|
ISSN 1725-5198 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 143 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 51 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
FTEHIM INTERISTITUZZJONALI |
|
|
|
Parlament Ewropew |
|
|
2008/C 143/01 |
||
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2008/C 143/02 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
|
2008/C 143/03 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
|
2008/C 143/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5122 — Arcelormittal/Borusan) ( 1 ) |
|
|
2008/C 143/05 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5090 — ČEZ/MOL/JV) ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Kunsill |
|
|
2008/C 143/06 |
||
|
|
Kummissjoni |
|
|
2008/C 143/07 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2008/C 143/08 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
FTEHIM INTERISTITUZZJONALI
Parlament Ewropew Kummissjoni
|
10.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 143/1 |
Ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni, kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE
(2008/C 143/01)
Informazzjoni lill-Parlament Ewropew
|
1. |
Skond l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE (1), il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat mill-Kummissjoni dwar il-proċedimenti tal-kumitati (2) fuq bażi regolari skond l-arranġamenti li jiżguraw li s-sistema ta' l-għoti ta' l-informazzjoni hija trasparenti u effiċjenti u li l-informazzjoni mibgħuta u l-bosta stadji tal-proċedura ikunu identifikati. Għal dak il-għan, huwa għandu jirċievi, fl-istess waqt mal-membri tal-kumitati u bl-istess kondizzjonijiet, l-abbozz ta' l-aġendi tal-laqgħat tal-kumitati, l-abbozz tal-miżuri ta' l-implimentazzjoni mressqa quddiem dawk il-kumitati skond l-istrumenti bażiċi adottati bil-proċedura prevista fl-Artikolu 251 tat-Trattat, u r-riżultati tal-votazzjoni u r-rekords sommarji tal-laqgħat u l-listi ta' l-awtoritajiet li għalihom jappartjenu l-persuni nominati mill-Istati Membri biex jirrappreżentawhom. |
Reġistru
|
2. |
Il-Kummissjoni se toħloq reġistru li jkun fih id-dokumenti kollha li ġew imressqa lill-Parlament Ewropew (3). Il-Parlament Ewropew ser ikollu aċċess dirett għal dan ir-reġistru. Skond l-Artikolu 7(5) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, ir-referenzi kollha mibgħuta lill-Parlament Ewropew se jsiru pubbliċi. |
|
3. |
Skond l-impenji meħuda mill-Kummissjoni fl-istqarrija tagħha dwar l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE (4), u ladarba jsiru l-arranġamenti tekniċi xierqa, ir-reġistru msemmi fil-paragrafu 2 se jippermetti, b'mod partikolari:
|
|
4. |
Meta, wara perjodu tranżitorju li jibda mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jikkonkludu li s-sistema tiffunzjona u hi sodisfaċenti, it-trasmissjoni tad-dokumenti lill-Parlament Ewropew għandu jseħħ permezz ta' notifika elettronika li jkun fiha link għar-reġistru kif stabbilit fil-paragrafu 2. Din id-deċiżjoni għandha tittieħed permezz ta' skambju ta' ittri bejn il-presidenti taż-żewġ istituzzjonijiet. Waqt il-perjodu tranżitorju, id-dokumenti għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew bħala anness fil-posta elettronika. |
|
5. |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni taqbel li tibgħat lill-Parlament Ewropew, għal finijiet ta' informazzjoni, fuq it-talba tal-kumitat parlamentari responsabbli, abbozzi ta' miżuri speċifiċi għall-implimentazzjoni ta' strumenti bażiċi li, għalkemm mhux adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, ikunu ta' importanza partikolari għall-Parlament Ewropew. Dawn il-miżuri għandhom jiddaħħlu fir-reġistru kif stabbilit fil-paragrafu 2 flimkien ma' notifika tagħhom lill-Parlament Ewropew. |
|
6. |
Barra mir-rekords sommarji msemmija f'paragrafu 1, il-Parlament Ewropew jista' jitlob aċċess għall-minuti tal-laqgħat tal-kumitat (5). Il-Kummissjoni għandha teżamina kull talba każ b'każ u timxi mar-regoli tal-kunfidenzjalità stabbiliti fl-Anness 1 tal-Ftehim ta' Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni (6). |
Dokumenti kunfidenzali
|
7. |
Id-dokumenti kunfidenzjali għandhom jiġu pproċessati skond il-proċeduri amministrattivi interni mħejjija minn kull istituzzjoni bil-għan li jiġu provduti l-garanziji kollha meħtieġa. |
Ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew skond l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE
|
8. |
Skond l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Parlament Ewropew jista' jindika, f'riżoluzzjoni li tagħti r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata, li l-abbozz tal-miżuri ta' l-implimentazzjoni ta' strument bażiku, adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, jeċċedi s-setgħat ta' implimentazzjoni stabbiliti f'dak l-istrument bażiku. |
|
9. |
Il-Parlament Ewropew għandu jadotta dawn ir-riżoluzzjonijiet skond ir-Regoli ta' Proċedura tiegħu; huwa għandu jkollu perjodu ta' xahar biex jagħmel dan, li jibda jgħodd mid-data li fiha jirċievi l-abbozz finali tal-miżuri ta' l-implimentazzjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi mressqa lill-membri tal-kumitat ikkonċernat. |
|
10. |
Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jaqblu li jkun xieraq li jiġi stabbilit limitu ta' żmien iqsar fuq bażi permanenti għal xi tipi ta' miżuri ta' implimentazzjoni urġenti li fuqhom trid tittieħed deċiżjoni fi żmien iqsar sabiex ikun hemm tmexxija tajba. Dan japplika b'mod partikolari għal ċerti tipi ta' miżuri ta' azzjoni esterna, fosthom l-għajnuna umanitarja u dik ta' emerġenza, il-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà, is-sigurtà u s-sikurezza tat-trasport u l-eżenzjonijiet mir-regoli ta' l-akkwist pubbliku. Ftehim bejn il-Membru tal-Kummissjoni u ċ-Chairperson tal-kumitat parlamentari responsabbli se tistabbilixxi t-tipi ta' miżuri kkonċernati u l-limiti ta' żmien applikabbli. Dan il-ftehim jista' jiġi rrevokat fi kwalunkwe ħin miż-żewġ partijiet. |
