ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 164

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
27 ta' Ġunju 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 164/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5135 — Renolit/Evonik Degussa/Suncoat) ( 1 )

1

2008/C 164/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5138 — Carlyle/Neochimiki) ( 1 )

1

2008/C 164/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5189 — Nordic Capital/CPS) ( 1 )

2

2008/C 164/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5177 — Goldman Sachs/Candover/Expro) ( 1 )

2

2008/C 164/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5187 — Warburg Pincus/JPMP SK) ( 1 )

3

2008/C 164/06

Reviżjoni min-naħa ta' Franza ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku għas-servizzi bl-ajru bi skeda bejn Ajaccio, Bastia, Calvi u Figari, minn naħa, u Marsilja, Nizza u Pariġi (Orly), min-naħa l-oħra ( 1 )

4

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 164/07

Rata tal-kambju ta' l-euro

5

2008/C 164/08

Taqsira tad-deċiżjonijiet tal-Komunità dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq fir-rigward ta' prodotti mediċinali mill-1 ta’ Mejju 2008 sal-31 ta’ Mejju 2008(Ppubblikat skond l-Artikolu 13 jew l-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill )

6

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 164/09

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

10

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Kummissjoni

2008/C 164/10

Avviż ta' bidu ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja

15

 

Rettifikazzjonijiet

2008/C 164/11

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU C 126, 23.5.2008)

17

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 164/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5135 — Renolit/Evonik Degussa/Suncoat)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 164/01)

Fit-13 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ġermaniż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5135. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 164/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5138 — Carlyle/Neochimiki)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 164/02)

Fit-13 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5138. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 164/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5189 — Nordic Capital/CPS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 164/03)

Fit-13 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5189. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 164/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5177 — Goldman Sachs/Candover/Expro)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 164/04)

Fis-17 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5177. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 164/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5187 — Warburg Pincus/JPMP SK)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 164/05)

Fis-17 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5187. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 164/4


Reviżjoni min-naħa ta' Franza ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku għas-servizzi bl-ajru bi skeda bejn Ajaccio, Bastia, Calvi u Figari, minn naħa, u Marsilja, Nizza u Pariġi (Orly), min-naħa l-oħra

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 164/06)

1.

Ġew imposti obbligi ta' servizz pubbliku skond l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji, għas-servizzi ta' l-ajru bi skeda li joperaw:

bejn Ajaccio, Bastia, Calvi u Figari, minn naħa, u Marsilja u Nizza, min-naħa l-oħra, li ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 149 tal-21 ta' Ġunju 2005, p. 7.

bejn Ajaccio, Bastia, Calvi u Figari, minn naħa, u Pariġi (Orly), min-naħa l-oħra, li ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 149 tal-21 ta' Ġunju 2005, p. 12.

Id-dispożizzjonijiet dwar it-tariffi tagħhom ġew riveduti bil-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 314 tat-22 ta' Diċembru 2007.

Dawn l-obbligi ta' servizz pubbliku jipprovdu li f'każ ta' żieda mhux normali, imprevedibbli u indipendenti mir-rieda tat-trasportaturi ta' l-ispejjeż li jolqtu l-operat tar-rotot ta' l-ajru, it-tariffi massimi stabbiliti fil-punt 2.2 taghħom jistgħu jiżdiedu proporzjonalment għaż-żieda osservata.

2.

B'applikazzjoni ta' din il-klawsola, l-obbligi ta' servizz pubbliku tal-21 ta' Ġunju 2005 emendati fit-22 ta' Diċembru 2007, għandhom jinbidlu kif ġej mill-15 ta' Ġunju 2008:

Għar-rotot bejn Marsilja u Nizza u Korsika, it-tariffi massimi msemmija fil-punt 2.2 ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku riveduti msemmija hawn fuq għandhom jiżdiedu kif ġej:

EUR 3 għal kull titjira bla ritorn għat-tariffa normali,

EUR 3 għal kull titjira bir-ritorn għat-tariffa li tikkonċerna, b'kundizzjonijiet, ir-residenti ta' Korsika,

EUR 2 għal kull vjaġġ għat-tariffa li tikkonċerna l-kategoriji ta' passiġġieri ppreċiżati fl-obbligi ta' servizz pubbliku msemmija hawn fuq (żgħażagħ, xjuħ, studenti, familji, persuni b'diżabbiltà).

