ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 147

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
13 ta' Ġunju 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 147/01

Bidu ta' proċeduri (Każ COMP/M.4989 — Ålö/MX) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 147/02

Rata tal-kambju ta' l-euro

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 147/03

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju ( 1 )

3

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Kummissjoni

2008/C 147/04

Avviż ta' bidu ta' proċedura ta' l-anti-dumping li tikkonċerna importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġina fl-Istati Uniti ta' l-Amerika

5

2008/C 147/05

Avviż ta' ftuħ ta' proċedura kontra s-sussidju fir-rigward ta' l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġina mill-Istati Uniti ta' l-Amerika

10

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2008/C 147/06

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5166 — Danfoss/Sauer-Danfoss) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

15

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

13.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 147/1


Bidu ta' proċeduri

(Każ COMP/M.4989 — Ålö/MX)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 147/01)

Fid-9 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta' hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta' investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 — 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4989 — Ålö/MX, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

DĠ Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

Rue Joseph II/Jozef II-straat 70

B-1000 Brussell


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

13.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 147/2


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

It-12 ta' Ġunju 2008

(2008/C 147/02)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,5417

JPY

Yen Ġappuniż

166,08

DKK

Krona Daniża

7,4576

GBP

Lira Sterlina

0,79120

SEK

Krona Żvediża

9,3805

CHF

Frank Żvizzeru

1,6112

ISK

Krona Iżlandiża

120,92

NOK

Krona Norveġiża

8,0375

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,331

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

246,78

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7023

PLN

Zloty Pollakk

3,3915

RON

Leu Rumen

3,6650

SKK

Krona Slovakka

30,320

TRY

Lira Turka

1,9350

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6495

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5806

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

12,0393

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,0564

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1280

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 596,43

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,2840

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,6493

HRK

Kuna Kroata

7,2480

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 376,35

MYR

Ringgit Malażjan

5,0518

PHP

Peso Filippin

68,552

RUB

Rouble Russu

36,6100

THB

Baht Tajlandiż

51,107

BRL

Real Brażiljan

2,5307

MXN

Peso Messikan

16,0452


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

13.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 147/3


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 147/03)

Għajnuna Nru

XS 98/08

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Vlaams Gewest

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Besluit van de Vlaamse Regering tot toekenning van strategische investerings- en opleidingssteun aan ondernemingen in het Vlaamse Gewest

Bażi legali

Besluit van de Vlaamse Regering tot toekenning van strategische investerings- en opleidingssteun aan ondernemingen in het Vlaamse Gewest.

(Enkel de bepalingen inzake investeringssteun aan kleine en middelgrote ondernemingen zijn vrijgesteld op basis van Verordening 70/2001. De andere bepalingen zijn vrijgesteld op basis van Verordeningen 1628/2006 en 68/2001.)

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

L-Estimi

Baġit annwali: EUR 30 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

18.4.2008

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Objettiv ta' l-għajnuna

Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għall-intrapriżi żgħar jew medji

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Vlaamse Overheid — Agentschap Economie

Koning Albert II-laan 35, bus 12

B-1030 Brussel


Għajnuna Nru

XS 99/08

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Południowo-zachodni — woj. Opolskie

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Solagro Sp. z o.o.

Bażi legali

1)

Art. 6 ustawy z dnia 29 lipca 2005 r. o niektórych formach wspierania działalności innowacyjnej (Dz.U. nr 179, poz. 1484, z późn. zm.)

2)

Umowa kredytu technologicznego nr 07/1429 udzielonego ze środków Funduszu Kredytu Technologicznego zawarta w dniu 29 kwietnia 2008 r.

Tip ta' miżura

Ad hoc

L-Estimi

Baġit globali: EUR 530 615,205

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

29.4.2008

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

20.1.2014

Objettiv ta' l-għajnuna

Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għall-intrapriżi żgħar jew medji

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Bank Gospodarstwa Krajowego

Al. Jerozolimskie 7

PL-00-955 Warszawa


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Kummissjoni

13.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 147/5


Avviż ta' bidu ta' proċedura ta' l-anti-dumping li tikkonċerna importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġina fl-Istati Uniti ta' l-Amerika

(2008/C 147/04)

Il-Kummissjoni rċeviet ilment skond l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), li jallega li l-importazzjonijiet tal-bijodiżil, li joriġinaw fl-Istati Uniti ta' l-Amerika (“il-pajjiż ikkonċernat”), qegħdin ikunu l-oġġett ta' dumping u b'hekk qegħdin joħolqu ħsara materjali lill-industrija Komunità.

1.   L-ilment

L-ilment tressaq fid-29 ta' April 2008 mill-European Biodiesel Board (“il-kwerelant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f'dan il-każ ta' aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Komunità ta' bijodiżil.

