ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
26 ta' April 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Qorti tal-Ġustizzja

2008/C 107/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU C 92, 12.4.2008

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-Ġustizzja

2008/C 107/02

Kawża C-398/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-28 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — AGST Draht- und Biegetechnik GmbH vs Hauptzollamt Aachen (Politika kummerċjali komuni — Dazji kumpensatorji — Protezzjoni kontra l-prattiċi ta' sussidji — Regolament (KE) Nru 1599/1999 — Wajers ta' l-istainless steel — Dannu għall-industrija Komunitarja — Rabta ta' kawżalità)

2

2008/C 107/03

Kawża C-263/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-28 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — Carboni e derivati Srl vs Ministero dell'Economia e delle Finanze, Riunione Adriatica di Sicurtà SpA (Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiċi ta' dumping — Dazju kontra d-dumping — Ħadid hematite mhux maħdum li joriġina mir-Russja — Deċiżjoni Nru 67/94/KEFA — Determinazzjoni tal-valur doganali għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dazju varjabbli kontra d-dumping — Valur tat-tranżazzjoni — Bejgħ suċċessiv bi prezzijiet differenti — Possibbiltà għall-awtorità doganali li tieħu in kunsiderazzjoni l-prezz indikat f'bejgħ ta' merkanzija li sar qabel dak li abbażi tiegħu saret id-dikjarazzjoni doganali)

2

2008/C 107/04

Kawżi magħquda C-287/06 sa C-292/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Marzu 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Köln — Il- Ġermanja) — Deutsche Post AG (C-287/06, C-288/06 u C-291/06), Magdeburger Dienstleistungs-und Verwaltungs GmbH (MDG) (C-289/06), Marketing Service Magdeburg GmbH (C-290/06), Vedat Deniz (C-292/06) vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Servizzi postali — Direttiva 97/67/KE — Qasam riżervat għal provditur ta' servizz postali universali — Tariffi speċjali għad-depożitu minn klijenti kummerċjali, f'punti stabbiliti tan-network postali, ta' kwantitajiet minimi ta' posta ssortjata minn qabel — Rifjut ta' dawn it-tariffi lill-intermedjarji li jiġbru flimkien, għal għanijiet kummerċjali u f'isimhom, il-posta ta' diversi mittenti)

3

2008/C 107/05

Kawża C-293/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-28 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Deutsche Shell GmbH vs Finanzamt für Großunternehmen in Hamburg (Libertà ta' stabbiliment — Taxxa fuq il-kumpanniji — Effetti monetarji mar-ripatrijazzjoni tal-kapital inzjali mogħti minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru lil stabbiliment permanenti tagħha fi Stat Membru ieħor)

4

2008/C 107/06

Kawża C-420/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta' Marzu 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Verwaltungsgericht Schwerin — il-Ġermanja) — Rüdiger Jager vs Amt für Landwirtschaft Bützow (Politika agrikola komuni — Regolamenti (KE) Nru 1254/1999 u (KE) Nru 1782/2003 — Laħam taċ-ċanga u tal-vitella — Sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll relattiv għal ċerti skemi ta' għajnuna Komunitarja — Regolamenti (KEE) Nru 3887/92, (KE) Nru 2419/2001 u (KE) Nru 796/2004 — Applikazzjoni għal għajnuna għall-annimali — Primjum għall-baqar li jreddgħu (suckler) — Irregolarità — Nuqqas ta' osservanza tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni ta' l-ifrat li mhumiex is-suġġett ta' applikazzjonijiet għal għajnuna — Regolament (KE) Nru 1760/2000 — Esklużjoni tal-benefiċċju ta' l-għajnuna — Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE, EURATOM) Nru 2988/95 — Prinċipju ta' l-applikazzjoni retroattiva tal-penali l-inqas ħarxa)

4

2008/C 107/07

Kawża C-446/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het bedrijfsleven — L-Olanda) — A. G. Winkel vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit (Laħam taċ-ċanga u l-vitella — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Regolament (KE) Nru 1254/1999 — Artikolu 3(f) — Għoti ta' premju tal-baqar li jreddgħu — Kundizzjonijiet li jikkorrispondu għal prassi normali ta' trobbija)

5

2008/C 107/08

Kawża C-2/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Cour de cassation — Il-Belġju) — Paul Abraham, Eugène Dehalleux, Jacqueline Starck, Robert Beaujean, Patrick Descamps et, Régine Lecomte, Jacques Deheneffe, Mirèse Mailleux, Léon Schreiber, Marie-Paule Cornesse, Claude Farnir, Pascale Bastiaens, Marc Kriescher, Isabelle Lemaire, Jean-Luc Kriescher, Mauro Altafoglia, Charles Franckaert, Fernande Pretto vs Région wallonne, Société de développement et de promotion de l'aéroport de Liège-Bierset SA, T.N.T. Express Worldwide (Euro Hub) SA, Société nationale des voies aériennes-Belgocontrol, État belge, Cargo Airlines Ltd (Direttiva 85/337/KEE — Stima ta' l-effetti ta' proġett fuq l-ambjent — Ajruport b' runway b'tul ta' aktar minn 2100 metru)

6

2008/C 107/09

Kawża C-17/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta' Frar 2008 — Wineke Neirinck vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell (UIB) — Proċedura ta' reklutaġġ — Ċaħda ta' kandidatura — Rikors għal annullament — Rikors għad-danni)

6

2008/C 107/10

Kawża C-82/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Marzu 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Comisión del Mercado de las Telecomuniaciones vs Administración del Estado (Komunikazzjonijiet elettroniċi — Netwerks u servizzi — Artikoli 3(2) u 10(1) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva qafas) — Pjanijiet nazzjonali ta' numerazzjoni — Awtorità regolatorja speċifika)

7

2008/C 107/11

Kawża C-89/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika — Impjiegi ta' kaptan u ta' uffiċjal (assistent tal-kaptan) fuq il-bastimenti kollha li jtajru bandiera ta' Stat Membru — Kundizzjoni ta' nazzjonalità)

8

2008/C 107/12

Kawża C-98/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-6 ta' Marzu 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret — Id-Danimarka) — Nordania Finans A/S, BG Factoring A/S vs Skatteministeriet (Is-Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 19(2) — Kalkolu tal-proporzjon imnaqqas — Esklużjoni ta' l-ammont tad-dħul mill-bejgħ attribwit lill-provvisti ta' oġġetti kapitali użati mill-persuna taxxabbli għall-iskopijiet tan-negozju tagħha — Kunċett ta' oġġetti kapitali użati mill-persuna taxxabbli għall-iskopijiet tan-negozju tagħha — Vetturi mixtrija minn kumpannija ta' leasing sabiex jinkrew u sussegwentement jinbiegħu fit-tmiem tal-kuntratti tal-hire purchase)

8

2008/C 107/13

Kawża C-196/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Politika tal-kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Nuqqas ta' osservanza ta' ċerti obbligi imposti mill-Kummissjoni — E.ON/Endesa)

9

2008/C 107/14

Kawża C-340/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2002/73/KE — Trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa — Aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali u promozzjoni — Kundizzjonijiet ta' l-impjieg — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

9

2008/C 107/15

Kawża C-22/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mis-Sozialgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fit-22 ta' Jannar 2008 — Athanasios Vatsouras vs Arbeitsgemeinschaft (ARGE) Nürnberg 900

10

2008/C 107/16

Kawża C-23/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mis-Sozialgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fit-22 ta' Jannar 2008 — Josif Koupatantze vs Arbeitsgemeinschaft (ARGE) Nürnberg 900

10

2008/C 107/17

Kawża C-38/08 P: Appell ippreżentat fil-11 ta' Frar 2008 minn Jörn Sack mis-sentenza mogħtija fil-11 ta' Diċembru 2008 fil-Kawża T-66/05, Jörn Sack vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

11

2008/C 107/18

Kawża C-39/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundespatentgerichts (il-Ġermanja) fl-4 ta' Frar 2008 — Kawża dwar id-dritt tat-trademarks — Partijiet: Bild.T-Online.de AG & Co. KG u l-president tad-Deutschen Patent- u Markenamts

12

2008/C 107/19

Kawża C-43/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundespatentgerichts (il-Ġermanja) fit-8 ta' Frar 2008 — Kawża dwar id-dritt tat-trade marks — Partijiet: ZVS Zeitungsvertrieb Stuttgart GmbH u l-president tad-Deutschen Patent- u. Markenamts

12

2008/C 107/20

Kawża C-44/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Korkein oikeus (Il-Finlandja) fit-8 ta' Frar 2008 — Akavan Erityisalojen Keskusliitto AEK ry et vs Fujitsu Siemens Computers Oy

13

2008/C 107/21

Kawża C-45/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hof van Beroep te Brussel (il-Belgju) fit-8 ta' Frar 2008 — Spector Photo Groep N.V. u Chris Van Raemdonck vs Commissie voor het Bank-, Financie- en Assurantiewezen

14

2008/C 107/22

Kawża C-52/08: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

15

2008/C 107/23

Kawża C-53/08: Rikors ippreżentat fi 12 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

15

2008/C 107/24

Kawża C-54/08: Rikors ippreżentat fi 12 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Ġermanja

16

2008/C 107/25

Kawża C-58/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-High Court of Justice (L-Ingilterra u Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court) (Ir-Renju Unit) fit-13 ta' Frar 2008 — Vodafone Ltd, Telefónica O2 Europe plc, T-Mobile International AG, Orange Personal Communications Services Ltd vs Secretary of State for Business, Enterprise and Regulatory Reform

17

2008/C 107/26

Kawża C-62/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Hof van Cassatie van Belgie (il-Belgju) fit-18 ta' Frar 2008 — UDV North America Inc vs Brandtraders NV

18

2008/C 107/27

Kawża C-65/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Finanzgericht Düsseldorf fit-18 ta' Frar 2008 — Europol Frost-Food GmbH vs Hauptzollamt Krefeld

18

2008/C 107/28

Kawża C-66/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Oberlandesgerichts Stuttgart (il-Ġermanja) fit-18 ta' Frar 2008 — Proċeduri dwar l-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest Ewropew kontra Szymon Kozlowski

18

2008/C 107/29

Kawża C-67/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-20 ta' Frar 2008 — Margarete Block vs Finanzamt Kaufbeuren

19

2008/C 107/30

Kawża C-69/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunale di Napoli — Sezione Lavoro (l-Italja) fl-20 ta' Frar 2008 — Raffaello Visciano vs I.N.P.S.

19

2008/C 107/31

Kawża C-75/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Court of Appeal (Civil Division) (Ir-Renju Unit) fil-21 ta' Frar 2008 — The Queen fuq talba ta' Christopher Mellor vs Secretary of State for Communities and Local Government

20

2008/C 107/32

Kawża C-94/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

20

2008/C 107/33

Kawża C-107/08: Rikors ippreżentat fis-7 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

21

 

Qorti tal-Prim'Istanza

2008/C 107/34

Kawża T-43/03: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Marzu 2008 — Maison de l'Europe Avignon Méditerranée vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Marka info point Europe — Rimarki ta' aġent tal-Kummissjoni li jikkonċernaw ir-rikorrenti)

22

2008/C 107/35

Kawża T-332/03: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Marzu 2008 — European Service Network vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi ta' servizzi — Proċedura ta' sejħa għal offerti Komunitarja — Provvista ta' servizzi relatati ma' l-iżvilupp u l-provvista ta' servizzi ta' sostenn għas-Servizz tar-Riċerka tal-Komunità u l-Iżvilupp ta' l-Informazzjoni (CORDIS) — Rifjut ta' l-offerta ta' offerent — Prinċipji ta' trattament ugwali ta' l-offerenti u ta' trasparenza — Rispett tal-kriterji għall-għoti stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi)

22

2008/C 107/36

Kawża T-345/03: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Marzu 2008 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummisjoni (Kuntratti pubbliċi ta' servizzi — Proċedura ta' sejħa għall-offerti Komunitarja — Provvista ta' servizzi relatati ma' l-iżvilupp u l-provvista ta' servizzi ta' sostenn għas-Servizz tar-Riċerka tal-Komunità u l-Iżvilupp ta' l-Informazzjoni (CORDIS) — Rifjut ta' l-offerta ta' offerent — Prinċipji ta' trattament ugwali ta' l-offerenti u ta' trasparenza)

23

2008/C 107/37

Kawża T-100/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Marzu 2008 — Giannini vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Nuqqas ta' tqegħid fuq il-lista ta' riżerva — Irregolaritajiet fl-iżvolġiment ta' l-eżamijiet ta' natura li jivvizzjaw ir-riżultat — Trattament ugwali — Rikors għal annullament — Rikors għad-danni)

23

2008/C 107/38

Kawża T-332/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Marzu 2008 — Sebirán vs L-UASI — El Coto de Rioja (Coto D'Arcis) (Trade mark Komunitarja — Proċedura ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Coto D'Arcis — Trade marks Komunitarji verbali preċedenti EL COTO u COTO DE IMAZ — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Nuqqas ta' ħsara għar-reputazzjoni — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

23

2008/C 107/39

Kawża T-301/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Marzu 2008 — Guigard vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Nuqqas ta' tiġdid ta' kuntratt ta' xogħol iffinanzjat mill-EDF — Nuqqas ta' aġir illegali tal-Kummissjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza)

24

2008/C 107/40

Kawża T-341/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Marzu 2008 — Compagnie générale de diététique vs L-UASI (GARUM) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GARUM — Raġuni assoluta għal rifjut — Pubbliku rilevanti — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

24

2008/C 107/41

Kawża T-107/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Marzu 2008 — Rossi Ferreras vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera — Eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2003 — Evalwazzjoni tal-fatti — Piż u amministrazzjoni tal-provi — Appell inammissibbli — Appell infondat)

25

2008/C 107/42

Kawża T-128/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Marzu 2008 — Suez vs L-UASI (Delivering the essentials of life) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Delivering the essentials of life — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta' karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

25

2008/C 107/43

Kawża T-82/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Frar 2008 — Apple Computer International vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda — Persuna li m'hijiex individwalment ikkonċernata — Inammissibbiltà)

26

2008/C 107/44

Kawża T-295/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Frar 2008 — Base vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Telekomunikazzjonijiet — Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE — Suq bl-ingrossa tat-terminazzjoni ta' sejħa telefonika bil-vuċi fuq in-netwerks mobbli individwali fil-Belġju — Saħħa sinjifikattiva fis-suq — Ittra ta' kummenti tal-Kummissjoni — Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati — Nuqqas ta' interess dirett — Inammissibbiltà)

26

2008/C 107/45

Kawża T-40/08: Rikors ippreżentat fis-26 ta' Jannar 2008 — EREF vs Il-Kummissjoni

26

2008/C 107/46

Kawża T-44/08: Rikors ippreżentat fl-24 ta' Jannar 2008 — Shetland Islands Council vs Il-Kummissjoni

27

2008/C 107/47

Kawża T-49/08 P: Appell ippreżentat fit-18 ta' Jannar 2008 minn Christos Michaïl mis-sentenza mogħtija fit-22 ta' Novembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-67/05, Michaïl vs Il-Kummissjoni

28

2008/C 107/48

Kawża T-55/08: Rikors ippreżentat fil-5 ta' Frar 2008 — UEFA vs Il-Kummissjoni

28

2008/C 107/49

Kawża T-56/08: Rikors ippreżentat fil-5 ta' Frar 2008 — IEA et vs Il-Kummissjoni

29

2008/C 107/50

Kawża T-67/08: Rikors ippreżentat fil-11 ta' Frar 2008 — Hedgefund Intelligence vs L-UASI — Hedge Invest (InvestHedge)

30

2008/C 107/51

Kawża T-68/08: Rikors ippreżentat fis-6 ta' Frar 2008 — FIFA vs Il-Kummissjoni

30

2008/C 107/52

Kawża T-70/08: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Frar 2008 — Axis AB vs L-UASI — Etra Investigación y Desarollo (ETRAX)

31

2008/C 107/53

Kawża T-72/08: Rikors ippreżentat fil-11 ta' Frar 2008 — Travel Servis vs L-UASI — Eurowings Luftverkehrs (smartWings)

32

2008/C 107/54

Kawża T-73/08: Rikors ippreżentat fil-11 ta' Frar 2008 — Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung vs Il-Kummissjoni

33

2008/C 107/55

Kawża T-75/08: Rikors ippreżentat fit-13 ta' Frar 2008 — JOOP! vs L-UASI

33

2008/C 107/56

Kawża T-78/08: Rikors ippreżentat fit-18 ta' Frar 2008 — Baldesberger vs L-UASI (forma ta' pinzetta)

33

2008/C 107/57

Kawża T-80/08: Rikors ippreżentat fid-19 ta' Frar 2008 — CureVac vs L-UASI — Qiagen (RNAiFect)

34

2008/C 107/58

Kawża T-81/08: Rikors ippreżentat fit-18 ta' Frar 2008 — Enercon vs L-UASI (E-Ship)

34

2008/C 107/59

Kawża T-82/08: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Frar 2008 — Guardian Industries u Guardian Europe vs Il-Kummissjoni

35

2008/C 107/60

Kawża T-83/08: Rikors ippreżentat fid-19 ta' Frar 2008 — Denki Kagaku Kogyo u Denka Chemicals vs Il-Kummissjoni

35

2008/C 107/61

Kawża T-85/08: Rikors ippreżentat fid-19 ta' Frar 2008 — Exalation vs L-UASI (Vektor-Lycopin)

36

2008/C 107/62

Kawża T-96/08: Rikors ippreżentat fit-22 ta' Frar 2008 — Global Digital Disc vs Il-Kummissjoni

37

2008/C 107/63

Kawża T-97/08: Rikors ippreżentat fl-20 ta' Frar 2008 — KUKA Roboter vs L-UASI (Trade mark ikkulurita Oranġjo)

37

2008/C 107/64

Kawża T-102/08 P: Appell ippreżentat fil-25 ta' Frar 2008 minn Asa Sundholm mis-sentenza mogħtija fit-13 ta' Diċembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-27/07, Sundholm vs Il-Kummissjoni

38

2008/C 107/65

Kawża T-104/08: Rikors ippreżentat fit-23 ta' Frar 2008 — ars Parfum Creation & Consulting vs L-UASI (Forma ta' flixkun tal-fwieħa)

38

2008/C 107/66

Kawża T-105/08 P: Appell ippreżentat fis-26 ta' Frar 2008 minn Kris Van Neyghem mis-sentenza mogħtija fit-13 ta' Diċembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-73/06, Van Neyghem vs Il-Kummissjoni

39

2008/C 107/67

Kawża T-106/08: Rikors ippreżentat fis-27 ta' Frar 2008 — CPEM vs Il-Kummissjoni

39

2008/C 107/68

Kawża T-113/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Frar 2008 — Spanja vs Il-Kummissjoni

40

2008/C 107/69

Kawża T-114/08 P: Appell ippreżentat fis-6 ta' Marzu 2008 minn Luigi Marcuccio mis-sentenza mogħtija fl-14 ta' Diċembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-21/07, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

41

2008/C 107/70

Kawża T-115/08: Rikors ippreżentat fl-10 ta' Marzu 2008 — Gourmet Burger Kitchen vs L-UASI (GOURMET BURGER KITCHEN)

42

2008/C 107/71

Kawża T-118/08: Rikors ippreżentat fit-13 ta' Marzu 2008 — Actega Terra vs L-UASI (TERRAEFFEKT matt & gloss)

42

2008/C 107/72

Kawża T-126/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Marzu 2008 — Allos Walter Lang vs L-UASI — Kokoriko (Coco Rico)

43

2008/C 107/73

Kawża T-266/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Frar 2008 — Air One vs Il-Kummissjoni

43

2008/C 107/74

Kawża T-309/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Marzu 2008 — L-Olanda vs Il-Kummissjoni

43

2008/C 107/75

Kawża T-318/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Marzu 2008 — National Association of Licensed Opencast Operators vs Il-Kummissjoni

43

 

Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2008/C 107/76

Kawża F-53/07: Rikors ippreżentat fl-24 ta' Diċembru 2007 — Iordanova vs Il-Kummissjoni

44

2008/C 107/77

Kawża F-132/07: Rikors ippreżentat fit-30 ta' Novembru 2007 — Strack vs Il-Kummissjoni

44

2008/C 107/78

Kawża F-19/08: Rikors ippreżentat fis-26 ta' Frar 2008 — Bennet et vs L-UASI

44

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Qorti tal-Ġustizzja

26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/1


(2008/C 107/01)

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU C 92, 12.4.2008

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 79, 29.3.2008

ĠU C 64, 8.3.2008

ĠU C 51, 23.2.2008

ĠU C 37, 9.2.2008

ĠU C 22, 26.1.2008

ĠU C 8, 12.1.2008

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

 

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-Ġustizzja

26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-28 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — AGST Draht- und Biegetechnik GmbH vs Hauptzollamt Aachen

(Kawża C-398/05) (1)

(Politika kummerċjali komuni - Dazji kumpensatorji - Protezzjoni kontra l-prattiċi ta' sussidji - Regolament (KE) Nru 1599/1999 - Wajers ta' l-istainless steel - Dannu għall-industrija Komunitarja - Rabta ta' kawżalità)

(2008/C 107/02)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AGST Draht- und Biegetechnik GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Aachen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1599/1999, tat-12 ta' Lulju 1999, li jimponi dazju kompensatorju definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq wires ta' l-istainless steel b'dijametru ta' 1 mm jew aktar li joriġinaw fl-Indja u jtemm il-proċedura li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta' wires ta' l-istainless steel b'dijametru ta' 1 mm jew aktar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea (ĠU L 189 tat-22 ta' Lulju 1999 p. 1) — Evalwazzjoni tad-dannu għall-industrija Komunitarja, rabta ta' kawżalità ma' l-importazzjonijiet ta' prodotti ssussidjati

Dispożittiv

L-eżami tad-domanda magħmula ma rrivela ebda element tali li jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1599/1999, tat-12 ta' Lulju 1999, li jimponi dazju kompensatorju definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju provviżorju impost fuq wajers ta' l-istainless steel b'dijametru ta' 1 mm jew aktar li joriġinaw fl-Indja u jtemm il-proċedura li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta' wajers ta' l-istainless steel b'dijametru ta' 1 mm jew aktar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea.


