ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
21 ta' Ġunju 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Qorti tal-Ġustizzja

2008/C 158/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU C 142, 7.6.2008

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-Ġustizzja

2008/C 158/02

Kawża C-49/05 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 — Ferriere Nord SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Repubblika Taljana (Appell — Għajnuna mill-Istat — Proċedura ta' investigazzjoni formali — Linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mogħtija mill-Istat għall-ħarsien ta' l-ambjent — Drittijiet tal-persuni interessati — Stedina sabiex jitressqu osservazzjonijiet — Artikolu 88(2) KE — Regolament (KE) Nru 659/1999 — Aspettattivi leġittimi — Ċertezza legali — Skop ambjentali ta' l-investiment)

2

2008/C 158/03

Kawżi magħquda C-5/06 u C-23/06 sa C-36/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf, Tribunal de grande instance de Nanterre — Ġermanja, Franza) — Zuckerfabrik Jülich AG (qabel Jülich AG) vs Hauptzollamt Aachen (Zokkor — Taxxi tal-produzzjoni — Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' kwoti — Determinazzjoni ta' l-eċċess esportabbli — Determinazzjoni tat-telf medju)

2

2008/C 158/04

Kawża C-133/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta' Mejju 2008 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Politika komuni fil-qasam ta' l-ażil — Direttiva 2005/85/KE — Proċeduri għall-għoti u l-irtirar ta' l-istatus ta' refuġjat fl-Istati Membri — Pajjiżi ta' oriġini bla periklu — Pajjiżi terzi Ewropej bla periklu — Listi komuni minimi — Proċedura ta' adozzjoni u ta' emenda tal-listi komuni minimi — L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 67(1) u (5) KE — Inkompetenza)

3

2008/C 158/05

Kawża C-304/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 — Eurohypo AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 7(1)(b) — Trade mark verbali EUROHYPO — Raġuni assoluta għal rifjut ta' reġistrazzjoni — Trade mark li mhijiex ta' karattru distintiv)

4

2008/C 158/06

Kawża C-491/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Vestre Landsret — Id-Danimarka) — Danske Svineproducenter vs Justitsministeriet (Direttiva 91/628/KEE — Protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport — Traspożizzjoni — Marġni ta' diskrezzjoni — Annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-majjali — Vjaġġi li jeċċedu tul ta' tmien siegħat — Għoli minimu ta' kull livell tal-vettura — Densità ta' tagħbija)

4

2008/C 158/07

Kawża C-14/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Ingenieurbüro Michael Weiss und Partner GbR vs Industrie- und Handelskammer Berlin (Kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili — Regolament (KE) Nru 1348/2000 — Notifika ta' atti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji — Nuqqas ta' traduzzjoni ta' l-annessi ta' l-att — Konsegwenzi)

5

2008/C 158/08

Kawża C-39/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 89/48/KEE — Rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprovdix għar-rikonoxximent tad-diplomi li jippermettu l-aċċess għall-professjoni ta' spiżjar ta' l-isptar — Nuqqas ta' traspożizzjoni tad-Direttiva)

6

2008/C 158/09

Kawżi magħquda C-95/07 & C-96/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale — L-Italja) — Ecotrade spa vs Agenzia Entrate Ufficio Genova 3 (Sitt Direttiva VAT — Reverse charge — Dritt għal tnaqqis — Terminu ta' dekadenza — Irregolarità ta' kontabbiltà u ta' dikjarazzjoni li taffettwa t-tranżazzjonijiet suġġetti għas-sistema ta' reverse charge)

6

2008/C 158/10

Kawża C-233/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 91/271/KE — Trattament ta' l-ilma urban residwu — Deċiżjoni 2001/720/KE — Deroga dwar it-trattament ta' ilma urban mormi mill-agglomerazzjoni tal-kosta ta' Estoril — Ksur ta' l-Artikoli 2, 3 u 5 ta' l-imsemmija deċiżjoni)

7

2008/C 158/11

Kawża C-392/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2005/19/KE — Sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, trasferimenti ta' assi u skambji ta' ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta' Stati Membri differenti — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

8

2008/C 158/12

Kawża C-108/08 P: Appell ippreżentat fis-7 ta' Marzu 2008, minn Portela & Companhia, SA, mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tal-11 ta' Diċembru 2007 fil-Kawża T-10/06, Portela & Companhia, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni) (UASI)

8

2008/C 158/13

Kawża C-110/08: Rikors ippreżentat fil-11 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

8

2008/C 158/14

Kawża C-131/08 P: Appell ippreżentat fl-1 ta' April 2008 minn Dorel Juvenile Group, Inc. mis-sentenza mogħtija fl-24 ta' Jannar 2008 fil-Kawża T-88/06 — Dorel Juvenile Group, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

10

2008/C 158/15

Kawża C-133/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden fit-2 ta' April 2008 — Intercontainer Interfrigo SC (ICF) vs Balkenende Oosthuizen BV u MIC Operations BV

10

2008/C 158/16

Kawża C-141/08 P: Appell ippreżentat fis-7 ta' April 2008 minn Foshan Shunde Yongjian Housewares & Hardware Co. Ltd mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Sitt Awla) mogħtija fid-29 ta' Jannar 2008 fil-kawża T-206/07, Foshan Shunde Yongjian Housewares & Hardware vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

11

2008/C 158/17

Kawża C-151/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spanja) fl-14 ta' April 2008 — N.N. Renta, S.A. vs Generalidad de Cataluña

12

2008/C 158/18

Kawża C-155/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden fis-16 ta' April 2008 — X vs Staatssecretaris van Financiën

12

2008/C 158/19

Kawża C-158/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Commissione Tributaria Regionale di Trieste (l-Italja) fis-16 ta' April 2008 — Agenzia delle Dogane Circoscrizione doganale di Trieste vs Pometon SpA

13

2008/C 158/20

Kawża C-168/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour de cassation (Franza) fil-21 ta' April 2008 — Iaszlo Hadadi (Hadady) vs Csilla Marta Mesko, miżżewġa Hadadi (Hadady)

13

2008/C 158/21

Kawża C-181/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

14

2008/C 158/22

Kawża C-184/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

14

2008/C 158/23

Kawża C-187/08: Rikors ippreżentat fil-5 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

15

 

Qorti tal-Prim' Istanza

2008/C 158/24

Kawża T-131/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' April 2008 — Rykiel création et diffusion de modèles vs L-UASI — Cuadrado (SONIA SONIA RYKIEL) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva SONIA SONIA RYKIEL — Trade mark verbali preċedenti SONIA — Raġuni relattiva għal rifjut — Użu ġenwin mit-trade mark — Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

16

2008/C 158/25

Kawża T-246/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Mejju 2008 — Redcats vs L-UASI — Revert & Cía (REVERIE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali REVERIE — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Revert — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

16

2008/C 158/26

Kawża T-97/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' April 2008 — Imelios vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Rikors għal danni — Il-ħames programm għal azzjonijiet Komunitarji ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni (1998-2002) — Klawsola ta' arbitraġġ — Nota ta' debitu — Inammissibbiltà)

17

2008/C 158/27

Kawża T-358/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-28 ta' April 2008 — PubliCare Marketing Communications GmbH vs L-UASI (Publicare) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Publicare — Terminu sabiex jitressaq rikors — Każ aċċidentali — Żball skużabbli — Inammissibbiltà manifesta)

17

2008/C 158/28

Kawża T-65/08 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' April 2008 — Spanja vs Il-Kummissjoni (Proċedura Sommarja — Kontroll ta' konċentrazzjonijiet — Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 — Kundizzjonijiet imposti mill-awtoritajiet Spanjoli lill-partijiet f'konċentrazzjoni ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni — Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni — Fumus boni juris — Nuqqas ta' urġenza — Bilanċ ta' l-interessi)

18

2008/C 158/29

Kawża T-106/08 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' April 2008 — CPEM vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji — Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni — Talba ġdida — Fatti ġodda — Assenza — Inammissibbiltà — Artikolu 109 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza)

18

2008/C 158/30

Kawża T-141/08: Rikors ippreżentat fil-15 ta' April 2008 — E.ON Energie AG vs Il-Kummissjoni

18

2008/C 158/31

Kawża T-145/08: Rikors ippreżentat fis-17 ta' April 2008 — Atlas Transport vs L-UASI — Atlas Air (ATLAS)

19

2008/C 158/32

Kawża T-146/08: Rikors ippreżentat fis-17 ta' April 2008 — Deutsche Rockwool Mineralwoll vs L-UASI — Redrock Construction (REDROCK)

19

2008/C 158/33

Kawża T-150/08: Rikors ippreżentat fil-21 ta' April 2008 — REWE-Zentral vs L-UASI — Aldi Einkauf (Clina)

20

2008/C 158/34

Kawża T-152/08: Rikors ippreżentat fil-21 ta' April 2008 — Kido Industrial vs UASI — Amberes (SCORPIONEXO)

20

2008/C 158/35

Kawża T-153/08: Rikors ippreżentat fil-25 ta' April 2008 — Shenzhen Taiden Industrial vs L-UASI — Bosch Security Systems (disinn ta' apparat għall-komunikazzjoni)

21

2008/C 158/36

Kawża T-164/08: Rikors ippreżentat fit-30 ta' April 2008 — L-Italja vs Il-Kummissjoni u EPSO

22

2008/C 158/37

Kawża T-41/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' April 2008 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

22

2008/C 158/38

Kawża T-54/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' April 2008 — Ċipru vs Il-Kummissjoni

22

 

Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2008/C 158/39

Kawża F-6/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 — Suvikas vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kwistjoni proċedurali — Dokumenti kunfidenzjali — Dokumenti miksuba b'mod illegali — Tneħħija ta' dokumenti — Reklutaġġ — Post vakanti — Rifjut illegali ta' applikazzjoni — Annullament — Rikors għal danni — Telf ta' opportunità ta' reklutaġġ — Evalwazzjoni ex aequo et bono)

23

2008/C 158/40

Kawża F-16/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta' April 2008 — Dragoman vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Kompetizzjoni — Ġurija — Prinċipju ta' l-imparzjalità tal-ġurija — Artikolu 11a tar-Regolamenti tal-Persunal — Trattament ugwali ta' kandidati interni u esterni — Eliminazzjoni ta' kandidat — Obbligu ta' motivazzjoni — Portata — Osservanza tas-segretezza tad-deliberazzjonijiet tal-ġurija)

23

2008/C 158/41

Kawża F-33/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-5 ta' Marzu 2008 — Toronjo Benitez vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Ex-membri tal-persunal temporanju mħallsa mill-fondi allokati għar-riċerka — Tħassir tal-punti akkumulati — Trasferiment ta' uffiċjal mill-parti Riċerka għall-parti Amministrazzjoni tal-baġit ġenerali — Illegalità ta' l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Ġunju 2004 dwar il-proċedura ta' promozzjoni ta' uffiċjali mħallsa mill-fondi Riċerka tal-baġit ġenerali)

24

2008/C 158/42

Kawża F-73/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-16 ta' April 2008 — Doktor vs Il-Kunsill (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Tkeċċija fi tmiem il-perijodu taħt prova)

24

2008/C 158/43

Kawża F-19/08 R: Digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-25 ta' April 2008 — Bennett et vs UASI (Servizz pubbliku — Proċedura għal miżuri provviżorji — Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni ta' att — Avviż ta' kompetizzjoni — Urġenza — Assenza)

24

2008/C 158/44

Kawża F-17/08: Rikors ippreżentat fl-14 ta' Frar 2008 — Wybranowski vs Il-Kummissjoni

25

2008/C 158/45

Kawża F-27/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Frar 2008 — Simões dos Santos vs L-UASI

