ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
14 ta' Mejju 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Bank Ċentrali Ewropew

2008/C 117/01

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta' Mejju 2008 fuq it-talba tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadotta numru ta' strumenti għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, suġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (CON/2008/19)

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 117/02

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

3

2008/C 117/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5035 — Radeberger/Getränke Essmann/Phoenix) ( 1 )

5

2008/C 117/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5031 — ACE/CICA) ( 1 )

5

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 117/05

Rata tal-kambju ta' l-euro

6

2008/C 117/06

Rata tal-kambju ta' l-euro

7

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 117/07

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali ( 1 )

8

2008/C 117/08

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

10

2008/C 117/09

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

16

2008/C 117/10

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

22

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni

2008/C 117/11

MEDIA 2007 — Sejħa għal Proposti — EACEA/11/08 — Miżuri ta' appoġġ għall-Promozzjoni u Access fis-Swieq

27

2008/C 117/12

MEDIA 2007 — Sejħa għal Proposti — EACEA/12/08 — Miżuri ta' appoġġ għall-Promozzjoni f'pajjiżi li ma humiex membri fil-programm MEDIA

29

2008/C 117/13

Sejħa għal proposti — EACEA/15/08 — Azzjoni 4.5.b — Sejħa għal proposti għal proġetti li jappoġġjaw mezzi ta' informazzjoni fuq l-elezzjonijiet Ewropej ta' l-2009 għall-attenzjoni taż-żgħażagħ u għal dawk li jagħmluha maż-żgħażagħ — Il-Programm Żgħażagħ fl-azzjoni

30

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2008/C 117/14

Għajnuna mill-Istat — Irlanda — Għajnuna mill-Istat C 2/08 (ex N 572/07) — Modifikazzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ — Stedina biex jitressqu l-osservazzjonijiet skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE ( 1 )

32

2008/C 117/15

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5066 — Eurogate/APMM) ( 1 )

36

2008/C 117/16

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5121 — News Corp/Premiere) ( 1 )

37

2008/C 117/17

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5086 — BAT/Skandinavisk Tobakskompagni) ( 1 )

38

 

ATTI OĦRAJN

 

Kummissjoni

2008/C 117/18

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

39

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

OPINJONIJIET

Bank Ċentrali Ewropew

14.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-5 ta' Mejju 2008

fuq it-talba tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadotta numru ta' strumenti għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, suġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju

(CON/2008/19)

(2008/C 117/01)

Introduzzjoni u bażi legali

Fis-17 ta' Marzu 2008 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar regolament propost tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadotta numru ta' strumenti għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, suġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (minn issa 'l quddiem “ir-regolament propost”) (1).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni dwar ir-regolament propost hija bbażata skond l-Artikolu 105(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

Ir-regolament propost se jirriżulta fl-introduzzjoni ta' “proċedura regolatorja bi skrutinju” ġdida, inter alia, dwar is-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni fir-rigward ta' numru ta' strumenti tal-Komunità fil-qasam ta' l-istatistika. Il-BĊE m'għandu l-ebda kummenti speċifiċi dwar id-dispożizzjonijiet tar-regolament propost billi dawn huma konformi ma' l-istqarrija konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni tal-“proċedura regolatorja bi skrutinju” ġdida fil-qafas tal-komitoloġija (2).

Wara li kkunsidra r-rwol sinifikanti tal-miżuri implimentattivi fil-leġiżlazzjoni ta' l-UE fil-qasam ta' l-istatistika, il-BĊE jieħu din l-opportunita' biex jenfasizza l-importanza tar-rwol konsultattiv tiegħu skond l-Artikolu 105(4) tat-Trattat, li jeżiġi biex il-BĊE jiġi kkonsultat 'dwar kull att tal-Komunità propost fl-oqsma tal-kompetenza tiegħu'. Konformi mal-pożizzjoni li ttieħdet f'opinjonijiet ta' qabel tal-BĊE fir-rigward ta' miżuri implimentattivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji (3), il-BĊE iqis li l-miżuri implimentattivi statistiċi proposti huma ta' karattru leġiżlattiv u jikkostitwixxu “atti proposti tal-Komunità” fit-tifsira ta' l-Artikolu 105(4) tat-Trattat. Għalhekk, id-dispożizzjoni tat-Trattat li teżiġi biex il-BĊE jiġi kkonsultat dwar kull att tal-Komunità propost fil-qasam tal-kompetenza tiegħu tinkludi obbligu biex jiġi kkonsultat dwar dawn il-miżuri implimentattivi (4).

Magħmula fi Frankfurt am Main, fil-5 ta' Mejju 2008.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  COM(2007) 741 finali u COM(2008) 71 finali. L-opinjoni tal-BĊE intalbet fir-rigward ta' l-aħħar u r-raba' parti tar-regolament propost.

(2)  Stqarrija mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2006 li temenda d-Deċiżjoni 1999/468/KE li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (2006/512/KE) (ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1).

(3)  Ara l-paragrafu introduttorju ta' l-Opinjoni BĊE CON/2006/57 tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar l-abbozz tad-Direttiva tal-Kummissjoni li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-koordinament tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli ttrasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-kjarifika ta' ċerti definizzjonijiet (ĠU C 31, 13.2.2007, p. 1); ara wkoll il-paragrafu 1.2 ta' l-Opinjoni tal-BĊE CON/2007/4 tal-15 ta' Frar 2007 fuq it-talba tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar tmien proposti li jemendaw d-Direttivi 2006/49/KE, 2006/48/KE, 2005/60/KE, 2004/109/KE, 2004/39/KE, 2003/71/KE, 2003/6/KE u 2002/87/KE, fir-rigward tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (ĠU C 39, 23.2.2007, p. 1).

(4)  In-nuqqas ta' konsultazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-Komunità kien is-suġġett ta' diversi sentenzi mill-Qorti tal-Ġustizzja. Dwar l-obbligu biex jiġi kkonsultat il-Parlament Ewropew, ara l-Każ 138/79 Roquette Frères v Il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropew [1980] ECR 3333 u l-Każ Ċ-21/94 Parlament v Kunsill [1995] ECR I-1827, paragrafu 17. Dwar l-obbligu ta' l-Awtorità Għolja biex tikkonsulta lill-Kunsill u lill-Kumitat Konsultattiv skond it-Trattat tal-KEFA, ara l-Każ 1/54 Repubblika Franċiża v Awtorità Għolja tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar [1954-56] ECR 1, f'p. 15 u l-Każ 2/54 Repubblika Taljana v Awtorità Għolja tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar [195456] ECR 37, f'p. 52, li kien ikkonfermat bil-Każ 6/54 Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi v Awtorità Għolja tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar [1954-56] ECR 103, f'p. 112. Fir-rigward ta' l-Artikolu 105(4) tat-Trattat, f'Każ Ċ-11/00 Kummissjoni v Bank Ċentrali Ewropew [2003] ECR I-7147, l-Avukat Ġenerali Jacobs enfasizza li “l-konsultazzjoni tal-BĊE dwar miżuri proposti fil-qasam tal-kompetenza tiegħu hija pass proċedurali, mitluba minn dispożizzjoni tat-Trattat, li huwa ċar li hija pass li jista' jaffettwa l-kontenut tal-miżuri adottati. Fil-fehma tiegħi, in-nuqqas ta' konformità ma' dan l-obbligu għandu jkun kapaċi jwassal għall-annullament tal-miżuri adottati”, Opinjoni ta' l-Avukat Ġenerali Jacobs mogħtija fit-3 ta' Ottubru 2002, paragrafu 131.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

14.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/3


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 117/02)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

21.2.2008

Għajnuna Nru

N 622/07

Stat Membru

Malta

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Small Start-Up Grants Scheme

Il-bażi legali

Regulation 5 of the Assistance to Small and Medium-Sized Undertakings Regulations, 2007

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp reġjonali, Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit annwali: MTL 2,2 miljun

Baġit globali: MTL 13,2 miljun

L-intensità

25 %

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

L-industrija tal-manifattura, Il-kompjuter u attivitajiet relatati, Attivitajiet ta' servizz

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Malta Enterprise

Enterprise Centre — Industrial Estate

San Gwann SGN 3000

Malta

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

19.3.2008

Għajnuna Nru

N 751/07

Stat Membru

L-Irlanda

Reġjun

IE012 — Midland; IE013 — West; IE023 — Mid-West

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Mid-Shannon Corridor Tourism Infrastructure Scheme

Il-bażi legali

Chapter 12 of Part 10 of the Taxes Consolidation Act 1997 (as amended by section 29 of the Finance Act 2007 and section 27 of the Finance Act 2008)

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma ta' l-għajnuna

Vantaġġ fiskali

L-Estimi

Baġit globali: EUR 35-50 miljun

L-intensità

12,08 %

It-tul ta' żmien

Sal-31.1.2011

Setturi ekonomiċi

Il-lukandi u r-ristoranti (turiżmu), Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport, Proprjetà immobbli

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Department of Arts, Sport and Tourism

23 Kildare Street

Dublin 2

Ireland

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


14.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5035 — Radeberger/Getränke Essmann/Phoenix)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 117/03)

Fis-27 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ġermaniż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5035. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


14.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5031 — ACE/CICA)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 117/04)

Fil-11 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5031. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

14.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/6


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

It-13 ta' Mejju 2008

(2008/C 117/05)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,5473

JPY

Yen Ġappuniż

160,71

DKK

Krona Daniża

7,4625

GBP

Lira Sterlina

0,7938

SEK

Krona Żvediża

9,294

CHF

Frank Żvizzeru

1,6227

ISK

Krona Iżlandiża

122,75

NOK

Krona Norveġiża

7,846

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,939

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

250,1

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6975

PLN

Zloty Pollakk

3,3838

RON

Leu Rumen

3,654

SKK

Krona Slovakka

31,71

TRY

Lira Turka

1,9364

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6408

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5562

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

12,0649

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,0118

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1204

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 616,93

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,7429

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,8139

HRK

Kuna Kroata

7,2537

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 328

MYR

Ringgit Malażjan

4,9815

PHP

Peso Filippin

66,124

RUB

Rouble Russu

36,8267

THB

Baht Tajlandiż

49,97

BRL

Real Brażiljan

2,5739

MXN

Peso Messikan

16,2191


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


14.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/7


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Id-9 ta' Mejju 2008

(2008/C 117/06)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,5458

JPY

Yen Ġappuniż

158,81

DKK

Krona Daniża

7,4614

GBP

Lira Sterlina

0,7938

SEK

Krona Żvediża

9,2904

CHF

Frank Żvizzeru

1,6086

ISK

Krona Iżlandiża

123,75

NOK

Krona Norveġiża

7,844

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,147

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

252,87

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6979

PLN

Zloty Pollakk

3,401

RON

Leu Rumen

3,694

SKK

Krona Slovakka

31,992

TRY

Lira Turka

1,9679

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6466

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5592

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

12,0522

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,0175

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1151

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 616,52

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,9105

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,8079

HRK

Kuna Kroata

7,2585

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 283,19

MYR

Ringgit Malażjan

4,9427

PHP

Peso Filippin

65,859

RUB

Rouble Russu

36,7455

THB

Baht Tajlandiż

49,381

BRL

Real Brażiljan

2,6279

MXN

Peso Messikan

16,3399


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

14.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/8


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 117/07)

Għajnuna Nru

XR 190/07

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Thüringen

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Richtlinie für die Übernahme von Bürgschaften durch die Thüringer Aufbaubank zugunsten der gewerblichen Wirtschaft und der freien Berufe (TAB-Bürgschaftsprogramm)

(Bürgschaften für Investitionskredite in den Ratingkategorien 1 bis 5 entsprechend der genehmigten Berechnungsmethode vom 25.9.2007(Nr. N 197/07))

Bażi legali

Thüringen Landeshaushaltsordnung § 39; Landeshaushaltsgesetz

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

EUR 1,5 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

30 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

5.11.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Thüringer Aufbaubank

Gorkistraße 9

D-99084 Erfurt

Tel. (49-361) 744 70

info@aufbaubank.de

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

www.thueringen.de/de/tfm/buergschaften/buerg/programme/tabbp/

Aktar informazzjoni


Għajnuna Nru

XR 191/07

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Thüringen

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Richtlinie für die Übernahme von Bürgschaften durch den Freistaat Thüringen zugunsten der gewerblichen Wirtschaft und der freien Berufe (Landesbürgschaftsprogramm)

(Bürgschaften für Investitionskredite in den Ratingkategorien 1 bis 5 entsprechend der genehmigten Berechnungsmethode vom 25.9.2007(Nr. N 197/07))

Bażi legali

Thüringen Landeshaushaltsordnung § 39; Haushaltsgesetz

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

EUR 3 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

30 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

5.11.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Thüringer Finanzministerium

Ludwig-Erhard-Ring 7

D-99099 Erfurt

Tel. (49-361) 379 64 13

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

www.thueringen.de/de/tfm/buergschaften/buerg/programme/lbp/

Aktar informazzjoni


Għajnuna Nru

XR 42/08

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Région wallonne, province du Hainaut

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Incitants en faveur des entreprises (grandes entreprises et PME) objectif convergence

Bażi legali

Arrêté du GW du 6 mai 2006 portant exécution du décret du 11 mars 2004 relatif aux incitants régionaux en faveur des grandes entreprises modifié par l'arrêté du Gouvernement wallon du 17 janvier 2008; Arrêté du GW du 6 mai 2006 portant exécution du décret du 11 mars 2004 relatif aux incitants régionaux en faveur des PME modifié par l'arrêté du Gouvernement wallon du 17 janvier 2008; Arrêté du GW du 6 décembre 2006 déterminant les zones de développement pour la période 2007-2013

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

EUR 50,5 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

30 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

8.2.2008

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2008

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Direction générale de l'Économie et de l'Emploi, Direction de la Politique économique

Place de la Wallonie, 1, bât. 1

B-5100 Jambes

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://wallex.wallonie.be

Aktar informazzjoni


14.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/10


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 117/08)

Numru XA: XA 418/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Piran

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Podpora in ukrepi za razvoj kmetijstva in podeželja v občini Piran

Bażi ġuridika: Pravilnik o izvajanju podpor in ukrepov za razvoj kmetijstva in podeželja v občini Piran (Poglavje VI)

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 56 700

 

2008: EUR 62 000

 

2009: EUR 68 000

 

2010: EUR 68 000

 

2011: EUR 75 000

 

2012: EUR 82 000

 

2013: EUR 90 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati,

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn.