(1)  ĠU C 22, 28.1.2006.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-28 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — Carboni e derivati Srl vs Ministero dell'Economia e delle Finanze, Riunione Adriatica di Sicurtà SpA

(Kawża C-263/06) (1)

(Politika kummerċjali komuni - Protezzjoni kontra l-prattiċi ta' dumping - Dazju kontra d-dumping - Ħadid hematite mhux maħdum li joriġina mir-Russja - Deċiżjoni Nru 67/94/KEFA - Determinazzjoni tal-valur doganali għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dazju varjabbli kontra d-dumping - Valur tat-tranżazzjoni - Bejgħ suċċessiv bi prezzijiet differenti - Possibbiltà għall-awtorità doganali li tieħu in kunsiderazzjoni l-prezz indikat f'bejgħ ta' merkanzija li sar qabel dak li abbażi tiegħu saret id-dikjarazzjoni doganali)

(2008/C 107/03)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Carboni e derivati Srl

Konvenut: Ministero dell'Economia e delle Finanze, Riunione Adriatica di Sicurtà SpA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 147 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta' Lulju 1993, li jiffissa d-disposizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, p. 1), kif emendat mir-Regolament Nru 1762/95 — Bażi ta' kalkolu sabiex tiġi ddeterminata l-applikazzjoni tad-dazju kontra d-dumping — Possibbiltà għall-awtorità doganali li tikkunsidra l-prezz ta' bejgħ tal-merkanzija li sar qabel dak li fuqu d-dikjarazzjoni tad-dwana kienet ġiet ibbażata — Ħadid hematite mhux maħdum li joriġina mir-Russja

Dispożittiv

Skond l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 67/94/KEFA, tat-12 ta' Jannar 1994, li timponi dazju provviżorju kontra d-dumping fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta' ħadid hematite mhux maħdum, li joriġina mill-Brażil, mill-Polonja, mir-Russja u mill-Ukrajna, l-awtoritajiet doganali ma jistgħux jiddeterminaw il-valur doganali għall-applikazzjoni tad-dazju kontra d-dumping stabbilit mill-imsemmija Deċiżjoni fuq il-bażi tal-prezz stabbilit għall-merkanzija kkonċernata fil-kuntest ta' bejgħ li sar qabel dak li għalih saret id-dikjarazzjoni doganali meta l-prezz iddikjarat jikkorrispondi għall-prezz effettivament imħallas jew dovut mill-importatur.

Meta l-awtoritajiet doganali għandhom dubji raġonevoli dwar il-veracità tal-valur iddikjarat, jekk dawn id-dubji huma kkonfermati wara li jkunu talbu informazzjoni supplementari u wara li jkunu taw lill-persuna kkonċernata opportunità raġonevoli sabiex tagħti l-opinjoni tagħha fir-rigward tar-raġunijiet li abbażi tagħhom huma fondati l-imsemmija dubji, mingħajr ma kien possibbli li jiġi stabbilit il-prezz veru mħallas jew dovut, huma jistgħu, skond l-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, jikkalkolaw il-valur doganali għall-applikazzjoni tad-dazju kontra d-dumping, stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 67/94 b'referenza għall-prezz li ġie miftiehem għall-merkanzija kkonċernata fil-kuntest tal-bejgħ li sar qabel l-eqreb għal dak li għalih saret id-dikjarazzjoni doganali, u li fir-rigward tiegħu huma ma jkollhom ebda raġuni oġġettiva li jiddubitaw il-veraċità.


(1)  ĠU C 224, 16.9.2006.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Marzu 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Köln — Il- Ġermanja) — Deutsche Post AG (C-287/06, C-288/06 u C-291/06), Magdeburger Dienstleistungs-und Verwaltungs GmbH (MDG) (C-289/06), Marketing Service Magdeburg GmbH (C-290/06), Vedat Deniz (C-292/06) vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawżi magħquda C-287/06 sa C-292/06) (1)

(Servizzi postali - Direttiva 97/67/KE - Qasam riżervat għal provditur ta' servizz postali universali - Tariffi speċjali għad-depożitu minn klijenti kummerċjali, f'punti stabbiliti tan-network postali, ta' kwantitajiet minimi ta' posta ssortjata minn qabel - Rifjut ta' dawn it-tariffi lill-intermedjarji li jiġbru flimkien, għal għanijiet kummerċjali u f'isimhom, il-posta ta' diversi mittenti)

(2008/C 107/04)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deutsche Post AG (C-287/06, C-288/06 u C-291/06), Magdeburger Dienstleistungs- und Verwaltungs GmbH (MDG) (C-289/06), Marketing Service Magdeburg GmbH (C-290/06), Vedat Deniz (C-292/06)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Fil-preżenza ta': Marketing Service Magdeburg GmbH (C-287/06), Citipost Gesellschaft für Kurier- und Postdienstleistungen mbH (C-288/06), Deutsche Post AG (C-289/06, C-290/06 u C-292/06), Magdeburger Dienstleistungs- und Verwaltungs GmbH (MDG) (C 291/06),

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Köln — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 47(2) u 95 tat-Trattat KE, kif ukoll tal-ħames inċiż ta' l-Artikolu 12 u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta' Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 15, 1998, p. 14), kif emendata bid-Direttiva 2002/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' l-10 ta' Ġunju 2002, li temenda d-Direttiva 97/67/KE fir-rigward tal-ftuħ ulterjuri għal kompetizzjoni tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU L 176, p. 21) — Obbligu għal provditur ta' servizz postali universali li joffri tariffi speċjali, applikabbli għall-klijenti kummerċjali li jittrasportaw huma stess posta ssortjata minn qabel liċ-ċentri postali ta' tluq, bl-istess mod għal provditur kummerċjali ta' servizzi postali li jiġbru l-posta mingħand il-mittenti sabiex wara, fuq inizjattiva tal-klijenti kummerċjali, jissortjahom u jikkonsenjahom lil ċentru ta' tluq

Dispożittiv

Il-ħames inċiż ta' l-Artikolu 12 tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta' Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, kif emendata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/39/KE, ta' l-10 ta' Ġunju 2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li l-impriżi li jiġbru fi gruppi, għal għanijiet kummerċjali u f'isimhom, il-posta ta' diversi mittenti jiġu miċħuda l-benefiċċju tat-tariffi speċjali li l-provditur nazzjonali tas-servizz postali universali jagħti, fil-qasam tal-liċenzja esklużiva tiegħu, lil klijenti professjonali għad-depożitu fiċ-ċentri postali tagħha ta' kwantitajiet minimi ta' posta ssortjata minn qabel.


(1)  ĠU C 261, 28.10.2006.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-28 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Deutsche Shell GmbH vs Finanzamt für Großunternehmen in Hamburg

(Kawża C-293/06) (1)

(Libertà ta' stabbiliment - Taxxa fuq il-kumpanniji - Effetti monetarji mar-ripatrijazzjoni tal-kapital inzjali mogħti minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru lil stabbiliment permanenti tagħha fi Stat Membru ieħor)

(2008/C 107/05)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deutsche Shell GmbH

Konvenuta: Finanzamt für Großunternehmen in Hamburg

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 43 u 48 KE — Telf fil-kambju magħmul minn kumpannija li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru fil-mument tar-ripatrijazzjoni tal-kapital inizjali li hija kienet allokat lil stabbiliment permanenti stabbilit fi Stat Membru ieħor — Nuqqas ta' teħid in kunsiderazzjoni ta' dan it-telf fil-kuntest tat-tassazzjoni fl-Istat Membru fejn il-kumpannija għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha

Dispożittiv

1)

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 52 tat-Trattat KE (li wara l-emendi sar l-Artikolu 43 KE) moqrija flimkien ma dawk ta' l-Artikolu 58 tat-Trattat KE (li wara sar l-Artikolu 48 KE), jipprekludu lil Stat Membru milli jeskludi telf fil-kambju, magħmul minn kumpannija li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fit-territorju ta' dan l-aħħar Stat, fil-mument tar-ripatrijazzjoni tal-kapital inizjali li hija kienet allokat lil stabbiliment permanenti tagħha, li jinsab fi Stat Membru ieħor, sabiex tiġi ddeterminata l-bażi ta' stima nazzjonali

2)

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 52 tat-Trattat KE (li wara l-emendi sar l-Artikolu 43 KE) moqrija flimkien ma dawk ta' l-Artikolu 58 tat-Trattat KE (li wara sar l-Artikolu 48 KE), jipprekludu wkoll li t-telf fil-kambju jkun jista' jitnaqqas bħala spiża ta' l-operat ta' impriża li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru biss safejn l-istabbiliment permanenti li huwa proprjetà ta' din ta' l-aħħar, li jinsab fi Stat Membru ieħor, ma kiseb l-ebda profitt mhux taxxabbli.


(1)  ĠU C 237, 30.9.2006.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta' Marzu 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Verwaltungsgericht Schwerin — il-Ġermanja) — Rüdiger Jager vs Amt für Landwirtschaft Bützow

(Kawża C-420/06) (1)

(Politika agrikola komuni - Regolamenti (KE) Nru 1254/1999 u (KE) Nru 1782/2003 - Laħam taċ-ċanga u tal-vitella - Sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll relattiv għal ċerti skemi ta' għajnuna Komunitarja - Regolamenti (KEE) Nru 3887/92, (KE) Nru 2419/2001 u (KE) Nru 796/2004 - Applikazzjoni għal għajnuna għall-“annimali’ - Primjum għall-baqar li jreddgħu (suckler) - Irregolarità - Nuqqas ta' osservanza tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni ta' l-ifrat li mhumiex is-suġġett ta' applikazzjonijiet għal għajnuna - Regolament (KE) Nru 1760/2000 - Esklużjoni tal-benefiċċju ta' l-għajnuna - Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE, EURATOM) Nru 2988/95 - Prinċipju ta' l-applikazzjoni retroattiva tal-penali l-inqas ħarxa)

(2008/C 107/06)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Schwerin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Rüdiger Jager

Konvenut: Amt für Landwirtschaft Bützow

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Schwerin — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2988/95 (KE, Euratom) dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312 tat-23.12.1995, p. 1) — Caħda ta' talba għal primjum għall-annimali minħabba differenza ta' iktar minn 20 % ikkonstatata bejn in-numru ta' annimali ddikkjarati u n-numru kkonstatat waqt verifika — Applikazzjoni retroattiva tal-penali amministrattivi sussegwenti inqas ħorox li jirrgwardaw il-primjum għall-annimali applikabbli biss wara t-tneħħija tas-sistema ta' primjum għall-annimali fl-Istat Membru kkonċernat

Dispożittiv

It-tieni sentenza ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, tat-18 ta' Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Europea, għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Artikoli 66 u 67 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta' April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta' konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta' kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta' Settembru, li jistabbilixi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa, kif emendat u korrett bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 239/2005, tal-11 ta' Frar 2005, ma jistgħux japplikaw rettorattivament għal applikazzjoni għal għajnuna għall-“annimali” li taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ratione temporis tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3887/92, tat-23 ta' Diċembru 1992, li jippreskrivi regoli għall-applikazzjoni ta' sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll relattiv għal ċerti skemi ta' għajnuna Komunitarja, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2801/1999, tal-21 ta' Diċembru 1999, li ta lok għal esklużjoni mill-benefiċċju ta' l-għajnuna taħt l-Artikolu 10ċ ta' dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het bedrijfsleven — L-Olanda) — A. G. Winkel vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

(Kawża C-446/06) (1)

(Laħam taċ-ċanga u l-vitella - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Regolament (KE) Nru 1254/1999 - Artikolu 3(f) - Għoti ta' premju tal-baqar li jreddgħu - Kundizzjonijiet li jikkorrispondu għal prassi normali ta' trobbija)

(2008/C 107/07)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A. G. Winkel

Konvenut: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — College van Beroep voor het bedrijfsleven — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 3(1)(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999, tas-17 ta' Mejju 1999, dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (ĠU L 160, p. 21) — Kompatibbiltà ta' leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta' premju tal-baqar li jreddgħu għal kundizzjonijiet li jikkorrispondu għal prassi ta' trobbija kurrenti

Dispożittiv

L-Artikolu 3(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999, tas-17 ta' Mejju 1999, dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1512/2001, tat-23 ta' Lulju 2001, ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali milli tissuġġetta d-dritt għall-premju tal-baqar li jreddgħu għal kundizzjoniijiet konformi ma' prassi normali ta' trobbija li jipprovdu, minn naħa, ċerta frekwenza tat-twelid u, min-naħa l-oħra, li l-għoġol ikun tredda' minn ommu matul perijodu ta' erba' xhur wara t-twelid tiegħu.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Cour de cassation — Il-Belġju) — Paul Abraham, Eugène Dehalleux, Jacqueline Starck, Robert Beaujean, Patrick Descamps et, Régine Lecomte, Jacques Deheneffe, Mirèse Mailleux, Léon Schreiber, Marie-Paule Cornesse, Claude Farnir, Pascale Bastiaens, Marc Kriescher, Isabelle Lemaire, Jean-Luc Kriescher, Mauro Altafoglia, Charles Franckaert, Fernande Pretto vs Région wallonne, Société de développement et de promotion de l'aéroport de Liège-Bierset SA, T.N.T. Express Worldwide (Euro Hub) SA, Société nationale des voies aériennes-Belgocontrol, État belge, Cargo Airlines Ltd

(Kawża C-2/07) (1)

(Direttiva 85/337/KEE - Stima ta' l-effetti ta' proġett fuq l-ambjent - Ajruport b' runway b'tul ta' aktar minn 2 100 metru)

(2008/C 107/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Paul Abraham, Eugène Dehalleux, Jacqueline Starck, Robert Beaujean, Patrick Descamps et, Régine Lecomte, Jacques Deheneffe, Mirèse Mailleux, Léon Schreiber, Marie-Paule Cornesse, Claude Farnir, Pascale Bastiaens, Marc Kriescher, Isabelle Lemaire, Jean-Luc Kriescher, Mauro Altafoglia, Charles Franckaert, Fernande Pretto

Konvenuti: Région wallonne, Société de développement et de promotion de l'aéroport de Liège-Bierset SA, T.N.T. Express Worldwide (Euro Hub) SA, Société nationale des voies aériennes-Belgocontrol, État belge, Cargo Airlines Ltd

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 1, 2 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta' Ġunju 1985, dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40) — Kunċett ta' “proġett li jista' jkollu effetti sinjifikanti fuq l-ambjent” — Ajruport b'runway b'tul ta' aktar minn 2 100 metru — Xogħlijiet ta' infrastrutturi u ta' ristrutturazzjoni ta' ajruport eżistenti mingħajr ma tiġi mtawla r-runway — Bżonn ta' studju ta' l-effetti

Dispożittiv

1)

Jekk ftehim bħal dak in kwistjoni fil-kawża prinċipali mhuwiex proġett fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina, abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, jekk tali ftehim jikkostitwixxix kunsens għal żvilupp skond l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 85/337. F'dan il-kuntest hemm lok li jiġi eżaminat jekk dan il-kunsens huwiex parti minn proċedura f'diversi stadji li tinkludi deċiżjoni prinċipali kif ukoll deċiżjonijiet ta' eżekuzzjoni u jekk hemmx lok li jiġi kkunsidrat l-effett kumulattiv ta' diversi proġetti li l-effetti tagħhom fuq l-ambjent għandhom ikunu evalwati globalment.

2)

Id-dispożizzjonijiet tal-punt 12 ta' l-Anness II moqrija flimkien ma' dawk tal-punt 7 ta' l-Anness I tad-Direttiva 85/337, fil-verżjoni oriġinali tagħhom, jinkludu wkoll ix-xogħolijiet ta' modifika mwettqa lill-infrastruttura ta' ajruport eżistenti mingħajr ma tiġi mwtawla r-runway sakemm dawn jistgħu jiġu meqjusa, b'mod partikolari min-natura, l-importanza u l-karatteristiċi tagħhom, bħala modifka ta' l-ajruport stess. L-istess japplika għaldaqstant, b'mod partikolari, għax-xogħolijiet intiżi sabiex tiżdied b'mod sinjifikattiv l-attività ta' l-ajruport u tat-traffiku ta' l-ajru. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tassigura ruħha li l-awtoritajiet kompetenti evalwaw korrettament jekk ix-xogħlijiet in kwistjoni fil-kawża prinċipali għandhomx ikunu suġġetti għal stima ta' l-effett tagħhom fuq l-ambjent.

3)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw iż-żieda pproġettata fl-attività ta' ajruport meta huma jeżaminaw l-effett fuq l-ambjent tal-modifiki mwettqa għall-infrastrutturi tiegħu bil-għan li jkun jista' jlaħħaq ma' din iż-żieda fl-attività.


(1)  ĠU C 69, 24.3.2007.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta' Frar 2008 — Wineke Neirinck vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-17/07 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell (UIB) - Proċedura ta' reklutaġġ - Ċaħda ta' kandidatura - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni)

(2008/C 107/09)

Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Wineke Neirinck [rappreżentanti: G. Vandersanden u L. Levi, avocats]

Parti oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti]

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) ta' l-14 ta' Novembru 2006, Neirinck vs Il-Kummissjoni (T-494/04) li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet it-talba tar-rikorrenti intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar iċ-ċaħda tal-kandidatura tagħha għall-kariga ta' ġurista fis-settur tal-politika immobbiljara fi ħdan l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell (UIB) u n-nomina ta' kandidat ieħor għall-imsemmija kariga kif ukoll, min-naħa l-oħra, għall-ksib ta' danni — Kunċett ta' interess ġuridiku — Obbligu ta' motivazzjoni — Distorsjoni ta' l-elementi ta' prova — Abbuż ta' poter — Interess tas-servizz u prinċipji ta' premura u ta' amministrazzjoni tajba

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej ta' l-14 ta' Novembru 2006, Neirinck vs Il-Kummissjoni (T-494/04), hija annullata in kwantu l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet il-motiv ibbażat fuq il-ksur ta' l-obblgu ta' motivazzjoni li jivvizzja d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tas-27 ta' April 2004 li tinforma lil W. Neirinck li ma għaddietx mill-prova orali tal-proċedura ta' reklutaġġ għall-kariga ta' ġurista fis-settur tal-politika immobbiljarja fi ħdan l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell, bħala membru tal-persunal bil-kuntratt.

2)

L-appell huwa miċħud għall-bqija.

3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tas-27 ta' April 2004 li tinforma lil W. Neirinck li ma għaddietx mill-prova orali tal-proċedura ta' reklutaġġ għall-kariga ta' ġurista fis-settur tal-politika immobbiljarja fi ħdan l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell, bħala membru tal-persunal bil-kuntratt, hija annullata.