Għar-rotot bejn Pariġi (Orly) u Korsika, it-tariffi massimi msemmija fil-punt 2.2 ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku riveduti msemmija hawn fuq għandhom jiżdiedu kif ġej:

EUR 5 għal kull vjaġġ għat-tariffa normali,

EUR 5 għal kull titjira bir-ritorn għat-tariffa li tikkonċerna, b'kundizzjonijiet, ir-residenti ta' Korsika,

EUR 3 għal kull vjaġġ għat-tariffa li tikkonċerna l-kategoriji ta' passiġġieri ppreċiżati fl-obbligi ta' servizz pubbliku msemmija hawn fuq (żgħażagħ, xjuħ, studenti, familji, invalidi).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 164/5


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Is-26 ta' Ġunju 2008

(2008/C 164/07)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,5731

JPY

Yen Ġappuniż

169,23

DKK

Krona Daniża

7,4589

GBP

Lira Sterlina

0,79195

SEK

Krona Żvediża

9,4162

CHF

Frank Żvizzeru

1,6184

ISK

Krona Iżlandiża

127,43

NOK

Krona Norveġiża

7,9590

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,086

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

236,71

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7029

PLN

Zloty Pollakk

3,3555

RON

Leu Rumen

3,6521

SKK

Krona Slovakka

30,316

TRY

Lira Turka

1,9121

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6389

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5899

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

12,2777

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,0760

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1474

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 631,70

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,3772

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,8004

HRK

Kuna Kroata

7,2465

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 464,65

MYR

Ringgit Malażjan

5,1181

PHP

Peso Filippin

69,932

RUB

Rouble Russu

36,9035

THB

Baht Tajlandiż

52,809

BRL

Real Brażiljan

2,5015

MXN

Peso Messikan

16,1715


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 164/6


Taqsira tad-deċiżjonijiet tal-Komunità dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq fir-rigward ta' prodotti mediċinali mill-1 ta’ Mejju 2008 sal-31 ta’ Mejju 2008

(Ppubblikat skond l-Artikolu 13 jew l-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1) )

(2008/C 164/08)

—   Ħruġ ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq (Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004): Aċċettat

Data tad-Deċiżjoni

Isem tal-prodott mediċinali

INN

(Isem internazzjonal Mhux Proprjetarju)

Detentur ta' l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq

Numru tal-partita fir-Reġistru tal-Komunità

Forma Farmaċewtika

Kodiċi ATC

(Kodiċi Anatomiku Terapewtiku Kimiku)

Data tan-notifika

14.5.2008

Prepandrix

Vaċċin għal influwenza prepandemika (H5N1) (virjon maqsum, mhux attivat, supplimentat) A/VietNam/1194/2004 NIBRG

GlaxoSmithKline Biologicals s.a.

rue de l'Institut, 89

B-1330 Rixensart

EU/1/08/453/001

Suspensjoni u Emulsjoni għal emulsjoni għall-injezzjoni

J07BB02

16.5.2008

20.5.2008

Pandemrix

Vaċċin għal influwenza pandemika (H5N1) (virion maqsum, mhux attivat, supplimentat) A/VietNam/1194/2004 NIBRG

GlaxoSmithKline Biologicals s.a.

rue de l'Institut, 89

B-1330 Rixensart

EU/1/08/452/001

Suspensjoni u Emulsjoni għal emulsjoni għall-injezzjoni

J07BB02

22.5.2008

20.5.2008

Extavia

interferon beta-1b

Novartis Europharm Limited

Wimblehurst Road

Horsham

West Sussex RH12 5AB

United Kingdom

EU/1/08/454/001-004

Trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

L03AB08

22.5.2008

—   Ħruġ ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq (Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004): Rifjutata

Data tad-Deċiżjoni

Isem tal-prodott mediċinali

Detentur ta' l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq

Numru tal-partita fir-Reġistru tal-Komunità

Data tan-notifika

21.5.2008

CIMZIA

UCB S.A.

Allée de la Recherche, 60

B-1070 Bruxelles

Researchdreef, 60

B-1070 Brussel

23.5.2008

22.5.2008

Rhucin

Pharming Group N.V.