2.   Il-prodott

Il-prodott li allegatament huwa l-oġġett ta' dumping huwa fatty acid monoalkyl esters u/jew paraffinic gasoils minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux fossili (spiss magħruf bħala “bijodiżil”), kemm jekk f'forma pura kif ukoll jekk f'taħlita, użat fil-biċċa l-kbira imma mhux esklussivament bħala karburant li jista' jiġġedded li joriġina fl-Istati Uniti ta' l-Amerika (“il-prodott ikkonċernat”) normalment iddikjarat fi ħdan il-kodiċi tan-NM 3824 90 91, ex 3824 90 97, ex 2710 19 41, ex 1516 20 98, ex 1518 00 91, ex 1518 00 99. Dawn il-kodiċijiet NM qed jingħataw biss bħala informazzjoni.

3.   L-allegazzjoni ta' dumping

L-allegazzjoni ta' dumping fir-rigward ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika hija bbażata fuq paragun ta' valur normali stabbilit fuq il-bażi ta' prezzijiet domestiċi, bil-prezzijiet ta' esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

Fuq din il-bażi, il-marġini ta' dumping ikkalkulat huwa sinifikanti.

4.   L-allegazzjoni ta' ħsara

Il-kwerelant ipprovda evidenza li importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Istati Uniti ta' l-Amerika żdiedu b'mod totali f'termini assoluti u f'termini ta' sehem mis-suq.

Qed jiġi allegat li l-volumi u l-prezzijiet tal-prodott importat ikkonċernat ħallew, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq is-sehem mis-suq li kellha l-industrija tal-Komunità u l-livell ta' prezzijiet applikati minnha, li rriżultaw f'effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni globali u l-qagħda finanzjarja ta' l-industrija tal-Komunità.

Qed jiġi allegat ukoll li l-kompetizzjoni inġusta mill-Istati Uniti ta' l-Amerika qed tikkawża dewmien materjali tat-twaqqif ta' l-industrija tal-Komunità li tinsab fi stadju bikri ħafna ta' żvilupp.

5.   Il-Proċedura

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Komunità jew f'isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta' proċediment, il-Kummissjoni permezz ta' dan ta' hawn qed tagħti bidu għal investigazzjoni skond l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

5.1.   Il-proċedura għad-determinazzjoni ta' dumping u ta' ħsara

L-investigazzjoni għandha tiddetermina jekk il-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Istati Uniti ta' l-Amerika huwiex l-oġġett ta' dumping u jekk dan id-dumping ikkawżax ħsara.

(a)   It-teħid ta' kampjuni

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta' partijiet involuti f'dan il-proċediment, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tapplika t-teħid ta' kampjuni skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(i)   It-teħid ta' kampjuni għall-esportaturi/produtturi fl-Istati Uniti ta' l-Amerika

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk inhu minnu, biex tkun tista' tagħżel kampjun, l-esportaturi/il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, permezz ta' dan qed jintalbu jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom, fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u skond il-format indikat fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-fax u l-persuna ta' kuntatt,

il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f'tunnellati metriċi tal-prodott ikkonċernat (2) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2007 sal-31 ta' Marzu 2008,

il-fatturat fil-munita lokali u l-volum ta' bejgħ f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ fis-suq domestiku matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2007 u l-31 ta' Marzu 2008,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott ikkonċernat (b'mod partikolari jekk jogħġbok iddikjara jekk il-kumpanija tipproduċix u/jew tħallatx il-bijodiżil),

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (3) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (għall-esportazzjoni u/jew fis-suq domestiku) tal-prodott ikkonċernat,

kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti li tista' tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Meta tipprovdi l-informazzjoni ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan se jimplika li trid twieġeb kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni fuq il-post tat-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.

Minbarra dan, sabiex tikiseb l-informazzjoni li tqis bħala meħtieġa għall-għażla tal-kampjuni ta' l-esportaturi/produtturi, il-Kummissjoni għandha tikkuntattja lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur, u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' esportaturi/produtturi.

Minħabba li kumpanija ma tistax tkun ċerta li se tintgħażel għall-kampjun, l-esportaturi/il-produtturi li jixtiequ jitolbu marġini individwali skond l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku qed jingħataw il-parir li jitolbu kwestjonarju fil-limitu ta' żmien previst fil-punt 6 (a)(i) ta' dan l-avviż, u jirreġistraw it-talba tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6 (a)(ii) l-ewwel paragrafu ta' dan l-avviż. Madankollu, qed tinġibed l-attenzjoni għall-aħħar sentenza tal-punt 5.1(b) ta' dan l-avviż.

(ii)   It-teħid ta' kampjuni għall-importaturi

Biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma permezz ta' dan ta' hawnhekk mitluba li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-fax u l-persuna ta' kuntatt,

il-fatturat totali f'euro tal-kumpanija matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2007 u l-31 ta' Marzu 2008,

l-għadd totali ta' impjegati,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott ikkonċernat,

il-volum f'tunnellati u l-valur f'euro ta' importazzjonijiet u bejgħ mill-ġdid magħmula fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu mill-1 ta' April 2007 sal-31 ta' Marzu 2008 tal-prodott importat ikkonċernat li joriġina mill-Istati Uniti ta' l-Amerika,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (3) involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat,

kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti li tista' tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Meta tipprovdi l-informazzjoni ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan se jimplika li trid twieġeb kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni fuq il-post tat-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.

Minbarra dan, biex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta' importaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi.