4)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

5)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tbati, barra l-ispejjeż tagħha stess, it-totali ta' dawk sostnuti minn W. Neirinck quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Marzu 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Comisión del Mercado de las Telecomuniaciones vs Administración del Estado

(Kawża C-82/07) (1)

(Komunikazzjonijiet elettroniċi - Netwerks u servizzi - Artikoli 3(2) u 10(1) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva “qafas’) - Pjanijiet nazzjonali ta' numerazzjoni - Awtorità regolatorja speċifika)

(2008/C 107/10)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Comisión del Mercado de las Telecomuniaciones

Konvenuta: Administración del Estado

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 3(1), (2) u (4) u ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva “Kwadru [Qafas]”) (ĠU L 108, p. 33) — Assenjazzjoni tar-riżorsi nazzjonali ta' numerazzjoni u amministrazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta' numerazzjoni — Funzjonijiet regolatorji u operattivi mogħtija lil awtorità speċifika

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 3(2) u (4) u 10(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva “Kwadru [Qafas]”), moqrija flimkien mal-ħdax-il premessa ta' l-istess direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-funzjonijiet ta' assenjazzjoni tar-riżorsi nazzjonali ta' numerazzjoni u ta' amministrazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta' numerazzjoni għandhom jiġu kkunsidrati bħala funzjonijiet regolatorji. L-Istati Membri m'humiex obbligati jattribwixxu dawn il-funzjonijiet differenti lil awtoritajiet regolatorji nazzjonali differenti.

2)

L-Artikoli 10(1) u 3(2), (4) u (6) tad-Direttiva 2002/21 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li l-funzjonijiet ta' assenjazzjoni tar-riżorsi nazzjonali ta' numerazzjoni kif ukoll dawk ta' amministrazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta' numerazzjoni jitqassmu bejn diversi awtoritajiet regolatorji indipendenti, bil-kundizzjoni li t-tqassim ta' l-inkarigi jiġi ppubblikat, ikun faċilment aċċessibbli u jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.


(1)  ĠU C 82, 14.4.2007.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-89/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika - Impjiegi ta' kaptan u ta' uffiċjal (assistent tal-kaptan) fuq il-bastimenti kollha li jtajru bandiera ta' Stat Membru - Kundizzjoni ta' nazzjonalità)

(2008/C 107/11)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: G. Rozet, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u O. Christmann, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 39(4) KE — Ċirkulazzjoni libera tal-ħaddiema — Użu tal-prerogattivi ta' l-awtorità pubblika — Rekwiżit tan-nazzjonalità Franċiża sabiex jiġu eżerċitati l-impjiegi ta' kaptani u ta' uffiċjali (assistenti tal-kaptan) fuq il-bastimenti kollha li jtajru bandiera Franċiża — Inkompatibbiltà mad-dritt Komunitarju

Dispożittiv

1)

Peress li żammet fil-liġi tagħha r-rekwiżit tan-nazzjonalità Franċiża għall-aċċess għall-impjiegi ta' kaptan u ta' uffiċjal (assistent tal-kaptan) fuq il-bastimenti kollha li jtajru bandiera Franċiża, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi imposti fuqha mill-Artikolu 39 KE.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-6 ta' Marzu 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret — Id-Danimarka) — Nordania Finans A/S, BG Factoring A/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-98/07) (1)

(Is-Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 19(2) - Kalkolu tal-proporzjon imnaqqas - Esklużjoni ta' l-ammont tad-dħul mill-bejgħ attribwit lill-provvisti ta' oġġetti kapitali użati mill-persuna taxxabbli għall-iskopijiet tan-negozju tagħha - Kunċett ta' “oġġetti kapitali użati mill-persuna taxxabbli għall-iskopijiet tan-negozju tagħha’ - Vetturi mixtrija minn kumpannija ta' leasing sabiex jinkrew u sussegwentement jinbiegħu fit-tmiem tal-kuntratti tal-hire purchase)

(2008/C 107/12)

Lingwa tal-kawża: Id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nordania Finans A/S, BG Factoring A/S

Konvenut: Skatteministeriet

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Højesteret — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 19 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill Nru 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Kalkolu tal-proporzjon imnaqqas — Inklużjoni jew le ta' l-ammont tad-dħul mill-bejgħ ta' vetturi ta' kumpannija ta' leasing ta' vetturi fit-tmiem ta' kuntratti ta' leasing

Dispożittiv

L-Artikolu 19(2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill Nru 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta' “oġġetti kapitali użati mill-persuna taxxabbli għall-iskopijiet tan-negozju [tagħha]” ma jinkludix vetturi li impriża ta' leasing tixtri bil-ħsieb, bħal fil-kawża prinċipali, li tikrihom u sussegwentement tbiegħhom fit-tmiem tal-kuntratti ta' hire purchase, meta l-bejgħ ta' dawn il-vetturi fit-tmiem ta' dawn il-kuntratti jifforma parti integrali mill-attivitajiet ekonomiċi abitwali ta' din l-impriża.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-196/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Politika tal-kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Nuqqas ta' osservanza ta' ċerti obbligi imposti mill-Kummissjoni - E.ON/Endesa)

(2008/C 107/13)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Gippini Fournier, aġenti]

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja [rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta' konformità ma' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Settembru 2006 (każ COMP/M.4197 — E.ON/Endesa — C(2006)4279 finali), u ma' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Diċembru 2006 (każ COMP/M.4197 — E.ON/Endesa — C(2006)7039 finali)

Dispożittiv

1)

Billi ma ħassarx:

il-kundizzjonijiet Nri 1 sa 6, 8 u 17 imposti mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali ta' l-Enerġija, li ġew iddikjarati inkompatibbli mad-dritt Komunitarju mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Settembru 2006 [każ Nru COMP/M.4197 — E.ON/Endesa — C(2006) 4279 finali], u

il-kundizzjonijiet Nri 1, 10, 11 u 15 emendati, imposti mid-deċiżjoni tal-Ministru ta' l-Industrija, tat-Turiżmu u tal-Kummerċ, li ġew iddikjarati inkompatibbli mad-dritt Komunitarju mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Diċembru 2006 [każ Nru COMP/M.4197 — E.ON/Endesa — C(2006) 7039 finali], fit-terminu mogħti,

ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 2 ta' kull waħda minn dawn id-deċiżjonijiet.

2)

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 155, 7.7.2007.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-340/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/73/KE - Trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa - Aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali u promozzjoni - Kundizzjonijiet ta' l-impjieg - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

(2008/C 107/14)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u M. van Beek, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/73/KE, tat-23 ta' Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' aċċess għall-impjieg, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU L 269, p. 15)

Dispożittiv

1)

Billi m'adottax, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/73/KE, tat-23 ta' Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' aċċess għall-impjieg, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-ewwel subparagrafu ta' Artikolu 2(1) ta' din id-Direttiva.

2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/10


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mis-Sozialgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fit-22 ta' Jannar 2008 — Athanasios Vatsouras vs Arbeitsgemeinschaft (ARGE) Nürnberg 900

(Kawża C-22/08)

(2008/C 107/15)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Sozialgericht Nürnberg (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Athanasios Vatsouras.

Konvenuta: Arbeitsgemeinschaft (ARGE) Nürnberg 900

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 24(2) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, tad-29 ta' April 2004 (1), hija konformi ma' l-Artikolu 12 KE moqri flimkien ma' l-Artikolu 39 KE?

2)

Fl-ipoteżi fejn l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv, l-Artikolu 12 KE moqri flimkien ma' l-Artikolu 39 KE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi ċ-ċittadini ta' l-Unjoni mill-benefiċċju ta' għajnuna soċjali fil-każ li jinqabeż it-tul massimu ta' residenza previst fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38/CE, tad-29 ta' April 2004, u fin-nuqqas ta' kull dritt ta' residenza skond dispożizzjonijiet oħra?

3)

Fl-ipoteżi fejn l-ewwel domanda tingħata risposta fil-pożittiv, l-Artikolu 12 KE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi ċ-ċittadini ta' Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea wkoll mill-benefiċċju ta' għajnuna soċjali mogħtija lill-immigranti klandestini?


(1)  ĠU L 158, p. 77.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/10


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mis-Sozialgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fit-22 ta' Jannar 2008 — Josif Koupatantze vs Arbeitsgemeinschaft (ARGE) Nürnberg 900

(Kawża C-23/08)

(2008/C 107/16)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Sozialgericht Nürnberg (il-Ġermanja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Josif Koupatantze.

Konvenuta: Arbeitsgemeinschaft (ARGE) Nürnberg 900.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 24(2) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, tad-29 ta' April 2004 (1), hija konformi ma' l-Artikolu 12 KE moqri flimkien ma' l-Artikolu 39 KE?

2)

Fl-ipoteżi li l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv, l-Artikolu 12 KE moqri flimkien ma' l-Artikolu 39 KE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi ċ-ċittadini ta' l-Unjoni mill-benefiċċju ta' għajnuna soċjali fil-każ tal-qbiż tat-tul massimu ta' residenza previst fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38/CE, tad-29 ta' April 2004, u fin-nuqqas ta' kull dritt ta' residenza bis-saħħa ta' dispożizzjonijiet oħra?

3)

Fl-ipoteżi li l-ewwel domanda tingħata risposta fil-pożittiv, l-Artikolu 12 KE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi ċ-ċittadini ta' Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea saħansitra mill-benefiċċju ta' għajnuna soċjali mogħtija lill-immigranti illegali?


(1)  ĠU L 158, p. 77.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/11


Appell ippreżentat fil-11 ta' Frar 2008 minn Jörn Sack mis-sentenza mogħtija fil-11 ta' Diċembru 2008 fil-Kawża T-66/05, Jörn Sack vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-38/08 P)

(2008/C 107/17)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Jörn Sack (rappreżentanti: U. Lehmann-Brauns u D. Mahlo, Rechtsanwalte)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet ta' l-appellant

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Diċembru 2007, fil-Kawża T-66/05 u (billi tiddeċiedi, fuq il-bażi tal-prinċipju ta' ugwaljanza, fuq il-kwistjonijiet ta' dritt li b'mod żbaljat baqgħu mingħajr risposta) tilqa' r-rikors billi tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrigwarda l-iffissar tal-ħlas ta' kull xahar tar-rikorrent għax-xahar ta' Mejju 2004

sussidjarjament, tannulla s-sentenza ċċitata hawn fuq u tirreferi lura l-kawża lill-Qorti tal-Prim'Istanza għal deċiżjoni mill-ġdid, sabiex din tiddeċiedi fuq il-ksur tal-prinċipju ta' ugwaljanza minħabba fin-nuqqas ta' teħid in kunsiderazzjoni tar-rikorrenti fil-kuntest ta' l-għoti taż-żieda għal kariga skond l-Artikolu 44(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza, li biha l-appellant, bħala koordinatur tal-grupp ta' ħidma tas-servizzi legali tal-Kummissjoni għal kwistjonijiet kollha ġuridiċi relatati mat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea, m'għandhux dritt għaż-żieda prevista għall-kap ta' diviżjoni, hija bbażata fuq l-aggravji li ġejjin.

L-ewwel aggravju: il-Qorti tal-Prim'Istanza ma fehmitx is-sinjifikat u l-portata tal-prinċipju ġenerali ta' ugwaljanza applikabbli taħt id-dritt Komunitarju u għaldaqstant kisritu.

Il-prinċipju ta' ugwaljanza huwa applikabbli kemm fid-definizzjoni ġenerali tiegħu kif ukoll fl-espressjoni specifika tiegħu bħala projbizzjoni ta' diskriminazzjoni taħt l-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Europea u minn żmien twil huwa rrikonoxxut mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala dritt Komunitarju ta' livell superjuri. L-osservanza tal-prinċipju ta' trattament ugwali jirrappreżenta fid-dritt Komunitarju mhux biss obbligu għall-istituzzjonijiet kollha, iżda wkoll dritt suġġett għat-trattament ugwali għal kull persuna kkonċernata minn att ta' dawn l-istituzzjonijiet. Billi — hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet żmien ilu fis-sentenzi ċċitati tagħha — dan id-dritt jibbenefika minn prijorità fuq id-dritt Komunitarju sekondarju, l-importanza ta' dan id-dritt bħala dritt fundamentali għandha tittieħed sew in kunsiderazzjoni fil-kuntest ta' l-interpretazzjoni u ta' l-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandha wkoll tirrispetta l-prinċipju ta' trattament ugwali fil-kuntest tar-regoli tal-proċedura u ta' proċeduri differenti.

Fl-argumentazzjoni kollha tiegħu, ir-rikorrent kontinwament invoka l-prinċipju ta' ugwaljanza, u mhux ir-Regolamenti tal-Persunal, u invoka l-fatt li huwa eżerċita funzjonijiet li mhux biss huma ekwivalenti għal dawk ta' kap ta' diviżjoni, iżda li għandhom jitqiesu li huma ta' valur għola, meta mqabbla mal-funzjonijiet ta' numru ta' kapijiet ta' diviżjoni, f'dak li jirrigwarda l-eżerċizzju ta' funzjonijiet ta' livell intermedju. Billi l-Qorti tal-Prim'Istanza ma pproċedietx għal eżami komparattiv tas-sitwazzjoni tar-rikorrenti u dik ta' kategoriji oħra ta' uffiċjali li bbenefikaw miż-żieda, hija tkun qed tipprivah mid-dritt fundamentali tiegħu għall-protezzjoni minn trattament arbitrarju u għalhekk tikser il-prinċipju ta' ugwaljanza.

It-tieni aggravju: il Qorti tal-Prim'Istanza kisret il-prinċipju tal-loġika ġuridika.

Meta jiġi invokat trattament arbitrarju fost numru ta' persuni kkonċernati, l-ugwaljanza u ċ-ċertezza legali jistgħu biss jiġu żgurati jekk il-qorti tikkonstata li s-sitwazzjoni paragunabbli ma teżistix jew jekk tistabbilixxi li l-persuni kkonċernati li għalihom tezisti sitwazzjoni paragunabbli indebitament jibbenefikaw minn dan il-vantaġġ u li, konsegwentement, ir-rikorrent ukoll mhuwiex intitolat għalih. Minn dawn il-prinċipji tal-loġika ġuridika jirriżulta li, sabiex jiġi miċħud ir-rikors, jeħtieġ li tiġi eżaminata għallinqas waħda miż-żewġ kwistjonijiet li ġejjin u li fir-rigward tar-rikorrent r-risposta għandha tkun fin-negattiv. L-ewwel nett, il-Qorti tal-Prim'Istanza kellha tiddeċiedi jekk il-funzjonijiet eżerċitati mill-uffiċjali li l-Kummissjoni tqiegħed tassimila għal kap ta' diviżjoni huma ekwivalenti għal dawk imwettqa mir-rikorrent, u t-tieni nett, hija kellha tistabbilixxi jekk lil dawn l-uffiċjali ż-żieda għal kariga ngħatatx debitament jew indebitament.

Billi dawn iż-żewġ kwistjonijiet baqgħu bla risposta, sabiex dawn jiġu kkunsidrati bħala nieqsa minn rilevanza ġuridika għandu jiġi preżunt li r-rikors kellu jiġi miċħud anki jekk dawn iż-żewġ kwistjonijiet kellu jingħatalhom risposta fis-sens ta' l-argumenti tar-rikorrenti. Madankollu konklużjoni bħal din mhijiex possibbli. Billi l-Qorti tal-Prim'Istanza ma eżaminatx il-kwistjoni tal-legalità ta' l-inklużjoni mill-Kummissjoni ta' kategoriji oħra ta' uffiċjali bil-preċiżjoni prevista mid-dritt, jiġifieri billi tingħata prijorità lill-prinċipju ta' ugwaljanza meta mqabbel mad-dritt Komunitarju sekondarju, għandu jiġi preżunt li eżami bħal dan kellu jwassal għall-konklużjoni li, billi l-Kummissjoni estendiet din għal kategoriji oħra hija għamlet dan legalment. Bil-kontra ta' l-affermazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza f'dan ir-rigward, ir-rikorrenti għalhekk mhux qed jitlob trattament ugwali fl-illegalità, iżda trattament ugwali skond il-liġi.

It-Tielet aggravju: il-Qorti tal-Prim'Istanza kisret il-prinċipji elementari tal-proċedura ordinarja.

Skond l-appellanti, ir-rifjut assolut ta' verifika ta' l-eżistenza ta' l-allegat ksur ta' dritt fundamentali jikkostitwixxi ksur iktar serju minn żball ta' liġi dwar il-kwistjoni li jsir magħruf jekk id-dritt fundamentali effettivament kienx suġġett għal ksur jew le, billi l-persuna kkonċernata tkun qed titneħħila l-protezzjoni offruta mid-dritt fundamentali. Huwa biss fil-każ fejn l-affermazzjoni tar-rikorrenti, li jgħid li d-dritt fundamentali ġie miksur, tkun totalment nieqsa mill-fondatezza jew jekk il-fatti invokati fil-kuntest tat-tqabbil tas-sitwazzjonijiet ma jikkonfermawx l-affermazzjoni, li ezami tal-mertu dwar il-ksur tad-dritt fundamentali tista' tiġi eżentata. Iżda dan bl-ebda mod mhuwa l-każ f'din il-kawża. Il-Qorti tal-Prim'Istanza hekk qed tikser prinċipji elementari tal-proċedura ordinarja. Għalhekk, is-sentenza u l-motivi li hija tindika, ma tistax tinżamm.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/12


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundespatentgerichts (il-Ġermanja) fl-4 ta' Frar 2008 — Kawża dwar id-dritt tat-trademarks — Partijiet: Bild.T-Online.de AG & Co. KG u l-president tad-Deutschen Patent- u Markenamts

(Kawża C-39/08)

(2008/C 107/18)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundespatentgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bild.T-Online.de AG & Co. KG u l-president tad-Deutschen Patent- u Markenamts

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 jirrikjedi, sabiex jiġu assigurati opportunitajiet indaqs fuq il-livell tal-kompetizzjoni (1), li talbiet identiċi jew simili jiġu ttrattati bl-istess mod?

2.

Fil-każ ta' risposta fl-affermativ, il-qorti għandha teżamina indikazzjonijiet konkreti ta' nuqqas ta' trattament ugwali li jwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u tieħu in kunsiderazzjoni fl-analiżi tagħha d-deċiżjonijiet preċedenti li l-awtorità kompetenti ħadet f'każijiet simili?

3.

Fil-każ ta' risposta fl-affermativ, il-qorti għandha, meta hija tikkonstata tali diskriminazzjoni, tirrispetta l-projbizzjoni ta' kull diskriminazzjoni li twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni meta tinterpreta u tapplika l-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988?

4.

Fil-każ ta' risposta fin-negattiv għad-domandi 1, 2 u 3, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha, sabiex tevita kull distorsjoni tal-kompetizzjoni, tobbliga lill-awtorità nazzjonali sabiex tiftaħ ex officio proċedura ta' annullament kontra trademarks preċedenti rreġistrati b'mod żbaljat?


(1)  ĠU L 40, p. 1.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/12


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundespatentgerichts (il-Ġermanja) fit-8 ta' Frar 2008 — Kawża dwar id-dritt tat-trade marks — Partijiet: ZVS Zeitungsvertrieb Stuttgart GmbH u l-president tad-Deutschen Patent- u. Markenamts

(Kawża C-43/08)

(2008/C 107/19)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundespatentgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ZVS Zeitungsvertrieb Stuttgart GmbH u l-president tad-Deutschen Patent- u. Markenamts

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 jirrikjedi, sabiex jiġu assigurati opportunitajiet indaqs fuq il-livell tal-kompetizzjoni, trattament bl-istess mod (1) fost il-kompetituri meta huma jirreġistraw trade marks?

2.

Fil-każ ta' risposta fl-affermativ, il-qorti għandha teżamina indikazzjonijiet konkreti ta' nuqqas ta' trattament ugwali li jwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u tieħu in kunsiderazzjoni fl-analiżi tagħha d-deċiżjonijiet preċedenti li l-awtorità kompetenti ħadet f'każijiet simili?

3.

Fil-każ ta' risposta fl-affermativ, il-qorti għandha, meta hija tikkonstata tali diskriminazzjoni, tirrispetta l-projbizzjoni ta' kull diskriminazzjoni li twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni meta tinterpreta u tapplika l-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988?

4.

Fil-każ ta' risposta fin-negattiv għad-domandi 1, 2 u 3, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha, sabiex tevita kull distorsjoni tal-kompetizzjoni, tobbliga lill-awtorità nazzjonali tiftaħ ex officio proċedura ta' annullament kontra trade marks preċedenti rreġistrati b'mod żbaljat?