|
11. |
Mingħajr preġudizzju għall-każijiet imsemmija fil-paragrafu 10, il-limitu ta' żmien se jkun iqsar għall-każijiet urġenti u fil-każ ta' miżuri marbuta ma' kwistjonijiet amministrativi ta' kuljum u/jew li jkollhom perjodu limitat ta' validità. Il-limitu ta' żmien jista' jkun qasir ħafna f'każi tassew urġenti, b'mod partikolari għal raġunijiet ta' saħħa pubblika. Il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għandu jistabbilixxi limitu ta' żmien addattat u jiddikjara r-raġuni għal dak il-limitu ta' żmien. F'każijiet bħal dawn il-Parlament Ewropew jista' juża proċedura fejn l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE tiġi ddelegata lill-kumitat parlamentari responsabbli, li jista' jibgħat risposta lill-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien relevanti. |
|
12. |
Is-servizzi tal-Kummissjoni se javżaw b'mod informali lis-segretarjat tal-kumitat jew kumitati parlamentari responsabbli kkonċernat/i, hekk kif jipprevedu li l-abbozz ta' miżuri msemmija f'paragrafu 10 u 11 jistgħu jkunu tressqu diġà lil xi kumitat. Hekk kif l-abbozz inizjali ta' miżuri jitressqu lill-membri tal-kumitat, is-servizzi tal-Kummissjoni se jinnotifikaw lis-segretarjat tal-kumitat jew kumitati parlamentari dwar l-urġenza tagħhom u dwar il-limiti ta' żmien li se japplikaw ladarba jitressaq l-abbozz finali. |
|
13. |
Wara l-adozzjoni mill-Parlament Ewropew ta' riżoluzzjoni, msemmija f'paragrafu 8, jew risposta kif imsemmi fil-paragrafu 11, il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għandu jinforma lill-Parlament Ewropew jew, fejn xieraq, lill-kumitat parlamentari responsabbli, bl-azzjoni li l-Kummissjoni tkun bi ħsiebha tieħu dwarha. |
|
14. |
Id-data relatata mal-paragrafi 10 u 13 se tiddaħħal fir-reġistru. |
Il-proċedura regolatorja bi skrutinju
|
15. |
Fejn tapplika l-proċedura regolatorja bi skrutinju, u wara l-vot tal-kumitat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar il-limiti ta' żmien applikabbli. Suġġett għall-paragrafu 16, dawn il-limiti ta' żmien jibdew jiskorru biss ladarba l-Parlament Ewropew jirċievi l-verżjonijiet lingwistiċi kollha. |
|
16. |
Fejn japplikaw limiti ta' żmien iqsar (Artikolu 5a(5)(b) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE) u f'każijiet urġenti (Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE), il-limiti ta' żmien se jibdew japplikaw mid-data meta l-Parlament Ewropew jirċievi l-abbozz finali tal-miżuri ta' l-implimentazzjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi mgħoddija lill-membri tal-kumitat, sakemm ma joġġezzjonax iċ-Chairperson tal-kumitat parlamentari. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni se tagħmel ħilitha biex tressaq il-verżjonijiet lingwistiċi kollha lill-Parlament Ewropew mill-aktar fis possibbli. Is-servizzi tal-Kummissjoni se javżaw b'mod informali lis-segretarjat tal-kumitat jew kumitati parlamentari responsabbli kkonċerna/ti, hekk kif jiprrevedu li l-abbozz ta' miżuri msemmija f'Artikolu 5a(5)(b) jew 6 jistgħu jkunu diġà tressqu lil xi kumitat. |
Is-servizzi finanzjarji
|
17. |
Skond l-istqarrija tagħha stess dwar l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Kummissjoni timpenja ruħha li fis-servizzi finanzjarji:
Fl-aħħar il-Kummissjoni se tiżgura li jiġu rrispettati l-impenji meħuda waqt is-seduta plenarja tal-Parlament tal-5 ta' Frar 2002 (7) u li ġew affermati mill-ġdid fis-seduta plenarja tal-31 ta' Marzu 2004 (8) kif ukoll dawk l-impenji msemmija fil-punti 1 sa 7 ta' l-ittra tat-2 ta' Ottubru 2001 (9) mill-Kummissarju Bolkestein liċ-Chairperson tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew meħuda fir-rigward tas-settur tas-servizzi finanzjarji kollu (fosthom titoli, banek, assigurazzjoni, pensjonijiet u l-kontabilità). |
Kalendarju tax-xogħol parlamentari
|
18. |
Meta tibgħat abbozz ta' miżuri ta' implimentazzjoni skond dan il-Ftehim, il-Kummissjoni se tikkunsidra l-perjodi ta' meta l-Parlament Ewropew jagħlaq għall-vaganzi (xitwa, sajf u elezzjonijiet Ewropej) sabiex ikun assigurat li l-Parlament ikun jista' jeżerċita l-prerogattivi tiegħu fil-limiti ta' żmien stipulati fid-Deċiżjoni 1999/468/KE u f'dan il-Ftehim, bl-eċċezzjoni ta' fejn japplikaw limiti iqsar ta' żmien jew f'każijiet urġenti, kif ġej. |
Kooperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni
|
19. |
Iż-żewġ istituzzjonijiet jesprimu r-rieda tagħhom li jgħinu lill-xulxin sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni sħiħa meta jiġu indirizzati miżuri ta' implimentazzjoni speċifiċi. Għal dan il-għan, se jiġu stabbiliti l-kuntatti xierqa fil-livell amministrattiv. |
Ftehim Preċedenti
|
20. |
Il-Ftehim tas-sena 2000 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-proċeduri ta' implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (10) jiġi hawnhekksostitwit. Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jqisu li l-ftehim li ġejjin ġew sorpassati u għalhekk m'għandhom ebda effett safejn huma kkonċernati huma stess: il-Ftehim Plumb/Delors ta' l-1988, il-Ftehim Samland/Williamson ta' l-1996 u l-modus vivendi ta' l-1994 (11). |
Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Hans-Gert PÖTTERING
Għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Il-President
José Manuel DURÃO BARROSO
(1) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(2) F'dan il-Ftehim kollu, il-kelma “kumitat” se tirreferi għall-kumitati stabbiliti skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE, ħlief fejn hu speċifikat li hemm referenza għal kumitat ieħor.
