|
ISSN 1725-5198 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 182 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 51 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet |
|
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Kunsill |
|
|
2008/C 182/01 |
||
|
2008/C 182/02 |
||
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2008/C 182/03 |
||
|
2008/C 182/04 |
||
|
2008/C 182/05 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5182 — Shell/BP/AFS/Globefuel) ( 1 ) |
|
|
2008/C 182/06 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5134 — Spar/Plus Hungary) ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2008/C 182/07 |
||
|
2008/C 182/08 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2008/C 182/09 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2008/C 182/10 |
||
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2008/C 182/11 |
Komunikazzjoni tal-gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' idrokarburi (Avviż rigward it-talba għall-permess esklussiv għall-prospettar ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass imsejjaħ Permis des Yvelines) ( 1 ) |
|
|
2008/C 182/12 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5221 — Kenwood/JVC/Holdco) ( 1 ) |
|
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet
OPINJONIJIET
Kunsill
|
19.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 182/1 |
OPINJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta' Lujlu 2008
dwar il-programm ta' stabbiltà aġġornat tal-Belġju 2007-2011
(2008/C 182/01)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,
Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,
TA DIN L-OPINJONI:
|
(1) |
Fit-8 ta' Lulju 2008 il-Kunsill eżamina l-programm ta' stabbiltà aġġornat tal-Belġju, li jkopri l-perijodu mill-2007 sa l-2011 (2). |
|
(2) |
Tul l-aħħar għaxar snin, il-PGD reali kiber b'medja ta' madwar 2,25 %, kemmxejn ogħla mir-rata medja tat-tkabbir fiż-żona ta' l-euro. Dan it-tkabbir tal-PGD relattivament għoli wassal għal tnaqqis fir-rata tal-qagħad, filwaqt li r-rata ta' l-impjieg (b'mod speċjali għall-ħaddiema iżgħar u akbar) u l-għadd ta' siegħat maħduma baqa' baxx, li jirrifletti tassazzjoni tax-xogħol għolja u riġiditajiet fis-suq tax-xogħol, rekwiżiti baxxi għat-tiftix tax-xogħol u età għall-irtirar effettiv baxxa. Il-baġit ilu jvarja madwar pożizzjoni bilanċjata sa mill-2000 (għajr fl-2005), u l-proporzjon tad-dejn, li kien waqa' minn 134 % tal-PGD fl-1993 għal 108 % tal-PGD fl-2000, kompla bit-tnaqqis impressjonanti tiegħu u issa jinsab taħt il-85 % tal-PGD. Rata ta' l-impjieg akbar, flimkien ma' pożizzjonijiet baġitarji ambizzjużi, jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi għall-perijodu fit-tul. |
|
(3) |
Ix-xenarju makroekonomiku sottostanti għall-programm jbassar li t-tkabbir tal-PGD reali ser jaqa' minn 2,8 % fl-2007 għal 1,9 % fl-2008 u jsir stabbli għal madwar 2 % fis-snin suċċessivi. Meta evalwat bi tqabbil ma' l-informazzjoni disponibbli attwalment (3), ix-xenarju għall-2008 u l-2009 jidher li huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet ta' tkabbir favorevoli meta wieħed iqis l-ambjent estern deterjorat u l-inflazzjoni ogħla minħabba li l-projezzjonijiet inklużi fil-programm ġew finalizzati. Is-suppożizzjonijiet ta' tkabbir għall-2010-2011 huwa ġeneralment plawżibbli. L-aġġornament tal-programm qed jistenna li l-inflazzjoni togħla għal 3,0 % fl-2008 u tinżel għal 1,75 % matul il-perijodu 2009-2011. Il-projezzjonijiet dwar l-inflazzjoni tal-programm għall-2008-2009 jidher li huma pjuttost baxxi meta titqies iż-żieda sostanzjali fil-prezzijiet tal-prodotti bażiċi u ta' ikel ipproċessat f' dawn l-aħħar xhur. Barra minn hekk, il-projezzjonijiet għat-tkabbir fl-impjiegi ta' madwar 1 % fis-sena fl-aġġornament tal-programm jidhru li huma relattivament għolja meta jitqies it-tkabbir taħt il-potenzjal tal-PGD matul il-perijodu tal-programm. Filwaqt li l-projezzjonijiet għat-tkabbir fil-pagi tal-programm huma pjuttost baxxi għall-2008, dawn jidhru li huma għoljin għas-snin suċċessivi (3,25 — 3,5 %), b'mod speċjali meta jitqabblu mar-rata ta' inflazzjoni baxxa mbassra. |
|
(4) |
Għall-2007, id-defiċit ġenerali tal-gvern kien ta' 0,2 % tal-PGD, imqabbel ma' mira ta' bilanċ favorevoli ta' 0,3 % tal-PGD stipulata fl-aġġornament preċedenti tal-programm ta' stabbiltà. L-agħar eżitu fl-2007 kien prinċipalment minħabba tkabbir fin-nefqa ogħla milli ppjanat u dan seħħ minkejja t-tkabbir pożittiv mhux previst. Nefqa ogħla milli ppjanata rriflettiet, b'mod partikolari, żieda kbira fis-sussidji mogħtija lil kumpanniji taħt l-iskema ta' kupuni għal servizzi u impatt iżgħar minn dak mistenni tal-miżuri ta' darba prinċipalment minħabba li ma ġewx implimentati miżuri ta' darba maħsuba biex titnaqqas in-nefqa. Il-kontributi soċjali kienu ogħla milli ppjanat iżda dan kien fil-parti l-kbira tiegħu kkumpensat bin-nuqqas ta' implimentazzjoni ta' għadd ta' miżuri ta' darba li kienu ppjanati biex jiżdied id-dħul. L-implimentazzjoni baġitarja fl-2007 għalhekk ma kinitx kompletament konformi ma' l-istedina fl-opinjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2007 dwar l-aġġornament preċedenti tal-programm (4) ta' stabbiltà u ma' l-orjentazzjonijiet għal linji ta' politika baġitarji ta' l-Eurogrupp ta' April 2007, minħabba li d-dħul żejjed mhux mistenni ntuża għal nefqa ogħla minn dik ibbaġitjata. |
|
(5) |
L-għan ewlieni ta' l-istrateġija baġitarja għal perijodu medju fil-programm huwa li jiġi żgurat tnaqqis kontinwu tal-proporzjon tad-dejn li, viċin il-85 % tal-PGD fl-2007, għadu għoli, għal madwar 71 % tal-PGD fl-2011, permezz ta' żieda gradwali tal-bilanċi favorevoli baġitarji mhux aġġustati għal 1 % tal-PGD fl-2011, b'bidu minn baġit bilanċjat fl-2008. Il-bilanċ favorevoli primarju, li ilu jonqos sa mill-2001 (minn 7,0 % għal 3,7 % tal-PGD fl-2007) b'mod parallel għall-progress fit-tnaqqis tad-dejn, huwa mbassar li jiżdied għal 4,4 % tal-PGD sa l-2011. Bħala riżultat ta' l-eżitu agħar milli kien mistenni fl-2007, il-miri baġitarji (f'termini kemm nominali kif ukoll strutturali) huma taħt dawk fl-aġġornament preċedenti tul il-perijodu tal-programm. Il-bilanċ strutturali, ikkalkolat skond il-metodoloġija miftiehma b'mod komuni, huwa mistenni li jitjieb minn defiċit ta' 0,25 % tal-PGD fl-2007 għal bilanċ favorevoli ta' kważi 1,5 % tal-PGD fl-2011. Meta mqabbel ma' dak li ġie previst fl-aġġornament preċedenti tal-programm ta' stabbiltà, il-kisba ta' l-objettiv għall-perijodu medju (MTO) — bilanċ favorevoli ta' 0,5 % tal-PGD f'termini strutturali (jiġifieri f'termini aġġustati ċiklikament netti ta' miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra) — ġiet posposta b'sena sa l-2009. L-aġġustament iseħħ fuq in-naħa tan-nefqa kif ukoll tad-dħul. It-tnaqqis fin-nefqa ppjanata ta' 0,7 punt perċentwali tal-PGD f'termini nominali jista' jiġi attribwit l-aktar għal waqgħa tan-nefqa għall-imgħax li tirriżulta mit-tnaqqis imbassar fil-proporzjon tad-dejn. Iż-żieda fid-dħul tammonta għal 0,5 % tal-PGD u hija b'segwitu għat-tkabbir mistenni fil-bażi tat-taxxa. B'kuntrast għall-aġġornament preċedenti, il-programm b'mod espliċitu ma jipprevedi l-ebda rikors għal miżuri ta' darba wara l-2008. |
|
(6) |
L-eżiti baġitarji jistgħu jkunu agħar minn dawk imbassra fil-programm. L-ewwelnett, l-ambjent makroekonomiku seta' kien agħar milli kien imbassar fl-aġġornament tal-programm, speċjalment tul l-2008 u l-2009. B'mod partikolari, is-suppożizzjonijiet favorevoli rigward l-impjiegi, il-pagi u ż-żieda fil-konsum setgħu wasslu għal stima għolja wisq tad-dħul mit-taxxi. B'żieda ma' dan, l-elastiċità ġenerali tat-taxxa mistennija tidher li hija pjuttost għolja fl-2008. Rigward in-nefqa primarja, il-programm ma jinkludix miżuri li jidhru meħtieġa biex jinkiseb l-aġġustament ippjanat fil-kuntest ta' spejjeż ogħla relatati max-xjuħija u żidiet relattivament qawwija previsti fil-paġi. Barra minn hekk, jekk wieħed jeskludi t-tnaqqis fin-nefqa għall-imgħax, il-kompożizzjoni ta' l-aġġustament hija mmirata l-aktar fuq in-naħa tad-dħul, u possibbilment tnaqqas is-sostenibbiltà ta' l-aġġustament. Fl-aħħarnett, filwaqt li l-baġit baqa' b'mod ġenerali bilanċjat tul l-aħħar snin, il-kisba tal-bilanċ favorevoli baġitarju mmirat ġie pospost. Minkejja l-kundizzjonijiet makroekonomiċi tajba fl-2007, il-mira baġitarja ma ntlaħqitx fin-nuqqas ta' gvern b'poter sħiħ wara l-elezzjonijiet federali f'Ġunju. Fl-2008, jidher li huma meħtieġa aktar miżuri sabiex tintlaħaq il-mira. Fid-dawl tar-riskji għall-prospettivi makroekonomiċi u l-miri baġitarji msemmija hawn fuq, l-iżvilupp tal-proporzjon tad-dejn x'aktarx ikun kemmxejn anqas favorevoli milli mbassar fil-programm, għalkemm id-dejn jibqa' jonqos b'mod konsistenti. |