L-appoġġ jingħata lill-impriżi agrikoli għal produzzjoni primarja agrikola, investiment f'uċuħ permanenti, it-titjib fl-art agrikola, ir-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u x-xiri ta' tagħmir biex jintuża għall-produzzjoni primarja agrikola.

2.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi eliġibbli mġarrba.

3.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 80 % ta' l-ispejjeż ta' l-attivitajiet tar-riċerka tas-suq, kunċett u disinn tal-prodott, inkluża l-għajnuna għall-preparazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta' l-indikaturi ġeografiċi, denominazzjonijiet ta' l-oriġini jew ċertifikazzjonijiet ta' karattru speċifiku skond ir-regolamenti Komunitarji rilevanti, l-ispejjeż ta' l-introduzzjoni ta' skemi ta' assigurazzjoni ta' kwalità, sistemi ta' traċċabilità, sistemi għall-assigurazzjoni għall-awtentiċità u l-kummerċjalizzazzjoni ta' normi jew sistemi ta' awditjar ambjentali u l-ispejjeż għat-taħriġ tal-ħaddiema biex iwettqu l-iskemi ta' assigurazzjoni ta' kwalità. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

4.   Għajnuna biex jiġi pprovdut appoġġ tekniku fil-qasam agrikolu:

sa 80 % ta' l-ispejjeż eliġibbli li tikkonċerna l-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza pprovduti minn partijiet terzi li ma jikkostitwixxux attività kontinwa jew perjodika u lanqas jirrigwardaw in-nefqa normali tat-tħaddim ta' l-impriża, bħal servizzi ta' rutina dwar konsulenza fiskali, servizzi legali regolari jew reklamar; l-organizzazzjoni u t-tmexxija ta' gruppi ta' ħidma, fora u kompetizzjonijiet u produzzjoni ta' katalgi u pubblikazzjonijiet. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Diċembru 2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: sal-31.12.2013 jew tul il-validità tar-regolamenti

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu 6 tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-appoġġ u miżuri ta' implimentazzjoni għall-iżvilupp ta' l-agrikoltura u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Piran jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

Občina Piran

Tartinijev trg 2

SLO-6330 Piran

Indirizz ta' l-internet: http://www.lex-localis.info/KatalogInformacij/VsebinaDokumenta.aspx?SectionID=82ffb8fd-1f32-4549-a01a-7eb517c00dc4

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet meteoroloġiċi negattivi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

Il-persuna responsabbli:

Nataša LIKAR

Kap tad-Dipartiment għall-attivitajiet ekonomiċi u turistiċi tal-muniċipalità ta' Piran

Numru XA: XA 419/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Šentilj

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Programi razvoja podeželja v občini Šentilj 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o ukrepih za razvoj podeželja na območju občine Šentilj (II. Poglavje)

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija:

 

2007: EUR 80 000

 

2008: EUR 80 000

 

2009: EUR 80 000

 

2010: EUR 80 000

 

2011: EUR 80 000

 

2012: EUR 80 000

 

2013: EUR 80 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'oqsma oħra.

L-għan ta' l-għajnuna huwa investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u biex jinxtara tagħmir użat għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti, għat-titjib fl-art agrikola u l-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjum għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra il-mard.

3.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 50 % ta' l-ispejjeż; l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

4.   Provvista ta' l-appoġġ tekniku fl-agrikoltura:

sa 50 % ta' l-ispejjeż li jikkonċernaw l-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Diċembru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma tiġi pubblikata sinteżi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: sal-31.12.2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-regoli dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri għall-promozzjoni ta' l-iżvilupp rurali fil-muniċpalità ta' Šentilj jinkludu miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istati lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

l-Artikolu 15: Sabiex jiġi pprovdut appoġġ tekniku fil-qasam agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

Občina Šentilj

Maistrova ulica 2

Šentilj v Slovenskih goricah

Indirizz ta' l-internet: http://www.izit.si/muv/index.php?action=showIzdaja&year=2007&izdajaID=428

Št. predpisa: 608, stran: 1187

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi negattivi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

Firma tal-persuna inkarigata:

Edvard ČAGRAN

Sindku tal-muniċipalità

Numru XA: XA 425/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Prevalje

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Prevalje 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Prevalje za programsko obdobje 2007–2013

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 18 820

 

2008: EUR 21 820

 

2009: EUR 23 000

 

2010: EUR 24 000

 

2011: EUR 26 500

 

2012: EUR 27 500

 

2013: EUR 29 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati,

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra,

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra, fil-każ ta' investimenti magħmula minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbiliment tagħhom.

L-għan ta' l-għajnuna huwa investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u biex jinxtara tagħmir użat għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti, għall-titjib fl-art agrikola u l-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:

għal karatteristiċi mhux produttivi, sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali,

għal assi produttivi fil-farms, sa 60 % ta' l-ispejjeż attwali, jew 75 % f'żoni żvantaġġati, sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm,

għajnuna addizzjonali tista' tingħata bir-rata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi tipiċi tal-bini.

3.   Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali fejn it-trasferiment sempliċiment jikkonsisti fiż-żarmar, it-tneħħija u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-bini eżistenti,

meta t-trasferiment iwassal għal faċilitajiet aktar moderni li minnhom igawdi l-bidwi, huwa għandu jikkontribwixxi għallinqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara t-trasferiment. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha tkun ta' mill-inqas 55 % jew 45 % rispettivament,

meta t-trasferiment iwassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-kontribuzzjoni mill-benefiċjarju għandha tkun ta' l-anqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, ta' l-ispejjeż marbuta ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun mill-inqas ta' 55 % jew 45 % rispettivament.

4.   L-ammont ta' appoġġ muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u l-frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard.

5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi imġarrba attwalment.

6.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali mġarrba; din l-għajnuna għandha tiġi provduta fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

7.   Provvista ta' l-appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż li jirrigwardaw l-edukazzjoni u t-taħriġ għall-bdiewa, servizzi ta' konsulenza u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts u l-ispejjeż ta' servizzi ta' bdil. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Diċembru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma tiġi pubblikata sinteżi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: sal-31.12.2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Ir-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat għall-konservazzjoni u l-iżvilupp agrikolu u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Prevalje li jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,

l-Artikolu 6: Rilokazzjoni ta' bini ta' farms fl-interess pubbliku,

l-Artikolu 12: Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

Občina Prevalje

Trg 2a

SLO-2391 Prevalje

Indirizz ta' l-internet: http://ls.lex-localis.info/UradnoGlasiloObcin/VsebinaDokumenta.aspx?SectionID=a5a901e9-cd5c-49a0-b725-5cba5dcbdaa7

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzjonijiet ta' maltemp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri li jridu jiġu adottati mill-muniċipalità, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

Firma tal-persuna inkarigata:

Matic TASIČ

Sindku tal-muniċipalità ta' Prevalje

Numru XA: XA 426/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Savinjska regija, območje občine Braslovče

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Dodeljevanje državnih pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Braslovče za obdobje 2007–2013.

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Braslovče za programsko obdobje 2007–2013

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 29 316

 

2008: EUR 30 050

 

2009: EUR 30 800

 

2010: EUR 31 500

 

2011: EUR 32 400

 

2012: EUR 33 200

 

2013: EUR 34 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati,

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra,

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra, fil-każ ta' investimenti magħmula minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbiliment tagħhom.

L-għan ta' l-għajnuna huwa investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u biex jinxtara tagħmir użat għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti, għall-titjib fl-art agrikola u l-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:

għal investiment f'karatteristiċi mhux produttivi, sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali,

għal investiment f'assi produttivi fil-farms, sa 60 % ta' l-ispejjeż attwali, jew 75 % f'żoni żvantaġġati, sakemm l-investiment ma jwassal għall-ebda żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm,

għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali fejn it-trasferiment sempliċiment jikkonsisti fiż-żarmar, it-tneħħija u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-faċilitajiet eżistenti,

meta t-trasferiment iwassal għal faċilitajiet aktar moderni li minnhom igawdi l-bidwi, huwa għandu jikkontribwixxi għallinqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara t-trasferiment. Jekk il-benefiċjarju huwa bidwi żagħżugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha tkun ta' lanqas 55 % jew 45 % rispettivament,

meta t-trasferiment iwassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-kontribuzzjoni mill-benefiċjarju għandha tkun ta' l-anqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, ta' l-ispejjeż marbuta ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju huwa bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun ta' lanqas 55 % jew 45 % rispettivament.

4.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjum ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard,

sa 10 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u frott.

5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali mġarrba.

6.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali mġarrba; din l-għajnuna għandha tiġi provduta fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

7.   Provvista ta' l-appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż rigward l-edukazzjoni u taħriġ, servizzi ta' konsulenza provduti minn partijiet terzi u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet u websajts. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Diċembru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma tiġi pubblikata sinteżi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31.12.2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna għall-konservazzjoni u l-iżvilupp agrikolu u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Braslovče għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-13 li jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,

l-Artikolu 6: Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku,

l-Artikolu 12: Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

Občina Braslovče

Braslovče 22

SLO-3314 Braslovče

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=2007104&dhid=92529

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzjonijiet ta' maltemp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

Firma tal-persuna inkarigata:

Marko BALANT

Is-Sindku tal-Muniċipalità ta' Braslovče


14.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/16


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 117/09)

Numru XA: XA 2/08

Stat Membru: Id-Danimarka

Reġjun: Id-Danimarka

Titlu ta' l-iskema jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Tilskud til certificerede partier af sædekorn og markfrø

Bażi ġuridika: Finanslov 2008

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: DKK 10 000 000

Intensità massima ta' l-għajnuna: 50 %

Data ta' l-implimentazzjoni: L-1.1.2008

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31.12.2008

Għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' l-iskema ta' għajnuna hu li tikkontribwixxi lejn l-ispejjeż ta' miżuri għall-kontrolli obbligatorji fl-ambitu taċ-ċertifikazzjoni taż-żrieragħ taċ-ċereali u ta' żrieragħ oħra għaż-żrigħ. L-iskema hija skond l-Artikolu 14(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Il-qafas ġuridiku għadu ma ġiex ippubblikat

Settur(i) konċernat(i): Produzzjoni ta' l-uċuħ (ċereali u żrieragħ oħra għaż-żrigħ)

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Plantedirektoratet

Skovbrynet 20

DK-2800 Kgs. Lyngby

Indirizz ta' l-Internet: www.pdir.dk

Numru XA: XA 3/08

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Regione Marche

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna: Programma dei servizi di sviluppo del sistema agroalimentare per l'anno 2007

Bażi legali:

Legge Regionale 23 dicembre 1999, n. 37 “Disciplina dei servizi per lo sviluppo del sistema agroalimentare regionale”.

Legge Regionale 23 ottobre 2007, n. 14 “Assestamento del bilancio 2007” comma 1 dell'art. 26 “Interventi a favore della zootecnia”.

Deliberazione Amministrativa n. 57/2007 del 5 giugno 2007: “L.R. 37/99. Proroga al 2007 del Programma Operativo 2006 dei servizi di sviluppo del sistema agroalimentare regionale”.

Deliberazione della Giunta Regionale delle Marche n. 1079 dell'8 ottobre 2007 avente ad oggetto “L.R. 23 dicembre 1999 n. 37 — D.A. 57/07: Programma obiettivo 2007 dei servizi di sviluppo del sistema agroalimentare regionale. Approvazione criteri per l'attuazione del Programma annuale 2007 e per la presentazione dei programmi operativi 2007”.

Deliberazione di Giunta Regionale n. 1182 del 31 ottobre 2007 avente ad oggetto “Integrazione della DGR n. 1079 dell'8 ottobre 2007” avente ad oggetto “L.R. 23 dicembre 1999, n. 37 — D. A. 57/07: Programma Obiettivo 2007 dei servizi di sviluppo del sistema agroalimentare regionale. Approvazione criteri per l'attuazione del Programma Annuale 2007 e per la presentazione dei Programmi Operativi 2007”.