25

2008/C 158/46

Kawża F-31/08: Rikors ippreżentat fil-25 ta' Frar 2008 — Tomas vs Il-Parlament

26

2008/C 158/47

Kawża F-33/08: Rikors ippreżentat fl-4 ta' Marzu 2008 — V vs Il-Kummissjoni

26

2008/C 158/48

Kawża F-38/08: Rikors ippreżentat fil-31 ta' Marzu 2008 — Liotti vs Il-Kummissjoni

26

2008/C 158/49

Kawża F-39/08: Rikors ippreżentat fil-31 ta' Marzu 2008 — Lebedef vs Il-Kummissjoni

27

2008/C 158/50

Kawża F-42/08: Rikors ippreżentat fil-31 ta' Marzu 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

27

2008/C 158/51

Kawża F-44/08: Rikors ippreżentat fit-8 ta' April 2008 — Tsarnavas vs Il-Kummissjoni

28

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Qorti tal-Ġustizzja

21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/1


(2008/C 158/01)

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU C 142, 7.6.2008

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 128, 24.5.2008

ĠU C 116, 9.5.2008

ĠU C 107, 26.4.2008

ĠU C 92, 12.4.2008

ĠU C 79, 29.3.2008

ĠU C 64, 8.3.2008

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

 

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-Ġustizzja

21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 — Ferriere Nord SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-49/05 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Proċedura ta' investigazzjoni formali - Linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mogħtija mill-Istat għall-ħarsien ta' l-ambjent - Drittijiet tal-persuni interessati - Stedina sabiex jitressqu osservazzjonijiet - Artikolu 88(2) KE - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Skop ambjentali ta' l-investiment)

(2008/C 158/02)

Lingwa tal-proċedura: It-Taljan

Partijiet

Appellanti: Ferriere Nord SpA (rappreżentanti: W. Viscardini, G. Donà, avvocati)

Appellati: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: V. Di Bucci), Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia, aġent, M. Fiorilli, avvocato dello Stato)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla Estiża) tat-18 ta' Novembru 2004, Ferriere Nord SpA vs Il-Kummissjoni (T-176/01) li tiċħad, minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/829/KE, KEFA, tat-28 ta' Marzu 2001, dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Italja għandha l-intenzjoni tagħti lil Ferriere Nrod SpA (ĠU L 310, p. 22), li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni għajnuna nnotifikata bħala għajnuna favur il-protezzjoni ta' l-ambjent li r-reġjun awtonomu Friuli-Venezia Giulia (l-Italja) għandu l-intenzjoni li jagħti lill-appellanti fil-forma ta' kontribuzzjoni finanzjarja għall-investiment meħtieġ għall-akkwist ta' magna bir-rombli għall-manifattura ta' xbieki ta' l-azzar iwweldjat li tippermetti li jitnaqqsu l-istorbju u l-kwantità ta' skart prodott fil-forma ta' ossidu tal-ħadid u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens tad-danni allegatament imġarrba mill-appellenti b'riżultat ta' l-adozzjoni ta' dik id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ferriere Nord SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 82, 2.4.2005.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf, Tribunal de grande instance de Nanterre — Ġermanja, Franza) — Zuckerfabrik Jülich AG (qabel Jülich AG) vs Hauptzollamt Aachen

(Kawżi magħquda C-5/06 u C-23/06 sa C-36/06) (1)

(Zokkor - Taxxi tal-produzzjoni - Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' kwoti - Determinazzjoni ta' l-eċċess esportabbli - Determinazzjoni tat-telf medju)

(2008/C 158/03)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż u l-Franċiż

Qrati tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf, Tribunal de grande instance de Nanterre

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zuckerfabrik Jülich AG (qabel Jülich AG) (C-5/06) Saint Louis Sucre SNC (C-23/06), Société des Sucreries du Marquenterre SA (C-24/06), SA des Sucreries de Fontaine Le Dun, Bolbec, Auffray (SAFBA) (C-25/06), SA Lesaffre Frères (C-26/06), Tereos, li daħlet fid-drittijiet ta' Sucreries, Distilleries des Hauts de France (C 27/06), SA Sucreries & Distilleries de Souppes — Ouvré fils (C-28/06), SA Sucreries de Toury et Usines Annexes (C-29/06), Tereos (C-30/06), Tereos, li daħlet fid-drittijiet tas-SAS Sucrerie du Littoral Groupe SDHF (C-31/06), Cristal Union (C-32/06), Sucrerie Bourdon (C-33/06), SA Sucrerie de Bourgogne (C-34/06), SAS Vermendoise Industries (C-35/06), SA Sucreries et Raffineries d'Erstein (C-36/06)

Konvenuti: Hauptzollamt Aachen (C-5/06), Directeur général des douanes et droits indirects, Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers (C-23/06 sa C-36/06)

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsselforf, Tribunal de grande instance de Nanterre — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, p. 1) — Validità ta' l-Artikolu 6(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 314/2002 ta' l-20 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' kwoti fis-settur taz-zokkor (ĠU L 50, p. 40), kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1140/2003 tas-27 ta' Ġunju 2003 li jemenda, fis-settur taz-zokkor, ir-Regolamenti (KE) Nru 779/96 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni fir-rigward tal-komunikazzjonijiet u (KE) Nru 314/2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' kwoti (ĠU L 160, p. 33) — Validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1775/2004 ta' l-14 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi, għas-sena tas-suq 2003/2004, l-ammonti tal-kontribuzzjonijiet għall-produzzjoni għas-settur taz-zokkor (ĠU L 316, p. 64) — Teħid in kunsiderazzjoni, għad-determinazzjoni ta' l-eċċess esportabbli, tal-volum kollu ta' zokkor, ta' isoglukożi u ta' xiropp ta' l-insulina esportat, u għad-determinazzjoni tat-telf medju għal kull tunnellata ta' zokkor, biss tal-kwantità li kienet is-suġġett ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni

Dispożittiv

Skond l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001, tad-19 ta' Ġunju 2001, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, għall-finijiet tal-kalkolu ta' l-eċċess esportabbli, il-kwantitajiet kollha ta' prodotti esportati li jaqgħu taħt dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk effettivament tħallsux jew le rifużjonijiet, għandhom jitnaqqsu mill-konsum.

L-Artikolu 15(1)(d) ta' dan ir-regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kwantitajiet kollha ta' prodotti esportati li jaqgħu taħt dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk effettivament tħallsux jew le rifużjonijiet, għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni għad-determinazzjoni kemm ta' l-eċċess esportabbli kif ukoll tat-telf medju għal kull tunnellata ta' prodott.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1762/2003, tas-7 ta' Ottubru 2003, li jiffissa t-taxxi tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2002/2003, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1775/2004, ta' l-14 ta' Ottubru 2004, li jiffissa t-taxxi tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2003/2004, huma invalidi.

L-eżami tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1837/2002, tal-15 ta' Ottubru 2002, li jiffissa t-taxxi tal-produzzjoni u l-koeffiċjent għat-taxxa addizzjonali fis-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2001/2002, ma rrilevax l-eżistenza ta' elementi tali li jeffettwaw il-validità tiegħu.


(1)  ĠU C 74, 25.3.2006.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta' Mejju 2008 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

(Kawża C-133/06) (1)

(Rikors għal annullament - Politika komuni fil-qasam ta' l-ażil - Direttiva 2005/85/KE - Proċeduri għall-għoti u l-irtirar ta' l-istatus ta' refuġjat fl-Istati Membri - Pajjiżi ta' oriġini bla periklu - Pajjiżi terzi Ewropej bla periklu - Listi komuni minimi - Proċedura ta' adozzjoni u ta' emenda tal-listi komuni minimi - L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 67(1) u (5) KE - Inkompetenza)

(2008/C 158/04)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew [rappreżentanti: H. Duintjer Tebbens, A. Caiola, A. Auersperger Matić u K. Bradley, aġenti]

Parti intervenjenti in sostenn tar-rikorrent: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: C. O'Reilly kif ukoll P. Van Nuffel u J.-F. Pasquier, aġenti]

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea [rappreżentanti: M. Simm, M. Balta u G. Maganza, aġenti]

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika ta' Franza [rappreżentanti: G. de Bergues u J.-C. Niollet, aġenti]

Suġġett

L-annullament ta' l-Artikolu 29(1) u (2) u ta' l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, ta' l-1 ta' Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar ta' l-istatus ta' refuġjat (ĠU L 32, p. 13)

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 29(1) u (2) u 36(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, ta' l-1 ta' Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar ta' l-istatus ta' refuġjat, huma annullati.

2)

Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 108, 6.5.2006.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 — Eurohypo AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-304/06 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(b) - Trade mark verbali EUROHYPO - Raġuni assoluta għal rifjut ta' reġistrazzjoni - Trade mark li mhijiex ta' karattru distintiv)

(2008/C 158/05)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Eurohypo AG (rappreżentanti: C. Rohnke u M. Kloth, Rechtsanwälte)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u J. Weberndörfer, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) tat-3 ta' Mejju 2006 Eurohypo AG vs UASI (T-439/04), li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “EUROHYPO” għal servizzi fil-klassi 36 — Karattru distintiv ta' trade mark li tikkonsisti esklużivament f'sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta' servizz

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-3 ta' Mejju 2006, Eurohypo vs UASI (EUROHYPO) (T-439/04), hija annullata safejn il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej iddeċidiet li r-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) ma kisirx l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3288/94, tat-22 ta' Diċembru 1994, meta rrifjuta, bid-deċiżjoni tiegħu tas-6 ta' Awwissu 2004 (Każ R 829/2002-4), li jirreġistra bħala trade mark Komunitarja l-kelma “EUROHYPO” għas-servizzi li jaqgħu fil-klassi 36 skond il-Ftehim ta' Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta' Prodotti u Servizzi għall-finijiet tar-Reġistrazzjoni ta' Trade marks, tal-15 ta' Ġunju 1957, kif irrivedut u emendat, klassifikazzjoni li tikkorrispondi għad-deskrizzjoni li ġejja: “[a]ffarijiet finanzjarji; affarijiet monetarji; affarijiet relatati mal-proprjetà immobbli, servizzi finanzjarji, finanzjamenti […]”.

2)

Ir-rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta' Awwissu 2004 (Każ R 829/2002-4) huwa miċħud.

3)

Eurohypo AG hija kkundannata għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.


(1)  ĠU C 224, 16.9.2006.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Vestre Landsret — Id-Danimarka) — Danske Svineproducenter vs Justitsministeriet

(Kawża C-491/06) (1)

(Direttiva 91/628/KEE - Protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport - Traspożizzjoni - Marġni ta' diskrezzjoni - Annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-majjali - Vjaġġi li jeċċedu tul ta' tmien siegħat - Għoli minimu ta' kull livell tal-vettura - Densità ta' tagħbija)

(2008/C 158/06)

Lingwa tal-kawża: Id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Danske Svineproducenter

Konvenut: Justitsministeriet

Partijiet intervenjenti: Den Europæiske Dyre- og Kødhandelsunion (UECBV)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Vestre Landsret — Interpretazzjoni tal-punt 2(b), punt 47, Titolu D, u tat-tielet inċiż tal-punt 48(3) ta' l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE, tad-19 ta' Novembru 1991, dwar il-protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE (ĠU L 340, p. 17), kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 95/29/KE tad-29 ta' Ġunju 1995 (ĠU L 148, p. 52) — Għoli minimu u densità ta' tagħbija ġewwa kull sular fil-vetturi li jittrasportaw il-ħnieżer meta l-vjaġġ jieħu iżjed minn tmien sigħat

Dispożittiv

1)

Leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, li tinkludi data ċċifrata f'dak li jirrigwarda l-għoli tal-kompartamenti ta' l-annimali sabiex it-trasportaturi jkunu jistgħu jirreferu għal regoli iktar preċiżi minn dawk stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE, tad-19 ta' Novembru 1991, dwar il-protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/29/KE, tad-29 ta' Ġunju 1995, tista' tidħol fil-marġini ta' diskrezzjoni mogħtija lill-Istati Membri mill-Artikolu 249 KE, bil-kundizzjoni li din il-leġiżlazzjoni, li tirrispetta l-għan ta' protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport imfittex minn din id-direttiva, kif emendata, ma tostakolax, bi ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità, it-twettiq ta' l-għanijiet ta' eliminazzjoni ta' l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ ta' l-annimali ħajjin u sabiex l-organizzazzjonijiet tas-suq ikunu jistgħu joperaw bla xkiel li l-imsemmija direttiva, kif emendata, trid tilħaq wkoll. Hija l-qorti tar-rinviju għandha tivverifika jekk l-imsemmija leġiżlazzjoni tirrispettax dawn il-prinċipji.

