġ jew jiġi ċċertifikat mill-awtorità xierqa ta' l-Istat tar-reġistrazzjoni tal-vapur; fir-rigward ta' vapur li ma jjkunx irreġistrat fi Stat Parti dan jista' jinħareġ jew jiġi ċċertifikat mill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Parti. Dan iċ-ċertifikat għandu jkun fil-forma tal-mudell li hemm fl-anness għal din il-Konvenzjoni u għandu jkun fih id-dettalji li ġejjin:

(a)

l-isem tal-vapur, numru jew ittri distintivi u l-port tar-reġistru;

(b)

l-isem u l-post prinċipali tan-negozju tat-trasportatur li fil-fatt iwettaq il-vjaġġ kollu jew parti minnu;

(c)

in-numru ta' identifikazzjoni IMO tal-vapur;

(d)

tip u kemm iddum il-garanzija;

(e)

l-isem u l-post prinċipali tan-negozju ta' l-assiguratur jew persuna oħra li tipprovdi garanzija finanzjarja u, fejn xieraq, il-post tan-negozju fejn hi stabbilita l-assigurazzjoni jew xi garanzija finanzjarja oħra; u

(f)

il-perijodu ta' validità taċ-ċertifikat, li m'għandux ikun itwal mill-perjodu ta' validità ta' l-assigurazzjoni jew ta' sigurta' finanzjarja oħra.

3.

(a)

Stat Parti jista' jawtorizza lil xi istituzzjoni jew organizzazzjoni rikonoxxuta minnu biex toħroġ iċ-ċertifikat. Tali istituzzjoni jew organizzazzjoni għandha tinforma lil dak l-Istat bil-ħruġ ta' kull ċertifikat. Fil-każijiet kollha, l-Istat Parti għandu jiggarantixxi bis-sħiħ li ċ-ċertifikat hekk maħruġ ikun komplut u eżatt, u għandu jagħmel minn kollox biex jiżgura l-arranġamenti meħtieġa biex jiġi sodisfatt dan l-obbligu.

(b)

Stat Parti għandu jgħarraf lis-Segretarju Ġenerali dwar:

(i)

ir-responsabbiltajiet speċifiċi u l-kundizzjonijiet ta' l-awtorità delegata lil xi istituzzjoni jew organizzazzjoni rikonoxxuta minnu;

(ii)

l-irtirar ta' din l-awtorità; u

(iii)

id-data li fiha jkunu seħħew l-għoti ta' din l-awtorità jew l-irtirar tagħha.

Awtorità ddelegata m'għandhiex tibda sseħħ qabel ma jgħaddu tliet xhur mid-data li fiha n-notifika għal dak il-għan tkun ingħatat lis-Segretarju Ġenerali.

(c)

L-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni awtorizzata biex toħroġ ċertifikati skond dan il-paragrafu għandha, minn ta' l-inqas, tkun awtorizzata tirtira dawn iċ-ċertifikati jekk ma jinżammux il-kundizzjonijiet li taħthom ikunu inħarġu. Fil-każijiet kollha l-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni għandha tirrapporta tali irtirar lill-Istat li f'ismu nħareġ iċ-ċertifikat.

4.   Iċ-ċertifikat għandu jkun fl-ilsien jew fl-ilsna uffiċjali ta' l-Istat li joħorġu. Jekk il-lingwa użata ma tkunx l-Ingliż, il-Franċiż jew l-Ispanjol, it-test għandu jkun fih traduzzjoni f'waħda minn dawn il-lingwi, u, fejn l-Istat jiddeċiedi hekk, l-ilsien uffiċjali ta' l-Istat jista' jitneħħa.

5.   Iċ-ċertifikat għandu jinġarr abbord il-vapur, u kopja tiegħu għandha titħalla ma' l-awtoritajiet li jżommu rekord tar-reġistru tal-vapur jew, jekk il-vapur ma jkunx reġistrat fi Stat Parti, ma' l-awtorita' ta' l-Istat li ħareġ jew iċċertifika ċ-ċertifikat.

6.   Assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra m'għandhiex tissodisfa l-ħtiġiet ta' dan l-Artikolu jekk tista' tieqaf, għal raġunijiet oħra għajr li jiskadi l-perijodu ta' validità ta' l-assigurazzjoni jew garanzija speċifikata fiċ-ċertifikat, qabel ma jgħaddu tliet xhur mid-data li fiha jingħata avviż tat-tmiem tagħha lill-awtoritajiet imsemmijin fil-paragrafu 5, ħlief jekk iċ-ċertifikat ikun ingħata lura lil dawn l-awtoritajiet jew ikun inħareġ ċertifikat ġdid fil-perijodu msemmi. Id-dispożizzjonijiet imsemmijin qabel għandhom bl-istess mod japplikaw għal kull modifika li twassal biex l-assigurazzjoni jew xi garanzija finanzjarja oħra ma tibqax tissodisfa l-ħtiġiet ta' dan l-Artikolu.

7.   L-Istat tar-reġistru tal-vapur għandu, soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, jiddetermina l-kundizzjonijiet dwar il-ħruġ u l-validità taċ-ċertifikat.

8.   Xejn f'din il-Konvenzjoni m'għandu jkun interpretat li qed iżomm Stat Parti milli jserraħ fuq informazzjoni miksuba minn Stati oħra jew mill-Organizzazzjoni jew minn xi organizzazzjonijiet oħra internazzjonali marbuta mal-pożizzjoni finanzjarja ta' dawk li jipprovdu l-assigurazzjoni jew xi garanzija finanzjarja oħra għall-finijiet ta' din il-Konvenzjoni. F'tali każijiet, l-Istat Parti li jserraħ fuq tali informazzjoni mhux eżentat mir-responsabbiltà tiegħu bħala Stat li joħroġ iċ-ċertifikat.

9.   Ċertifikati maħruġa jew iċċertifikati taħt l-awtorita' ta' Stat Parti għandhom ikunu aċċettati minn Stati Partijiet oħra għall-finijiet ta' din il-Konvenzjoni u għandhom jitqiesu minn Stati Partijiet oħra li għandhom l-istess saħħa bħaċ-ċertifikati maħruġa jew iċċertifikati minnhom, anki jekk maħruġa jew iċċertifikati fir-rigward ta' vapur mhux reġistrat fi Stat Parti. Stat Parti jista' fi kwalunkwe ħin jitlob li jikkonsulta ma' l-Istat emittenti jew li jiċċertifika jekk hu jidhirlu li l-assiguratur jew il-garanti msemmi fiċ-ċertifikat ta' l-assigurazzjoni mhux finanzjarjament kapaċi li jilħaq l-obbligi imposti b'din il-Konvenzjoni.

10.   Kull talba għal kumpens koperta b'assigurazzjoni jew xi garanzija finanzjarja oħra skond dan l-Artikolu tista' titressaq direttament kontra l-assiguratur jew xi persuna oħra li tipprovdi garanzija finanzjarja. F'dak il-każ, l-ammont stipulat fil-paragrafu 1 japplika bħala l-limitu tar-responsabbiltà ta' l-assiguratur jew xi persuna oħra li tipprovdi garanzija finanzjarja, anki jekk it-trasportatur jew it-trasportatur prestanti ma jkunx intitolat għal-limitazzjoni tar-responsabbiltà. Il-konvenut jista' barra minn hekk jagħmel użu mill-mezzi ta' difiża (barra minn falliment jew stralċ) li t-trasportatur imsemmi fil-paragrafu 1 kien ikun intitolat juża skond din il-Konvenzjoni. Barra minn hekk, il-konvenut jista' juża d-difiża li l-ħsara ġrat minħabba l-imġiba ħażina konxja ta' l-assigurat, iżda l-konvenut m'għandux juża xi difiża oħra li hu seta' kien intitolat juża waqt proċedimenti mibdijin mill-assigurat kontra l-konvenut. Il-konvenut għandu fi kwalunkwe każ ikollu d-dritt jitlob lit-trasportatur u lit-trasportatur prestanti biex jintervjenu fil-proċedimenti.

11.   Kwalunkwe somom mogħtija mill-assigurazzjoni jew minn xi garanzija finanzjarja oħra miżmuma skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu disponibbli esklużivament għas-sodisfazzjon ta' pretensjonijiet taħt din il-Konvenzjoni, u kull ħlas li jsir ta' tali somom għandu jneħħi kull responsabbiltà li toħroġ taħt din il-Konvenzjoni fir-rigward ta' l-ammonti mħallsa.