(3) Id-data stabbilita għall-ħolqien tar-reġistru hija l-31 ta' Marzu 2008.
(4) ĠU C 171, 22.7.2006, p. 21.
(5) Ara s-sentenza tal-Qorti ta' l-Ewwel Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tad-19 ta' Lulju 1999 il-Każ T188/97 Rothmans v il-Kummissjoni [1999] ECR II-2463.
(6) ĠU C 121, 24.4.2001, p. 122.
(7) ĠU C 284 E, 21.11.2002, p. 19.
(8) ĠU C 103 E, 29.4.2004, p. 446 u Rapport Verbatim tal-Proċedimenti (CRE) tas-seduta plenarja tal-Parlament tal-31 ta' Marzu 2004, taħt “Vot” .
(9) ĠU C 284 E, 21.11.2002, p. 83.
(10) ĠU L 256, 10.10.2000, p. 19.
(11) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 1.
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
|
10.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 143/5 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 143/02)
|
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
9.1.2008 |
|
Għajnuna Nru |
N 237/07 |
|
Stat Membru |
Spanja |
|
Reġjun |
— |
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Incentivos mineros a empresas de la minería no energética para el programa de investigación, desarrollo e innovación tecnológica |
|
Il-bażi legali |
Convocatoria de subvenciones públicas destinadas a la concesión de incentivos mineros a empresas de minería no energética para la I+D+i y medio ambiente |
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
|
L-għan |
Ir-riċerka u l-iżvilupp |
|
Il-forma ta' l-għajnuna |
Għotja diretta |
|
L-Estimi |
Baġit globali: EUR 0,765 miljun |
|
L-intensità |
70 % |
|
It-tul ta' żmien |
Sal-31.12.2008 |
|
Setturi ekonomiċi |
Xogħol ta' minjieri u barrieri |
|
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Junta de Castilla-León |
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
|
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
5.2.2008 |
|
Għajnuna Nru |
N 766/07 |
|
Stat Membru |
L-Italja |
|
Reġjun |
Piemonte |
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Concessione ed erogazione di contributo per interventi dimostrativi in materia energetico-ambientale — proroga |
|
Il-bażi legali |
D.G.R. 23-12920 del 5 luglio 2004 e D.G.R. 94-1646 del 28.11.2005 DDGR nn. 22-6889, 23-6890 del 17.9.2007 e 67-7436 del 12.11.2007 (atti con cui si procede alla proroga) |
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
|
L-għan |
Il-ħarsien ta' l-ambjent |
|
Il-forma ta' l-għajnuna |
Għotja diretta, Sussidju fuq l-imgħax |
|
L-Estimi |
Baġit annwali: EUR 13 miljun Baġit globali: EUR 26 miljun |
|
L-intensità |
50 % |
|
It-tul ta' żmien |
1.1.2008-31.12.2009 |
|
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
|
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Giunta regionale, Piemonte |
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
|
10.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 143/7 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 143/03)
|
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
27.2.2008 |
|
Għajnuna Nru |
E 8/06 |
|
Stat Membru |
Il-Belġju |
|
Reġjun |
Vlaamse Gemeenschap |
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Financiering publieke omroep VRT |
|
Il-bażi legali |
Decreten betreffende de radio-omroep en de televisie, gecoördineerd op 4 maart 2005 Beheersovereenkomst 2007-2011 tussen de Vlaamse Gemeenschap en de VRT van 20 juli 2006 |
|
It-tip tal-miżura |
Għajnuna individwali |
|
L-għan |
Servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali |
|
Il-forma ta' l-għajnuna |
Għotja diretta |
|
L-Estimi |
Baġit annwali: EUR 300 miljun Baġit globali: EUR 1 500 miljun |
|
L-intensità |
— |
|
It-tul ta' żmien |
2007-2011 |
|
Setturi ekonomiċi |
Media |
|
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Vlaamse Gemeenschap |
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
|
10.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 143/8 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5122 — Arcelormittal/Borusan)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 143/04)
Fit-3 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
|
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
|
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5122. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
|
10.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 143/8 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5090 — ČEZ/MOL/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 143/05)
Fit-13 ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
|
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
|
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5090. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kunsill
|
10.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 143/9 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill dwar il-Pjan ta' Ħidma għall-Kultura 2008-2010
(2008/C 143/06)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FIL-KUNSILL,
|
1. |
