ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 99

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
19 ta' April 2008

Avviż Nru

Werrej

Paġna

II   Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

2008/C 099/01

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2008/C 099/02

Bidu ta' proċeduri (Każ COMP/M.4874 — Itema/BarcoVision) ( 1 )

2

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

2008/C 099/03

Rata tal-kambju ta' l-euro

3

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 099/04

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

4

2008/C 099/05

9

2008/C 099/06

16

2008/C 099/07

22

2008/C 099/08

29

2008/C 099/09

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

38

2008/C 099/10

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għajnuniet mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli

40

V   Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Kummissjoni

2008/C 099/11

Avviż ta' l-iskadenza ta' ċerti miżuri pendenti kontra d-dumping

45

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

2008/C 099/12

Irtirar ta' notifika ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5004 — GALP Energia España/Agip España) ( 1 )

46

2008/C 099/13

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5108 — Sofinco/Agos) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

47

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 99/1

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 99/01)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

11.3.2008

Għajnuna Nru

N 596a/07

Stat Membru

Franza

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Réduction de l'impôt de solidarité sur la fortune en faveur de l'investissement dans les petites et moyennes entreprises

Il-bażi legali

Loi no 2007-1223 du 21 août 2007 en faveur du travail, de l'emploi et du pouvoir d'achat; Article 885-0 V bis du Code général des impôts

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kapital ta' riskju, Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Il-forma ta' l-għajnuna

Vantaġġ fiskali

L-Estimi

Baġit annwali: EUR 445 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministère de l'économie, des finances et de l'emploi

139, rue de Bercy

F-75012 Paris

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 99/2

Bidu ta' proċeduri

(Każ COMP/M.4874 — Itema/BarcoVision)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 99/02)

(Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004)

Fil-15 ta' April 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta' hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta' investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4874 — Itema/BarcoVision, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

DĠ Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

Rue Joseph II/Jozef II-straat 70

B-1000 Brussell

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 99/3

Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

It-18 ta' April 2008

(2008/C 99/03)

1 euro=

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,5780

JPY

Yen Ġappuniż

163,99

DKK

Krona Daniża

7,4611

GBP

Lira Sterlina

0,79070

SEK

Krona Żvediża

9,3940

CHF

Frank Żvizzeru

1,6138

ISK

Krona Iżlandiża

119,39

NOK

Krona Norveġiża

7,9510

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,120

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

253,16

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6973

PLN

Zloty Pollakk

3,4190

RON

Leu Rumen

3,5708

SKK

Krona Slovakka

32,431

TRY

Lira Turka

2,0810

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6882

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5957

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

12,2984

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,9972

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1390

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 577,61

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,2462

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

11,0357

HRK

Kuna Kroata

7,2558

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 493,93

MYR

Ringgit Malażjan

4,9581

PHP

Peso Filippin

66,158

RUB

Rouble Russu

37,0710

THB

Baht Tajlandiż

49,616

BRL

Real Brażiljan

2,6116

MXN

Peso Messikan

16,4814

(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 99/4

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 99/04)

XA Number: XA 256/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovakkja

Reġjun: —

It-Titlu ta' l-iskema: Schéma štátnej pomoci na kontrolu úžitkovosti, testovanie a odhad plemennej hodnoty zvierat

Bażi ġuridika: Il-bażijiet legali għall-għoti ta' l-għajnuna huma:

§ 5 nariadenia vlády SR č. 369/2007 Z. z. z 8. augusta 2007 o niektorých podporných opatreniach v pôdohospodárstve,

zákon č. 231/1999 Z. z. o štátnej pomoci v znení neskorších predpisov,

L-Artikolu 16(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar l-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

In-nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema: Il-volum mistenni għall-iffinanzjar taħt l-iskema għall-2007 hu: SKK 2,5 miljun.

Il-volum mistenni għall-iffinanzjar taħt l-iskema għal kull sena mill-2008 'ilquddiem: SKK 70 miljun.