Darwinweg 24

2333 CR Leiden

Nederland

28.5.2008

—   Modifika ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq (Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004): Aċċettata

Data tad-Deċiżjoni

Isem tal-prodott mediċinali

Detentur ta' l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq

Numru tal-partita fir-Reġistru tal-Komunità

Data tan-notifika

8.5.2008

Ebixa

H. Lundbeck A/S

Ottiliavej 9

DK-2500 Valby

EU/1/02/219/001-049

14.5.2008

8.5.2008

Ebixa

H. Lundbeck A/S

Ottiliavej 9

DK-2500 Valby

EU/1/02/219/022-049

14.5.2008

8.5.2008

Axura

Merz Pharmaceuticals GmbH

Eckenheimer Landstr. 100-104

D-60318 Frankfurt/Main

EU/1/02/218/001-029

14.5.2008

8.5.2008

Axura

Merz Pharmaceuticals GmbH

Eckenheimer Landstr. 100-104

D-60318 Frankfurt/Main

EU/1/02/218/016-029

14.5.2008

21.5.2008

Prometax

Novartis Europharm Limited

Wimblehurst Road

Horsham

West Sussex RH12 5AB

United Kingdom

EU/1/98/092/001-026

23.5.2008

21.5.2008

Xagrid

Shire Pharmaceutical Contracts Ltd

Hampshire International Business Park

Chineham

Basingstoke

Hampshire RG24 8EP

United Kingdom

EU/1/04/295/001

23.5.2008

21.5.2008

Foscan

Biolitec pharma Ltd

United Drug House

Magna Drive

Dublin 24

Ireland

EU/1/01/197/001-005

23.5.2008

22.5.2008

Zevalin

Bayer Schering Pharma AG

D-13342 Berlin

EU/1/03/264/001

27.5.2008

22.5.2008

Advate

Baxter AG

Industriesstraße 67

A-1220 Vienna

EU/1/03/271/005-006

28.5.2008

20.5.2008

Forsteo

Eli Lilly Nederland B.V.

Grootslag 1-5

3991 RA Houten

Nederland

EU/1/03/247/001-002

22.5.2008

20.5.2008

Carbaglu

Orphan Europe

Immeuble Le Wilson

70, Avenue du Général de Gaulle

F-92800 Puteaux

EU/1/02/246/001-003

22.5.2008

20.5.2008

Exelon

Novartis Europharm Limited

Wimblehurst Road

Horsham

West Sussex RH12 5AB

United Kingdom

EU/1/98/066/001-026

22.5.2008

20.5.2008

Refludan

Pharmion Limited

Riverside House

Riverside Walk

Windsor SL4 1NA

United Kingdom

EU/1/97/035/001-004

22.5.2008

20.5.2008

Cystadane

Orphan Europe S.a.r.l.

Immeuble Le Wilson

70, Avenue du Général de Gaulle

F-92800 Puteaux

EU/1/06/379/001

22.5.2008

20.5.2008

Zavesca

Actelion Registration Ltd

BSI Building 13th Floor

389 Chiswick High Road

London W4 4AL

United Kingdom

EU/1/02/238/001

22.5.2008

20.5.2008

Mabthera

Roche Registration Limited

6 Falcon Way

Shire Park

Welwyn Garden City AL7 1TW

United Kingdom

EU/1/98/067/001-002

22.5.2008

20.5.2008

Aldurazyme

Genzyme Europe B.V.

Gooimeer 10

1411 DD Naarden

Nederland

EU/1/03/253/001-003

22.5.2008

20.5.2008

Onsenal

Pfizer Limited

Ramsgate Road

Sandwich

Kent CT13 9NJ

United Kingdom

EU/1/03/259/001-006

22.5.2008

20.5.2008

Rebif

Serono Europe Limited

56, Marsh Wall

London E14 9TP

United Kingdom

EU/1/98/063/001-007

27.5.2008

—   Modifika ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq (Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004): Aċċettata

Data tad-Deċiżjoni

Isem tal-prodott mediċinali

Detentur ta' l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq

Numru tal-partita fir-Reġistru tal-Komunità

Data tan-notifika

21.5.2008

Nobilis IB 4-91

Intervet International B.V.