Filwaqt li jfakkru l-objettivi assenjati lill-Komunità Ewropea fil-qasam kulturali mill-Artikolu 151 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. |
|
2. |
Filwaqt li jirrikonoxxu li l-ewwel Pjan ta' Ħidma tal-Kunsill għall-Kultura 2002-2004 kien pass importanti lejn proċeduri ta' ħidma aktar strutturati, u li t-tieni Pjan ta' Ħidma għall-Kultura 2005-2006, li kien estiż sa l-aħħar ta' l-2007, kompla jsaħħaħ l-aspirazzjoni lejn approċċ prattiku, iffokat u orjentat lejn riżultati. |
|
3. |
Wara li kkunsidraw l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar Aġenda Ewropea għall-Kultura f'Dinja li Qed Tiġi Gglobalizzata (1), li tirrappreżenta pass importanti lejn l-iżvilupp sostnut tal-kooperazzjoni fil-qasam kulturali u fit-tkabbir tal-koerenza u l-viżibbiltà ta' l-azzjoni Ewropea f'dan il-qasam. |
|
4. |
Wara li kkunsidraw ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2007 dwar Aġenda Ewropea għall-Kultura (2) li tendorsja l-oqsma prijoritarji ta' azzjoni għall-perijodu 2008-2010 fil-kuntest ta' l-objettivi strateġiċi ta' Aġenda Ewropea għall-Kultura. |
|
5. |
Wara li kkunsidraw l-introduzzjoni tal-metodu apert ta' koordinazzjoni bir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2007 bħala mod ġenerali ġdid ta' kooperazzjoni fil-qasam kulturali li jipprovdi qafas flessibbli u li ma jorbotx u jħaddan skambji ta' prattiki tajbin. |
|
6. |
Wara li kkunsidraw il-ħames oqsma prijoritarji ta' azzjoni kif definiti fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' hawn fuq, li għandha tiggwida l-istabbiliment ta' prijoritajiet ta' linji ta' politika għall-perijodu 2008-2010, filwaqt li tirrispetta l-prerogattivi tal-Kummissjoni Ewropea. |
JAQBLU:
|
— |
li jkomplu l-attivitajiet taħt kull qasam prijoritarju, elenkati fl-Anness 1, li jistgħu jkunu riveduti sabiex jiffokaw aħjar fuq riżultati konkreti, |
|
— |
li jistabbilixxu gruppi ta' ħidma magħmula minn esperti mill-Istati Membri abbażi tal-prinċipji u l-mandati definiti fl-Annessi 1 u 2 u li jsegwu l-ħidma tagħhom, |
|
— |
li jistiednu lil kull Presidenza biex tibni fuq il-kisbiet tal-Pjan ta' Ħidma kif ukoll tirraporta dwar l-implimentazzjoni ta' dan ta' l-aħħar, |
|
— |
li jistiednu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jikkonsultaw lill-partijiet interessati b'mod regolari dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Ħidma biex tiġi żgurata r-relevanza u l-viżibbiltà ta' l-attivitajiet, |
|
— |
li jistiednu lill-Kummissjoni, f'konsultazzjoni ma' u abbażi ta' kontributi volontarji mill-Istati Membri, biex tirraporta dwar żviluppi kemm ta' nofs it-terminu u fl-aħħar tal-perijodu kopert mill-Pjan ta' Ħidma. |
JILQGĦU:
|
|
l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tappoġġa l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Ħidma kif imniżżla fl-Anness I. |
(1) Dok. 9496/07 u ADD 1.
(2) ĠU C 287, 29.11.2007, p. 1.
ANNESS I
Pjan ta' Ħidma għall-Kultura 2008-2010
L-1 Prijorità: Titjib tal-kondizzjonijiet għall-mobbiltà ta' l-artisti u ta' professjonisti oħrajn fil-qasam kulturali
|
Inizjattivi |
Terminu taż-żmien |
Għanijiet |
||||||||
|
L-Istati Membri: |
|
|
||||||||
|
Stabbiliment ta' grupp ta' ħidma dwar il-mobbiltà ta' l-artisti u ta' professjonisti oħrajn fil-qasam kulturali inklużi l-esperti ta' l-Istati Membri (1) |
Marzu 2008 sa l-aħħar ta' l-2010 (madwar 3 laqgħat fis-sena) |
Filwaqt li jiffoka b'mod partikolari fuq il-mobbiltà ta' l-artisti u professjonisti kulturali oħrajn, inter alia fil-qasam ta' l-ispettaklu ħaj, dan il-grupp ta' ħidma ser jikkunsidra, jirraporta u jagħmel rakkomandazzjonijiet (inkluż permezz tal-validazzjoni ta' prattiki tajbin, proposti għal inizjattivi ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri jew fil-livell tal-KE u għall-elementi ta' metodoloġija biex jiġi evalwat il-progress), kif meħtieġ, dwar l-oqsma li ġejjin:
|
||||||||
|
Kummissjoni: |
|
|
||||||||
|
Studju dwar il-mobbiltà tal-ħaddiema kulturali fl-Ewropa Sett |
Ottubru 2008 |
Il-provvediment ta' idea ġenerali u tipoloġija ta' skemi ta' mobbiltà eżistenti għall-ħaddiema kulturali fil-livell nazzjonali/reġjonali u lokali fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, analiżi ta' l-impatt u l-effiċjenza tagħhom u n-nuqqasijiet potenzjali, rakkomandazzjonijiet dwar modi kif jista' jissaħħaħ l-appoġġ għall-mobbiltà fil-livell ta' l-UE. |
||||||||
|
Studju ta' vijabbiltà għal skema komprensiva mfassla biex tipprovdi sistema ta' informazzjoni dwar il-mobbiltà fis-settur kulturali għall-Ewropa kollha |
L-1 Fażi (rapport interim: studju ta' skemi eżistenti), Ottubru 2008; It-2 Fażi (Rapport finali: rakkomandazzjonijiet), L-aħħar ta' l-2008 |
Il-provvediment ta' idea ġenerali ta' skemi ta' informazzjoni eżistenti dwar aspetti legali, regolatorji, proċedurali u finanzjarji għall-mobbiltà fil-livell nazzjonali, analiżi ta' nuqqasijiet potenzjali, u rakkomandazzjonijiet għal sistema ta' informazzjoni komprensiva fil-livell Ewropew |