Il-baġit totali mbassar għall-kontrolli biex jiddeterminaw ir-rendiment tal-bhejjem u għat-testjar u l-istima tal-valur tat-tnissil tal-bhejjem matul il-perjodu 2008-2013 hu: SKK 420 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-għajnuna tistà tingħata lil dawk li jieħdu ħsieb it-tnissil tal-bhejjem b'rata sa 70 % tal-valur tas-servizzi ssussidjat għal testijiet biex jiġu ddeterminatiil-kwalità ġenetika jew ir-rendiment tal-bhejjem, bl-eċċezzjoni tal-kontrolli meħuda mis-sid tal-bhejjem u r-rutina ta' kontrolli għall-kwalità tal-ħalib

Data ta' l-implimentazzjoni: Settembru 2007

Tul taż-żmien ta' l-iskema: Sal-31 ta' Diċembru 2013.

L-għan(ijiet) ta' l-għajnuna: L-għan ta' l-għajnuna hu li tappoġġa l-impriżi żgħar u ta' daqs medju fis-settur tat-tnissil tal-bhejjem.

Is-settur(i) kkonċernat(i): il-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE.

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna: L-awtorità ta' l-għoti:

Ministerstvo pôdohospodárstva SR

Dobrovičova ul. č. 12

SK-812 66 Bratislava

Tel. (421) 259 26 61 11

Sitweb: http://www.land.gov.sk/index.php?navID=153&id=411

L-amministratur ta' l-iskema:

Pôdohospodárska platobná agentúra (ďalej len „platobná agentúra“)

Dobrovičova ul. č. 12

SK-812 66 Bratislava

Tel.: (421) 259 26 61 11

Sitweb: http://www.land.gov.sk/apa/index.php?p=DP_metpok

Tagħrif ieħor: L-għajnuna mill-Istat tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati, permezz ta' organizzazzjoni akkreditata ta' min irabbi.

L-għotjiet jiġu applikati għalihom minn organizzazzjoni akkreditata tar-raħħala L-għajnuna tista' tingħata biss impriżi żgħar u ta' daqs medju, skond l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta' Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna ta' l-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju.

L-applikazzjonijiet għall-għotjiet huma sottomessi, bi tweġiba għall-istedina maħruġa mill-APA, lill-uffiċju reġjonali rrelevanti ta' l-APA sal-31 ta' Jannar tas-sena kalendarja relevanti — fl-2007, sat-30 ta' Settembru.

Fuq il-bażi ta' l-applikazzjonijiet rċevuti, l-APA tikkonsidra l-applikazzjonijiet kollha għall-għotja rċevuti fis-sena kalendarja relevanti li jissodisfaw l-kriterji ta' l-eliġibbiltà. Jekk in-numru totali ta' dawn l-applikazzjonijiet jaqbeż l-ammont tal-finanzjament disponibbli fil-baġit, l-APA tiddetermina l-proporzjon skond liema l-intitolament ta' l-għotja hu kkalkolat mill-ġdid għal kull applikant eliġibbli.

L-għotjiet jinħadmu fuq il-bażi ta' kuntratt għall-għotita' l-għajnuna finanzjarja konkluża bejn l-APA u l-applikant. L-organizzazzjoni akkreditata tar-raħħala tikkunsidra l-għotja rċevuta meta toħroġ fattura tas-servizz provdut, sa 70 % tal-valur tas-servizz, iżda mhux aktar mill-ammont ta' l-għotja

Approvat: Ľubomír Miček, Ph.D., Direttur-Ġenerali, Diviżjoni ta' l-Iżvilupp Rurali, Ministeru ta' l-Agrikoltura tar-Repubblika tas-Slovakkja

Numru XA: XA 257/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovakkja

Reġjun: —

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna: Schéma štátnej pomoci na odstraňovanie a likvidáciu živočíšnych vedľajších produktov

Bażi ġuridika: Il-bażi ġuridika għall-għoti ta' l-għajnuna hija kif ġej:

§ 6 nariadenia vlády SR č. 369/2007 Z. z. z 8. augusta 2007 o niektorých podporných opatreniach v pôdohospodárstve,

zákon č. 231/1999 Z. z. o štátnej pomoci v znení neskorších predpisov,

Artikoli 16(1)(d), (2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

Nefqa annwali prevista skond l-iskema: L-ammont ta' fondi previst taħt l-iskema għall-2007 huwa SKK 20 miljun.

L-ammont ta' fondi previst taħt l-iskema għal kull sena mill-2008 'il quddiem huwa SKK 80 miljun.