2)

Il-Kapitolu VI, punt 47, Titolu D, ta' l-Anness tad-Direttiva 91/628, kif emendata bid-Direttiva 95/29/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru huwa awtorizzat jistabbilixxi sistema nazzjonali skond liema, fil-każ ta' trasport ta' tul ta' iktar minn tmien siegħat, l-erja disponibbli għal kull annimal hija ta' għallinqas 0,50 m2 għall-ħnieżer ta' 100 kg.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Ingenieurbüro Michael Weiss und Partner GbR vs Industrie- und Handelskammer Berlin

(Kawża C-14/07) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili - Regolament (KE) Nru 1348/2000 - Notifika ta' atti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji - Nuqqas ta' traduzzjoni ta' l-annessi ta' l-att - Konsegwenzi)

(2008/C 158/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ingenieurbüro Michael Weiss und Partner GbR

Konvenuta: Industrie- und Handelskammer Berlin

Fil-preżenza ta': Nicholas Grimshaw & Partners Ltd

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, tad-29 ta' Mejju 2000, dwar is-servizz [in-notifika] fl-Istati Membri ta' dokumenti [atti] ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet [f'materji] ċivili jew kummerċjali (ĠU L 160, p. 37) — Rifjut ta' aċċettazzjoni ta' rikors innotifikat fi Stat Membru ieħor u miktub bil-lingwa ta' dan l-Istat Membru indirizzat minħabba li l-annessi tar-rikors huma disponibbli biss bil-lingwa ta' l-Istat Membru tat-trażmissjoni, liema lingwa hija stabbilita mill-partijiet f'kuntratt konkluż bejniethom bħala l-lingwa ta' korrispondenza

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, tad-29 ta' Mejju 2000, dwar is-servizz [in-notifika] fl-Istati Membri ta' dokumenti [atti] ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet [f'materji] ċivili jew kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li d-destinatarju ta' att promotur tal-proċeduri ġudizzjarji li għandu jkun innotifikat m'għandux dritt jirrifjuta li jaċċetta dan l-att safejn dan l-att jippermetti lid-destinatarju jasserixxi d-drittijiet tiegħu fil-kuntest ta' proċeduri ġudizzjarji fl-Istat Membru tat-trażmissjoni, meta dan l-att ikollu miegħu annessi li jikkonsistu f'dokumenti ta' prova li ma jkunux miktuba bil-lingwa ta' l-Istat Membru indirizzat jew b'lingwa ta' l-Istat Membru tat-trażmissjoni li d-destinatarju jkun jifhem, iżda li jkollhom biss il-funzjoni ta' prova u ma jkunux indispensabbli sabiex jinftehmu s-suġġett u r-raġuni tat-talba.

Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk il-kontenut ta' l-att promotur tal-proċeduri ġudizzjarji huwiex suffiċjenti sabiex jippermetti lill-konvenut jasserixxi d-drittijiet tiegħu jew jekk il-mittent għandux jirrimedja għan-nuqqas ta' traduzzjoni ta' anness indispensabbli.

2)

L-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 1348/200 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li d-destinatarju ta' att innotifikat ftiehem, f'kuntratt konkluż mar-rikorrent fil-kuntest ta' l-attività kummerċjali tiegħu, li l-lingwa għall-korrispondenza għandha tkun dik ta' l-Istat Membru tat-trażmissjoni ma jikkostitwixxix preżunzjoni ta' l-għarfien tal-lingwa, iżda huwa indizju li l-qorti nazzjonali tista' tieħu in kunsiderazzjoni meta tivverifika jekk dan id-destinatarju jifhimx il-lingwa ta' l-Istat Membru tat-trażmissjoni.

3)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li d-destinatarju ta' att promotur tal-proċeduri ġudizzjarji nnotifikat f'ebda każ ma jista' jibbaża ruħu fuq din id-dispożizzjoni biex jirrifjuta l-aċċettazzjoni ta' annessi ta' att li ma jkunux miktuba bil-lingwa ta' l-Istat Membru indirizzat jew b'lingwa ta' l-Istat Membru tat-trażmissjoni li d-destinatarju jkun jifhem meta, fil-kuntest ta' l-attività kummerċjali tiegħu, huwa jkun ikkonkluda kuntratt li fih ikun ftiehem li l-lingwa għall-korrispondenza għandha tkun dik ta' l-Istat Membru tat-trażmissjoni, u meta l-annessi jkunu jirrigwardaw dik il-korrispondenza u jkunu miktuba bil-lingwa miftehma.


(1)  ĠU C 56, 10.3.2007.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-39/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 89/48/KEE - Rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprovdix għar-rikonoxximent tad-diplomi li jippermettu l-aċċess għall-professjoni ta' spiżjar ta' l-isptar - Nuqqas ta' traspożizzjoni tad-Direttiva)

(2008/C 158/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u R. Vidal Puig, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta' traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin (ĠU L 19, p. 16) f'dak li jirrigwarda l-professjoni ta' spiżjar ta' l-isptar.

Dispożittiv

1)

Peress li naqas milli jadotta l-miżuri neċessarji kollha għat-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin, f'dak li jikkonċerna l-professjoni ta' spiżjar ta' l-isptar, ir-Renju ta' Spanja naqas mill-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 14.4.2007.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale — L-Italja) — Ecotrade spa vs Agenzia Entrate Ufficio Genova 3

(Kawżi magħquda C-95/07 & C-96/07) (1)

(Sitt Direttiva VAT - Reverse charge - Dritt għal tnaqqis - Terminu ta' dekadenza - Irregolarità ta' kontabbiltà u ta' dikjarazzjoni li taffettwa t-tranżazzjonijiet suġġetti għas-sistema ta' reverse charge)

(2008/C 158/09)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ecotrade spa

Konvenuta: Agenzia Entrate Ufficio Genova 3

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione tributaria provinciale — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 17, 18(1)(d), 21(1) u 22 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Dritt ta' tnaqqis ta' l-input VAT — Dispożizzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju tad-dritt ta' tnaqqis għal ħarsien ta' terminu ta' preskrizzjoni ta' sentejn

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 17, 18(2) u (3), kif ukoll 21(1)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2000/17/KE, tat-30 ta' Marzu 2000, ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi terminu ta' dekadenza għall-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis, bħal dak in kwistjoni fil-kawża prinċipali, sakemm il-prinċipji ta' l-ekwivalenza u ta' l-effettività jkunu osservati. Il-prinċipju ta' l-effettività mhuwiex miksur minħabba s-sempliċi fatt li l-perijodu li l-amministrazzjoni fiskali għandha sabiex tirkupra t-taxxa huwa itwal minn dak mogħti lil persuni taxxabbli sabiex jeżerċitaw id-dritt għal tnaqqis.

2)

Madankollu, l-Artikoli 18(1)(d) u 22 tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata mid-Direttiva 2000/17, jipprekludu prassi ta' riklassifikazzjoni tal-prospetti u ta' rkupru tat-taxxa fuq il-valur miżjud li tippenalizza ksur, bħal dak imwettaq fil-kawżi prinċipali, minn naħa, ta' l-obbligi li jirriżultaw mill-formalitajiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali skond l-Artikolu 18(1)(d) u, min-naħa l-oħra, ta' l-obbligi ta' kontabbiltà u kif ukoll ta' dikjarazzjoni li jirriżultaw rispettivament mill-imsemmi Artikolu 22(2) u (4), permezz ta' rifjut tad-dritt għal tnaqqis fil-każ ta' applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' reverse charge.


(1)  ĠU C 117, 26.5.2007.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-233/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 91/271/KE - Trattament ta' l-ilma urban residwu - Deċiżjoni 2001/720/KE - Deroga dwar it-trattament ta' ilma urban mormi mill-agglomerazzjoni tal-kosta ta' Estoril - Ksur ta' l-Artikoli 2, 3 u 5 ta' l-imsemmija deċiżjoni)

(2008/C 158/10)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u P. Andrade, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Fernandes u M. J. Lois, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 2, 3 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ottubru 2001, li tagħti deroga lill-Portugall dwar it-trattament ta' ilma urban mormi mill-agglomerazzjoni tal-kosta ta' Estoril (ĠU L 269, p. 14)

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Portugiża,

billi ma ssuġġettatx, matul l-istaġun ta' l-għawm, l-ilma urban mormi mill-agglomerazzjoni tal-kosta ta' Estoril għall-inqas għal trattament primarju avvanzat u għal proċess ta' diżinfezzjoni qabel ma jintrema fil-baħar, skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/720/KE, li tagħti deroga lill-Portugall dwar it-trattament ta' ilma urban mormi mill-agglomerazzjoni tal-kosta ta' Estoril,

billi ma ssuġġettatx, barra mill-istaġun ta' l-għawm, l-ilma urban mormi mill-imsemmija agglomerazzjoni, għall-inqas għal trattament primarju qabel ma jinħareġ, skond l-Artikolu 3 ta' din id-Deċiżjoni 2001/720/KE, u

billi ppermettiet l-iskariki ta' ilma urban mormi minn din l-agglomerazzjoni jikkawża tibdil fl-ambjent,

naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skond l-Artikoli 2, 3 u 5 ta' din id-deċiżjoni.