12.   Stat Parti m'għandux iħalli vapur bil-bandiera tiegħu li għalih japplika dan l-Artikolu li jopera f'ebda ħin ħlief jekk ikun inħareġ ċertifikat taħt il-paragrafi 2 jew 15.

13.   Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, kull Stat Parti għandu jiżgura, taħt il-liġi nazzjonali tiegħu, li tkun fis-seħħ assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra, sal-punt speċifikat fil-paragrafu 1, fir-rigward ta' kull vapur li jkun liċenzjat biex iġorr aktar minn tnax-il passiġġier, ikun fejn ikun reġistrat, li jidħol jew iħalli port fit-territorju tiegħu safejn tapplika din il-Konvenzjoni.

14.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5, Stat Parti jista' jgħarraf lis-Segretarju Ġenerali li, għall-finijiet tal-paragrafu 13, il-vapuri mhumiex meħtieġa jġorru abbord jew jipproduċu ċ-ċertifikat meħtieġ mill-paragrafu 2 meta jidħlu jew jitilqu minn portijiet fit-territorju tiegħu, kemm-il darba l-Istat Parti li joħroġ iċ-ċertifikat ikun għarraf lis-Segretarju Ġenerali li hu jżomm rekords f'format elettroniku, aċċessibbli għall-Istati Partijiet kollha, li jaffermaw l-eżistenza taċ-ċertifikat u li jippermettu lill-Istati Partijiet iwettqu l-obbligi tagħhom taħt il-paragrafu 13.

15.   Jekk ma tinżammx assigurazzjoni jew xi garanzija finanzjarja oħra għal vapur li hu l-proprjetà ta' Stat Parti, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu rilevanti għalihom m'għandhomx japplikaw għal dak il-vapur, iżda l-vapur għandu jġorr ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet xierqa ta' l-Istat tar-reġistru tal-vapur, li jgħid li l-vapur huwa ta' proprjetà ta' dak l-Istat u li r-responsabbiltà hi koperta bl-ammont preskritt skond il-paragrafu 1. Tali ċertifikat għandu jsegwi kemm jista' jkun mill-qrib il-mudell preskritt mill-paragrafu 2.

Artikolu 5

Oġġetti ta' valur

It-trasportatur m'għandux ikun responsabbli għal telf ta' jew ħsara lil flus, sigurtajiet negozjabbli, deheb, fidda, ġojjellerija, ornamenti, xogħlijiet ta' l-arti, jew oġġetti oħra ta' valur, ħlief meta tali oġġetti ta' valur ikunu ġew iddepożitati mat-trasportatur bil-għan miftiehem li jinżammu f'post sigur f'liema każ it-trasportatur għandu jkun responsabbli sal-limitu previst fil-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 8 ħlief jekk ikun miftiehem limitu ogħla skond il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 10.

Artikolu 6

Tort kontributorju

Jekk it-trasportatur iġib provi li l-mewt jew il-korriment fuq il-persuna ta' passiġġier jew it-telf jew ħsara lill-bagalji tiegħu kienet kkawżata minn jew ġraw minħabba tort jew negliġenza tal-passiġġier, il-Qorti li qed tisma' l-każ tista' teżonera lit-trasportatur għal kollox jew parzjalment mir-responsabbiltà tiegħu skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi ta' dik il-qorti.

Artikolu 7

Limitu ta' responsabbiltà għal mewt u korriment fuq il-persuna

1.   Ir-responsabbiltà tat-trasportatur għall-mewt jew il-korriment fuq il-persuna ta' xi passiġġier taħt l-Artikolu 3 m'għandha f'ebda każ taqbeż l-400 000 unità ta' kontabbiltà għal kull passiġġier f'kull okkażjoni distinta. Meta, skond il-liġi tal-qorti li qed tisma' l-każ, il-ħsarat jitħallsu f'forma ta' pagamenti ta' dħul perjodiċi, il-valur tal-kapital ekwivalenti ta' dawk il-pagamenti m'għandux jaqbeż il-limitu msemmi.

2.   Stat Parti jista' jirregola permezz ta' dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi nazzjonali l-limitu ta' responsabbiltà preskritt fil-paragrafu 1, kemm-il darba l-limitu nazzjonali ta' responsabbiltà, jekk ikun hemm, ma jkunx aktar baxx minn dak preskritt fil-paragrafu 1. Stat Parti, li jagħmel użu mill-possibbiltà prevista f'dan il-paragrafu, għandu jinforma lis-Segretarju Ġenerali bil-limitu ta' responsabbiltà adottat jew bil-fatt li m'hemmx wieħed.

Artikolu 8

Limitu ta' responsabbiltà għal telf ta' jew ħsara lil bagalji u vetturi

1.   Ir-responsabbiltà tat-trasportatur għal telf ta' jew ħsara lill-bagalji tal-kabina m'għandha fl-ebda każ tkun aktar minn 2 250 unità ta' kontabbiltà għal kull passiġġier, għal kull vjaġġ.

2.   Ir-responsabbiltà tat-trasportatur għal telf ta' jew ħsara lil vetturi inkluż il-bagalji kollha li jinġarru fil-vettura jew fuqha m'għandha fl-ebda każ tkun aktar minn 12 700 unità ta' kontabbiltà għal kull vettura, għal kull vjaġġ.

3.   Ir-responsabbiltà tat-trasportatur għal telf ta' jew ħsara lil bagalji barra dawk imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 m'għandha fl-ebda każ tisboq 3 375 unità ta' kontabbiltà għal kull passiġġier, għal kull vjaġġ.

4.   It-trasportatur u l-passiġġier jistgħu jaqblu li r-responsabbiltà tat-trasportatur għandha tkun soġġetta għal tnaqqis li ma jisboqx 330 unità ta' kontabbiltà fil-każ ta' ħsara lil xi vettura u li ma jisboqx 149 unità ta' kontabbiltà għal kull passiġġier fil-każ ta' telf ta' jew ħsara lil xi bagalji oħra, liema somma trid titnaqqas mit-telf jew mill-ħsara.

Artikolu 9

Unità ta' kontabbiltà u konverżjoni

1   Il-Unità ta' Kontabbiltà imsemmija f'din il-Konvenzjoni hija d-Dritt Speċjali ta' Ġbid kif definit mil-Fond Monetarju Internazzjonali. L-ammonti msemmijin fl-Artikolu 3, paragrafu 1, l-Artikolu 4bis, paragrafu 1, l-Artikolu 7, paragrafu 1, u l-Artikolu 8 għandhom jissarrfu fil-valuta nazzjonali ta' l-Istat tal-qorti li qed tisma' l-każ abbażi tal-valur ta' dik il-valuta b'referenza għad-Dritt Speċjali ta' Ġbid fid-data tas-sentenza jew id-data miftiehma mill-partijiet. Il-valur tal-valuta nazzjonali, f'termini tad-Dritt Speċjali ta' Ġbid, ta' Stat Parti li hu membru tal-Fond Monetarju Internazzjonali, għandu jkun kalkulat skond il-metodu ta' valutazzjoni applikat mill-Fond Monetarju Internazzjonali fis-seħħ fid-data msemmija għall-operat u t-tranżazzjonijiet tiegħu. Il-valur tal-valuta nazzjonali, f'termini tad-Dritt Speċjali ta' Ġbid, ta' Stat Parti li mhux membru tal-Fond Monetarju Internazzjonali, għandu jkun ikkalkulat b'mod determinat minn dak l-Istat Parti.

2.   Madankollu, Stat li mhux membru tal-Fond Monetarju Internazzjonali u li l-liġi tiegħu ma tippermettix l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 jista', meta ssir ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni ta' jew l-adeżjoni ma' din il-Konvenzjoni jew fi kwalunkwe ħin wara, jiddikjara li l-Unità ta' Kontabbiltà imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ugwali għal 15-il frank tad-deheb. Il-frank tad-deheb imsemmi f'dan il-paragrafu jikkorrispondi għal ħamsa u sittin milligramma u nofs ta' deheb ta' finezza milleżima ta' disa' mija. Il-konverżjoni tal-frank tad-deheb għall-valuta nazzjonali għandha ssir skond il-liġi ta' dak l-Istat.