|
(7) |
Fid-dawl ta' din il-valutazzjoni tar-riskju, l-impostazzjoni baġitarja fil-programm tista' ma tkunx biżżejjed biex jiġi żgurat li l-MTO jintlaħaq sa l-2009, kif previst fil-programm. Madankollu, marġni ta' sikurezza suffiċjenti kontra l-ksur tal-limitu ta' defiċit ta' 3 % tal-PGD b'varjazzjonijiet ċikliki normali se jkun ipprovdut matul il-perijodu tal-programm. Għandhom jittieħdu miżuri baġitarji strutturali addizzjonali fl-2008 fil-kuntest ta' l-eżerċizzju ta' kontroll tal-baġit ippjanat biex jissaħħaħ il-pass ta' aġġustament lejn l-MTO. Dan ser jiżgura li jinkiseb l-objettiv ta' baġit bilanċjat fl-2008 fin-nuqqas ta' tkabbir negattiv mhux previst. Fl-2009, dan għandu jiġi appoġġat minn miżuri, b'mod partikolari fuq in-naħa tan-nefqa, biex ikun konformi mat-titjib tal-punt ta' riferiment ta' 0,5 % tal-PGD speċifikat fil-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u sabiex l-MTO jintlaħaq kif ippjanat. Il-Kunsill jinnota wkoll li l-pjanijiet baġitarji għall-2008 mhumiex għal kollox konsistenti ma' l-orjentazzjonijiet għal linji ta' politika baġitarji ta' l-Eurogrupp ta' April 2007. Anki jekk il-proporzjon tad-dejn jista' jonqos anqas milli mbassar fil-programm, jidher li qed jonqos b'mod suffiċjenti lejn il-valur ta' referenza tul il-perijodu tal-programm. |
|
(8) |
Il-Belġju jidher li jinsab f'qagħda ta' riskju medju fir-rigward tas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. L-impatt baġitarju għall-perijodu fit-tul tat-tixjieħ huwa ogħla mill-medja ta' l-UE-27, partikolarment taħt l-influwenza ta' żieda relattivament għolja fl-infiq għall-pensjonijiet bħala proporzjon tal-PGD tul id-deċennji li ġejjin. L-età ta' l-irtirar effettiv fil-Belġju hija waħda fost l-aktar baxxi fl-UE, u l-Patt bejn il-Ġenerazzjonijiet li wassal għal għadd ta' bidliet fis-sistema tal-pensjonijiet għandu l-għan li jżidha. Anki jekk dan jirrappreżenta pass fid-direzzjoni t-tajba, il-projezzjonijiet nazzjonali juru li din ir-riforma ma tnaqqasx il-lakuni ta' sostenibbiltà. Il-pożizzjoni baġitarja fl-2007 kif stmata fil-programm, għalkemm kemmxejn agħar mill-pożizzjoni tal-bidu tal-programm preċedenti, tikkontribwixxi għat-tpattija ta' l-impatt baġitarju għall-perijodu fit-tul imbassar tat-tixjieħ tal-popolazzjoni iżda mhix biżżejjed biex tpatti għal kollox għal pressjonijiet futuri ta' nfiq. Iż-żamma ta' bilanċi pożittivi primarji għolja tul it-terminu medju, it-tnaqqis tal-proporzjon tad-dejn taħt il-valur ta' referenza tat-Trattat u l-implimentazzjoni ta' aktar miżuri mmirati li jrażżnu ż-żieda sostanzjali fl-infiq marbut ma' l-età għandhom jgħinu biex jitnaqqsu r-riskji għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. |
|
(9) |
Il-programm ta' stabbiltà jidher li huwa konsistenti sa ċertu punt mar-rapport ta' implimentazzjoni tal-programm nazzjonali ta' riforma ta' Ottubru 2007. B'mod partikolari, iż-żewġ rapporti jqisu s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fid-dawl tat-tixjieħ tal-popolazzjoni bħala sfida ewlenija għall-ekonomija Belġjana. Il-programm ta' stabbiltà madankollu ma fihx evalwazzjoni kwalitattiva ta' l-impatt ġenerali tar-rapport ta' implimentazzjoni tal-programm ta' riforma nazzjonali ta' Ottubru 2007 fi ħdan l-istrateġija fiskali għall-perijodu medju u lanqas informazzjoni sistematika dwar l-ispejjeż baġitarji diretti jew it-tfaddil bir-riformi ewlenin previsti fil-programm ta' riforma nazzjonali. Min-naħa l-oħra, il-projezzjonijiet baġitarji tal-programm iqisu l-implikazzjonijiet tal-finanzi pubbliċi ta' l-azzjonijiet diġà implimentati abbażi tal-programm ta' riforma nazzjonali. |
|
(10) |
L-istrateġija baġitarja fil-programm hija ġeneralment konsistenti mal-linji ta' gwida ġenerali tal-politika ekonomika speċifika għall-pajjiż inklużi fil-linji ta' gwida integrati u l-linji ta' gwida għall-Istati Membri taż-żona ta' l-euro fil-qasam tal-linji ta' politika baġitarji maħruġa fil-kuntest ta' l-istrateġija ta' Lisbona. |
|
(11) |
Fir-rigward tal-ħtiġiet ta' data speċifikati fil-kodiċi ta' kondotta għall-programmi ta' stabbiltà u konverġenza, il-programm fih xi lakuni fid-data meħtieġa u f'dik fakultattiva (5). |
Il-konklużjoni ġenerali hija li, wara tnaqqis sinifikanti fil-proporzjon tad-dejn sa mill-1993 għal 85 % fl-2007, il-programm jipprevedi tnaqqis kontinwu u rapidu permezz ta' żieda gradwali ta' bilanċi favorevoli mhux aġġustati wara d-deterjorazzjoni baġitarja fl-2007. Il-konsolidazzjoni baġitarja tibni prinċipalment fuq tnaqqis fin-nefqa għall-imgħax u żieda fid-dħul mit-taxxi, filwaqt li l-isforzi fuq in-nefqa primarja jibqgħu żgħar. Jeżistu riskji għall-kisba tal-miri baġitarji b'mod partikolari fid-dawl tas-suppożizzjonijiet makroekonomiċi sottostanti relattivament favorevoli u l-fatt li l-programm ma jispeċifikax miżuri li jidhru meħtieġa biex jintlaħqu l-miri. Għalhekk, fin-nuqqas ta' miżuri addizzjonali, l-aġġustament għall-MTO fl-2008 ma jidhirx li kien biżżejjed u jidher improbabbli li l-MTO ser jintlaħaq fl-2009, kif ippjanat.
Fid-dawl ta' l-evalwazzjoni ta' hawn fuq u wkoll ta' l-orjentazzjonijiet għal-linji ta' politika fiskali ta' l-Eurogrupp ta' April 2007, il-Belġju huwa mistieden:
|
(i) |
jimplimenta miżuri strutturali addizzjonali sabiex jiżgura li jinkiseb l-objettiv ta' baġit bilanċjat fl-2008 fin-nuqqas ta' tkabbir negattiv mhux previst. U jiżgura li l-MTO jinkiseb fl-2009 billi jitwettaq l-aġġustament tal-punt ta' riferiment f'termini strutturali ta' 0,5 % tal-PGD, inkluż permezz ta' l-implimentazzjoni ta' miżuri strutturali addizzjonali, b'mod partikolari min-naħa tan-nefqa; |
|
(ii) |
fid-dawl tal-livell tad-dejn li għadu għoli u ż-żieda mbassra fin-nefqa relatata ma' l-età, jibqa' jindirizza s-sostenibbiltà għall-perijodu fit-tul tal-finanzi pubbliċi billi jikseb bilanċi favorevoli primarji strutturali għolja kif ukoll billi jimplimenta riformi biex iżid ir-rata ta' l-impjiegi u t-tkabbir potenzjali u biex irażżan l-ispiża baġitarja tat-tixjieħ. |
Tqabbil tal-projezzjonijiet makroekonomiċi u baġitarji ewlenin
|
|
|
2006 |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
|
PGD reali (% bidla) |
PS Apr 2008 |
2,8 |
2,7 |
1,9 |
2,0 |
2,0 |
2,0 |
|
COM Apr 2008 |
2,8 |
2,7 |
1,7 |
1,5 |
m.d. |
m.d. |
|
|
PS Diċ 2006 |
2,7 |
2,2 |
2,1 |
2,2 |
2,2 |
m.d. |
|
|
Inflazzjoni ta' l-IAPK (%) |
PS Apr 2008 |
2,3 |
1,8 |
3,0 |
1,7 |
1,8 |
1,8 |
|
COM Apr 2008 |
2,3 |
1,8 |
3,6 |
2,3 |
m.d. |
m.d. |
|
|
PS Diċ 2006 |
2,4 |
1,9 |
1,8 |
1,8 |
1,9 |
m.d. |
|
|
Differenza fil-produzzjoni (6) (% tal-PGD potenzjali) |
PS Apr 2008 |
0,1 |
0,3 |
– 0,1 |
– 0,4 |
– 0,5 |
– 0,8 |
|
COM Apr 2008 (7) |
0,1 |
0,3 |
– 0,3 |
– 1,0 |
m.d. |
m.d. |
|
|
PS Diċ 2006 |
– 0,3 |
– 0,4 |
– 0,4 |
– 0,4 |
– 0,3 |
m.d. |
|
|
Self nett ('il barra/'il ġewwa) fir-rigward tal-bqija tad-dinja (% tal-PGD) |
PS Apr 2008 |
m.d. |
m.d. |
m.d. |
m.d. |
m.d. |
m.d. |
|
COM Apr 2008 |
3,4 |
3,2 |
2,6 |
2,4 |
m.d. |
m.d. |
|
|
PS Diċ 2006 |
2,0 |
2,0 |
2,2 |
2,4 |
2,7 |
m.d. |
|
|
Bilanċ ġenerali tal-gvern (% tal-PGD) |
PS Apr 2008 |
0,3 |
– 0,2 |
0,0 |
0,3 |
0,7 |
1,0 |
|
COM Apr 2008 |
0,3 |
– 0,2 |
– 0,4 |
– 0,6 |
m.d. |
m.d. |
|
|
PS Diċ 2006 |
0,0 |
0,3 |
0,5 |
0,7 |
0,9 |
m.d. |
|
|
Bilanċ primarju (% tal-PGD) |
PS Apr 2008 |
4,3 |
3,7 |
3,7 |
3,8 |
4,1 |
4,3 |
|
COM Apr 2008 |
4,3 |
3,7 |
3,3 |
2,9 |
m.d. |
m.d. |
|
|
PS Diċ 2006 |
4,1 |
4,2 |
4,1 |
4,1 |
4,2 |
m.d. |
|
|
Bilanċ aġġustat ċiklikament (6) (% tal-PGD) |
PS Apr 2008 |
0,3 |
– 0,4 |
0,0 |
0,5 |
1,0 |
1,4 |
|
COM Apr 2008 |
0,3 |
– 0,3 |
– 0,2 |
– 0,1 |
m.d. |
m.d. |
|
|
PS Diċ 2006 |
0,2 |
0,5 |
0,7 |
0,9 |
1,1 |
m.d. |
|
|
Bilanċ strutturali (8) (% tal-PGD) |
PS Apr 2008 |
– 0,4 |
– 0,3 |
0,0 |
0,5 |
1,0 |
1,4 |
|
COM Apr 2008 |
– 0,6 |
– 0,3 |
– 0,2 |
– 0,1 |
m.d. |
m.d. |
|
|
PS Diċ 2006 (9) |
– 0,4 |
0,1 |
m.d. |
m.d. |
m.d. |
m.d. |
|
|
Dejn gross tal-gvern (% tal-PGD) |
PS Apr 2008 |
88,2 |
84,9 |
81,5 |
78,1 |
74,7 |
71,1 |
|
COM Apr 2008 |
88,2 |
84,9 |
81,9 |
79,9 |
m.d. |
m.d. |
|
|
PS Diċ 2006 |
87,7 |
83,9 |
80,4 |
76,6 |
72,6 |
m.d. |
|
|
Programm ta' Stabbiltà (SP); lt-previżjonijiet ekonomiċi għar-rebbiegħa 2008 tas-servizzi tal-Kummissjoni (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni |
|||||||
(1) ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1055/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 1). Id-dokumenti kollha msemmija f'dan it-test jinstabu fuq is-sit web li ġej:
http://ec.europa.eu/economy_finance/about/activities/sgp/main_en.htm
(2) L-aġġornament ġie ppreżentat hekk kif ġie stabbilit gvern b'poter sħiħ, għalhekk ferm wara l-iskadenza ta' l-1 ta' Diċembru stipulata fil-kodiċi ta' kondotta.