It-2 Prijorità: Promozzjoni ta' l-aċċess għall-kultura, b'mod partikolari permezz tal-promozzjoni tal-wirt kulturali, il-multilingwiżmu, id-diġitizzazzjoni, it-turiżmu kulturali, sinerġiji ma' l-edukazzjoni, speċjalment l-edukazzjoni ta' l-arti u mobbiltà akbar tal-kollezzjonijiet,
|
Inizjattivi |
Terminu taż-żmien |
Għanijiet |
||||||||||
|
Mobbiltà tal-kollezzjonijiet |
||||||||||||
|
L-Istati Membri: |
|
|
||||||||||
|
Stabbiliment ta' grupp ta' ħidma għall-mobbiltà tal-kollezzjonijiet u l-attivitajiet tal-mużewijiet inklużi l-esperti ta' l-Istati Membri (2) |
Ġunju 2008 sa l-aħħar ta' l-2010 (minn 2 sa 3 laqgħat fis-sena) |
Filwaqt li jibni fuq il-ħidma ta' sitt gruppi stabbiliti fil-qafas tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Promozzjoni ta' l-UE tal-Mobbiltà tal-Kollezzjonijiet tal-Mużewijiet u ta' l-Istandards għas-Self (3), dan il-grupp ta' ħidma ser jikkunsidra, jirraporta u jagħmel rakkomandazzjonijiet (inkluż permezz tal-validazzjoni ta' prattiki tajbin, proposti għal inizjattivi ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri jew fil-livell tal-KE u għall-elementi ta' metodoloġija biex jiġi evalwat il-progress), kif meħtieġ, dwar l-oqsma li ġejjin:
|
||||||||||
|
Sinerġiji ma' l-edukazzjoni, speċjalment l-edukazzjoni ta' l-arti |
||||||||||||
|
L-Istati Membri: |
|
|
||||||||||
|
Mira ta' sinerġiji msaħħin bejn il-kultura u l-edukazzjoni fil-qafas ta' grupp ta' ħidma li għandu jissejjaħ mill-aktar fis possibbli (5) |
Ġunju 2008 sa l-aħħar ta' l-2010 (minn 2 sa 3 laqgħat fis-sena) |
Filwaqt li jibni fuq il-ħidma tan-netwerk ta' ħaddiema taċ-ċivil dwar l-edukazzjoni ta' l-arti u dik kulturali, dan il-grupp ta' ħidma ser jikkunsidra, jirraporta u jagħmel rakkomandazzjonijiet (inkluż permezz tal-validazzjoni ta' prattiki tajbin, proposti għal inizjattivi ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri jew fil-livell tal-KE u għall-elementi ta' metodoloġija biex jiġi evalwat il-progress), kif meħtieġ, dwar l-oqsma li ġejjin:
|
||||||||||
|
Diġitizzazzjoni |
||||||||||||
|
Stati Membri/Kummissjoni: |
|
|
||||||||||
|
Tkomplija tal-ħidma li għaddejja bħalissa fil-qasam tad-diġitizzazzjoni u l-aċċessibbità online ta' materjal kulturali, u l-konservazzjoni diġitali, inklużi l-aspetti awdjoviżivi (7) |
Mill-2008 'il quddiem (tnedija ta' librerija ta' prototipi, l-aħħar ta' l-2008) |
Stabbiliment ta' librerija diġitali Ewropea komuni, jiġifieri punt ta' aċċess multilingwu komuni għall-kollezzjonijiet differenti fil-libreriji, fl-arkivji u fil-mużewijiet Ewropej |
||||||||||
|
Multilingwiżmu |
||||||||||||
|
Kummissjoni/Stati Membri: |
|
|
||||||||||
|
Komunikazzjoni dwar il-multilingwiżmu: |
Sett 2008 |
Strateġija Ewropea għall-multilingwiżmu (biex ikun żviluppat, bl-inklużjoni ta' aspetti kulturali, flimkien ma' setturi rilevanti oħrajn, b'mod partikolari l-edukazzjoni) |
||||||||||
|
Studju dwar il-kontribut tal-multilingwiżu għall-kreattività |
L-ewwel nofs ta' l-2009 |
Jintwera l-kontribut tal-multilingwiżmu għall-kreattività u jiġi pprovdut kontribut għad-dibattitu dwar is-Sena Ewropea tal-Kreattività 2009 |
||||||||||
|
Djalogu Interkulturali |
||||||||||||
|
Stati Membri/Kummissjoni: |
|
|
||||||||||
|
Implimentazzjoni tas-Sena Ewropea tad-Djalogu interkulturali |
2008 |
Jiġu implimentati, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-korpi ta' koordinazzjoni nazzjonali rilevanti, l-objettivi tas-Sena u jiġu segwiti bħala kontribut għal strateġija sostennibli, inkluż l-iżvilupp ta' approċċ trans-settorjali għal kompetenzi interkulturali |
||||||||||
|
Segwitu għas-Sena |
2009-2010 |
|||||||||||
|
Turiżmu kulturali/wirt kulturali |
||||||||||||
|
L-Istati Membri: |
|
|
||||||||||
|
Promozzjoni ta' wirt kulturali permezz ta' sinerġiji ġodda bi proġetti multilaterali relatati mat-turiżmu kulturali. |
|
Jikkontribwixxu għall-Aġenda għal turiżmu Ewropew sostenibbli u kompetittiv (8) li tiffoka b'mod partikolari fuq it-turiżmu kulturali u l-promozzjoni tal-wirt kulturali, inkluż il-wirt mhux tanġibbli |
||||||||||
|
Aċċess taż-żgħażagħ għall-kultura |
||||||||||||
|
Kummissjoni: |
|
|
||||||||||
|
Studju dwar l-aċċess taż-żgħażagh għall-kultura |
It-tieni nofs ta' l-2009 |
Jiġu ddentifikati l-ostakoli għall-aċċess taż-żgħażagħ għall-kultura kif ukoll il-prattiki tajbin li jagħmlu dan l-aċċess aktar faċli |
||||||||||
It-3 Prijorità: Żvilupp ta' data, statistika u metodoloġiji fis-settur kulturali u titjib tal-komparabbiltà tagħhom
|
Inizjattivi |
Terminu taż-żmien |
Għanijiet |
|
Kummissjoni/Stati Membri: |
|
|
|
L-EUROSTAT [ser] (9) jerġa' jniedi l-attivitajiet tal-grupp ta' ħidma ta' l-istatistika dwar il-kultura. Dan [ser] jaħdem mill-qrib ma' grupp żghir ta' Stati Membri interessati dwar l-estensjoni ta' metodoloġiji u sondaġġi pilota, għall-benefiċċju ta' l-Istati Membri kollha |
Qabel l-aħħar ta' l-2008 |