3.   Il-kalkolu msemmi fl-aħħar sentenza tal-paragrafu 1, u l-konverżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom isiru b'tali mod li jkunu jesprimu fil-valuta nazzjonali ta' l-Istati Partiijiet, sa fejn possibbli, l-istess valur reali għall-ammonti fl-Artikolu 3, paragrafu 1, l-Artikolu 4bis, paragrafu 1, l-Artikolu 7, paragrafu 1, u l-Artikolu 8 kif ikun jirriżulta mill-applikazzjoni ta' l-ewwel tliet sentenzi tal-paragrafu 1. L-Istati għandhom jikkomunikaw lis-Segretarju Ġenerali l-mod tal-kalkolu skond il-paragrafu 1, jew ir-riżultat tal-konverżjoni fil-paragrafu 2, skond il-każ, meta jkunu qed jiddepożitaw strument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni ta' jew adeżjoni għal din il-Konvenzjoni u kull meta jkun hemm xi tibdil f'xi waħda minnhom.

Artikolu 10

Dispożizzjonijiet supplimentari dwar il-limiti ta' responsabbiltà

1.   It-trasportatur u l-passiġġier jistgħu jaqblu, espliċitament u bil-miktub, dwar limiti ta' responsabbiltà ogħla minn dawk preskritti fl-Artikoli 7 u 8.

2.   L-interessi fuq il-ħsarat u l-ispejjeż legali m'għandhomx jiddaħħlu fil-limiti ta' responsabbiltà preskritti fl-Artikoli 7 u 8.

Artikolu 11

Difiżi u limiti għall-ħaddiema tat-trasportaturi

Jekk tittieħed azzjoni kontra ħaddiem jew aġent tat-trasportatur jew tat-trasportatur prestanti li tinqala' minħabba ħsara koperta b'din il-Konvenzjoni, dak il-ħaddiem jew l-aġent, jekk iġib provi li hu aġixxa fl-ambitu ta' l-impjieg tiegħu, għandu jkun intitolat juża d-difiżi u l-limiti ta' responsabbiltà li t-trasportatur jew it-trasportatur prestanti hu intitolat jinvoka taħt din il-Konvenzjoni.

Artikolu 12

Aggregazzjoni ta' pretensjonijiet

1.   Fejn il-limiti ta' responsabbiltà preskritti fl-Artikoli 7 u 8 jidħlu fis-seħħ, huma għandhom japplikaw għall-aggregat ta' l-ammonti irkuprati fil-pretensjonijiet kollha minħabba mewt jew korriment fuq il-persuna ta' xi wieħed mill-passiġġieri jew telf ta' jew ħsara lill-bagalji tiegħu.

2.   Fil-każ tal-ġarr li jitwettaq mit-trasportatur prestanti, l-aggregat ta' l-ammonti rkuprabbli mit-trasportatur u mit-trasportatur prestanti u mill-ħaddiema u l-aġenti tagħhom li jaġixxu fl-ambitu ta' l-impjieg tagħhom m'għandux jaqbeż l-ogħla ammont li kieku jingħata kontra t-trasportatur jew it-trasportatur prestanti taħt din il-Konvenzjoni, iżda ħadd minn dawk imsemmijin ma għandu jkun responsabbli għal somma li taqbeż il-limitu applikabbli għalih.

3.   Fi kwalunkwe każ meta ħaddiem jew aġent tat-trasportatur jew tat-trasportatur prestanti ikun intitolat taħt l-Artikolu 11 ta' din il-Konvenzjoni li jagħmel użu mil-limiti ta' responsabbiltà preskritti fl-Artikoli 7 u 8, l-aggregat ta' l-ammonti irkuprabbli mit-trasportatur, jew mit-trasportatur prestanti skond il-każ, u minn dak il-ħaddiem jew l-aġent, m'għandhomx jaqbżu dawk il-limiti.

Artikolu 13

Telf tad-dritt biex tiġi limitata r-responsabbiltà

1.   It-trasportatur m'għandux ikun intitolat għall-benefiċċju tal-limiti ta' responsabbiltà preskritti fl-Artikoli 7 u 8 u l-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 10, jekk jiġi pprovat li l-ħsara saret minħabba xi att jew ommissjoni mit-trasportatur bl-intenzjoni li jikkawża tali ħsara, jew bi traskuraġni u b'konsapevolezza li tali ħsara x'aktarx tirriżulta.

2.   Il-ħaddiem jew l-aġent tat-trasportatur jew tat-trasportatur prestanti m'għandux ikun intitolat għall-benefiċċju ta' dawk il-limiti jekk ikun pruvat li l-ħsara saret minħabba att jew ommissjoni minn dak il-ħaddiem jew l-aġent bl-iskop li jikkawża tali ħsara, jew bi traskuraġni u b'konsapevolezza li tali ħsara x'aktarx tirriżulta.

Artikolu 14

Bażi għal pretensjonijiet

L-ebda azzjoni għall-ħsarat għall-mewt jew korriment fuq il-persuna ta' xi passiġġier, jew telf ta' jew ħsara lil bagalji, m'għandha tittieħed kontra t-trasportatur jew it-trasportatur prestanti ħlief f'konformità ma' din il-Konvenzjoni.

Artikolu 15

Avviż dwar telf ta' jew ħsara lil bagalji

1.   Il-passiġġier għandu javża bil-miktub lit-trasportatur jew lill-aġent tiegħu:

(a)

fil-każ ta' ħsara li tidher lil bagalji:

(i)

għal bagalji tal-kabina, qabel jew waqt l-iżbark tal-passiġġier;

(ii)

għall-bagalji l-oħra kollha, qabel jew waqt li jerġgħu jitwasslu;

(b)

fil-każ ta' ħsara lil bagalji li ma tkunx tidher, jew telf ta' bagalji, fi żmien ħmistax-il ġurnata mid-data ta' l-iżbark jew ta' meta twasslu lura jew minn meta suppost kellhom jitwasslu lura.

2.   Jekk il-passiġġier jonqos milli jikkonforma ma' dan l-Artikolu, huwa għandu jitqies, kemm-il darba ma jkunx pruvat mod ieħor, li rċieva l-bagalji f'kundizzjoni tajba.

3.   L-avviż bil-miktub m'għandux għalfejn jingħata jekk il-kundizzjoni tal-bagalji meta ġew irċevuti kienet is-suġġett ta' perizja jew spezzjoni konġunti.

Artikolu 16

Preskrizzjoni għal azzjonijiet

1.   Kull azzjoni għal ħsarat li jinqalgħu minħabba mewt jew korriment fuq il-persuna ta' xi passiġġier jew minħabba telf ta' jew ħsara lil bagalji għandha taqa' bil-preskrizzjoni wara perijodu ta' sentejn.

2.   Il-perjodu ta' limitazzjoni għandu jkun ikkalkulat kif ġej:

(a)

fil-każ ta' korriment fuq il-persuna, mid-data meta jiżbarka l-passiġġier;

(b)

fil-każ ta' mewt li tiġri waqt il-vjaġġ, mid-data meta l-passiġġier suppost kellu jiżbarka, u fil-każ ta' korriment fuq il-persuna li jiġri waqt il-vjaġġ u jwassal għall-mewt ta' passiġġier wara l-iżbark, mid-data tal-mewt, kemm-il darba dan il-perijodu ma jaqbiżx it-tliet snin mid-data ta' l-iżbark;

(c)

fil-każ ta' telf ta' jew ħsara lil bagalji, mid-data ta' l-iżbark jew mid-data meta suppost kellu jsir l-iżbark, liema minnhom ikun l-aktar tard.

3.   Il-liġi tal-Qorti li qed tisma' l-każ għandha tirregola r-raġunijiet għal sospensjoni u interruzzjoni tal-perijodi ta' limitazzjoni, iżda fl-ebda każ m'għandha tittieħed azzjoni taħt din il-Konvenzjoni wara li jiskadi xi wieħed minn dawn il-perijodi ta' żmien li ġejjin:

(a)

Perijodu ta' ħames snin li jibda bid-data ta' l-iżbark tal-passiġġier jew mid-data meta suppost kellu jsir l-iżbark, liema minnhom ikun l-aktar tard; jew, jekk aktar kmieni

(b)

perijodu ta' tliet snin li jibda mid-data meta l-pretendent kien jaf jew suppost kellu jkun jaf bil-korriment, telf jew ħsara kkawżati bl-inċident.