(iii)   It-teħid ta' kampjuni għal produtturi tal-Komunità

Minħabba l-għadd kbir ta' produtturi tal-Komunità li appoġġjaw l-ilment, il-Kummissjoni biħsiebha tinvestiga l-ħsara lill-industrija tal-Komunità billi tieħu kampjuni.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-produtturi kollha tal-Komunità, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba li jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar il-kumpanija jew kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-fax u l-persuna ta' kuntatt,

il-fatturat totali f'euro tal-kumpanija matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2007 u l-31 ta' Marzu 2008,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott ikkonċernat (b'mod partikolari jekk jogħġbok iddikjara jekk il-kumpanija tipproduċi u/jew tħallat il-bijodiżil.

il-valur tal-bejgħ f'euro tal-prodott ikkonċernat (2) magħmul fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu mill-1 ta' April 2007 sal-31 ta' Marzu 2008,

il-volum ta' bejgħ f'tunnellati metriċi tal-prodott ikkonċernat li sar fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu mill-1 ta' April 2007 sal-31 ta' Marzu 2008,

il-volum ta' produzzjoni f'tunnellati metriċi tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta' April 2007 sal-31 ta' Marzu 2008,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (3) involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat,

kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti li tista' tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Meta tipprovdi l-informazzjoni ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan se jimplika li trid twieġeb kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni fuq il-post tat-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.

(iv)   L-għażla finali tal-kampjuni

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu kwalunkwe informazzjoni rilevanti rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fit-terminu stipulat fil-punt 6(b)(ii).

Il-Kummissjoni biħsiebha tagħmel l-għażla finali tal-kampjuni wara li tkun ikkonsultat il-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jiġu inklużi fil-kampjun.

Il-kumpaniji inklużi fil-kampjun għandhom iwieġbu għall-kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stabbilit fil-punt 6(b)(iii) u għandhom jikkooperaw fi ħdan il-qafas ta' l-investigazzjoni.

Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista' tibbaża s-sejbiet tagħha, skond l-Artikoli 17(4) u 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-fatti disponibbli. Sejba bbażata fuq fatti disponibbli tista' tkun anqas vantaġġuża għall-parti kkonċernata, kif spjegat fil-punt 8.

(b)   Il-kwestjonarji

Biex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-industrija tal-Komunità magħżula bħala kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' produtturi fil-Komunità, lill-esportaturi/produtturi fl-Istati Uniti ta' l-Amerika magħżula bħala kampjun, lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' esportaturi/produtturi, lill-importaturi magħżula bħala kampjun, lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ta' esportazzjoni kkonċernat.

Esportaturi/produtturi fl-Istati Uniti ta' l-Amerika li jagħmlu talba għal marġini individwali, bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 17(3) u 9(6) tar-Regolament bażiku, iridu jressqu kwestjonarju komplut fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(ii) ta' dan l-avviż. Għalhekk għandhom jagħmlu talba għal kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(i). Madankollu, dawn il-partijiet għandhom ikunu konxji li jekk it-teħid ta' kampjuni jiġi applikat lill-esportaturi/produtturi, il-Kummissjoni tista' xorta waħda tiddeċiedi li ma tikkalkulax marġini individwali għalihom, jekk l-għadd ta' esportaturi/produtturi tant ikun kbir li eżami individwali jkun ta' piż bla bżonn u jxekkel it-tlestija fil-ħin ta' l-investigazzjoni.

(c)   Il-ġabra ta' l-informazzjoni u s-smigħ ta' seduti

Il-partijiet kollha interessati huma permezz ta' dan ta' hawnhekk mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu informazzjoni barra mit-tweġibiet għall-kwestjonarju u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Din l-informazzjoni u l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(ii).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, bil-kondizzjoni li dawn jagħmlu talba fejn juru li hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. Din it-talba trid issir fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii).

5.2.   Il-proċedura għall-valutazzjoni ta' l-interess tal-Komunità

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku u fil-każ li l-allegazzjonijiet ta' dumping u ħsara kkawżati minħabba f'hekk ikunu sostanzjati, għandha tintlaħaq deċiżjoni dwar jekk l-adozzjoni ta' miżuri ta' l-anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Komunità. għal din ir-raġuni il-Kumissjoni tista' tibgħat kwestjonarji lill-industrija magħrufa tal-Komunità, l-importaturi, l-assoċjazzjonijiet rappreżentanti tagħhom, l-utenti rappreżentanti u l-organizzazzjonijiet rappreżentanti tal-konsumatur. Partijiet bħal dawn, inklużi dawk li ma tafx dwarhom il-Kummissjoni, bil-kondizzjoni li jagħtu prova li hemm rabta oġġettiva bejn l-attività tagħhom u l-prodott ikkonċernat, jistgħu, fil-limiti ġenerali ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(ii), jippreżentaw ruħhom u jipprovdu l-Kummissjoni bl-informazzjoni. Il-partijiet li aġixxew b'konformità mas-sentenza preċedenti jistgħu jitolbu smigħ filwaqt li jistipulaw ir-raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii). Ta' min jinnota li kwalunkwe informazzjoni mressqa skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku se titqies biss jekk tkun sostnuta minn evidenza fattwali fil-mument meta titressaq.