2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 170, 21.7.2007.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-392/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/19/KE - Sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, trasferimenti ta' assi u skambji ta' ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta' Stati Membri differenti - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

(2008/C 158/11)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: R. Lyal, aġent)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: D. Haven, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/19/KE, tas-17 ta' Frar 2005, li temenda d-Direttiva 90/434/KEE dwar is-sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, trasferimenti ta' assi u skambji ta' ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta' Stati Membri differenti (ĠU L 58, p. 19)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/19/KE, tas-17 ta' Frar 2005, li temenda d-Direttiva 90/434/KEE dwar is-sistema komuni ta' tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti ta' l-attivi u l-iskambji ta' l-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta' Stati Membri differenti, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 235, 6.10.2007.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/8


Appell ippreżentat fis-7 ta' Marzu 2008, minn Portela & Companhia, SA, mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tal-11 ta' Diċembru 2007 fil-Kawża T-10/06, Portela & Companhia, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni) (UASI)

(Kawża C-108/08 P)

(2008/C 158/12)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Portela & Companhia, SA (rappreżentant: J. Conceição Pimenta, avukat)

Partijiet oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni) (UASI), Juan Torrens Cuadrado u Josep Gilbert Sanz

Permezz ta' digriet tat-22 ta' April 2008, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/8


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

(Kawża C-110/08)

(2008/C 158/13)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Scharf u D. Recchia, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

Talbiet

tiddeċiedi li billi sal-lum din qatt ma ppreżentat lill-Kummissjoni lista kompluta ta' siti proposti bħala ta' importanza għall-Komunità, u fejn il-lista attwalment mogħtija lill-Kummissjoni ma tinkludix b'mod komplut sitt tipi ta' habitat naturali fir-reġjun bioġeografiku Alpini (3230, 6520, *7220, 8130, 9110 u 9180), kif ukoll għaxar tipi ta' habitat naturali (*1530, 3240, *6110, *6230, 6520, 8150, 8220, 9150, 91F0 u *91I0) u tnax-il speċi (Vertigo moulinsiana, *Osmoderma eremita, Rutilus pigus, Triturus cristatus, Triturus carnifex, Rhinolophus hipposideros, Barbastella barastellus, Myotis emarginatus, Myotis myotis, Mannia triandra, Buxbaumia viridis, Drepanocladus vernicosus) fir-reġjun bioġeografiku kontinentali, il-konvenuta naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7);

tikkundanna lir-Repubblika ta' l-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti ssostni l-motivi u l-argumenti segwenti:

Sabiex ikun jista' jinħoloq network Ekoloġiku Ewropew koerenti ta' żoni speċjali ta' konservazzjoni skond skeda speċifikata, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/43 jimponi fuq l-Istati Membri, skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness III u l-informazzjoni xjentifika relevanti, li jippreparaw lista ta' siti li jindikaw liema tipi ta' habitat naturali fl-Anness I u liema speċi fl-Anness II li hemm fis-siti huma endemiċi għat-territorju tagħhom. Din il-lista nazzjonali għandha tindika s-siti li jilqgħu fihom it-tipi ta' habitat naturali ta' priorità u l-ispeċi ta' priorità li l-Istati Membri jgħażlu fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Anness III. Huma “ta' priorità” l-ispeċi u t-tipi ta' habitat naturali mhedda mill-estinzjoni u li għall-konservazzjoni tagħhom il-Kommunità għandha responsabbiltà partikolari minħabba l-importanza tal-firxa naturali tagħhom inkluża fit-territorju Ewropew ta' l-Istati Membri. Din il-lista għandha tkun mgħoddija lill-Kummissjoni, fi żmien tliet snin min-notifika tad-direttiva, flimkien ma' informazzjoni dwar kull sit. Id-direttiva daħlet fis-seħħ fir-rigward tar-Repubblika ta' l-Awstrija fl-1 ta' Jannar 1995 wara l-adeżjoni tagħha fl-Unjoni Ewropea, flimkien ma' l-emendi indikati fit-Trattat ta' Adeżjoni, u fi kwalunkwe każ, it-terminu ta' traspożizzjoni indubbjament skada.

Peress li r-Repubblika ta' l-Awstrija ma ppreżentatx lill-Kummissjoni lista kompluta tas-siti proposti ta' importanza għall-Komunità, hija naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/43.

Il-Kummissjoni ssostni li r-Repubblika ta' l-Awstrija tqajjem allegazzjonijiet ta' vizzji proċedurali li jagħmlu l-aġir ta' l-imsemmija istituzzjoni illegali.

L-ewwel oġġezzjoni tal-konvenuta tirrigwarda l-“listi b'riżerva”, jiġifieri l-listi tat-tipi ta' habitat naturali u ta' l-ispeċi li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni stabbilixxiet l-inkompletezza tan-network fid-deċiżjonijiet tagħha fir-rigward tal-listi tas-siti ta' importanza għall-Komunità għar-reġjuni bioġeografiċi Alpini u kontinentali. Il-konvenuta ssostni li l-istabbiliment tal-listi ma kienx previst fid-direttiva, b'mod li l-Kummissjoni ma tistax tirreferi għalihom sabiex takkuża lil konvenuta b'komunikazzjoni mhux kompluta taż-żoni ta' protezzjoni.

Madankollu, dan l-argument ma jistax jintlaqa'. Fil-fatt, il-kwistjoni deċiżiva mhijiex jekk id-direttiva tirregolax jew le r-redazzjoni tal-listi b'riżerva, iżda biss jekk il-listi nazzjonali ta' proposta mibgħuta lil-Kummissjoni humiex kompluti. Għall-Kummissjoni, il-listi b'riżerva jammontaw biss għal inventarju ta' lakuni għall-finijiet tar-redazzjoni tan-network Natura 2000 komplut. Jekk huwa possibbli li d-direttiva ma tipprovdix għal listi simili, hija madankollu ma tipprojbixxix li dawn jiġu redatti.

Permezz ta' l-avviż ta' nomini addizzjonali a posteriori, l-argument tal-konvenuta li hija mhijiex f'pożizzjoni li tiddefendi ruħha għaliex hija ma tistax tifhem l-evidenza xjentifika tal-Kummissjoni huwa bla bażi: il-konvenuta kienet f'pożizzjoni li tara hi stess in-neċessità ta' nomini addizzjonali a posteriori. Barra minn hekk, hija indubbjament assoċjata mal-proċeduri bioġeografiċi.

Il-perijodu twil ta' żmien li għadda bejn l-ewwel opinjoni motivata u l-ewwel u t-tieni opinjonijiet motivati supplementari ma ċaħadx lill-konvenuta minn xi dritt proċedurali u b'hekk ma jistax jitqajjem kontra l-Kummissjoni. Diġà fl-1998, il-Kummissjoni baqgħet lura milli tressaq rikors direttament biss għaliex hija kellha raġunijiet għalxiex taħseb li l-konvenuta kienet dalwaqt ser tikkonforma ma' l-obbligu tagħha taħt id-direttiva. Għal total ta' tliet darbiet ġie fissat terminu għall-konvenuta sabiex tinnotifika lill-Kummissjoni b'lista kompluta. B'hekk hija setgħet tibbenefika minn perijodu itwal mis-soltu li fih hija setgħet tesprimi ruħha fuq l-ilmenti tal-Kummissjoni kif ukoll tittratta s-suġġett tal-proċedura.

L-argument li d-domandi indirizzati lill-konvenuta li stiednuha tinnomina a posteriori skond il-proċedura ta' l-Artikolu 4 tad-direttiva u li, konsegwentement, huma ma “jistgħux ikunu kkunsidrati fl-istess waqt bħala kontinwazzjoni tal-proċedura għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu” mhuwiex konvinċenti. Huwa preċiżament għaliex l-istediniet għal nomini a posteriori saru skond il-proċedura ta' l-Artikolu 4 tad-direttiva, għalkemm il-fażi tan-nomina kellha tiġi konkluża ħafna żmien qabel, li dawn ta' l-aħħar kienu jammontaw għal indizzji ċari li l-konvenuta kienet għada ma kkonformatx ma' l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 4. Peress li l-Kummissjoni aċċettat għal numru ta' snin nomini a posteriori mingħajr ma ħadet azzjoni, il-konvenuta kellha kull darba possibbiltajiet ġodda li tneħħi s-suġġett tal-proċedura billi tissodisfa l-obbligi tagħha.

Fl-aħħar nett, għandu jingħad li, kuntrarjament għal dak li ssostni l-konvenuta, il-proċedura ta' konsultazzjoni prevista fl-Artikolu 5 tad-direttiva mhijiex applikabbli fil-kawża preżenti. Fil-fatt, din il-proċedura hija prevista biss fil-każijiet eċċezzjonali fejn trid tiġi solvuta tilwima b'bażi xjentifiku bejn il-Kummissjoni u Stat Membru dwar sit partikolari, iżda mhux għal każijiet li fihom, bħal fil-każ preżenti, jirrigwardaw biss il-komunikazzjoni mhux kompluta tas-siti.

Konsegwentement, l-eċċezzjonijiet proċedurali mressqa mill-konvenuta huma infondati.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/10


Appell ippreżentat fl-1 ta' April 2008 minn Dorel Juvenile Group, Inc. mis-sentenza mogħtija fl-24 ta' Jannar 2008 fil-Kawża T-88/06 — Dorel Juvenile Group, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

(Kawża C-131/08 P)

(2008/C 158/14)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanta: Dorel Juvenile Group, Inc. (rappreżentant: Dr. G. Simon, Rechtsanwältin)

Parti oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Talbiet ta' l-appellanta

L-appellanta ssostni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) ta' l-24 ta' Jannar 2008, Kawża T-88/06;

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-UASI tal-11 ta' Jannar 2006, Każ R-616/2004-2; u

tikkundanna l-appellat għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanta ssosnti li l-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza dwar il-kundizzjonijiet għal reġistrazzjoni ta' trade mark hija ristrettiva wisq. L-appelanta tqis li l-Qorti tal-Prim'Istanza evalwat il-karattru tat-terminu “SAFETY 1st” permezz ta' analiżi separata ta' l-element “1st” u bbażat is-sentenza tagħha fuq il-preżunzjoni li peress li l-element “1st” huwa nieqes minn karattru distintiv, huwa ma jistax jikseb tali karattru meta jkun ikkombinat mat-trade mark “SAFETY”. Skond l-appellanta l-Qorti tal-Prim'Istanza kellha tevalwa l-karattru distintiv tat-trade mark fuq il-perċezzjoni ġenerali tal-konsumatur medju tal-kliem “SAFETY 1st”. Is-separazzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-trade mark “SAFETY 1st” fil-partijiet komponenti tagħha ma tirriflettix il-perspettiva u l-approċċ adottati mill-konsumaturi.

Is-sentenza kkontestata hija bbażata fuq il-kriterju li jgħid li l-espressjoni s-sigurtà l-ewwel tintuża biex tindika l-oġġetti koperti mit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni bħala “informazzjoni dwar il-kwalità jew karatteristika ta' l-oġġetti”. L-appellanta ssostni li dan il-kriterju huwa rilevanti fil-kuntest ta' l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 iżda m'għandux ikun il-kriterju ta' evalwazzjoni għall-Artikolu 7(1)(b) ta' l-istess regolament. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat l-opinjoni tagħha li t-trade mark in kwistjoni taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 7(1)(b) fuq il-fatt li ma hija ma kinitx tissodisfa l-kriterji għall-protezzjoni rregolati mill-Artikolu 7(1)(ċ).

Fl-aħħar nett, l-appellanta tqis li l-Qorti tal-Prim'Istanza injorat il-fatt li l-Artikolu 12(b) tar-Regolament 40/94 (1) jikkostitwixxi korrezzjoni ta' l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 7(1)(b).


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/10


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden fit-2 ta' April 2008 — Intercontainer Interfrigo SC (ICF) vs Balkenende Oosthuizen BV u MIC Operations BV

(Kawża C-133/08)

(2008/C 158/15)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Intercontainer Interfrigo (ICF) SC

Konvenuti: Balkenende Oosthuizen BV u MIC Operations BV

Domandi preliminari

a)

L-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrigwarda biss nolleġġ għal vjaġġ u li għamliet oħra ta' kuntratti ta' nolleġġ ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu?

b)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, l-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li, safejn għamliet oħra ta' kuntratti ta' nolleġġ jirrigwardaw ukoll il-ġarr ta' merkanzija, il-kuntratt in kwistjoni, safejn jirrigwarda dan it-tip ta' ġarr, jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni u li l-liġi applikabbli hija għall-bqija stabbilita skond l-Artikolu 4(2) tal-Konvenzjoni?