(3) L-evalwazzjoni tqis partikolarment il-previżjonijiet tar-rebbiegħa 2008 tas-servizzi tal-Kummissjoni u l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tar-rapport ta' implimentazzjoni tal-programm nazzjonali ta' riforma ta' Ottubru 2007.
(5) B'mod partikolari, ma ngħatatx data dwar il-bilanċi settorjali.
(6) Differenzi fir-produzzjoni u bilanċi aġġustati ċiklikament mill-programmi kif ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi ta' l-informazzjoni fil-programmi.
(7) Ibbażat fuq it-tkabbir potenzjali stmat ta' 2,5 %, 2,5 %, 2,2 % u 2,2 % rispettivament fil-perijodu 2006-2009.
(8) Bilanċ aġġustat ċiklikament ħlief miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra. Skond l-aktar programm reċenti, miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra jnaqqsu d-defiċit għal 0,7 % tal-PGD fl-2006 u jżidu d-defiċit għal 0,1 % tal-PGD fl-2007. Skond il-previżjoni għar-rebbiegħa tas-servizzi tal-Kummissjoni, miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra jnaqqsu d-defiċit għal 0,9 % tal-PGD fl-2006 u jżidu d-defiċit għal 0,1 % fl-2007.
(9) L-aġġornament tal-programm ta' stabbiltà ta' Diċembru 2006 ma pprovdix informazzjoni dwar l-użu ta' miżuri ta' darba fis-snin 2008-2010.
Sors:
Programm ta' Stabbiltà (SP); lt-previżjonijiet ekonomiċi għar-rebbiegħa 2008 tas-servizzi tal-Kummissjoni (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni
|
19.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 182/6 |
OPINJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta' Lujlu 2008
dwar il-programm aġġornat ta' konverġenza tal-Polonja 2007-2010
(2008/C 182/02)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza tal-pożizzjonijiet baġitarji u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,
Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,
TA DIN L-OPINJONI:
|
(1) |
Fit-8 ta' Lulju 2008, il-Kunsill eżamina l-programm aġġornat ta' konverġenza tal-Polonja, għall-perijodu bejn l-2007 u l-2010 (2). |
|
(2) |
Il-Polonja wettqet reċentement progress biex tneħħi din id-differenza mal-livelli medji tad-dħul ta' l-UE wara li t-tkabbir reali tal-PGD li kien f'medja ta' madwar 4,5 % fl-2003-2005 żdied għal aktar minn 6 % fl-2006-2007. It-tkabbir tal-kontribuzzjoni intensiva tax-xogħol tejjeb b'mod konsiderevoli s-sitwazzjoni fis-suq tax-xogħol wara li l-qgħad naqas minn kważi 20 % fl-2003 għal 9,5 % fl-2007. It-tnaqqis fil-qgħad jirrifletti, flimkien ma' tkabbir straordinarju fl-impjiegi, forza tax-xogħol li qed tiċkin minħabba l-migrazzjoni. Aktar minn hekk, it-tfixkil għal inċentivi ta' xogħol imsaħħaħ b'emigrazzjoni sinifikanti kabbar in-nuqqas ta' xogħol f'xi setturi. Is-suq strett tax-xogħol jitfa' pressjoni fuq il-pagi; dan, flimkien ma' prezzijiet aktar għoljin ta' l-ikel u taż-żejt, kellu impatt negattiv fuq l-inflazzjoni ta' l-HICP li, wara perijodu ta' moderazzjoni b'suċċess mill-2005 sa l-ewwel nofs ta' l-2007, żdied b'mod sinifikanti fl-aħħar ta' l-2007. Mindu laħaq il-quċċata tiegħu ta' 6,25 % tal-PGD fl-2003, id-defiċit ġenerali tal-gvern naqas b'medja ta' aktar minn punt perċentwali fis-sena biex laħaq 2 % tal-PGD fl-2007. Fis-snin reċenti, ir-riżultati kienu ġeneralment aħjar mill-miri minħabba sorpriżi ta' tkabbir pożittiv li rriżultaw f'dħul bla ħsieb kif ukoll eżekuzzjoni mhux kompluta tal-pjanijiet ta' nfiq. Aktar konsolidazzjoni baġitarja ser tiddependi b'mod kruċjali fuq ir-riforma tas-sistema soċjali ta' trasferiment (prinċipalment pensjonijiet bikrija u benefiċċji għad-diżabbiltà) u ż-żieda fil-parteċipazzjoni tax-xogħol. |
|
(3) |
Ix-xenarju makroekonomiku fl-isfond tal-programm jipprevedi li t-tkabbir reali tal-PGD ser jonqos gradwalment minn 6,5 % fl-2007 għal 5,2 % bħala medja matul il-bqija tal-perijodu tal-programm. Ivvalutat skond l-informazzjoni disponibbli bħalissa (3), dan ix-xenarju jidher li huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet ta' tkabbir plawżibbli. Il-proġettazzjonijiet tal-programm għall-inflazzjoni jidhru li għandhom xeħta baxxa billi jirriflettu suppożizzjonijiet kemxejn favorevoli fuq il-prezzijiet ta' importazzjoni u żieda relattivament baxxa fuq kumpens nominali għal kull impjegat. |
|
(4) |
Ir-riżultat tad-defiċit ġenerali tal-gvern ta' l-2007 kien ta' 2,0 % tal-PGD, ipparagunat mat-3,4 % previst fil-programm ta' konverġenza ta' Novembru 2006. Tkabbir reali u nominali tal-PGD ħafna ogħla milli mistenni f'Novembru 2006 kien ir-raġuni prinċipali, iżda l-infiq kien ukoll ristrett. B'mod partikolari, il-profitt għoli tal-kumpaniji ppermetta biex ikun ristrett it-tkabbir fis-sussidji, filwaqt li l-waqgħa mgħaġġla fil-qgħad u n-nuqqas ta' indiċjar impost mill-pjan Hausner (4) naqqas ukoll it-tkabbir tat-trasferimenti soċjali. Barra minn hekk, il-kumpens ta' l-impjegati tas-settur pubbliku kien anqas minn dak ippjanat. Finalment, l-investiment tal-gvern kien aktar baxx milli proġettat minħabba assorbiment aktar bil-mod ta' fondi mill-UE milli ppjanat. B'mod ġenerali, ir-relazzjoni bejn l-infiq u l-PGD kienet ta' 1,5 punt perċentwali aktar baxxa milli previst fl-Novembru 2006. Mil-lat tad-dħul, id-dħul minn taxxi indiretti u minn kontribuzzjonijiet soċjali spiċċaw aħjar milli previsti f'Novembru 2006, prinċipalment minħabba tkabbir ħafna ogħla fl-impjiegi u fis-salarji. Dawn is-sorpriżi pożittivi kienu żbilanċjati bi prestazzjoni aktar baxxa f'sors ta' dħul (taxxi diretti minħabba żieda fil-brackets tat-taxxa). B'mod globali, dan wassal għal relazzjoni tad-dħul kemxejn taħt dik ippjanata. B'titjib fir-relazzjoni strutturali tal-bilanċ ta' madwar 1,5 punt perċentwali, l-implimentazzjoni baġitarja fis-sena 2007 wettqet aktar mill-istedina fl-opinjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-aġġornament preċedenti tal-programm ta' konverġenza (5). |
|
(5) |
L-għan prinċipali ta' l-istrateġija baġitarja hu t-tnaqqis fit-tul tad-defiċit strutturali ġenerali tal-gvern (in-nett ta' aġġustament b'mod ċikliku tad-defiċit ta' miżuri ta' darba u temporanji) immirat biex jitwettaq l-objettiv għall-perijodu medju (MTO) għall-pożizzjoni baġitarja, li hi defiċit strutturali ta' 1 % tal-PGD, fl-2011, jiġifieri, sena wara l-perijodu tal-programm. Dan hu konsistenti mal-programm preċedenti ta' konverġenza, li ppreveda li jwettaq l-MTO “wara l-2010”. Wara li ddeterjora b'0,5 punt perċentwali għal 2,5 % tal-PGD fl-2008, id-defiċit prinċipali ppjanat li jittejjeb għal 1,5 % sa l-2010. Il-bilanċ primarju jsegwi triq simili hu pproġettat li jiżdied minn -0,2 % tal-PGD fl-2008 għal 0,8 % fl-2010. F'dan l-isfond ta' tkabbir moderat ta' riżultati, il-bidliet fil-bilanċ strutturali kkalkulat skond il-metodoloġija bi qbil komuni huma previsti li jkunu akbar, bid-defiċit strutturali jidjieq minn madwar 2,75 % tal-PGD fl-2008 għal kemm xejn aktar minn 1 % fl-2010. L-aġġustament baġitarju hu bbażat fuq l-infiq u ddifferit għall-2009 u l-2010. Fl-2008, id-deterjorazzjoni tad-defiċit ġejja prinċipalment minn żieda kbira fir-relazzjoni ta' l-investiment kif ukoll minn riduzzjoni kbira fil-kontribuzzjonijiet soċjali (parzjalment ikkumpensat b'żieda fid-dħul ieħor). Fl-2009-2010, il-konsolidazzjoni għandha titwettaq prinċipalment permezz ta' restrizzjonijiet fil-kumpens ta' impjegati, trasferimenti soċjali u konsum intermedjat. Ir-rata ppjanata tat-tnaqqis ta' defiċit bejn l-2007 u l-2009 hi aktar baxxa mill-aġġornament preċedenti, madankollu l-punt ta' bidu (2007) u kull waħda mill-miri ġodda ta' defiċit ta' l-aġġornament ta' Marzu 2008 tal-programm ta' konverġenza huma aħjar mill-miri ta' l-aġġornament ta' Novembru 2006. |
