ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 157

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
21 ta' Ġunju 2008

Avviż Nru

Werrej

Paġna

II   Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

2008/C 157/01

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: Trikloroetilene, benżin, 2-methoxy-2-methylbutane (TAME) ( 1 )

1

2008/C 157/02

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: 2,3-epoxypropyltrimethylammonium chloride (EPTAC), (3-chloro-2-hydroxypropyl) trimethylammonium chloride (CHPTAC) u hexachlorocyclopentadiene ( 1 )

10

2008/C 157/03

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

17

2008/C 157/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5151 — Boeing/Alenia NA/JV) ( 1 )

18

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

2008/C 157/05

Rata tal-kambju ta' l-euro

19

2008/C 157/06

Ħatra ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ

20

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 157/07

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

21

2008/C 157/08

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

24

V   Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

2008/C 157/09

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5218 — Altor Fund II/Akers Group) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

27

2008/C 157/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5207 — Stena/Ballingslöv) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

28

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 157/1

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: Trikloroetilene, benżin, 2-methoxy-2-methylbutane (TAME)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 157/01)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta' sustanzi eżistenti (1) jinvolvi r-rappurtar tad-dejta, l-iffissar tal-prijoritajiet, il-valutazzjoni tar-riskju u, fejn meħtieġ, l-iżvilupp ta' strateġiji biex ikunu limitati r-riskji ta' sustanzi eżistenti.

Fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 is-sustanzi li ġejjin kienu identifikati bħala sustanzi ta' prijorità li jeħtieġu valutazzjoni skond ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1179/94 (2) u (KE) Nru 2364/2000 (3) li jikkonċernaw rispettivament l-ewwel u r-raba' lista ta' sustanzi ta' prijorità kif previst fir-Regolament (KEE) Nru 793/93:

trikloroetilene,

benżin,

2-methoxy-2-methylbutane (TAME).

L-Istati Membri rapporteurs maħtura skond dawk ir-Regolamenti temmew l-attivitajiet tal-valutazzjoni tar-riskju għall-bniedem u għall-ambjent għal dawk is-sustanzi skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 tat-28 ta' Ġunju 1994 li jistipula l-prinċipji għal studju dwar ir-riskji lill-bniedem u l-ambjent ta' materjali eżistenti (4) u ssuġġerew strateġija biex ikunu limitati r-riskji skond ir-Regolament (KEE) Nru 793/93.

Il-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent (SCTEE) u l-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u għall-Ambjent (SCHER) kienu kkonsultati u ħarġu opinjoni dwar il-valutazzjonijiet tar-riskju li saru mir-rapporteurs. Dawn l-opinjonijiet jinsabu fuq il-websajt tal-Kumitati Xjentifiċi.

L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 jistipula li r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġija rakkomandata biex ikunu limitati r-riskji għandhom jiġu adottati fuq livell Komunitarju u ppubblikati mill-Kummissjoni. Din il-Komunikazzjoni, flimkien mar-Rakkomandazzjoni korrispondenti tal-Kummissjoni 2008/471/KE (5) [inkludi ref. għar-rakkomandazzjoni], tipprovdi r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju (6) u strateġiji biex ikunu limitati r-riskji għas-sustanzi msemmija hawn fuq.

Ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji biex ikunu limitati r-riskji li għalihom tipprovdi din il-komunikazzjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li twaqqaf skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93.

(1)  ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1.

(2)  ĠU L 131, 26.5.1994, p. 3.

(3)  ĠU L 273, 26.10.2000, p. 1.

(4)  ĠU L 161, 29.6.1994, p. 3.

(5)  ĠU L 162, 20.6.2008.

(6)  Ir-Rapport tal-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv, kif ukoll sommarju tiegħu, jistgħu jinsabu fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Uffiċċju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi:

http://ecb.jrc.it/existing-substances/

ANNESS

PARTI 1

CAS Nru: 79-01-6

Einecs Nru: 201-167-4

Formula Strutturali:

HClC = CCl2

Isem Einecs:

Trikloroetilene

Isem IUPAC:

Trikloroetilene

Rapporteur:

Ir-Renju Unit

Klassifikazzjoni (1);

Karċ. Kat. 2: R45

Muta. Kat. 3: R68Xi: R36/38

R67

R52-53

Il-valutazzjoni tar-riskju hija bbażata fuq prattiki attwali relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza prodotta jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritti fir-Rapport tal-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv mibgħut lill-Kummisjoni mill-Istat Membru rapporteur (2).

Il-valutazzjoni tar-riskju ddeterminat, abbażi tat-tagħrif disponibbli, li fil-Komunità Ewropea s-sustanza tintuża fit-tindif tal-metall. Użijiet oħrajn huma bħala sustanza li twaħħal u bħala intermedjarju ta' kimiki oħrajn. Ma kienx possibbli li jinkiseb tagħrif dwar l-użu tal-volum totali tas-sustanza prodotta jew impurtata fil-Komunità Ewropea, għalhekk, jistgħu jeżistu xi użijiet li mhumiex koperti b'din il-valutazzjoni tar-riskju.

Mhuwiex possibbli li ssir konklużjoni ċara fir-rigward tan-newrotossiċità ta' l-iżvilupp u konsegwentement il-valutazzjoni tar-riskju ma tivvalutax ir-riskji għal kwalunkwe popolazzjoni għal dan ir-riżultat aħħari. Madankollu, aktar ittestjar ma kienx meħtieġ, għaliex is-sustanza ġiet identifikata bħal karċinoġen mingħajr valur tal-limitu.

VALUTAZZJONI TAR-RISKJU

A.   Is-saħħa tal-bniedem

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ĦADDIEMA

hija li hemm il-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar it-tossiċità għall-kliewi wara esponiment ripetut, mutaġeniċità u karċinoġeniċità, bħala konsegwenza ta' esponiment mis-sitwazzjonijiet kollha tal-ħaddiema,

hemm tħassib dwar depressjoni akuta tas-sistema nervuża ċentrali u disturbi funzjonali tas-sistema nervuża ċentrali minn esponiment ripetut bħala konsegwenza ta' esponiment minn tindif tal-metall, manifattura ta' sustanzi li jwaħħlu u l-użu ta' sustanzi li jwaħħlu.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-KONSUMATURI

hija li hemm il-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar mutaġeniċità u karċinoġeniċità, bħala konsegwenza ta' esponiment minn prodotti għall-konsumaturi, liema prodotti jkun fihom is-sustanza.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-bniedem

għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT

hija li hemm il-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

ir-riskji ma jistgħux jiġu esklużi, minħabba li s-sustanza hija identifikata bħala karċinoġenu mingħajr valur tal-limitu. Għandu jiġu kkunsidrat kemm huma xierqa l-kontrolli eżistenti u kemm huma possibbli u prattikabbli aktar miżuri speċifiċi. Madankollu, il-valutazzjoni tar-riskju tindika li r-riskji huma diġà baxxi. Dan għandu jitqies meta jiġi kkunsidrat kemm huma xierqa l-kontrolli eżistenti u kemm huma possibbli u prattikabbli aktar miżuri speċifiċi għat-tnaqqis tar-riskju.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għas-SAĦĦA TAL-BNIEDEM (proprjetajiet fiżikokimiċi)

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

B.   L-ambjent

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-ambjent

għall-ATMOSFERA

hija li hemm il-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar effetti fuq pjanti minn emissjonijiet fl-arja tat-trikoroetilene mill-produzzjoni, mill-ipproċessar bħala intermedjarju, mill-formulazzjoni għall-użu bħala solvent, u mill-użu fit-tneħħija tal-griż mill-metal.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-EKOSISTEMA AKKWATIKA u għall-EKOSISTEMA TERRESTRI