(1)  ĠU L 40, p. 1.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/13


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Korkein oikeus (Il-Finlandja) fit-8 ta' Frar 2008 — Akavan Erityisalojen Keskusliitto AEK ry et vs Fujitsu Siemens Computers Oy

(Kawża C-44/08)

(2008/C 107/20)

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Akavan Erityisalojen Keskusliitto AEK ry, Erityisalojen Toimihenkilöliitto ERTO ry, Uusi Insinööriliitto UIL ry (li qabel kienet Insinööriliitto IL ry), Metallityöväen Liitto ry, Palvelualojen Ammattiliitto PAM ry, Suomen Ekonomiliitto — Finlands Ekonomförbund SEFE ry, Ammattiliitto SUORA ry, Suomen Valtiotieteilijöitten Liitto SVAL ry — Statsvetarnas Förbund i Finland rf, Sähköalojen Ammattiliitto ry, Tekniikan Akateemisten Liitto TEK ry, Toimihenkilöunioni TU ry

Konvenuta: Fujitsu Siemens Computers Oy

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 98/59/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu tiegħu li jinbdew konsultazzjonijiet “fi żmien tajjeb” meta wieħed “jikkontempla” tkeċċija kollettiva tal-ħaddiema jeħtieġ li l-konsultazzjonijiet jibdew meta jkun ġie kkonstatat li d-deċiżjonijiet strateġiċi jew il-modifikazzjonijiet adottati fir-rigward ta' l-attività kummerċjali jrendu neċessarju tkeċċijiet kollettivi tal-ħaddiema? jew aħjar li din l-imsemmija dispożizzjoni tiġi interpretata fis-sens li l-obbligu li jinbdew il-konsultazzjonijiet joriġina diġà minħabba li min iħaddem jikkontempla li jadotta miżuri jew modifiki li jirrigwardaw l-attività kummerċjali bħal modifika tal-kapaċità ta' produzzjoni jew konċentrazzjoni tal-produzzjoni, li l-konsegwenza prevedibbli tagħhom hija n-neċċessità ta' tkeċċijiet kollettivi tal-ħaddiema?

2)

Fid-dawl tal-fatt li l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 2(3) tad-direttiva jirreferi għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni fi żmien tajjeb matul il-konsultazzjonijiet, l-Artikolu 2(1) tad-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu tiegħu li jibdew konsultazzjonijiet “fi żmien tajjeb” meta wieħed “jikkontempla redundancies [tkeċċijiet] kollettivi” jeħtieġ li l-konsultazzjonijiet jibdew diġà qabel ma l-evalwazzjoni magħmula minn min iħaddem tkun waslet fi stadju li jippermetti lil min iħaddem jidentifika u jagħti lill-ħaddiema l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(3)(b)?

3)

L-Artikolu 2(1) tad-direttiva għandu jiġi interpretat, flimkien ma' l-Artikolu 2(4) tagħha, fis-sens li, f'kaz li min iħaddem huwa kkontrollat minn kumpannija oħra, l-obbligu ta' min iħaddem li jibda l-konsultazzjonijiet mar-rappreżentant tal-ħaddiema joriġina meta jew min iħaddem jew il-kumpannija parent li tikkontrolla lil dan ta' l-aħħar tikkontempla li taġixxi bil-għan li tipproċedi għat-tkeċċijiet kollettivi tal-ħaddiema fis-servizz ta'min iħaddem?

4)

Fil-każ ta' konsultazzjonijiet li għandhom jitwettqu fi ħdan kumpannija sussidjarja li tagħmel parti minn grupp, u fl-evalwazzjoni fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(4) tad-direttiva ta' l-obbligu ta' l-Artikolu 2(1) li jinbdew konsultazzjonijiet “fi żmien tajjeb” meta wieħed “jikkontempla” tkeċċijiet kollettivi, l-obbligu li jinbdew konsultazzjonijiet joriġina diġà meta d-direttorat tal-grupp jew tal-kumpannija parent jikkontempla tkeċċijiet kollettivi iżda din l-evalwazjoni tkun għadha ma ġietx ippreċiżata sal-punt li tikkonċerna l-ħaddiem fis-servizz ta' ċerta kumpannija sussidjara taħt il-kontroll tagħha jew l-obbligu li jinbdew konsultazzjonijeit fi ħdan il-kumpannija sussidjarja joriġina biss fil-mument li fih id-direttorat tal-grupp jew tal-kumpannija parent jikkontempla tkeċċijiet kollettivi espressament fil-kumpannija sussidjarja kkonċernata?

5)

Meta min iħaddem huwa impriża (kumpannija sussidjarja li tagħmel parti minn grupp) li hija kkontrollata fis-sens ta' l-Artikolu 2(4) tad-direttiva minn impriża oħra (kumpannija parent jew id-direttorat ta' grupp), l-Artikolu 2 tad-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proċedura ta' konsultazzjoni li hija msemmija fih għandha tiġi konkluża qabel ma tittieħed deċiżjoni fil-livell tal-kumpannija parent jew tad-direttorat tal-grupp f'dak li jirrigwarda t-tkeċċijiet kollettivi li għandhom jiġu implementati fi ħdan il-kumpannija sussidjarja?

6)

Jekk id-direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li l-proċedura ta' konsultazzjoni li għandha tiġi mwettqa fi ħdan il-kumpannija sussidjarja għandha tkun konkluża qabel ma tittieħed deċiżjoni li tagħti lok għal tkeċċijiet kollettivi tal-ħaddiema fil-livell tal-kumpannija parent jew tad-direttorat tal-grupp, deċiżjoni li għandha bħala effett dirett li timplementa tkeċċijiet kollettivi fi ħdan il-kumpannija sussidjarja hija l-unika deċiżjoni determinanti f'dan il-kuntest jew jeħtieġ li l-proċedura ta' konsultazzjoni tkun konkluża diġà qabel ma tittieħed, fil-livell tal-kumpannija parent jew tad-direttorat tal-grupp, deċiżjoni kummerċjali jew strateġika li abbażi tagħha t-tkeċċijiet kollettivi fi ħdan il-kumpannija sussidjarja huma probabbli iżda għadhom mhumiex ċerti u definittivi?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE ta' l-20 ta' Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar redundancies [tkeċċijiet] kollettivi, ĠU L 225, 12.8.1998, p. 16.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/14


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hof van Beroep te Brussel (il-Belgju) fit-8 ta' Frar 2008 — Spector Photo Groep N.V. u Chris Van Raemdonck vs Commissie voor het Bank-, Financie- en Assurantiewezen

(Kawża C-45/08)

(2008/C 107/21)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Beroep te Brussel (Qorti ta' l-Appell ta' Brussell, il-Belgju).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Spector Photo Groep N.V. u Chris Van Raemdonck.

Konvenuta: Commissie voor het Bank-, Financie- en Assurantiewezen (Kummissjoni bankarja, finanzjarja u ta' l-assigurazzjoni, CBFA).

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-direttiva dwar l-abbuż tas-suq (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha, jikkostitwixxu armonizzazzjoni kompleta, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jawtorizzaw espliċitament lill-Istati Membri jadottaw liberament miżuri ta' implementazzjoni jew id-dispożizzjonijiet ta' din id-direttiva jikkostitwixxu, kollha kemm huma, armonizzazzjoni minima?

2)

L-Artikolu 2(1) tad-direttiva dwar l-abbuż tas-suq għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt biss li persuna msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 2 [li] jkollha informazzjoni minn ġewwa takkwista jew tiddisponi minn jew tipprova takkwista jew tiddisponi minn, għaliha nfisha jew għal ħaddieħor, strumenti finanzjari li għalihom tirreferi din l-informazzjoni ifisser awtomatikament li hija tuża l-informazzjoni minn ġewwa?

3)

Jekk tingħata risposta negattiva għat-tieni domanda, għandu jiġi preżunt li, għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva dwar l-abbuż tas-suq, huwa neċessarju li tittieħed deċiżjoni konxja li jintuża t-tagħrif minn ġewwa?

Jekk deċiżjoni bħal din tista' tkun ukoll deċiżjoni mhux bil-miktub, huwa allura neċessarju li d-deċiżjoni li jintuża t-tagħrif minn ġewwa tirriżulta minn ċirkustanzi li ma jistgħu jingħataw ebda spjegazzjoni oħra jew huwa suffiċjenti li dawn iċ-ċirkustanzi jistgħu jiġu interpretati b'dan il-mod?

4)

Jekk, sabiex tiġi stabbilita n-natura proporzjonata ta' sanzjoni amministrattiva, imsemmija fl-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar l-abbuż tas-suq, għandu jittieħed in kunsiderazzjoni l-profitt magħmul, għandu jiġi preżunt li l-pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni li għandha tiġi kkunsidrata bħala informazzjoni minn ġewwa fil-fatt kellha effett sinifikanti fuq il-prezz ta' l-istrument finanzjarju?

F'każ ta' risposta affermattiva, x'għandu jkun il-livell minimu ta' varjazzjoni fil-prezz sabiex din il-varjazzjoni tista' tkun ikkunsidrata bħala sinifikanti?

5)

Indipendentement min-natura sinifikanti jew le li għandu jkollha l-varjazzjoni fil-prezz wara li l-informazzjoni tkun saret pubblika, liema perijodu għandu jittieħed in kunisderazzjoni, wara li l-informazzjoni tkun saret pubblika, sabiex jiġi stabbilit il-livell tal-varjazzjoni fil-prezz u liema data għandha tiġi kkunsidrata sabiex jiġi evalwat il-vantaġġ finanzjarju miksub, għall-finijiet tad-determinazzjoni tas-sanzjoni xierqa?

6)

Fid-dawl tal-verifika tan-natura proporzjonata tas-sanzjoni, l-Artikolu 14 tad-direttiva dwar l-abbuż tas-suq għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk Stat Membru ikun ħaseb għall-possibbiltà ta' sanzjoni kriminali li tingħata flimkien mas-sanzjoni amministrattiva, għall-finijiet ta' l-evalwazzjoni tan-natura proporzjonata tas-sanzjoni, għandha tittieħed in kunsiderazzjoni l-possibbiltà u/jew il-livell ta' sanzjoni kriminali pekunjarja?


(1)  Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16).


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/15


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-52/08)

(2008/C 107/22)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u P. Andrade, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, peress li r-Repubblika Portugiża ma ttrasponietx, fir-rigward ta' l-aċċess għall-professjoni ta' nutar, id-Direttiva 2005/36/KE (1), li ħassret u ssostitwiet id-Direttiva 89/48/KEE (2), naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond id-Direttiva 2005/36/KE.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skond il-Kummissjoni, l-Istat Portugiż, peress li ma jippermettix lin-nutara ta' l-Istati Membri l-oħra li jeżerċitaw il-professjoni fil-Portugall, kemm-il darba għandhom id-dritt li jeżerċitawha fi Stat Membru fejn din tkun professjoni rregolata jew li jkunu eżerċitawha, skond it-termini previsti, fi Stat Membru fejn ma tkunx professjoni rregolata, naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2005/36.

Madankollu, l-Istat Portugiż, meta rrikjeda mingħand il-kandidati għall-professjoni ta' nutar il-lawrja fil-liġi minn università Portugiża jew il-livell akkademiku ekwivalenti skond il-liġi Portugiża, ukoll naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikoli 13 u 14 ta' l-istess Direttiva.

Barra minn hekk, l-Istat Portugiż, meta mill-kandidati għall-professjoni ta' nutar jeħtieġ li qabel ma jieħdu sehem fil-prattika, li jgħaddu minn eżamijiet pubbliċi intiżi sabiex jivverifikaw l-għarfien ġenerali tagħhom fil-liġi, ukoll naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikoli 14(3) u 3(h), tad-Direttiva 2005/36.

B'hekk, il-Kummissjoni tqis li l-Istat Portugiż ma ttrasponiex id-Direttiva 2005/36 safejn din tirrigwarda l-professjoni ta' nutar.


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/36/KE, tas-7 ta' Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, p. 22).

(2)  ĠU L 19, p. 16.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/15


Rikors ippreżentat fi 12 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-53/08)

(2008/C 107/23)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun u H. Støvlbæk, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet

tikkonstata li, billi l-Artikolu 6(1) tan-Notariatsordnung (regoli notarili), jeżiġi n-nazzjonalità Awstrijaka għall-aċċess tal-professjoni ta' nutar, ir-Repubblika ta' l-Awstrija kisret l-Artikoli 43 u 45 KE;

tikkonstata li, billi ma ttrasponietx id-Direttiva 89/48/KE (jew id-Direttiva 2005/36/KE) fir-rigward tal-professjoni ta' nutar, ir-Repubblika ta' l-Awstrija kisret din id-direttiva kif ukoll l-Artikoli 43 u 45 KE;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li l-Artikolu 43 KE jipprojbixxi kull diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità, li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet legali fil-forma ta' restrizzjoni għal-libertà ta' stabbiliment. Hija tindika li, skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 45 KE, il-kapitolu dwar id-dritt ta' stabbiliment ma tapplikax għall-attivitajiet li fi Stat Membru jaqgħu, anke inċidentalment, fl-ambitu ta' l-eżerċizzju ta' l-awtorità pubblika.

Skond in-Notariatsordnung (regoli notarili), fl-Awstrija ċittadini Awstrijaċi biss jistgħu jsiru nutara. Il-Kummissjoni tiddeduċi minn dan li dawn id-dispożizzjonijiet in kwistjoni jikkostitwixxu diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità u li jiksru l-libertà ta' stabbiliment ta' ċittadini oħra ta' l-Istati Membri billi jostakolawhom milli jeżerċitaw il-professjoni ta' nutar.

Skond il-Kummissjoni, l-attivitajiet ta' nutar ma jaqgħux taħt l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 45 KE, b'mod illi l-libertà ta' stabbiliment japplika għall-professjoni ta' nutar.

Il-Kummissjoni tqis li, sabiex twieġeb għal-kwistjoni li ssir taf x'inhi l-“awtorità pubblika” fis-sens ta' l-Artikolu 45 KE, jeħtieġ, minn naħa, li tirreferi għall-interpretazzjoni eżistenti fuq livell nazzjonali. L-attivitajiet li, fi Stat Membru, ma jaqgħux taħt l-awtorità pubblika ma jistgħux jkunu suġġetti ta' l-eċċezzjoni fuq imsemmija, anki jekk dawn l-istess attivitajiet jaqgħu taħt l-awtorità pubblika di Stati Membri oħra. Il-Kummissjoni tikkunsidra li, minn naħa, għall-interpretazzjoni fis-sens ta' l-Artikolu 45 KE, għandu jiġi ddeterminat il-kunċett u l-portata ta' l-awtorità pubblika mill-punt tad-dritt Komunitarju u li l-importanza tiegħu għandha tiġi interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja b'mod awtonomu u uniformi. Għall-Kummissjoni, il-fatt li l-leġiżlatur Awstrijaku u l-qrati Awstrijaċi jikkunsidraw li l-attivitajiet ta' nutara, fil-prinċipju, jipparteċipaw fl-eżerċizzju ta' l-awtorità pubblika ma jfissirx li dan huwa biżżejjed sabiex dawn l-attivitajiet jiġu esklużi mil-libertà ta' stabbiliment permezz ta' l-evalwazzjoni iktar stretta skond id-dritt Komunitarju. Fil-fatt, l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 45 KE għandu jiġi interpretat b'mod strett billi huwa eċċezzjoni għal-libertà fundamentali.

Il-Kummissjoni tippreċiża li, fl-istadju attwali ta' l-integrazzjoni, huwa partikolarment diffiċli li ssib ġustifikazzjoni għall-kundizzjoni tan-nazzjonalità fir-rigward ta' l-attivitajiet tan-nutara. L-ebda waħda minn dawn l-attivitajiet, anki jekk din taqa' taħt l-awtorità pubblika, ma tippreżupponi rabta partikolari ma' l-Istat, hekk kif huwa l-każ għan-nazzjonalità. Għaldaqstant, l-ebda attività minn dawn ma tirriskja, permezz ta' kompetenzi sovrani u l-użu ta' mezzi statali, li toħloq kunflitti ma' ċittadini.

Għall-Kummissjoni, l-attivitajiet elenkati mir-Reubblika Awstrijaka għall-ġustifikazzjoni tal-kundizzjoni tan-nazzjonalità — l-awtentifikazzjoni ta' atti ġuridiċi u ta' konvenzjonijiet, l-iffissar tal-klawżola eżekutriċi, il-pariri legali kif ukoll l-attività ta' “Gerichtskommissar” (nutar maħtur mill-qorti sabiex jipproċedi għal ċerti atti ta' proċedura) — mhumiex biżżejjed sabiex tiġi ġġustifikata l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 45 KE. Għall-Kummissjoni, jekk dawn effettivament jipparteċipaw fl-eżerċizzju ta' l-awtorità pubblika, jagħmlu dan biss b'mod indirett. Barra minn dan, il-Kummissjoni tippreċiża li l-eżerċizzju ta' l-awtorità pubblika m'għandux jiġi konfuż ma' attivitajiet ta' interess pubbliku. In-natura pubblika ma tirriżultax sistematikament mill-awtorità pubblika; l-attivitajiet li jirrigwardaw l-interess ġenerali u mhux l-interess tal-persuna mhux bilfors jirreferu għat-trasferiment ta' l-awtorità pubblika. Għall-Kummissjoni, billi l-eżerċizzju effettiv ta' l-awtorità pubblika jista' jibqa' jiġi rriżervat għaċ-ċittadini tiegħu, l-eżerċizzju ta' attività stabbilita fl-interess ġenerali, bħal din, tista' bħala eżempju tkun il-każ fil-kuntest ta' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja bħala miżura preventiva, tista' wkoll tiġi ggarantita bl-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet u ta' kontrolli partikolari fir-rigward ta' l-aċċess għall-professjoni u ta' obbligi professjonali.

Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li l-ebda attività, ikkunsidrata separatament jew globalment, li jwettqu n-nutara fl-Awstrija, ma tirrapreżenta parteċipazzjoni diretta u speċifika fl-eżerċizzju ta' l-awtorità pubblika fis-sens tal-ġurisprudenza.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/16


Rikors ippreżentat fi 12 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Ġermanja

(Kawża C-54/08)

(2008/C 107/24)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u G. Braun, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

tikkonstata li, billi l-Artikolu 5 tal-Bundesnotarordnung (liġi federali dwar in-nutara), jeżiġi n-nazzjonalità Ġermaniża għall-aċċess għall-professjoni ta' nutar, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kisret l-Artikoli 43 u 45 KE;

tikkonstata li, billi ma ttrasponietx id-Direttiva 89/48/KE (jew id-Direttiva 2005/36/KE) fir-rigward tal-professjoni ta' nutar, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kisret din id-Direttiva kif ukoll l-Artikoli 43 u 45 KE;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ssostni li l-Artikolu 43 KE jipprojbixxi kull diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità, li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet legali fil-forma ta' restrizzjoni għal-libertà ta' stabbiliment. Hija tindika li, skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 45 KE, il-kapitolu dwar id-dritt ta' stabbiliment ma japplikax għall-attivitajiet li fi Stat Membru huma marbuta, b'mod permanenti jew temporanju, ma' l-eżerċizzju ta' l-awtorità pubblika.

Skond il-Bundesnotarordnung (liġi federali dwar in-nutara), fil-Ġermanja ċittadini Ġermaniżi biss jistgħu jsiru nutara. Il-Kummissjoni tiddeduċi minn dan li dawn id-dispożizzjonijiet in kwistjoni jikkostitwixxu diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità u li huma jiksru l-libertà ta' stabbiliment taċ-ċittadini oħra ta' Stati Membri oħra billi jostakolawhom milli jeżerċitaw il-professjoni ta' nutar.

Skond il-Kummissjoni, l-attivitajiet ta' nutar ma jaqgħux taħt l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 45 KE, b'tali mod li l-libertà ta' stabbiliment tapplika għall-professjoni ta' nutar.

Il-Kummissjoni tqis li, sabiex twieġeb għall-kwistjoni dwar x'inhi l-“awtorità pubblika” fis-sens ta' l-Artikolu 45 KE, jeħtieġ, minn naħa, li tirreferi għall-interpretazzjoni eżistenti fuq livell nazzjonali. L-attivitajiet li, fi Stat Membru, ma jaqgħux taħt l-awtorità pubblika ma jistgħux jkunu s-suġġett ta' l-eċċezzjoni fuq imsemmija, anki jekk dawn l-istess attivitajiet jaqgħu taħt l-awtorità pubblika fi Stati Membri oħra. Il-Kummissjoni tikkunsidra li, minn naħa, għall-interpretazzjoni fis-sens ta' l-Artikolu 45 KE, għandhom jiġu ddeterminati l-kunċett u l-portata ta' l-awtorità pubblika mill-perspettiva tad-dritt Komunitarju u li l-importanza tagħha għandha tiġi interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja b'mod awtonomu u uniformi. Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-fatt li l-leġiżlatur Ġermaniż u l-qrati Ġermaniżi jikkunsidraw li l-attivitajiet ta' nutara, fil-prinċipju, huma parti mill-eżerċizzju ta' l-awtorità pubblika ma jfissirx li dan huwa biżżejjed sabiex dawn l-attivitajiet jiġu esklużi mil-libertà ta' stabbiliment permezz ta' l-evalwazzjoni iktar stretta skond id-dritt Komunitarju. Fil-fatt, l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 45 KE għandu jiġi interpretat b'mod strett bħala eċċezzjoni għal-libertà fundamentali.