4.   Minkejja l-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, il-perjodu ta' limitazzjoni jista' jkun estiż permezz ta' dikjarazzjoni tat-trasportatur jew bi ftehim tal-partijiet wara li tkun inqalgħet il-kawża ta' l-azzjoni. Id-dikjarazzjoni jew il-ftehim għandu jsir bil-miktub.

Artikolu 17

Ġurisdizzjoni Kompetenti (1)

 

Artikolu 17a

Rikonoxximent u Infurzar (1)

 

Artikolu 18

Invalidità ta' dispożizzjonijiet kuntrattwali

Kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali konkluża qabel ma jseħħ inċident li kkawża l-mewt jew il-korriment fuq il-persuna ta' passiġġier jew it-telf jew il-ħsara lill-bagalji ta' passiġġier, intiża biex teħles kwalunkwe persuna responsabbli taħt din il-Konvenzjoni mir-responsabbiltà lejn il-passiġġier jew biex tippreskrivi limitu aktar baxx ta' responsabbiltà minn dak iffissat f'din il-Konvenzjoni ħlief kif previst fl-Artikolu 8, paragrafu 4, u kull dispożizzjoni simili bil-għan li tneħħi r-responsabbiltà tal-prova minn fuq it-trasportatur jew mit-trasportatur prestanti, jew li jkollha l-effett li tnaqqas l-għażliet speċifikati fl-Artikolu 17, paragrafi 1 jew 2, għandha tkun nulla u bla effett, iżda n-nullità ta' dik id-dispożizzjoni m'għandhiex tagħmel bla effett il-kuntratt tal-ġarr li għandu jibqa' soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni.

Artikolu 20

Dannu nukleari

L-ebda responsabbiltà m'għandha tinħoloq taħt din il-Konvenzjoni għal ħsara kkawżata minħabba inċident nukleari:

(a)

jekk l-operatur ta' installazzjoni nukleari ikun responsabbli għal tali ħsara taħt il-Konvenzjoni ta' Pariġi tad-29 ta' Lulju 1960 dwar Responsabbiltà ta' Parti Terza fil-Qasam ta' l-Enerġija Nukleari kif emendata bil-Protokoll Addizzjonali tagħha tat-28 ta' Jannar 1964, jew taħt il-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-21 ta' Mejju 1963 dwar Responsabbiltà Ċivili għal Ħsara Nukleari, jew kwalunkwe emenda jew Protokoll marbut magħha li jkun fis-seħħ; jew

(b)

jekk l-operatur ta' installazzjoni nukleari ikun responsabbli għal tali ħsara bis-saħħa ta' liġi nazzjonali li tirregola r-responsabbiltà għal tali ħsara, kemm-il darba tali liġi tkun fl-aspetti kollha favorevoli għal persuni li jistgħu jġarrbu ħsara daqs il-Konvenzjoni ta' Pariġi jew dik ta' Vjenna jew kwalunkwe emenda jew Protokoll marbut magħha li jkun fis-seħħ.

Artikolu 21

Ġarr kummerċjali minn awtoritajiet pubbliċi

Din il-Konvenzjoni għandha tapplika għall-ġarr kummerċjali li jsir minn Stati jew Awtoritajiet Pubbliċi permezz ta' kuntratt ta' ġarr skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1.

[Artikoli 22 u 23 tal- Protokoll ta' l-2002 għall-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974]

Artikolu 22

Riviżjoni u Emendi (1)

 

Artikolu 23

Emenda tal-limiti

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 22, il-proċedura speċjali f'dan l-Artikolu għandha tapplika biss għall-finijiet li jiġu emendati l-limiti stipulati fl-Artikolu 3, paragrafu 1, l-Artikolu 4bis, paragrafu 1, l-Artikolu 7, paragrafu 1 u l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni kif riveduta b'dan il-Protokoll.

2.   Fuq talba ta' mill-inqas nofs, iżda fl-ebda każ inqas minn sitta, ta' l-Istati Partijiet għal dan il-Protokoll, kull proposta biex ikunu emendati l-limiti, inkluż it-tnaqqis, speċifikat fl-Artikolu 3, paragrafu 1, l-Artikolu 4bis, paragrafu 1, l-Artikolu 7, paragrafu 1, u l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni kif riveduta b'dan il-Protokoll għandha tkun ċċirkolata mis-Segretarju Ġenerali lill-Membri kollha ta' l-Organizzazzjoni u lill-Istati Partijiet kollha.

3.   Kwalunkwe emenda proposta u ċċirkolata kif imsemmi hawn fuq għandha tiġi ppreżentata lill-Kumitat Legali ta' l-Organizzazzjoni (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “l-Kumitat Legali”) għall-kunsiderazzjoni f'data ta' mhux inqas minn sitt xhur wara d-data taċ-ċirkolazzjoni tagħha.

4.   L-Istati Partijiet kollha għall-Konvenzjoni kif riveduta b'dan il-Protokoll, sew jekk ikunu Membri ta' l-Organizzazzjoni jew ma jkunux, għandhom ikunu intitolati li jipparteċipaw fil-proċedimenti tal-Kumitat Legali fir-rigward tal-konsiderazzjoni u l-adozzjoni ta' emendi.

5.   L-emendi għandhom jiġu adottati b'maġġoranza ta' żewġ terzi ta' l-Istati Partijiet għall-Konvenzjoni kif riveduta b'dan il-Protokoll preżenti u l-votazzjoni fil-Kumitat Legali mwassgħa kif previst fil-paragrafu 4, bil-kondizzjoni li mhux inqas min nofs l-Istati Partijiet għal din il-Konvenzjoni kif riveduta b'dan il-Protokoll għandhom ikunu preżenti meta ssir il-votazzjoni.

6.   Meta jkun qed jaġixxi fuq proposta biex jemenda l-limiti, il-Kumitat Legali għandu jqis l-esperjenza ta' inċidenti u, partikolarment, l-ammont ta' dannu li jirriżulta minhom, bdil fil-valuri monetarji u l-effett ta' l-emenda proposta fuq l-ispiża ta' l-assigurazzjoni.

7.

(a)

L-ebda emenda tal-limiti taħt dan l-Artikolu ma tista' titqies inqas minn ħames snin mid-data li fiha dan il-Protokoll infetaħ għall-iffirmar jew inqas minn ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' emenda preċedenti taħt dan l-Artikolu.

(b)

L-ebda limitu ma jista' jiżdied sabiex jaqbeż ammont li jikkorrispondi mal-limitu stipulat fil-Konvenzjoni kif riveduta b'dan il-Protokoll miżjud b'sitta fil-mija kull sena kkalkulat fuq bażi ta' interessi akkumulati mid-data li fiha dan il-Protokoll infetaħ għall-iffirmar.

(c)

L-ebda limitu ma jista' jiżdied sabiex jinqabeż ammont li jikkorrispondi għal-limitu stipulat fil-Konvenzjoni kif riveduta b'dan il-Protokoll immultiplikat bi tlieta.

8.   Kwalunkwe emenda adottata skond il-paragrafu 5 għandha tiġi notifikata mill-Organizzazzjoni lill-Istati Partijiet. L-emenda għandha titqies li ġiet aċċettata fl-aħħar tal-perijodu ta' tmintax-il xahar wara d-data tan-notifika, ħlief jekk f'dak il-perijodu mhux inqas minn kwart ta' l-Istati li kienu Stati Partijiet meta l-emenda ġiet adottata jkunu għarrfu lis-Segretarju Ġenerali li huma ma jaċċettawx l-emenda, f'liema każ l-emenda ma tiġix aċċettata u m'għandux ikollha effett.

9.   Emenda li titqies li ġiet aċċettata skond il-paragrafu 8 għandha tidħol fis-seħħ tmintax-il xahar wara li tiġi aċċettata.

10.   L-Istati Partiijiet kollha għandhom ikunu marbuta bl-emenda, ħlief jekk huma jiddenunzjaw dan il-Protokoll skond l-Artikolu 21, paragrafi 1 u 2 mhux inqas minn sitt xhur qabel ma l-emenda tidħol fis-seħħ. Tali denunzja għandu jkollha effett meta l-emenda tidħol fis-seħħ.