Deliberazione della Giunta Regionale delle Marche n. 1500 del 18 dicembre 2007, avente ad oggetto “Integrazione della DGR n. 1079 dell'8 ottobre 2007” avente ad oggetto “L.R. 23 dicembre 1999, n. 37 — D. A. 57/07: Programma Obiettivo 2007 dei servizi di sviluppo del sistema agroalimentare regionale. Approvazione criteri per l'attuazione del Programma Annuale 2007 e per la presentazione dei Programmi Operativi 2007”

Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu ta' l-iskema: Is-somma totali tan-nefqa pubblika mbassra għas-sena 2007 hi ta' EUR 2 285 000. Fi kwalunkwe każ il-kontribut pubbliku ser ikun stabbilit fi ħdan il-limiti tar-riżorsi finanzjarji assenjati lill-bilanċ mbassar għall-2007 għall-attivitajiet tas-Servizzi ta' l-Iżvilupp Agrikolu. It-tbassir tan-nefqa pubblika għall-2007 kif indikat hawn fuq jista' jiżdied mill-iffrankar possibbli tan-nefqa aċċertata fuq il-proġett multi-annwali. L-iskema ta' l-għajnuna hija limitata għas-sena 2007

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-għajnuniet jistgħu jkopru sas-70 % ta' l-ispejjeż eliġibbli u se jingħataw taħt il-forma ta' servizzi mislufa mill-entitajiet li jimplimentaw, b'esklużjoni tal-ħlasijiet diretti fi flus lill-produtturi. B'dan it-tip ta' limitu jagħmlu eċċezzjoni s-servizzi tal-konsulenza speċjalizzata b'livell għoli ta' kontenut xjentifiku u innovattiv mislufin mill-Assoċazzjonijiet ta' min Irabbi (APA u ARA), li għalihom l-intensità ta' l-għajnuna pubblika tista' titwassal sal-100 % ta' l-infiq eliġibbli sostnuti

Data ta' l-implimentazzjoni: L-iskema ta' l-għajnuna se tidħol fis-seħħ biss wara l-konferma, mill-Kummissjoni, mal-wasla ta' l-iskeda tas-sommarju ta' issa u, peress li tittratta fuq l-estensjoni tal-programm ta' l-2006, se tittratta esklussivament dwar il-mistoqsijiet ippreżentati mill-entitajiet li jimplimentaw lill-awtorità kompetenti (Ir-regjun tal-Marche) f'Settembru 2006. L-istess japplika għall-mistoqsijiet ta' l-intrapriżi individwali għall-entitajiet li jimplimentaw, jiġifieri l-iskedi ta' l-adeżjoni ta' l-intrapriżi individwali għall-proġett Għalhekk se jiġu rispettati il-preskrizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament ta' l-eżenzjoni

Tul ta' żmien ta' l-iskema: It-tul ta' l-iskema ta' l-għajnuna hu previst għas-sena 2007 biss

Għan ta' l-għajnuna: L-għan prinċipali ta' l-għajnuna hu l-appoġġ għall-intrapriżi agrikoli ta' daqs żgħir u medju attivi fil-produzzjoni tal-prodotti stabbiliti fl-Anness 1 tat-Trattat permezz tal-provvista tas-servizzi ta' l-assistenza teknika. Partikolarment l-ghanjiet ġenerali li huma proposti biex jintlaħqu bl-implimentazzjoni tas-servizzi ta' l-iżvilupp, se jerġgħu jwasslu biex:

jakkumpanjaw lill-bdiewa fl-affermazzjoni ta' l-agrikoltura multifunzjonali, f'livell tekniku, kif ukoll dak organizzativ u ta' ġestjoni,

joħolqu l-aħjar kondizzjonijiet għall-aċċess, mill-bdiewa, għall-għarfien u għall-akkwist tal-ħiliet, marbutin mas-sigurtà ta' l-ambjent u mal-konservazzjoni u għall-manutenzjoni tat-territorju,

jiffavorixxu u jakkumpanjaw il-bidla ġenerazzjonali, bil-ħsieb prinċipali tar-rikwalifikazzjoni strutturali ta' l-azjendi,

biex iżommu l-installazzjonijiet provduti fil-meded interni żvantaġġati,

iħeġġu l-attivitajiet produttivi ta' kwalità, marbutin ma' l-iżvilupp tat-tipiċità u tat-tradizzjonalità agroalimentari reġjonali permezz ta' azzjonijiet ta' tixrid u ta' tmexxija fl-azjendi maħsubin għall-introduzzjoni u għad-distribuzzjoni taċ-ċertifikazzjoni tal-proċess u tal-prodott, kif ukoll għall-iżvilupp suċċessiv tal-prodotti azjendali bil-marki ta' kwalità,

jerġgħu jinħolqu l-aħjar kondizzjonijiet ta' l-intrapriża għat-tnaqqis ta' l-ispejjeż diretti u indiretti ta' l-azjendi,

iħeġġu lill-imprendituri lejn organizzazzjoni aħjar ta' l-offerta u fejn hu xieraq għall-ftehim settorjali u għall-kuntratti relattivi u għal ftehimiet,

jitqassmu r-riżultati tar-riċerka u ta' l-ittestjar maħsub biex jiffavorixxi l-immodernar ta' l-intrapriżi agrikoli.

Dawn l-għanijiet huma segwiti permezz tal-linji ta' azzjoni li ġejjin:

Is-servizzi ta' l-għajnuna teknika mogħtija ma jikkostitwux attività kontinwa jew perjodika u lanqas ma huma marbuta ma' l-infiq operattiv tas-soltu ta' l-intrapriża tant hu li għal kull pjan jiġi mitlub il-monitoraġġ ta' l-indikaturi biex jivvalutaw it-titjib derivanti mill-azzjoni ta' l-għajnuna u tar-rappurtar tar-riżultati miġbura.

Isir riferiment għall-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 ġeneralment u partikolarment għall-paragrafi 2 u 3 għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-eliġibbilità u mal-ħlas lura ta' l-infiq miġjuba għall-għotja ta' l-għajnuniet previsti fil-bażi ġuridika

Setturi interessati: Il-produzzjoni ta' l-annimali (bovini, nagħaġ u mogħoż, ħnieżer, avicunicoli, eċċ.) u tal-veġetali (ħaxix ħażin u dwieli u siġar), tal-produzzjoni forestali (limitata għal produzzjoni għall-bejgħ tal-pjanti mill-mixtla), attivitajiet marbutin ma' l-agroturiżmu u mall-bidla u mall-bejgħ dirett tal-prodotti agrikoli.

Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-agroturiżmu qed jiġi żgurat li se jiġu mogħtija għajnuniet esklussivament għall-provvista tas-servizzi ta' l-assistenza teknika maħsuba għat-titjib tal-bejgħ fl-azjenda, f'fondi mhux maqsuma u mhux destinati esklussivament għal tali attività, tal-prodotti agrikoli azjendali fl-Anness I tat-Trattat.

Dwar il-bidla u l-bejgħ mill-azjendi agrikoli tal-prodotti tagħhom fi ħdan l-Anness I tat-Trattat, hu żgurat li l-għajnuniet se jillimitaw għal dawk is-servizzi biss maħsuba għall-bejgħ fl-azjenda, f'fondi mhux maqsuma u mhux destinati esklussivament għal tali attività

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione Marche — Servizio Agricoltura — PF Competitività e sviluppo dell'impresa agricola

Via Tiziano, 44

I-60125 Ancona

Sit ta' l-Internet: http://www.agri.marche.it/Aree tematiche/Aiuti di stato/documentazione.pdf

Tagħrif ieħor: L-għajnuna tikkonsisti fl-estensjoni ta' l-2007 ta' l-għajnuniet ta' qabel N 16/04 u N 700/07.

Kif inhu nnotat mit-tabella komparattiva marbuta ma' l-iskeda tas-sommarju ta' issa, minbarra xi modifika żgħira li saret neċessarja biex jadattaw għall-evoluzzjoni tan-normativa nazzjonali fuq l-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi, l-iskema ta' l-għajnuna hija l-istess fit-tliet snin sussegwenti 2003/2005 (Għajnuna N 16/04), kif fl-2006 (Għajnuna N 700/06), kif fl-2007 L-unika differenza sinjifikattiva hi li żdiedet ir-rata ta' l-għajnuna, xorta waħda fi ħdan il-massimu tal-100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli, skond kif inhu mbassar fl-Artikolu 15 tar-Regolament il-ġdid ta' l-eżenzjoni Nru 1857/2006, għall-programmi implimentati mill-assoċazzjonijiet ta' min irabbi, minħabba l-isforz akbar ta' l-innovattivà li qed jiġi mistoqsi minn għandhom.

Is-servizzi ta' l-iżvilupp għall-azjendi agrikoli għandhom ikunu provduti mill-imsejħa entitajiet li jimplimentaw, kif inhuma identifikati mil-Liġi Reġjonali ta' riferiment, u preċiżament mill-:

organizzazzjonijiet professjonali agrikoli, jiġifieri l-istituti u l-istituzzjonijiet ta' konsulenza u ta' assistenza teknika u taħriġ professjonali li ħarġu minnhom,

kooperattivi ċentrali, anka permezz l-assoċjati tagħhom stess, jiġifieri l-istituti u l-istituzzjonijiet ta' konsulenza u assistenza teknika u taħriġ professjonali li ħarġu minnhom,

Is-Servizzi ta' appoġġ: L-Assisstenza agrometerjoloġika, l-Assisstenza għat-titjib ġenetiku u funzjonali tal-merħliet tal-ħalib, għandhom ikunu fdati lill-ASSAM li se twettaqhom permezz tal-Konsorzji għall-Ħarsien tal-Pjanti, li għandhom joperaw permezz taċ-CAL (Ċentri Agrometeo Lokali), u ta' l-istrutturi ta' l-ARA (Assoċazzjoni Reġjonali ta' min Irabbi).

Il-benefiċjarji ta' l-aħħar tas-sistema tas-servizzi ta' l-iżvilupp li minnhom fl-iskema ta' l-għajnuna ta' bħalissa, skond kif stipulat fl-Artikolu 15(3)(4) tar-Regolamnet (KE) Nru 1857/2006, huma l-intrapriżi agrikoli ta' daqs żgħir u medju li għandhom ħtiġijiet stipulati fil-Liġi Reġjonali 23 ta' Diċembru 1999, Nru 37 “Disciplina dei servizi per lo sviluppo del sistema agroalimentare regionale (Dixxipplina għas-servizzi għall-iżvilupp tas-sistema agroalimentari reġjonali)”, fid-Deliberazzjoi Amministrattiva Nru 57/2007 tal-5 ta' Ġunju 2007: “L.R. 37/99. Estensjoni għall-2007 tal-Programma Operativo 2006 dei servizi di sviluppo del sistema agroalimentare regionale (Programm Operattiv 2006 tas-servizzi għall-iżvilupp tas-sistema agroalimentari reġjonali”) u fid-DGR kostitwenti tal-bażi ġuridika ta' l-iskema ta' l-għajnuna ta' bħalissa.

Hu sostnut li l-benefiċjarji ta' l-aħħar għandhom jirċievu mhux ħlasijiet diretti fi flus iżda esklussivament il-benefiċċju tat-tgawdija tas-servizzi mislufa mill-entitajiet li jimplimentaw speċifikati fil-Paragrafu 3.1.1 ta' l-Anness fid-DGR 1079 tat-8 ta' Ottubru 2007, hekk kif integrat mid-DGR 1500 tat-18 ta' Diċembru 2007, u mdaħħla fit-tabella komparattiva ta' hawn taħt.

Is-servizz provdut għandu jkun aċċessibbli lill-benefiċjarji kollha taż-żona interessata tal-proġett. Is-sħubija ta' benefiċjarju ta' l-aħħar lill-entità li timplimenta mhiex kondizzjoni biex ikollok aċċess għas-servizz. Il-kontributi eventwali tal-benefiċjarji, li ma jagħmlux parti ta' l-organizzazzjoni ta' l-entità li timplimenta, għall-ispejjeż amministrattivi ta' dawn ta' l-aħħar, għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż tas-servizz provdut

Numru XA: XA 14/08

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Hrastnik

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Podpore programom razvoja podeželja v občini Hrastnik 2007–2010

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju finančnih pomoči za programe razvoja podeželja in kmetijstva v občini Hrastnik

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 21 574

 

2008: EUR 22 033

 

2009: EUR 22 033

 

2010: EUR 22 033

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 40 % f'żoni oħrajn.

2.   Għajnuna għall-konservazzjoni ta' bini tradizzjonali:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investimenti għal konservazzjoni ta' karatteristiċi ta' wirt mhux produttiv misjub fil-farms u l-investiment għall-konservazzjoni ta' karatteristiċi ta' wirt ta' assi produttivi fil-farms, bħal bini tal-farms, sakemm l-investimenti ma jwasslux għal kwalunkwe żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm.

3.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi realment imġarrba.

4.   Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza li huma pprovduti minn partijiet terzi u ma jinkludux in-nefqa kurrenti ta' l-operat mill-impriża, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts u t-tixrid ta' l-għarfien xjentifiku. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Ġunju 2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31.12.2010

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u spejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna finanzjarja għall-iżvilupp agrikolu u dak rurali fil-muniċpalità ta' Hrastnik jinkludu miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istati lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli ta' produzzjoni primarja,

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali,

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

l-Artikolu 15: Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura.