ċ)

Jekk ir-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv, għal-liema waħda miż-żewġ sistemi legali indikati għandu jsir riferiment sabiex tiġi eżaminata eċċezzjoni ta' preskrizzjoni mqajma fir-rigward ta' talba bbażata fuq il-kuntratt?

d)

Jekk il-parti prinċipali tal-kuntratt tirrigwarda l-ġarr ta' merkanzija, id-distinzjoni msemmija fit-tieni domanda għandha tiġi injorata u l-liġi applikabbli għall-partijiet kollha tal-kuntratt għandha tiġi stabbilita skond l-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni?

Fir-rigward tal-motiv imsemmi fil-punt 3.6(ii) iktar 'il fuq:

e)

Id-deroga li tinsab fit-tieni frażi ta' l-Artikolu 4(5) tal-Konvenzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-preżunzjonijiet fl-Artikolu 4(2), (3) u (4) tal-Konvenzjoni mhumiex applikabbli biss meta miċ-ċirkustanzi kollha jirriżulta li l-kriterji ta' rabta indikati fl-imsemmija subparagrafi m'għandhomx valur ġenwin ta' rabta jew inkella mhumiex applikabbli anki meta minn dawn iċ-ċirkustanzi jirriżulta li teżisti rabta iktar qawwija ma' pajjiż ieħor?


(1)  Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/11


Appell ippreżentat fis-7 ta' April 2008 minn Foshan Shunde Yongjian Housewares & Hardware Co. Ltd mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Sitt Awla) mogħtija fid-29 ta' Jannar 2008 fil-kawża T-206/07, Foshan Shunde Yongjian Housewares & Hardware vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

(Kawża C-141/08 P)

(2008/C 158/16)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Foshan Shunde Yongjian Housewares & Hardware Co. Ltd (rappreżentanti: J.-F. Bellis, avukat, M. G. Vallera, barrister)

Appellati: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Vale Mill (Rochdale) Ltd, Pirola SpA, Colombo New Scal SpA, Ir-Repubblika Taljana

Talbiet ta' l-appellanti

Tannulla s-sentenza appellata;

Tilqa' l-istess talbiet magħmula fil-kuntest tal-proċeduri quddiemm il-Qorti tal-Prim'Istanza fil-kawża T-206/07, jiġifieri tannulla r-Regolament (KE) Nru 452/2007 (1) safejn japplika għall-appellanti;

Tikkundanna lill-Kunsill iħallas l-ispejjeż inkorsi quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka żewġ aggravji in sostenn ta' l-appell tagħha.

Permezz ta' l-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti tikkritika lill-Qorti tal-Prim'Istanza talli ma rrispondietx għall-ewwel motiv ta' annullament li hija kienet qajmet billi caħdet dan ta' l-aħħar fuq il-bażi ta' konstatazzjoni manifestament kuntrarja għad-dokumenti tal-proċess, jiġifieri li d-diskussjoni dwar l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku (2) u tal-punt 44 tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Novembru 2006, Nanjing Metalink vs Il-Kunsill (T-138/02, Ġabra p. II-4347) hija irrilevanti. Fil-fatt, kif irrileva l-Kunsill stess fir-risposta tiegħu, huwa preċiżament għaliex il-Kummissjoni qieset li ma ġewx sodisfatti l-kundizzjonijiet neċessarji sabiex tinbidel is-soluzzjoni inizjali adottata, kif esposti fis-sentenza ċċitata iktar 'il fuq, li hija reġgħet lura fuq il-konklużjoni definittiva tagħha li tagħti lill-appellanti l-istatus ta' impriża li topera f'ekonomija tas-suq. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Prim'Istanza bbażat ir-raġunament tagħha fuq konstazzjonijiet mhux eżatti fl-istess waqt li naqset milli tiddeċiedi fuq l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku u fuq il-kwistjoni jekk dan l-artikolu jippermettix jew le lill-Kummissjoni li terġa' lura, matul il-proċeduri, fuq il-pożizzjoni inizjali tagħha dwar l-għoti jew le ta' l-istatus ta' impriża li topera f'ekonomija tas-suq.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza kkonkludiet, b'mod żbaljat, li l-ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha, li madankollu seħħ u ġie kkonstatat minn dik il-qorti, ma jistax iwassal għall-annullament tar-regolament ikkontestat minħabba li ma teżisti l-ebda possibbiltà li l-proċedura amministrattiva setgħet twassal għal riżultat differenti. Id-diskussjoni dwar l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament baziku u tal-punt 44 tas-sentenza Nanjing Metalink, iċċitata iktar 'il fuq, fil-fatt kellhom rwol determinanti fil-proċedura amministrattiva u, li kieku l-Kummissjoni kkonformat ruħha mar-rekwiżiti proċedurali ta' l-Artikolu 20(5) tar-Regolament bażiku, l-appellanti kienet tkun tista' ssostni b'mod utli l-interpretazzjoni tagħha stess ta' l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2007, tat-23 ta' April 2007, li jimponi dazju definittiv anti-dumping u jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Ukrajna (ĠU L 109, p. 12).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta' Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 1996, L 56, p. 1).


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/12


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spanja) fl-14 ta' April 2008 — N.N. Renta, S.A. vs Generalidad de Cataluña

(Kawża C-151/08)

(2008/C 158/17)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Cataluña, Spanja.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: N.N. Renta, S.A.

Konvenuta: Generalidad de Cataluña.

Domandi preliminari

Hija kompatibbli ma' l-Artikolu 33 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1) tas-17 ta' Mejju 1977, iż-żamma ta' l-ammont varjabbli jew proporzjonali tat-taxxa fuq tranżazzjonijiet legali dokumentati meta din ta' l-aħħar hija dovuta fuq il-konklużjoni ta' xiri minn impriża li l-attività tagħha tikkonsisti fix-xiri u l-bejgħ ta' proprjetà immobbli jew fix-xiri ta' proprjetà immobbli għall-iżvilupp jew għall-kiri, meta l-avveniment jew it-tranżazzjoni taxxabbli, il-bażi ta' stima u l-persuna taxxabbli fir-rigward tat-taxxa fuq tranżazzjonijiet legali dokumentati jkunu l-istess bħal dawk fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud, li hija dovuta fl-istess ħin fir-rigward ta' l-istess xiri?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/12


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden fis-16 ta' April 2008 — X vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-155/08)

(2008/C 158/18)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X.

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën.

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 49 u 56 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru milli, fil-każijiet fejn bilanċ ta' kontijiet ta' tifdil barranin, jew id-dħul minnhom, ma jiġix iddikjarat lill-awtoritajiet tat-taxxa ta' dak l-Istat Membru, japplika leġiżlazzjoni nazzjonali li, sabiex tagħmel tajjeb għan-nuqqas ta' miżuri effikaċji ta' kontroll fuq bilanċ ta' kontijiet ta' tifdil barranin, tipprovdi perijodu ta' rkupru ta' tnax-il sena, filwaqt li l-kontijiet ta' tifdil, jew dħul minnhom, f'dak l-Istat Membru, fejn jeżistu tali miżuri effikaċji ta' kontroll, huma suġġetti għal perijodu ta' rkupru ta' ħames snin?

2)

Il-fatt li l-bilanċi in kwistjoni jkunu jinsabu fi Stat Membru li jkun stabbilixxa s-sigriet bankarju jaffettwa r-risposta għall-ewwel domanda?

3)

Fil-każ ta' riposta pożittiva għall-ewwel domanda, l-Artikoli 49 u 56 KE għandhom jiġu kkunsidrati bħala li lanqas ma jipprekludu li multa imposta minħabba n-nuqqas ta' dikjarazzjoni ta' dħul jew kapital fir-rigward ta' liema ġiet a posteriori irkuprata t-taxxa, għandha tiġi kkalkulata b'mod proporzjonali ma' l-ammont irkuprat matul dan il-perijodu itwal?


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/13


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Commissione Tributaria Regionale di Trieste (l-Italja) fis-16 ta' April 2008 — Agenzia delle Dogane Circoscrizione doganale di Trieste vs Pometon SpA

(Kawża C-158/08)

(2008/C 158/19)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Regionale di Trieste

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenzia delle Dogane Circoscrizione doganale di Trieste

Konvenuta: Pometon SpA

Domandi preliminari

1)

Jista' jiġi kkunsidrat b'mod ġust li s-sistema ta' l-ipproċessar tad-dħul, kif implementata minn POMETON SpA, tista' tikser il-prinċipji tal-politika doganali tal-Komunità, u b'mod partikolari dawk tal-leġiżlazzjoni ġenerali u speċifika ta' l-anti-dumping, barra minn dik tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (Regolament (KEE) Nru 2913/92) (1)? B'mod partikolari, l-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 384/96 (2) għandu jiġi interpretat bħala prinċipju ta' portata ġenerali, applikabbli bħala klawżola ġenerali tas-sistema ġuridika Komunitarja, direttament vinkolanti wkoll fir-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-persuni taxxabbli, minbarra fil-proċedura ta' impożizzjoni tad-dazju anti-dumping; bħala eżempju, dan il-prinċipji jista' jiġi invokat matul l-eżekuzzjoni tal-kontrolli doganali, b'mod konformi mal-kunċett fl-Artikolu 4(14) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (Regolament (KEE) Nru 2913/92)?

2)

Id-dispożizzjonijiet magħquda ta' l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 384/96, fil-qasam ta' l-evażjoni tar-regolament anti-dumping, ta' l-Artikoli 114 et seq. tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (Regolament (KEE) Nru 2913/92, fil-qasam ta' l-ipproċessar tad-dħul u ta' l-Artikoli 202, 204, 212 u 214 tiegħu, fil-qasam tal-ħolqien ta' dejn doganali, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li s- suġġettar għal dazju anti-dumping ta' merkanzija mhuwiex eskluż fil-każ ta' xiri bil-quddiem ta' dan l-istess prodott minn ċittadin ta' pajjiż li mhuwiex suġġett għal dazju anti-dumping, li jkun xtrah minn pajjiż suġġett għal din il-miżura, u mingħajr bl-ebda mod ma jalterah, ikun temporanjament importah fil-Komunità taħt sistema ta' ipproċessar tad-dħul, sabiex wara li jkun ġie pproċessat jerġa' jimportah, iżda b'mod provviżorju u għal ftit siegħat, u jbiegħu mill-ewwel lill-istess kumpannija tal-pajjiż Komunitarju li kienet inkarigata mill-ipproċessar tad-dħul?

3)

Jekk, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet penali Komunitarji, billi din il-qorti ma sabithomx, il-qorti ta' l-Istat Membru tistax tapplika regoli tas-sistema ġuridika tagħha li jippermettu li jiġu ddikjarati nulli, ladarba jkun hemm dawn il-kundizzjonijiet, il-kuntratti ta' tqegħid fl-ipproċessar tad-dħul u ta' bejgħ tal-prodott li jikkumpensa ieħor, bħall-Artikoli 1343 (kawża illeċita), 1344 (kuntratt ta' evażjoni frawdolenti tal-liġi) u 1345 (motiv illeċitu) tal-kodiċi ċivili Taljan u l-Artikoli 1414 et seq. tal-kodiċi ċivili Taljan, fil-qasam ta' simulazzjoni, fil-każ fejn il-ksur tal-prinċipji Komunitarji msemmija iktar 'il fuq ikun stabbilit?

4)

Jekk, ukoll għal raġunijiet oħra jew elementi ta' interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tixtieq tindika, l-operazzjoni fuq deskritta, fil-każ fejn din hija implementata sabiex ikun hemm evażjoni tad-dazji anti-dumping, hijiex konformi mas-sistema ta' ipproċessar tad-dħul jew jekk għall-kuntrarju din effettivament tiksirx il-prinċipji doganali fil-qasam ta' applikazzjoni ta' dazju anti-dumping li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tixtieq tindika?