11.   Meta tiġi adottata emenda iżda l-perijodu ta' tmintax-il xahar biex tkun aċċettata jkun għadu ma skadiex, Stat li jsir Stat Parti waqt dak il-perijodu għandu jkun marbut bl-emenda jekk din tidħol fis-seħħ. Stat li jsir Stat Parti wara dak il-perijodu għandu jkun marbut b'emenda li tkun ġiet aċċettata b'mod konformi mal-paragrafu 8. Fil-każijiet imsemmijin f'dan il-paragrafu, Stat jintrabat b'emenda meta dik l-emenda tidħol fis-seħħ, jew meta dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ għal dak l-Istat, jekk din id-data tkun aktar tard.

Anness għall-Konvenzjoni ta' Ateni

Image

Noti ta' spjegazzjoni:

1.

Jekk mixtieq, id-denominazzjoni ta' l-Istat tista' tinkludi referenza għall-awtorità pubblika kompetenti tal-pajjiż fejn jinħareġ iċ-ċertifikat.

2.

Jekk l-ammont totali ta' garanzija jkun ingħata minn aktar minn sors wieħed, l-ammont ta' kull wieħed minnhom għandu jiġi indikat.

3.

Jekk garanzija tingħata f'diversi forom, dawn għandhom jiġu enumerati.

4.

Ir-reġistrazzjoni “Perijodu ta' Garanzija” trid tistipula d-data ta' meta tali garanzija tibda sseħħ.

5.

Id-daħla “Indirizz” ta' l-assiguratur(i) u/jew garanti trid tindika l-post prinċipali tan-negozju ta' l-assiguratur(i) u/jew garanti. Jekk ikun il-każ, għandu jiġi indikat il-post tan-negozju fejn hi stabbilita l-assigurazzjoni jew garanzija oħra.


(1)  Mhux riprodott.


ANNESS II

Estratt mir-riżerva u l-linji gwida ta' l-Imo għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni, adottati mill-kumitat legali ta' l-organizzazzjoni marittima internazzjonali fid-19 ta' ottubru 2006 riżerva u linji gwida ta' l-Imo għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni

Riżerva

1.

Il-Konvenzjoni ta' Ateni għandha tiġi ratifikata bir-riżerva li ġejja jew dikjarazzjoni bl-istess effett:

“[1.1]

Riżerva fir-rigward tar-ratifika mill-Gvern ta' … tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002 (‘il-Konvenzjoni’)

Limitazzjoni tar-responsabbiltà tat-trasportaturi, eċċ.

[1.2.]

Il-Gvern ta' … jirriżerva d-dritt u jimpenja ruħu li jillimita r-responsabbiltà skond il-paragrafu 1 jew 2 ta' l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni, jekk ikun hemm, fir-rigward ta' mewt jew korriment fuq il-persuna ta' passiġġier ikkawżat minn kwalunkwe mir-riskji msemmijin fil-paragrafu 2.2 tal-Linji Gwida ta' l-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni għall-ammont l-aktar baxx ta' l-ammonti li ġejjin:

250 000 unità ta' kontabbiltà fir-rigward ta' kull passiġġier f'kull okkażjoni distinta;

jew

340 miljun unità ta' kontabbiltà globali għal kull vapur f'kull okkażjoni distinta.

[1.3.]

Barra minn hekk, il-Gvern ta' … jirriżerva d-dritt u jimpenja ruħu li japplika l-Linji Gwida ta' l-IMO għall-Implimentazzjoni tal-paragrafi 2.1.1 u 2.2.2 tal-Konvenzjoni ta' Ateni mutatis mutandis, għal tali responsabbiltajiet.

[1.4.]

Ir-responsabbiltà tat-trasportatur prestanti skond l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni, ir-responsabbiltà tal-ħaddiema u l-aġenti tat-trasportatur jew tat-trasportatur prestanti skond l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni u l-limitu ta' l-aggregat ta' l-ammonti irkuprabbli skond l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni għandhom ikunu limitati bl-istess mod.

[1.5.]

Ir-riżerva u l-impenn fil-paragrafu 1.2 għandhom japplikaw tkun xi tkun il-bażi tar-responsabbiltà taħt il-paragrafu 1 jew 2 ta' l-Artikolu 3 u minkejja kwalunkwe ħaġa għall-kuntrarju fl-Artikolu 4 jew 7 tal-Konvenzjoni; iżda din ir-riżerva u l-impenn ma jaffettwawx il-funzjoni ta' l-Artikoli 10 u 13.

Assigurazzjoni obbligatorja u limitazzjoni tar-responsabbiltà ta' l-assiguraturi

[1.6.]

Il-Gvern ta' … jirriżerva d-dritt u jimpenja ruħu li jillimita l-ħtieġa taħt il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 4bis sabiex tinżamm assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra fir-rigward ta' mewt jew korriment fuq il-persuna ta' passiġġier ikkawżat minn kwalunkwe mir-riskji msemmijin fil-paragrafu 2.2 tal-Linji Gwida ta' l-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni għall-ammont l-aktar baxx mill-ammonti li ġejjin:

250 000 unità ta' kontabbiltà fir-rigward ta' kull passiġġier f'kull okkażjoni distinta;

jew

340 miljun unità ta' kontabbiltà globali għal kull vapur f'kull okkażjoni distinta.

[1.7.]

Il-Gvern ta' … jirriżerva wkoll id-dritt u jimpenja ruħu li jillimita r-responsabbiltà ta' l-assiguratur jew xi persuna oħra li tipprovdi garanzija finanzjarja taħt il-paragrafu 10 ta' l-Artikolu 4bis, fir-rigward ta' mewt jew korriment fuq il-persuna ta' passiġġier ikkawżat minn kwalunkwe mir-riskji msemmijin fil-paragrafu 2.2 tal-Linji Gwida ta' l-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni, għal ammont massimu ta' l-ammont ta' l-assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra li t-trasportatur huwa meħtieġ li jżomm taħt il-paragrafu 1.6 ta' din ir-riżerva.

[1.8.]

Il-Gvern ta' … jirriżerva wkoll id-dritt u jimpenja ruħu li japplika l-Linji Gwida ta' l-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni inkluż l-applikazzjoni tal-klawsoli msemmijin fil-paragrafi 2.1 u 2.2 tal-Linji Gwida fir-rigward ta' kull assigurazzjoni obbligatorja taħt il-Konvenzjoni.

[1.9.]

Il-Gvern ta' … jirriżerva d-dritt u jimpenja ruħu li jeżenta lill-fornitur ta' l-assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra taħt il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 4bis minn kwalunkwe responsabbiltà li għaliha huwa ma jkunx daħal responsabbli.

Ċertifikazzjoni

[1.10.]

Il-Gvern ta' … jirriżerva d-dritt u jimpenja ruħu li joħroġ ċertifikati ta' assigurazzjoni taħt il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni sabiex:

ikunu riflessi l-limitazzjonijiet tar-responsabbiltà u l-ħtiġiet għall-kopertura ta' l-assigurazzjoni msemmijin fil-paragrafi 1.2, 1.6, 1.7 u 1.9; u

jiġu inklużi tali limitazzjonijiet, ħtiġiet u eżenzjonijiet oħrajn skond kif ikunu jeħtieġu l-kondizzjonijiet tas-suq ta' l-assigurazzjoni fil-ħin tal-ħruġ taċ-ċertifikat.

[1.11.]

Il-Gvern ta' … jirriżerva d-dritt u jimpenja ruħu li jaċċetta ċertifikati ta' assigurazzjoni maħruġin minn Stati Parti oħra skond riżerva simili.

[1.12.]

It-tali limitazzjonijiet, ħtiġiet u eżenzjonijiet kollha ser jiġu riflessi b'mod ċar fiċ-Ċertifikat maħruġ jew iċċertifikat skond il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni.

Relazzjoni bejn din ir-Riżerva u l-Linji Gwida ta' l-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni

[1.13.]

Id-drittijiet miżmumin minn din ir-riżerva għandhom ikunu eżerċitati b'kont debitament meħud tal-Linji Gwida ta' l-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni, jew ta' kwalunkwe emenda tagħhom, bil-għan li tkun żgurata l-konformità. Jekk proposta biex jiġu emendati l-Linji Gwida ta' l-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni, inklużi l-limiti, tkun ġiet approvata mill-Kumitat Legali ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, dawk l-emendi għamdhom japplikaw sa miż-żmien kif determinat mill-Kumitat. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-liġi internazzjonali rigward id-dritt ta' Stat li jirtira jew jemenda r-riżerva tiegħu.”