|
(6) |
Ir-riskji għall-proġettazzjonijiet baġitarji fil-programm jidhru ġeneralment ibbilanċjati fl-2008, iżda r-riżultati jistgħu jkunu agħar milli pproġettati fil-programm wara dan. Il-mira tad-defiċit ta' l-2008 fil-programm hi l-istess bħat-tbassir tar-rebbiegħa 2008 (2,5 % tal-PGD). Id-data dwar il-flus kontanti 2008 Q1 għal baġit ċentrali tindika prestazzjoni ta' dħul 'il fuq mill-proġettazzjonijiet baġitarji, iżda l-programm jassumi tkabbir kemm kemm ogħla fl-2008 mill-previżjoni tal-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2008 u l-pressjoni li dejjem qed tiżdied tas-salarji fis-settur pubbliku qed toħloq riskju għall-finanzi pubbliċi. Min-naħa l-oħra, inflazzjoni ogħla milli mistennija fil-programm se tnaqqas ir-relazzjoni ta' l-infiq fl-2008, billi l-infiq hu b'mod predominanti ffissat f'termini nominali. Madankollu, fl-2009, l-inflazzjoni ogħla ta' l-2008 tista' tistimula t-tkabbir fis-salarji fis-settur pubbliku u twassal għal pensjonijiet u benefiċċji soċjali ogħla milli mistennija fil-programm, ipprovokata aktar b'riforma tal-mekkaniżmu ta' indiċjar li jorbot, mill-2008, il-benefiċċji soċjali mhux biss mal-prezzijiet tal-konsumatur iżda parzjalment ukoll mas-salarji. Filwaqt li l-parlament diġà adotta qtugħ fit-taxxi, il-miżuri li jibbilanċjaw għad iridu jiġu speċifikati u implimentati. Jekk aktar tkabbir fl-impjiegi mistenni mill-gvern ma jitkompliex, il-kontinwazzjoni tal-konsolidazzjoni baġitarja bbażata fuq tkabbir kbir fl-impjiegi ta' l-2006-2007 tista' tkun diffiċli wara l-2008. Mill-banda l-oħra, ir-rekord tal-passat għall-iżvilupp tal-bilanċ ġenerali tal-gvern hu tajjeb: id-dħul spiċċa li frekwentement kien ogħla milli previst filwaqt li l-pjanijiet ta' nfiq ma twettqux kollha. |
|
(7) |
Fid-dawl ta' din il-valutazzjoni tar-riskju, il-qagħda baġitarja fil-programm tidher konsistenti ma' korrezzjoni dewwiema ta' defiċit eċċessiv sa l-2007, kif ġie rrakkomandat mill-Kunsill. Madankollu, il-marġni ta' sigurtà kontra l-ksur tal-limitu ta' defiċit ta' 3 % tal-PGD ma' setax ikun żgurat fil-perijodu tal-programm. B'żieda ma' dan, il-qagħda baġitarja fil-programm tista' ma tkunx biżżejjed biex jiġi żgurat li l-MTO jintlaħaq sa l-2011, kif previst fil-programm. Billi l-ekonomija qed tgawdi kundizzjonijiet ta' tkabbir favorevoli, il-pass ta' l-aġġustament lejn l-MTO mistenni mill-programm hu insuffiċjenti u jeħtiġlu li jissaħħaħ fl-2008 biex jikkonforma mal-Patt ta' Stabbiltà u ta' Tkabbir. Wara dan, hu għandu jiġi appoġġat b'miżuri. Barra minn hekk, jekk jimmaterjalizzaw pressjonijiet ta' inflazzjoni u ta' salajri, tkun meħtieġa pożizzjoni fiskali aktar stretta milli prevista fil-programm biex jiġu evitati problemi. |
|
(8) |
Il-Polonja tidher li tinsab f'riskju baxx f'dak li għandu x'jaqsam mas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. Għalkemm il-pożizzjoni baġitarja fl-2007 tinkludi defiċit strutturali primarju żgħir abbażi tal-programm ta' konverġenza, skond il-proġettazzjonijiet li saru fl-2005 u abbażi tal-metodoloġija komuni, l-impatt baġitarju għall-perijodu fit-tul ta' persuni li qed jixjieħu hu fost l-aktar baxxi fl-UE. Madankollu, mill-2008, il-benefiċċji soċjali ser ikunu indiċjati mhux biss mal-prezzijiet għal konsumatur iżda wkoll parzjalment mas-salarji, li ser iżidu l-infiq għall-perijodu fit-tul. Aktar konsolidazzjoni tal-finanzi pubbliċi, inklużi r-riforma ta' rtirar bikri (introduzzjoni ta' “pensjonijiet temporanji” li jillimitaw l-irtirar bikri għal ċerti professjonijiet) kif maħsub fil-programm ta' konverġenza, għalhekk ser tikkontribwixxi biex tistimula kemm l-attività ta' xogħol u l-impjiegi kif ukoll biex jiġu limitati r-riskji tas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. |
|
(9) |
Il-programm ta' konverġenza jidher li huwa konsistenti mar-rapport ta' implimentazzjoni ta' Ottubru 2007 tal-programm ta' riforma nazzjonali. B'mod partikolari, iż-żewġ programmi jipprevedu r-riforma ta' rtirar bikri u tal-benefiċċji ta' diżabbiltà, ir-riforma tal-fond soċjali tal-bdiewa, ir-riforma fil-kura tas-saħħa, ir-riorganizzazzjoni u d-deċentralizzazzjoni tal-finanzi pubbliċi, l-ibbaġitjar multiannwali tal-kompiti. Madankollu, il-programm ta' konverġenza ma fihx valutazzjoni kwalitattiva ta' l-impatt ġenerali tar-rapport ta' Ottubru 2007 dwar l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali ta' riforma fl-istrateġija fiskali għall-perijodu medju (id-diskussjoni dwar pereżempju l-impatt fuq it-tkabbir potenzjali u l-impjiegi). Għalkemm, il-programm jipprovdi informazzjoni sistematika dwar l-ispejjeż baġitarji diretti tar-riformi prinċipali previsti fil-programm ta' riforma nazzjonali. |
|
(10) |
L-istrateġija baġitarja fil-programm ta' konverġenza hija parzjalment konsistenti mal-linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika speċifikati għall-pajjiż, inklużi fil-linji gwida integrati, fil-qasam tal-politiki baġitarji maħruġa fil-kuntest ta' l-istrateġija ta' Lisbona. Filwaqt li l-programm jipprevedi l-kontinwazzjoni tal-konsolidazzjoni fiskali, ma jissemmewx aktar mekkaniżmi biex jissaħħaħ il-kontroll ta' l-infiq żejjed. |
|
(11) |
Fir-rigward tar-rekwiżiti tad-data speċifikati fil-kodiċi ta' kondotta għall-programmi ta' stabbiltà u konverġenza, il-programm fih xi lakuni fid-data mhux obbligatorja. |
Il-konklużjoni ġenerali hi li, wara l-korrezzjoni tad-defiċit ġenerali tal-gvern fl-2007 u sakemm id-defiċit u d-dejn jibqgħu taħt il-valuri ta' referenza ta' 3 % u 60 % tal-PGD rispettivament, il-programm jipprevedi deterjorazzjoni tal-bilanċ ġenerali tal-gvern ta' 0,5 punt perċentwali tal-PGD fl-2008 u progress differit għall-MTO fis-snin segwenti f'kuntest ta' prospetti ta' tkabbir favorevoli. Fl-2008, id-deterjorazzjoni strutturali prevista bi kważi 0,5 punt perċentwali tal-PGD mhix konformi mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Minħabba r-riskji għall-miri baġitarji mill-2009, prinċipalment dovuti għan-nuqqas ta' miżuri speċifiċi, l-MTO ma jistax jitwettaq sa l-2011 kif ippjanat fil-programm. Madankollu, jekk jitfaċċaw pressjonijiet ta' inflazzjoni, tkun meħtieġa pożizzjoni fiskali aktar stretta milli prevista fil-programm. Rigward is-sostenibbiltà għall-perijodu fit-tul tal-finanzi pubbliċi, il-Polonja tidher li għandha riskju baxx, iżda s-sistema ta' rtirar bikri jeħtiġilha riforma.
Fid-dawl tal-valutazzjoni ta' hawn fuq u tal-ħtieġa li jiġu żgurati finanzi pubbliċi sostenibbli, il-Polonja qed tiġi mistiedna li tisfrutta l-kondizzjonijiet favorevoli ta' tkabbir biex issaħħaħ il-pass ta' l-aġġustament strutturali lejn l-MTO, inkluż fid-dawl tal-possibbiltà ta' pressjonijiet inflazzjonarji, billi tuża kull dħul żejjed u riżorsi mhux minfuqa għat-tnaqqis tad-defiċit fl-2008 u billi tispeċifika u timplimenta miżuri, b'mod speċjali mil-lat ta' nfiq, fis-snin li ġejjin.