Wim de Körverstraat 35

5831 AN Boxmeer

Nederland

EU/2/98/006/001-010

23.5.2008

21.5.2008

METACAM

Boehringer Ingelheim Vetmedica GmbH

D-55216 Ingelheim am Rhein

EU/2/97/004/007-008

EU/2/97/004/014-015

EU/2/97/004/027-028

EU/2/97/004/031-032

23.5.2008

Kull min jixtieq jikkonsulta r-rapport ta' evalwazzjoni pubblika fuq il-prodotti mediċinali inkwistjoni u d-deċiżjonijiet marbuta magħhom għandu jikkuntattja lil:

L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini

7, Westferry Circus

Canary Wharf

London E14 4HB

United Kingdom


(1)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 164/10


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 164/09)

Numru XA: XA 279/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Luče

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Luče za programsko obdobje 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodelitvi pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva, gozdarstva in podeželja v občini Luče za programsko obdobje 2007–2013 (II. poglavje)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 10 000

 

2008: EUR 10 000

 

2009: EUR 10 000

 

2010: EUR 10 000

 

2011: EUR 10 000

 

2012: EUR 10 000

 

2013: EUR 10 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'impriżi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati,

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn,

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra, fil-każ ta' investimenti magħmula minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbiliment tagħhom.

L-għan ta' l-għajnuna huwa investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u biex jinxtara tagħmir użat għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'għelejjel permanenti, għall-titjib fl-art agrikola u l-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali:

għal karatteristiċi mhux produttivi, sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali,

għal assi produttivi fil-farms, sa 60 % ta' l-ispejjeż reali, jew 75 % f'żoni żvantaġġati, sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm,

għajnuna addizzjonali tista' tingħata b'rata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Rilokazzjoni tal-bini tal-farms fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali fejn ir-rilokazzjoni sempliċiment tikkonsisti fiż-żarmar, it-tneħħija u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-bini eżistenti,

jekk minħabba r-rilokazzjoni l-bidwi jgawdi minn aktar faċilitajiet moderni, il-bidwi għandu jikkontribwixxi ta' lanqas 60 %, jew 50 % fiż-żoni żvantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet konċernati wara r-rilokazzjoni. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha tkun ta' mill-inqas 55 % jew 45 % rispettivament,

meta r-rilokazzjoni twassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-kontribuzzjoni mill-benefiċjarju għandha tkun ta' l-anqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, ta' l-ispejjeż marbuta ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha tkun ta' mill-inqas 55 % jew 45 % rispettivament.

4.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' appoġġ muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-għelejjel u l-frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard.

5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi eliġibbli.

6.   Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali mġarrba: l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

7.   Provvista ta' appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż li jirrigwardaw l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts u l-ispejjeż ta' servizzi ta' sostituzzjoni. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (L-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: sal-31.12.2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna għall-konservazzjoni u l-iżvilupp ta' l-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Luče għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 li jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4 tar-Regolament: Investiment f'azjendi agrikoli,

l-Artikolu 5 tar-Regolament: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,

l-Artikolu 6 tar-Regolament: Rilokazzjoni ta' bini ta' farms fl-interess pubbliku,

l-Artikolu 12 tar-Regolament: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

l-Artikolu 13 tar-Regolament: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

l-Artikolu 14 tar-Regolament: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità.

l-Artikolu 15 tar-Regolament: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi konċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Luče

Luče 106

SLO-3334 Luče

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200787&dhid=91629

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi maltemp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (stadji ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna).

Firma tal-persuna inkarigata

Ciril ROSC

Župan

Numru XA: XA 284/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Juršinci

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Dodeljevanje pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Juršinci 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Juršinci

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija:

 

2007: EUR 17 526

 

2008: EUR 21 000

 

2009: EUR 21 525

 

2010: EUR 22 063

 

2011: EUR 22 614

 

2012: EUR 23 180

 

2013: EUR 23 759

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'impriżi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati,

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn.

L-għan ta' l-għajnuna huwa investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u biex jinxtara tagħmir użat għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti, għall-titjib fl-art agrikola u l-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' appoġġ muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u l-frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard.

3.   Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-attivitajiet ta' riċerka tas-suq, il-ħolqien u d-disinn tal-prodott, li jinkludu l-għajnuna mogħtija għat-tħejjija ta' l-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta' denominazzonijiet ġeografiċi ta' l-oriġini jew ċertifikati ta' karattru speċifiku skond ir-regolamenti Komunitarji relevanti. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

4.   Provvista ta' appoġġ tekniku:

sa 50 % ta' l-ispejjeż li jikkonċernaw l-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza, servizzi ta' sostituzzjoni u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (L-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea).

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31.12.2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ għall-SMEs.