Tiġi żviluppata l-produzzjoni ta' data abbażi ta' sistema ta' statistika koordinata dwar il-kultura u jsir studju dwar il-possibbiltà li jiġu adattati u żviluppati metodi eżistenti li jkopru ħtiġiet u oqsma ġodda |
Ir-4 Prijorità: Massimizzazzjoni tal-potenzjal ta' l-industriji kulturali u kreattivi, b'mod partikolari dak ta' l-SMEs
|
Inizjattivi |
Terminu taż-żmien |
Għanijiet |
||||||||||
|
L-Istati Membri: |
|
|
||||||||||
|
Stabbiliment ta' grupp ta' ħidma dwar l-industriji kulturali u kreattivi inklużi l-esperti ta' l-Istati Membri (10) |
April 2008 sa l-aħħar ta' l-2010 (madwar 3 laqgħat fis-sena) |
Dan il-grupp ta' ħidma hu mistieden jikkunsidra, jirraporta u jagħmel rakkomandazzjonijiet (inkluż permezz tal-validazzjoni u d-disseminazzjoni ta' prattiki tajbin, b'kont meħud ta' teknoloġiji ġodda, proposti għal inizjattivi ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri jew fil-livell tal-KE u għall-elementi ta' metodoloġija biex jiġi evalwat il-progress), kif meħtieġ, dwar l-oqsma li ġejjin:
|
||||||||||
|
Kummissjoni: |
|
|
||||||||||
|
Studju dwar il-kontribut tal-kultura għall-kreattività |
Frar 2009 |
Li jiġi esplorat aktar il-kunċett ta' kreattività u li jinftiehem aħjar il-kontribut effettiv u konkret tal-kultura għall-kreattività u l-innovazzjoni kif ukoll tal-modi kif jistgħu jiġu mkejla r-rabtiet bejniethom |
||||||||||
|
Studju dwar id-dimensjoni intraprenditorjali ta' l-industriji kulturali u kreattivi |
Settembru 2009 |
Li jinftiehmu aħjar il-funzjonament u l-ħtiġiet speċifiċi ta' l-industriji kulturali u kreattivi, b'mod partikolari l-SMEs, kif ukoll il-fatturi ambjentali li għandhom impatt fuq l-iżvilupp tagħhom |
||||||||||
|
Studju dwar il-kontribut tal-kultura għall-iżvilupp ekonomiku lokali u reġjonali |
It-tieni nofs ta' l-2009 |
Li jiġi analizzat l-impatt soċjo-ekonomiku ta' l-investiment fil-kultura fil-livelli sub-nazzjonali |
||||||||||
|
Green Paper dwar l-industriji kulturali u kreattivi |
Diċembru 2009 |
Dibattitu ta' tnedija dwar l-aħjar modi biex jinfetaħ il-potenzjal ta' l-industriji kulturali u kreattivi fl-Ewropa |
Il-5 prijorità: Promozzjoni u implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' l-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità ta' l-Espressjonijiet Kulturali
|
Inizjattivi |
Terminu taż-żmien |
Għanijiet |
|
L-implimentazzjoni |
Għadu għaddej |
|
|
Stati Membri/Kummissjoni: |
|
|
|
Koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet ta' l-UE f'laqgħat dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni abbażi tal-kodiċi ta' kondotta |
Protezzjoni u promozzjoni tal-pożizzjonijiet u l-interessi ta' l-UE fil-korpi governattivi tal-Konvenzjoni, kif ukoll oqfsa internazzjonali oħrajn |
|
|
L-Istati Membri: |
|
|
|
Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni u inklużjoni ta' l-objettivi tagħha fil-linji ta' politika nazzjonali rilevanti |
Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni fil-livell nazzjonali u dak Komunitarju li jwassal għal integrazzjoni aħjar ta' l-objettivi tagħha fil-linji ta' politika rilevanti |
|
|
Kummissjoni: |
||
|
Grupp ta' interservizzi dwar il-Kultura biex jiġu żgurati l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni u l-integrazzjoni ta' l-objettivi tagħha fil-linji ta' politika Komunitarji |
||
|
Promozzjoni |
|
|
|
L-Istati Membri: |
|
|
|
Promozzjoni tar-ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni u ta' l-objettivi tal-Konvenzjoni fir-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi. Skambju ta' esperjenzi dwar il-kooperazzjoni kulturali ma' pajjiżi terzi |
Għadu għaddej |
Promozzjoni tal-Konvenzjoni fil-livell internazzjonali |
|
Laqgħat ta' uffiċjali governattivi għolja fil-qasam tal-kutura, inklużi l-laqgħat tad-Diretturi Ġenerali tal-Kultura fil-Ministeri ta' l-Affarijiet Barranin |
Skond l-Aġenda |
Skambju ta' fehmiet u rakkomandazzjonijiet potenzjali dwar il-promozzjoni tal-kultura fl-UE u fir-relazzjonijiet esterni tagħha, u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet kulturali ta' l-Istati Membri ta' l-UE, u ma' l-omologi tagħhom f'dawk il-pajjiżi terzi |
|
Kummissjoni: |
||
|
Promozzjoni sistematika tal-Konvenzjoni fi djalogu ma' pajjiżi terzi |
(1) Il-prinċipji relatati ma' l-istabbiliment u l-funzjonament tal-gruppi ta' ħidma jistgħu jinstabu fl-Anness II.
(2) Il-prinċipji relatati ma' l-istabbiliment u l-funzjonament tal-gruppi ta' ħidma jistgħu jinstabu fl-Anness II.
(3) Ara d-dok.14721/06.
(4) B'mod partikolari, id-Direttiva tal-Kunsill 93/7/KEE tal-15 ta' Marzu 1993 fuq ir-ritorn ta' oġġetti ta' kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta' Stat Membru (ĠU L 74, 27.3.1993) u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3911/92 tad-9 ta' Diċembru 1992 dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali (ĠU L 395, 31.12.1992).
(5) Il-prinċipji relatati ma' l-istabbiliment u l-funzjonament tal-gruppi ta' ħidma jistgħu jinstabu fl-Anness II.