Tqabbil ta' proġettazzjonijiet makroekonomiċi u baġitarji ċentrali
|
|
|
2006 |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
|
PGD reali (% bidla) |
CP Mar 2008 |
6,2 |
6,5 |
5,5 |
5,0 |
5,0 |
|
COM Apr 2008 |
6,2 |
6,5 |
5,3 |
5,0 |
m.a. |
|
|
CP Nov 2006 |
5,4 |
5,1 |
5,1 |
5,6 |
m.a. |
|
|
Inflazzjoni HICP (%) |
CP Mar 2008 |
1,3 |
2,6 |
3,5 |
2,9 |
2,5 |
|
COM Apr 2008 |
1,3 |
2,6 |
4,3 |
3,4 |
m.a. |
|
|
CP Nov 2006 |
1,4 |
2,1 |
2,5 |
2,5 |
m.a. |
|
|
Differenza tal-produzzjoni (6) (% tal-PGD potenzjali) |
CP Mar 2008 |
0,5 |
1,1 |
0,7 |
– 0,2 |
– 0,9 |
|
COM Apr 2008 (7) |
0,6 |
1,2 |
0,5 |
– 0,7 |
m.a. |
|
|
CP Nov 2006 |
0,5 |
0,5 |
0,3 |
0,4 |
m.a. |
|
|
Tislif/self nett rigward il-bqija tad-dinja (% tal-PGD) |
CP Mar 2008 |
– 2,6 |
– 2,6 |
– 3,5 |
– 4,2 |
– 4,6 |
|
COM Apr 2008 |
– 2,5 |
– 2,6 |
– 2,3 |
– 3,6 |
m.a. |
|
|
CP Nov 2006 |
– 1,6 |
– 1,8 |
– 2,2 |
– 2,7 |
m.a. |
|
|
Bilanċ ġenerali tal-gvern (% tal-PGD) |
CP Mar 2008 |
– 3,8 |
– 2,0 |
– 2,5 |
– 2,0 |
– 1,5 |
|
COM Apr 2008 |
– 3,8 |
– 2,0 |
– 2,5 |
– 2,6 |
m.a. |
|
|
CP Nov 2006 |
– 3,9 |
– 3,4 |
– 3,1 |
– 2,9 |
m.a. |
|
|
Bilanċ primarju (% tal-PGD) |
CP Mar 2008 |
– 1,1 |
0,2 |
– 0,2 |
0,3 |
0,8 |
|
COM Apr 2008 |
– 1,1 |
0,6 |
0,2 |
0,1 |
m.a. |
|
|
CP Nov 2006 |
– 1,5 |
– 1,0 |
– 0,7 |
– 0,6 |
m.a. |
|
|
Bilanċ aġġustat ċiklikament (6) (% tal-PGD) |
CP Mar 2008 |
– 4,0 |
– 2,4 |
– 2,8 |
– 1,9 |
– 1,1 |
|
COM Apr 2008 |
– 4,0 |
– 2,5 |
– 2,7 |
– 2,3 |
m.a. |
|
|
CP Nov 2006 |
– 4,1 |
– 3,6 |
– 3,2 |
– 3,0 |
m.a. |
|
|
Bilanċ strutturali (8) (% tal-PGD) |
CP Mar 2008 |
– 4,0 |
– 2,4 |
– 2,8 |
– 1,9 |
– 1,1 |
|
COM Apr 2008 |
– 4,0 |
– 2,5 |
– 2,7 |
– 2,3 |
m.a. |
|
|
CP Nov 2006 |
– 4,1 |
– 3,6 |
– 3,2 |
– 3,0 |
m.a. |
|
|
Dejn gross tal-gvern (% tal-PGD) |
CP Mar 2008 |
47,6 |
44,9 |
44,2 |
43,3 |
42,3 |
|
COM Apr 2008 |
47,6 |
45,2 |
44,5 |
44,1 |
m.a. |
|
|
CP Nov 2006 |
48,9 |
50,0 |
50,3 |
50,2 |
m.a. |
|
|
Il-Programm ta' Konverġenza (KP); It-tbassir ekonomiku tas-servizzi tal-Kummissjoni għar-rebbiegħa 2008 (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni. |
||||||
(1) ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1055/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 1). Id-dokumenti msemmija f'dan it-test jinsabu fuq il-websajt li ġej:
http://ec.europa.eu/economy_finance/about/activities/sgp/main_en.htm.
(2) L-aġġornat kien ippreżentat 16-il ġimgħa wara l-limitu taż-żmient ta' l-1 ta' Diċembru stabbilit fil-kodiċi ta' kondotta minħabba l-formazzjoni ta' gvern ġdid f'Novembru wara l-elezzjonijiet ġenerali ta' Ottubru.
(3) Il-valutazzjoni tqis partikolarment it-tbassir tar-rebbiegħa 2008 tas-servizzi tal-Kummissjoni u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tar-rapport dwar l-implimentazzjoni ta' Ottubru 2007 tal-programm nazzjonali ta' riforma.
(4) L-aktar tentattiv komprensiv u speċifiku biex issir riforma fl-infiq sa issa, propost fl-2003 u mmirat biex jitnaqqas l-infiq pubbliku fuq il-protezzjoni soċjali, l-amministrazzjoni pubblika u l-għajnuniet mill-istat. Fost ħwejjeġ oħra, il-pjan Hausner ħa post l-indiċjar annwali b'indiċjar wara li l-inflazzjoni akkumulata qabżet il-5 % jew kull tliet snin (ikun xi jkun li jiġi l-ewwel).
(5) ĠU C 72, 29.3.2007, p. 13.
(6) Differenzi fil-produzzjoni u bilanċi aġġustati ċiklikament skond il-programmi kif ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi ta' l-informazzjoni fil-programmi.
(7) Ibbażat fuq it-tkabbir potenzjali stmat ta' 5,2 %, 5,9 %, 6,0 % u 6,2 % rispettivament fil-perijodu 2006-2009.
(8) Bilanċ aġġustat ċiklikament li jeskludi miżuri ta' darba biss u oħrajn temporanji. Ma hemmx miżuri ta' darba jew oħrajn temporanji fl-aħħar programm u fit-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-ħarifa.
Sors:
Il-Programm ta' Konverġenza (KP); It-tbassir ekonomiku tas-servizzi tal-Kummissjoni għar-rebbiegħa 2008 (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
|
19.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 182/10 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(2008/C 182/03)
|
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
4.4.2007 |
|||
|
Numru ta' l-għajnuna |
N 591/03 |
|||
|
Stat Membru |
L-Italja |
|||
|
Reġjun |
Lazio |
|||
|
Titlu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Legge regionale 28 ottobre 2002 n. 35 «Riconoscimento ed incentivazione dei mercati delle qualità» |
|||
|
Bażi legali |
Legge regionale 28 ottobre 2002 n. 35 «Riconoscimento ed incentivazione dei mercati delle qualità» |
|||
|
It-tip ta' miżura |
Skema ta' l-għajnuna |
|||
|
L-għan |
Investimenti marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' prodotti agrikoli u l-għajnuna teknika maħsuba għat-titjib tal-kwalità tal-prodotti agrikoli |
|||
|
Il-forma ta' l-għajnuna |
Sussidju dirett |
|||
|
L-Baġit |
EUR 513 358,16 fis-sena |
|||
|
Intensità |
Mass. 40 % |
|||
|
Perjodu effettiv |
Sentejn |
|||
|
Setturi ekonomiċi |
L-Agrikoltura |
|||
|
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
|||
|
Informazzjoni oħra |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
|
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
5.12.2007 |
||||
|
Numru ta' referenza ta' l-għajnuna |
N 403/06 |
||||
|
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
||||
|
Reġjun |
— |
||||
|
Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju) |
Bürgschaftsprogramm zur Beschleunigung des Verkaufs landwirtschaftlicher Flächen nach dem EALG |
||||
|
Bażi ġuridika |
Entschädigungs- und Ausgleichsleistungsgesetz (EALG) |
||||
|
Tip ta' miżura |
Skema |
||||
|
Għan |
Investiment |
||||
|
Forma ta' għajnuna |
Garanzija |
||||
|
Baġit |
Mhux stabbilit |
||||
|
Intensità |
1,389 % |
||||
|
Tul ta' żmien |
Għeluq il-Programm tat-Trasferiment ta' l-Artijiet |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
Agrikoltura |
||||
|
Isem u indirizz ta' l-awtorità inkarigata mill-għoti |
|
||||
|
Aktar tagħrif |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
|
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
14.11.2007 |
|||
|
Nru ta' l-għajnuna |
N 414/07 |
|||
|
Stat Membru |
Il-Greċja |
|||
|
Reġjun |
— |
|||
|
Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju) |
Κανονισμός Κρατικών Οικονομικών Ενισχύσεων |
|||
|
Bażi ġuridika |
Σχέδιο διϋπουργικής απόφασης |
|||
|
Tip ta' miżura |
Skema |
|||
|
Għan |
Kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena; diżastri naturali |
|||
|
Forma ta' l-għajnuna |
Sussidji |
|||
|
Baġit |
EUR 170 000 000 |
|||
|
Intensità |
Sa 80 % |
|||
|
Tul ta' żmien |
Sa tmiem l-2013 |
|||
|
Setturi ekonomiċi |
Agrikoltura |
|||
|
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
|||
|
Informazzjoni oħra |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
|
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
17.10.2007 |
||||
|
Numru ta' referenza ta' l-għajnuna |
N 554/07 |
||||
|
Stat Membru |
Il-Bulgarija |
||||
|
Reġjun |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem il-benefiċċjarju) |
Държавна помощ за компенсиране на загуби, понесени от селскостопанските производители в напълно опустошени райони вследствие на природни бедствия или неблагоприятни климатични условия |
||||
|
Il-bażi ġuridika |
|
||||
|
Tip ta' miżura |
Skema ta' l-għajnuna |
||||
|
Għan |
L-għajnuna għal telf bħala riżultat ta' diżastri naturali jew kundizzjonijiet ta' temp avversi |
||||
|
Forma ta' l-għajnuna |
Għotja diretta |
||||
|
Baġit |
Baġit annwali jammonta għal-BGN 200 000 000 (bejn wiehed u ieħor EUR 102 259 944,78), ammont totali ta' BGN 600 000 000 (bejn wiehed u ieħor EUR 306 779 834,34) |
||||
|
Intensità |
Sa limitu ta' 80 % |
||||
|
Tul ta' żmien |
Mill-approvazzjoni mill-Kummissjoni għall-1.11.2010 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
Is-settur ta' l-agrikoltura |
||||
|
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
||||
|
Tagħrif ieħor |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
|
19.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 182/13 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(2008/C 182/04)
|
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
5.12.2007 |
||||
|
Nru ta' l-għajnuna |
NN 40/A/05 |
||||
|
Stat Membru |
L-Italja |
||||
|
Reġjun |
— |
||||
|
Titolu |
Misure urgenti nel settore agroalimentare, legge n. 71/2005, articolo 1, commi 1, 1bis, 1ter e 3ter, e legge n. 231/2005, articolo 1, commi 1-4 |
||||
|
Bażi legali |
Legge n. 71/2005, articolo 1, commi 1, 1bis, 1ter e 3ter Legge n. 231/2005, articolo 1, commi 1-4 |
||||
|
Tip ta' miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
|
Għan |
Għall-kumpens ta' telf tad-dħul li rriżulta mill-kriżi tas-swieq agrikoli fl-2005. Għajnuna de minimis. Għall-kumpens tal-ħsarat għall-produzzjoni agrikola li kienu riżultat tal-kundizzjonijiet avversi tat-temp (Għajnuna NN 54/A/04) |
||||
|
Forma ta' l-għajnuna |
Sussidju dirett |
||||
|
Baġit |
|
||||
|
Intensità |
Varjabbli skond il-miżuri |
||||
|
Tul ta' żmien |
Sa tmiem il-ħlasijiet |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
Agrikoltura |
||||
|
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
||||
|
Tagħrif ieħor |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
|
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
10.10.2007 |
|||||
|
Numru ta' referenza ta' l-għajnuna |
N 163/07 |
|||||
|
Stat Membru |
L-Irlanda |
|||||
|
Reġjun |
— |
|||||
|
Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju) |
Scheme of Investment Aid for the Development of the Commercial Horticulture Sector 2007-2013 |
|||||
|
Bażi ġuridika |
National Development Plan 2007-2013 |
|||||
|
Tip ta' miżura |
Skema |
|||||
|
Għan |