6.   Il-limiti ta' żmien

(a)   Il-limiti ġenerali ta' żmien

(i)   Biex il-partijiet jitolbu kwestjonarju

Il-partijiet kollha interessati għandhom jitolbu kwestjonarju malajr kemm jista' jkun, iżda mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(ii)   Għall-partijiet biex jippreżentaw ruħhom, biex jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kwalunkwe informazzjoni oħra

Il-partijiet interessati kollha, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom għandhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, għandhom jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, iressqu l-opinjonijiet tagħhom u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kwalunkwe informazzjoni oħra fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. L-esportaturi/il-produtturi kollha kkonċernati minn dan il-proċediment, li jixtiequ japplikaw għal eżami individwali skond l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, iridu jressqu wkoll tweġiba għall-kwestjonarju fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjal ta' l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Qed tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċitar tal-biċċa l-kbira tad-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta ruħha matul il-perjodu msemmi qabel.

Il-kumpaniji magħżula f'kampjun għandhom iressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarji fil-limiti ta' żmien speċifikat fil-punt 6(b)(iii).

(iii)   Is-seduti

Il-partijiet interessati kollha jistgħu wkoll japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 40 jum.

(b)   Il-limitu speċifiku ta' żmien fir-rigward tat-teħid ta' kampjuni

(i)

L-informazzjoni speċifikata fil-punti 5.1(a)(i), 5.1(a)(ii) u 5.1(a)(iii) għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, fid-dawl li l-Kummissjoni biħsiebha tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jkunu inklużi fil-kampjun fl-għażla finali tagħha fi żmien perjodu ta' 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(ii)

Kull informazzjoni rilevanti oħra għall-għażla tal-kampjun kif imsemmi fil-punt 5.1(a)(iv) għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien perjodu ta' 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(iii)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-partijiet inklużi fil-kampjun għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data ta' l-avviż ta' l-inklużjoni tagħhom fil-kampjun.

7.   Is-sottomissjonijiet bil-miktub, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza

Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati jridu jsiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-fax tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f'dan l-avviż, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristretti” (4) u, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati b'verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni minn partijiet interessati”.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate General for Trade

Directorate H

Office: J-79 4/23

B-1049 Brussels

Fax (32-2) 295 65 05

8.   In-nuqqas ta' kooperazzjoni

F'każijiet fejn kwalunke parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-investigazzjoni jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti ta' żmien, jew b'mod sinifikanti tfixkilha, is-sejbiet proviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li kwalunkwe parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni għandha tiġi skartata u għandhom jintużaw il-fatti disponibbli. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

9.   L-iskeda ta' l-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tkun konkluża, skond l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Skond l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri proviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn 9 xhur mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

10.   L-ipproċessar ta' data personali

Ta' min jinnota li kull data personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' data bħal din (5).

11.   L-Uffiċjal għas-Smigħ

Ta' min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta' difiża tagħhom, dawn ikunu jistgħu jitolbu l-intervent ta' l-Uffiċjal għas-Smigħ tad-DĠ Trade. Huwa jagħmilha ta' intermedjarju bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn hemm bżonn, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-protezzjoni ta' l-interessi tagħhom f'dan il-proċediment, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-trattament tas-sottomissjonijiet tal-fehmiet bil-miktub u/jew bil-fomm. Għal aktar informazzjoni u dettalji ta' kuntatt il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni fuq l-internet ta' l-Uffiċjal għas-Smigħ tal-websajt tad-DĠ Trade (http://ec.europa.eu/trade).


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  Innota li l-prodott ikkonċernat huwa bijodiżil pur u bijodiżil f'taħlita. Għall-bijodiżil mibjugħ f'taħlita, għandu jiġi rrappurtat biss il-proporzjon ta' bijodiżil, eż. 100 tunnellata ta' prodott imħallat magħmul minn 50 % bijodiżil u 50 % dijżil minerali għandhom jiġu rrappurtati bħala bejgħ ta' 50 tunnellata tal-prodott ikkonċernat.

(3)  Għal gwida dwar it-tifsira ta' kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(4)  Dan ifisser li d-dokument ikun għal użu intern biss. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim Anti-dumping).

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


13.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 147/10


Avviż ta' ftuħ ta' proċedura kontra s-sussidju fir-rigward ta' l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġina mill-Istati Uniti ta' l-Amerika

(2008/C 147/05)

Il-Kummissjoni rċeviet ilment b'konformità ma' l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), li jallega li l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika (“il-pajjiż ikkonċernat”), qegħdin jiġu sussidjati u għalhekk qegħdin joħolqu ħsara materjali għall-industrija Komunitarja.

1.   L-ilment

L-ilment tressaq fid-29 ta' April 2008 mill-European Biodiesel Board (“il-kwerelant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon prinċipali, f'dan il-każ ta' aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Komunità tal-bijodiżil.