Isem u indirizz l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Hrastnik

Pot Vitka Pavliča 5

SLO-1430 Hrastnik

Indirizz ta' l-Internet: http://sftp.slovenka.net/o-hrastnik/h/os/pravilnik_kmetijstvo_hrastnik_2007.doc

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi negattivi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna).

Miran JERIČ

Is-Sindku tal-muniċipalità ta' Hrastnik

Numru XA: XA 16/08

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Razkrižje

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Razkrižje za programsko obdobje 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Razkrižje (II. poglavje).

Nefqa annwali ppjanata jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 7 000

 

2008: EUR 9 000

 

2009: EUR 10 000

 

2010: EUR 11 000

 

2011: EUR 12 000

 

2012: EUR 13 000

 

2013: EUR 14 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati,

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra,

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra fejn l-investiment isir minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbilment tagħhom.

L-għan ta' l-għajnuna huwa li jsir investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farms u li jinxtara tagħmir biex jintuża għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'għelejjel permanenti u għat-titjib ta' l-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali għal investiment jew sforzi ta' ppreservar ta' karatteristiċi patrimonjali mhux produttivi,

sa 60 % ta' l-ispejjeż reali, jew 75 % f'żoni anqass vantaġġati għal investiment jew sforzi għall-preservazzjoni ta' karatteristiċi patrimonjali ta' l-assi produttivi, f'stabbilimenti agrikoli, sakemm l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni ta' l-istabbiliment agrikolu,

tista' tingħata għajnuna addizzjonali sa rata ta' 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

skond id-Digriet dwar il-kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni għall-produzzjoni agrikola għas-sena kurrenti, l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali ma għandux jaqbeż id-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u 50 % mill-ispejjeż eliġibbli tal-primjums ta' l-assigurazzjoni, inkluża t-taxxa fuq tranżazzjonijiet ta' l-assigurazzjoni.

4.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż amministrattivi u legali, inklużi l-ispejjeż ta' spezzjonijiet.

5.   Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa, għas-servizzi ta' konsulenza u għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, eżibizzjonijiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts, u l-ispejjeż tas-servizzi tas-sostituzzjoni. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

Data ta' l-implimentazzjoni: Diċembru 2007 (l-għajnuna ma hijiex se tingħata sakemm is-sinteżi ma tiġix ippubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali: L-għajnuna se tingħata sal-31.12.2013

L-għanijiet ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għal Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajununa mill-Istat għall-konservazzjoni u għall-iżvilupp ta' l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Razkrižje jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

L-Artikolu 4: Investiment fi stabbilimenti agrikoli,

L-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajżaġġi u l-bini tradizzjonali,

L-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

L-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

L-Artikolu 15: Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Razkrižje

Šafarsko 42

SLO-9240 Ljutomer

Indirizz elettroniku: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=2007112&dhid=93013

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet klimatiċi ħżiena li ġejjin, li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalitajiet, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna).

Stanko IVANUŠIČ

Sindku tal-muniċipalità ta' Razkrižje

Numru XA: XA 17/08

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Velika Polana

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Dodeljevanje državnih pomoči v kmetijstvu na območju občine Velika Polana 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči, pomoči de minimis in izvajanju drugih ukrepov razvoja kmetijstva in podeželja v občini Velika Polana

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 9 390

 

2008: EUR 9 400

 

2009: EUR 9 450

 

2010: EUR 9 500

 

2011: EUR 9 600

 

2012: EUR 9 650

 

2013: EUR 9 700

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fiż-żoni żvantaġġati,

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn,

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'żoni oħrajn, jekk l-investiment huwa magħmul minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbiliment tagħhom fil-farm u jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 tal-Kummissjoni.

L-għan ta' l-għajnuna huwa investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u x-xiri ta' tagħmir użat għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti, għat-titjib fl-art agrikola u l-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali:

sa 50 % ta' l-ispejjeż reali għal investiment għall-konservazzjoni tal-wirt kulturali f'assi produttivi (bini tal-farms), sakemm l-investiment ma jwassal għall-ebda żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm,

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment għal raġunijiet ta' konservazzjoni ta' karatteristiċi ta' wirt mhux produttiv (siti ta' interess arkeoloġiku u storiku),

sa 50 % ta' għajnuna addizzjonali biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex il-karatteristiċi patrimonjali tal-bini jiġu konservati.

3.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

4.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli legali u amministrattivi, inklużi l-ispejjeż ta' spezzjoni.

5.   Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati biex tkopri sa 100 % ta' l-ispejjeż u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

6.   Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza li huma pprovduti minn partijiet terzi u ma jinkludux in-nefqa ta' l-operat ta' l-impriża, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Diċembru 2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31.12.2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ għall-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat u l-għajnuna de minimis u l-implimentazzjoni ta' miżuri oħrajn agrikoli u ta' żvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Velika Polana li jinkludu miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli ta' produzzjoni primarja,

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali,

l-Artikolu 12: Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

l-Artikolu 14: Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

l-Artikolu 15: Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Velika Polana

Velika Polana 111

SLO-9225 Velika Polana

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=2007113&dhid=93094

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi negattivi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (stadji ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna).

Damijan JAKLIN

Sindku


14.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/22


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 117/10)

Numru XA: XA 18/08

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Hrpelje-Kozina

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem tal-benefiċjarju individwali: Pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Hrpelje-Kozina 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Hrpelje-Kozina v obdobju 2007–2013 (II. Poglavje)

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija:

 

2007: EUR 17 000

 

2008: EUR 27 000

 

2009: EUR 27 000

 

2010: EUR 27 000

 

2011: EUR 27 000

 

2012: EUR 27 000

 

2013: EUR 27 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa' 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fiż-żoni żvantaġġati u sa 40 % f'żoni oħra.

L-għan ta' l-għajnuna huwa li jsir investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farms, għax-xiri ta' tagħmir biex jintuża għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'għelejjel permanenti u għat-titjib ta' l-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Għajnuna għall-konservazzjoni tal-bini tradizzjonali:

għal karatteristiċi mhux produttivi, sa 100 % ta' l-ispejjeż reali,

għal assi produttivi fil-farms, sa 60 % ta' l-ispejjeż reali, jew 75 % f'żoni żvantaġġati, sakemm l-investiment ma jissarraf fl-ebda żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni ta' l-azjenda agrikola,

għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Rilokazzjoni ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali, fejn ir-rilokazzjoni sempliċiment tikkonsisti fil-ħatt, it-tneħħija u l-bini mill-ġdid tal-faċilitajiet eżistenti,

meta r-rilokazzjoni twassal għal faċilitajiet aktar moderni li minnhom igawdi l-bidwi, huwa għandu jikkontribwixxi talanqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara r-rilokazzjoni. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun talanqas 55 % jew 45 % rispettivament,

meta r-rilokazzjoni twassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-kontribuzzjoni mill-benefiċjarju għandha tkun talanqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, ta' l-ispejjeż marbuta ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun talanqas 55 % jew 45 % rispettivament.

4.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali legali u amministrattivi.

6.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż; l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

7.   Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż fil-forma ta' servizzi ssussidjati għall-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, għas-servizzi ta' konsulenza, għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts u għat-tixrid ta' l-għarfien xjentifiku. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Diċembru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax sakemm ma jkunx ġie ppubblikat sommarju fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31.12.2013

L-għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna għall-konservazzjoni u l-iżvilupp ta' żoni agriki u rurali fil-muniċipalità ta' Hrpelje-Kozina jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

L-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

L-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajżaġġi u l-bini tradizzjonali,

L-Artikolu 6: Rilokazzjoni ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku,

L-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

L-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

L-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

L-Artikolu 15: Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Hrpelje-Kozina, Hrpelje

Reška cesta 14

SLO-6240 Kozina

Sit ta' l-Internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=2007109&dhid=92827

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet ħżiena tat-temp li ġejjin li jistgħu jiġu assimilati ma' diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

Zvonko BENČIČ-MIDRE

Is-Sindku

Numru XA: XA 25/08

Stat Membru: L-Olanda

Reġjun: Provincie Noord-Brabant

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Beleidsregels inzake de subsidieverlening in het kader van het convenant Stuurgroep Landbouw Innovatie Noord-Brabant (afgekort LIB-subsidieregeling).

Bażi ġuridika: Algemene subsidieverordening Provincie Noord-Brabant die de kaders geeft voor de LIB-subsidieregeling. Het betreft een verlenging van een bestaande regeling die in 2006 is gemeld (nr. XA-59/06) op grond van EG-Verordening 1/2004.

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Skond il-ftehim tal-Grupp ta' Tmexxija LIB, il-Provinċja tat-Tramuntana ta' Brabant tqiegħed EUR 481 460,81 kull sena għad-dispożizzjoni ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju li jipproduċu prodotti agrikoli sabiex jippromwovu innovazzjonijiet ambjentali u soċjali fl-agrikoltura

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-intensità massima ta' għajnuna (perċentwal ta' l-investiment eliġibbli għall-għajnuna) hija ta' 40 %. Għat-taħriġ u pariri għall-bdiewa, l-intensità ta' għajnuna tista' tlaħħaq il-100 %, kif pprovdut fl-Artikoli 14(2) u 15(3) tar-Regolament. Għall-għajnuna ta' investiment biex tkopri l-ispejjeż żejda għall-protezzjoni jew għat-titjib ambjentali, it-titjib tal-kundizzjonijiet ta' iġene ta' l-impriża tal-bhejjem jew tal-benessri tal-bhejjem, tista' tingħata massimu ta' 60 % ta' għajnuna, sakemm l-investiment jaqbeż ir-rekwiżiti minimi applikabbli tal-Komunità.

Mhux aktar minn EUR 35 000 kull sena għandu jingħata għal kull applikazzjoni ta' sussidju, suġġett għal massimu ta' EUR 100 000 għal tliet snin kull proġett

Data ta' l-implimentazzjoni: Jannar 2008, malli l-Kummissjoni tippubblika l-informazzjoni fil-qosor

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Sa l-1.1.2012

Għan ta' l-għajnuna: L-għajnuna ġenerali tal-miżura hija intiża biex jitnaqqsu l-ispejjeż ta' produzzjoni, tittejjeb u tinbidel il-produzzjoni, tittejjeb il-kwalità u/jew jittejjbu l-ambjent, l-iġjene u l-benessri ta' l-annimali. Partikolarment, l-iskema tas-sussidju LIB għandha l-għan biex tippromwovi innovazzjonijiet ta' proġetti fl-agrikoltura u l-ortikoltura indirizzati lejn:

It-tieni għan huwa ġdid meta komparat ma' l-iskema notifikata fl-2006. L-iskema hija kollha kemm hi skond l-għanijiet soċjali u ambjentali tal-politika agrikola komuni Ewropea tal-preżent. Ir-riżorsi maħsuba għall-biedja agrikola huma f'konformità mal-pjan ta' azzjoni kurrenti ta' l-UE dwar biedja organika.

Innovazzjonijiet b'bażi ta' proġett fuq skala żgħira jibbenefikaw mill-għajnuna, fejn l-aspetti ekoloġiċi, soċjali u ekonomiċi ta' l-agrikoltura u l-ortikoltura jgħinu lil xulxin kemm jista' jkun

Attivitajiet fejn il-Grupp ta' Tmexxija LIB jista' jgħin finanzjarment huma:

Ir-riċerka tas-suq, it-tfassil jew id-disinji ta' prodotti biex tippromwovi l-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti ta' kwalità kif referut f'Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 (Artikolu 14(2)(a), (3) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006).

L-iżvilupp u l-qsim ta' l-għarfien fost il-bdiewa u l-ħaddiema tal-farm billi jitkopru l-ispejjeż ta' l-organizzazzjoni għall-programmi ta' informazzjoni/taħriġ u pariri intiżi għall-innovazzjoni tal-farm, u l-ispejjeż ta' l-organizzazzjoni ta' fora biex jinqasam l-għarfien bejn in-negozjanti kif imsemmi fl-Artikolu 15(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, bl-applikazzjoni ta' għarfien xjentifiku fuq livell ta' farm u t-tifrix ta' l-għarfien permezz ta' pubblikazzjonijiet (Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006).

Investiment fil-proprjetà immobbli u fit-tagħmir u, għal dak l-għan, kiri ta' konsulenti u jsiru studji (ta' vijabbiltà) bil-għan biex jitnaqqsu l-ispejjeż ta' produzzjoni, it-titjib u l-bdil fil-produzzjoni, żieda fil-kwalità tal-prodott, titjib fil-benessri tal-bhejjem u ta' l-ambjent naturali (Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006).

Is-sussidju riferut fl-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament ma jingħatax lill-bdiewa (produtturi) iżda lill-partijiet li jipprovdu s-servizzi.

L-attivitajiet għandhom isiru f'impriżi agrikoli tajbin, vijabbli u jipproduċu riżultati prattiċi għall-impriżi simili

Attivitajiet eliġibbli:

L-attivitajiet eliġibbli jinsabu fl-Artikolu 3 tar-regoli tal-politika LIB attwali u l-Artikolu 1(c) u (d) tad-digriet li jemenda r-regoli tal-politika LIB.