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li r-riskji relatati ma' l-oqsma ambjentali msemmija hawn fuq mhumiex mistennija. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRANAĠĠ

STRATEĠIJA BIEX IKUNU LIMITATI R-RISKJI

Għall-ĦADDIEMA

Il-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-ħaddiema li bħalissa tinsab fis-seħħ fuq livell Komunitarju hija ġeneralment meqjusa li tipprovdi qafas xieraq biex jiġu limitati r-riskji tas-sustanzi rilevanti sa fejn meħtieġ. Madankollu, għat-tindif tal-metall, b'mod partikolari fi stabbilimenti li jużaw inqas minn tunnellata fis-sena, din għandha tiżdied b'aktar azzjoni:

biex jiġu stabbiliti valuri ta' limitu għall-esponiment fuq il-post tax-xogħol għat-trikloroetilene fuq livell Komunitarju skond id-Direttiva 98/24/KE (3) jew id-Direttiva 2004/37/KE kif xieraq (4),

b'mod li jixbah Ftehim Volontarju bejn l-Assoċjazzjoni Ewropea tas-Solventi Klorinati f'isem il-produtturi Ewropej tas-sustanza, id-distributuri u l-konsumaturi tagħhom (inkludi r-referenza għar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/471/KE (5)), jekk il-monitoraġġ isib li m'hemmx biżżejjed konformità mal-ftehim volontarju, u li l-istandards mhumiex qegħdin jitjiebu, biex jiġu kkunsidrati Restrizzjonijiet fuq livell Komunitarju għall-użu tat-trikloroetilene fis-sistemi għat-tindif tal-metall ħlief għal sistemi ssiġilatti jew magħluqin, kif definit fil-Parti 4 ta' l-Istandard Ewropew EN 12921.

Għall-KONSUMATURI u għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT

Il-miżuri leġiżlattivi eżistenti għall-ħarsien tal-konsumaturi u tal-bnedmin esposti mill-ambjent, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet fid-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE (id-Direttiva dwar il-Marketing u l-Użu) f'dak li għandu x'jaqsam ma' sustanzi CMR u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/1/KE (6) (Prevenzjoni u Kontroll Integrati tat-Tniġġis), huma kkunsidrati bħala biżżejjed biex jiġu indirizzati r-riskji identifikati.

Għall-AMBJENT

Il-miżuri leġiżlattivi eżistenti għall-ħarsien ta' l-ambjent, b'mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE (7) (id-Direttiva ta' l-Emissjonijiet tas-Solventi) u d-Direttiva 2008/1/KE (Prevenzjoni u Kontroll Integrati tat-Tniġġis), huma kkunsidrati bħala biżżejjed biex jiġu indirizzati r-riskji identifikati.

PARTI 2

CAS Nru: 71-43-2

Einecs Nru: 200-753-7

Formula Strutturali:

Image

Isem Einecs:

Benżin

Isem IUPAC:

Benżin

Rapporteur:

Il-Ġermanja

Klassifikazzjoni (8):

F; R11

Karċ. Kat. 1; R45

Muta. Kat. 2; R46

T; R48/23/24/25

Xn; R65 Xi; R36/38

S53-45

Il-valutazzjoni tar-riskju hija bbażata fuq prattiki attwali relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza prodotta jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritti fir-rapport komprensiv tal-Valutazzjoni tar-Riskju mibgħut lill-Kummisjoni mill-Istat Membru Rapporteur (2).

Il-valutazzjoni tar-riskju ddeterminat, abbażi tat-tagħrif disponibbli, li fil-Komunità Ewropea s-sustanza tintuża primarjament bħala intermedjarju fil-manifattura tal-plastik, tal-gomma sintetika, komposti b'kuluri intensivi li jiġu applikati fuq wiċċ li jrid jinżebagħ (dyestuffs), reżini, materja prima għad-diterġenti u aġenti għall-protezzjoni tal-pjanti.

Il-valutazzjoni tar-riskju identifikat sorsi oħrajn ta' esponiment għas-sustanza għall-bniedem u għall-ambjent, b'mod partikolari minn benżin mhux iżolat eż. fil-petrol u prodotti oħra tar-raffineriji, li ma jirriżultawx miċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza prodotta jew impurtata fil-Komunità Ewropea. Il-valutazzjoni tar-riskji minn dawn l-esponimenti ma tagħmilx parti mill-valutazzjoni tar-riskju. Madankollu, ir-Rapport tal-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv kif mibgħut lill-Kummissjoni mill-Istat Membru Rapporteur jipprovdi tagħrif li jista' jintuża biex jiġu vvalutati dawn ir-riskji.

VALUTAZZJONI TAR-RISKJU

A.   Is-Saħħa tal-Bniedem

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ĦADDIEMA

hija li hemm il-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar il-mutaġeniċità u l-karċinoġeniċità bħala konsegwenza ta' esponiment tal-ġilda u mill-inalazzjoni mis-sitwazzjonijiet kollha tal-ħaddiema,

hemm tħassib dwar tossiċità akuta bħala konsegwenza ta' esponiment mill-inalazzjoni waqt il-produzzjoni ta' fwejjaħ (użu tal-benżin) u t-tindif tal-benżin mhux raffinat u tat-tankijiet tal-gażolina,

hemm tħassib dwar tossiċità minn dożi ripetuti u tossiċità ta' l-iżvilupp bħala konsegwenza ta' esponiment mill-inalazzjoni waqt il-produzzjoni ta' fwejjaħ (użu tal-benżin), it-tindif tal-benżin mhux raffinat u tat-tankijiet tal-gażolina, l-irkupru tal-benżin f'impjanti tal-kokk, id-distribuzzjoni tal-gażolina (mingħajr irkupru tal-fwar), f'funderiji (mingħajr ventilazzjoni lokali għall-exożt) u waqt produzzjoni, aktar ipproċessar u raffinerija,

hemm tħassib dwar il-fertilità bħala konsegwenza ta' esponiment mill-inalazzjoni waqt il-produzzjoni ta' fwejjaħ (użu tal-benżin), it-tindif tal-benżin mhux raffinat u tat-tankijiet tal-petrol u l-irkupru tal-benżin f'impjanti tal-kokk.

Il-benżin huwa faċilment assorbit wara l-inalazzjoni u l-kuntatt mal-ġilda. Il-piżijiet għall-intern tal-ġisem wara esponiment tal-ġilda huma ġeneralment baxxi minħabba l-evaporazzjoni rapida tal-benżin u jista' joħloq riskju biss esponiment fuq tul ta' żmien. Għal esponiment tal-ġilda fuq tul ta' żmien u esponiment mill-inalazzjoni f'livell taħt 1 ppm (3,2 mg/m3) l-uniku tħassib huwa dwar il-mutaġeniċità u l-karċinoġeniċità.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-KONSUMATURI hija

li hemm il-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar mutaġeniċità u karċinoġeniċità minn esponiment mill-inalazzjoni waqt l-użu ta' żebgħat ikkontaminati u minn aċċessorji għall-interjuri tal-karozzi.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT

hija li hemm il-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

tħassib dwar tossiċità minn dożi ripetuti, mutaġeniċità u karċinoġeniċità.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għas-SAĦĦA TAL-BNIEDEM (proprjetajiet fiżikokimiċi)

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar miżuri aktar minn dawk li qegħdin jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

B.   L-ambjent

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ATMOSFERA

hija li hemm il-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar il-kontribuzzjoni tal-benżin iżolat għall-formazzjoni ta' l-ożonu u sustanzi oħra ta' ħsara, eż. il-formazzjoni ta' l-ismogg.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-EKOSISTEMA AKKWATIKA

hija li hemm il-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar effetti fuq is-sistemi akkwatiċi lokali bħala konsegwenza ta' esponiment mill-produzzjoni u l-ipproċċessar tas-sustanza.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-EKOSISTEMA TERRESTRI

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar miżuri aktar minn dawk li qegħdin jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRANAĠĠ hija:

li hemm il-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar effetti fuq il-mikro-organiżmi fl-impjanti industrijali għat-trattament tad-dranaġġ ta' l-ilma fi 23 sit ta' produzzjoni, produzzjoni u pproċessar jew sempliċiment ipproċessar tas-sustanza.