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: L-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat għall-konservazzjoni u l-iżvilupp ta' l-agrikoltura u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Juršinci li jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4 tar-Regolament: Investiment f'azjendi agrikoli,

l-Artikolu 12 tar-Regolament: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

l-Artikolu 14 tar-Regolament: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

l-Artikolu 15 tar-Regolament: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Juršinci

Juršinci 3b

SLO-2256 Juršinci

Indirizz ta' l-internet: http://www.lex-localis.info/KatalogInformacij/VsebinaDokumenta.aspx?SectionID=02613e3a-6c6a-4753-af7b-1f6d10a21e25

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi ġrajjiet klimatiċi avversi li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

Firma tal-persuna inkarigata

Drago SLAMERŠAK

Tajnik občine

Numru XA: XA 288/07

Stat Membru: Ir-Renju Unit

Reġjun: England

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna: Business Link

Il-bażi ġuridika: Section 11, Industrial Development Act 1982

Nefqa annwali prevista skond l-iskema: GBP 142 miljun mas-setturi kollha li għalihom stima massima ta' GBP 15 miljun ser tintuża għal attivitajiet relatati mal-biedja

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-intensità massima hija ta' 100 %

Data ta' l-implimentazzjoni: L-iskema għandha tidħol fis-seħħ fit-23.10.2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema: L-iskema ser tidħol fis-seħħ fit-23 ta' Ottubru 2007 u għandha tintemm fit-22 ta' Ottubru 2014. L-aħħar pagament għandu jsir fit-22 ta' Ottubru 2014 u l-aħħar data għal parir se tiġi pprovduta fit-22 ta' Ottubru 2014

L-għan l-Għajnuna: It-tieni għan huwa appoġġ tekniku għas-settur agrikolu. Partikolarment l-iskema sejra:

tkabbar l-għarfien dwar l-appoġġ disponibbli għan-negozji,

tarma u tgħarraf il-komunità tan-negozju,

tħeġġeġ tibdil produttiv,

tespandi s-suq ta' appoġġ tan-negozji.

L-għajnuna pprovduta taħt l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-ispejjeż eliġibbli jikkomprendu n-nefqa totali, permessa bl-Artikolu 15(3), ta' servizzi ta' konsultazzjoni u l-organizzazzjoni ta' programmi ta' taħriġ għal bdiewa u għal ħaddiema fl-għelieqi

Setturi kkonċernati: Is-setturi kollha ta' produzzjoni (annimali u pjanti) agrikola huma koperti. L-għajnuna mhux se tinvolvi pagamenti diretti ta' flus lil produtturi

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Department for Business, Enterprise and Regulatory Reform

1 Victoria Street

London SW1H 0ET

United Kingdom

Indirizz virtwali: http://www.berr.gov.uk/files/file40920.doc

Tista' wkoll taċċessa l-informazzjoni dwar din l-iskema permezz ta' l-elenku web ċentrali tar-Renju Unit għall-iskemi agrikoli eżenti ta' għajnuna mill-Istat.

www.defra.gov.uk/farm/policy/state-aid/setup/exist-exempt.htm

Ikklikkja fuq 'Business Link'.

Tagħrif ieħor: L-iskema hija miftuħa għas-setturi kollha barra, preżentament, is-setturi tas-sajd u l-akkwakultura. L-għajnuna għal negozji li mhumiex attivi fil-biedja ser jitħallsu f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1998/2006 dwar għajnuna De Minimis L-għajnuna se tkun provduta fil-forma ta' servizzi — l-ebda flus mhuma sejrin jitħallsu direttament lil produtturi. L-għajnuna għal negozji ta' l-agrikolutra attivi fis-settur ta' l-ipproċessar u l-kumerċjalizzazzjoni ser titħallas f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 dwar għajnuna De Minimis

Iffirmat u ddatat f'isem id-Department for Environment, Food and Rural Affairs (l-awtorità kompetenti)

Duncan Kerr

Agricultural State Aid Team Leader

Defra

Area 8D, 9 Millbank

C/o Nobel House

17 Smith Square

Westminster

London SW1P 3JR

United Kingdom

Numru XA: XA 428/07

Stat Membru: L-Italja

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem tal-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Agevolazioni per il subentro in agricoltura, parte aiuti per il primo insediamento — ISMEA, Istituto di servizi per il mercato agricolo ed agroalimentare

Bażi legali: Delibera del Consiglio di amministrazione per l'adeguamento degli interventi di cui al decreto legislativo 21 aprile 2000, n. 185, Titolo I, Capo III ai regolamenti (CE) n. 70/2001 e (CE) n. 1857/2006

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: In-nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema hija ta' madwar EUR 20 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna: Tingħata għotja ta' EUR 25 000 bħala għajnuna tal-bidu