Linji ta' gwida

2.

Fl-istat preżenti tas-suq ta' l-assigurazzjoni, l-Istati Partijiet għandhom joħorġu ċertifikati ta' assigurazzjoni abbażi ta' impriża waħda minn assiguratur li jkopri riskji tal-gwerra, u assiguratur ieħor li jkopri riskji mhux tal-gwerra. Kull assiguratur għandu jkun responsabbli biss għall-parti tiegħu. Għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin (il-klawsoli msemmijin huma mniżżlin fl-Appendiċi A):

2.1.

L-assigurazzjoni tal-gwerra u dik mhux tal-gwerra jistgħu jkunu soġġetti għall-klawsoli li ġejjin:

2.1.1.

Klawsola ta' Istituzzjoni għall-Esklużjoni ta' l-Armi ta' Kontaminazzjoni Radjoattiva, dawk Kimiċi, Bijoloġiċi, Bijo-kemiċi u Elettromanjetiċi (Klawsola ta' Istituzzjoni nru 370);

2.1.2.

Klawsola ta' Istituzzjoni għall-Esklużjoni minn Attakki Ċibernetiċi (Klawsola ta' Istituzzjoni nru 380);

2.1.3.

Id-difiżi u l-limitazzjonijiet ta' fornitur ta' garanzija finanzjarja obbligatorja taħt il-Konvenzjoni kif immodifikata minn dawn il-linji gwida, b'mod partikolari l-limitu ta' 250,000 unità ta' kontabbiltà għal kull passiġġier f'kull okkażjoni distinta;

2.1.4.

Id-dispożizzjoni li l-assigurazzjoni għandha tkopri biss responsabbiltajiet soġġett għall-Konvenzjoni kif modifikata b'dawn il-linji gwida; u

2.1.5.

Id-dispożizzjoni li kwalunkwe ammont imħallas taħt il-Konvenzjoni għandu jservi biex inaqqas ir-responsabbiltà li fadal tat-trasportatur u/jew l-assiguratur taħt l-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni anke jekk dan ma jitħallasx jew ma jintalabx mill-assiguraturi rispettivi tal-gwerra jew mhux tal-gwerra.

2.2.

L-assigurazzjoni tal-gwerra għandha tkopri ir-responsabbiltà, jekk ikun hemm, għat-telf imġarrab bħala riżultat tal-mewt jew il-korriment fuq il-persuna ta' passiġġieri ikkawżat minn:

gwerra, gwerra ċivili, rivoluzzjoni, ribelljoni, insurrezzjoni, jew konflitti ċivili li jirriżultaw minnhom, jew kwalunkwe att ostili minn qawwa fil-gwerra jew kontriha;

ħtif, qbid, arrest, trażżin jew priġunerija, u l-konsegwenzi ta' dawn jew kwalunkwe attentat għal dan;

mini, torpidows, bombi abbandunati jew armi tal-gwerra oħra abbandunati;

att ta' kwalunkwe terrorist jew kwalunkwe persuna li taġixxi b'mod malizzjuż jew b'motiv politiku u kwalunkwe att li jittieħed bħala prevenzjoni ta' kwalunkwe riskju tali jew bħala ġlieda kontrih;

konfiska u esproprjazzjoni;

u tista' tkun soġġetta għall-eżenzjonijiet, il-limitazzjonijiet u l-ħtiġiet li ġejjin:

2.2.1.

Klawsola għat-Tmiem u għall-Esklużjoni Awtomatiċi tal-Gwerra

2.2.2.

Fil-każ li l-pretensjonijiet ta' passiġġieri individwali jeċċedu fl-aggregat is-somma ta' 340 miljun unità ta' kontabbiltà globali għal kull vapur fi kwalunkwe okkażjoni distinta, it-trasportatur għandu jkun intitolat jinvoka limitazzjoni tar-responsabbiltà tiegħu fl-ammont ta' 340 miljun unità ta' kontabbiltà, dejjem kemm-il darba:

dan l-ammont għandu jiġi distribwit fost il-pretendenti fi proporzjon għall-pretensjonijiet stabbiliti tagħhom;

id-distribuzzjoni ta' dan l-ammont tista' ssir f'porzjon wieħed jew aktar lill-pretendenti magħrufa fil-ħin tad-distribuzzjoni; u

id-distribuzzjoni ta' dan l-ammont tista' ssir mill-assiguratur, jew mill-Qorti jew awtorità kompetenti oħra meta titressaq quddiemha kwistjoni mill-assiguratur fi kwalunkwe Stat Parti li fih jiddaħħlu proċedimenti legali fir-rigward ta' pretensjonijiet allegatament koperti mill-assigurazzjoni.

2.2.3.

Klawsola ta' avviż ta' 30 ġurnata f'każijiet li mhumiex koperti minn 2.2.1.

2.3.

L-assigurazzjoni mhux tal-gwerra għandha tkopri l-perikli kollha soġġetti għal assigurazzjoni obbligatorja minbarra dawk ir-riskji elenkati fi 2.2, kemm jekk dawn ikunu jew ma jkunux soġġetti għall-eżenzjonijiet, il-limitazzjonijiet jew il-ħtiġiet fi 2.1 u 2.2.

3.

Eżempju ta' sett ta' obbligi ta' l-assigurazzjoni (Blue Cards) u ċertifikat ta' l-assigurazzjoni, li kollha jirriflettu dawn il-linji gwida, huma inklużi fl-Appendiċi B.

APPENDIĊI A

Klawsoli msemmijin fil-linji gwida 2.1.1, 2.1.2 u 2.2.1

Klawsola ta' Istituzzjoni għall-Esklużjoni ta' l-Armi ta' Kontaminazzjoni Radjoattiva, dawk Kimċi, Bijoloġiċi, Bijo-kemiċi u Elettromanjetiċi (Kl. 370, 10/11/2003)

Din il-klawsola għandha tkun ta' l-akbar importanza u għandha tipprevali fuq dak kollu li jinsab f'din l-assigurazzjoni li jkun inkonsistenti għaliha

1.

Din l-assigurazzjoni m'għandha fl-ebda każ tkopri responsabbiltà jew spiża ta' telf u ħsara kkawżati direttament jew indirettament minn jew li ġew ikkontribwiti minn jew li joħorġu minn:

1.1.

radjazzjonijiet jonizzanti minn jew kontaminazzjoni permezz ta' radjoattività minn kwalunkwe karburant nukleari jew minn kwalunkwe skart nukleari jew mill-kombustjoni ta' karburant nukleari.

1.2.

il-proprjetajiet radjoattivi, tossiċi, splussivi jew proprjetajiet ta' periklu jew li jikkontaminaw oħrajn ta' kwalunkwe installazzjoni, reattur jew immuntar nukleari jew komponent nukleari tiegħu

1.3.

kwalunkwe arma jew apparat ta' fissjoni atomika jew nukleari u/jew fużjoni jew forza jew sustanza reattiva jew radjoattiva oħra simili.

1.4.

il-proprjetajiet radjoattivi, tossiċi, splussivi jew proprjetajiet perikolużi jew li jikkontaminaw ta' kwalunkwe sustanza radjoattiva. L-esklużjoni f'din is-sub-klawsola ma testendix għal isotopi radjoattivi, minbarra karburant nukleari, meta tali isotopi jkunu qed jiġu ppreparati, jinġarru, jinħażnu, jew jintużaw għal finijiet kummerċjali, agrikoli, mediċi, xjentifiċi jew finijiet paċifiċi oħra.

1.5.

kwalunkwe arma kimika, bijoloġika, bijo-kimika, jew elettromanjetika.

Klawsola ta' Istituzzjoni ta' Attakk Ċibernetiku (Kl. 380, 10/11/03)

1.