STRATEĠIJA BIEX IKUNU LIMITATI R-RISKJI

Għall-ĦADDIEMA

Il-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-ħaddiema li bħalissa tinsab fis-seħħ fuq livell Komunitarju hija ġeneralment meqjusa li tipprovdi qafas xieraq biex jiġu limitati r-riskji tas-sustanzi rilevanti sa fejn meħtieġ, u għandha tapplika.

fi ħdan dan il-qafas huwa rakkomandat li:

il-Kumitat Xjentifiku tal-Kummissjoni dwar il-Limiti ta' Esponiment fuq ix-Xogħol (SCOEL) jirrevedi t-tagħrif ġdid li hemm fir-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju u jirrakkomanda jekk hemmx il-ħtieġa li jkunu riveduti l-OEL komunitarji attwali,

li jiġu kkunsidrati fuq livell Komunitarju restrizzjonijiet ta' l-użu tal-benżin bħala aġent ta' estrazzjoni fl-industrija tal-fwieħa fid-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KE li għandha x'taqsam mal-prodotti kożmetiċi (9).

Għall-KONSUMATURI

Il-miżuri leġiżlattivi eżistenti għall-ħarsien tal-konsumaturi, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet fid-Direttiva 76/769/KEE f'dak li għandu x'jaqsam ma' sustanzi CMR, u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/95/KE f'dak li għandu x'jaqsam ma' prodotti, huma kkunsidrati bħala biżżejjed biex jiġu indirizzati r-riskji għall-konsumaturi.

Għall-AMBJENT

Il-valutazzjoni tar-riskju identifikat sorsi oħrajn ta' emissjonijiet ta' benżin (minn benżin mhux iżolat, eż. fil-petrol u fi prodotti oħrajn tar-raffinerija), minbarra dawk mill-kimika prodotta jew impurtata. Il-ħtieġa biex jiġi kkunsidrat jekk hijiex meħtieġa ġestjoni addizzjonali tar-riskju tista' tiġi kkunsidrata l-aħjar permezz tad-Direttivi 98/70/KE (10) (il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil), 1999/13/KE (7)(l-emissjonijiet VOC minn solventi organiċi), 2000/69/KE (11) (il-valuri ta' limitu fl-arja ta' l-ambjent), 2001/81/KE (12) (il-livelli nazzjonali massimi ta' l-emissjonijiet ta' inkwinanti atmosferiċi) u 2002/3/KE (13) (l-ożonu fl-arja ambjentali) bl-użu tat-tagħrif fir-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju komprensiv.

Il-miżuri leġiżlattivi eżistenti għall-ħarsien ta' l-ambjent huma kkunsidrati bħala biżżejjed biex jiġu indirizzati r-riskji identifikati għall-atmosfera u għall-ambjent akkwatiku, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet fid-Direttiva 1999/13/KE (l-emissjonijiet VOC minn solventi organiċi), 2000/69/KE (il-valuri ta' limitu fl-arja ta' l-ambjent), 2001/81/KE (il-livelli nazzjonali massimi ta' l-emissjonijiet ta' inkwinanti atmosferiċi), 2002/3/KE (l-ożonu fl-arja ambjentali) u 2000/60/KE (14) (id-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma bil-benżin bħala sustanza ta' prijorità).

PARTI 3

CAS Nru: 994-05-8

Einecs Nru: 213-611-4

Formula Strutturali:

Image

Isem Einecs:

2-methoxy-2-methylbutane

Isem IUPAC:

2-methoxy-2-methylbutane

Rapporteur:

Il-Finlandja

Il-valutazzjoni tar-riskju hija bbażata fuq prattiki attwali relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza prodotta jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritti fil-valutazzjoni tar-riskju mibgħuta lill-Kummisjoni mill-Istat Membru Rapporteur.

Il-valutazzjoni tar-riskju ddeterminat, abbażi tat-tagħrif disponibbli, li fil-Komunità Ewropea s-sustanza tintuża primarjament bħala komponent għat-taħlit tal-petrol mingħajr ċomb standard.

Użijiet oħrajn huma bħala intermedjarju f'forma pura fuq is-sit stess.

VALUTAZZJONI TAR-RISKJU

A.   Is-saħħa tal-bniedem

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ĦADDIEMA, għall-KONSUMATURI u għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għas-SAĦĦA TAL-BNIEDEM (proprjetajiet fiżikokimiċi)

għall-bnedmin esposti mill-ambjent

hija li hemm il-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar kemm l-ilma ta' taħt l-art huwa tajjeb għax-xorb fir-rigward tat-togħma u r-riħa b'konsegwenza ta' esponiment minn tankijiet għall-ħżin ta' taħt l-art li jnixxu u tixrid minn mili żejjed tat-tankijiet għall-ħżin.

B.   L-ambjent

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ATMOSFERA u għall-EKOSISTEMA TERRESTRI

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-EKOSISTEMA AKKWATIKA (inkluż l-AMBJENT TAL-BAĦAR)

hija li hemm il-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar l-ekosistema akkwatika b'konsegwenza ta' esponiment minn rilaxxi intermittenti u kontinwi fl-ilma tal-wiċċ f'siti terminali l-aktar minn ilmijiet tal-qiegħ f'tankijiet għall-ħżin iżda wkoll sorsi oħrajn relatati ma' l-operazzjoni fuq it-terminal.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ILMA TA' TAĦT L-ART

hija li hemm il-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar kemm l-ilma ta' taħt l-art huwa tajjeb għax-xorb fir-rigward tat-togħma u r-riħa b'konsegwenza ta' esponiment minn tankijiet għall-ħżin ta' taħt l-art li jnixxu u tixrid minn mili żejjed tat-tankijiet għall-ħżin.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRANAĠĠ

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhux mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

(1)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/59/KE tas-6 ta' Awwissu 2001, li tadatta għall-progress tekniku għat-28 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi, (ĠU L 225, 21.8.2001, p. 30).

(2)  Ir-Rapport tal-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv, kif ukoll sommarju tiegħu, jistgħu jinsabu fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Uffiċċju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi:

http://ecb.jrc.it/existing-substances/

(3)  ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11.

(4)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50.

(5)  ĠU L 162, 20.6.2008.

(6)  ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.

(7)  ĠU L 85, 29.3.1999, p. 1.

(8)  Il-klassifikazzjoni tas-sustanza hija stabbilita mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE tad-29 ta' April 2004 li tadatta għall-progress tekniku għad-29 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi, (ĠU L 152, 30.4.2004, p. 1 amendat b' ĠU L 216, 16.6.2004, p. 3).

(9)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.

(10)  ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1; ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201; ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4; ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87; ĠU L 350, 28.12.1989, p. 58.

(11)  ĠU L 313, 13.12.2000, p. 12.

(12)  ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22.

(13)  ĠU L 67, 9.3.2002, p. 14.