Il-Kummissjoni tippreċiża li, fl-istadju attwali ta' l-integrazzjoni, huwa partikolarment diffiċli li tinstab ġustifikazzjoni għar-rekwiżit tan-nazzjonalità fir-rigward ta' l-attivitajiet tan-nutara. L-ebda waħda minn dawn l-attivitajiet, anki jekk din taqa' taħt l-awtorità pubblika, ma tippresupponi rabta partikolari ma' l-Istat, hekk kif huwa l-każ għan-nazzjonalità. Għaldaqstant, l-ebda attività minn dawn ma għandha mnejn, permezz ta' kompetenzi sovrani u l-użu ta' mezzi Statali, toħloq kunflitti ma' ċittadini.

Fil-fehma tal-Kummissjoni, l-attivitajiet elenkati mir-Reubblika Federali tal-Ġermanja għall-ġustifikazzjoni tar-rekwiżit tan-nazzjonalità — l-awtentifikazzjoni ta' atti ġuridiċi u ta' konvenzjonijiet, il-valur probatorju ta' dawn id-dokumenti, l-iffisar tal-klawżola ta' eżekuzzjoni, il-pariri legali marbuta ma' l-awtentikazzjoni — mhumiex biżżejjed sabiex tiġi ġġustifikata l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 45 KE. Il-Kummissjoni tqis li jekk dawn effettivament jipparteċipaw fl-eżerċizzju ta' l-awtorità pubblika, jagħmlu dan biss b'mod indirett. Barra minn dan, il-Kummissjoni tippreċiża li l-eżerċizzju ta' l-awtorità pubblika m'għandux jiġi mfixkel ma' attivitajiet ta' interess pubbliku. Il-karattru pubbliku ma jirriżultax sistematikament mill-awtorità pubblika; l-attivitajiet li jirrigwardaw l-interess ġenerali u mhux l-interess tal-persuna ma jirreferux neċessarjament għat-trasferiment ta' l-awtorità pubblika. Il-Kummissjoni ssostni li billi l-eżerċizzju effettiv ta' l-awtorità pubblika jista' jkompli jiġi rriżervat għaċ-ċittadini tiegħu, l-eżerċizzju ta' attività stabbilita fl-interess ġenerali, bħal ma jista' jkun il-każ fil-kuntest ta' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja bħala miżura preventiva, jista' wkoll jiġi ggarantit bl-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet u ta' kontrolli partikolari fir-rigward ta' l-aċċess għall-professjoni u ta' obbligi professjonali.

Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li l-ebda attività, ikkunsidrata separatament jew globalment, li jwettqu n-nutara fil-Ġermanja, ma tirrappreżenta parteċipazzjoni diretta u speċifika fl-eżerċizzju ta' l-awtorità pubblika fis-sens tal-ġurisprudenza.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/17


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-High Court of Justice (L-Ingilterra u Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court) (Ir-Renju Unit) fit-13 ta' Frar 2008 — Vodafone Ltd, Telefónica O2 Europe plc, T-Mobile International AG, Orange Personal Communications Services Ltd vs Secretary of State for Business, Enterprise and Regulatory Reform

(Kawża C-58/08)

(2008/C 107/25)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vodafone Ltd, Telefónica O2 Europe plc, T-Mobile International AG, Orange Personal Communications Services Ltd

Konvenut: Secretary of State for Business, Enterprise and Regulatory Reform

Partijiet interessati: Office of Communications, Hutchison 3G (UK) Limited

Intervenjenti: GSM Association

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament (KE) Nru 717/2007 (1) huwa invalidu, fit-totalità tiegħu jew in parti, minħabba n-natura inadegwata ta' l-Artikolu 95 KE bħala bażi legali?

2)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 717/2000 (flimkien ma' l-Artikoli 2(a) u 6(3), safejn huma jagħmlu referenza għall-Ewrotariffa u għall-obbligi li għandhom x'jaqsmu magħha) huwa invalidu għar-raġuni li l-limitu tat-tariffi bl-imnut tar-roaming jikser il-prinċipju ta' proporzjonalità u/jew il-prinċipju ta' sussidjarjetà?


(1)  Regolament (KE) Nru 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2007 dwar roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u li jemenda d-Direttiva 2002/21/KE (ĠU L 171, p. 32).


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/18


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Hof van Cassatie van Belgie (il-Belgju) fit-18 ta' Frar 2008 — UDV North America Inc vs Brandtraders NV

(Kawża C-62/08)

(2008/C 107/26)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van Belgie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UDV North America Inc

Konvenuta: Brandtraders NV

Domandi preliminari

1)

L-użu ta' sinjal skond l-Artikolu 9(1)(a) u (2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (1), jeħtieġ li t-terza persuna, li jirreferi għaliha l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament:

a)

tuża s-sinjal għaliha nnifisha;

b)

tuża s-sinjal bħala parti kkonċernata f'bejgħ ta' prodotti li fih hija stess hija involuta?

2)

Intermedjarju fil-kummerċ, li jopera f'ismu stess, iżda mhux għalih innifsu, jista' ikun ikklassifikat bħala terza persuna li tuża s-sinjal skond id-dispożizzjonijiet iċċitati iktar 'il fuq?


(1)  ĠU L 11, 1994, p. 1.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/18


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Finanzgericht Düsseldorf fit-18 ta' Frar 2008 — Europol Frost-Food GmbH vs Hauptzollamt Krefeld

(Kawża C-65/08)

(2008/C 107/27)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Europol Frost-Food GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Krefeld

Domandi preliminari

In-nota addizjonali 5(b) tal-Kapitolu 20 tan-Nomenklatura Magħquda fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolamenti (KE) Nru 2263/2000 (1) u Nru 2031/2001 (2) hija valida?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2263/2000, tat-13 ta' Ottubru 2000, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 264, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001, tas-6 ta' Awwissu 2001, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 279, p. 1).


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/18


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Oberlandesgerichts Stuttgart (il-Ġermanja) fit-18 ta' Frar 2008 — Proċeduri dwar l-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest Ewropew kontra Szymon Kozlowski

(Kawża C-66/08)

(2008/C 107/28)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Stuttgart

Parti fil-kawża prinċipali

Szymon Kozlowski

Domandi preliminari

1.

Persuna tista' tiġi kkunsidrata bħala li qed “toqgħod” jew “residenti” fi Stat Membru fis-sens ta' l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2002/584/JHA, tat-13 ta' Ġunju 2002, fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (1), meta l-persuna rilevanti:

a)

ma qagħditx fl-Istat Membru in kwistjoni b'mod mhux interrott,

b)

toqgħod f'dan l-Istat Membru mingħajr ma tosserva l-liġi dwar id-dħul u r-residenza għall-barranin,

ċ)

twettaq hemmhekk reati b'mod professjonali u/jew

d)

qiegħda f'kustodja hemmhekk wara kundanna fi proċeduri kriminali?

2.

Traspożizzjoni ta' l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni kwadru, magħmula b'tali mod li l-estradizzjoni minn Stat Membru taċ-ċittadini tiegħu kontra r-rieda tagħhom, għall-eżekuzzjoni ta' sentenza hija dejjem mhix permissibbli, filwaqt li tista' tiġi awtorizzata, minkejja li kontra r-rieda tagħhom, l-estradizzjoni ta' ċittadini ta' Stati Membri oħra fid-diskrezzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, hija kompatibbli mad-dritt ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari mal-prinċipji ta' non-diskriminazzjoni u ta' ċittadinanza ta' l-Unjoni taħt l-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea flimkien ma' l-Artikoli 12 u 17 et seq tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (KE) u, jekk dan huwa l-każ, dawn il-prinċipji għandhom jiġu osservati almenu fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali?


(1)  ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/19


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-20 ta' Frar 2008 — Margarete Block vs Finanzamt Kaufbeuren

(Kawża C-67/08)

(2008/C 107/29)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Margarete Block

Konvenut: Finanzamt Kaufbeuren

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 73d(1)(a) u (3) tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 58(1)(a) u (3) KE) jippermettu t-tnaqqis tat-taxxa ta' suċċessjoni Spanjola mit-taxxa ta' suċċessjoni Ġermaniża anki fil-każ ta' ftuħ ta' suċċessjonijiet fis-sena 1999 fis-sens ta' l-Artikolu 21(1) u l-punt 1 ta' l-Artikolu 21(2) tal-liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq is-suċċessjoni u d-donazzjonijiet, meta moqrija flimkien mad-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 121 tal-liġi Ġermaniża dwar l-evalwazzjoni (restrizzjoni materjali)?

2)

L-Artikolu 73b(1) tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 56(1) KE) għandu jiġi interpretat fis-sens li d-drittijiet ta' suċċessjoni li Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni Ewropea jiġbor fuq l-akkwist permezz ta' suċċessjoni ta' krediti ta' kapitali li persuna mejta li kienet l-aħħar residenti fil-Ġermanja, u li l-werriet tagħha huwa wkoll residenti fil-Ġermanja, għandha fil-konfront ta' istituzzjonijiet ta' kreditu ta' dan l-Istat Membru għandhom jiġu mnaqqsa mid-drittijiet ta' suċċessjoni Ġermaniżi?

3)

Id-diversi rabtiet fis-sistemi fiskali nazzjonali huma rilevanti sabiex jiġi stabbilit liema mill-Istati kkonċernati għandu jevita l-impożizzjoni doppja u, jekk dan huwa l-każ, ir-rabta mad-domiċilju tal-kreditur hija iktar xierqa mir-rabta mas-sede tad-debitur?


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/19


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunale di Napoli — Sezione Lavoro (l-Italja) fl-20 ta' Frar 2008 — Raffaello Visciano vs I.N.P.S.

(Kawża C-69/08)

(2008/C 107/30)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunal di Napoli — Sezione Lavoro

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Raffaello Visciano

Konvenut: I.N.P.S.

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 80/987 (1), ta' l-20 ta' Ottubru 1980, fil-parti fejn jipprevedu l-ħlas tal-pretensjonijiet ta' l-impjegati li jkunu għadhom ma tħallsux il-paga, jippermettu li tali krediti, fil-mument meta jiġu mitluba lill-istituzzjonijiet ta' garanzija, titneħħilhom in-natura inizjali tagħhom ta' paga u jingħataw il-kwalifika differenti ta' benefiċċju għas-sempliċi fatt li l-ħlas tagħhom ġie assenjat mill-Istat Membru lil istituzzjoni ta' previdenza, u li b'hekk fil-liġi nazzjonali it-terminu “paga” jiġi sostitwit bit-terminu “benefiċċju ta' previdenza”?

2)

Għall-iskop soċjali tad-direttiva, huwa bizzejjed li l-liġi nazzjonali tuża l-kreditu inizjali ta' l-impjegat għal dak li jirrigwarda il-paga bħala sempliċi bażi ta' paragun, fir-rigward ta' liema għandu jiġi stabbilit per relationem il-benefiċċju li għandu jiġi ggarantit bl-għajnuna ta' l-istituzzjoni ta' garanzija, jew hemm bżonn li l-kreditu ta' l-impjegat għal dak li jirrigwarda il-paga fil-konfront tal-persuna li tħaddem li tkun insolventi jkun iggarantit, bl-intervent ta' l-istituzzjoni ta' garanzija, billi jiġi assigurat lilu l-istess kontenut, garanziji, termini u modi ta' eżerċizzju bħal dawk rikonoxxuti lil kull kreditu ta' xogħol ieħor fl-istess sistema legali?

3)

Il-prinċipji stabbiliti mil-liġi Komunitarja, u b'mod partikolari l-prinċipji ta' ekwivalenza u effettività, jippermettu li fil-konfront tal-pretensjonijiet ta' l-impjegati li jkunu għadhom ma tħallsux il-paga, għall-perijodu rilevanti skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 80/987, tiġi applikata sistema ta' preskrizzjoni inqas favorevoli meta pparagunata ma' dik applikata għall-krediti ta' natura simili?


(1)  ĠU L 283, p. 23.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/20


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Court of Appeal (Civil Division) (Ir-Renju Unit) fil-21 ta' Frar 2008 — The Queen fuq talba ta' Christopher Mellor vs Secretary of State for Communities and Local Government

(Kawża C-75/08)

(2008/C 107/31)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Christopher Mellor

Konvenut: Secretary of State for Communities and Local Government

Domandi preliminari

1)

Skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE (1) kif emendata bid-Direttivi 97/11/KE (2) u 2003/35/KE (3) (“id-Direttiva”), Stati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku r-raġunijiet għal deċiżjoni li fir-rigward ta' proġett li jaqa' taħt l-Anness II mhemmx bżonn li dan il-proġett ikun suġġett għal stima skond l-Artikoli 5 sa 10 tad-direttiva?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, dan l-obbligu ġie sodisfatt bil-kontenut ta' l-ittra ta' l-4 ta' Diċembru 2006 tas-Secretary of State?

3)

Jekk ir-risposta għat-tieni domanda tkun fin-negattiv, x'inhi l-portata ta' l-obbligu li jingħataw raġunijiet f'dan il-kuntest?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta' Ġunju 1985, dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40).

(2)  ĠU L 73, p. 5.

(3)  Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU L 156, p. 17).


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/20


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-94/08)

(2008/C 107/32)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u L. Lozano Palacios, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja

Talbiet tar-rikorrenti

tikkostata li, billi żamm fis-seħħ fil-leġiżlazzjoni tiegħu l-ħtieġa tan-nazzjonalità Spanjola sabiex tiġi eżerċitata l-kariga ta' kaptan u ta' l-ewwel uffiċjal fuq il-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera Spanjola minbarra l-bastimenti merkantili ta' tunnellaġġ gross ta' inqas minn 100 tunellata, li jittrasportaw merkanzija jew inqas minn 100 passiġġier, li joperaw esklużivament bejn portijiet jew punti li jinsabu f'żoni li fihom Spanja teżerċità s-sovranità tagħha, drittijiet sovrani jew ġurisdizzjoni, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond id-dritt Komunitarju, b'mod partikolari skond l-Artikolu 39 KE.

tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skond il-leġiżlazzjoni Spanjola, il-karigi ta' kaptan u ta' l-ewwel uffiċjal fuq il-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera Spanjola minbarra l-bastimenti merkantili ta' tunnellaġġ gross ta' inqas minn 100 tunellata, li jittrasportaw merkanzija jew inqas min 100 passiġġier, li joperaw esklużivament bejn portijiet jew punti li jinsabu f'żoni li fihom Spanja teżerċità s-sovranità tagħha, drittijiet sovrani jew ġurisdizzjoni, għandhom ikunu okkupati minn ċittadini Spanjoli.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ħtieġa ġenerali tan-nazzjonalità Spanjola għall-kariga msemmija tmur kontra l-Artikolu 39 KE u ma tistax tkun ikkunsidrata bħala ġustifika mill-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 4 ta' l-imsemmi Artikolu. L-interpretazzjoni tal-Kummissjoni ġiet ikkonfermata b'mod partikolari mis-sentenza mogħtija fil-Kawża C-405/01 (1), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li l-portata ta' din l-eċċezzjoni għandha tkun limitata għal dak li huwa strettament neċessarju għall-ħarsien ta' l-interessi ġenerali ta' l-Istat Membru kkonċernat u li, għal dak li jirrigwarda l-karigi msemmija, l-imsemmija interessi ma jistgħux jiġu pperikolati jekk prerogattivi ta' awtorità pubblika jkunu eżerċitati biss b'mod sporadiku, jew eċċezzjonali, minn ċittadini ta' Stati Membri oħra. Ir-Renju ta' Spanja ma emendax il-leġiżlazzjoni bil-mod rakkomandat mill-Kummissjoni, għalkemm fir-risposta tiegħu għall-opinjoni motivata kien intrabat li jagħmel l-emendi neċessarji.


(1)  Sentenza tat-30 ta' Settembru 2003, Colegio de Oficiales de la Marina Mercante Sepañola (C-405/01, Ġabra p. I-10391).


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/21


Rikors ippreżentat fis-7 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

(Kawża C-107/08)

(2008/C 107/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Schima u A. Alcover San Pedro, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għat-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/33/KE tas-6 ta' Lulju 2005 li temenda d-Direttiva 1999/32/KE dwar il-kontenut ta' kubrit f'karburanti għal użu marittimu (1) u billi ma informatx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika ta' l-Awstrija naqset mill-obbligi imposti fuqha bis-saħħa ta' l-Artikolu 2 ta' l-imsemmija Direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika ta' l-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta' żmien għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-11 ta' Awwissu 2006.


(1)  ĠU L 191, p. 59.


Qorti tal-Prim'Istanza

26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/22


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Marzu 2008 — Maison de l'Europe Avignon Méditerranée vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-43/03) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Marka ‘info point Europe’ - Rimarki ta' aġent tal-Kummissjoni li jikkonċernaw ir-rikorrenti’)

(2008/C 107/34)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maison de l'Europe Avignon Méditerranée (Avignon, Franza) (rappreżentanti: F. Martineau u N. Benoît, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: J.-F. Pasquier, aġent)

Suġġett

Talba għal kumpens ta' dannu allegament subit mir-rikkorenti minħabba rimarki magħmula mill-aġent tal-Kummissjoni f'Marsilja, waqt il-laqgħa tat-23 ta' Jannar 2003.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Maison de l'Europe Avignon Méditerranée għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 101, 26.4.2003.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/22


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Marzu 2008 — European Service Network vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-332/03) (1)

(“Kuntratti pubbliċi ta' servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti Komunitarja - Provvista ta' servizzi relatati ma' l-iżvilupp u l-provvista ta' servizzi ta' sostenn għas-Servizz tar-Riċerka tal-Komunità u l-Iżvilupp ta' l-Informazzjoni (CORDIS) - Rifjut ta' l-offerta ta' offerent - Prinċipji ta' trattament ugwali ta' l-offerenti u ta' trasparenza - Rispett tal-kriterji għall-għoti stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi’)

(2008/C 107/35)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: European Service Network (ESN) SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Steichen u P.-E. Partsch, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Parpala u E. Manhaeve, aġenti)

Suġġett

Talba tar-rikorrenti għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għoti tal-kuntratt relatat mas-sejħa għal offerti ENTR/02/55 — CORDIS lot Nru 1, li tirrigwarda l-iżvilupp u l-provvista ta' servizzi ta' sostenn għas-Servizz tar-Riċerka tal-Komunità u l-Iżvilupp ta' l-Informazzjoni (CORDIS).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

European Service Network (ESN) SA hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 289, 29.11.2003.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Marzu 2008 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-345/03) (1)

(“Kuntratti pubbliċi ta' servizzi - Proċedura ta' sejħa għall-offerti Komunitarja - Provvista ta' servizzi relatati ma' l-iżvilupp u l-provvista ta' servizzi ta' sostenn għas-Servizz tar-Riċerka tal-Komunità u l-Iżvilupp ta' l-Informazzjoni (CORDIS) - Rifjut ta' l-offerta ta' offerent - Prinċipji ta' trattament ugwali ta' l-offerenti u ta' trasparenza’)

(2008/C 107/36)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment S. Pappas, u wara N. Korogiannakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. O'Reilly u L. Parpala, aġenti)

Suġġett

Talba tar-rikorrenti għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għoti tal-kuntratt relatat mas-sejħa għall-offerti ENTR/02/55 — CORDIS lot Nru 2, li tirrigwarda l-iżvilupp u l-provvista ta' servizzi ta' sostenn għas-Servizz tar-Riċerka tal-Komunità u l-Iżvilupp ta' l-Informazzjoni (CORDIS).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta' Lulju 2003, dwar l-għoti tal-kuntratt relatat mas-sejħa għall-offerti Nru ENTR/02/055 — CORDIS lot Nru 2, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 289, 29.11.2003.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Marzu 2008 — Giannini vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-100/04) (1)

(“Servizz Pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta' tqegħid fuq il-lista ta' riżerva - Irregolaritajiet fl-iżvolġiment ta' l-eżamijiet ta' natura li jivvizzjaw ir-riżultat - Trattament ugwali - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni’)

(2008/C 107/37)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Massimo Giannini (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: G. Vandersanden u L. Levi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitjiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment L. Lozano Palacios u M. Velardo, aġenti, wara G. Berscheid, aġent, assistit minn M. Genton, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Għażla tal-kompetizzjoni COM/A/9/01, sabiex tiġi kkostitwita riżerva ta' reklutaġġ ta' amministraturi (A7/A6) fl-oqsma ta' l-ekonomija u l-istatistika (ĠU C 240A, 2001, p. 12), li ma jitqiegħedx ir-rikorrent fil-lista ta' riżerva ta' din il-kompetizzjoni u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll tliet kwarti ta' l-ispejjeż ta' Massimo Giannini.