Data ta' l-implimentazzjoni: L-iskema għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta' Frar 2008 jew fi kwalunkwe każ wara l-wasla mingħand il-Kummissjoni Ewropea tan-numru ta' l-identifikazzjoni ta' l-iskema, jiġifieri fid-data wara l-wasla tal-konferma min-naħa tal-Kummissjoni fil-forma ta' riċevuta bin-numru ta' l-identifikazzjoni tal-wasla ta' l-informazzjoni fil-qosor

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għotja ta' għajnuna individwali: 6 snin

Għan ta' l-għajnuna: Għall-promozzjoni ta' intraprendituri ġodda u ta' bidla ġenerazzjonali fl-agrikoltura.

L-għajnuna tal-bidu qed tingħata f'konformità ma' l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Settur(i) kkonċernat(i): L-agrikoltura: produzzjoni primarja

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

ISMEA

Sede legale:

via C. Celso, 6

I-00161 Roma

Sede amministrativa:

via Nomentana, 183

I-00161 Roma

Indirizz elettroniku: www.ismea.it

Tagħrif ieħor: Din l-iskema hija adattament ta' l-għajnuna mill-Istat Nru. N 336/01 approvata mill-Kummissjoni fit-13 ta' Frar 2003, b'konformità mar-Regolamenti Komunitarji l-ġodda (KE) Nru 1857/2006 u 70/2001 fir-rigward ta' l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli. Saru aġġustamenti għal tliet miżuri partikolari: Għajnuna għall-investiment f'azjendi agrikoli u fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli, għal miżuri ta' assistenza teknika u għajnuna tal-bidu.

Id-dokumenti li ġejjin intbagħtu lill-Kummissjoni:

informazzjoni fil-qosor dwar għajnuna għal investiment fil-produzzjoni primarja, fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006,

informazzjoni fil-qosor dwar għajnuna għal investiment fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli, fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 70/2001,

informazzjoni fil-qosor dwar għajnuna għal assistenza teknika, fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006,

informazzjoni fil-qosor dwar l-għoti ta' għajnuna tal-bidu għall-bdiewa żgħażagħ, fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

L-għajnuna tista' tingħata wkoll taħt l-iskema għal assistenza teknika għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli, li se tingħata skond ir-Regolament (KE) Nru 1998/2006 dwar għajnuna de minimis, u għall-investiment fl-agrituriżmu li se tingħata wkoll skond ir-Regolament (KE) Nru 1998/2006.

L-ammont ta' l-għajnuna tal-bidu li jingħata taħt din l-iskema u dak li jingħata skond ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005, flimkien ma jistgħux jaqbżu l-ammonti massimi stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Il Direttore generale

Salvatore PETROLI


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Kummissjoni

27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 164/15


Avviż ta' bidu ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja

(2008/C 164/10)

Il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ('ir-Regolament bażiku') (1).

1.   Talba għal reviżjoni

It-talba tressqet minn Hindustan Electro Graphite Limited ('l-applikant'), esportatur mill-Indja.

It-talba hija limitata fl-ambitu għall-eżami ta' dumping sa fejn huwa kkonċernat l-applikant.

2.   Il-prodott

Il-prodott suġġett għar-reviżjoni huwa elettrodi tal-grafita tat-tip użat għall-ifran elettriċi, b'densità apparenti ta' 1.65 g/cm3 jew aktar u b'reżistenza elettrika ta' 6.0 μΩ.m jew anqas, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 8545 11 00 u protuberanzi użati għal dawn l-elettrodi, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 8545 90 90 kemm jekk importati flimkien kif ukoll separatament, li joriġinaw fl-Indja ('il-prodott ikkonċernat').

3.   Il-miżuri eżistenti

Il-miżura fis-seħħ bħalissa hija dazju definittiv tad-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1629/2004 (2) dwar l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja.

4.   Raġunijiet għar-reviżjoni

It-talba skond l-Artikolu 11(3) hi bbażata fuq evidenza prima facie, ipprovduta mill-applikant, li ċ-ċirkostanzi li abbażi tagħhom ġew stabbiliti l-miżuri nbidlu u li dawn il-bidliet huma ta' natura dewwiema.