(6) B'konformità fost l-oħrajn ma' l-objettivi tas-Sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni 2009, proposta.
(7) Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006, ĠU C 297, 7.12.2006, p. 1.
(8) Endorsjata mill-Kunsill Ewropew fl-14 ta' Diċembru 2007, dok. 16616/07.
(9) F'parentesi minħabba li għada ma tteħditx id-deċiżjoni finali mill-Eurostat.
(10) Il-prinċipji relatati ma' l-istabbiliment u l-funzjonament tal-gruppi ta' ħidma jistgħu jinstabu fl-Anness II.
ANNESS II
Gruppi ta' Ħidma li ser jiġu stabbiliti fl-implimentazzjoni tal- Pjan ta' Ħidma tal-Kunsill għall-Kultura 2008-010
Prinċipji dwar l-istabbiliment u l-funzjonament tal-gruppi ta' ħidma
|
— |
Il-parteċipazzjoni ta' l-Istati Membri fil-ħidma tal-gruppi hi volontarja u l-Istati Membri jistgħu jingħaqdu magħhom fi kwalunkwe ħin. |
|
— |
Kull Stat Membru interessat li jipparteċipa fil-ħidma tal-gruppi ta' ħidma jrid jinnomina espert bħala membru tal-grupp ta' ħidma. Idealment, l-espert għandu jkollu taħlita ta' esperjenza operattiva u ta' politika fil-qasam rilevanti fil-livell nazzjonali. L-Istati Membri jistgħu jistiednu esperti jew uffiċjali oħrajn biex jattendu għal-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma bħala osservaturi. |
|
— |
Kull grupp ta' ħidma jista' jiddeċiedi li jistieden esperti minn oqsma oħrajn biex jikkontribwixxu għall-ħidma tal-grupp kif meħtieġ. |
|
— |
Il-gruppi ta' ħidma ser ikunu responsabbli biex jiddeċiedu liema Stat Membru jew Stati Membri ser jippresjedi/u l-gruppi, fost dawk li wrew ix-xewqa tagħhom f'dan ir-rigward. |
|
— |
Il-funzjonament ta' dawn il-gruppi ser ikun totalment trasparenti sabiex l-Istati Membri kollha jinżammu informati kif suppost dwar il-ħidma tal-gruppi, irrispettivament mil-livell tal-parteċipazzjoni tagħhom f'qasam partikolari. Il-presidenti tal-gruppi ta' ħidma ser jirrapportaw b'mod regolari (darba kull Presidenza) lill-Kumitat ta' l-Affarijiet Kulturali dwar il-progress tal-ħidma fil-gruppi ta' ħidma rispettivi. Il-Kumitat ta' l-Affarijiet Kulturali ser jingħata l-opportunità li jiggwida lill-gruppi ta' ħidma sabiex ikunu garantiti l-eżitu mixtieq u l-koordinazzjoni tal-ħidma tal-gruppi. |
|
— |
Il-gruppi ta' ħidma ser jippreżentaw rapport ta' nofs it-terminu sa Lulju 2009 dwar il-ħidma mwettqa sa dak iż-żmien, li ser jikkontribwixxi għar-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Ħidma tal-Kunsill għall-Kultura 2008-2010. |
|
— |
Il-Kummissjoni ser tappoġġa l-ħidma tal-gruppi ta' ħidma billi tniedi studji rilevanti għall-qasam tax-xogħol tagħhom u hi ser tipprovdi appoġġ loġistiku u segretarjali għall-ħidma tal-gruppi. |
Kummissjoni
|
10.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 143/17 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
Id-9 ta' Ġunju 2008
(2008/C 143/07)
1 euro=
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,5784 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
166,76 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4599 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,79740 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,3480 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,6103 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
118,93 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,9370 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,653 |
|
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
247,20 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7028 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
3,3848 |
|
RON |
Leu Rumen |
3,6795 |
|
SKK |
Krona Slovakka |
30,338 |
|
TRY |
Lira Turka |
1,9640 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6414 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,6136 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
12,3246 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
2,0563 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,1494 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 630,49 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
12,4200 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
10,9273 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,2488 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 734,36 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
5,1503 |
|
PHP |
Peso Filippin |
69,450 |
|
RUB |
Rouble Russu |
37,1536 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
52,584 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,5745 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,3838 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
10.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 143/18 |
Avviż tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92
Emenda ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq ċerti servizzi ta' l-ajru bi skeda fil-Portugall
(2008/C 143/08)
|
1. |
Skond l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 dwar aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji, il-Portugall iddeċieda li jemenda l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti rigward servizzi ta' l-ajru bi skeda li joperaw ir-rotta Liżbona-Vila Real-Bragança-Vila Real-Liżbona. |
|
2. |
L-obbligi ta' servizz pubbliku huma kif ġej:
|
(1) Ara l-Aeronautical Information of Portugal (AIP) u s-Civil Pilot Manual (MPC-Portugal) għal dettalji ta' l-operat fl-ajruporti ta' Liżbona u dawk ta' Bragança u Vila Real.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Kummissjoni
|
10.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 143/20 |
P-Liżbona: Operat ta' servizzi ta' l-ajru bi skeda
Stedina għall-parteċipazzjoni f'sejħa għall-offerti maħruġa mill-Portugall skond l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 rigward l-operat ta' servizzi ta' l-ajru bi skeda li joperaw ir-rotta Liżbona-Vila Real-Bragança-Vila Real-Liżbona
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 143/09)
1. Daħla: Skond l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji, il-Portugall iddeċieda li jemenda l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti rigward servizzi ta' l-ajru bi skeda li joperaw ir-rotta Liżbona-Vila Real-Bragança-Vila Real-Liżbona.
