ISSN 1725-5015

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 167A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
2 ta' Lulju 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta’ l-Għajxien u tax-Xogħol

2008/C 167A/01

Avviż ta' Kompetizzjoni Miftuħa: Uffiċjal tar-Riżorsi umani – Referenza: EF/TA/08/01

1

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta’ l-Għajxien u tax-Xogħol

2.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

CA 167/1


Avviż ta' Kompetizzjoni Miftuħa: Uffiċjal tar-Riżorsi umani

Referenza: EF/TA/08/01

(2008/C 167 A/01)

 

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonjiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol (Eurofound), ibbażata f'Dublin, l-Irlanda, qed tfittex sabiex timpjega Uffiċjal tar-Riżorsi Umani (R/M).

L-Uffiċjal tar-Riżorsi Umani (Uffiċjal RU) għandu jirraporta lill-Kap tar-Riżorsi Umani u se jkun primarjament responsabbli għall-amministrazzjoni tas-salarji tal-Fondazzjoni, ġestjoni tal-baġit u tbassir u amministrazzjoni tar-Regolamenti tal-Personal. Din hija pożizzjoni importanti fi ħdan il-grupp żgħir tar-RU u l-persuna li se tkun qed tokkupa dan il-post se tkun mistennija li jkollha għarfien ġenerali tajjeb ta' l-attivitaijet marbuta mar-riżorsi umani (RU), b'mod partikolari f'kuntest internazzjonali. Barra minn hekk, ikun ukoll mistenni li l-persuna li tintghażel tkun kapaċi tipparteċipa b'mod sħiħ f'aspetti oħra ta' l-attivitajiet tar-RU u li tikontribwixxi fl-iżvilupp strateġiku ta' dan il-qasam.

Il-kompetizzjoni hija miftuħa għal dawk il-kandidati li:

huma ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea;

huma intitolati għad-drittijiet sħaħ bħala ċittadini;

ikunu issodisfaw l-obbligi kollha tagħhom imposti mill-liġi fir-rigward tas-servizzi militari;

ikunu kapaċi juru referenzi dwar il-karattru rigward kemm huma adattati li jwettqu d-dmirijiet speċifikati;

ikollhom għarfien tajjeb ħafna ta' waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għarfien sodisfaċjenti ta' lingwa oħra ta' l-Unjoni, inkluż għarfien eċċellenti ta' l-Ingliż li huwa l-lingwa prinċipali tal-Fondazzjoni. Għarfien tajjeb tal-Franċiż ikun ta' vantaġġ.

għandhom ta' mill-anqas sitt snin esperjenza professjonali li jinkludu tliet snin fil-qasam tal-Persunal jew ir-Riżorsi Umani.

ikollhom livell ta' edukazzjoni sekondarja attestata b'diploma, li tkun tagħti aċċess għal edukazzjoni post sekondarja;

ikollhom kwalifiki professjonali fil-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani jew f'dixxiplini relatati (eż Amministrazzjoni Korporattiva, Psikoloġija, Liġi, Żvilupp Organizzazzjonali, eċċ.).

Il-kandidat/a li jintgħażel se jiġi rreklutat fil-Grupp ta' Funzjoni AST, Grad 4, bħala Aġent Temporanju b'kuntratt indefinit.

Id-dettalji kollha tal-post kif ukoll l-applikazzjoni u l-proċedura ta' selezzjoni jistgħu jitniżżlu mill-websajt tal-Fondazzjoni: www.eurofound.europa.eu/vacancies. Il-kandidati għandhom jaqraw bir-reqqa l-avviż ta' post vakanti minħabba li applikazzjonijiet li ma jkunux mimlija kif suppost se jiġu eliminati.

L-applikazzjonijiet kollha għandhom jidaħħlu permezz tal-formola ta' applikazzjoni uffiċjali li tista' wkoll tiġi mniżżla mill-websajt.

Data ta' skadenza għall-applikazzjoni: 8 ta' Awwissu 2008.