3)

Is-Sur Giannini għandu jbati kwart ta' l-ispejjez tiegħu.


(1)  ĠU C 106, 30.4.2004.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Marzu 2008 — Sebirán vs L-UASI — El Coto de Rioja (Coto D'Arcis)

(Kawża T-332/04) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Coto D'Arcis - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti EL COTO u COTO DE IMAZ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' ħsara għar-reputazzjoni - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 107/38)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sebirán, SL (Requena, Spanja) (rappreżentanti: A. Calderón Chavero u T. Villate Consonni, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Laporta Insa, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: El Coto de Rioja, SA (Oyón, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment M. López Camba, wara M.E. López Camba u J. Grimau Muñoz, avukati)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-15 ta' Ġunju 2004 (Każ R 550/2003-2) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn El Coto de Rioja, SA u Sebirán, SL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

It-talba ta' El Coto de Rioja, SA għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-15 ta' Ġunju 2004 (Każ R 550/2003-2) hija miċħuda.

3)

Sebirán, SL hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk ta' l-UASI u għal nofs l-ispejjeż ta' El Coto de Rioja.

4)

El Coto de Rioja hija kkundannata għal nofs l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 284, 20.11.2004.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/24


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Marzu 2008 — Guigard vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-301/05) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Nuqqas ta' tiġdid ta' kuntratt ta' xogħol iffinanzjat mill-EDF - Nuqqas ta' aġir illegali tal-Kummissjoni - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza’)

(2008/C 107/39)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Philippe Guigard (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: l-ewwel S. Rodrigues u A. Jaume, u wara S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel D. Martin u K. Herrmann, u wara F. Dintilhac u G. Boudot, aġenti)

Suġġett

Rikors għal ħlas ta' kumpens intiż sabiex jiġi kkumpensat id-dannu allegatament subit mir-rikorrent minħabba l-allegat aġir ħażin tal-Kummissjoni matul in-nuqqas ta' tiġdid tal-kuntratt ta' xogħol tiegħu konkluż fil-kuntest tal-kooperazzjoni teknika bejn il-Komunità u l-Gvern tan-Niġer iffinanzjata mill-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp (EDF)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

P. Guigard huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 271, 29.10.2005.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/24


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Marzu 2008 — Compagnie générale de diététique vs L-UASI (GARUM)

(Kawża T-341/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GARUM - Raġuni assoluta għal rifjut - Pubbliku rilevanti - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 107/40)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Compagnie générale de diététique SAS (Caen, Franza) (rappreżentanti: J.-J. Evrard u T. de Haan, avocats)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tas-7 ta' Settembru 2006 (Każ R 1401/2005-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “GARUM” bħala trade mark Komunitarja

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-7 ta' Settembru 2006 (Każ R 1401/2005-1) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta' Compagnie générale de diététique SAS.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/25


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Marzu 2008 — Rossi Ferreras vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-107/07 P) (1)

(“Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera - Eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2003 - Evalwazzjoni tal-fatti - Piż u amministrazzjoni tal-provi - Appell inammissibbli - Appell infondat’)

(2008/C 107/41)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Francisco Rossi Ferreras (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Frabetti u S. Martin, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) ta' l-1 ta' Frar 2007, Rossi Ferreras vs Il-Kummissjoni (F-42/05), li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), li jitlob l-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Francisco Rossi Ferreras għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 129, 9.6.2007.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/25


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Marzu 2008 — Suez vs L-UASI (Delivering the essentials of life)

(Kawża T-128/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Delivering the essentials of life - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 107/42)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Suez (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Combeau u D. Régnier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-2 ta' Frar 2007 (Każ R 811/2006-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Delivering the essentials of life bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Suez hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 140, 23.6.2007.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/26


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Frar 2008 — Apple Computer International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-82/06) (1)

(“Rikors għal annullament - Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda - Persuna li m'hijiex individwalment ikkonċernata - Inammissibbiltà’)

(2008/C 107/43)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Apple Computer International (Cork, l-Irlanda) (rappreżentanti: G. Breen, solicitor, P. Sreenan, SC, u B. Quigley, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis u J. Hottiaux, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2171/2005, tat-23 ta' Diċembru 2005, dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 346, p. 7).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Apple Computer International hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 108, 6.5.2006.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/26


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Frar 2008 — Base vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-295/06) (1)

(“Rikors għal annullament - Telekomunikazzjonijiet - Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE - Suq bl-ingrossa tat-terminazzjoni ta' sejħa telefonika bil-vuċi fuq in-netwerks mobbli individwali fil-Belġju - Saħħa sinjifikattiva fis-suq - Ittra ta' kummenti tal-Kummissjoni - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà’)

(2008/C 107/44)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Base NV (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Verheyden, Y. Desmedt u F. Bimont, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, M. Shotter u K. Mojzesowicz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni ta' l-4 ta' Awwissu 2006, indirizzata lill-Institut belge des services postaux et des télécommunications u li fiha jinsabu kummenti, magħmula skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva “Kwadru”) (ĠU L 108, p. 33), dwar abbozz ta' deċiżjoni notifikat mill-imsemmi istitut (Każ BE/2006/0433).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Base NV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.

3)

Mobistar SA u r-Renju ta' l-Olanda għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 310, 16.12.2006.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/26


Rikors ippreżentat fis-26 ta' Jannar 2008 — EREF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-40/08)

(2008/C 107/45)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Renewable Energies Federation ASBL (EREF) (Brussell, Il-Belġju) (rappreżentant: D. Fouquet, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet

Id-Deċiżjoni C(2007)4323 finali tal-Kummissjoni Ewropea tal-25 ta' Settembru 2007 hija ddikjarata nulla u invalida;

il-vettura finanzjarja kkonċernata fil-forma u fl-istruttura preżenti tagħha hija ddikjarata għajnuna illegali mill-Istat;

il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tal-proċeduri kollha, inklużi l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Fl-2004 ir-rikorrenti resqet ilment quddiem il-Kummissjoni fejn sostniet li aspetti differenti ta' l-iffinanzjar ta' impjant ġdid ta' l-enerġija taħt kostruzzjoni fil-Finlandja ammontaw għal għajnuna mill-Istat li ma kinitx ġiet innotifikata. L-aspetti ta' għajnuna mill-Istat ta' l-ilment kienu rreġistrati mill-Kummissjoni bil-każ numru CP 238/04 u fl-2006 il-Kummissjoni ddeċidiet li taqsam l-inkartament f'żewġ każijiet separati nnumerati NN 62/A/2006 u NN 62/B/2006.

F'din il-kawża, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)4323 finali tal-25 ta' Settembru 2007 dwar il-każ NN 62/A/2006, innotifikatha lilha fl-14 ta' Novembru 2007, li permezz tagħha l-Kummissjoni kkonkludiet li l-garanzija ta' l-esportazzjoni pprovduta mill-aġenzija Franċiża għall-kreditu ta' l-esportazzjoni (“COFACE”) li tagħti kreditu għall-iffinanzjar ta' l-impjant ġdid ta' l-enerġija “Olkiluoto 3” mixtri mill-kumpannija Finlandiża ta' ġenerazzjoni ta' l-elettriku Teollisuuden Voima Oy (“TVO”) ma kkostitwitx għajnuna illegali mill-Istat u għalhekk, iddeċidiet li tagħlaq l-investigazzjoni.

Ir-rikorrenti ssostni li l-garanzija ta' l-esportazzjoni jew l-assigurazzjoni ta' kreditu ta' EUR 570 000 ipprovduta minn COFACE lil TVO tikkostitwixxi għajnuna illegali intraKomunitarja minħabba l-impatt finanzjarju tagħha fuq il-pakkett globali ta' iffinanzjar tal-proġett ikkonċernat. Ir-rikorrenti tikkontendi li l-garanzija kkostitwit għajuna illegali mill-Istat safejn din kienet ipprovduta minn COFACE bħala aġenzija pubblika għan-nom ta' Franza li assumiet ir-responsabbiltà sabiex tkopri l-ħlas lura tal-kreditu lill-konsorzju ta' banek f'każ li TVO ma setgħetx tħallas u safejn din tagħat vantaġġ ekonomiku inġust lil TVO, billi ffaċilitat l-aċċess tagħha għas-suq u ggarantit il-potenzjal ta' finanzjament futur tagħha. Barra minn dan, ir-rikorrenti issostni li tali self iggarantit jippermetti lil TVO tipproduċi elettriku bi prezz konsiderevolment iktar baxx.

Barra minn dan, hija tasserixxi li l-qsim ta' l-inkartament f'żewġ każijiet separati jmur kontra regoli proċedurali essenzjali u jwassal għal evalwazzjonijiet inkorretti.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/27


Rikors ippreżentat fl-24 ta' Jannar 2008 — Shetland Islands Council vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-44/08)

(2008/C 107/46)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Shetland Islands Council (Lerwick, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: E. Whiteford, Barrister, R. Murray, Solicitor, u R. Thompson QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunatjiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla l-Artikoli 1(2), 3, 4 u 5 tad-deċiżjoni kkontestata; u

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent huwa awtorità pubblika li għamel ħlasijiet lis-settur tas-sajd fl-ambitu ta' żewġ miżuri ġenerali ta' għajnuna, intitolati “Aid to the Fish Catching and Processing Industry” (Għajnuna lill-Industrija tas-Sajd u ta' l-Ipproċessar tal-Ħut) u “Aid to the Fish Farming Industry” (Għajnuna lill-Industrija ta' l-Akwakultura), li jikkonsistu f'tipi differenti ta' skemi ta' għajnuna. Waħda minn dawn l-iskemi kienet intitolata “First Time Shareholder Scheme” (Skema ta' Għajnuna għall-Azzjonisti l-Ġodda). Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna li r-Renju Unit implimenta fuq il-bażi ta' din l-iskema hija inkompatibbli mas-suq komuni, safejn din tikkonċerna għajnuna mogħtija għall-ewwel akkwist ta' sehem f'bastiment tas-sajd użat.

Permezz tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jitlob l-annullament parzjali, skond l-Artikolu 230 KE, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C 39/2006 (ex NN 94/2005) tat-13 ta' Novembru 2007 dwar l-Iskema ta' Għajnuna għall-Azzjonisti l-Ġodda implimentata fir-Renju Unit. B'mod partikolari, ir-rikorrent jitlob l-annullament ta' l-Artikoli 1(2), 3, 4 u 5 tad-deċiżjoni kkontestata fuq il-bażi li ġejja:

(1)

Il-Kummissjoni għamlet żball ta' liġi meta kkonstatat li l-ħlasijiet kollha magħmula għall-ewwel akkwist ta' sehem f'bastiment tas-sajd użat kienu inkompatibbli mas-suq komuni u kellhom jiġu rkuprati;

(2)

Il-Kummissjoni għamlet żball ta' liġi meta kkonstatat li l-irkupru tal-ħlasijiet kien kompatibbli ma':

(a)

l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (1); u

(b)

il-prinċipji ġenerali ta' ċertezza legali u tal-protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittima u tat-trattament uguali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta' Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU 1999 L 83, p. 1).


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/28


Appell ippreżentat fit-18 ta' Jannar 2008 minn Christos Michaïl mis-sentenza mogħtija fit-22 ta' Novembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-67/05, Michaïl vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-49/08 P)

(2008/C 107/47)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Appellant: Christos Michaïl (rappreżentant: Ch. Meïdanis, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet ta' l-appellant

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-67/05 fil-parti tagħha fejn tirrifjuta li tagħtih kumpens finanzjarju għad-dannu morali li huwa ġarrab minħabba atti jew ommissjonijiet ta' l-amministrazzjoni;

tiddeċiedi fuq il-kumpens finanzjarju għad-dannu morali li ġarrab l-appellant, li jammonta għal mija u għoxrin elf EUR;

tiddeċiedi fuq l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant isostni li, fis-sentenza appellata, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar 'il quddiem, it-“TSP”) iddeċieda b'mod żbaljat fuq ir-rikors tiegħu, li bih huwa talab l-annullament tar-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera tiegħu ta' l-2003 u d-deċiżjoni ta' l-Awtorita tal-Ħatra li ċaħdet l-ilmenti li huwa kien ippreżentata skond l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

B'mod aktar partikolari, l-appellant jinvoka l-fatt li t-TSP irrifjuta inġustament li jagħtih kumpens finanzjarju għad-dannu morali li huwa ġarrab minħabba li ġie assenjat lid-Direttorat Ġenerali ta' l-Agrikoltura (DĠ AGRI) wara li d-Direttorat Ġenerali tal-Kontroll Baġitarju, li huwa kien jaqa' taħtu, ġie abolit. Skond l-appellant, it-TSP applika d-dritt Komunitarju b'mod żbaljat, minħabba evalwazzjoni ħażina tal-provi u motivazzjoni kontradittorja.

L-appellant isostni li t-TSP għamel żball meta rrifjuta li jiddeċiedi fuq it-talba in kwistjoni, li fin-nuqqas, is-sentenza tiegħu hija vvizjata b'insuffiċjenza ta' motivazzjoni u, konsegwentement, tikser id-drittijiet proċedurali fundamentali ta' l-appellant u tikkostitwixxi ksur tad-dritt Komunitarju.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/28


Rikors ippreżentat fil-5 ta' Frar 2008 — UEFA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-55/08)

(2008/C 107/48)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Union des associations européennes de football (UEFA) (Nyon, L-Iżvizzera) (rappreżentanti: A. Bell u K. Learoyd, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn hija tapprova, mill-perspettiva tad-dritt Komunitarju, l-elenkar fir-Renju Unit ta' l-EURO kollu kemm hu; u

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż ta' l-UEFA fir-rigward ta' dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Skond l-Artikolu 3a tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE (1) Stat Membru jista' jfassal lista ta' avvenimenti sportivi jew oħrajn li huma meqjusa bħala avvenimenti ta' “importanza kbira għas-soċjetà”. L-avvenimenti fuq il-lista ma jistgħux ikunu s-suġġett ta' drittijiet esklużivi ta' xandir li jċaħżdu lil proporzjoni sostanzjali tal-pubbliku f'dak l-Istat Membru milli jsegwi l-avveniment permezz ta' xandira diretta jew differita fuq it-televiżjoni mingħajr ħlas.

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/730/KE tas-16 ta' Ottubru 2007 (2) li permezz tagħha l-Kummissjoni ddikjarat li l-lista mfassla mir-Renju Unit skond l-Artikolu 3a(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/552/KEE, li telenka it-Turnew tal-Finali tal-Kampjonat Ewropew tal-Futbol ta' l-UEFA kollu kemm hu — il-EURO, kienet kompatibbli mad-dritt Komunitarju.

In sostenn għar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tissottometti li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni:

ma ġietx adottata billi ġiet segwita proċedura ċara u trasparenti kif meħtieġ skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE;

ma tipprovdix dikjarazzjoni ta' raġunijiet adegwata;

hija bbażata fuq żball manifest ta' evalwazzjoni, peress li l-Kummissjoni kkonkludiet li l-logħob li ma jinvolvi l-ebda tim tal-pajjiż li qed jilgħab f'daru fil-EURO jista' jitqies bħala avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà tar-Renju Unit;

ma fihiex analiżi xierqa tad-dritt tal-kompetizzjoni jew tal-moviment liberu tas-servizzi u twassal għal distorsjoni spoporzjonata u mhux ġustifikata tal-kompetizzjoni fis-suq rilevanti u għal restrizzjoni tal-provvista bla ħlas tas-servizzi tax-xandir;

tikser id-drittijiet ta' proprjetà tar-rikorrenti, peress li tirriżulta f'restrizzjoni tal-mod kif ir-rikorrenti tista' tikkummerċjalizza d-drittjiet tat-televiżjoni għall-EURO;

tikser il-prinċipju ta' proporżjonalità, peress li la hija xierqa u lanqas neċessarja għall-għanijiet li tfittex li tilħaq; u

tikser il-prinċipju ta' trattament ugwali, peress li tiżvantaġġa lir-rikorrenti meta mqabbla ma' detenturi oħrajn tad-drittijiet.


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta' Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU L 298, 1989, p. 23).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/730 tas-16 ta' Ottubru 2007 dwar il-kompatibbiltà mal-liġi Komunitarja tal-miżuri meħuda mir-Renju Unit skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU L 295, 2007, p. 12).


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/29


Rikors ippreżentat fil-5 ta' Frar 2008 — IEA et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-56/08)

(2008/C 107/49)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stichting IEA Secretariaat Nederland (IEA) (Amsterdam, l-Olanda), Educational Testing Service Global BV (ETS-Europe) (Amsterdam, l-Olanda), Deutsches Institut für Internationale Pädagogische Forschung (DIPF) (Frankfurt am Main, il-Ġermanja), Institut zur Qualitätsentwicklung im Bildungswesen (IQB) (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery u S. Thibault-Liger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla kompletament id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2007 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti għas-sejħa għal offerti Nru EAC/21/2007 “Stħarriġ Ewropew dwar il-kompetenza lingwistika”, safejn tikser il-liġi ta' l-Unjoni Ewropea u hija bbażata fuq żbalji manifesti ta' evalwazzjoni;

tannulla kompletament id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti l-kuntratt relatat ma' din is-sejħa għal offerti lil SurveyLang Consortium, safejn din tikser il-liġi ta' l-Unjoni Ewropea u hija bbażata fuq żbalji manifesti ta' evalwazzjoni; u

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti skond l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti ssottomettew offerta b'risposta għas-sejħa għal offerti tal-konvenuta rigward l-“Istħarriġ Ewropew dwar il-kompetenza lingwistika” (ĠU 2007/S 61-074161), skond ir-rettifika (ĠU 2007/S 109-133727). Ir-rikorrenti jikkontestaw id-deċiżjoni tal-konvenuta tat-23 ta' Novembru 2007 li tiċħad l-offerta tagħhom u tagħti l-kuntratt lil offerenti ieħor.

In sostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jallegaw li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta' trattament ugwali, l-Artikolu 100(1) tar-Regolament Finanzjarju (1) u l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-offerta.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta' evalwazzjoni tal-kriterji kwalitattivi stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet ta' l-offerta, li b'konsegwenza wassal għal żball manifest ta' evalwazzjoni meta fasslet ir-riżultati rispettivi ta' l-offerenti.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jallegaw li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba billi naqset milli teżerċita l-attenzjoni dovuta matul il-proċedura tas-sejħa għal offerti.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 2002, p. 1), kif irrettifikat (ĠU L 25, 2003, p. 43).


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/30


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Frar 2008 — Hedgefund Intelligence vs L-UASI — Hedge Invest (InvestHedge)

(Kawża T-67/08)

(2008/C 107/50)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hedgefund Intelligence Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Reed, Barrister, u G. Crofton Martin, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Hedge Invest SGR P.A. (Milan, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tat-28 ta' Novembru 2007 fil-każ R 148/2007-2, li tiċħad l-appell;

tiċħad l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell ibatu l-ispejjeż tagħhom u tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti quddiem id-Diviżjoni ta' Oppożizzjoni, il-Bord ta' l-Appell u l-Qorti tal-Prim'Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “InvestHedge” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 36 u 41 — Applikazzjoni Nru 3 081 081

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Hedge Invest SGR P.A.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark figurattiva Komunitarja “HEDGE INVEST” għal servizzi fil-klassi 36

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta'l-Oppożizzjoni: Tilqa' l-oppożizzjoni għas-servizzi kkontestati fil-klassijiet 36 u 41; tippermetti li titkompla l-applikazzjoni għall-prodotti mhux ikkontestati fil-klassijiet 9 u 16

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Tiċħad l-appell

Motivi invokati: Ir-rikorrenti ssostni li meta kkonstata x-xebh viżiv tat-trade marks rispettivi f'għajnejn konsumaturi li ma jitkellmux bl-Ingliż, il-Bord ta' l-Appell għamel żball billi ħa in kunsiderazzjoni l-“impressjoni kummerċjali” u billi kkunsidra li l-impressjoni kummerċjali tat-trade marks kunfliġġenti kienet l-istess.

Meta eżamina ix-xebh fonetiku tat-trade marks kunfliġġenti għal konsumaturi li ma jitkellmux bl-Ingliż, il-Bord ta' l-Appell żbaljatament qiegħed l-oneru tal-prova fuq ir-rikorrenti.