(14)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 157/10

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: 2,3-epoxypropyltrimethylammonium chloride (EPTAC), (3-chloro-2-hydroxypropyl) trimethylammonium chloride (CHPTAC) u hexachlorocyclopentadiene

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 157/02)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta' sustanzi eżistenti (1) jinvolvi r-rappurtar tad-dejta, l-iffissar tal-prijoritajiet, il-valutazzjoni tar-riskju u, fejn meħtieġ, l-iżvilupp ta' strateġiji biex ikunu limitati r-riskji ta' sustanzi eżistenti.

Fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 is-sustanzi li ġejjin kienu identifikati bħala sustanzi ta' prijorità għall-valutazzjoni skond ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/97 (2) u (KE) Nru 2364/2000 (3) li jikkonċernaw rispettivament it-tielet u r-raba' lista ta' sustanzi ta' prijorità kif previst fir-Regolament (KEE) Nru 793/93:

2,3-epoxypropyltrimethylammonium chloride (EPTAC),

(3-chloro-2-hydroxypropyl) trimethylammonium chloride (CHPTAC),

hexachlorocyclopentadiene.

L-Istati Membri rapporteur maħtura skond dawk ir-Regolamenti temmew l-attivitajiet tal-valutazzjoni tar-riskji għall-bniedem u għall-ambjent għal dawk is-sustanzi skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 tat-28 ta' Ġunju 1994 li jistipula l-prinċipji għall-studju dwar ir-riskji lill-bniedem u l-ambjent ta' materjali eżistenti (4) u ssuġġerew strateġija biex ikunu limitati r-riskji skond ir-Regolament (KEE) Nru 793/93.

Il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u għall-Ambjent (SCHER) kien ikkonsultat u ħareġ opinjonijiet dwar l-valutazzjonijiet ta' riskju li saru mir-rapporteurs. Dawn l-opinjonijiet jistgħu jinsabu fuq il-websajt tal-Kumitat Xjentifiku.

L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 jistipula li r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġija proposta biex ikunu limitati r-riskji għandhom jiġu adottati fuq livell Komunitarju u ppubblikati mill-Kummissjoni. Din il-Komunikazzjoni, flimkien mar-Rakkomandazzjoni korrispondenti tal-Kummissjoni 2008/472/KE (5) (inkludi ref. għar-rakkomandazzjoni), tipprovdi r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju (6) u strateġiji biex ikunu limitati r-riskji għas-sustanzi msemmija hawn fuq.

Ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji biex ikunu limitati r-riskji li għalihom tipprovdi din il-komunikazzjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li twaqqaf skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93.

(1)  ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1.

(2)  ĠU L 25, 28.1.1997, p. 13.

(3)  ĠU L 273, 26.10.2000, p. 1

(4)  ĠU L 161, 29.6.1994, p. 3

(5)  ĠU L 162,20.6.2008.

(6)  Ir-Rapport tal-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv, kif ukoll sommarju tiegħu, jistgħu jinsabu fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Uffiċċju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi:

http://ecb.jrc.it/existing-substances/

ANNESS

PARTI 1

CAS Nru: 3033-77-0

Einecs Nru: 221-221-0

Formula Strutturali:

Image

Isem Einecs:

2,3-epoxypropyltrimethylammonium chloride

Isem IUPAC:

2,3-epoxypropyltrimethylammonium chloride

Rapporteur:

Finlandja

Klassifikazzjoni (1):

Xejn

Il-valutazzjoni tar-riskju hija bbażata fuq prattiki attwali relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza prodotta jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritti fil-valutazzjoni tar-riskju mibgħuta lill-Kummisjoni mill-Istat Membru Rapporteur (2).

Il-valutazzjoni tar-riskju ddeterminat, abbażi tat-tagħrif disponibbli, li fil-Komunità Ewropea s-sustanza tintuża primarjament bħala aġent ta' katjonizzazzjoni tal-lamtu fil-produzzjoni tal-karta.

Użijiet oħra huma fil-kwaternizzazzjoni tal-gwar (użat fil-manifattura tal-karta u tal-kartun għall-prodotti ta' l-ikel u bħala aġent għall-aggregazzjoni (flocculant) fl-industrija tal-minjieri), tad-derivattivi taċ-ċelluloża (miżjuda fil-kremi li jrattbu x-xagħar u fil-kremi emolljenti kożmetiċi) u tal-proteini.

VALUTAZZJONI TAR-RISKJU

A.   Is-saħħa tal-bniedem

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ĦADDIEMA

1.

hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar mutaġeniċità, karċinoġeniċità u sensibilizzazzjoni bħala konsegwenza ta' esponiment fis-sitwazzjonijiet kollha,

hemm tħassib dwar tossiċità minn dożi ripetuti bħala konsegwenza ta' esponiment waqt teħid ta' kampjuni u xogħol fil-laboratorju waqt il-produzzjoni ta' l-EPTAC.

2.

hija li hemm il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm il-ħtieġa għal tagħrif aqwa biex ikunu ikkaratterizzati b'mod aktar xieraq ir-riskji rigward it-tossiċità riproduttiva.

Ir-rekwiżiti ta' tagħrif huma test tal-fertilità fuq żewġ ġenerazzjonijiet u test tat-tossiċità ta' l-iżvilupp.

Madankollu, minħabba li l-EPTAC huwa karċinoġenu ġenotossiku, din il-proprjetà waħedha hija biżżejjed biex twassal għall-miżuri l-aktar stretti għall-ġestjoni tar-riskju fil-postijiet tax-xogħol. Għalhekk, mhux se jintalbu r-rekwiżiti għal aktar tagħrif għall-EPTAC.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-KONSUMATURI

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li l-esponiment huwa negliġibbli u għalhekk mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT

1.

hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar mutaġeniċità u karċinoġeniċità minħabba li l-EPTAC huwa identifikat bħala karċinoġen mingħajr valur ta' limitu. Madankollu, il-valutazzjoni tar-riskju tindika li r-riskji huma diġà baxxi ħafna. Dan għandu jitqies meta jiġi kkunsidrat kemm huma xierqa l-kontrolli eżistenti u kemm huma possibbli u prattikabbli aktar miżuri speċifiċi għat-tnaqqis tar-riskju.

2.

hija li hemm il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm il-ħtieġa għal tagħrif aqwa biex ikunu ikkaratterizzati b'mod xieraq ir-riskji rigward it-tossiċità riproduttiva.

Ir-rekwiżiti ta' tagħrif huma test tal-fertilità fuq żewġ ġenerazzjonijiet u test tat-tossiċità ta' l-iżvilupp.

Madankollu, l-esponiment huwa diġà baxx ħafna u minħabba li l-EPTAC huwa karċinoġenu ġenotossiku, din il-proprjetà waħedha hija biżżejjed biex twassal għall-miżuri l-aktar stretti għall-ġestjoni tar-riskju fil-postijiet tax-xogħol. Għalhekk, mhux se jintalbu r-rekwiżiti għal aktar tagħrif għall-EPTAC.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għas-SAĦĦA TAL-BNIEDEM (proprjetajiet fiżikokimiċi)

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

B.   L-Ambjent

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ATMOSFERA u għall-EKOSISTEMA TERRESTRI:

għall-EKOSISTEMA AKKWATIKA (inkluż l-ambjent tal-baħar)

hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar l-ilma tal-wiċċ u tas-sediment bħala konsegwenza ta' esponiment minn katjonizzazzjoni tal-lamtu bi proċess ta' tixrib fi skala lokali għal ħames siti.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRANAĠĠ

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

STRATEĠIJA BIEX IKUNU LIMITATI R-RISKJI

għall-ĦADDIEMA

Il-leġiżlazzjoni għall-ħarsien tal-ħaddiema li hija attwalment fis-seħħ fuq livell Komunitarju b'mod partikolari d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/37/KE (3) (id-Direttiva tal-Karċinoġeni u l-Mutaġeni) hija ġeneralment meqjusa li toffri qafas xieraq biex ikunu limitati r-riskji tas-sustanza sa fejn meħtieġ u għandha tapplika.

għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT

Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju rakkomandati għall-ħarsien ta' l-ambjent huma kkunsidrati bħala biżżejjed biex iħarsu lill-bnedmin esposti mill-ambjent.