L-iżvilupp tas-settur ortikolturali b'għajnuna ta' għotjiet ta' investiment f'impjanti u makkinarju speċjalizzati fl-ortikoltura kummerċjali |
|||||
|
Forma ta' għajnuna |
Għotja diretta |
|||||
|
Baġit |
EUR 49 miljun |
|||||
|
Intensità |
40 % 50 % għal bdiewa żgħażagħ |
|||||
|
Tul ta' żmien |
Mid-data ta' l-ittra tal-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2013 |
|||||
|
Setturi ekonomiċi |
Il-kodiċi NACE A001 — Agrikoltura, kaċċa u attivitajiet ta' servizz relatati |
|||||
|
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
|||||
|
Tagħrif ieħor |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
|
19.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 182/15 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5182 — Shell/BP/AFS/Globefuel)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 182/05)
Fil-11 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
|
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
|
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5182. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
|
19.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 182/15 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5134 — Spar/Plus Hungary)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 182/06)
Fil-25 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ġermaniż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
|
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
|
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5134. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
|
19.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 182/16 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
It-18 ta' Lulju 2008
(2008/C 182/07)
1 euro=
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,5816 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
169,03 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4599 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,79315 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,4496 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,6207 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
125,16 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,0590 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
23,063 |
|
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
228,16 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7030 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
3,2188 |
|
RON |
Leu Rumen |
3,5528 |
|
SKK |
Krona Slovakka |
30,335 |
|
TRY |
Lira Turka |
1,8795 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6288 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5901 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
12,3335 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
2,0719 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,1432 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 603,74 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,9170 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
10,7816 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,2231 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 468,48 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
5,1315 |
|
PHP |
Peso Filippin |
70,025 |
|
RUB |
Rouble Russu |
36,7559 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
52,711 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,5179 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,1469 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
19.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 182/17 |
Komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni u l-iżvilupp ġejjieni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-emissjonijiet minn vetturi ħfief u l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni (Euro 5 u 6)
(2008/C 182/08)
|
1. |
Din il-Komunikazzjoni tipprovdi sfond ta' informazzjoni għar-Regolament (KE) Nru 715/2007 (Euro 5 u 6) u l-leġiżlazzjoni implimentattiva tiegħu. Dan ir-Regolament jiddefinixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi ħfief fir-rigward ta' l-emissjonijiet u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni. Ir-rekwiżiti tekniċi jidħlu fis-seħħ f'żewġ stadji, b'limiti għal emissjoni Euro 5 li jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2009 u limiti għal emissjonijiet Euro 6 mill-1 ta' Settembru 2014. |
|
2. |
L-għan tal-Komunikazzjoni hu li jiġu ddefiniti l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward ta' din il-leġiżlazzjoni. Ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu għandhom dispożizzjonijiet tekniċi ddettaljati meħtieġa biex jiġu implimentati r-rekwiżiti prinċipali. Madankollu, jeżistu għadd ta' oqsma fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li aktar reviżjoni ta' leġiżlazzjoni se tkun meħtieġa fil-ġejjieni. |
|
3. |
Dan ir-Regolament attwali fih sett sħiħ ta' rekwiżiti meħtieġa għall-approvazzjoni ta' vetturi sottomessi għall-ispeċifikazzjoni inizjali Euro 5. Fil-ġejjien, il-Kummissjoni biħsiebha li tkompli tirfina r-rekwiżiti rilevanti li jridu jiġu applikati jew f'nofs il-proċess tal-Euro 5 jew inkella fl-istadju sħiħ tal-Euro 6. L-oqsma li għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni aktar approfondita huma diskussi f'din il-Komunikazzjoni. |
Massa tal-partikuli u proċeduri ta' ttestjar għall-għadd ta' partikuli
|
4. |
Il-proċeduri riveduti tat-test biex titkejjel il-massa tal-partikuli u l-għadd tal-partikuli attwalment qed jiġu ffinalizzati biex jiġu inkorporati fir-Regolament UN/ECE Nru 83. Meta dawn il-proċeduri tat-test jiġu ffinalizzati se jinħtieġ li tiġi aġġornata kemm jista' jkun malajr il-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni tal-Euro 5 u 6. |
Limiti għall-emissjoni ta' l-għadd ta' partikuli għal vetturi bl-ispark ignition
|
5. |
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jawtorizza lill-Kummissjoni li tintroduċi limiti għall-emissjoni ta' l-għadd ta' partikuli għal vetturi bil-petrol. Waqt l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni ġie deċiż li tinħtieġ informazzjoni addizzjonali dwar l-emissjonijiet ta' dawn il-vetturi qabel ma jiġi stabbilit l-istandard. Għalhekk, ebda valur limitu ma ġie ffissat għal vetturi Euro 5. Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jitlob li valur limitu jiġi ffissat mhux aktar tard mill-istadju tal-Euro 6. Għalhekk, il-Kummissjoni biħsiebha tirrivedi l-emissjonijiet tal-partikuli ta' vetturi bi spark ignition u tipproponi limitu għall-għadd tal-partikuli għall-ispeċifikazzjoni ta' vetturi Euro 6 qabel id-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tal-Euro 6. |
Fjuwils ta' referenza
|
6. |
Il-verżjoni inizjali tal-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni ma għandhiex speċifikazzjoni għall-fjuwil ta' referenza l-ethanol (E75) li għandu jintuża minn vetturi bi fjuwil flessibbli għat-test ta' l-emissjonijiet f'temperatura baxxa (it-test tat-tip 6). Il-Kummissjoni biħsiebha tiffinalizza dalwaqt l-ispeċifikazzjoni għall-fjuwil ta' referenza ta' l-ethanol (E75) għat-test ta' l-emissjonijiet f'temperatura baxxa. Dan il-proċess għandu jitlesta qabel id-dati ffissati fl-Artikolu 10(6) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, billi vetturi Euro 5 bi fjuwil flessibbli approvati wara dawn id-dati huma soġġetti għat-test f'temperatura baxxa għall-approvazzjoni tat-tip. |
Test għall-emissjonijiet f'temperatura baxxa
|
7. |
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 għandu rekwiżit għall-Kummissjoni biex din tirrivedi l-limiti ta' l-emissjonijiet iffissati għall-karozzi bil-petrol bit-test f'temperatura baxxa ta' – 7 °C. Il-preokkupazzjoni hi li l-limiti ta' l-emissjonijiet attwali, meħudin mill-Euro 3 u 4, ma għadhomx adatti għal vetturi li jissodisfaw l-istandards ta' l-emissjonijiet tal-Euro 5 u 6. |
|
8. |
Barra minn hekk, hu maħsub li jiġu riveduti r-rekwiżiti għall-manifatturi biex dawn jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet li japprovaw it-tip dwar il-vetturi diżil f'temperaturi baxxi. Dan hu minħabba r-riskju għoli ta' emissjonijiet NOx f'temperaturi kesħin minn vetturi diżil b'sistemi EGR u bi trattament li jsir wara tan-NOx. Din ir-reviżjoni għandha tikkunsidra jekk għandu jiġi estiż it-test għall- emissjonijiet f'temperaturi baxxi għal vetturi Euro 6 u jekk għandux jiġi introdott valur limitu fil-ġejjieni. |
Emissjonijiet b'evaporazzjoni
|
9. |
Minħabba l-introduzzjoni aktar mifruxa tal-bijofjuwils, il-Kummissjoni biħsiebha tirrivedi l-proċeduri tat-test għall-emissjonijiet b'evaporazzjoni. Din ir-reviżjoni għandha tikkunsidra jekk hemmx bżonn ta' armonizzazzjoni globali aktar kbira permezz ta' allinjament tal-proċedura tat-test Ewropew ma' dak użat fl-Istati Uniti. Jekk dan isir, trid tingħata konsiderazzjoni lill-introduzzjoni ta' esiġenzi ta' konformità fis-servizz jew lit-tul ta' żmien biex jiġu kkontrollati l-effetti ta' l-użu ta' fjuwils li għandhom l-ethanol fuq l-emissjonijiet b'evaporazzjoni. |
Proċedura tat-test ta' emissjoni
|
10. |
L-emissjonijiet u l-konsum ta' fjuwil ta' vetturi ħfief jitkejlu bl-użu ta' proċedura ta' test ta' standardizzazzjoni, ibbażata fuq l-hekk imsejjaħ iċ-Ċiklu Ewropew Ġdid ta' Sewqan (NEDC). Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jitlob lill-Kummissjoni biex tirrivediha, u li jiġu proposti tibdiliet jekk il-proċeduri ma jkunux għadhom adegwati jew jirriflettu emissjonijiet mid-dinja reali. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-proċedura tinħtieġ aġġornament, u għalhekk biħsiebha tirrivedi ċ-ċiklu tat-test sabiex dan jirrifletti b'mod adegwat l-emissjonijiet iġġenerati b'sewqan reali fit-triq. Din ir-reviżjoni tista' tikkontribwixxi għad-diskussjonijiet fl-UN/ECE sabiex jiġi żviluppat ċiklu ta' test globali u armonizzat għall-vetturi ħfief; madankollu, dan ma jiddipendix fuq il-progress magħmul fil-livell tal-UN/ECE. Tista' tiġi wkoll ikkunsidrata l-introduzzjoni ta' esiġenza għall-emissjonijiet barra ċ-ċiklu bl-għan li tkompli l-proċedura ta' test standardizzat. |