Il-baġit totali previst għat-tneħħija u r-rimi tal-prodotti sekondarji ta' l-annimali (karkassi) tal-kategorija 2 matul il-perjodu 2008-2013 huwa SKK 480 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-għajnuna tista' tingħata lir-raħħala sa:

Data ta' l-implimentazzjoni: Settembru 2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema: sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' l-għajnuna huwa l-appoġġ għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju fis-settur tat-trobbija tal-bhejjem

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): produzzjoni primarja għall-prodotti agrikoli mniżżla f'Anness I tat-Trattat tal-KE

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna: L-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministerstvo pôdohospodárstva SR

Dobrovičova ul. č. 12

SK-812 66 Bratislava

Tel. (421) 259 26 61 11

Websajt: http://www.land.gov.sk/index.php?navID=153&id=413

Amministratur ta' l-iskema:

Pôdohospodárska platobná agentúra (ďalej len „platobná agentúra“)

Dobrovičova ul. č. 12

SK-812 66 Bratislava

Tel. (421) 259 26 61 11

Websajt: http://www.land.gov.sk/apa/index.php?p=DP_metpok

Tagħrif ieħor: L-għajnuna mill-Istat tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati, permezz ta' impriża awtorizzata biex tamministra, tipproċessa jew tikkumerċjaliżża prodotti sekondarji tal-bhejjem.

L-applikazzjonijiet għall-għotjiet għandhom jinbgħatu lill-uffiċċju ġenerali ta' l-aġenzija tal-ħlas, wara stedina maħruġa mill-aġenzija tal-ħlas sal-31 ta' Jannar tas-sena kalendarja rilevanti. Fl-2007, l-applikazzjonijiet għandhom jitressqu sat-30 ta' Settembru.

Fuq il-bażi ta' l-applikazzjonijiet milqugħa, l-aġenzija tal-ħlas tgħodd flimkien l-applikazzjonijiet ta' l-għotjiet eliġibbli kollha milqugħa fis-sena kalendarja rilevanti. Jekk it-total għal dawn l-applikazzjonijiet jaqbeż l-ammont ta' fondi disponibbli tal-baġit, l-aġenzija tal-ħlas tistabilixxi koeffiċjent ta' konverżjoni permezz li l-għotja intitulata tiġi mgħaduda mill-ġdid għal kull applikant.

L-għotjiet għandhom isiru fuq bażi ta' kuntratt ta' għotja konkluż bejn l-aġenzija tal-ħlas u l-applikant. L-impriża tqis l-għotja mogħtija meta tħallas is-servizz provdut, jiġifieri t-tneħħija tal-prodotti sekondarji ta' l-annimali ta' kategorija 2 — karkassi, lir-raħħala, sa 100 % tal-valur tas-servizz, iżda ma taqbiżx l-ammont ta' l-għotja. L-għajnuna tista' tingħata biss lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju, skond l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta' Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju.

L-impriża tipprovdi l-għajnuna matul is-sena kalendarja rilevanti fil-forma ta' tnaqqis fis-servizzi li għalihom inħarġet fattura

Approvat minn: Ľubomír Miček, Ph.D., Direttur-Ġenerali, Taqsima ta' l-Iżvilupp Rurali, Ministeru ta' l-Agrikoltura tar-Repubblika Slovakka

Numru XA: XA 258/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovakkja

Reġjun: —

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna: Schéma štátnej pomoci na platby poistného v poľnohospodárstve

Bażi ġuridika: Il-bażi ġuridika għall-għoti ta' l-għajnuna hija kif ġej:

§ 16 nariadenia vlády SR č. 369/2007 Z. z. o niektorých podporných opatreniach v pôdohospodárstve,

zákon č. 231/1999 Z. z. o štátnej pomoci v znení neskorších predpisov,

Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

Nefqa annwali prevista skond l-iskema: L-ammont ta' fondi previst taħt l-iskema għall-2007 huwa SKK 30 miljun.

L-ammont ta' fondi previst taħt l-iskema għal kull sena mill-2008 'il quddiem huwa SKK 100 miljun.