PARTI 2

CAS Nru: 3327-22-8

Einecs Nru: 222-048-3

Formula Strutturali:

Image

Isem Einecs:

(3-chloro-2-hydroxypropyl) trimethylammonium chloride

Isem IUPAC:

(3-chloro-2-hydroxypropyl)trimethylammonium chloride

Rapporteur:

Finlandja

Klassifikazzjoni (4):

Xejn

Il-valutazzjoni tar-riskju hija bbażata fuq prattiki attwali relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza prodotta jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritti fil-valutazzjoni tar-riskju mibgħuta lill-Kummisjoni mill-Istat Membru Rapporteur (2).

Il-valutazzjoni tar-riskju ddeterminat, abbażi tat-tagħrif disponibbli, li fil-Komunità Ewropea s-sustanza tintuża primarjament bħala aġent ta' katjonizzazzjoni tal-lamtu fil-produzzjoni tal-karta.

Użijiet oħra huma fil-kwaternizzazzjoni tal-gwar (użat fil-manifattura tal-karta u tal-kartun għall-prodotti ta' l-ikel u bħala aġent għall-aggregazzjoni (flocculant) fl-industrija tal-minjieri), tad-derivattivi taċ-ċelluloża (miżjuda fil-kremi li jrattbu x-xagħar u fil-kremi emolljenti kożmetiċi) u tal-proteini.

Użijiet oħra magħrufa tas-CHPTAC huma bħala aġenti tal-mili, bħala materja prima fl-industrija taż-żebgħa u fis-sintesi ta' kimiċi oħra, bħall-karnitin, li jintuża fin-nutraċewtiċi.

VALUTAZZJONI TAR-RISKJU

A.   Is-saħħa tal-bniedem

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ĦADDIEMA

1.

hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar il-mutaġeniċità, il-karċinoġeniċità u s-sensibilizzazzjoni fis-sitwazzjonijiet kollha ta' l-użu bħala konsegwenza ta' esponiment għall-EPTAC minħabba l-bidla intenzjonata tas-CHPTAC fl-EPTAC waqt l-użu.

2.

hija li hemm il-ħtieġa għal aktar tagħrif. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm il-ħtieġa għal tagħrif aqwa biex ikunu ikkaratterizzati b'mod xieraq ir-riskji rigward il-mutaġeniċità u t-tossiċità riproduttiva tas-CHPTAC.

Madankollu, għandu jitqies li l-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju qegħdin jittieħdu diġà minħabba l-esponiment potenzjali għall-epichlorohydrin fil-manifattura tas-CHPTAC u l-epichlorohydrin huwa klassifikat bħala karċinoġen tal-kategorija 2.Miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għandhom jiġu applikati wkoll għaliex bidla intenzjonata tas-CHPTAC għall-EPTAC sseħħ fil-każijiet kollha ta' l-użu u għall-EPTAC hemm tħassib dwar il-karċinoġeniċità li għandha twassal għall-miżuri l-aktar stretti għall-ġestjoni tar-riskju. Meta jitqiesu l-miżuri stretti tal-ġestjoni tat-tnaqqis tar-riskju meħtieġa għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, ir-rekwiżiti għal aktar tagħrif dwar is-CHPTAC mhux se jintalbu.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-KONSUMATURI

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li l-esponiment huwa negliġibbli u għalhekk mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT

hija li hemm il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm il-ħtieġa għal tagħrif aqwa biex ikunu ikkaratterizzati b'mod xieraq ir-riskji rigward il-mutaġeniċità u t-tossiċità riproduttiva tas-CHPTAC.

Madankollu, minħabba li l-esponimenti huma stmati li huma baxxi ħafna mhux se jintalbu r-rekwiżiti għal aktar tagħrif għas-CHPTAC.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għas-SAĦĦA TAL-BNIEDEM (proprjetajiet fiżikokimiċi)

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

B.   L-ambjent

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ATMOSFERA u għall-EKOSISTEMA TERRESTRI:

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-EKOSISTEMA AKKWATIKA (inkluż l-ambjent tal-baħar)

hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar l-ilma tal-wiċċ u tas-sediment bħala konsegwenza ta' esponiment minn katjonizzazzjoni tal-lamtu bi proċess ta' tixrib fi skala lokali għal erba' siti.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRANAĠĠ

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

STRATEĠIJA BIEX IKUNU LIMITATI R-RISKJI

għall-ĦADDIEMA

Il-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-ħaddiema li bħalissa tinsab fis-seħħ fuq livell Komunitarju hija ġeneralment meqjusa li tipprovdi qafas xieraq biex jiġu limitati r-riskji tas-sustanzi sa fejn meħtieġ, u għandha tapplika.

PARTI 3

CAS Nru: 77-47-4

Einecs Nru: 201-029-3

Formula Strutturali:

Image

Isem Einecs:

Hexachlorocyclopentadiene

Isem IUPAC:

Hexachlorocyclopentadiene

Rapporteur:

L-Olanda

Klassifikazzjoni (5):

T+; R26

T; R24

Xn; R22

C; R34

N; R50/53

Il-valutazzjoni tar-riskju hija bbażata fuq prattiki attwali relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza prodotta jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritti fil-valutazzjoni tar-riskju mibgħuta lill-Kummisjoni mill-Istat Membru Rapporteur (2).

Il-valutazzjoni tar-riskju ddeterminat, abbażi tat-tagħrif disponibbli, li fil-Komunità Ewropea l-hexachlorocyclopentadiene huwa primarjament użat bħala prodott intermedjarju fil-produzzjoni tal-pestiċida endosulfan, u fis-sinteżi ta' l-aċidu HET li jintuża bħala kopolimer għall-produzzjoni ta' poliesteri u alkidresini li jwaqqfu t-tixrid tan-nar u li huma reżistenti għall-korrużjoni (eż., termoplastiks). Użijiet anqas importanti ta' l-HCCP huma bħala intermedjarju fil-produzzjoni ta' kisja speċjali, żebgħat u farmaċewtiċi.

Il-valutazzjoni tar-riskju identifikat sorsi oħra ta' esponiment għas-sustanza għall-bniedem u għall-ambjent, b'mod partikolari, formazzjoni mhux intenzjonata tal-hexachlorocyclopentadiene f'xi proċessi industrijali tas-semikundutturi, li ma jirriżultawx miċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza prodotta jew impurtata fil-Komunità Ewropea. Dan is-sors ġie vvalutat, iżda formazzjoni mhux intenzjonata tal-hexachlorocyclopentadiene fin-nirien ma ġietx ivvalutata.