Limiti għall-massa ta' referenza għall-vetturi ħfief
|
11. |
Il-leġiżlazzjoni Euro 5 u 6 introduċiet ambitu aktar ċar u sempliċi b'mod sinifikattiv bejn il-leġiżlazzjoni dwar l-emissjonijiet applikabbli għal vetturi ħfief u għal vetturi tqal. Il-leġiżlazzjoni hi attwalment ibbażata fuq il-massa ta' referenza, fejn il-vetturi kollha taħt l-2 690 kg jitqiesu bħala vetturi ħfief. Din il-massa ta' referenza hi bbażata fuq il-limiti attwali għat-test ta' l-emissjonijiet li jsir fil-laboratorju. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan il-limitu ta' massa jista' jkun baxx wisq u għandu jiġi rivedut. Minħabba l-massa attwali tal-vetturi, jista' jkun meħtieġ limitu għal massa ogħla ta' referenza fil-leġiżlazzjoni ġejjiena. |
Standards ta' emissjonijiet indipendenti mill-massa
|
12. |
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jistipula li fil-limiti ta' emissjonijiet tal-futur, tingħata konsiderazzjoni sabiex jiġu introdotti standards ta' emissjonijiet indipendenti mill-massa. Dan hu l-avviċinament attwalment adottat mil-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Uniti u għandu jwassal għat-tħassir tal-kategorija attwali ta' vetturi N1, id-distinzjoni bejn Klassi I, II u III li żviluppat purament għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni dwar l-emissjonijiet u li reċentement kienet adottata għal-leġiżlazzjoni dwar l-arja kondizzjonata mhux imwaħħla b'mod fiss. F'dan l-istadju, avviċinament ta' din ix-xorta ta' massa indipendenti jidher li jista' jsir għal vetturi bil-petrol, minħabba n-natura tas-sistema ta' kontroll ta' l-emissjonijiet. Għal vetturi diżil, l-introduzzjoni ta' trattament li jsir wara għall-NOx għandha tipprovdi kontroll akbar għall-emissjonijiet mis-silencer u tneħħi r-raġuni inizjali għala vetturi tqal għandhom ikollhom emissjonijiet aktar ikkontrollati. Qabel l-introduzzjoni ta' proposta ta' din ix-xorta, il-Kummissjoni għandha bżonn tirrivedi l-possibbiltà u l-effettività ta' l-ispiża għal dan it-tip ta' avviċinament. |
Kalkolu ta' l-emissjonijiet CO2 li jkopru l-gassijiet kollha li għandhom effett serra
|
13. |
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jistipula li l-Kummissjoni tikkunsidra li tirrivedi l-avviċinament biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet CO2 minn vetturi biex jiġu inklużi gassijiet b'effett serra bħalma huma l-emissjonijiet mill-metanu. Bidla ta' din ix-xorta probabbilment se tħalli impatt żgħir ħafna fuq iċ-ċifri ta' l-emissjonijiet għal biċċa l-kbira tal-vetturi bil-petrol u bid-diżil, iżda din tista' tkun aktar sinifikanti għal vetturi bil-gass. Minħabba n-numru żgħir ta' vetturi koperti, bidla ta' din ix-xorta tista' ma tingħatax l-ogħla prijorità f'dan l-istadju. Il-Kummissjoni tista' għalhekk tirrivedi jekk hux xieraq avviċinament ibbażat fuq firxa aktar wiesgħa ta' gassijiet b'effett serra. |
Rekwiżiti dwar id-durabilità — Fatturi ta' deterjorazzjoni għall-Karozzi Euro 6 Diżil
|
14. |
Il-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni tipprovdi biss fatturi assenjati ta' deterjorazzjoni għall-karozzi Euro 5 diżil. Ebda fatturi ma kienu ddefiniti għall-karozzi Euro 6 diżil minħabba l-inċertezza fir-rigward tal-karatteristiċi ta' durabilità tal-magni diżil tal-futur u s-sistemi tat-trattament ta' wara ta' l-egżost. Sabiex jiġu introdotti fatturi assenjati ta' deterjorazzjoni għall-karozzi Euro 6, il-Kummissjoni se jkollha bżonn tirrivedi d-durabilità tal-karozzi diżil li ssodisfaw il-limiti ta' emissjonijiet tal-Euro 6. |
Approvazzjoni għall-bdil ta' l-istrumenti tal-kontroll tat-tniġġis
|
15. |
Il-Kummissjoni biħsiebha tirrivedi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni għall-bdil ta' l-istrumenti tal-kontroll tat-tniġġis biex tikkunsidra kemm ir-rekwiżiti riveduti ta' l-OBD kif ukoll l-introduzzjoni ta' strumenti ta' teknoloġiji ġodda għall-kontroll tat-tniġġis. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti tad-durabilità għall-bdil ta' strumenti ta' riġenerazzjoni b'mod perjodiku jista' jinħtiġilhom li jiġu riveduti. |
Dijanjożi fuq il-vettura (OBD)
|
16. |
Il-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni ma għandha ebda limiti OBD għall-vetturi Euro 6, apparti limiti interim maħsuba għall-introduzzjoni bikrija tal-vetturi diżil Euro 6. Il-limiti sħaħ tal-Euro 6 jeħtiġilhom li jiġu kkonfermati mill-Kummissjoni qabel ma vetturi ta' din ix-xorta tingħatalhom approvazzjoni. |
|
17. |
Proposta inizjali mill-Kummissjoni għal-limiti OBD tal-Euro 6 tinsab f'Tabella 1. Din it-tabella għandha limiti li l-Kummissjoni tikkunsidra li għandhom jiġu introdotti għall-vetturi Euro 6. |
|
18. |
Dawn il-limiti OBD jirriflettu b'mod wiesa' l-limiti applikati għall-parti l-kbira tal-vetturi ħfief fl-Istati Uniti u l-Kanada, fejn il-maġġoranza tas-sistemi OBD tal-vetturi jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni elaborata mill-Californian Air Resources Board (CARB). Is-CARB jistabbilixxi limiti bħala fattur ta' multiplikazzjoni tal-valur limitu ta' l-emissjonijiet, billi japplika fatturi jew ta' 1,5 jew inkella ta' 1,75. Iċ-ċifri f'Tabella 1 ttieħdu abbażi ta' dan, madankollu fattur 2 ogħla ġie applikat għal limiti tal-partikuli, biex jirrifletti l-konċentrazzjonijiet baxxi fl-emissjonijiet ta' l-egżost. Iċ-CARB attwalment qed jippermetti limiti OBD eħfef għall-karozzi diżil sa l-aħħar ta' l-2012. Il-limiti ta' l-Euro 6 għandhom jidħlu fis-seħħ madwar sentejn wara dan. |
|
19. |
L-industrija ppreżentat proposti għal-limiti OBD fl-istadju ta' l-Euro 6 li jeċċedu l-valuri limitu b'fatturi bejn 1,9 sa 5,5 għall-vetturi bil-petrol u bejn 2,6 sa 5,5 għall-vetturi diżil. |
|
20. |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li sa l-istadju tal-Euro 6 tal-limiti ta' emissjonijiet, hemm ftit raġuni għal rekwiżiti OBD Ewropej biex dawn ikunu b'mod sinifikattiv differenti mir-rekwiżiti fl-Amerika ta' Fuq. B'mod partikolari, mifhumin tajjeb il-prinċipji ta' dijanjożi għall-karozzi bil-petrol, billi dawn kienu żviluppat fl-Istati Uniti, għalhekk huma jistgħu faċilment jiġu introdotti fl-UE. Barra minn hekk, xogħol magħmul minn konsulent li rriveda l-limiti OBD jissuġġerixxi li l-benefiċċji ambjentali u l-effettività ta' l-ispiża għal-limiti OBD aktar baxxi għall-petrol kienu tajbin. |
|
21. |
Il-Kummissjoni hi konxja li l-limiti għall-vetturi diżil jinforzaw it-teknoloġija, partikolarment fir-rigward tal-partikuli. Limiti ta' din ix-xorta meqjusin neċessarji minħabba x-xewqa li jinstabu difetti parzjali fi strumenti li jintużaw wara t-trattament bħalma huma l-filters tal-partikuli, li jistgħu jitbagħbsu jekk ibblokkjati. Barra minn hekk, dijanjosijiet tajba għad-diżil huma essenzjali għall-kompetittività fit-tuq tat-teknoloġija diżil f'partijiet oħra tad-dinja. L-adozzjoni tal-limiti OBD tal-Euro 6 għandhom għalhekk jappoġġaw il-kompetittività futura tat-teknoloġija diżil. |
|
22. |
Ir-reviżjoni tal-Kummissjoni dwar jekk jistax jiġu attwati l-limiti OBD tal-Euro 6 għandha tiffoka fuq jekk it-teknoloġija tistax tattwa l-limiti proposti għal vetturi b'compression ignition u l-limiti OBD tal-partikuli għal vetturi b'positive ignition. Din ir-reviżjoni għandha tikkunsidra l-istat ta' żvilupp ta' teknoloġija ġdida dwar is-sensors ta' l-egżost, tali sensors għall-materjal ta' partikuli u frak żgħir u anke għall-iżvilupp ta' tekniki għal preżenza ta' pressjoni u mudelli li jipprevedu x'livelli ta' nugrufun jifilħu l-filters tal-partikuli. |
|
23. |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni biħsiebha tirrevedi jekk hemmx bżonn li l-livelli OBD kemm għall-massa tal-partikuli kif ukoll għall-għadd ta' partikuli għandhomx japplikaw fl-istadju tal-Euro 6. F'dan l-istadju hu diffiċli li jingħad jekk il-livelli għall-għadd ta' partikuli jistax teknoloġikament jiġu attwati. |
|
24. |
Il-Kummissjoni biħsiebha li r-reviżjoni tal-limiti OBD għandha ssir qabel l-1 ta' Settembru 2010. |
|
25. |
Flimkien mal-livelli OBD, il-Kummissjoni biħsiebha tikkunsidra t-tħaddim tar-rekwiżiti ta' l-OBD fil-proporzjon tal-prestazzjoni użata. Dan jinkludi l-pubblikazzjoni ta' linji gwida, fejn jidher li jkun hemm bżonn, u b'mod partikolari:
|
|
26. |
Il-Kummissjoni se tikkunsidra wkoll li tintroduċi r-rekwiżiti għall-ikklassifikar tat-tħaddim ħażin b'OBD Armonizzati għad-Dinja mill-applikazzjoni mandatorja tal-valuri limitu tal-Euro 6. |
Tabella
Limiti proposti għall-OBD Euro 6
|
|
Massa tar-referenza (RW) (kg) |
Massa ta' monossidu tal-karbinju |
Massa ta' idrokarbonji mhux tal-metanu |
Massa ta' ossidi tan-nitroġenu |
Massa ta' partikuli |
Għadd ta' partikuli |
||||||
|
(CO) (mg/km) |
(NMHC) (mg/km) |
(NOx) (mg/km) |
(PM) (mg/km) |
(P) (#/km) |
||||||||
|
Kategorija |
Klassi |
|
PI |
CI |
PI |
CI |
PI |
CI |
PI (1) |
CI |
PI (2) |
CI |
|
M |
— |
Kollha |
1 500 |
750 |
100 |
140 |
90 |
140 |
9 |
9 |
|
1,2 × 1012 |
|
N1 |
I |
RW ≤ 1305 |
1 500 |
750 |
100 |
140 |
90 |
140 |
9 |
9 |
|
1,2 × 1012 |
|
II |
1305 < RW ≤ 1760 |
2 700 |
940 |
130 |
140 |
110 |
180 |
9 |
9 |
|
1,2 × 1012 |
|
|
III |
1760 < RW |
3 400 |
1100 |
160 |
140 |
120 |
220 |
9 |
9 |
|
1,2 × 1012 |
|
|
N2 |
- |
Kollha |
3 400 |
1100 |
160 |
140 |
120 |
220 |
9 |
9 |
|
1,2 × 1012 |
|
Legenda: PI = Positive Ignition, CI = Compression Ignition. |
||||||||||||
(1) L-istandards għall-massa tal-partikuli tal-positive ignition japplikaw biss għall-vetturi b'magni li għandhom injezzjoni diretta.