Settur(i) konċernat(i): Is-setturi kollha ta' produzzjoni (primarja) agrikola u ta' ortikoltura (produzzjoni tal-bhejjem u veġetali), suġġetti li l-impriżi konċernati jkunu żgħar u ta' daqs medju kif spitulat fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Gedeputeerde Staten van Noord-Brabant

Brabantlaan 1

Postbus 90151

5200 MC `s-Hertogenbosch

Nederland

Websajt: http://www.brabant.nl/Werken/Land_%20en%20tuinbouw/Landbouw%20Innovatie%20Noord%20Brabant%20LIB.aspx

Tagħrif ieħor: Biex tara u tniżżel l-iskema, jekk jogħġbok mur fuq il-websajt ta' hawn fuq

Numru XA: XA 26/08

Stat Membru: Ir-Renju Unit

Reġjun: England

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: English Pig Health Scheme

Bażi ġuridika: Natural Environment and Rural Communities Act 2006, Sections 87, 88, 89, 90, 91, 93, 94, 96 and 97 et Levy Board UK Order 2007, Schedule I, part 2.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħti lill-kumpanija: Il-baġit għandu jkopri l-perjodu mill-1.4.2008 sal-31.3.2013. Tqassim ta' l-imposta tal-finanzjament statutorju għal kull sena finanzjarja hu hawn taħt:

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-intensità ta' għajnuna hija ta' 75 %

Data ta' l-implimentazzjoni: L-iskema se tkun implimentata fl-1.4.2008

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: L-iskema se tibda fis-1.4.2008. L-aħħar data għal parir għandha tkun it-30.3.2013, u l-iskema se tagħlaq fil-31.3.2013

Għan ta' l-għajnuna: Saħħa u benessri ta' l-annimali

L-għan ta' din l-iskema hu li jiġi provdut servizz sussidjat lill-azjendi ta' daqs żgħir u medju li jrabbu l-ħnieżer li jippermettu l-eżaminazzjoni tal-karkassi tal-ħnieżer għall-mard ta' l-annimali. Huwa maħsub li dan se jippermetti t-tnaqqis tal-livell tal-marda subkliniku fil-merħla Ingliża tal-ħnieżer u b'hekk itejjeb l-effiċenzja ta' l-industrija. Dan ser ikun konformi ma' l-Artikolu 10 tar-Regolament 1857/2006

Settur(i) kkonċernat(i): L-iskema tapplika għan-negozji agrikoli ta' daqs żgħir u medju attivi fil-produzzjoni tal-merħla u fit-trobbija tal-baqar

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna: Il-korp statutorju responsabbli mill-iskema huwa:

Agriculture and Horticulture Development Board

Area 5C, Millbank

C/o Nobel House

17 Smith Square

London SW1P 3JR

United Kingdom

L-organizzazzjoni li qiegħda tħaddem l-iskema hija:

BPEX Ltd

C/o Agriculture and Horticulture Development Board

Area 5C, Millbank

C/o Nobel House

17 Smith Square

London SW1P 3JR

United Kingdom

Indirizz web: http://www.defra.gov.uk/farm/policy/levy-bodies/pdf/pig-health-scheme.pdf

Tagħrif ieħor: L-iskema se tkun immexxija minn BPEX Ltd, sussidjarja li hija kompletament proprjetà tal-Kunsill ta' l-Iżvillup għall-Agrikoltura u għall-Ortikoltura.

Tagħrif ieħor u aktar iddettaljat rigward l-eliġibbiltà u r-regoli ta' l-iskema jinstabu fil-ħoloq tas-siti ta' l-internet ta' hawn fuq

Iffirmat u ddatat f'isem id-Department for Environment, Food and Rural Affairs (l-awtorità kompetenti fir-Renju Unit)

Duncan Kerr

Agricultural State Aid

Department for Environment, Food and Rural Affairs

Area 8D, 9 Millbank

C/o Nobel House

17 Smith Square

Westminster

London SW1P 3JR

United Kingdom

Numru ta' l-għajnuna: XA 30/08

Stat Membru: Ir-Repubblika ta' Ċipru

It-titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Σχέδιο για την Κατεδάφιση με σκοπό τη Μετεγκατάσταση Οχληρών Κτηνοτροφικών Υποστατικών

Il-bażi ġuridika: Απόφαση Υπουργικού Συμβουλίου της 19ης Ιουνίου 2007

In-nefqa annwali ppjanata jew l-ammont globali ta' l-għajnuna mogħtija lill-kumpanija: EUR 854 300 (CYP 500 000)

L-intensità massima ta' l-għajnuna: 50 % tal-valur tas-sostituzzjoni ta' l-azjendi agrikoli lliċenzjati, 30 % tal-valur tas-sostituzzjoni ta' l-azjendi agrikoli mhux illiċenzjati u 5 % tal-valur tas-sostituzzjoni biex jitħallsu parti mill-ispejjeż taż-żarmar u tat-tneħħija tal-materjali ta' l-iskart. Għajnuna massima ta' EUR 341 720 (CYP 200 000) għal kull benefiċjarju

Id-data ta' l-implimentazzjoni:

It-tul ta' l-iskema jew ta' l-għoti ta' l-għajnuna individwali: sal-31.12.2013

L-għan ta' l-għajnuna: ir-rilokazzjoni tal-bini ta' l-azjendi agrikoli fl-interess pubbliku u b'mod partikolari sabiex il-bdiewa li jrabbu l-bhejjem jitħeġġu jżarmaw u jbiddlu l-bini tagħhom li jkun sar wisq ta' fastidju u/jew sors ta' tniġġis ambjentali jew ta' l-ilma ta' taħt l-art minħabba fejn ikunu jinsabu (l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Is-settur(i) kkonċernat(i): It-trobbija tal-bhejjem

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Τμήμα Γεωργίας, Υπουργείου Γεωργίας, Φυσικών Πόρων και Περιβάλλοντος

Λεωφόρος Λουκή Ακρίτα 1

CY-411 Λευκωσία

Is-sit ta' l-Internet: www.moa.gov.cy/da

Tagħrif ieħor: L-azjendi agrikoli se jintagħżlu abbażi ta' kriterji stabbiliti li jirrigwardaw l-interess publiku u l-grad ta' l-impatt ambjentali

Numru XA: XA 46/08

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Občina Cankova

Titolu tal-miżura ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tingħata għajnuna individwali: Podpora programom razvoja kmetijstva in podeželja v občini Cankova 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči na področju razvoja kmetijstva in podeželja v občini Cankova (II. Poglavje)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 23 535

 

2008: EUR 24 250

 

2009: EUR 25 000

 

2010: EUR 25 750

 

2011: EUR 26 500

 

2012: EUR 27 250

 

2013: EUR 28 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati;

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra.

L-appoġġ jingħata fir-rigward ta' investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u għax-xiri ta' apparat biex jintuża għall-produzzjoni agrikola u għall-investiment f'uċuħ permanenti, għall-titjib fl-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Il-konservazzjoni ta' pajżaġġi u binjiet tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali għall-investimenti f'karatteristiċi mhux produttivi,

sa 60 % ta' l-ispejjeż reali, jew 75 % f'żoni żvantaġġati, għal investiment f'faċilitajiet produttivi f'farms, sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-potenzjal produttiv tal-farm,

tista' tingħata għajnuna addizzjonali b'rata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż addizzjonali li jinġarbu minħabba l-użu ta' materjal tradizzjonali li jkun meħtieġ għall-konservazzjoni tal-karatteristiċi ta' wirt tal-binjiet.

3.   Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard.

4.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi.

5.   Għajnuna għall-inkoraġġiment ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali; din l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

6.   Il-provvista ta' appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ, servizzi ta' konsulenza minn partijiet terzi u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet u siti ta' l-internet. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Jannar 2008

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31.12.2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006: Il-Kapitolu II tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna għall-konservazzjoni u l-iżvilupp agrikolu, tal-forestrija u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Cankova jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja,

l-Artikolu 5: Il-konservazzjoni tal-pajżaġġi u bini tradizzjonali,

l-Artikolu 12: L-għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

l-Artikolu 13: l-għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

l-Artikolu 14: l-għajnuna għall-inkoraġġiment ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

l-Artikolu 15: l-għoti ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Cankova

Cankova 25

SLO-9261 Cankova

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=2007124&dhid=93792

Tagħrif ieħor: Il-miżura li tikkonċerna l-ħlas tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzjonijiet ta' maltemp li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (azzjonijiet ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna)

Drago VOGRINČIČ

Is-Sindku tal-Muniċipalità ta' Cankova


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni

14.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/27


MEDIA 2007

Sejħa għal Proposti — EACEA/11/08

Miżuri ta' appoġġ għall-Promozzjoni u Access fis-Swieq

(2008/C 117/11)

1.   Objettivi u Deskrizzjoni

Dan l-avviż għal sejħa għal proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

L-għanijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija aktar il fuq jinkludu:

faċilitar u inkoraġġament tal-promozzjoni u ċ-ċirkolazzjoni ta' xogħol awdioviżiv u ċinematografiku Ewropew f'wirjiet, fieri u festivals awdioviżivi ġo l-Ewropa u madwar id-dinja, ladarba dawn l-avvenimenti jafu jaqdu rwol importanti fil-promozzjoni ta' xogħlijiet Ewropej u fil-ħolqien ta' netwerks ta' professjonisti;

inkoraġġament għall-ħolqien ta' netwerks ta' operaturi Ewropej, permezz ta' l-appoġġ għal attivitajiet konġunti fis-swieq Ewropej u internazzjonali minn agenziji nazzjonali tal-promozzjoni, kemm pubbliċi kif ukoll privati;

2.   Applikanti eliġibbli

Dan l-avviż huwa mmirat lejn kumpanniji Ewropej (jew grupp ta' kumpanniji Ewropej) li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta' hawn fuq (partikolarment produzzjoni, distribuzzjoni, esibizzjoni u aggregazzjoni awdjoviżivi).

L-applikanti jridu jkunu stabbiliti f'wieħed minn dawn il-pajjiżi: is-27 pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea il-pajjiżi ta' l-EFTA u għall-Iżvizzera, u il-Kroazja.

3.   Baġit u tul tal-proġetti

Il-baġit totali disponibbli huwa EUR 3 000 000.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tingħata taħt forma ta ' sussidju. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija ma għandha qatt taqbeż il-50 % tat-total ta' l-ispejjeż eliġibbli.

4.   Skadenza għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet

Dati ta' l-għeluq għas-sottomissjoni tal-proposti:

4 ta' Lulju 2008 — għal (i) proġetti annwali għall-2009 u (ii) proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Jannar 2009 u l-31 ta' Mejju 2009.

5.   Aktar tagħrif

It-test komplet tal-linji gwida flimkien mal-formoli ta' l-applikazzjoni jistgħu jinstabu fuq il-website http://ec.europa.eu/media. It-talbiet iridu jirrispettaw ir-rekwiżiti tal-linji gwida u jiġu sottomessi fuq il-formoli pprovduti.


14.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/29


MEDIA 2007

Sejħa għal Proposti — EACEA/12/08

Miżuri ta' appoġġ għall-Promozzjoni f'pajjiżi li ma humiex membri fil-programm MEDIA

(2008/C 117/12)

1.   Objettivi u Deskrizzjoni

Dan l-avviż għal sejħa għal proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

L-għanijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija aktar 'il fuq jinkludu:

faċilitar u inkoraġġament tal-promozzjoni u ċ-ċirkolazzjoni ta' xogħol awdioviżiv u ċinematografiku Ewropew f'wirjiet, fieri u festivals awdioviżivi ġo l-Ewropa u madwar id-dinja, ladarba dawn l-avvenimenti jafu jaqdu rwol importanti fil-promozzjoni ta' xogħlijiet Ewropej u fil-ħolqien ta' netwerks ta' professjonisti;

inkoraġġament għall-ħolqien ta' netwerks ta' operaturi Ewropej, permezz ta' l-appoġġ għal attivitajiet konġunti fis-swieq Ewropej u internazzjonali minn agenziji nazzjonali tal-promozzjoni, kemm pubbliċi kif ukoll privati;

li jisseddaq it-tixrid transnazzjonali iktar wiesa' ta' films minn pajjiżi oħra Ewropej, fis-suq Ewropew u f'dak internazzjonali, permezz ta' inizjattivi li jistimulaw id-distribuzzjoni tagħhom u l-wiri tagħhom fiċ-ċinemas, per eżempju billi jiġu nkuraġġuti strateġiji koordinati ta' marketing.

2.   Applikanti eliġibbli

Dan l-avviż huwa mmirat lejn kumpanniji Ewropej (jew grupp ta' kumpanniji Ewropej) li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta' hawn fuq (partikolarment produzzjoni, distribuzzjoni, esibizzjoni u aggregazzjoni awdjoviżivi).

L-applikanti jridu jkunu stabbiliti f'wieħed minn dawn il-pajjiżi: is-27 pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea il-pajjiżi ta' l-EFTA, u għall-Iżvizzera, u Il-Kroazja.