It-total tal-baġit previst għar-rimbors tal-primjums annwali ta' assigurazzjoni matul il-perjodu 2008-2013 huwa ta' SKK 600 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-intensità massima grossa ta' għajnuna li tista' tingħata lir-raħħala hija ta':

Data ta' l-implimentazzjoni: Settembru 2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema: sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' l-għajnuna hu li jitnaqqsu r-riskji mġarrba minn impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli b'riżultat ta' diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, organiżmi jew aġenti li jagħmlu l-ħsara jew mard tal-bhejjem mniżżla f'Annessi 1 u 3-5 ta' l-Att Nru 39/2007 Coll., billi jkopru l-primjums annwali ta' assigurazzjoni

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli mniżżla f'Anness I tat-Trattat tal-KE

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna: L-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministerstvo pôdohospodárstva SR

Dobrovičova ul. č. 12

SK-812 66 Bratislava

Tél. (421) 259 26 61 11

Websajt: http://www.land.gov.sk/index.php?navID=153&id=412

Amministratur ta' l-iskema:

Pôdohospodárska platobná agentúra (ďalej len „platobná agentúra“)

Dobrovičova ul. č. 12

SK-812 66 Bratislava

Tel. (421) 259 26 61 11

Websajt: http://www.land.gov.sk/apa/index.php?p=DP_metpok

Tagħrif ieħor: L-għajnuna tista' tingħata biss lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju, skond l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta' Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju. L-għajnuna se tingħata fuq bażi ta' darba biss bl-intensità grossa speċifikata

Approvat minn: Ľubomír Miček, Direttur-Ġenerali, Taqsima ta' l-Iżvilupp Rurali, Ministeru ta' l-Agrikoltura tar-Repubblika Slovakka

Numru XA: XA 339/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Il-Muniċipalità Urbana ta' Koper

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v Mestni občini Koper 2007-2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v Mestni občini Koper (II. Poglavje)

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

2007: EUR 169 004

2008: EUR 172 000

2009: EUR 175 000

2010: EUR 178 000

2011: EUR 183 000

2012: EUR 186 000

2013: EUR 190 000.

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli tal-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn;

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra, fil-każ ta' investimenti magħmula minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbiliment tagħhom.

L-għan ta' l-għajnuna huwa li jsir investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farms u biex jinxtara tagħmir sabiex jintuża għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti, għat-titjib ta' l-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Għajnuna għall-konservazzjoni tal-bini tradizzjonali:

għal karatteristiċi mhux produttivi, sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali;

għall-assi produttivi tal-farms, sa 60 % ta' l-ispejjeż attwali, jew 75 % f'żoni żvantaġġati, sakemm l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità ta' produzzjoni tal-farm;

għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali fejn it-trasferiment sempliċiment jikkonsisti fiż-żarmar, it-tneħħija u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-bini eżistenti;

meta t-trasferiment iwassal għal faċilitajiet aktar moderni li minnhom igawdi l-bidwi, huwa għandu jikkontribwixxi għallinqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara t-trasferiment. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun għallinqas 55 % jew 45 % rispettivament;

meta t-trasferiment iwassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-kontribuzzjoni mill-benefiċjarju għandha tkun ta' l-anqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, ta' l-ispejjeż marbuta ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun għallinqas 55 % jew 45 % rispettivament.

4.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjum ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali ġuridiċi u amministrattivi mġarrba.

6.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż imġarrba; din l-għajnuna għandha tiġi pprovduta fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

7.   Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż fil-forma ta' servizzi ssusidjati għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts u t-tixrid ta' l-għarfien xjentifiku

Data ta' l-implimentazzjoni: Awissu 2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2013.

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat għall-konservazzjoni u l-iżvilupp agrikolu u taż-żoni rurali fil-muniċipalità (urbana) ta' Koper jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali;

l-Artikolu 6: Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku;

l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

Mestna občina Koper

Verdijeva 10

SLO-6000 Koper

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200770&dhid=91144

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet meteoroloġiċi negattivi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata fir-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna).