2.   Il-prodott

Il-prodott li qiegħed allegatament jiġi ssussidjat hu l-esteri monoalkilitiċi aċidi xaħmija u/jew nafta paraffinika minn sintezi u/jew trattament idro, ta' oriġini mhix fossili (aktar magħrufa bħal 'bijodiżil') kemm jekk f'sura pura jew imħallta, b'mod partikolari iżda mhux esklussivament bħala fjuwil li jiġġedded li joriġina mill-Istati Uniti ta' l-Amerika (“il-prodott ikkonċernat”), iddikjarat normalment fi ħdan il-kodiċi NM 3824 90 91, ex 3824 90 97, ex 2710 19 41, ex 1516 20 98, ex 1518 00 91, ex 1518 00 99. Dawn il-kodiċi NM qed jingħataw biss bħala informazzjoni.

3.   L-allegazzjoni ta' sussidju

Huwa allegat li l-produtturi tal-prodott ikkonċernat mill-Istati Uniti ta' l-Amerika bbenefikaw minn għadd ta' sussidji Federali mogħtija mill-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika u minn sussidji statali mogħtija mill-Gvernijiet ta' bosta stati ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika. Is-sussidji Federali jikkonsistu minn krediti tat-taxxi għall-produzzjoni bijodiżil u l-bejgħ f'forma ta' kreditu tat-taxxa tas-sisa tal-fjuwil diżil u (ii) krediti tat-taxxa fuq id-dħul, u d-Dipartiment ta' l-Istati Uniti tal-programm tal-bijoenerġija ta' l-Agrikultura. L-iskemi Statali huma l-eżenzjoni mit-taxxa tal-bijodiżil ta' Illinois, il-programm ta' l-għotjiet tat-teknoloġija ta' l-enerġija li tiġġedded ta' Florida, l-eżenzjoni mit-taxxa ta' l-idroġenu u l-bijofjuwils ta' Florida, il-kreditu tat-taxxa fuq l-investiment ta' l-idroġenu l-bijofjuwils ta' Florida, il-programm tas-self li jiġġedded ta' l-enerġija ta' sostituzzjoni ta' Iowa, il-programm ta' għajnuna finanzjarja għall-proċess ta' manifattura u l-prodotti agrikoli bil-valur miżjud ta' Iowa, il-programm taż-żona ta' impriża u l-programm tal-ħolqien ta' l-impjieg ta' kwalità għolja ta' Iowa, il-programm ta' l-iżvilupp u tar-riċerka tat-teknoloġija ġdida ta' Texas, l-eżenzjoni mit-taxxa ta' l-ethanol u t-taħlita tal-bijodiżil ta' Texas, il-fond bħala inċentiv għall-produttur kwalifikat tal-bijodiżil tal-Missouri, it-tnaqqis tat-taxxa tal-bijofjuwils ta' l-istat ta' Washington, l-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-imnut tal-bijofjuwils ta' l-istat ta' Washington, l-eżenzjoni mit-taxxa tal-produzzjoni tal-bijofjuwils ta' l-istat ta' Washington, il-programm tal-ħelsien ta' l-enerġija ta' l-istat ta' Washington, il-fond għall-iżvilupp tar-riċerka u l-fjuwils alternattivi ta' Alabama, il-programm ta' self tas-sħubija tal-bijofjuwils għall-għajnuna tat-tkabbir tal-Komunità tat-Tramuntana ta' Dakota, il-kreditu tat-taxxa għat-tagħmir għall-bejgħ tal-bijodiżil tat-Tramuntana ta' Dakota, il-kreditu tat-taxxa għat-tagħmir tal-produzzjoni tal-bijodiżil għat-Tramuntana ta' Dakota, il-kreditu tat-taxxa fuq id-dħul tal-bijodiżil tat-Tramuntana ta' Dakota, l-eżenzjoni mit-taxxa għat-tagħmir tal-bijodiżil tat-Tramuntana ta' Dakota, ir-rifuzjoni ta' l-inċentiv tat-taxxa tal-produzzjoni tal-fjuwil alternattiv ta' Kentucky, il-kreditu tat-taxxa fuq il-produzzjoni tal-fjuwil alternattiv ta' Kentucky, il-kreditu tat-taxxa ta' l-investiment tal-produzzjoni tal-bijodiżil ta' Nebraska, is-self ta' l-infrastruttura ta' l-għoti mill-ġdid tal-fjuwil u l-vettura tal-fjuwil alternattiv ta' Nebraska u l-eżenzjoni mit-taxxa għall-bijodiżil u l-etanol tan-Nebraska.

Huwa allegat li dawn l-iskemi huma sussidji billi jinvolvu kontribut finanzjarju mill-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika jew Gvernijiet statali oħrajn u jikkonferixxu benefiċċju lid-destinatarji, jiġifieri l-esportaturi/il-produtturi tal-bijodiżil. Huwa allegat li huma jillimitaw ruħhom għal kumpaniji speċifiċi u għalhekk speċifiċi u kompensatorji.

4.   L-allegazzjoni ta' ħsara

Il-kwerelant ta evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Istati Uniti ta' l-Amerika żdiedu b'mod ġenerali f'termini assoluti u f'termini ta' sehem mis-suq.