Jekk fil-15 ta' Settembru 2008 l-ebda trasportatur ta' l-ajru ma jkun għadu beda jew ikun se jibda jopera servizzi ta' l-ajru bi skeda fuq ir-rotta msemmija hawn fuq bl-impożizzjoni ta' obbligu ta' servizz pubbliku, u mingħajr ma jitlob kumpens finanzjarju, jintgħażel trasportatur wieħed b'sejħa pubblika għall-offerti, skond il-proċedura pprovduta bl-Artikolu 4(1)(d) tar-regolament imsemmi hawn fuq, li jingħata d-dritt li jopera dawk is-servizzi mis-27 ta' Ottubru 2008.
2. L-għan ta' l-istedina għall-offerti: Il-provvista ta' servizzi ta' l-ajru bi skeda fuq ir-rotta msmemija hawn fuq mis-27 ta' Ottubru 2008, skond l-obbligi ta' servizz pubbliku kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
3. Parteċipazzjoni: Kull trasportatur ta' l-ajru li huwa d-detentur ta' liċenzja ta' l-operat maħruġa minn Stat Membru skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar liċenzjar ta' air carriers, kif ukoll ta' ċertifikat xieraq ta' trasportatur ta' l-ajru, jista' jopera dawn is-servizzi.
4. Proċedura: Din l-istedina għall-offerti hija soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(1)(d), (e), (f), (g), (h) u (i) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92.
5. Il-fajl ta' l-offerta: Il-fajl komplut ta' l-offerta, li jinkludi r-regoli speċifiċi li jirregolaw l-istedina għall-offerta, jista' jinkiseb bil-prezz ta' EUR 100 minn: Instituto Nacional da Aviação Civil I.P., Rua B, Edifícios 4, 5, e 6 — Aeroporto da Portela 4, P-1749-034 Liżbona.
6. Kumpens finanzjarju: L-offerti li jintefgħu għandhom espliċitament jindikaw l-ammont rikjest bħala kumpens għall-operat tas-servizz għal tliet snin mid-data tal-ftuħ stipulata (b'analiżi annwali). Jekk l-offerti jinkludu l-operat ta' titjiriet is-Sibtijiet u/jew il-Ħdud, dawn ma għandhom jagħtu lok għall-ebda żieda fil-kontribut finanzjarju li għandu jagħmel l-Istat Membru. L-impatt finanzjarju li jirriżulta mill-operat tat-tijiriet is-Sibtijiet u/jew il-Ħdud (li ma għandux jinġarr mill-Istat Membru) ikollu jiġi spjegat u ġustifikat fil-proposta ta' l-offerent. L-ammont preċiż tal-kumpens li jingħata finalment jiġi ffissat kull sena ex post, abbażi ta' l-ispejjeż li tagħhom tingħata prova u d-dħul realment iġġenerat mis-servizz, sa l-ammont stabbilit fis-sejħa għall-oferti.
7. Prezzijiet: L-offerti jeħtiġilhom jindikaw il-prezzijiet previsti, li jeħtiġilhom ikunu skond l-obbligi ta' servizz pubbliku kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Eropea.
8. It-tul, l-emedar u t-terminazzoni tal-kuntratt: Il-kuntratt jidħol fis-seħħ fis-27 ta' Ottubru 2008 u jintemm wara tliet snin. L-ammont tal-kumpens finanzjarju jista' jiġi rivedut jekk ikun hemm tibdiliet mhux previsti fil-kundizzjoniiet ta' l-operat.
9. Penalitajiet: Jekk l-operatur ma jkunx jista' jibda jopera s-servizz minħabba force majeure, l-ammont tal-kumpens finanzjarju jista' jitnaqqas proporzjonatament għat-titjiriet li ma jkunux saru. Jekk it-trasportatur jonqos milli jopera s-servizz għal raġunijiet għajr dawk ta' force majeure jew inkella jonqos milli jaqdi l-obbligu ta' servizz pubbliku, l-awtoritajiet Portugiżiż jistgħu:
inaqqsu l-ammont tal-kumpens finanzjarju proporzjonatament għat-titjiriet li ma jkunux saru,
jistitwixxu proċedimenti bil-liġi, fejn skond tali proċedimenti jistgħu ikunu applikati multi u penalitajiet addizzjonali provduti fil-liġ,
japplikaw penalitajiet kuntrattwali,
jitterminaw il-kuntratt, f'konformità mal-liġi Portugiża, mingħajr preġudizzju għas-sitwazzjonijiet provduti fil-kuntratt f'dan ir-rigward,
jinvokaw ir-raġunijiet għar-revoka provduti bil-liġi Portugiża u fil-kuntratt tal-liċenzja.
10. It-tfigħ ta' offerti:
|
1. |
L-offerti jistgħu jintefgħu sa mhux aktar tard mill-17:00 tat-tletin jum wara l-pubbikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea ta' din l-istedina għall-offerti. |
|
2. |
L-offerti u kwalunkwe dokument li jakkumpanjahom jistgħu jitwasslu bl-id — bi rċevuta tal-wasla — fil-kwartieri ġenerali ta' l-Instituto Nacional de Aviação Civil I.P., Rua B, Edifícios 4, 5, e 6, Aeroporto da Portela 4, P-1749-034 Liżbona, bejn id-09.00 u l-17.00, jew inkella jintbagħtu bil-posta rreġistrata, sakemm jaslu sad-data u l-ħin stipulati fil-paragrafu 1 hawn fuq. L-offerent waħdu għandu jkollu r-responsabbiltà għat-twassil tard. |
11. Il-validità ta' l-istedina għall-offerti: Skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92, il-validità ta' din l-istedina għall-offerti hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-ebda trasportatur ta' l-ajru Komunitarju eliġibbli biex jopera s-servizz konċernat ma jressaq, sal-15 ta' Settembru 2008, applikazzjoni biex jopera r-rotot ikkonċernati sa mis-27 ta' Ottubri 2008, skond l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti, mingħajr ma jirċievi kumpens finanzjarju. Fil-każ li, sal-15 ta' Settembru 2008, trasportatur/i ta' l-ajru japplika(w) biex jopera(w) dawn is-servizzi, filwaqt li jaqdi/u l-obbligu ta' servizz pubbliku u mingħajr ma jitlob/olbu kumpens, din l-istedina għall-offerti tkun skadiet.