3.   Baġit u tul tal-proġetti

Il-baġit totali disponibbli huwa EUR 1 500 000.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tingħata taħt forma ta' sussidju. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija ma għandha qatt taqbeż il-50 % tat-total ta' l-ispejjeż eliġibbli. Il-Proġetti iridu jibdew bejn 1 ta' Jannar 2009 u 31 ta' Diċembru 2009.

4.   Skadenza għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) sa mhux aktar tard mis-9 ta' Lulju 2009.

5.   Aktar tagħrif

It-test komplet tal-linji gwida flimkien mal-formoli ta' l-applikazzjoni jistgħu jinstabu fuq il-website http://ec.europa.eu/media.

It-talbiet iridu jirrispettaw ir-rekwiżiti tal-linji gwida u jiġu sottomessi fuq il-formoli pprovduti.


14.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/30


SEJĦA GĦAL PROPOSTI — EACEA/15/08

Azzjoni 4.5.b — Sejħa għal proposti għal proġetti li jappoġġjaw mezzi ta' informazzjoni fuq l-elezzjonijiet Ewropej ta' l-2009 għall-attenzjoni taż-żgħażagħ u għal dawk li jagħmluha maż-żgħażagħ

Il-Programm “Żgħażagħ fl-azzjoni”

(2008/C 117/13)

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

Din is-sejħa għandha l-għan li tippromwovi azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' għarfien għaż-żgħażagħ, għal dawk li jagħmluha maż-żgħażagħ u għal dawk li jaħdmu fi ħdan organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ bil-għan li tħeġġeġ parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta' l-2009 u bil-għan li dawn jiġu infurmati fuq dak li jkun qed jiġi sostnut f'din l-elezzjoni.

Minħabba l-ispeċifiċitajiet nazzjonali ta' din l-elezzjoni u l-identità kulturali ta' kull pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea, kull proġett ippreżentat se jkollu kamp ta' azzjoni limitat għal pajjiż wieħed ta' l-Unjoni Ewropea. Id-dimensjoni Ewropea tal-proġetti hija bbażata, fil-qafas ta' din is-sejħa, fuq it-tema prijoritarja u fuq l-attivitajiet li għadhom jiġu żviluppati u fuq il-possibbiltà li l-attivitajiet proposti jitwettqu ma' sħab Ewropej.

Il-benefiċjarji finali ta' dawn il-proġetti huma ċ-ċittadini żgħażagħ f'età tal-vot iżda li għandhom inqas minn 30 sena u l-persuni li jaħdmu fis-settur taż-żgħażagħ fi ħdan l-organizzazzjonijiet u l-istrutturi taż-żgħażagħ.

Din is-sejħa tikkonċerna l-azzjoni 4.5 (it-tieni parti) tal-programm “Żgħażagħ fl-azzjoni”. Hija ppubblikata b'mod konformi mal-metodi stabbiliti fil-Programm ta' ħidma annwali fil-qasam tas-sussidji u tas-swieq fil-qasam ta' l-edukazzjoni u l-kultura, adottat mill-Kummissjoni fil-11 ta' Marzu 2008, b'konformità mal-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE (1).

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura hija responsabbli mid-dħul fis-seħħ ta' din is-sejħa għal proposti.

2.   Kandidati eliġibbli

Huma eliġibbli dawk il-kandidati li jiġu nnominati minn:

organizzazzjoni mhux governattiva li ma għandhiex l-għan li tagħmel profitt,

Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ

b'personalità ġuridika u li jkunu stabbiliti legalment għal sena jew aktar mid-data tas-sottomissjoni tal-kandidatura fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea fejn ikun se jiżvolġi l-proġett;

jew

minn organizzazzjoni attiva fis-settur taż-żgħażagħ fuq livell Ewropew (ENGO) li għandha organizzazzjonijiet membri f'mill-inqas 8 Pajjiżi tal-“Programm Żgħażagħ fl-azzjoni” (2), b'personalità ġuridika u legali stabbilita legalment għal sena jew aktar mid-data tas-sottomissjoni tal-kandidatura fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea fejn ikun se jiżvolġi l-proġett huma eliġibbli.

Madankollu, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ affiljati f'movimenti politiċi mhumiex eliġibbli għal din is-sejħa għal proposti.

Kull min se jieħu sehem jista' jissottometti proġett wieħed biss.

Il-proġetti jistgħu jinkludu organizzazzjonijiet li jidħlu għal proġett bi sħab diment li dawn l-organizzazzjonijiet ikollhom is-sede legali tagħhom f'wieħed mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea.

3.   Baġit u tul ta' żmien tal-proġetti

Il-baġit totali permess għall-kofinanzjament tal-proġetti fil-qafas ta' din is-sejħa għal proposti huwa stmat li jlaħħaq madwar EUR 1 500 000 .

L-għajnuna finanzjarja ta' l-Aġenzija ma tistax taqbeż it-80 % ta' l-ispejjeż totali eliġibbli tal-proġett.

L-Aġenzija tipproponi li tiffinanza massimu ta' 27 proġett, jiġifieri, proġett għal kull Stat Membru, bil-għan li tkopri l-Unjoni Ewropea kollha. Madankollu, minħabba n-numru u l-kwalità tal-proġetti ppreżentati, l-Aġenzija żżomm il-possibiltà li ma tiggarantix il-kopertura sħiħa ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea. L-Aġenzija żżomm ukoll il-possibbiltà li ma tattribwixxix il-fondi kollha disponibbli.

L-ammont massimu ta' l-għotja allokata sejjer jagħti kas tal-popolazzjoni tal-pajjiż konċernat. Ġie stabbilit ammont massimu għal kull pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea kif ġej:

għal proġetti ta' tqajjim ta' għarfien u ta' informazzjoni dwar l-elezzjonijiet Ewropej fil-Ġermanja, fi Spanja, fi Franza, fl-Italja, fil-Polonja, fir-Rumanija u fir-Renju Unit, l-ammont tal-proġett ma għandux jaqbeż: EUR 90 000,

għal proġetti ta' tqajjim ta' għarfien u ta' informazzjoni dwar l-elezzjonijiet Ewropej fl-Awstrija, fil-Belġju, fil-Bulgarija, f'Ċipru, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Finlandja, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Irlanda, fl-Estonja, fil-Litwanja, fl-Olanda, fil-Portugall, fir-Repubblika Ċeka, fis-Slovakkja, fis-Slovenja u fl-Isvezja, l-ammont tal-proġett ma għandux jaqbeż:EUR 45 000,

għal proġetti ta' tqajjim ta' għarfien u ta' informazzjoni dwar l-elezzjonijiet Ewropej fil-Lussemburgu u f'Malta, l-ammont tal-proġett ma għandux jaqbeż: EUR 22 500.

L-attivitajiet għandhom jibdew bilfors bejn l-1 ta' Jannar 2009 u t-28 ta' Frar 2009.

Il-proġetti għandu jdumu minimu ta' 5 xhur u massimu ta' 7 xhur.

4.   Data ta' għeluq għas-sottomissjoni tal-kandidaturi

Id-data sa meta għandhom jiġu sottomessi l-kandidaturi lill-Aġenzija eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura hija l-15 ta' Lulju 2008, bid-data tat-timbru tal-posta tkun il-prova ta' dan.

5.   Tagħrif addizzjonali

It-test sħiħ ta' din is-sejħa għal proposti kif ukoll il-formoli li l-kandidati għandhom jimlew huma disponibbli mill-indirizz ta' l-internet li ġej:

http://eacea.ec.europa.eu/youth/calls2008/index_en.htm

Il-kandidati jridu jwieġbu għar-rekwiżiti miktubin fit-test sħiħ ta' din is-sejħa għal proposti u għandhom jużaw il-formola stabbilita għal dan il-għan.


(1)  Id-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).

(2)  Il-Pajjiżi tal-Programm huma: is-27 Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea, it-Turkija, l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

14.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/32


GĦAJNUNA MILL-ISTAT — IRLANDA

Għajnuna mill-Istat C 2/08 (ex N 572/07) — Modifikazzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ

Stedina biex jitressqu l-osservazzjonijiet skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 117/14)

Permezz ta' l-ittra datata 15 ta' Jannar 2008 riprodotta fil-lingwa awtentika fil-paġni ta' wara ta' dan is-sommarju, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Irlanda bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura stipulata fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE rigward il-miżura msemmija hawn fuq.

Il-partijiet interessati jistgħu jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżura li dwarha l-Kummisjoni ser tibda l-proċedura, fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan is-sommarju u ta' l-ittra li ssegwi, lil:

European Commission

Directorate-General for Energy and Transport

Directorate A Internal Market and competition

Building/Office DM 28 6/109

B-1049 Brussels

Feks (32-2) 296 41 04

Dawn l-osservazzjonijiet ser jiġu kkomunikati lill-Irlanda. Il-parti interessata li tissottometti l-kummenti tista' titlob bil-miktub biex l-identità tagħha tingħata trattament kunfidenzjali, filwaqt li jingħataw ir-raġunijiet għat-talba.

TEST TAS-SOMMARJU

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta' ittri elettroniċi tat-3 ta' Ottubru 2007 u d-19 ta' Novembru 2007, l-awtoritajiet Irlandiżi nnotifikaw emenda għall-iskema eżistenti tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ Nru N 504/2002.

2.   IL-FATTI

(2)

Infakkru li t-taxxa Irlandiża ta' l-2002 fuq it-tunnellaġġ hija “skema applikabbli għall-kumpaniji ta' trasport li jaħdmu fit-trasport marittimu. Il-kumpaniji li jikkwalifikaw jistgħu jagħżlu li l-attivitajiet ta' trasport tagħhom ikunu ntaxxati abbażi tat-tunnellaġġ nett tal-flotta tagħhom, minflok abbażi tal-profitti reali tagħhom”  (1).

(3)

Fost l-oħrajn, “prerekwiżit għall-eliġibbiltà għall-iskema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ huwa li l-proporzjon ta' bastimenti li jikkwalifikaw li jkunu proprjetà tal-kumpanija nnifisha, ikkalkulata fuq it-tunnellaġġ tagħhom, ma tkunx anqas minn 25 % tat-tunnellaġġ tal-bastimenti kollha tagħha li jikkwalifikaw. Tabilħaqq jeħtieġ li, biex kumpanija tiddaħħal u tibqa' fit-taxxa fuq it-tunellaġġ, ma jridx ikollha mikrijin ‘chartered in’ [ukoll bit-‘time charter’] aktar minn 75 % tat-tunnellaġġ nett tal-bastimenti li jikkwalifikaw u li hija tkun toperahom. […] ‘Li tikri bastiment biċ-'charter in'’ ifisser li tikrih b'ekwipaġġ ipprovdut minn sid il-kera, b'kuntrast mal-kera tal-bastiment biss 'bareboat charter' fejn il-kerrej jeħtieġlu jekwipaġġa l-bastiment”.

(4)

L-awtoritajiet Irlandiżi issa biħsiebhom jabolixxu l-limitazzjoni msemmija hawn fuq rigward it-“time charter”. B'hekk, skond in-notifika preżenti tagħhom, kumpanija jew grupp ta' kumpaniji tista'/jista' tibbenefika/jibbenefika mit-taxxa fuq it-tunellaġġ mingħajr ma jkunu proprjetarji ta' bastiment wieħed.

3.   EVALWAZZJONI

(5)

F'dak li jirrigwarda l-preżenza ta' għajnuna, il-Kummissjoni tqis li l-oġġett ta' din id-deċiżjoni bl-ebda mod ma jibdel il-kwalifika tat-taxxa Irlandiża fuq it-tunellaġġ, approvata fl-2002, bħala għajnuna mill-Istat.

(6)

Anke jekk il-linji gwida ma jsemmu l–ebda limitu għall-inklużjoni ta' bastimenti mikrija bit-“time charter” fi skemi tat-taxxa fuq it-tunellaġġ, fil-prassi tagħha fit-teħid ta' deċiżjonijiet, il-Kummissjoni qagħdet attenta li tevita t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, u li tistabbilixxi kundizzjonijiet ekwi madwar proporzjon ta' 1:3 jew 1:4 bejn bastimenti li jkunu proprjetà tal-kumpanija u dawk mikrija bit-“time charter”.

(7)

Il-Kummissjoni tqis li l-abolizzjoni ta' limiti bħal dawn f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri tista' tgħawweġ il-kompetizzjoni, u b'hekk twassal għal kundizzjonijiet mhux ekwi fi ħdan l-UE.

TEST TA' L-ITTRA

“The Commission wishes to inform Ireland that, having examined the information supplied by your authorities on the measure referred to above, it has decided to initiate the procedure laid down in Article 88(2) of the EC Treaty.

1.   PROCEDURE

1.

By electronic letters of 3 October 2007 and 19 November 2007, the Irish authorities notified an amendment to the existing tonnage tax scheme N 504/02, initially approved by the Commission on 11 December 2002 (2).

2.   DETAILED DESCRIPTION OF THE MEASURE

2.1.   Summary of the 2002 tonnage tax

2.

The Irish tonnage tax of 2002 is a “tax scheme applicable to shipping companies engaged in seagoing transport. Qualifying companies may choose to have their shipping activities taxed on basis of the net tonnage of their fleet instead of on the basis of their actual profits. Qualifying companies must opt for the regime within three years from the date of the entry into force of the legislation. Companies having opted for the tonnage tax must remain subject to this regime for a period of 10 years (tonnage tax period).