Fl-aħħar nett, il-Bord ta' l-Appell naqas milli japplika, fl-istadju rilevanti, il-konstatazzjoni mhux ikkontestata li kien hemm biss livell limitat u/jew remot ta' xebh bejn is-servizzi fil-klassijiet 36 u 41.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/30


Rikors ippreżentat fis-6 ta' Frar 2008 — FIFA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-68/08)

(2008/C 107/51)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fédération Internationale de Football Association (FIFA) (Zurich, L-Iżvizzera) (rappreżentanti: E. Batchelor, F. Young, Solicitors, u A. Barav, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla, kompletament jew parzjalment, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/730/KE tas-16 ta' Ottubru 2007 dwar il-kompatibbiltà mal-liġi Komunitarja tal-miżuri meħuda mir-Renju Unit skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni, b'mod partikolari l-Artikoli 1 sa 3 tagħha, safejn hija tikkonċerna t-Tazza tad-Dinja FIFATM; u

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż tal-FIFA fir-rigward ta' dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Skond l-Artikolu 3a tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE (1) Stat Membru jista' jfassal lista ta' avvenimenti sportivi jew oħrajn li huma meqjusa bħala avvenimenti ta' “importanza kbira għas-soċjetà”. L-avvenimenti fuq il-lista ma jistgħux ikunu s-suġġett ta' drittijiet esklużivi ta' xandir li jċaħħdu lil proporzjoni sostanzjali tal-pubbliku f'dak l-Istat Membru milli jsegwi l-avveniment permezz ta' xandira diretta jew differita fuq it-televiżjoni mingħajr ħlas.

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/730/KE tas-16 ta' Ottubru 2007 (2) li permezz tagħha l-Kummissjoni ddikjarat li l-lista mfassla mir-Renju Unit skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE, li telenka s-64 logħba kollha tat-Tazza tad-Dinja FIFA, kienet kompatibbli mad-dritt Komunitarju. Din ma timpedixxi lill-FIFA milli tagħti liċenzji esklużivi lix-xandara fir-rigward ta' xandir dirett fir-Renju Unit ta' kwalunkwe logħba tat-Tazza tad-Dinja FIFA.

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tissottometti li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija vvizzjata minn ksur ta' rekwiżit proċedurali essenzjali billi tonqos milli tiddikjara r-raġunijiet għall-approvazzjoni ta' l-inklużjoni ta' l-64 logħba kollha fit-Tazza tad-Dinja FIFA fuq il-lista tar-Renju Unit.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-Direttiva 89/552/KEE, peress li l-proċedura segwita mill-awtoritajiet Britanniċi għall-adozzjoni tal-miżura ma kinitx ċara u trasparenti, u peress li l-logħob kollu li ntlagħab fil-kuntest tat-Tazza tad-Dinja FIFA ma kinux ta' importanza kbira għas-soċjetà Britannika.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti tallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-drittijiet ta' proprjetà tar-rikorrenti billi ma tħallihiex tagħti liċenzji esklużivi fir-rigward ta' xandir dirett fir-Renju Unit għal kwalunkwe logħba li tintlagħab fil-kuntest tat-Tazza tad-Dinja FIFA.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi billi ċċaħħad lir-rikorrenti milli tagħti liċenzji fir-rigward ta', u lix-xandara milli jakkwistaw, drittijiet esklużivi ta' xandir dirett għal kwalunkwe logħba tat-Tazza tad-Dinja FIFA mxandra fir-Renju Unit.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE dwar il-kompetizzjoni billi tippermetti mġiba abbużiva ta' pożizzjoni dominanti konġunta u/jew ftehim anti-kompetittiv għall-akkwist ta' drittijiet ta' xandir dirett ta' logħob tal-futbol internazzjonali fir-Renju Unit u billi tirrestrinġi l-kompetizzjoni fuq it-televiżjoni mingħajr ħlas, reklamar u swieq tat-televiżjoni bi ħlas li xxandar avvenimenti sportivi mill-aqwa relattivi.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE dwar id-dritt ta' stabbiliment billi tirrestrinġi l-aċċess għad-drittijiet esklużivi ta' xandir dirett fir-Renju Unit ta' kwalunkwe logħba li tintlagħab fil-kuntest tat-Tazza tad-Dinja FIFA għal min jidħol jew għal min potenzjalment jista' jidħol fis-suq Britanniku rilevanti.


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta' Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU L 298, 1989, p. 23).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/730/KE tas-16 ta' Ottubru 2007 dwar il-kompatibbiltà mal-liġi Komunitarja tal-miżuri meħuda mir-Renju Unit skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU L 295, 2007, p. 12).


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/31


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Frar 2008 — Axis AB vs L-UASI — Etra Investigación y Desarollo (ETRAX)

(Kawża T-70/08)

(2008/C 107/52)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Axis AB (Lund, l-Iżvezja) (rappreżentant: J. Norderyd, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Etra Investigación y Desarollo SA (Valencia, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tas-27 ta' Novembru 2007 fil-każ R 334/2007-2

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark “ETRAX” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42 — Applikazzjoni Nru 3 890 291

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta'l-oppożizzjoni: Etra Investigación y Desarollo SA

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade marks figurattivi nazzjonali li għandhom l-element verbali “ETRA” u l-ittri “I” u “D” magħquda bis-sinjal “+” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ċaħdet l-oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Laqa' l-appell u annulla d-deċiżjoni kkontestata

Motivi invokati: Ksur tar-Regola 49 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 (1) u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (2).

Ir-rikorrenti ssostni li l-Bord ta' l-Appell żbalja meta kkunsidra li l-appell sar skond ir-Regola 49(1) tar-Regolament Nru 2868/95 li tipprovdi li l-Bord ta' l-Appell għandu jiċħad appell bħala inammissibbli jekk ma jkunx konformi ma' l-Artikoli 57, 58 u 59 tar-Regolament Nru 40/94 u r-Regola 48(1)(c) tar-Regolament Nru 2868/95. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tikkontendi li peress li n-nuqqas lingwistiku ma ġiex irrimedjat mill-opponent qabel l-iskadenza tat-terminu previst sabiex jitressaq appell, jiġifieri, it-12 ta' Frar 2007, il-Bord ta' l-Appell allegatament kiser ir-Regola 49(1) u (2) tar-Regolament Nru 2868/95.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta' Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU L 303, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru, dwar it-trade mark Komunitarja.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/32


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Frar 2008 — Travel Servis vs L-UASI — Eurowings Luftverkehrs (smartWings)

(Kawża T-72/08)

(2008/C 107/53)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Travel Service a.s. (Praga, Ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: S. Hejdová)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Eurowings Luftverkehrs AG (Dortmund, Il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

li tiġi emendata d-deċiżjoni kkontestata tat-Tieni Bord ta' l-Appell fil-każ R 1515/2006-2 kif ġej:

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni dwar il-proċeduri ta' oppożizzjoni Nru B 782 351 tad-29 ta' Settembru 2006 fl-intier tagħha,

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fir-rigward ta' l-oppożizzjoni u l-proċeduri ta' l-appell quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark Komunitarja figurattiva “smartWings” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 21, 37, 41 u 43 — Applikazzjoni Nru 3 650 595

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Eurowings Luftverkehrs AG

Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark verbali nazzjonali u internazzjonali “EuroWings” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16 u 41, it-trade mark verbali nazzjonali u internazzjonali “EUROWINGS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 39 u 42 u t-trade mark verbali nazzjonali “WINGSGLASS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 39, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Tilqa' l-oppożizzjoni parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Tiċħad l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 u tal-ħtigijiet procedurali mandatorji stabbiliti fl-Artikoli 73 u 79 tar-Regolament Nru 40/94.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/33


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Frar 2008 — Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-73/08)

(2008/C 107/54)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Henning, Rechtsanwältin)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta, tas-26 ta' Novembru 2007, dwar il-ħlas lura ta' l-ammont ta' EUR 23 228,07, fil-kuntest tad-“Daphne Grant Agreement JLS/DAP/2004-1/080/YC”;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

F'Mejju ta' l-2005 ir-rikorrent u l-Kummissjoni daħlu fi ftehim dwar il-patroċinju ta' proġett fil-kuntest tal-programm DAPHNE II (1). Bin-nota ta' debitu tas-26 ta' Novembru 2007, il-konvenuta talbet lir-rikorrent il-ħlas lura ta' parti mill-ammont imħallas fil-kuntest ta' dan il-ftehim. B'dan ir-rikors ir-rikorrent jikkontesta din id-deċiżjoni.

In sostenn tar-rikors, ir-rikorrent jafferma l-ewwel nett li d-deċiżjoni kkontestata kisret l-obbligu ta' motivazzjoni. It-tieni nett, hemm ksur tal-prinċipju ta' dritt għal smigħ xieraq, billi r-rikorrenti ma ngħatax terminu xieraq sabiex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu u sabiex jippreżenta dokumenti oħra. Ir-rikorrenti fl-aħħar nett jilmenta li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti.


(1)  Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 803/2004/KE, tal-21 ta' April 2004, li tadotta programm ta' azzjoni Komunitarja (2004 sa l-2008) li jimpedixxi u jikkumbatti l-vjolenza kontra tfal, żgħażagħ u nisa u li jipproteġi vittmi u gruppi f'riskju (il-programm Daphne II) (ĠU L 143, p. 1).


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/33


Rikors ippreżentat fit-13 ta' Frar 2008 — JOOP! vs L-UASI

(Kawża T-75/08)

(2008/C 107/55)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: JOOP! GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Schmidt-Hollburg u W. Möllering, Rechtsanwälte)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Awla tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tas-26 ta' Novembru 2007, fil-kawża R 1134/2007-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż matul il-proċeduri quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurativa “!” għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25 (applikazzjoni Nru 5.332.184)

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: jiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: jiċħad ir-rikord

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ), tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), billi t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha karattru distintiv u minħabba n-nuqqas ta' obbligu ta' disponibbiltà.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 1994, p. 1).


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/33


Rikors ippreżentat fit-18 ta' Frar 2008 — Baldesberger vs L-UASI (forma ta' pinzetta)

(Kawża T-78/08)

(2008/C 107/56)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Fides B. Baldesberger (Lugano, l-Iżvizzera) (rappreżentant: F. Nielsen, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni adottata, fit-12 ta' Diċembru 2007, mir-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (kawża R 1405/2007 4);

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali, li tirrappreżenta pinzetta, għal prodotti fil-klassi 8 (Reġistrazzjoni Nru 5 480 108).

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ċaħda ta' l-applikazzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors.

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni m'għandhiex il-karattru distintiv neċessarju.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 1994, p. 1).


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/34


Rikors ippreżentat fid-19 ta' Frar 2008 — CureVac vs L-UASI — Qiagen (RNAiFect)

(Kawża T-80/08)

(2008/C 107/57)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: CureVac GmbH (Tübingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. von Stosch, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Qiagen GmbH (Hilden, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Awla tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tal-11 ta' Diċembru 2007, fil-kawża R 1219/2006-1 dwar l-oppożizzjoni Nru B 771 495;

tiċħad it-talba għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3 304 813;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Qiagen GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “RNAiFect” għal prodotti fil-klassijiet 1, 5 u 9 (talba għal reġistrazzjoni Nru 3 304 813).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta'l-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark verbali “RNActive” għal prodotti fil-klassijiet 1 u 5 (trade mark Komunitarja Nru 2 953 768) l-oppożizzjoni tirrigwarda r-reġistrazzjoni għal ċerti prodotti fil-klassijiet 1 u 5.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta l-Oppożizzjoni: tiċħad l-oppożizzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad ir-rikors.

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) sa fejn jeżisti riskju ta' konfużjoni bejn it-trade marks minħabba l-identitià tal-prodotti u ta' xebh tat-trade marks.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 1994, p. 1).


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/34


Rikors ippreżentat fit-18 ta' Frar 2008 — Enercon vs L-UASI (E-Ship)

(Kawża T-81/08)

(2008/C 107/58)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Enercon GmbH (Aurich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Bohm, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) ta' l-4 ta' Diċembru 2007 (proċediment R 319/2007-1);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “E-Ship” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 12 u 39 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 050 539).

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ċaħda ta' l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (1) (KE) minħabba evalwazzjoni mhux korretta tar-rekwiżit ta' disponibbiltà u tal-karattru distintiv tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE), ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 14.1.1994. p. 1).


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/35


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Frar 2008 — Guardian Industries u Guardian Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-82/08)

(2008/C 107/59)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Guardian Industries Corp. (Auburn Hills, l-Istati Uniti) u Guardian Europe Sàrl (Dudelange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Völcker, F. Louis, A. Vallery. C. Eggers u H.-G. Kamann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla parzjalment id-deciżjoni kkontestata skond il-motivi esposti fit-taqsimiet A.1 u A.2;

tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2007)5791 finali (Kawża COMP/39.165 — ħġieġ ċatt), tat-28 ta' Novembru 2007, kif notifikata lilhom fit-3 ta' Diċembru 2007, li permezz tagħha l-Kummissjoni kkonstatat li r-rikorrenti, fost impriżi oħra, kienu kisru l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE billi pparteċipaw, bejn l-20 ta' April 2004 u t-22 ta' Frar 2005 fi grupp kumpless ta' akkordji u/jew prattiċi miftiehma bil-għan li jikkontrollaw iż-ŻEE kollha.

Skond ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata u l-multa imposta fuqhom għandha tiġi aġġustata, peress li hija vvizzjata bl-iżbalji gravi li ġejjin:

(i)

in-nuqqas tal-Kummissjoni li tressaq provi preċiżi u konsistenti li r-rikorrenti pparteċipaw f'kartell operat minn tliet produtturi tal-ħġieġ operattivi qabel il-laqgħa tal-11 ta' Frar 2005;

(ii)

l-affermazzjoni mhux sostanzjata tal-Kummissjoni li, waqt dik il-laqgħa, ir-rikorrenti daħlu fi ftehim li jkopri ż-ŻEE kollha.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-ġurisdizzjoni bla limitu tagħha sabiex tnaqqas iktar il-multa imposta fuqhom. Fuq din il-bażi, huma jsostnu, fl-ewwel lok, li billi tbiegħdet mill-pożizzjoni konsistenti tagħha u bi ksur ċar tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni allegatament eskludiet biljun Euro ta' “captive sales” [bejgħ minn fornituri lil konsumaturi li huma fil-proprjetà sħiħa jew parzjali ta' l-imsemmija fornituri] mill-kalkolu tal-multi tad-destinatarji l-oħra, u għaldaqstant eżaġerat bil-kbir il-pożizzjoni tar-rikorrenti fis-suq u, fit-tieni lok, il-Kummissjoni injorat ir-rwol sostanzjalment passiv tar-rikorrenti fil-ksur meta mqabbel ma' l-isforzi fit-tul tal-parteċipanti l-oħra sabiex jorganizzaw f'kartell il-bejgħ ta' ħġieġ ċatt fl-Ewropa, u t-tentattivi tagħhom biex iħajru lir-rikorrenti jingħaqdu magħhom f'dawn l-isforzi.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/35


Rikors ippreżentat fid-19 ta' Frar 2008 — Denki Kagaku Kogyo u Denka Chemicals vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-83/08)

(2008/C 107/60)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Denki Kagaku Kogyo K. K. (Tokyo, il-Ġappun) u Denka Chemicals GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Van Gerven, T. Franchoo u D. Fessenko, lawyers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)5910 finali tal-5 ta' Diċembru 2007 fil-Każ COMP/F/38.629 — Chloroprene Rubber

sussidjarjament, tnaqqas sostanzjalment il-multa imposta fuq ir-rikorrenti skond l-Artikolu 2 ta' din id-deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħhom ir-rikorrenti qed jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)5910 finali tal-5 ta' Diċembru 2007 (Każ COMP/F/38.629 — Chloroprene Rubber) dwar proċedura taħt l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 KEEA sa fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li r-rikkorrenti kisru l-Artikolu 81 KE u imponiet multa fuqhom filwaqt li talbithom iwaqqfu immedjatament il-ksur allegat.

In sostenn tat-talbiet tagħhom, ir-rikorrenti ressqu sitt motivi:

Fuq il-bażi ta' l-ewwel u t-tieni motivi tagħhom, ir-rikorrenti jissottomettu, fl-ewwel lok, li l-Kummissjoni għamlet żball manifest ta' evalwazzjoni meta kkonkludiet li r-rikorrenti pparteċipaw fi ksur ta' l-Artikolu 81 KE, peress li la ressqet prova li r-rikorrenti kellhom għan komuni flimkien ma' produtturi oħra tal-chloroprene sabiex joħolqu kartell u lanqas ma ressqet prova li r-rikorrenti pparteċipaw fi prattika miftiehma.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jallegaw li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet ta' difiża tagħhom u kif ukoll l-Artikolu 253 KE u l-prinċipju ta' amminstrazzjoni tajba peress li ma pprovdietx aċċess għas-sottomissjonijiet ta' Bayer magħmula fis-seduta in camera.

Fuq il-bażi tat-tielet, ir-raba', il-ħames u s-sitt motivi tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti tal-Prim'Istanza tnaqqas b'mod sinjifikattiv il-multa imposta mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata.

B'mod partikolari, permezz tat-tielet motiv tagħhom, ir-rikorrenti jissomettu li l-Kummissjoni kisret prinċipji ta' ċertezza legali u ta' non-retroattività meta kkalkulat il-multa fuq il-bażi tal-Linji gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi ta' l-2006 minflok ma applikat il-Linji gwida ta' l-1998.

Permezz tar-raba' motiv tagħhom, ir-rikorrenti jissottomettu li l-Kummissjoni għamlet żball manifest ta' evalwazzjoni fir-rigward tal-kalkolu tal-valur tal-bejgħ għall-finijiet tad-determinazzjoni ta' l-ammont bażiku tal-multa. Barra minn hekk, skond ir-rikorrenti, il-Kummissjoni allegatament kisret il-prinċipju ta' proporzjonalità peress li r-rikorrenti ġew ippenalizzati darbtejn.

Permezz tal-ħames motiv, ir-rikorrenti jallegaw li l-Kummissjoni għamlet żball manifest ta' evalwazzjoni fir-rigward tat-tul ta' żmien tal-kartell.

Fl-aħħar nett, permezz tas-sitt motiv, huwa sottomess li l-Kummissjoni għamlet żball manifest ta' evalwazzjoni u kisret l-Artikolu 253 KE u l-prinċipji ta' proporzjonalità u trattament ugwali peress li naqset milli tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti fuq il-bażi ta' ċirkustanzi attenwanti.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/36


Rikors ippreżentat fid-19 ta' Frar 2008 — Exalation vs L-UASI (Vektor-Lycopin)

(Kawża T-85/08)

(2008/C 107/61)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Exalation Ltd. (Ilford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: K. Zingsheim, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta' Diċembru 2007 (kawża R 1037/2007-4) u d-deċiżjoni ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern ta' l-4 ta' Mejju 2007 u tordna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni sabiex jirreġistra t-trade mark “Vektor-Lycopin”, li għaliha applikat ir-rikorrenti, fir-reġistru tat-trade marks Komunitarji;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “Vektor-Lycopin” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 838 983)

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ċaħda parzjali ta' l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha karattru suffiċjentement distintiv u mhijiex deskrittiva.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 1994, p. 1).


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/37


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Frar 2008 — Global Digital Disc vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-96/08)

(2008/C 107/62)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Global Digital Disc GmbH & Co. KG (Dresden, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Stein, Rechtsanwalt)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tas-7 ta' Diċembru 2007, COMP/C-3/38.803 — Global Digital Disc (GDD) vs Philips;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2007 fil-kawża COMP/C-3/38.803 — Global Digital Disc (GDD) vs Philips. Permezz ta' din id-deċiżjoni l-Kummissjoni ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti, li fih kienet tallega għadd ta' ksur ta' l-Artikolu 82 KE min-naħa tal-konvenuta fir-rigward tal-prassi ta' għoti ta' liċenzja fil-qasam ta' CD-R, permezz ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (1).

In sostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti l-ewwel nett tafferma li l-Kummissjoni kisret l-obbligu ta' motivazzjoni. Barra minn dan il-konvenuta kisret id-drittijiet tad-difiża. Fl-aħħar nett, jiġi eċċepit li l-argumenti tal-Kummissjoni għaċ-ċaħda tar-rilevanza Komunitarja ta' dan l-ilment huma vvizjati fl-evalwazzjoni.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004, tas-7 ta' April 2004, dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, p. 18).


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/37


Rikors ippreżentat fl-20 ta' Frar 2008 — KUKA Roboter vs L-UASI (Trade mark ikkulurita Oranġjo)

(Kawża T-97/08)

(2008/C 107/63)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: KUKA Roboter GmbH (Augsburg, Il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Kohn, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut permezz tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-14 ta' Diċembru 2007 fil-każ R 1572/2007-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark mingħajr kontorn ta' kulur oranġjo għal prodotti fil-klassi 7 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 607 801).

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ċaħda ta' l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda ta' l-appell.