Timotej PIRJEVEC

Kap ta' l-Affarijiet Soċjali u Dipartiment ta' l-Iżvilupp

Numru XA: XA 348/07

Stat Membru: L-Ungerija

Reġjun: Il-pajjiż kollu

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Állami program keretében egyes állatbetegségek megelőzéséhez, illetve leküzdéséhez kapcsolódóan igénybe vehető nemzeti támogatások

Bażi ġuridika: A földművelésügyi és vidékfejlesztési miniszter …/2007. ( ) FVM rendelete az egyes állatbetegségek megelőzésével, illetve leküzdésével kapcsolatos támogatások igénylésének és kifizetésének rendjéről

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Għajnuna totali annwali: HUF 5 biljuni

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-ammont ta' għajnuna m'għandux jaqbeż l-ispejjeż massimi eliġibbli, bl-esklużjoni tal-VAT, kif muri fil-fattura. Id-digriet jistabilixxi l-ispejjeż massimi eliġibbli għal kull marda tal-bhejjem:

Data ta' l-implimentazzjoni: .Diċembru 2007. Wara l-Kummissjoni tkun adottat il-pożizzjoni tagħha

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

L-għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' l-għajnuna: monitoraġġ mill-qrib jew qrid tal-mard tal-bhejjem fil-merħla kif speċifikat fl-anness tad-digriet, u l-prevenzjoni tal-mard elenkati tal-bhejjem.

B'referenza għall-għajnuna provduta fir-rigward tal-monitoraġġ tal-mard tal-bhejjem u l-prevenzjoni u l-eliminazzjoni ta' l-infezzjonijiet, id-dispożizzjonijiet f'Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 japplikaw. Fil-każ ta' testijiet tat-TSE, id-dispożizzjonijiet relatati ma' l-Artikolu 16(1)(g) japplikaw.

Għajnuna tista' tintalab għall-ispejjeż ta' servizzi tas-saħħa tal-bhejjem, appoġġati minn fatturi, rigward l-eżamijiet għall-mard tal-bhejjem, kontrolli, implimentazzjoni tal-programmi ta' monitoraġġ, trattamenti mediċi jew tilqim

Settur(i) kkonċernat/i: Id-digriet jispeċifika, għal kull marda ta' l-annimali, il-medda ta' l-ispeċijiet eliġibbli għall-għajnuna

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Földművelésügyi és Vidékfejlesztési Minisztérium

H-Kossuth tér 11.

Budapest

Indirizz ta' l-internet: http://www.fvm.hu/main.php?folderID=851

19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 99/9

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 99/05)

Numru XA: XA 351/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Ivančna Gorica

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Sofinanciranje programov za ohranjanje, spodbujanje in razvoj podeželja v občini Ivančna Gorica 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o sofinanciranju programov za ohranjanje, spodbujanje in razvoj podeželja v občini Ivančna Gorica

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

2007: EUR 172 760

2008: EUR 176 000

2009: EUR 178 000

2010: EUR 182 000

2011: EUR 186 000

2012: EUR 192 000

2013: EUR 198 000

Intensità massima ta' għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għal produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati;

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra.

L-appoġġ jingħata għal investiment fir-restawr tal-karatteristiċi tal-farms u biex jinxtara tagħmir għall-produzzjoni agrikola, u għall-investiment f'uċuħ permanenti, titjib ta' l-art agrikola u ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u tal-bini tradizzjonali:

għal investiment tal-karatteristiċi mhux produttivi, sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali mġarrba;

għall-investimenti f'assi produttivi tal-farms, sa 60 % jew — fiż-żoni żvantaġġati — 75 % ta' l-ispejjeż attwali mġarrba, sakemm l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità ta' produzzjoni tal-farm;

għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali mġarrba jekk it-trasferiment sempliċiment jikkonsisti fiż-żarmar, it-tneħħija u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-faċilitajiet eżistenti;

meta t-trasferiment iwassal għal faċilitajiet aktar moderni li minnhom igawdi l-bidwi, huwa għandu jikkontribwixxi fiż-żoni żvantaġġati għallinqas 50 % u f'żoni oħrajn għallinqas 60 % taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara t-trasferiment. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun għallinqas 55 % jew fiż-żoni żvantaġġati 45 %;

meta t-trasferiment iwassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-bidwi għandu jikkontribwixxi ta' l-anqas 60 % jew — fiż-żoni żvantaġġati — 50 % ta' l-ispejjeż marbuta maż-żieda. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun għallinqas 55 % jew fiż-żoni żvantaġġati 45 %.