5)

Jekk, ukoll għal raġunijiet oħra jew elementi ta' interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tixtieq tindika, l-operazzjoni in kwistjoni tikkorrispondi għal importazzjoni definittiva ta' prodotti suġġetti għal dazju anti-dumping?


(1)  ĠU L 302, p. 1.

(2)  ĠU L 56, p. 1.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/13


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour de cassation (Franza) fil-21 ta' April 2008 — Iaszlo Hadadi (Hadady) vs Csilla Marta Mesko, miżżewġa Hadadi (Hadady)

(Kawża C-168/08)

(2008/C 158/20)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Iaszlo Hadadi (Hadady).

Konvenuta: Csilla Marta Mesko, miżżewġa Hadadi (Hadady).

Domandi preliminari

1)

Għandu l-Artikolu 3(1)(b) [tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003] (1) jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li l-miżżewġin ikollhom kemm in-nazzjonalità ta' l-Istat tal-qorti adita u n-nazzjonalità ta' Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni Ewropea, għandha tingħata preċedenza lin-nazzjonalità tal-qorti adita?

2)

Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti hija fin-negattiv, għandu għalhekk dan it-test jiġi interpretat bħala li jistabbilixxi, fil-każ fejn il-miżżewġin it-tnejn li huma jkollhom żewġ nazzjonalitajiet ta' l-istess żewġ Stati Membri, liema nazzjonalità hija l-aktar effettiva, fost iż-żewġ nazzjonalitajiet preżenti ?

3)

Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti hija fin-negattiv, għandu għalhekk jiġi kkunsidrat li dan it-test jagħti lill-miżżewġin għażla addizzjonali, peress li dawn jistgħu jagħżlu quddiem liema mill-qrati taż-żewġ Stati, li tagħhom huma għandhom in-nazzjonalità, iressqu l-kawża?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta' Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, p. 1).


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/14


Rikors ippreżentat fid-29 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

(Kawża C-181/08)

(2008/C 158/21)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: V. Kreuschitz, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

Talbiet

tiddikjara li, peress li ma adottatx id-dispożizzjonijet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi sabiex tikkonforma mad-Direttiva 2003/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta' Marzu 2003, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/477/KEE dwar il-protezzjoni ta' ħaddiema minn riskji relatati ma' l-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (1), jew peress li ma kkomunikatx tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika ta' l-Awstrija naqset mill-obbligi imposti fuqha bis-saħħa ta' l-Artikolu 2(1) ta' l-imsemmija direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika ta' l-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fil-15 ta' April 2006.


(1)  ĠU L 97, p. 48.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/14


Rikors ippreżentat fid-29 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-184/08)

(2008/C 158/22)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Oliver u J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tistabbilixxi li billi ma adottax sanzjonijiet skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta' Marzu 2004, dwar diterġenti (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma infurmax lill-Kummissjoni b'dan, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 18(1) u (2), ta' dan ir-regolament;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skond l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 648/2004, l-Istati Membri għandhom jadottaw mhux aktar tard mit-8 ta' Ottubru 2005 sanzjonijiet disswasivi, effettivi u proporzjonati, li għandhom jiġu applikati fil-każ ta' ksur ta' l-imsemmi regolament, u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan. Fid-data ta' l-introduzzjoni tar-rikors preżenti, il-konvenut kien għadu ma adottax sanzjonijiet skond l-Artikolu ċċitat jew, għall-inqas, ma kienx informa lill-Kummissjoni b'dan.


(1)  ĠU L 104, p. 1.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/15


Rikors ippreżentat fil-5 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-187/08)

(2008/C 158/23)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Schima u J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li billi m'adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta' Diċembru 2002, dwar il-prestazzjoni ta' l-enerġija tal-bini (1), u, f'kull każ, billi ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 15 ta' din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2002/91/KE skada fl-4 ta' Jannar 2006. Madankollu, fid-data li fiha tressaq dan ir-rikors, il-konvenut ma kienx għadu adotta l-miżuri neċessarji sabiex jittrasponi d-Direttiva fir-rigward tar-Reġjun tal-Vallonja jew, f'kull każ, huwa ma kienx ikkomunika l-imsemmija miżuri lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU 2003, L 1, p. 65.


Qorti tal-Prim' Istanza

21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/16


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' April 2008 — Rykiel création et diffusion de modèles vs L-UASI — Cuadrado (SONIA SONIA RYKIEL)

(Kawża T-131/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva SONIA SONIA RYKIEL - Trade mark verbali preċedenti SONIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 158/24)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sonia Rykiel création et diffusion de modèles (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: E. Baud u S. Strittmatter, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Cuadrado SA (Sivilja, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-30 ta' Jannar 2006 (Każ R 329/2005-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Cuadrado SA u Sonia Rykiel création et diffusion de modèles.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni ta' L-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta' Jannar 2006 (Każ R 329/2005-1) hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 165, 15.7.2006.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/16


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Mejju 2008 — Redcats vs L-UASI — Revert & Cía (REVERIE)

(Kawża T-246/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali REVERIE - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Revert - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 158/25)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Redcats SA (Roubaix, Franza) (rappreżentant: A. Bertrand, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Manuel Revert & Cía, SA (Onteniente, Spanja)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI ta' l-10 ta' Lulju 2006 (Każ R 171/2005-4) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Manuel Revert & Cía, SA u Redcats SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Redcats SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 261, 28.10.2006.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/17


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' April 2008 — Imelios vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-97/07) (1)

(“Rikors għal annullament - Rikors għal danni - Il-ħames programm għal azzjonijiet Komunitarji ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni (1998-2002) - Klawsola ta' arbitraġġ - Nota ta' debitu - Inammissibbiltà’)

(2008/C 158/26)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Imelios SA (Velizy-Villacoublay, Franza) (rappreżentant: C. Curtil, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Ladenburger u E. Manhaeve, aġenti)

Suġġett

L-ewwel nett, talba għall-annullament tad-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni, wara rapport ta' verifika ta' l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), li tipproċedi, permezz tan-nota ta' debitu tas-17 ta' Jannar 2007, għall-irkupru tal-ħlas bil-quddiem imħallas fil-kuntest tal-kuntratt, bir-referenza IST-1999-10934 — ASSIST, dwar il-proġett “Knowledge Management for Help Desk Operators”, konkluż fil-kuntest tal-ħames programm għal azzjonijiet Komunitarji ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni fil-qasam tas-soċjetà ta' l-informatika konvivjali (1998-2002), u, it-tieni nett, talba għall-ħlas tas-somma ta' EUR 34 368 fir-rigward tal-parti tas-sussidju li għadha trid titħallas b'applikazzjoni ta' dan l-imsemmi kuntratt u, it-tielet nett, talba għal danni intiża sabiex tikseb il-kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara l-adozzjoni ta' l-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Imelios SA hija kkundannata tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 129, 9.6.2007.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/17


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-28 ta' April 2008 — PubliCare Marketing Communications GmbH vs L-UASI (Publicare)

(Kawża T-358/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Publicare - Terminu sabiex jitressaq rikors - Każ aċċidentali - Żball skużabbli - Inammissibbiltà manifesta’)

(2008/C 158/27)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: PubliCare Marketing Communications GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Mohr, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-27 ta' Ġunju 2007 (Każ R 157/2007-4) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Publicare bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

PubliCare Marketing Communicatons GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 283 ta' l-24.11.2007.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/18


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' April 2008 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-65/08 R)

(“Proċedura Sommarja - Kontroll ta' konċentrazzjonijiet - Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 - Kundizzjonijiet imposti mill-awtoritajiet Spanjoli lill-partijiet f'konċentrazzjoni ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni - Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Nuqqas ta' urġenza - Bilanċ ta' l-interessi’)

(2008/C 158/28)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: N. Diaz Abad, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci, F. Castillo de la Torre u É. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2007 (Każ COMP/M/4685 — Enel/Acxciona/Endesa) dwar proċedimenti skond l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, ta' l-20 ta' Jannar 2004, dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 24, p. 1)

Dispożittiv

1)

It-talba għal proċedura sommarja hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma riżervati.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/18


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' April 2008 — CPEM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-106/08 R)

(“Miżuri provviżorji - Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni - Talba ġdida - Fatti ġodda - Assenza - Inammissibbiltà - Artikolu 109 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza’)

(2008/C 158/29)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Centre de promotion de l'emploi par la micro-entreprise (Marsilja, Franza) (rappreżentant: C. Bonnefoi, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tan-nota ta' debitu Nru 3240912189, tas-17 ta' Diċembru 2007, fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4645, ta' l-4 ta' Ottubru 2007, li tħassar l-għajnuna mogħtija mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) favur is-CPEM bid-Deċiżjoni C(1999) 2645, tas-17 ta' Awwissu 1999

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma riżervati.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/18


Rikors ippreżentat fil-15 ta' April 2008 — E.ON Energie AG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-141/08)

(2008/C 158/30)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: E.ON Energie AG (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Röhling, C. Krohs u F. Dietrich, Rechtsanwälte)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-30 ta' Jannar 2008, C(2008) 377 finali, fil-każ COMP/B-1/39.326 — E.ON Energie AG;

sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti għal ammont ekwu;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2008, C(2008) 377 finali, fil-każ COMP/B-1/39.326 — E.ON Energie AG. F'din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni imponiet multa fuq ir-rikorrenti, minħabba li din ta' l-aħħar kisret siġill imqiegħed mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 20(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1) u, għallinqas b'negliġenza, hija kisret l-Artikolu 23(1)(e) ta' l-istess regolament.

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa' motivi. Fl-ewwel sitta, ir-rikorrenti tipprova turi li ma hemmx biżżejjed provi ta' ksur. B'mod partikolari, hija tikkritika l-fatt li ma tteħidx in kunsiderazzjoni b'mod korrett l-oneru sħiħ tal-prova li kellha tinġab mill-konvenuta, il-ksur tal-prinċipju ta' l-inizjattiva tal-qorti ex officio, il-preżunzjoni żbaljata tal-konvenuta ta' tqegħid regolari tas-siġilli, stat anomalu tas-siġill fil-jum suċċessiv, in-natura adattata tat-tejp ta' protezzjoni kif ukoll il-fatt li l-konvenuta b'mod żbaljat ma kkunsidratx xenarji alternattivi.

Permezz tas-seba' motiv, jiġi sostnut li ma ġietx osservata l-preżunzjoni ta' l-innoċenza u b'dan il-mod ġew miksura rekwiżiti proċeduri sostanziali u rekwiżiti proċedurali.

Fit-tmien motiv ir-rikorrenti tallega li l-ħlas skond l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 ġie mqajjem mill-konvenuta b'mod żbaljat.

Fl-aħħar nett, hija jeżisti ksur fl-iffissar tal-multa. Fl-opinjoni tar-rikorrenti, hemm bżonn tal-ksur tal-projbizzjoni ta' arbitrarjetà kif ukoll ta' l-obbligu ta' motivazzjoni skond l-Artikolu 253 KE. B'mod żbaljat, ma ttieħdux in kunsiderazzjoni ċirkustanzi attenwanti u ġew applikati b'mod żbaljat ċirkustanzi aggravanti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta' Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, p. 1).


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/19


Rikors ippreżentat fis-17 ta' April 2008 — Atlas Transport vs L-UASI — Atlas Air (ATLAS)

(Kawża T-145/08)

(2008/C 158/31)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Atlas Transport GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Hildebrandt, K. Schmidt-Hern u B. Weichhaus, Rechtsanwälte)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Atlas Air, Inc. (New York, l-Istati Uniti ta' l-Amerika)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Awla tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ta' l-24 ta' Jannar 2008 (Każ R 1023/2007-1);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali “ATLAS” għal prodotti u servizi fil-klassijiet 9, 36 u 39 (Trade mark Komunitarja Nru 2 970 788).