Soġġett għall-paragrafu 2 hawn taħt, din l-assigurazzjoni m'għandha fl-ebda każ tkopri r-responsabbiltà jew l-ispiża għal ħsara u telf ikkawżata direttament jew indirettament minn jew ikkontribwita minn jew li toħroġ mill-użu jew l-operat, bħala mezz li jwassal għal ħsara, ta' kwalunkwe kompjuter, sistema ta' kompjuter, programm ta' software ta' kompjuter, kodiċi malizzjuż, virus jew proċess ta' kompjuter jew kwalunkwe sistema elettronika.

2.

Fejn din il-klawsola hi endorsjata f'poloz li jkopru riskji ta' gwerra, gwerra ċivili, rivoluzzjoni, ribelljoni, insurrezzjoni, jew konflitti ċivili li joħorġu minnhom, jew kwalunkwe att ostili minn qawwa fil-gwerra jew kontriha, jew terroriżmu jew kwalunkwe persuna li taġixxi b'motiv politiku, il-paragrafu 1 m'għandux jopera biex jeskludi telf (li kieku kien ikun kopert) li jirriżulta mill-użu ta' kwalunkwe kompjuter, sistema ta' kompjuter jew programm ta' software ta' kompjuter jew kwalunkwe sistema elettronika oħra fis-sistema ta' llanċjar u/jew ta' gwida u/jew mekkaniżmu ta' sparar ta' kwalunkwe arma jew missila.

Tmiem u Esklużjoni Awtomatiċi tal-Gwerra

1.1.

Tmiem Awtomatiku ta' Kopertura

Kemm jekk tali avviż ta' kanċellazzjoni ngħata u kemm jekk ma ngħatax il-kopertura ta' hawn taħt għandha TASAL FI TMIEMHA AWTOMATIKAMENT

1.1.1.

malli tfaqqa' gwerra (kemm jekk kien hemm dikjarazzjoni ta' gwerra u kemm jekk ma kienx hemm) bejn kwalunkwe minn dawn li ġejjin: ir-Renju Unit, l-Istati Uniti ta' l-Amerika, Franza, il-Federazzjoni Russa, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina;

1.1.2.

fir-rigward ta' kwalunkwe bastiment, li f'konnessjoni miegħu tingħata kopertura hawn taħt, fil-każ li tali bastiment jiġi rekwiżizzjonat jew għat-titolu jew għall-użu.

1.2.

Gwerra tal-Ħames Potenzi

Din l-assigurazzjoni teskludi

1.2.1.

responsabbiltà jew spiża ta' telf u ħsara li toħroġ minn malli tfaqqa' gwerra (kemm jekk kien hemm dikjarazzjoni ta' gwerra u kemm jekk ma kienx hemm) bejn kwalunkwe minn dawn li ġejjin: ir-Renju Unit, l-Istati Uniti ta' l-Amerika, Franza, il-Federazzjoni Russa, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina;

1.2.2.

rekwiżizzjoni jew għat-titolu jew għall-użu.

APPENDIĊI B

Image

Image

Image

Noti ta' spjegazzjoni:

1.

Jekk mixtieq, id-denominazzjoni ta' l-Istat tista' tinkludi referenza għall-awtorità pubblika kompetenti tal-pajjiż fejn jinħareġ iċ-ċertifikat.

2.

Jekk l-ammont totali ta' garanzija jkun ingħata minn aktar minn sors wieħed, l-ammont ta' kull wieħed minnhom għandu jiġi indikat.

3.

Jekk garanzija tingħata f'diversi forom, dawn għandhom jiġu enumerati.

4.

Ir-reġistrazzjoni “Perijodu ta' Garanzija” trid tistipula d-data ta' meta tali garanzija tibda sseħħ.

5.

Id-daħla “Indirizz” ta' l-assiguratur(i) u/jew garanti trid tindika l-post prinċipali tan-negozju ta' l-assiguratur(i) u/jew garanti. Jekk ikun il-każ, għandu jiġi indikat il-post tan-negozju fejn hi stabbilita l-assigurazzjoni jew garanzija oħra.


DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   INTRODUZZJONI

F'Novembru 2005, il-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha (1) għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligazzjoni ta' min iġorr il-passiġġieri bil-baħar u fuq ilmijiet interni f'każ ta' inċidenti. Din il-proposta kienet ippreżentata lill-Kunsill fl-24 ta' Frar 2006.

Il-Parlament Ewropew adotta l-opinjoni ta' l-ewwel qari tiegħu fil-25 ta' April 2007.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu fit-13 ta' Settembru 2006. (2)

Il-Kumitat tar-Reġjuni adotta l-opinjoni tiegħu fil-15 ta' Ġunju 2006. (3)

Fil-qafas tal-proċedura ta' kodeċiżjoni (l-artikolu 251 tat-TEC), fit-30 ta' Novembru 2007 l-Kunsill laħaq qbil politiku dwar l-abbozz ta' regolament. Wara reviżjoni legali/lingwistika, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu fil- 6 ta' Ġunju 2008.

II.   OBJETTIV

L-objettiv prinċipali tar-regolament propost hu li jinkorpora fil-liġi Komunitarja l-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom bil-Baħar ta' l-1974, kif emendata mill-protokoll tagħha ta' l-2002 (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Il-Konvenzjoni ta' Ateni”).

Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi diversi adattamenti tal-Konvenzjoni ta' Ateni u miżuri addizzjonali bħall-estensjoni ta' l-ambitu ta' applikazzjoni għat-traffiku domestiku kif ukoll it-traffiku permezz ta' passaġġi interni fuq l-ilma, it-tneħħija tal-possibbiltà għall-Istati Membri taħt il-Konvenzjoni ta' Ateni li jiffissaw limiti ta' responsabbiltà ogħla minn dawk previsti fil-Konvenzjoni ta' Ateni. Barra minn hekk, il-proposta tinkludi dispożizzjoni li tgħid li fil-każ ta' ħsara jew telf ta' apparat mobbli/apparat mediku li jappartjeni għal passiġġier li ma jkunx jista' jiċċaqlaq sew, il-kumpens massimu għandu jkun ekwivalenti għall-valur biex jinbidel l-apparat. U b'mod simili għas-setturi ta' l-ajru u tal-ferroviji, il-proposta tipprevedi pagamenti bil-quddiem fil-każ ta' mewt ta', jew korriment ta' passiġġier, kif ukoll informazzjoni lill-passiġġieri ta' qabel il-vjaġġ.

III.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI

Ġenerali

Il-pożizzjoni komuni dwar il-proposta ta' hawn fuq, kif maqbula mill-Kunsill, taġġorna r-regolament, fost l-oħrajn, billi tbiddel id-dispożizzjonijiet dwar l-ambitu, ir-relazzjoni bejn ir-regolament u konvenzjonijiet internazzjonali oħrajn dwar il-limitazzjoni globali tar-responsabbiltà, il-pagamenti bil-quddiem u d-dispożizzjoni transitorja tar-regolament.

Il-pożizzjoni komuni tinkorpora numru kbir ta' l-emendi ta' l-ewwel qari tal-Parlament Ewropew (l-emendi 1, 2, 3, 5, 9, 10, 11, 16-27, kif imniżżlin fid-dok. 8724/07), verbatim, parzjalment jew fl-ispirtu. Dawn itejbu jew jiċċaraw it-test tar-regolament propost. Madankollu, emendi oħrajn mhumiex riflessi fil-pożizzjoni komuni (l-emendi 4, 6, 7, 8, 12, 13, 14, 15). Il-Kunsill hu, kif inhi wkoll il-Kummissjoni, ta' l-opinjoni li r-reviżjoni tal-kompiti ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) ma għandhiex tkun trattata f'dan ir-regolament minħabba li hija kwistjoni differenti (l-emenda 4). Iċ-ċaħda ta' l-emendi l-oħrajn hi spjegata aktar fit-taqsima li jmiss.

Il-pożizzjoni komuni tinkludi wkoll numru ta' bidliet minbarra dawk previsti fl-opinjoni ta' l-ewwel qari tal-Parlament Ewropew minħabba li, f'numru ta' każijiet, id-dispożizzjonijiet mill-proposta oriġinali tal-Kummissjoni ġew supplimentati b'elementi ġodda jew imfassla kompletament mill-ġdid, filwaqt li ddaħħlu wkoll xi dispożizzjonijiet ġodda.

Barra minn hekk, numru ta' bidliet ta' abbozzar ifittxu biss li jiċċaraw it-test jew jiżguraw il-koerenza ġenerali tar-regolament.