4.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

il-livell ta' kofinanzjament mill-muniċipalità huwa d-differenza bejn il-livell ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u somma sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjum ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż ġuridiċi u amministrattivi attwali mġarrba.

6.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

fil-forma ta' servizzi sussidjati, sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali mġarrba.

7.   Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż rigward edukazzjoni, taħriġ, servizzi ta' konsulenza pprovduti minn partijiet terzi, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet u websajts. L-għajnuna tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u ma għandiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' implimentazzjoni: Novembru 2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

L-għan ta' l-għajnuna: appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u spejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar il-kofinanzjament tal-programmi għall-konservazzjoni, promozzjoni u l-iżvilupp taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Ivančna Gorica (Pravilnik o sofinanciranju programov za ohranjanje, spodbujanje in razvoj podeželja v občini Ivančna Gorica) jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u tal-bini tradizzjonali;

l-Artikolu 6: Trasferiment ta' stabbilimenti agrikoli fl-interess pubbliku;

l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Settur(i) kkonċernat/i: L-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Ivančna Gorica

Sokolska 8

SLO-1295 Ivančna Gorica

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200774&dhid=91290

Tagħrif ieħor: L-għotja għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet meteoroloġiċi negattivi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata fir-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri li jridu jiġu adottati mill-muniċipalità, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna).

Is-Sindku

Jernej LAMPRET

Numru XA: XA 353/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Občina Ribnica na Pohorju

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem tal-benefiċjarju: Dodeljevanje državnih pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Ribnica na Pohorju

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Ribnica na Pohorju za programsko obdobje 2007–2013

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

2007: EUR 3 100,00

2008: EUR 10 000,00

2009: EUR 10 210,00

2010: EUR 10 424,41

2011: EUR 10 643,33

2012: EUR 10 866,84

2013: EUR 11 095,05

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati (LFAs);

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra;

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati, u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra, fejn l-investiment isir minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin minn meta jibdew l-attivitajiet tagħhom.

L-appoġġ għandu jingħata għall–investimenti biex jiġu restawrati l-karatteristiċi tal-farms u biex jinxtara tagħmir li jintuża għall-produzzjoni agrikola, u għall-investiment f'għelejjel permanenti, għat-titjib ta' l-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali fir-rigward ta' investimenti f'elementi mhux produttivi;

sa 60 % ta' l-ispejjeż reali, jew sa 75 % fil-każ ta' żoni żvantaġġati, fir-rigward ta' l-investiment f'assi produttivi fl-azjendi agrikoli, sakemm l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni ta' l-azjenda agrikola;

għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali mġarrba, fejn it-trasferiment sempliċiment jikkonsisti fiż-żarmar, it-tneħħija u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-faċilitajiet eżistenti;

meta r-rilokazzjoni twassal għal faċilitajiet aktar moderni li minnhom igawdi l-bidwi, huwa għandu jikkontribwixxi għallinqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara r-rilokazzjoni. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha tkun għallinqas 55 %, jew 45 % f'żoni żvantaġġati;

meta t-trasferiment iwassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-kontribuzzjoni mill-bidwi għandha tkun ta' l-anqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, ta' l-ispejjeż marbuta ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha tkun għallinqas 55 %, jew 45 % f'żoni żvantaġġati.

4.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' appoġġ muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli ġuridiċi u amministrattivi.

6.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

100 % ta' l-ispejjeż reali mġarrba; din l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

7.   Provvista ta' l-appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, għas-servizzi ta' konsulenza u għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalogi u websajts, u l-ispejjeż għas-servizzi ta' sostituzzjoni. Din l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

Data ta' l-implimentazzjoni: Novembru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fuq is-sit ta' l-internet tal-Kummissjoni)

Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna għall-konservazzjoni u l-iżvilupp ta' l-agrikultura u żoni rurali fil-muniċipalità ta' Ribnica na Pohorju għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358,16.12.2006, p. 3):

Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali;

Artikolu 6: Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku;

Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikultura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Ribnica na Pohorju

Ribnica na Pohorju 1

SLO-2364 Ribnica na Pohorju

Indirizz tas-sit ta' l-internet: http://www.izit.si/muv/index.php?action=showIzdaja&year=2007&izdajaID=422

Št. predpisa: 477, stran 929

Tagħrif ieħor: Il-miżura li tikkonċerna l-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet meteoroloġiċi avversi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata fir-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalitajiet, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna).