VALUTAZZJONI TAR-RISKJU

A.   Is-saħħa tal-bniedem

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ĦADDIEMA

hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar effetti respiratorji u infjammazzjoni ta' l-ovarji b'konsegwenza ta' esponiment mill-inalazzjoni ripetuta li sseħħ waqt il-produzzjoni ta' pestiċidi u prodotti li jwaqqfu t-tixrid tan-nar, u l-użu ta' prodotti li fihom HCCP residwu.

hemm tħassib dwar infjammazzjoni ta' l-ovarji b'konsegwenza ta' esponiment ripetut tal-ġilda li sseħħ waqt il-produzzjoni ta' pestiċidi u prodotti li jwaqqfu t-tixrid tan-nar, u l-okkorrenza mhux intenzjonata ta' l-HCCP fl-industrija tas-semikondutturi.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-KONSUMATURI u għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għas-SAĦĦA TAL-BNIEDEM (proprjetajiet fiżikokimiċi)

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

B.   L-ambjent

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ATMOSFERA, għall-EKOSISTEMA AKKWATIKA u għall-EKOSISTEMA TERRESTRI

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRANAĠĠ

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

STRATEĠIJA BIEX IKUNU LIMITATI R-RISKJI

għall-ĦADDIEMA

Il-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-ħaddiema li bħalissa tinsab fis-seħħ fuq livell Komunitarju hija ġeneralment meqjusa li tipprovdi qafas xieraq biex jiġu limitati r-riskji tas-sustanzi rilevanti sa fejn meħtieġ, u għandha tapplika.

Fi ħdan dan il-qafas huwa rakkomandat li:

jiġu stabbiliti valuri ta' limitu għall-esponiment fuq il-post tax-xogħol għall-HCCP fuq livell Komunitarju skond id-Direttiva 98/24/KE (6).

(1)  Din is-sustanza kimika attwalment mhijiex inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE

(2)  Ir-Rapport tal-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv, kif ukoll sommarju tiegħu, jistgħu jinsabu fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Uffiċċju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi:

http://ecb.jrc.it/existing-substances/

(3)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50.

(4)  Din is-sustanza kimika attwalment mhijiex inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE

(5)  Il-klassifikazzjoni tas-sustanza hija stabbilita mid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/54/KE tat-30 ta' Lulju 1996 li tadatta għall-progress tekniku għat-tnejn-u-għoxrin darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi (ĠU L 248, 30.9.1996, p. 1).

(6)  ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11

21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 157/17

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 157/03)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

11.12.2007

Għajnuna Nru

N 217/07

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Freistaat Sachsen

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Signet Solar GmbH

Il-bażi legali

35. GA-Rahmenplan

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta, Allowance fiskali

L-Estimi

Baġit globali: EUR 24,5 miljun

L-intensità

50 %

It-tul ta' żmien

21.12.2006-31.12.2008

Setturi ekonomiċi

It-tagħmir elettriku u ottiku

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Sächsische Aufbaubank

Pirnaische Staße 9

D-01069 Dresden

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 157/18

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5151 — Boeing/Alenia NA/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 157/04)

Fit-3 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5151. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 157/19

Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

L-20 ta' Ġunju 2008

(2008/C 157/05)

1 euro=

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,5610

JPY

Yen Ġappuniż

167,83

DKK

Krona Daniża

7,4580

GBP

Lira Sterlina

0,78965

SEK

Krona Żvediża

9,3980

CHF

Frank Żvizzeru

1,6165

ISK

Krona Iżlandiża

125,32

NOK

Krona Norveġiża

8,0435

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,170

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

238,55

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7028

PLN

Zloty Pollakk

3,3660

RON

Leu Rumen

3,6745

SKK

Krona Slovakka

30,350

TRY

Lira Turka

1,9140

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6352

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5805

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

12,1853

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,0448

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1319

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 607,44

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,4622

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,7398

HRK

Kuna Kroata

7,2477

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 454,86

MYR

Ringgit Malażjan

5,0826

PHP

Peso Filippin

69,191

RUB

Rouble Russu

36,7740

THB

Baht Tajlandiż

52,005

BRL

Real Brażiljan

2,5048

MXN

Peso Messikan

16,0998

(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 157/20

Ħatra ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ

(2008/C 157/06)

Fis-7 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni ħatret lis-Sinjur Michael ALBERS fil-post ta' Uffiċjal tas-Smigħ, skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Mejju 2001 fuq it-termini ta' referenza ta' l-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti kazi ta' kompetizzjoni (ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21-24).

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 157/21

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

(2008/C 157/07)

Għajnuna Nru

XA 7003/08

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Comunidad Valenciana

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi għajnuna individwali

Ayudas a las inversiones de la industria agroalimentaria

Bażi ġuridika

Orden de 28 de diciembre de 2007, de la Consellería de Agricultura, Pesca y Alimentación, por la que se aprueban las bases de las ayudas a las inversiones en mejora de las condiciones de transformación y comercialización de los productos agrícolas y de la alimentación, para el período 2007/2013.

DOGV no 5672 de 3 de enero de 2008

http://www.docv.gva.es/portal/portal/2008/01/03/pdf/2007_15863.pdf

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont globali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-impriża

Skema ta' għajnuna

Ammont kumplessiv annwali

EUR 15 miljun

Self garantit

Għajnuna individwali

Ammont kumplessiv ta' l-għajnuna

Self garantit

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament

Iva

Data ta' l-implimentazzjoni

1.1.2008

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali

Sal-31.12.2013

Għan ta' l-għajnuna

Għajnuna lill-SMEs

Iva

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna lill-SMEs

Le

Għajnuna limitata għal setturi speċifiċi

Iva

It-tħaffir għall-faħam

Is-setturi kollha industrijali

jew

L-industrija ta' l-azzar

Il-bini ta' bastimenti

Il-fibri sintetiċi

L-industrija tal-vetturi

Setturi industrijali oħrajn

L-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli

Iva

Is-servizzi kollha

jew

Is-servizzi ta' trasport

Is-servizzi finanzjarji

Servizzi oħra

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Generalitat Valenciana

Consellería de Agricultura, Pesca y Alimentación

Director General de Empresas Agroalimentarias y Desarrollo del Medio Rural

C/ Amadeo de Saboya, no 2

E-46010 Valencia

Għotjiet kbar ta' għajnuna individwali

Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament

Iva

Valencia, it-8 ta' Jannar 2008

El Director General de Empresas Agroalimentarias y Desarrollo del Medio Rural

Fdo.: José Fco.Ferrando Ortra

Għajnuna Nru

XA 7004/08

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Wales

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Rural Development Plan for Wales — measure code 123: Adding Value to Agricultural and Forestry Products

Bażi ġuridika

Section 2(2) of the European Communities Act 1972 Article 4 of Commission Regulation (EC) No 70/2001

Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu ta' l-iskema jew ammont totali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża

Skema ta' għajnuna

Ammont kumplessiv annwali

Self garantit

GBP 6,80 miljun

Għajnuna individwali

Ammont kumplessiv ta' għajnuna

Self garantit

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament

Iva

Data ta' l-implimentazzjoni

12.2.2008

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali

Sat-30.6.2008

Għan ta' l-għajnuna

Għajnuna lill-SMEs

Iva

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna lill-SMEs

Le

Limitati għas-setturi speċifiċi

Iva

Minjieri tal-faħam

Il-qasam tal-manifattura kollha

jew

Azzar

L-industrija tal-bini tal-bastimenti

Il-fibri sintetiċi

Vetturi bil-mutur

Manifattura oħra

Is-servizzi kollha

jew

Servizzi ta' trasport

Servizzi finanzjarji

Servizzi oħra

L-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' oġġetti fl-Anness I

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Department for Rural Affairs

Welsh Assembly Government

Cathays Park

Cardiff Wales CF10 3NQ

United Kingdom

Għotjiet kbar ta' għajnuna individwali

Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament

Iva

Nru ta' l-għajnuna

XA 7005/08

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Friuli Venezia Giulia

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem tal-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali

Regolamento recante criteri e modalità applicabili nella concessione di aiuti ad imprese per investimenti inerenti la trasformazione e commercializzazione di prodotti agricoli