If several qualifying Irish companies are members of the same group of companies, all of them must opt for the tonnage tax system. Business activities other than those subject to the tonnage tax would be taxed on the basis of the normal provisions of corporate taxation.

Under the […] tonnage tax scheme the amount of tax for qualifying maritime companies is established on the basis of the net tonnage of their qualifying fleet. For each vessel subject to the tonnage tax, the taxable profits pertaining to qualifying activities shall be fixed at a lump sum calculated by reference to its net tonnage as follows, per 100 net tons (NT) and per 24-hour period started, irrespective of whether the vessel is operational or not:

Up to and including 1 000 net tons

EUR 1,00 per 100 NT

Between 1 001 and 10 000 net tons

EUR 0,75 per 100 NT

Between 10 001 and 25 000 net tons

EUR 0,50 per 100 NT

More than 25 000 net tons

EUR 0,25 per 100 NT

The standard Irish corporation tax of 12,5 % is then applied to the profits determined in that way” (3).

3.

Amongst others, one “precondition for being eligible for the tonnage tax scheme is that the share of qualifying ships owned by the company itself, calculated on their tonnage, is not less than 25 % of the tonnage of all its qualifying ships. It is indeed required for entering and remaining within tonnage tax that a company should not have “chartered in” (also time charter) more than 75 % of the net tonnage of the qualifying ships operated by it. In the case of a group, the limit is 75 % of the aggregate net tonnage of all the qualifying ships operated by all group members that are qualifying companies. “To charter in a ship” means to rent it with a crew provided by the charterer, in contrast to the definition of the bareboat charter whereby the lessee must man the ship” (4).

2.2.   The notified amendments

2.2.1.   Removal of time charter limit

4.

The Irish authorities now intend to abolish the above time charter limitation. Thus, according to their present notification, a company or a group of companies could benefit from the tonnage tax without owning a single ship. According to the Irish authorities the abolition of that limit is required for several reasons:

(a)

to secure Irish-based shipping companies, fulfilling all other current qualification criteria but unable to elect to tonnage tax due to an excess of time chartering activity;

(b)

the amendment of the above provision allows for additional flexibility for Irish tonnage tax companies engaged in tonnage tax activity to capitalise on market conditions where otherwise they would be in breach of tonnage tax conditions;

(c)

to achieve parity with other Member State regimes on time-chartering;

(d)

to increase expansion of on-shore ship-management activity;

(e)

to avoid ceding business to non-tonnage tax and ultimately non-EU ship operators or being expelled from the Irish tonnage tax regime for breaching the limit.

2.2.2.   Duration

5.

The notified amendment of the tonnage tax shall be applicable only after Commission approval, but retroactively commencing from the appearance of the amendment in national legislation in January 2006.

6.

The amendment does not alter the duration of tonnage tax: the current tonnage tax regime is limited in duration to 10 years. “Qualifying companies” will, in general, have 36 months only in which to elect to enter the tonnage tax regime on becoming qualifying companies i.e. a company chargeable to Irish corporation tax, operating “qualifying ships” and carrying on the strategic and commercial management of the qualifying ships in Ireland.

2.2.3.   Beneficiaries

7.

The amendment will apply to all companies that are currently in a position to benefit from the tonnage tax regime and to the following: those qualifying companies, or groups of companies

(a)

chargeable to Irish corporation tax;

(b)

whose profits are derived from qualifying ships carrying on “qualifying activities” and which opt for the tonnage tax regime; and

(c)

who carry out the strategic and commercial management of qualifying shipping from the State.

2.2.4.   Budget

8.

The Irish authorities project that the first year cost of this measure, applied from 1 January 2006 will be in the region of EUR 5,88 million in the immediate short-term given the current market upturn. It is anticipated that the cost in the medium term (+ 2 years) will fall as earnings fall to more typical market levels, approximately EUR 1,38 million.

2.3.   Time charter

9.

In cases where the inclusion of time chartered vessels under the tonnage tax was notified, the Commission's decisional practice has focussed on schemes complying with a proportion of one owned vessel to maximum three time chartered vessels (1:3). In the case of Denmark, taking account of the arguments provided, a proportion of (1:4) was authorised (5).

3.   ASSESSMENT

3.1.   Presence of aid

10.

As regards the presence of aid, the Commission considers that the notification that is the subject matter of the present decision does not in any way alter the qualification as State aid of the Irish tonnage tax approved in 2002.

11.

Indeed, even after a potential abolition of the said time charter limit, the Irish authorities would still be granting subsidies through State resources and thereby favour certain undertakings since the measure is specific to the shipping sector. Such subsidies threaten to distort competition and could affect trade between Member States since such shipping activities are essentially carried out on an international level playing field. For these reasons, the notified amendment of the 2002 Irish tonnage tax does not alter its aid qualification within the meaning of Article 87(1) of the Treaty.

3.2.   Legal basis for assessment

12.

The legal basis for assessing the compatibility of the notified measures are the Community Guidelines on State aid to maritime transport (6) (hereinafter the guidelines).

3.3.   Compatibility of the measure

13.

Even though the guidelines do not mention any limits for the inclusion of time chartered ships under tonnage tax schemes, in its decision making practice the Commission has authorised schemes where companies with a ratio of 1:3 or 1:4 owned to time chartered ships were eligible to tonnage tax. The exception of the 1:4 ratio as compared to the initial 1:3 ratio in Decision No 563/2001/EC concerning the initial approval of the Danish tonnage tax was justified on the basis of an in depth market analysis and the following arguments reproduced below:

14.

It should first be mentioned that the Commission is promoting the respect of a level playing field between Member States that apply a Tonnage Tax. A first observation in this respect shows that the guidelines do not provide for any restriction to the proportion of chartered vessels, which may be allowed under a Tonnage Tax. Second, it is to be noted that the Member States which notified the Commission of a Tonnage Tax in the past could thus freely choose the proportion of chartered ships to notify. Third, Denmark has chosen a respective proportion of 1:4 on the basis that its maritime industry has a long lasting tradition to operate in a more intensive way by means of chartered ships as compared to those Member States which notified a lower proportion. Fourth, the Commission can accept that a lower proportion than 1:4 in other Member States will thus not provide a competitive disadvantage to their Tonnage Tax schemes as compared to the Danish one, since they could have notified otherwise. And fifth, the Danish Tonnage Tax has a feature (the non-remittance of deferred taxes) which may potentially make this scheme less attractive as compared to other Tonnage Tax schemes (7).

15.

The Commission notes that Ireland did not provide arguments such as the ones provided here above under point three and five and notes that the full abolition of such time charter limits may trigger fiscal competition between more or less attractive tonnage tax schemes across the EU. In the light of the guidelines' acknowledgement that such fiscal competition needs to be taken into account (8), the amendments proposed by the Irish authorities under the present notification to fully remove the time charter limit may be contrary to the “common interest” expressed in Article 87(3) c of the Treaty on which the approval of tonnage taxes is based.

3.4.   The Commission's doubts

16.

For the above mentioned reasons the Commission expresses its doubts as regards the compatibility of a unilateral abolition by Ireland of the maximum number of time chartered ships allowable under its tonnage tax scheme.

17.

On the same grounds the Commission also expresses its doubts as regards any potential retroactivity of the planned measure. This may occur in case aid related to the amendment in object is effectively granted as from January 2006.

In the light of the foregoing considerations, the Commission, acting under the procedure laid down in Article 88(2) of the EC Treaty, requests Ireland to submit its comments and to provide all such information as may help to assess the measure, within one month of the date of receipt of this letter. It requests your authorities to forward a copy of this letter to the potential recipient of the aid immediately.

The Commission wishes to remind Ireland that Article 88(3) of the EC Treaty has suspensory effect, and would draw your attention to Article 14 of Council Regulation (EC) No 659/1999, which provides that all unlawful aid may be recovered from the recipient.

The Commission warns Ireland that it will inform interested parties by publishing this letter and a meaningful summary of it in the Official Journal of the European Union. It will also inform interested parties in the EFTA countries which are signatories to the EEA Agreement, by publication of a notice in the EEA Supplement to the Official Journal of the European Union and will inform the EFTA Surveillance Authority by sending a copy of this letter. All such interested parties will be invited to submit their comments within one month of the date of such publication.”.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11.12.2002 Nru C(2002) 4371 finali, il-punt (26).

(2)  Document C(2002) 4371 fin.

(3)  Commission Decision of 11 December 2002 C(2002) 4371 fin, points (3) to (6).

(4)  Commission Decision of 11 December 2002 C(2002) 4371 fin, point (26).

(5)  

1.

Dutch tonnage tax (N 738/95, approved on 20 March 1996) no indications on ratio;

2.

German tonnage tax (Case N 396/ 98, approved on 25 November 1998) ratio owned to time chartered shps 1:3;

3.

UK tonnage tax (Case N 790/99, approved on 2 August 2000) ratio owned to time chartered shps 1:3;

4.

Spanish tonnage tax (Case N 736/01, approved on 27 February 2002) ratio owned to time chartered shps 1:3;

5.

Danish tonnage tax (Case N 563/01, approved on 12 March 2002) ratio owned to time chartered shps 1:4;

6.

Finnish tonnage tax (Case N 195/02, approved on 16 October 2002) ratio owned to time chartered shps 1:1;

7.

Irish tonnage tax (Case N 504/02, approved on 11 December 2002) ratio owned to time chartered shps 1:3;

8.

Belgian tonnage tax (Case N 433/02, approved on 19 March 2003) ratio owned to time chartered shps 1:3;

9.

French tonnage tax (Case N 737/02, approved on 13 May 2003) ratio owned to time chartered shps 1:3;

10.

Basque (Sp) tonnage tax (Case N 572/02, approved on 5 February 2003) ratio owned to time chartered shps 1:3;

11.

Italian tonnage tax (N 114/04, approved on 20 October 2004) no indications on ratio;

12.

Lithuanian tonnage tax (Case N 330/05, approved on 19 July 2006) ratio owned to time chartered shps 1:3;

13.

Polish tonnage tax (Case N 93/06, approved on 10 July 2007) ratio owned to time chartered shps 1:4.

(6)  OJ C 13. 17.1.2004.

(7)  Commission Decision No 563/2001/EC, point 3.3.2.

(8)  Guidelines point 3.1: Fiscal treatment of shipowning companies.


14.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/36


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5066 — Eurogate/APMM)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 117/15)

1.

Fil-25 ta' April 2008, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li bih l-impriżi GmbH & Co. KGaA, KG (“Eurogate”, il-Ġermanja) kkontrollati minn Eurokai KGaA u BLG Logistics Group AG & Co. KG, u A.P. Møller-Mærsk, (“APMM”, id-Danimarka) jakkwistaw fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll konġunt ta' Eurogate Container Terminal Wilhelmshaven GmbH & Co. KG u Eurogate Container Terminal Wilhelmshaven Beteiligungsgesellschaft mbH, il-Ġermanja, permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi msemmija huma:

għal Eurogate: forniment ta' servizzi ta' burdnara lil linji tal-ġarr tal-containers bil-baħar,

għal APMM: trasport marittimu b'containerised liners, servizzi ta' terminals, trasport fuq l-art, loġistika, rmonk fil-portijiet, esplorazzjoni u produzzjoni taż-żejt u l-gass, bejgħ bl-imnut u trasport bl-ajru.

3.

Fuq eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5066 — Eurogate/APMM, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


14.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/37


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5121 — News Corp/Premiere)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 117/16)

1.

Fil-5 ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża News Corporation (“News Corp”, l_Istati Uniti ta' l-Amerika) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' l-impriża Premiere AG (“Premiere”, il-Ġermanja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal News Corp: kumpanija ta' divertiment diversifikata b'operazzjonijiet f'tmien setturi ta' l-industrija tal-midja, inklużi (i) filmati, (ii) televiżjoni, (iii) programmi fuq in-netwerk tal-kejbil, (iv) televiżjoni b'xandir dirett bis-satellita, (v) ġurnali u fuljetti, (vi) gazzetti, (vii) pubblikazzjoni tal-kotba, u (viii) negozji oħra,

għal Premiere: operatur ta' pjattaforma Pay TV fil-Ġermanja u l-Awstrija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew inkella bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5121— News Corp/Premiere, f'dan l-indirizz:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


14.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/38


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5086 — BAT/Skandinavisk Tobakskompagni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 117/17)

1.

Fis-7 ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża British American Tobacco plc (“BAT”, ir-Rejnu Unit) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll tan-negozju tas-sigaretti u ċerti interessi fit-tabakk ta' l-imnieħer u sigaretti tal-brim ta' l-impriża Skandinavisk Tobakskompagni A/S (“STK”, id-Danimarka), permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi msemmija huma:

għal BAT: il-produzzjoni, kummerċjaliżazzjoni u bejgħ ta' sigaretti u prodotti oħra tat-tabakk,

għal STK: il-produzzjoni, kummerċjaliżazzjoni u bejgħ ta' sigaretti u prodotti oħra tat-tabakk.

3.