(2) x 2 limitu li għandu jiġi kkunsidrat meta jiġi stabbilit il-limitu ta' l-emissjoni.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
19.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 182/21 |
Estratt mill-miżura ta' stralċ deċiża skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rijorganizzazzjoni u l-istralċ ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu li tikkonċerna lill-JSC OGRES KOMERCBANKA
(2008/C 182/09)
Fil-21 ta' Diċembru 2006, il-Bord tal-Kummissjoni tas-Suq Finanzjarju u Kapitali tar-Repubblika tal-Latvja approva d-Deċiżjoni Nru 215 u ddeċieda li:
|
1. |
jirtira l-liċenzja mogħtija lill-JSC OGRES KOMERCBANKA (indirizz legali: 12 E. Birznieka-Upisa St., LV-1050 Riga; Numru tar-reġistrazzjoni 40003150023); |
|
2. |
iressaq petizzjoni għall-istralċ tal-JSC OGRES KOMERCBANKA lill-Qorti Distrettwali ta' Riga. |
Fit-23 ta' Jannar 2007, il-Qorti Distrettwali ta' Riga ħadet id-deċiżjoni li tibda l-proċeduri tal-likwidazzjoni tal-JSC OGRES KOMERCBANKA u li taħtar il-likwidatur (Ippubblikat fil-ħarġa: ĠU C 28, 8.2.2007, p. 5).
Fl-20 ta' Mejju 2008, il-Qorti Distrettwali ta' Riga ħadet id-deċiżjoni li tibdel u taħtar likwidatur ġdid għall-JSC OGRES KOMERCBANKA.
|
L-Istituzzjoniji ta' Kreditu |
Numru tar-reġistrazzjoni 40003150023 |
|||||
|
Data |
L-20 ta' Mejju 2008 |
|||||
|
Id-dħul fis-seħħ |
L-20 ta' Mejju 2008 |
|||||
|
In-natura tad-deċiżjoni |
Il-bidla tal-likwidatur |
|||||
|
L-awtorità kompetenti |
Il-Qorti Distrettwali ta' Riga |
|||||
|
Awtorità superviżorja |
|
|||||
|
Il-likwidatur maħtur |
|
V Avviżi
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Kummissjoni
|
19.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 182/22 |
Avviż ta' l-iskadenza viċina ta' ċerti miżuri ta' anti-dumping fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' silikon li joriġina mir-Russja
(2008/C 182/10)
|
1. |
Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni tavża li sakemm ma tiġix imnedija reviżjoni skond il-proċedura li ġejja, il-miżuri ta' anti-dumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt. |
2. Il-Proċedura
Produtturi Komunitarji jistgħu jagħmlu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba jrid ikun fiha biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri tista' twassal għat-tkomplija jew għas-seħħ mill-ġdid ta' dumping u ħsara.
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi Komunitarji mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imfissra fit-talba għal reviżjoni.
3. Limitu taż-żmien
Produtturi Komunitarji jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni fuq il-bażi ta' dak li ssemma hawn fuq. Din għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), J-79 4/23, B-1049, Brussell (2), wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' l-avviż preżenti iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.
|
4. |
Dan l-avviż huwa ppubblikat skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96.
|
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).
(2) Fax (32-2) 295 65 05.
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Kummissjoni
|
19.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 182/23 |
Komunikazzjoni tal-gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' idrokarburi (1)
(Avviż rigward it-talba għall-permess esklussiv għall-prospettar ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass imsejjaħ “Permis des Yvelines”)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 182/11)
Permezz ta' applikazzjoni ta' l-4 ta' Diċembru 2007, il-kumpanija POROS S.A.S, li għandha s-sede tagħha f'145, rue Michel Carré, F-95100 Argenteuil, talbet għal permess esklussiv imsejjaħ “Permis des Yvelines”, għat-tul ta' ħames snin, għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew gassużi fuq medda ta' madwar 1 456 kilometru kwadru, li tagħmel parti mid-dipartimenti ta' Yvelines, Val d'Oise u Hauts de Seine.
Il-perimetru ta' dan il-permess huwa kkostitwit mill-arki tal-meridjani u l-paralleli li jgħaqqdu suċċessivament il-punti hawn taħt definiti mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, bil-meridjan oriġinali dak ta' Pariġi.
|
Punti |
Lonġitudni |
Latitudni |
|
A |
0,90 gr Punent |
54,50 gr Tramuntana |
|
B |
0,90 gr Punent |
54,40 gr Tramuntana |
|
C |
0,80 gr Punent |
54,40 gr Tramuntana |
|
D |
0,80 gr Punent |
54,30 gr Tramuntana |
|
E |
0,70 gr Punent |
54,30 gr Tramuntana |
|
F |
0,70 gr Punent |
54,20 gr Tramuntana |
|
G |
0,60 gr Punent |
54,20 gr Tramuntana |
|
H |
0,60 gr Punent |
54,00 gr Tramuntana |
|
I |
0,40 gr Punent |
54,00 gr Tramuntana |
|
J |
0,40 gr Punent |
54,20 gr Tramuntana |
|
K |
0,20 gr Punent |
54,20 gr Tramuntana |
|
L |
0,20 gr Punent |
54,50 gr Tramuntana |
It-tressiq ta' l-applikazzjonijiet u l-kriterji ta' l-għoti tad-dritt minerarju
Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jagħtu prova li jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikoli 4 u 5 tal-liġi 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).
Il-kumpaniji interessati jistgħu jippreżentaw applikazzjoni kompetittiva fi żmien disgħin jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, f'konformità mal-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti bil-liġi 2006-648 dwar id-drittijiet minerarji u l-ħżin taħt l-art. L-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom ikunu indirizzati lill-ministru inkarigat mill-minjieri, fl-indirizz li jingħata hawn taħt.
Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi isiru bl-applikazzjoni tal-kriterji għall-għoti ta' dritt minerarju definiti fl-Artikolu 6 tal-liġi msemmija, u jsiru sa mhux aktar tard mill-4 ta' Diċembru 2009.
Il-kundizzjonijiet u rekwiżiti għall-eżerċizzju ta' l-attività u d-deċiżjoni relattiva
L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-kodiċi minerarju u għal-liġi Nru 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006 rigward il-ftuħ ta' xogħlijiet minerarji, il-ħżin taħt l-art u l-pulizija tal-minjieri u l-ħażniet taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).
Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-Ministeru ta' l-Ekoloġija, l-Iżvilupp u l-Użu Sostenibbli (Direttorat Ġenerali ta' l-Enerġija u tal-Materja Prima, Direttorat tar-Riżorsi Enerġetiċi u tal-Minerali, Uffiċċju tal-Leġiżlazzjoni dwar il-Minjieri), 61, boulevard Vincent Auriol, Télédoc 133, F-75703 Paris Cedex 13 Franza (telefown: (33)144 97 23 02 Feks (33) 144 97 05 70).
Id-dispożizzjonijiet regolamentari u leġiżlattivi msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit:
http://www.legifrance.gouv.fr
(1) ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.
|
19.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 182/25 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5221 — Kenwood/JVC/Holdco)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 182/12)
|
1. |
Fl-14 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Kenwood Corporation (“Kenwood”, il-Ġappun) tingħaqad kollha kemm ma' l-impriża Victor Company of Japan Ltd (“JVC”, il-Ġappun), skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill, permezz ta' trasferimenti ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (fks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5221 — Kenwood/JVC/Holdco, fl-indirizz li ġej:
|