Qed jiġi wkoll allegat li l-volumi u l-prezzijiet tal-prodott importat ikkonċernat kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq is-sehem tas-suq miksub u l-livell ta' prezzijiet applikati mill-industrija Komunitarja, bir-riżultat li hemm effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni globali u l-qagħda finanzjarja ta' l-industrija Komunitarja.

Huwa allegat ukoll li l-kompetizzjoni inġusta mill-Istati Uniti ta' l-Amerika qiegħda toħloq dewmien materjali għall-istabbiliment ta' industrija Komunitarja li għadha fi stadju bikri ħafna ta' l-iżvilupp.

5.   Il-Proċedura

Billi ġie ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li l-ilment sar mill-industrija tal-Komunità jew f'isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta' proċediment, il-Kummissjoni permezz ta' dan qed tagħti bidu għal investigazzjoni skond l-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku.

5.1.   Il-proċedura għad-determinazzjoni ta' l-issussidjar u l-ħsara

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Istati Uniti ta' l-Amerika hux qed ikun issussidjat u jekk dan is-sussidju kkawżax ħsara.

(a)   Teħid ta' kampjuni

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta' partijiet involuti f'dan il-proċediment, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tapplika t-teħid ta' kampjuni skond l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

(i)   Teħid ta' kampjuni għall-esportaturi/produtturi fl-Istati Uniti ta' l-Amerika

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk iva, biex tkun tista' tagħżel kampjun, l-esportaturi/il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, b'dan qed jintalbu jippreżentaw lilhom infushom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom, fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u skond il-format indikat fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefon u tal-fax u l-persuna ta' kuntatt,

il-fatturat f'valuta lokali u l-volum f'tunnellati metriċi tal-prodott ikkonċernat (2) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2007 u t-31 ta' Marzu 2008,

il-fatturat f'valuta lokali u l-volum ta' bejgħ f'tunnellati metriċi għall-prodott ikkonċernat mibjugħ fis-suq domestiku waqt il-perjodu mill-1 ta' April 2007 sal-31 ta' Marzu 2008,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija b'rigward għall-prodott ikkonċernat (b'mod partikolari, jekk jogħġbok iddikjara jekk il-kumpanija tiegħek tipproduċix u/jew tħallat il-bijodiżil),

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (3) involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ (esportazzjoni u/jew domestiku) tal-prodott ikkonċernat,

kwalunkwe tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Meta tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan se jimplika li trid twieġeb għal kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni fuq il-post tat-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.

Sabiex tinkiseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta' l-esportaturi/produtturi, minbarra dan, il-Kummissjoni se tikkuntattja lill-awtoritajiet tal-pajjiż li qed jesporta, u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' esportaturi/produtturi.

Minħabba li kumpanija ma tistax tkun ċerta li tintgħażel għall-kampjun, il-produtturi/esportaturi li jixtiequ jitolbu ammont individwali ta' l-għoti ta' sussidju kompensatorju askond l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku qed jingħataw il-parir li jitolbu kwestjonarju fil-limitu ta' żmien previst fil-punt 6(a)(i) ta' dan l-avviż, u jirreġistrawha fil-limitu ta' żmien previst fil-punt 6 (a)(ii) l-ewwel paragrafu ta' dan l-avviż. Madankollu, qed tinġibed l-attenzjoni għall-aħħar sentenza tal-punt 5(b) ta' dan l-avviż.

(ii)   It-teħid ta' kampjuni għall-importaturi

Biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefon u tal-faks u l-persuna ta' kuntatt,

il-fatturat totali f'euro tal-kumpanija matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2007 sal-31 ta' Marzu 2008,

l-għadd totali ta' impjegati,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott ikkonċernat,

il-volum f'tunnellati metriċi u l-valur f'euro ta' importazzjonijiet u bejgħ mill-ġdid li saru fis-suq Komunitarju matul il-perjodu mill-1 ta' April 2007 sal-31 ta' Marzu 2008, tal-prodott importat ikkonċernat li joriġina mill-Istati Uniti ta' l-Amerika,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (3) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott ikkonċernat,

kwalunkwe tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Meta tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan se jimplika li trid twieġeb għal kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni fuq il-post tat-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta' importaturi, minbarra dan, il-Kummissjoni se tikkuntattja kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi.

(iii)   It-teħid ta' kampjuni għal produtturi Komunitarji

Minħabba l-għadd kbir ta' produtturi Komunitarji li appoġġjaw l-ilment, il-Kummissjoni bi ħsiebha tinvestiga l-ħsara lill-industrija Komunitarja billi tieħu kampjuni.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-produtturi kollha tal-Komunità, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba li jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefon u tal-faks u l-persuna ta' kuntatt,

il-fatturat totali f'euro tal-kumpanija matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2007 sal-31 ta' Marzu 2008,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija b'rigward għall-prodott ikkonċernat (b'mod partikolari, jekk jogħġbok iddikjara jekk il-kumpanija tiegħek tipproduċix u/jew tħallat il-bijodiżil),

il-valur tal-bejgħ f'euro tal-prodott ikkonċernat (2) magħmul fis-suq tal-Komunità tul il-perjodu mill-1 ta' April 2007 sal-31 ta' Marzu 2008,

il-volum ta' bejgħ f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat li sar fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu mill-1 ta' April 2007 sal-31 ta' Marzu 2008,

il-volum ta' produzzjoni f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta' April 2007 sal-31 ta' Marzu 2008,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (3) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott ikkonċernat,

kwalunkwe tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Meta tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan se jimplika li trid twieġeb għal kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni fuq il-post tat-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.