Fuq eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5086 — BAT/Skandinavisk Tobakskompagni, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


ATTI OĦRAJN

Kummissjoni

14.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/39


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

(2008/C 117/18)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 510/2006

“ZAFFERANO DI SARDEGNA”

Nru tal-KE: IT/PDO/005/0570/21.11.2006

Image IĠPImageDPO

1.   L-isem

“Zafferano di Sardegna”

2.   L-Istat Membru jew il-pajjiż terz

L-Italja

3.   Id-deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew ta' l-oġġett ta' l-ikel

3.1.   It-tip tal-prodott

Klassi 1.8. Prodotti oħrajn fl-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.)

3.2.   Id-deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem ta' “Zafferano di Sardegna”

Id-Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini “Zafferano di Sardegna” hija riżervata għaż-żagħfran f'forma ta' stigmi u pistilli imnixxfin mill-Crocus sativus L ikkultivat. Meta jinħareġ għall-konsum huwa ta' kulur aħmar skur minħabba l-kontenut tal-krokna li jkun fih, b'riħa qawwija ħafna minħabba l-kontentut taż-żagħfran u b'togħma distintiva minħabba l-kontenut ta' pikrokrokna.

Kategorija

Qawwa tal-kulur espressa bħala kejl dirett ta' l-assorbenza tal-krokna ta' madwar 400 nm fuq bażi niexfa

Qrusa espressa bħala kejl dirett ta' l-assorbenza ta' pikrokrokna ta' madwar 257 nm fuq bażi niexfa

Qawwa aromatika żagħfranija espressa bħala kejl dirett ta' l-assorbenza ta' madwar 330 nm fuq bażi niexfa

I

≥ 190

≥ 70

minn 20 sa 50

Barraminhekk, ma jista' bl-ebda mod jiġi ffalsifikat jew adulterat.

3.3.   Il-materja prima

3.4.   Għalf

3.5.   Il-fażijiet speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata

Iż-“Zafferano di Sardegna” DPO għandu jiġi kkultivat, jinħasad u jinħadem fiż-żona ġeografika imesemmi fil-punt 4.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tqattiegħ, il-ħakk, l-ippakkjar, eċċ.

L-ippakkjar taż-“Zafferano di Sardegna” għandu jsir fl-ambitu taż-żona indikata fil-punt 4, sabiex jiġu ggarantiti l-oriġini u l-kontroll tal-prodott u sabiex iżomm milli jkun hemm it-trasport tiegħu fl-istat sfuż, għaliex meta l-prodott jiġi espost għad-dawl u għall-arja, dawn jikkaġunaw id-deterjorament u t-telf tal-karatteristiċi partikolari definiti fil-punt 3.2 preċedenti. Fil-fatt, iż-“Zafferano di Sardegna” D.P.O., qabel ma jiġi ppakkjat, għandu jinżamm f'kontenituri tal-ħġieġ jew tal-landa jew ta' l-istainless steel, issiġillati ermetikament, biex jitħares mill-esponiment għad-dawl u għall-arja. L-ippakkjar għandu jsir b'attenzjoni u f'pakketti b'tali mod li ma jikkaġunawx ħsara lill-prodott, kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra. Il-materjal ta' l-imballaġġ għandu jkun tal-ħġieġ, tat-terracotta, tas-sufra jew tal-kartun (dak li jiġi f'kuntatt dirett mal-prodott jiġi kkostitwit minn ħġieġ jew karta u għandu jsir b'tali mod li jiġu evitati ħsarat jew alterazzjonijiet matul it-trasport u l-ħżin. Il-pakketti għandhom ikunu tal-piż ta' 0,25 g, 0,50 g, 1 g, 2, jew 5 g.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

It-tikketta għandha jkollha il-logo tal-D.P.O. Iż-“Zafferano di Sardegna”, il-logo Komunitarju tal-D.P.O., kull indikazzjoni oħra stipulata fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ u t-timbru li juri n-numru tas-serje tal-kwantitajiet prodotti, maħruġ mill-entità tal-protezzjoni inkarigata mill-Ministeru għall-politika agrikola, l-oġġetti ta' l-ikel u l-forestrija (Ministero delle politiche agricole alimentari e forestali) jew fil-każ ta' l-assenza tagħha mill-Istruttura ta' spezzjoni.

Il-logo tad-denominazzjoni, huwa magħmul minn tliet partijiet distinti bl-istampa stilizzata tas-simbolu taż-żagħfran fiċ-ċentru, ta' fjura u sitt petali mqiegħda fuq in-naħa tax-xellug b'tali mod li jifdal spazju għall-istigmi biex jisporġu lejn il-lemin u x-xellug; 'il fuq, f'forma ta' ħnejja hemm il-kliem “Zafferano di Sardegna” u taħt, f'kaxxa tawwalija mimduda, il-frażi “Denominazzzjoni Protetta ta' l-Oriġini”.

It-tikketta għandha turi d-D.P.O. b'ittri ċari, li ma jitħassrux, b'kulur li jikkuntrasta biżżejjed mal-kulur tat-tikketta u b'tali mod li jingħażel b'mod ċar mit-tagħrif l-ieħor indikat fit-tikketta.

Mhix permessa i-żieda ta' kwalunkwe informazzjoni oħra mad-Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini li ma kinitx ipprovduta espressament minn qabel, iżda l-użu ta' l-ismijiet u d-ditti privati huwa permess sakemm ma jkollhomx skop ta' ftaħir jew ma jkunux tali li jqarrqu bil-konsumatur.

Image

Il-prodotti li jużaw iż-“Zafferano di Sardegna” D.P.O. għall-preparazzjoni tagħhom, anke wara li jkunu għaddew mill-proċessi tat-tħejjija u ta' l-ipproċessar, jistgħu jinħarġu f'pakketti li jkollhom referenza għad-Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini msemmija, iżda mingħajr il-logo Komunitarju, sakemm il-prodott tad-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini, hekk iċċertifikat, ikun jikkostitwixxi l-komponent esklussiv tal-kategorjia tal-prodotti u sakemm dawk li jużaw il-prodott tad-Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini jiġu awtorizzati mill-Konsorzju tal-Produtturi tad-D.P.O., inkarigat mill-Ministero delle politiche agricole alimentari e forestali. Dan l-istess Konsorzju inkarigat għandu jara li jitniżżlu f'reġistri speċifiċi u jissorvelja l-użu korrett tad-Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini. Fin-nuqqas ta' konsorzju għall-ħarsien inkarigat, il-qadi tad-dmirijiet imsemmijin hawn fuq se jsir mill-Ministero delle politiche agricole alimentari e forestali, billi huwa l-awtorità nazzjonali inkarigata mill-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

4.   Definizzjoni Konċiża taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni taż-“Zafferano di Sardegna” D.P.O. tinkludi t-territorju kollu tal-muniċipalitajiet ta' San Gavino Monreale, Turri u Villanovafranca, li jinsabu fil-provinċja tal-Medio Campidano.

5.   Ir-rabta maż-żona ġeografika

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika

Il-klima fiż-żona tal-kultivazzjoni taż-żagħfran, hija tipikament Mediterranja, b'xita kkonċentrata fil-ħarifa u fix-xitwa, ġeneralment moderata, imbagħad bi sjuf sħan u xotti. It-temperatura xitwija fil-medja hija ta' 11,3 °C, filwaqt li dik tas-sajf hija ta' madwar 24 ° C, b'medja annwali ta' 17,6 ° C. Rarissimu li jkun hemm il-ġlata u l-borra tkun ħaġa ta' eċċezzjoni. L-artijiet għall-kultivazzjoni taż-żagħfran għandhom fertilità mill-aqwa, depożiti alluvjali profondi (vertisuoli) b'konsistenza ramlija-taflija u ħafifa, permeabbli u mingħajr jew b'perċentwal imnaqqas ta' struttura tal-wiċċ kif ukoll kapaċità tajba ħafna għaż-żamma ta' l-ilma.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott

Ir-rekwiżit għar-rikonoxximent tad-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini taż-“Zafferano di Sardegna” huwa ġġustifikat minħabba l-fatt li l-prodott imsemmi jiddistingwi ruħu minn prodotti oħra li jiffurmaw parti mill-istess kategorija ta' prodotti minħabba l-kontenut għoli ta' krokna, pikrokrokna u żagħfran. Fi kliem ieħor, iż-“Zafferano di Sardegna” DPO jingħaraf mill-oħrajn minħabba l-qawwa tal-kulur tiegħu, l-effetti ewpeptiċi u l-karatteristiċi aromatiċi.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għal IĠP).

Il-karatteristiċi partikolari taż-“Zafferano di Sardegna” deskritti fil-punt 5.2 huma kkawżati direttament mill-karatteristiċi morfoloġiċi u l-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima fiż-żona tal-produzzjoni. Dawn il-karatteristiċi partikolari tal-prodott taż-“Zafferano di Sardegna” DPO fil-fatt juru r-rabta qawwija li hemm mat-territorju ta' l-oriġini, li huwa partikolarment adattat kemm minħabba l-assi umani li jinsabu fih kif ukoll minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi vantaġġużi, li jiffavorixxu t-tkabbir tal-pjanta, u li bħalma jgħidu “timit su frius e cikat su kallenti” (tibża' mill-bard u tfittex is-sħana). Il-karatteristiċi morfoloġiċi u l-ħamrija u l-klima ta' uħud miż-żoni f'Sardenja, flimkien ma' tekniki tradizzjonali ta' kultivazzjoni u ta' ħidma li matul is-sekli ntirtu minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni, jikkontribwixxu għal prodott b'karatteristiċi organolettiċi u ta' togħma li huma bla dubbju, uniċi. Fil-fatt, huwa minħabba t-tekniċi agronomiċi u ta' ħidma u ta' pproċessar tal-prodott li ġew adottati fid-diversi perjodi tal-proċess tal-produzzjoni li ż-żagħfran ta' Sardinja għandu l-karatteristiċi partikolari tiegħu B'mod partikolari, mill-bidu tal-proċess tat-tkabbir u minn meta jibdew jintagħżlu bir-reqqa u b'attenzjoni l-materjali għall-propagazzjoni sa ma jaslu l-fażijiet tal-ħsad, is-separazzjoni, it-tnixxif u l-preżervazzjoni, l-intervent tal-bniedem iġib miegħu l-għarfien u l-prattiki akkwistati tul is-sekli u li baqgħu jintirtu sa llum biex jinkiseb prodott ta' kwalità superjuri. Proċess partikolari li jintiret tul iż-żminijiet u li jirrikjedi l-attenzjoni ta' idejn tas-sengħa huwa meta jixxarbu l-istigmi biż-żejt extra verġni fil-fażi ta' qabel it-tnixxif. Hija prattika ta' importanza u karatteristika partikolari li tagħti xhieda tar-rabta qawwija u soda tal-prodott ma' l-istorja u l-kultura fit-territorju tal-produzzjoni. Rabta siewja wkoll fir-rigward ta' l-influwenza li ż-“Zafferano di Sardegna” kellu f'diversi ċirkostanzi ekonomiċi u minħabba l-importanza tiegħu fuq il-ħajja tan-nies tal-lokal fejn ġie kkultivat, kif ġie rrapurtat fl-istorja.

Il-kultivazzjoni taż-żagħfran f'Sardinja, fil-fatt, tmur lura għal ħafna żmien u toriġina fiż-żminijiet tal-Feniċi li, probabbilment, kienu l-ewwel nies li daħluh fil-Gżira. Il-kultivazzjoni issaħħet matul il-ħakma tal-Puniċi u l-perjodu Ruman u Biżantin, u l-użu tal-pjanta fil-gżira, prinċipalment għal skopijiet terapewtiċi, ornamentali u ta' żbigħ. Iżda l-ewwel xhieda vera tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott taż-żagħfran tmur lura għas-seklu erbatax fir-regolament tal-port ta' Cagliari fl-1317 (Breve Portus) li fih regoli li jirregolaw l-esportazzjoni ta' l-istigmi ta' Sardinja. Fis-seklu dsatax, il-kultivazzjoni u l-użu tal-pjanta infirxu aktar, mhux biss minħabba l-kwalitajiet aromatiċi u mediċinali tagħha iżda wkoll minħabba ż-żbigħ tal-materjali tal-ħarir u tal-qoton, għall-użu tagħha fil-kċina jew inkelli fiq-swieq bħala prodott ta' skambju. Wara l-gwerra u t-tisħiħ ekonomiku, iż-żagħfran għal ħafna mill-familji baqa' sors importanti ta' suppliment għad-dħul tagħhom, kif ukoll simbolu tal-kultura u t-tradizzjoni ta' poplu li minn dejjem kien jiddedika ruħ għall-agrikoltura u r-ragħi tan-nagħaġ.

Referenza għall-pubblikazzjoni ta' l-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Il-Gvern nieda l-proċedura ta' oġġezzjoni nazzjonali bil-pubblikazzjoni tal-proposta għar-rikonoxximent tad-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini taż-“Zafferano di Sardegna” fil-Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana n. 777 tat-28 ta' Novembru 2005.

It-test ikkonsolidat ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq dan il-link:

www.politicheagricole.it/DocumentiPubblicazioni/Search_Documenti_Elenco.htm?txtTipoDocumento=Disciplinare%20in%20esame%20UE&txtDocArgomento=Prodotti%20di%20Qualit%E0>Prodotti%20Dop,%20Igp%20e%20Stg


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.