Bażi ġuridika

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija

Skema ta' għajnuna

Ammont totali annwali

EUR 2 miljuni

Self iggarantit

Għajnuna individwali

Ammont totali ta' għajnuna

Self iggarantit

Intensità massima ta' l-għajnuna

F'konformità ma' l-Artikoli 4(2) sa (6) u 5 tar-Regolament

Iva

Data ta' l-implimentazzjoni

1.1.2008

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għotja ta' għajnuna individwali

30.6.2008

L-għan ta' l-għajnuna

Għajnuna lill-SMEs

Iva

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha li huma eliġibbli għall-għajnuna lill-SMEs

Iva

Għajnuna limitata għal ċerti setturi

Iva

It-tħaffir għall-faħam

L-industrija tal-manifattura

jew

L-azzar

Il-bini ta' vapuri

Il-fibri sintetiċi

Il-karozzi

L-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti agrikoli

Iva

Is-servizzi kollha

jew

Is-servizzi tat-trasport

Is-servizzi finanzjarji

Servizzi oħrajn

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajuna

Regione Autonoma Friuli Venezia Giulia

Direzione centrale risorse agricole, naturali, forestali e montagna

Servizio investimenti aziendali e sviluppo agricolo

Via Sabbadini, 31

I-33100 Udine

Għotjiet kbar ta' għajnuna individwali

Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament

Iva

21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 157/24

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 157/08)

Numru XA: XA 23/08

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Provincia autonoma di Bolzano

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-benefiċjarju ta' għajnuna individwali: Criteri e modalità per la concessione di aiuti in favore del settore zootecnico

Bażi ġuridika: Articolo 5, commi 4, 5 e 7 della legge provinciale 14 dicembre 1999, n. 10, e successive modifiche

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont annwali kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 3 500 000

Intensità massima ta' l-għajnuna: 70 % u 100 %

Data ta' applikazzjoni:

Tul ta' żmiem ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Sal-31.12.2013

L-għan ta' l-għajnuna: L-Artikolu 15(2)(d) u l-Artikolu 16(1)(a) u (b)

Settur(i) konċernat(i): Trobbija ta' bovini għall-ħalib, bovini oħra, żwiemel u equidae oħra, ovini u kaprini, suwini u tjur

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Provincia autonoma di Bolzano

ripartizione provinciale Agricoltura

via Brennero, 6

I-39100 Bolzano

Sit ta' l-Internet: http://www.provincia.bz.it/agricoltura/publ/publ_getreso.asp?PRES_ID=94007

Il direttore di ripartizione

Dr. Martin PAZELLER

Numru XA: XA 35/08

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Friuli Venezia Giulia

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem tal-kumpanija li tirċievi l-għotja ta' għajnuna individwali: Regime di aiuto: Regolamento recante criteri e modalità applicabili nella concessione degli aiuti ad imprese per investimenti inerenti la produzione primaria, erogabili ai sensi della legge regionale 20 novembre 1982, n. 80

Bażi ġuridika: Delibera di Giunta regionale n. 3063 del 7 dicembre 2007

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija L-ispiża globali annwali taħt l-iskema: EUR 1 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna: 60 %

Data ta' l-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' identifikazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali mogħtija: Sal-31.12.2013

L-għan ta' l-għajnuna: Għajnuna lill-SMEs

Settur(i) konċernat(i): Kodiċi NACE: A001 — Agrikoltura, kaċċa u attivitajiet ta' servizzi relatati

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajuna:

Regione autonoma Friuli Venezia Giulia

Direzione centrale risorse agricole, naturali, forestali e montagna

Servizio investimenti aziendali e sviluppo agricolo

Via Sabbadini, 31

I-33100 Udine

Websajt: http://www.regione.fvg.it/asp/delibereinternet/DGR3063_12_11_07_1_34_52_PM.pdf

Tagħrif ieħor: L-għajnuna hija maħsuba biex tappoġġa lill-investiment minn SMEs fil-produzzjoni primarja.

L-għajnuna se tingħata skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

L-ispejjeż eliġibbli huma dawk previsti fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

L-intensità ta' l-għajnuna tvarja bejn 40 % u 60 %, skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Per il direttore del Servizio investimenti aziendali e sviluppo agricolo

Il direttore centrale

dott. Augusto VIOLA

Numru XA: XA 89/08

Stat Membru: Il-Belġju

Reġjun: Vlaanderen

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem tal-kumpanija benefiċjarja ta' għajnuna individwali: Vlaamse Rundveeteelt Vereniging vzw

Bażi ġuridika: Decreet van 21 december 2007 houdende de algemene uitgavenbegroting van de Vlaamse Gemeenschap voor het begrotingsjaar 2008

Koninklijk besluit van 23 september 1971 betreffende de verbetering van het rundveeras

Ministerieel besluit van 27 februari 1991 betreffende de verbetering van het rundveeras

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew l-ammont annwali kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 1 194 000

Intensità massima ta' l-għajnuna: Sa 100 % ta' l-ispejjeż amministrattivi għall-istabbiliment u ż-żamma ta' reġistri tal-bhejjem.

Sa 70 % ta' l-ispejjeż tat-testijiet imwettqa minn partijiet terzi, jew f'isimhom, biex jiddeterminaw il-kwalità ġenetika jew ir-rendiment ta' l-annimali; ma hemm l-ebda eżenzjoni għall-għajnuna mogħtija biex tkopri l-ispejjeż tal-kontrolli mwettqa minn sid l-annimali jew għall-kontrolli ta' rutina fuq il-kwalità tal-ħalib

Data ta' l-implimentazzjoni: L-għajnuna tista' tingħata mill-1 ta' Marzu u, l-aktar kmieni, 15-il juma wara t-tressiq ta' applikazzjoni.

L-għajnuna tista' tingħata permezz ta' digriet ta' implimentazzjoni. Dawn id-digrieti jitfasslu kull sena. Għad irid jitfassal abbozz ta' digriet ta' implimentazzjoni, li sejjer jinkludi klawżola “standstill”

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: L-għajnuna sejra tingħata fil-perjodu sal-31.12.2008

Għan ta' l-għajnuna: Vlaamse Rundveevereniging (VRV) hija assoċjazzjoni rikonoxxuta li żżomm ir-reġistri tal-bhejjem għal diversi razez ta' bovini. Tindika li sejra tuża l-għajnuna biex tħallas l-ispejjeż amministrattivi ta' l-istabbiliment u ż-żamma ta' reġistri tal-bhejjem, it-tniżżil f'database tat-twelid u r-reġistri ġenealoġiċi, u l-produzzjoni u l-ħruġ ta' ċertifikati żootekniċi u ta' nisel (pedigree).

Il-VRV twettaq ukoll testijiet biex tiddetermina l-kwalità ġenetika jew ir-rendiment ta' l-annimali tat-tnissil. Dawn it-testijiet jirrelataw mal-kwalità tal-ħalib.

Din il-miżura qed tingħata skond l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, u tissodisfa l-kriterji tiegħu.

L-Artikolu 16(1)(a): għajnuna sa rata ta' 100 % biex tkopri l-ispejjeż amministrattivi ta' l-istabbiliment u ż-żamma ta' reġistri tal-merħliet.