Motivi invokati:

ksur ta' l-Artikolu 28 KE, billi permezz tad-deċiżjoni kkontestata ġiet applikata miżura b'effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva.

ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), billi t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha karattru distintiv.

ksur ta' l-Artikoli 73 u 74 tar-Regolament Nru 40/94, billi d-deċiżjoni kkontestata mhijiex motivata jew mhijiex motivata biżżejjed, u billi dan il-fatt ma ġiex aċċertat biżżejjed.

abbuż ta' poter, billi l-konvenut ikkunsidra evalwazzjonijiet mhux rilevanti, dwar il-prinċipju ta' disponibbiltà, sabiex jimmotiva d-deċiżjoni kkontestata.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 1994, p. 1).


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/38


Appell ippreżentat fil-25 ta' Frar 2008 minn Asa Sundholm mis-sentenza mogħtija fit-13 ta' Diċembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-27/07, Sundholm vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-102/08 P)

(2008/C 107/64)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Asa Sundholm (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avocats)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej

Talbiet ta' l-appellanti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 fil-kawża F-27/07;

tiddeċiedi mill-ġdid permezz tad-dispożizzjonijiet ġodda kif kellha tagħmel l-ewwel qorti: tannulla d-deċiżjoni li tistabbilixxi r-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera ta' l-appellanti għall-perijodu bejn l-1 ta' Lulju 2001 sal-31 ta' Diċembru 2002, b'eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' April 2005;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż taż-żewġt istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fl-appell tagħha, l-appellanti titlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li tiċħad ir-rikors li bih hija talbet l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi r-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera ta' l-appellanti għall-perijodu bejn l-1 ta' Lulju 2001 sal-31 ta' Diċembru 2002, filwaqt li l-ewwel rapport għall-imsemmi perijodu kien ġie annullat permezz tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' April 2005 (1).

In sostenn ta' l-appell tagħha, l-appellanti tinvoka aggravju bbażat fuq żball ta' liġi, fuq il-ksur ta' l-Artikolu 233 KE u fuq in-nuqqas ta' osservanza tad-dritt Komunitarju dwar l-obbligu speċjali ta' motivazzjoni.

Hija ssostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta' liġi billi interpreta ħażin il-portata tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' April 2005 kif ukoll l-Artikolu 233 KE billi kkunsidra li l-Awtorità tal-Ħatra ma kellhiex, bħala miżuri ta' eżekuzzjoni tas-sentenza, u fid-dawl tal-motivi tagħha kif ukoll taż-żmien li għadda bejn id-deċiżjoni annullata u l-eżekuzzjoni ta' l-imsemmija sentenza, tipprovdi motivazzjoni iktar wiesgħa fir-rigward ta' l-obbligu ta' l-amministrazzjoni li tagħti motivazzjoni b'mod iktar speċifiku għar-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera stabbilit, b'eżekuzzjoni ta' sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza, u skond l-appellanti, tard.

Barra minn hekk, hija tqis li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kien interpreta ħażin l-awtorità assoluta tal-kawża deċiża mill-Qorti tal-Prim'Istanza billi aċċetta li s-sempliċi kanċellazzjoni tal-kummenti magħmula illegalment tikkostitwixxi rettifika ġusta ta' l-evalwazzjoni ta' l-appellanti.


(1)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza, Sundholm vs Il-Kummissjoni, T-86/04, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/38


Rikors ippreżentat fit-23 ta' Frar 2008 — ars Parfum Creation & Consulting vs L-UASI (Forma ta' flixkun tal-fwieħa)

(Kawża T-104/08)

(2008/C 107/65)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ars Parfum Creation & Consulting (Kolonja, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Späth u G. Hasselblatt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta' Novembru 2007 (Kawża R 1656/2006-1);

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali tal-forma ta' flixkun tal-fwieħa għal prodotti fil-klassi 3 (Applikazzjoni Nru 4 995 361).

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: jirrifjuta l-applikazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: jiċħad l-appell

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li t-trade mark li saret applikazzjoni għaliha għandha karattru distintiv.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 1994, p. 1).


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/39


Appell ippreżentat fis-26 ta' Frar 2008 minn Kris Van Neyghem mis-sentenza mogħtija fit-13 ta' Diċembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-73/06, Van Neyghem vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-105/08 P)

(2008/C 107/66)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Kris Van Neyghem (Vissenken, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet ta' l-appellant

tiddikjara l-appell preżenti ammissibbli;

tannulla s-sentenza mogħtija fit-13 ta' Diċembru 2007 mit-Tieni Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-73/06;

tilqa' t-talbiet għal annullament u għal kumpens ippreżentati mill-appellant quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fl-appell tieġħu, l-appellant jitlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li tiċħad ir-rikors li permezz tiegħu talab, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/A/19/04 li ma jħallihx jipparteċipa fl-eżami orali ta' l-isemmija kompetizzjoni u, min-naħa l-oħra, kumpens għad-danni matrerjali u morali allegatament subiti minnu.

In sostenn ta' l-appell tiegħu, l-appellant jinvoka aggravju bbażat fuq iż-żnaturament ta' element ta' prova mressaq quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, b'mod partikolari, kopja ta' eżami bil-miktub.

Barra minn hekk, huwa jqajjem aggravju bbażat fuq żball fil-motivazzjoni li kien wettaq it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fir-rigward tan-nuqqas manifest ta' evalwazzjoni tal-President tal-Bord fil-paragun bejn in-nota attribwita lir-rikorrenti u l-evalwazzjoni litterali bbażata fuq il-formola ta' evalwazzjoni.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/39


Rikors ippreżentat fis-27 ta' Frar 2008 — CPEM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-106/08)

(2008/C 107/67)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Centre de promotion de l'emploi par la micro-entreprise (CPEM) (Marsilja, Franza) (rappreżentant: C. Bonnefoi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla n-nota ta' debitu;

tirrikonoxxi dritt ghal kumpens għal ħsara pubblika tar-reputazzjoni ta' organizzazzjoni li taħdem fil-kuntest ta' missjoni ta' interess ġenerali (stmata għal EUR 100 000);

tordna l-ħlas lura ta' l-ispejjeż ta' l-avukat u ta' konsulenza legali li kienu meħtieġa u li tagħhom ingħatat ġustifikazzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tal-preżenti rikors, ir-rikorrent jitlob l-anullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li hemm fin-nota ta' debitu Nru 3240912189 tas-17 ta' Diċembru 2007, dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2007) 4645 ta' l-4 ta' Ottubru 2007, li ħassret, wara r-rapport ta' l-OLAF, l-għajnuna mogħtija mill-Fond Soċjali Ewropew għall-finanzjament fil-forma ta' għotja globali għal proġett pilota eżegwita mir-rikorrent (1), li l-annullament tagħha ntalbet mir-rikorrent fil-kuntest tal-kawża T-444/07, CPME vs Il-Kummissjoni (2).

In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni, b'mod prinċipali, li l-Kummissjoni kienet wettqet żball ta' dritt u abbuż ta' poter safejn in-nota ta' debitu kkontestata ma ġietx indirizzata lid-debitur effettiv. Filwaqt li invoka ksur ta' l-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju Nru 1605/2002 (3), huwa jsostni li n-nota ta' debitu kellha tiġi indirizzata lill-entità li kellha rwol ta' responsabbiltà finanzjarja fil-kuntest tal-proġett in kwistjoni, li kienet effettivament irċeviet l-għotjiet tal-Fond Soċjali Ewropew.

Barra minn hekk, ir-rikorrent isostni li l-fatt li ġiet indirizzata lilu n-nota ta' debitu jwassal għal ħsara għar-reputazzjoni tiegħu u l-kredibbilità tiegħu fir-rigward tas-sħab finanzjarji tiegħu meta tittieħed in kunsiderazzjoni l-missjoni ta' interess ġenerali li huwa jeżerċita.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(1999) 2645 tas-17 ta' Awwissu 1999, emendata bid-Deċiżjoni Nru C(2001) 2144 tat-18 ta' Settembru 2001.

(2)  ĠU C 37, 2008, p. 29.

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, p. 1).


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/40


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Frar 2008 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-113/08)

(2008/C 107/68)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/68/KE, ta' l-20 ta' Diċembru 2007, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti nefqiet magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-FAEGG, fil-parti li hija s-suġġett ta' dan ir-rikors, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tad-deċiżjoni kkontestata, huma esklużi mill-finanzjament Komunitarju xi korrezzjonijiet, fosthom, għall-finijiet ta' dan ir-rikors, dawk dwar l-għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 1998/1999, 1999/2000 u 2000/2001, għal ammont totali ta' EUR 183 965 185,54 u dawk dwar il-ħlasijiet diretti għal raba' li jinħarat, mitluba fis-snin 2003 u 2004, għal ammont totali ta' EUR 16 591 528,35.

B'mod partikolari, din it-talba tirreferi għall-korrezzjoni finanzjarja mogħtija fir-rigward ta' l-għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa, minbarra l-parti li tikkorrispondi għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 1999/2000 fl-Andalusija, u l-ħlasijiet għar-raba' li jinħarat, mitluba fis-snin 2003 u 2004.

In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni essenzjalment:

fir-rigward ta' l-għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa:

ksur ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1663/95 (1), peress li l-korrezzjoni finanzjarja mhijiex ibbażata fuq l-osservazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni fir-rigward tar-riżultati għall-istħarriġ effettwat, iżda fuq data meħuda minn osservazzjonijiet li jirriżultaw minn stħarriġ ieħor;

ksur ta' l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament Nru 729/70 (2) u ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1258/1999 (3), peress li d-deċiżjoni kkontestata tapplikhom b'mod mhux konformi, minħabba l-insuffiċjenza ta' l-allegati irregolaritajiet invokati mill-Kummissjoni sabiex tiġġustifika l-korrezzjoni finanzjarja effettwata;

ksur tat-terminu ta' erba' u għoxrin xahar qabel il-komunikazzjoni bil-miktub tar-riżultati tal-kontrolli, skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/99.

Fir-rigward tal-ħlasijiet għal għajnuna għar-raba' li jinħarat:

ksur tal-proċedura skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1663/95, peress li ma indikatx ir-raġunijiet tal-korrezzjoni finanzjarja fid-dokument li bih ġew ikkomunikati r-riżultati ta' l-ispezzjonijiet lill-Istat Membru u, sussidjarjament, ksur ta' terminu ta' erba' u għoxrin xahar skond l-Artikolu 1258/1999;

ksur ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1258/1999, peress li d-deċiżjoni kkontestata tapplikah b'mod mhux konformi, minħabba l-insuffiċjenza ta' l-irregolarità li sabet il-Kummissjoni;

ksur ta' l-Artikolu 2 ta' l-istess regolament, kif ukoll tal-linji gwida għall-kalkolu tal-konsegwenzi finanzjarji fil-kuntest tal-preparazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-likwidazzjoni tal-kontijiet tat-taqsima “Garanzija” tal-FAEGG.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1663/95 tas-7 ta' Lulju 1995 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 li jirrigwarda l-proċedura għall-verifikar tal-kontijiet tat-Taqsima Garanziji tal-FAEGG (ĠU L 158, 8.7.1995, p. 6).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 729/70, tal-21 ta' April 1970, dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (ĠU L 94, 28.4.1970, p. 13).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjamnet tal-politika komuni agrikola (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103).


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/41


Appell ippreżentat fis-6 ta' Marzu 2008 minn Luigi Marcuccio mis-sentenza mogħtija fl-14 ta' Diċembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-21/07, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-114/08 P)

(2008/C 107/69)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, L-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet ta' l-appellant

F'kull każ:

tannulla s-sentenza appellata fit-totalità tagħha u bla eċċezzjoni;

tiddikjara li r-rikors fl-ewwel istanza tressaq mill-appellanti intra dies;

tiddikjara li r-rikors fl-ewwel istanza kien ammissibbli.

Fl-ewwel lok:

tilqa' t-talbiet imressqa fl-ewwel istanza fit-totalità tagħhom u bla eċċezzjoni;

tikkundanna lill-appellata tħallas lura lill-appellant l-ispejjeż kollha sostnuti minnu kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fl-appell;

Sussidjarjament:

tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, f'kompożizzjoni ġdida, sabiex jiddeċiediha mill-ġdid.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant isostni l-aggravji li ġejjin:

1.

Nuqqas assolut ta' motivazzjoni fid-dawl tal-konfużjoni bejn il-kunċett ta' dannu u l-kunċett ta' avveniment li jirriżulta f'dannu msemmi fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 288 (li qabel kien 215) KE;

2.

Ksur ta' l-Artikolu 288 KE, ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 46 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ta' l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (iktar 'il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), tal-prinċipju taċ-ċertezza legali, tad-dritt għal protezzjoni legali u tad-dritt għal smigħ xieraq.

3.

Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati u mhux ġustifikati tal-kunċett ta' data ta' bidu jew dies a quo għall-finijiet tad-determinazzjoni ta' perijodu raġjonevoli sabiex titressaq azzjoni taħt l-Artikolu 288 KE.

4.

Nuqqas assolut ta' motivazzjoni, inter alia, għan-nuqqas ta' investigazzjoni, u ksur ta' l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt rilevanti fl-analiżi tad-data li fiha jibda jiddekorri t-terminu perentorju sabiex titressaq azzjoni taħt l-Artikolu 288 KE.

5.

Nuqqas assolut ta' motivazzjoni fir-rigward tad-dewmien allegat ta' l-appellant sabiex iressaq azzjoni taħt l-Artikolu 288 KE.

6.

Ksur ta' l-Artikoli 235 u 288 KE dwar il-ġurisdizzjoni tal-qrati Komunitarji fil-kuntest ta' rikors għal danni u nuqqas mingħajr motivazzjoni, arbitrarju u illoġiku li tiġi applikata l-ġurisprudenza rilevanti.

7.

Ksur tan-normi għal smigħ xieraq, b'referenza partikolari għal dawk previsti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/42


Rikors ippreżentat fl-10 ta' Marzu 2008 — Gourmet Burger Kitchen vs L-UASI (GOURMET BURGER KITCHEN)

(Kawża T-115/08)

(2008/C 107/70)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gourmet Burger Kitchen Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: C. Sawdy, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-5 ta' Diċembru 2007 fil-Każ R 1215/2007-2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali li tikkonsisti fil-kliem GOURMET BURGER KITCHEN għal prodotti u servizzi varji fil-klassijiet 29, 30, 31, 32, 33 u 43 — applikazzjoni Nru 4 615 341

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Rifjut parzjali ta' l-applikazzjoni għal servizzi fil-klassi 43

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-Appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li t-trade mark akkwistat karattru distintiv bl-użu fir-Renju Unit u l-Irlanda.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/42


Rikors ippreżentat fit-13 ta' Marzu 2008 — Actega Terra vs L-UASI (TERRAEFFEKT matt & gloss)

(Kawża T-118/08)

(2008/C 107/71)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Actega Terra GmbH (Lehrte, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Andorfer-Erhard Rechtsanwältin)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l--Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta' Jannar 2008, kawża R 1467/2007-1;

taċċerta li l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 ma jipprekludix ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5 454 517 li għaliha saret applikazzjoni, “TERRAEFFEKT matt & gloss”, għal prodotti fil-klassi 2 “Żmalt, b'mod partikolari għall-industrija grafika; il-prodotti kollha fuq imsemmija ma japplikawx għas-settur tal-bini”;

sussidjarjament, tillimita l-elenku tal-prodotti ta' l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja, kif ġej:

“klassi 2: Żmalt, bil-proprjetà speċifika, b'mod partikolari għall-industrija grafika, li jrendi, skond il-proprjetajiet tal-bażi, wiċċ matt jew ileqq, billi tiġi mogħtija passata fuq il-bażi; il-prodotti kollha fuq imsemmija ma japplikawx għas-settur tal-bini”

u taċċerta f'dan ir-rigward li l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 ma jipprekludix ir-reġistrabbiltà tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “TERRAEFFEKT matt & gloss” għal prodotti fil-klassi 2 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 454 517).

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ċaħda ta' l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors.

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), billi t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv meħtieġ u mhijiex purament deskrittiva.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 1994, p. 1).


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/43


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Marzu 2008 — Allos Walter Lang vs L-UASI — Kokoriko (Coco Rico)

(Kawża T-126/07) (1)

(2008/C 107/72)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 140, 23.6.2007.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/43


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Frar 2008 — Air One vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-266/07) (1)

(2008/C 107/73)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/43


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Marzu 2008 — L-Olanda vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-309/07) (1)

(2008/C 107/74)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 235, 6.10.2007.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/43


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Marzu 2008 — National Association of Licensed Opencast Operators vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-318/07) (1)

(2008/C 107/75)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 247, 20.10.2007.


Tribunal għas-Servizz Pubbliku

26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/44


Rikors ippreżentat fl-24 ta' Diċembru 2007 — Iordanova vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-53/07)

(2008/C 107/76)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ivanka Iordanova (Varna, il-Bulgarija) (rappreżentant: G. Kerelov, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Ġħażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST/14/06 tat-3 ta' April 2007 li tirrifjuta li tammetti lir-rikorrenti għal din il-kompetizzjoni u talba għal kumpens għad-dannu materjali u morali.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST/14/06 tat-3 ta' April 2007 li ma tirrifjuta li tammetti lir-rikorrenti għal din il-kompetizzjoni;

tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti d-danni stabbiliti fuq prinċipji ta' ekwità fis-somma ta' EUR 28 718 minħabba fid-dannu materjali u morali subit b'riżultat tad-deċiżjoni illegali tal-Bord ta' l-Għażla tal-kompetizzjoni, flimkien ma' l-imgħaxijiet li jibdew jiddekorru mid-data tal-preżentata tar-rikors;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/44


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Novembru 2007 — Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-132/07)

(2008/C 107/77)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, Rechtsanwalt)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea tat-23 ta' Lulju 2007, kif ukoll tad-deċiżjonijiet impliċitament konnessi tad-9 ta' Awwissu 2007 u tal-11 ta' Settembru 2007 safejn dawn jiċħdu t-talbiet tar-rikorrent tad-9 ta' April 2007, 11 ta' Mejju 2007 u tal-11 ta' Ottubru 2007 intiżi sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-publikazzjoni ta' dokumenti (taħt l-aspetti legali kollha, b'mod partikolari l-Artikoli 17, 17a, 19 u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll dispożizzjonijiet legali sussegwenti fuq id-drittijiet ta' l-awtur u l-protezzjoni ta' data) u introduzzjoni ta' ilment fil-konfront ta' (eks-)kummissarji u aġenti tal-Kummissjoni, u titlob kumpens għal danni ta' mhux inqas minn EUR 10 000.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea tat-23 ta' Lulju 2007, kif ukoll id-deċiżjonijiet impliċitament konnessi tad-9 ta' Awwissu 2007 u tal-11 ta' Settembru 2007 sa fejn dawn jiċħdu t-talbiet tar-rikorrent tad-9 ta' April 2007, 11 ta' Mejju 2007 u tal-11 ta' Ottubru 2007 intiżi sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-publikazzjoni ta' dokumenti (taħt l-aspetti legali kollha, b'mod partikolari l-Artikoli 17, 17a, 19 u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll dispożizzjonijiet legali sussegwenti fuq id-drittijiet ta' l-awtur u l-protezzjoni ta' data) u tintroduċi ilment fil-konfront ta' (eks-)kummissarji u aġenti tal-Kummissjoni;

tikkundanna lill-konvenuta għal ħlas tad-danni ta' mhux inqas minn EUR 10 000 għad-danni mhux materjali, morali u lis-saħħa tar-rikorrent kkawżati mid-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/44


Rikors ippreżentat fis-26 ta' Frar 2008 — Bennet et vs L-UASI

(Kawża F-19/08)

(2008/C 107/78)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Kelly-Marie Bennet (Mutxamel, Spanja) u oħrajn (rappreżentant: G. Vandersanden, avocat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, annullament ta' l-avviżi ta' kompetizzjonijiet ġenerali OHIM/AD/02/07 u OHIM/AST/02/07 safejn dawn l-avviżi jneħħu lir-rikorrenti kull ċans li jidhru fuq il-lista ta' riżerva, filwaqt li huma obbligati jipparteċipaw fihom minħabba l-klawżola ta' terminazzjoni miżjuda illegalment għal dan il-għan fil-kuntratti tagħhom għal żmien indeterminat. Min-naħa l-oħra, kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

Tordna l-annullament ta' l-avviżi ta' kompetizzjonijiet ġenerali OHIM/AD/02/07 u OHIM/AST/02/07;

tikkundanna lill-konvenut jikkumpensa d-dannu morali subit mir-rikorrenti, evalwat ġustament u salv definizzjoni ulterjuri għal EUR 25 000 għal kull rikorrent;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.