(iv)   L-għażla finali tal-kampjuni

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu kwalunkwe informazzjoni rilevanti rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fit-terminu ffissat fil-punt 6(b)(ii).

Il-Kummissjoni bi ħsiebha tagħmel l-għażla finali tal-kampjuni wara li tkun ikkonsultat lill-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jiġu inklużi fil-kampjun.

Il-kumpaniji inklużi fil-kampjun għandhom iwieġbu għall-kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stabbilit fil-punt 6(b)(iii) u għandhom jikkooperaw fi ħdan il-qafas ta' l-investigazzjoni.

Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista' ssejjes is-sejbiet tagħha, skond l-Artikoli 27(4) u 28 tar-Regolament bażiku, fuq il-fatti disponibbli. Sejba msejsa fuq fatti disponibbli tista' tkun anqas vantaġġuża għall-parti kkonċernata, kif spjegat fil-punt 8.

(b)   Il-Kwestjonarji

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-industrija Komunitarja magħżula għall-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' produtturi fil-Komunità, lill-esportaturi/produtturi magħżula għall-kampjun fl-Istati Uniti ta' l-Amerika, lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' esportaturi/produtturi, lill-importaturi magħżula għal kampjun, lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' importaturi msemmija fl-ilment u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat li jkun qiegħed jesporta.

L-esportaturi/produtturi fl-Istati Uniti ta' l-Amerika li jitolbu l-kalkolu ta' ammont individwali, ta' għoti ta' sussidju kompensatorju, bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 27(3) u 15(3) tar-Regolament bażiku, jridu jressqu kwestjonarju komplut fil-limitu ta' żmien stabbilit fil-punt 6(a)(ii) ta' dan l-avviż. Għalhekk għandhom jagħmlu talba għal kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(i). Madankollu, dawn il-partijiet għandhom ikunu konxji li jekk it-teħid ta' kampjuni jiġi applikat lill-esportaturi/produtturi, il-Kummissjoni tista' xorta waħda tiddeċiedi li ma tikkalkulax ammont individwali ta' l-għoti tas-sussidju kompensatorju għalihom, jekk l-għadd ta' esportaturi/produtturi tant ikun kbir li eżami individwali jkun ta' piż bla bżonn u jxekkel it-tlestija fil-ħin ta' l-investigazzjoni.

(c)   Ġbir ta' tagħrif u seduti ta' smigħ

Il-partijiet kollha interessati qegħdin b'dan jiġu mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu tagħrif barra mit-tweġibiet għall-kwestjonarju u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Dan it-tagħrif u din l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(ii).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba fejn juru li hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. Din it-talba trid issir fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii).

5.2.   Il-proċedura għall-evalwazzjoni ta' l-interess Komunitarju

Skond l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku u fil-każ li l-allegazzjonijiet ta' ssussidjar u ħsara kkważati minħabba f'hekk huma ssostanzjati, se tittieħed deċiżjoni dwar jekk l-adozzjoni tal-miżuri kompensatorji tmurx kontra l-interess Komunitarju. Minħabba dan, il-Kummissjoni tista' tibgħat kwestjonarji lill-industrija Komunitarja magħrufa, lill-importaturi, lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, lill-utenti rappreżentanti u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentant. Tali partijiet, inklużi dawk li mhumiex magħrufa mill-Kummissjoni, dment li jipprovaw li hemm rabta oġġettiva bejn l-attività tagħhom u l-prodott ikkonċernat, jistgħu jippreżentaw ruħhom u jipprovdu lill-Kummissjoni b'tagħrif fi ħdan il-limiti taż-żmien ġenerali stipulati fil-punt 6(a)(ii). Il-partijiet li aġixxew b'konformità mas-sentenza preċedenti jistgħu jitolbu smigħ filwaqt li jfissru r-raġunijiet partikulari għaliex għandhom jinstemgħu fi ħdan il-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii). Ta' min jinnota li kull tagħrif imressaq skond l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku se jitqies biss jekk ikun sostnut minn evidenza fattwali fiż-żmien meta jitressaq.

6.   Il-limiti ta' żmien

(a)   Limiti ġenerali ta' żmien

(i)   Biex il-partijiet jitolbu kwestjonarju

Il-partijiet kollha interessati għandhom jitolbu kwestjonarju malajr kemm jista' jkun, iżda mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(ii)   Għall-partijiet biex jippreżentaw ruħhom, biex jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kwalunkwe informazzjoni oħra

Il-partijiet interessati kollha, biex jitqiesu l-appelli tagħhom matul l-investigazzjoni, għandhom jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, iressqu l-opinjonijiet tagħhom u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. L-esportaturi/il-produtturi kollha kkonċernati minn dan il-proċediment, li jixtiequ japplikaw għal eżami individwali skond l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku, iridu jressqu wkoll tweġiba għall-kwestjonarju fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjal ta' l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Ta' min jinnota li l-eżerċizzju tal-biċċa l-kbira mid-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku jiddependi fuq li l-parti tippreżenta ruħha matul il-perjodu msemmi qabel.