L-Artikolu 16(1)(b): għajnuna sa rata ta' 70 % ta' l-ispejjeż għal testijiet imwettqa minn partijiet terzi, jew f'isimhom, biex jiddeterminaw il-kwalità ġenetika jew ir-rendiment ta' l-annimali, għajr il-kontrolli mwettqa minn sid l-annimali u l-kontrolli ta' rutina fuq il-kwalità tal-ħalib

Settur(i) konċernat(i): L-annimali

Isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Departement Landbouw en Visserij

Duurzame Landbouwontwikkeling

Ellips, 6e verdieping

Koning Albert II laan 35, bus 40

B-1030 Brussel

Indirizz virtwali: http://www2.vlaanderen.be/ned/sites/landbouw/info/steun/eu.html

Tagħrif ieħor: —

Jules Van Liefferinge

Secretaris-generaal

Numru XA: XA 93/08

Stat Membru: L-Estonja

Reġjun: L-Estonja

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem tal-kumpanija benefiċjarja ta' għajnuna individwali: Põllumajandusloomade aretustoetus

Bażi ġuridika:

1)

Maaelu ja põllumajandusturu korraldamise seadus § 45 lõige 3 ja § 58 lõige 1;

2)

Põllumajandusministri 18.01.2005. a määrus nr 6 “Põllumajandusloomade aretustoetuse saamiseks esitatavad nõuded ning toetuse taotlemise ja taotluse menetlemise kord”

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew l-ammont annwali kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EEK 20 000 000 fis-sena

Intensità massima ta' l-għajnuna: 70 %

Data ta' l-implimentazzjoni:

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Frar 2008 — Diċembru 2011

Għan ta' l-għajnuna: Is-settur tal-bhejjem.

L-għajnuna qed tingħata skond l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

L-infiq eliġibbli huwa dak għaż-żamma ta' reġistri tal-bhejjem jew tat-tnissil (pedigree) u t-twettiq ta' testijiet tar-rendiment jew il-valutazzjoni tal-valur ġenetiku.

L-għajnuna tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti lill-produtturi

Settur(i) konċernat(i): It-trobbija ta' annimali bovini, żwiemel, ngħaġ u tjur

Isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet

Narva mnt 3

EE-51009 Tartu

Indirizz(i) virtwali: https://www.riigiteataja.ee/ert/act.jsp?id=840380

http://eoigus.just.ee/?act=6&subact=1&OTSIDOC_W=208300

Tagħrif ieħor: —

Numru XA: XA 97/08

Stat Membru: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Reġjun: Freistaat Sachsen

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Förderrichtlinie des Sächsischen Staatsministeriums für Umwelt und Landwirtschaft zur Absatzförderung der Land- und Ernährungswirtschaft (RL AbsLE)

Bażi ġuridika: Förderrichtlinie des Sächsischen Staatsministeriums für Umwelt und Landwirtschaft zur Absatzförderung der Land- und Ernährungswirtschaft (RL AbsLE)

Haushaltsordnung des Freistaates Sachsen (Sächsische Haushaltsordnung — SäHO)

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew l-ammont kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 0,84 miljun kull sena

Intensità massima ta' l-għajnuna:

sa massimu ta' 80 % għall-parteċipazzjoni f'avvenimenti u attivitajiet, bħall-fieri tan-negozju, il-wiri tal-prodotti, is-swieq, eċċ.,

sa 100 % għas-seminars u għall-korsijiet tat-taħriġ,

sa 80 % għar-riċerka dwar il-qagħda tas-suq u dwar il-kunċetti ta' kummerċjalizzazzjoni għall-programmi ta'kwalità,

sa 50 % għad-dħul tas-sistemi ta' tmexxija

Data ta' l-implimentazzjoni:

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għotja ta' l-għajnuna individwali:

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-impriżi agrikoli għall-promozzjoni tan-negozju u għall-kummerċjalizzazzjoni fil-Komunità. Din l-għajnuna lill-SMEs qed tingħata fi ħdan il-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 skond:

l-Artikolu 14 (Għajnuna sabiex titħeġġeġ il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità tajba) b'mod speċjali għall-attivitajiet ta' riċerka dwar is-suq, għall-ħolqien tal-prodotti u d-disinjar tagħhom, għad-dħul ta' sistemi għall-iżgurar tal-kwalità li jinkludu ċertifikazzjoni inizjali bħas-serje ta' l-ISO 9000 jew 14000; l-għajnuna tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma tinvolvi l-ebda ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi, u wieħed m'għandux għalfejn ikun imsieħeb fl-għaqdiet li qed jimplimentaw l-iskema sabiex ikun jista' jgawdi minn dawn is-servizzi,

l-Artikolu 15 (Il-forniment ta' appoġġ tekniku fil-qasam agrikolu) b'mod speċjali għall-edukazzjoni u t-taħriġ, għall-parteċipazzjoni fil-fieri tan-negozju u fil-wirjiet (il-ħlas għall-parteċipazzjoni, l-ispejjeż tal-pubblikazzjonijiet, il-kiri tal-post tal-wirja), għat-tixrid ta' l-għarfien xjentifiku f'forma li tinftiehem b'mod ġenerali, tat-tagħrif fattwali dwar sistemi rrikonoxxuti ta' kwalità u tat-tagħrif ġenerali fattwali dwar il-prodotti, għall-pubblikazzjonijiet li jinkludu tagħrif fattwali indipendenti dwar il-produtturi ta' reġjun partikulari jew li jipproduċu prodott partikulari, servizz li huwa miftuħ għal kulħadd; l-għajnuna tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma tinvolvi l-ebda ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi, u wieħed m'għandux għalfejn ikun imsieħeb fl-għaqdiet li qed jimplimentaw l-iskema sabiex ikun jista' jgawdi minn dawn is-servizzi

Settur(i) konċernat(i): L-agrikoltura — Il-produzzjoni primarja tal-prodotti mniżżlin fl-Anness I tat-Trattat

Isem u l-indirizz ta' l-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Sächsische Landesanstalt für Landwirtschaft

August-Böckstiegel-Straße 1

D-01326 Dresden

Sit ta' l-internet: http://www.smul.sachsen.de/de/wu/aktuell/foerderung/5_1045.htm

Għal aktar tagħrif:

Sächsisches Staatsministerium für Umwelt und Landwirtschaft

Referat 23 „Förderstrategie“

Postanschrift: D-01076 Dresden

Tel. (49) 351 564 68 47

Trepmann

Referatsleiter

V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 157/27

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5218 — Altor Fund II/Akers Group)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 157/09)

1.

Fis-16 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Fund II (“Altor”, l-Iżvezja) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' l-impriża Åkers group (“Åkers”, l-Iżvezja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża Altor: ekwità privata,

għall-impriża Åkers: il-manifattura u d-distribuzzjoni ta' ċilindri użati fl-industrija ta' l-azzar u l-aluminju għal prodotti rolled u ta' l-azzar u ta' l-aluminju.

3.

Wara l-ewwel valutazzjoni, il-Kummissjoni tara li t-tranżazzjoni mmodifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-avviż ta-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jkun innotat li dan il-każ huwa jista' jiġi kkunsidrat għal trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5218 — Altor Fund II/Akers Group fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.

21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 157/28

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5207 — Stena/Ballingslöv)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 157/10)

1.

Fit-13 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika għal konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Stena Adactum AB(“Stena”, l-Iżvezja), sussidjarja kollha kemm hi ta' Stena AB li hija l-proprjetà ta' Stena Sphere, takkwista fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll ta' l-intier ta' l-impriża Ballingslöv International AB (“Ballingslöv”, l-Iżvezja) permezz ta' akkwist ta' l-ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Stena Adactum: kumpanija ta' investiment,

għal Ballingslöv: kumpanija attiva fis-suq tal-produzzjoni ta' tagħmir għall-kċejjen, kmamar tal-banju u ħażna.

3.

Wara eżaminazzjoni prelimiari, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5207 — Stena/Ballingslöv, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.