It-taqsimiet li ġejjin jiddeskrivu l-bidliet ta' sostanza tal-pożizzjoni komuni u r-reazzjoni tal-Kunsill għall-emendi tal-Parlament Ewropew.

Speċifiku

(1)   Ambitu ta' applikazzjoni

Il-Kunsill, filwaqt li jaqbel kompletament mal-Parlament Ewropew (l-emendi 16-27) ċaħad l-estensjoni ta' l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni għall-ġarr internazzjonali u domestiku permezz ta' passaġġi interni fuq l-ilma kif propost mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha. Il-Kunsill isegwi l-istess raġunament tal-Parlament Ewropew meta jqis li l-Konvenzjoni ta' Ateni titratta l-ġarr bil-baħar u li estensjoni għall-ġarr biex tinkludi l-ġarr fuq passaġġi interni fuq l-ilma tista' ma tkunx xierqa u ma tqisx biżżejjed l-ispeċifikitajiet tal-qasam tal-passaġġi interni fuq l-ilma.

Barra minn hekk, kuntrarjament għall-Kummissjoni u għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill jispeċifika li fir-rigward tal-ġarr bil-baħar fi Stat Membru wieħed, huwa raġonevoli li r-regolament japplika għal bastimenti koperti mill-Klassi A skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/18/KE tas-17 ta' Marzu 1998 dwar ir-regoli u n-normi ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri.

(2)   Inkorporazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni u miżuri oħrajn ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO)

Il-Kunsill, bħall-Parlament Ewropew (l-emenda 6), hu ta' l-opinjoni li mhux biss il-Konvenzjoni ta' Ateni iżda wkoll ir-Riżerva u l-Linji Gwida ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Linji Gwida ta' l-IMO”), adottati mill-Kumitat Legali ta' l-IMO fid-19 ta' Ottubru 2006 biex jiġu indirizzati xi wħud mill-kwistjonijiet dwar il-Konvenzjoni ta' Ateni, b'mod partikolari, il-kumpens għal dannu relatat mat-terroriżmu, għandhom jiġu nkorporati fir-regolament. Għal dik ir-raġuni, il-Kunsill, bħall-Parlament Ewropew, żied it-test tal-Linji Gwida ta' l-IMO bħala anness ġdid għar-regolament.

Madankollu, għandu jiġi nnutat li l-Kunsill iqis li l-inklużjoni tat-test sħiħ tal-Konvenzjoni ta' Ateni tista' toħloq inċertezzi legali minħabba li diversi dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni mhumiex relatati b'mod dirett mas-suġġett tar-regolament. Għal dik ir-raġuni, il-Kunsill, b'differenza mill-Parlament Ewropew, fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 3 tar-regolament jenumera d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni ta' Ateni għall-applikazzjoni fil-qafas ta' dak ir-regolament. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet irrilevanti jew li jiżgwidaw tal-Konvenzjoni ta' Ateni tneħħew mill-anness għar-regolament għal raġunijiet ta' ċarezza.

(3)   Limiti massimi

Il-Kunsill immodifika l-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward tan-nuqqas ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 7(2) tal-Konvenzjoni ta' Ateni. Din ta' l-aħħar tistabbilixxi li Stat Parti jista' jadotta limiti ogħla ta' responsabbiltà bħal dawk tal-Konvenzjoni ta' Ateni. Il-Kunsill għazel li japplika d-dispożizzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni kif inhi bħalissa mingħajr ma jintroduċi mekkaniżmu Komunitarju partikolari sabiex ikun hemm qbil dwar l-użu ta' l-Artikolu 7(2) kif kien issuġġerit mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha kif ukoll mill-Parlament Ewropew fl-emenda 7 tiegħu.

(4)   Applikazzjoni simultanja ta' konvenzjonijiet internazzjonali oħrajn dwar il-limitazzjoni tar-responsabbiltà ta' sidien ta' bastimenti

Filwaqt li jqis il-fatt li diversi Stati Membri diġà rratifikaw il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Limitazzjoni tar-Responsabbiltà għal Pretensjonijiet Marittimi, 1976, kif emendata bil-Protokoll ta' l-1996 (LLMC 1996), il-Kunsill ma jistax jappoġġa lill-Parlament Ewropew fir-rigward tan-nuqqas ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 19 tal-Konvenzjoni ta' Ateni (l-emenda 8). Fl-Artikolu 5 tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill, ir-relazzjoni bejn il-Konvenzjoni ta' Ateni u l-LLMC 1996 ġiet ċċarata aktar sabiex ikun hemm garanzija ta' ċertezza legali.

(5)   Pagament bil-quddiem

Filwaqt li jsegwi mill-qrib lill-Parlament Ewropew (l-emenda 9), il-Kunsill jappoġġa l-idea li f'każ ta' inċident marittimu li jikkawża l-mewt, jew il-korriment fuq il-persuna, ta' passiġġier, għandu jitħallas pagament bil-quddiem. Sabiex jiżgura li dik d-dispożizzjoni tista' tiġi applikata fil-prattika, il-Kunsill iċċara li d-dispożizzjoni tapplika jekk l-inċident marittimu jkun seħħ fit-territorju ta' Stat Membru, jew li jkun seħħ abbord bastiment li kien qed itajjar il-bandiera ta' Stat Membru jew li kien irreġistrat fi Stat Membru. Fir-rigward ta' l-inċident marittimu, il-Kunsill hu ta' l-opinjoni li t-terminu “inċident marittimu” hu definit biżżejjed u b'mod wiesgħa fil-Konvenzjoni ta' Ateni. Għalhekk iż-żieda tat-terminu “aċċident marittimu” mhijiex meħtieġa.

Il-Kunsill jappoġġa lill-Parlament Ewropew b'mod sħiħ (l-emenda 10) fir-rigward tal-kjarifika li l-pagament bil-quddiem ma għandux jikkostitwixxi rikonoxximent tar-responsabbiltà u għalħekk jista' jitpaċa kontra kwalunkwe somom sussegwenti mħallsa. Madankollu, il-Kunsill jispeċifika aktar il-każijiet li fihom il-pagament bil-quddiem jista' jingħata lura skond il-Konvenzjoni ta' Ateni u l-Linji Gwida ta' l-IMO.

(6)   Informazzjoni għall-passiġġieri

Il-Kunsill jappoġġa lill-Parlament Ewropew fir-rigward tal-karatteristiċi (xierqa u li jiftiehmu) ta' l-informazzjoni li għandha tingħata lill-passiġġieri mhux aktar tard mit-tluq. B'mod simili għas-settur ta' l-avjazzjoni, il-Kunsill jipproponi li jista' jintuża sommarju għal dan il-għan. Madankollu, il-Kunsill jemmen li m'hemmx bżonn li ssir referenza għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (l-emenda 12) minħabba li dik id-direttiva diġà tapplika u hija indipendenti mir-regolament propost.

(7)   Applikazzjonijiet imdewma

B'mod simili għall-Parlament Ewropew (l-emendi 13, 14 u 15) il-Kunsill introduċa dispożizzjoni transitorja li tippermetti lill-Istati Membri li jiddiferixxu l-applikazzjoni tar-Regolament sa erba' snin wara l-applikazzjoni tiegħu. Madankollu, il-bidla li saret mill-Kunsill għall-proposta tal-Kummissjoni tapplika għall-ġarr bil-baħar fi Stat Membru wieħed abbord bastimenti koperti mill-Klassi A skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/18/KE u mhux għall-ġarr domestiku permezz ta' linji ta' tragett regolari (fir-reġjuni koperti mill-Artikolu 299(2) TEC) kif propost mill-Parlament Ewropew.

IV.   KONKLUŻJONI

Il-Kunsill jemmen li l-pożizzjoni komuni tirrappreżenta approċċ realistiku, li jqis l-ilħuq tal-proposta u d-dispożizzjonijiet addizzjonali proposti tagħha kif ukoll il-ħtieġa għal ċarezza legali.

Il-Kunsill jistenna bil-ħerqa diskussjonijiet kostruttivi mal-Parlament Ewropew bil-ħsieb ta' l-adozzjoni bikrija tar-Regolament.


(1)  Dok. 6827/06 — COM(2005) 592 finali

(2)  ĠU C 2006/318, 23.12.2006

(3)  ĠU C 2006/229, 22.9.2006