L-applikant allega, inter alia, li ottimizza l-proċess ta' produzzjoni tiegħu tal-prodott ikkonċernat li rriżulta fi spejjeż ta' produzzjoni iktar baxxi. Dan, flimkien mal-prezzijiet tal-bejgħ mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat, wassal għal tnaqqis ta' dumping għal livell taħt il-marġini ta' ħsara li nstab fl-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, l-impożizzjoni kontinwa ta' miżuri fil-livelli eżistenti, li kienu bbażati fuq il-livell ta' ħsara stabbilit qabel, mhix aktar meħtieġa biex tibbilanċja d-dumping.

5.   Proċedura għad-determinazzjoni tad-dumping

Wara li ddeterminat, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed provi biex ikun iġġustifikat il-bidu ta' reviżjoni interim parzjali, il-Kummissjoni qiegħda b'dan tagħti bidu għal reviżjoni skond l-Artikolu 11 (3) tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tivvaluta l-bżonn għal tkomplija, tneħħija jew emenda tal-miżuri eżistenti fir-rigward ta' l-applikant.

Jekk ikun determinat li l-miżuri għandhom jitneħħew jew jiġu emendati għall-applikant, jista' jkun neċessarju li tiġi emendata r-rata tad-dazju attwalment applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat minn kumpaniji li ma jissemmewx fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1629/2004 (2).

(a)   Il-kwestjonarji

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis bħala meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-applikant. Dan it-tagħrif u l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit fil-punt 6(a).

(b)   Ġbir ta' tagħrif u smigħ ta' seduti

Il-partijiet kollha interessati qegħdin b'dan jiġu mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu tagħrif barra mit-tweġibiet għall-kwestjonarju u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Dan it-tagħrif u dokumenti ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit fil-punt 6(a).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba fejn juru li hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. Din it-talba għandha ssir fiż-żmien stabbilit fil-punt 6(b).

6.   Il-limiti ta' żmien

(a)   Biex il-partijiet jippreżentaw ruħhom, biex jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kwalunkwe informazzjoni oħra

Il-partijiet interessati kollha, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom se jitqiesu matul l-investigazzjoni, għandhom jiddikjaraw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw il-fehmiet tagħhom u jibagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju jew kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Qed tinġibed l-attenzjoni li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku jiddependi milli l-parti tippreżenta ruħha matul il-perjodu msemmi qabel.

(b)   Seduti

Il-partijiet interessati kollha jistgħu wkoll japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 40 jum.

7.   Sottomissjonijiet bil-miktub, tweġibiet għall-kwestjonarju u korrispondenza

Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, it-telefown u n-numri tal-faks tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet bil-miktub kollha, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan l-avviż, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Limitati (3) u, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati minn verżjoni mhux kunfidenzjali, immarkata 'GĦALL-ISPEZZJONI MILL-PARTIJIET INTERESSATI'.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate General for Trade

Directorate H

Office: J-79 4/23

B-1049 Brussels

Faks (32-2) 295 65 05.

8.   Nuqqas ta' kooperazzjoni

F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għat-tagħrif meħtieġ jew ma tipprovdihx fil-limiti ta' żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b'mod sinifikanti, jistgħu jsiru sejbiet, pożittivi jew negattivi, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif għandu jitwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b'mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

9.   Ipproċessar ta' data personali

Ta' min jinnota li kull data personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tiġi trattata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' din id-data  (4).

10.   L-iskeda ta' l-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tkun konkluża, skond l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

11.   Uffiċjal għas-smigħ.

Ta' min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta' difiża tagħhom, ikunu jistgħu jitolbu l-intervent ta' l-Uffiċjal għas-Smigħ tad-DĠ Trade. Hu jservi ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn hemm bżonn, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien ta' l-interessi tagħhom f'dan il-proċediment, b'mod partikolari, fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limitu taż-żmien u t-trattament ta' preżentazzjonijiet tal-fehmiet bil-fomm u/jew bil-miktub. Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni fuq l-internet ta' l-Uffiċjal għas-Smigħ fuq il-websajt tad-DĠ Trade (http://ec.europa.eu/trade).


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 295, 18.9.2004, p. 10.

(3)  Dan ifisser li d-dokument huwa għal użu intern biss. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-anti-dumping).

(4)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


Rettifikazzjonijiet

27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 164/17


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, C 126 tat-23 ta' Mejju 2008 )

(2008/C 164/11)

F'paġna 10, taħt in-numru XA 29/08, wara it-titolu “Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali:”

minflok:

“Mill-1.1.2008 sal-1.12.2008”

aqra:

“Mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2008”.