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Atlas Air, Inc.

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: b'mod partikolari t-trade mark figurattiva “ATLASAiR” irreġistrata fl-Istati tal-Benelux għal prodotti fil-klassi 39 (Nru 555 184)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: l-annullament parzjali tat-trade mark Komunitarja għal servizzi fil-klassi 39.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda ta' l-appell tar-rikorrenti bħala inammissibbli.

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 59(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li l-motivazzjoni tar-rikors għandha tissodisfa kundizzjonijiet espliċitament stabbiliti u li motivazzjoni impliċita ma setgħetx titqies bħala suffiċjenti. Barra minn hekk, ksur analogu tad-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 61 tar-Regolament Nru 40/94 flimkien ma' dik tar-Regola 20(7) tar-Regolament Nru 2868/95 (2), peress li l-proċedimenti quddiem l-UASI kellhom jiġu sospiżi b'mod mandatorju.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU L 303, p. 1).


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/19


Rikors ippreżentat fis-17 ta' April 2008 — Deutsche Rockwool Mineralwoll vs L-UASI — Redrock Construction (REDROCK)

(Kawża T-146/08)

(2008/C 158/32)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG (Gladbeck, il-Ġermanja) (rappreżentanta: S. Beckmann, Rechtsanwältin)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Redrock Construction s.r.o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni R 506/2007-4 tal-konvenuta tat-18 ta' Frar 2008;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Redrock Construction s.r.o.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “REDROCK” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 2, 17, 19, 36 u 37 (applikazzjoni Nru 3 866 365).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża “Rock” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 6-8, 17, 19, 37 u 42 (Nru 302 29 274), fejn l-oppożizzjoni kienet diretta kontra r-reġistrazzjoni fil-klassijiet kollha ħlief għall-klassi 36.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tilqa' l-oppożizzjoni u tiċħad parzjalment l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni.

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), minħabba l-eżistenza ta' riskju ta' konfużjoni jew, għall-inqas, ta' assoċjazzjoni bejn it-trade marks in kwistjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/20


Rikors ippreżentat fil-21 ta' April 2008 — REWE-Zentral vs L-UASI — Aldi Einkauf (Clina)

(Kawża T-150/08)

(2008/C 158/33)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: REWE-Zentral AG (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Kinkeldey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mir-Raba' Awla tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-15 ta' Frar 2008 — każ Nru R 1484/2006-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Clina” għal prodotti fil-klassijiet 3 u 21 (applikazzjoni Nru 3 921 079).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark verbali “CLINAIR” għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 (trade mark Komunitarja Nru 1 769 850).

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: ċaħda ta' l-oppożizzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: id-deċiżjoni tal-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni hija annullata u l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni hija miċħuda.

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), minħabba fin-nuqqas ta' riskju ta' konfużjoni bejn it-trade marks in kwistjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/20


Rikors ippreżentat fil-21 ta' April 2008 — Kido Industrial vs UASI — Amberes (SCORPIONEXO)

(Kawża T-152/08)

(2008/C 158/34)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Kido Industrial Ltd (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentant: M. Mall, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Amberes, SA

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla kompletament id-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI Nru R 0287/2007-1 u tad-Diviżjoni ta' Oppożizzjoni Nru B 855 728, u

tikkundanna lill-kumpannija Amberes għall-ispejjeż ta' l-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “SCORPIONEXO” (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3.886.249) għal prodotti fil-klassijiet 9 u 28.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Amberes, S.A.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: trade marks figurattivi Spanjoli (Nru 339.142, Nru 499.599, Nru 499.600 u Nru 339.140) u internazzjonali (Nru 206.346 u Nru 206.437) komposti minn disinn ta' skorpjun u l-kelma “ESCORPION”, għal prodotti fil-klassijiet 6, 8, 12, 16, 20, 21 u 28; u 22, 24, 25 u 26, rispettivament. Trade mark verbali Spanjola “ESCORPION” (Nru 555.764), għal prodotti fil-klassi 25. Trade mark verbali Komunitarja “ESCORPION” (Nru 778.217) għal prodotti fil-klassijiet 22, 24, 25 u 26.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Id-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni, li bbażat ruħha unikament fuq it-trade mark figurattiva preċedenti Spanjola Nru 339.142 laqgħet l-oppożizzjoni għal prodotti fil-klassijiet 9 u 28, u ċaħdet kompletament l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' dawn il-prodotti.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad ir-rikors.

Motivi invokati: applikazzjoni mhux korretta ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/21


Rikors ippreżentat fil-25 ta' April 2008 — Shenzhen Taiden Industrial vs L-UASI — Bosch Security Systems (disinn ta' apparat għall-komunikazzjoni)

(Kawża T-153/08)

(2008/C 158/35)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shenzhen Taiden Industrial Co., Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina) (rappreżentanti: M. Hartmann, M. Helmer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Bosch Security Systems BV (Eindhoven, l-Olanda)

Talbiet

Tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta' Frar 2008 fil-każ R 1437/2006-3; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawn sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett ta' l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Disinn għall-prodott “apparat għall-komunikazzjoni” — disinn Komunitarju rreġistrat Nru 214903-0001

Proprjetarju tad-desinn Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tad-disinn Komunitarju: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell

Disinn imressaq bħala prova mill-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Disinn preċedenti pprovdut lill-pubbliku minn Koninklijke Philips Electronics NV irreġistrat bħala disinn internazzjonali taħt in-Nru DM/055655

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Invalidità: Ċaħda ta' l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Invalidità u dikjarazzjoni li d-disinn ikkontestat huwa invalidu

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 63(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002 peress li t-Tielet Bord ta' l-Appell ibbaża ruħu fuq fatti allegati ppreżentati mill-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità li fir-rigward tagħhom ebda prova ma ġiet imressqa; ksur ta' l-Artikoli 4(1) u 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002 peress li t-Tielet Bord ta' l-Appell żbalja meta ddeċieda li d-disinn ikkontestat ma kellux karattru individwali u naqas milli jevalwa u jqabbel d-disinni ikkonċernati mill-perspettiva ta' utent infurmat.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/22


Rikors ippreżentat fit-30 ta' April 2008 — L-Italja vs Il-Kummissjoni u EPSO

(Kawża T-164/08)

(2008/C 158/36)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal

Talbiet tar-rikorrenti

l-anullament ta' l-avviż ta' kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/125/08 (AD7 u AD9) sabiex tiġi stabbilita lista għar-reklutaġġ ta' 4 tobba (Kummissjoni) u ta' 9 tobba (Istituzzjonijiet oħra), rispettivament, ippubblikat fl-edizzjonijiet tal- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea bil-lingwa Ingliża, Franċiża u Ġermaniża tal-21 ta' Frar 2008, Nru C 48A.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawża T-117/08, L-Italja vs Il-Kummissjoni (1).


(1)  Li għadha mhix ippubblikata fil-ĠUUE.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/22


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' April 2008 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-41/06) (1)

(2008/C 158/37)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Il-President tas-Seba' Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 96, 22.4.2006.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/22


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' April 2008 — Ċipru vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-54/08) (1)

(2008/C 158/38)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Il-President ta' l-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 79, 29.3.2008.


Tribunal għas-Servizz Pubbliku

21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/23


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 — Suvikas vs Il-Kunsill

(Kawża F-6/07)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kwistjoni proċedurali - Dokumenti kunfidenzjali - Dokumenti miksuba b'mod illegali - Tneħħija ta' dokumenti - Reklutaġġ - Post vakanti - Rifjut illegali ta' applikazzjoni - Annullament - Rikors għal danni - Telf ta' opportunità ta' reklutaġġ - Evalwazzjoni ex aequo et bono)

(2008/C 158/39)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Risto Suvikas (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: M.-A Lucas, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Šulce, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konsultattiv ta' Għażla li r-rikorrent ma jitniżżilx fil-lista ta' l-aħjar kandidati għall-għażla relatata ma' l-avviż ta' post vakanti tal-Kunsill B/024 u, min-naħa l-oħra, l-annullament ta' din il-lista u tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jiġu rreklutati l-kandidati li kienu mniżżla hemmhekk għall-postijiet li kellhom jimtlew u li ma jiġix irreklutat ir-rikorrent — Talba għal danni.

Dispożittiv

1)

Id-dokumenti ppreżentati minn R. Suvikas fl-Annessi A 14 sa A 16 tar-rikors huma mneħħija mill-proċess tal-kawża.

2)

Id-deċizjoni ta' l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti, ta' l-20 ta' Frar 2006, li ma tniżżilx lil R. Suvikas fil-lista ta' l-aħjar kandidati wara s-selezzjoni ta' membri tal-persunal temporanju Kunsill/B/024, hija annullata.

3)

Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea huwa kkundannat iħallas lil R. Suvikas is-somma ta' EUR 20 000 b'kumpens għad-danni materjali subiti minnu.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)

Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/23


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta' April 2008 — Dragoman vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-16/07)

(Servizz Pubbliku - Kompetizzjoni - Ġurija - Prinċipju ta' l-imparzjalità tal-ġurija - Artikolu 11a tar-Regolamenti tal-Persunal - Trattament ugwali ta' kandidati interni u esterni - Eliminazzjoni ta' kandidat - Obbligu ta' motivazzjoni - Portata - Osservanza tas-segretezza tad-deliberazzjonijiet tal-ġurija)

(2008/C 158/40)

Lingwa tal-kawża: Ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Adriana Dragoman (Brussell, il-Belgju) [rappreżentant: G.-F. Dinulescu, avukat]

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: K. Herrmann, F. Telea u M. Velardo, aġenti]

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-ġurija tal-kompetizzjoni EPSO/AD/34/05 (intiża sabiex tiġi stabbilita lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' interpreti tal-lingwa Rumena) li fihom ġie deċiż li, għall-ewwel eżami ta' interpretazzjoni tar-rikorrenti, tingħata marka li ma tippermettix lir-rikorrenti tagħmel l-eżamijiet sussegwenti ta' l-imsemmija kompetizzjoni — Eċċeżżjoni ta' illegalità ta' l-Artikolu 6 ta' l-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/24


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-5 ta' Marzu 2008 — Toronjo Benitez vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-33/07)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Ex-membri tal-persunal temporanju mħallsa mill-fondi allokati għar-riċerka - Tħassir tal-punti akkumulati - Trasferiment ta' uffiċjal mill-parti “Riċerka’ għall-parti “Amministrazzjoni’ tal-baġit ġenerali - Illegalità ta' l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Ġunju 2004 dwar il-proċedura ta' promozzjoni ta' uffiċjali mħallsa mill-fondi “Riċerka’ tal-baġit ġenerali)

(2008/C 158/41)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alberto Toronjo Benitez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tħassar l-44,5 punti akkumulati mir-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju u, min-naħa l-oħra d-dikjarazzjoni ta' l-illegalità ta' l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-proċedura ta' promozzjoni ta' uffiċjali mħallsa mill-fondi “Riċerka” tal-baġit ġenerali.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/24


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-16 ta' April 2008 — Doktor vs Il-Kunsill

(Kawża F-73/07)

(“Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Tkeċċija fi tmiem il-perijodu taħt prova’)

(2008/C 158/42)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Frantisek Doktor (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentanti: S. Rodrigues, R. Albelice, u C. Bernard-Glanz, avocats)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u M. Simm, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra tal-Kunsill ta' Ottubru 2006 dwar it-tkeċċija tar-rikorrent fi tmiem il-perijodu ta' prova tiegħu u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/24


Digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-25 ta' April 2008 — Bennett et vs UASI

(Kawża F-19/08 R)

(Servizz pubbliku - Proċedura għal miżuri provviżorji - Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni ta' att - Avviż ta' kompetizzjoni - Urġenza - Assenza)

(2008/C 158/43)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Kelly-Marie Bennett (Alicante, Spanja) u oħrajn (rappreżentant: G. Vandersanden, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentanti: I. de Medrano Caballero u E. Maurage, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tal-avviżi tal-kompetizzjonijiet OHIMIAD/02/07 u OHIMIAST/02/07 sakemm tingħata deċiżjoni fuq il-mertu, bil-konsegwenza li r-rikorrenti ma jkunux obbligati jipparteċipaw f'dawn l-eżamijiet u konsegwentement il-kuntratti tagħhom ma jkunux jistgħu jiġu tterminati minħabba l-fatt li ma jkunux jidhru fuq il-listi ta' riżerva.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma riżervati.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/25


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Frar 2008 — Wybranowski vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-17/08)

(2008/C 158/44)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollak

Partijiet

Rikorrent: Andrzej Wybranowski (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: Z. Wybranowski, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-emenda tad-deċiżjoni tal-15 ta' Novembru 2007 tal-bord ta' l-għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/60/06 li r-rikorrent jingħata 20/50 punti fl-eżami orali u, għalhekk, li ma jiġix inkluż fil-lista ta' riżerva, kif ukoll tad-deċiżjoni ta' l-20 ta' Diċembru 2007 ta' l-istess bord ta' l-għażla li ma jżidx in-numru ta' punti miksuba, wara verifika ta' l-eżami orali, permezz ta' l-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista ta' riżerva. Fl-alternattiv, l-annullament ta' l-imsemmija deċiżjonijiet u t-talba li l-konvenuta u/jew il-bord ta' l-għażla tal-kompetizzjoni jiġu ordnati jadottaw deċiżjoni ġdida li tinkludi lir-rikorrent fil-lista ta' riżerva.

Talbiet tar-rikorrent

jemenda d-deċiżjoni tal-15 ta' Novembru 2007 tal-bord ta' l-għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/60/06 li r-rikorrent jingħata 20/50 punti fl-eżami orali u, għalhekk, li ma jiġix inkluż fil-lista ta' riżerva, kif ukoll id-deċiżjoni ta' l-20 ta' Diċembru 2007 ta' l-istess bord ta' l-għażla li ma jżidx in-numru ta' punti miksuba, wara verifika ta' l-eżami orali, permezz ta' l-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista ta' riżerva;

fl-alternattiv, jannulla l-imsemmija deċiżjonijiet u jordna lill-konvenuta u/jew lill-bord ta' l-għażla jadottaw deċiżjoni ġdida billi jinkludu lir-rikorrent fil-lista ta' riżerva;

jikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/25


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Frar 2008 — Simões dos Santos vs L-UASI

(Kawża F-27/08)

(2008/C 158/45)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Manuel Simões dos Santos (Alicante, Spanja) (rappreżentant: A. Creus Carreras, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament ta' diversi deċiżjonijiet ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern safejn ma jagħtux eżekuzzjoni korretta tas-sentenza T-435/04, billi ma jirrikonoxxux lir-rikorrent il-bilanċ tal-punti li l-kanċellazzjoni tagħhom kienet ġiet annullata mill-Qorti tal-Prim'Istanza, kif ukoll il-ħlas ta' interessi moratorji fuq l-ammont li jikkorispondi għad-differenza fis-salarju li kellu jirċievi r-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tat-3 ta' Diċembru 2007 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent fit-8 ta' Awwissu 2007, kif ukoll id-Deċiżjoni Nru PERS-01-07 dwar l-attribuzzjoni tal-punti ta' promozzjoni fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2003, id-Deċiżjoni ADM-01-17 li tinterpreta d-Deċiżjoni ADM 03-35 dwar il-karriera u l-promozzjoni ta' l-uffiċjali u l-aġenti temporanji, u l-ittra tal-15 ta' Ġunju 2007, intitolata “Definitive awarding of 2007 promotion points adopted by the Appointing Authority”;

tordna lill-UASI iħallas lir-rikorrent l-interessi moratorji fuq l-ammont li jikkorispondi għad-differenza fis-salarju li kien jirċievi kieku l-kanċellazzjoni tal-bilanċ tal-punti ta' mertu ma seħħitx, ikkalkolati b'rata fissa mill-Qorti tal-Prim'Istanza;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/26


Rikors ippreżentat fil-25 ta' Frar 2008 — Tomas vs Il-Parlament

(Kawża F-31/08)

(2008/C 158/46)

Lingwa tal-kawża: Il-Litwan

Partijiet

Rikorrent: Stanislovas Tomas (Pavlodar, Kazakhstan) (rappreżentant: M. Michalauskas, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrent jitkeċċa u l-kumpens għad-danni morali u materjali subiti.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrent jitkeċċa;

tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 125 000 bħala kumpens għad-danni morali u materjali subiti mir-rikorrent;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/26


Rikors ippreżentat fl-4 ta' Marzu 2008 — V vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-33/08)

(2008/C 158/47)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: V (rappreżentant: C. Ronzi, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Mejju 2007 li tinforma lir-rikorrenti li hija ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet ta' kapaċità fiżika meħtieġa għall-eżerċizzju ta' funzjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea, it-tneħħija mill-inkartament personali tagħha ta' ċerti rapporti ta' esperti, u t-talba għal kumpens għad-dannu morali u materjali subit.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-15 ta' Mejju 2007 li tinforma lir-rikorrenti li hija ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet ta' kapaċità fiżika meħtieġa għall-eżerċizzju ta' funzjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea;

safejn ikun hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni tal-12 ta' Lulju 2007 li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrenti, fl-1 ta' Ġunju 2007;

tordna t-tneħħija mill-inkartament personali tar-rikorrenti tar-rapporti ta' esperti maħruġa fil-15 ta' Settembru 2006, fil-21 ta' Settembru 2006 u fit-28 ta' Marzu 2007 u, konsegwentement, tiddeċiedi li hemm lok li ssir referenza għall-opinjoni medika inizjali tas-26 ta' Ġunju 2006 li fiha r-rikorrenti kienet ġiet iddikjarata kapaċi għax-xogħol;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas kumpens għad-dannu morali u materjali subit mir-rikorrenti stmat fuq bażi proviżorja ex aequo et bono għal EUR 179 900 (b'interessi għal dewmien li l-ammont tagħhom għandu jiġi kkalkolat bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid, miżjuda b'żewġ punti, mill-1 ta' Awwissu 2006);

tordna l-estensjoni fir-rigward tar-rikorrenti tal-lista ta' riżerva fejn jidher isimha, bħala miżuri proviżorji, jekk is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandha tingħata wara x-xahar ta' Frar 2009 (data ta' skadenza tal-validità tal-lista ta' riżerva);

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/26


Rikors ippreżentat fil-31 ta' Marzu 2008 — Liotti vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-38/08)

(2008/C 158/48)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Amerigo Liotti (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tar-rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2006 u l-31 ta' Diċembru 2006.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla r-rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera (REC/CDR) tar-rikorrent għall-perijodu ta' riferenza l-1.1.2006-31.12.2006;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/27


Rikors ippreżentat fil-31 ta' Marzu 2008 — Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-39/08)

(2008/C 158/49)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

Annullament ta' numru ta' deċiżjonijiet dwar it-tnaqqis ta' 32 ġurnata mid-dritt għal-leave tar-rikorrent għas-sena 2007.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjonijiet tad-29.5.2007, ta' l-20.6.2007, tat-28.6.2007, tas-6.7.2007 kif ukoll iż-żewġ deċiżjonijiet tas-26.7.2007 u d-deċiżjoni tat-2.8.2007 dwar it-tnaqqis ta' 32 ġurnata mid-dritt tal-leave tar-rikorrent għas-sena 2007;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/27


Rikors ippreżentat fil-31 ta' Marzu 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-42/08)

(2008/C 158/50)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avvocato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

L-aċċertament tal-fatt li fit-18 ta' Marzu 2002, id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fl-Angola bagħtet, permezz ta' faks, nota bid-data tat-18 ta' Marzu 2002 u indirizzata lir-rikorrent, għand utent telefoniku li ma kienx taħt il-kontroll u lanqas għad-dispożizzjoni tar-rikorrent, l-aċċertament ta' l-illegalità ta' dan il-fatt u l-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas tas-somma ta' EUR 100 000 bħala kumpens tad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni ta' rifjut, indipendentement minn kif tittieħed, tat-talba tat-8 ta' Marzu 2007;

tannulla, sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni ta' rifjut, indipendentement minn kif tittieħed, għall-ilment ta' l-10 ta' Settembru 2007;

tannulla sa fejn huwa neċessarju, in-nota tad-9 ta' Jannar 2008;

taċċerta l-fatt li fit-18 ta' Marzu 2002, id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fl-Angola bagħtet, permezz ta' faks mibgħut għand utent telefoniku identifikat bin-numru tat-telefon u fax +39.0833.54xxxx, nota bid-data tat-18 ta' Marzu 2002 u indirizzata lir-rikorrent, u taċċerta u tiddikjara l-illegalità ta' dan il-fatt;

tikkundanna lill-konvenuta sabiex tagħti lir-rikorrent, bħala ħlas tad-dannu subit u li qed jissubixxi fir-rigward tal-fatt li ħoloq dan id-dannu u li ġie kkawżat minnu, is-somma ta' EUR 100 000, jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis bħala ekwa u ġusta, flimkien ma' l-imgħax b'rata ta' 10 % fis-sena, u bil-kapitalizzazzjoni annwali, li jibdew jiddekorru mid-data tat-talba tat-8 ta' Marzu 2007 u sakemm jitħallsu;

tikkundanna lill-konvenuta r-rifużjoni, favur ir-rikorrent, ta' l-ispejjeż kollha, inklużi dawk marbuta mal-kitba tal-perizja ex parte li eventwalment issir sabiex tiġi aċċertata l-eżistenza tal-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata tħallas lir-rikorrent is-somma msemmija iktar 'il fuq kif ukoll, b'mod iktar ġenerali, sabiex jiġi aċċertat kull fatt rilevanti għall-finijiet tas-sentenza li ser tingħata fil-kawża prinċipali.


21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/28


Rikors ippreżentat fit-8 ta' April 2008 — Tsarnavas vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-44/08)

(2008/C 158/51)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Vassilios Tsarnavas (Glyfada, il-Greċja) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad it-talba tar-rikorrenti intiża li tikseb kumpens li jammonta għal EUR 6 800 għad-dannu materjali u morali subit wara irregolaritajiet jew żbalji amministrattivi ripetuti mwettqa mill-Kummissjoni fil-proċeduri ta' promozzjoni għas-snin 1998 u 1999, u l-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallas dan l-ammont.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra ta' l-14 ta' Awwissu 2007 li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża sabiex jinkiseb kumpens li jammonta għal EUR 6 800 għad-dannu materjali u morali subit wara irregolaritajiet jew żbalji amministrattivi ripetuti mwettqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċeduri ta' promozzjoni għas-snin 1998 u 1999;

safejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrent fl-14 ta' Novembru 2007;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta' kumpens li jammonta għal EUR 6 800 għad-dannu materjali u morali subit wara irregolaritajiet jew żbalji amministrattivi ripetuti mwettqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċeduri ta' promozzjoni għas-snin 1998 u 1999, wara s-sentenza mogħtija fid-19 ta' Marzu 2003 (T-188/01 u t-189/01);

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.