Il-kumpaniji magħżula f'kampjun għandhom iressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarji fil-limiti ta' żmien speċifikati fil-punt 6(b)(iii).

(iii)   Seduti

Il-partijiet interessati kollha jistgħu wkoll japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 40 jum.

(b)   Il-limitu speċifiku ta' żmien fir-rigward tat-teħid ta' kampjuni

(i)

It-tagħrif speċifikat fil-punti 5.1(a)(i), 5.1(a)(ii) u 5.1(a)(iii) għandu jasal għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, dment li l-Kummissjoni biħsiebha tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jkunu inklużi fil-kampjun fl-għażla finali tiegħu fi żmien perjodu ta' 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(ii)

Kull informazzjoni oħra rilevanti għall-għażla tal-kampjun kif imsemmi fil-punt 5.1(a)(iv) għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(iii)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-partijiet inklużi fil-kampjun għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data ta' l-avviż ta' l-inklużjoni tagħhom fil-kampjun.

7.   Sottomissjonijiet bil-miktub, tweġibiet għall-kwestjonarju u korrispondenza

Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefon u tal-faks tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f'dan l-avviż, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza pprovduta minn partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali, għandhom ikunu mmarkati bħala “Limitat” (4) u, skond l-Artikolu 29(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati b'verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni minn partijiet interessati”.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate General for Trade

Directorate H

Office: J-79 4/23

B-1049 Brussels

Fax (32-2) 295 65 05

8.   Nuqqas ta' kooperazzjoni

F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għal, jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti ta' żmien, jew b'mod sinifikanti tfixkel l-investigazzjoni, is-sejbiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li kwalunkwe parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni għandha tiġi skartata u għandhom jintużaw il-fatti disponibbli. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skond l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

9.   L-iskeda ta' l-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tkun konkluża, skond l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku fi żmien 13-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Skond l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri provviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn 9 xhur mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

10.   Ipproċessar ta' data personali

Għandek tkun taf li kull data personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tkun ittrattata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (5).

11.   L-Uffiċjal għas-Smigħ

Ta' min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta' difiża tagħhom, dawn ikunu jistgħu jitolbu l-intervent ta' l-Uffiċjal għas-Smigħ tad-DĠ għall-Kummerċ. L-uffiċjal jaġixxi bħala punt ta' referenza komuni bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, meta jeħtieġ, medjazzjoni dwar kwistjonijiet ta' proċedura li jaffettwaw il-protezzjoni ta' l-interessi tagħhom f'dan il-proċediment, b'mod partikolari, fir-rigward tal-kwistjonijiet marbuta ma' l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limitu taż-żmien u t-trattament ta' preżentazzjonijiet tal-fehmiet bil-miktub u/jew bil-fomm. Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni fuq l-internet ta' l-Uffiċjal għas-Smigħ tal-websajt tad-DĠ għall-Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade).


(1)  ĠU L 288, 21.10.97, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

(2)  Innota li l-prodott ikkonċerna hu bijodiżil pur u bijodiżil imħallat. Għal bijodiżil mibjugħ imħallat, hija biss il-proporzjon tal-bijodiżil li għandha tiġi rrappurtata, pereżempju 100 tunnellata ta' prodott imħallat li jikkonsisti minn 50 % bijodiżil u 50 % ta' diżil minerali għandha tiġi rrappurtata bħala bejgħ ta' 50 tunnellata tal-prodott ikkonċernat.

(3)  Għal gwida dwar it-tifsira ta' kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(4)  Dan ifisser li d-dokument ikun għal użu intern biss. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skond l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 12 tal-Ftehim tad-WTO dwar Sussidji u Miżuri Kompensatorji.

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

13.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 147/15


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5166 — Danfoss/Sauer-Danfoss)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 147/06)

1.

Fil-5 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Danfoss A/S (“Danfoss”, id-Danimarka) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' l-impriża Sauer-Danfoss Inc (“Sauer-Danfoss”, l-Istati Uniti ta' l-Amerika) permezz ta' xiri ta' ishma. Sauer Danfoss bħalissa hija taħt il-kontroll konġunt ta' Danfoss A/S u Sauer Holding GmbH.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża Danfoss: attiva fir-riċerka, fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta' komponenti mekkaniċi u elettroniċi u soluzzjonijiet għar-refriġerazzjoni, it-tisħin u l-kondizzjonament ta' l-arja,

għall-impriża Sauer-Danfoss: attiva fid-disinn, il-manifattura u l-bejgħ ta' sistemi u komponenti maħduma idrawliċi, elettriċi u elettroniċi għal użu, primarjament, f'applikazzjonijiet ta' tagħmir mobbli.

3.

Wara l-ewwel evalwazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-operazzjoni nnotifikata tista' tidħol fil-qasam tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jistgħu jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5166 — Danfoss/Sauer-Danfoss, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.