Marija SGERM

Sindku tal-muniċipalità ta' Ribnica na Prohorju

Numru XA: XA 354/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Muta

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem ta' l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Muta za programsko obdobje 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Muta za programsko obdobje 2007–2013

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

2007: EUR 19 110,50

2008: EUR 19 683,82

2009: EUR 20 077,50

2010: EUR 20 479,05

2011: EUR 20 888,64

2012: EUR 21 306,24

2013: EUR 21 732,55

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati (LFAs);

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra;

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati, u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra, fejn l-investiment isir minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin minn meta jibdew l-attivitajiet tagħhom.

L-appoġġ għandu jingħata għall–investimenti biex jiġu restawrati l-karatteristiċi tal-farms u biex jinxtara tagħmir li jintuża għall-produzzjoni agrikola, u għall-investiment f'għelejjel permanenti, għat-titjib ta' l-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali, fil-każ ta' elementi mhux produttivi;

sa 60 %, jew sa 75 % f'żoni żvantaġġati, ta' l-ispejjeż reali fil-każ ta' assi produttivi fl-azjendi agrikoli, sakemm dan ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-farm;

għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali mġarrba, fejn it-trasferiment sempliċiment jikkonsisti fiż-żarmar, it-tneħħija u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-faċilitajiet eżistenti;

meta r-rilokazzjoni twassal għal faċilitajiet aktar moderni li minnhom igawdi l-bidwi, huwa għandu jikkontribwixxi għallinqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara r-rilokazzjoni. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun għallinqas 55 % jew 45 % rispettivament;

meta t-trasferiment iwassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-kontribuzzjoni mill-bidwi għandha tkun ta' l-anqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, ta' l-ispejjeż marbuta ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun għallinqas 55 % jew 45 % rispettivament.

4.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli ġuridiċi u amministrattivi.

6.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

100 % ta' l-ispejjeż reali mġarrba; din l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

7.   Provvista ta' l-appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, għas-servizzi ta' konsulenza u għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalogi u siti ta' l-internet, u l-ispejjeż għas-servizzi ta' sostituzzjoni. Din l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Novembru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fuq is-sit ta' l-internet tal-Kummissjoni)

Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna għall-konservazzjoni u l-iżvilupp ta' l-agrikultura u żoni rurali fil-muniċipalità ta' Muta għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali;

Artikolu 6: Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku;

Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikultura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Muta

Glavni trg 17

SLO-2366 Muta

Sit ta' l-internet: http://www.izit.si/muv/index.php?action=showIzdaja&year=2007&izdajaID=422

Številka predpisa: 465, stran 891

Tagħrif ieħor: Il-miżura li tikkonċerna l-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet meteoroloġiċi avversi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata fir-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalitajiet, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna).

Boris KRALJ

Sindku

Numru XA: XA 355/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Cerknica

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem ta' l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Podpore za ohranjanje in spodbujanje razvoja kmetijstva in podeželja v občini Cerknica

Bażi ġuridika: Pravilnik o ohranjanju in spodbujanju razvoja kmetijstva in podeželja v občini Cerknica (III. Poglavje)

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

2007: EUR 41 729

2008: EUR 41 729

2009: EUR 41 729

2010: EUR 41 729

2011: EUR 43 000

2012: EUR 45 000

2013: EUR 45 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati;

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra;

L-appoġġ għandu jingħata għall–investimenti biex jiġu restawrati l-karatteristiċi tal-farms u biex jinxtara tagħmir li jintuża għall-produzzjoni agrikola, u għall-investiment f'għelejjel permanenti, għat-titjib ta' l-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali fir-rigward ta' investimenti f'elementi mhux produttivi;

sa 60 %, jew sa 75 % f'żoni żvantaġġati, ta' l-ispejjeż reali, fir-rigward ta' l-investimenti f'assi produttivi fl-azjendi agrikoli, sakemm dan l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni ta' l-azjenda agrikola;

għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

4.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali ġuridiċi u amministrattivi mġarrba.

5.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali mġarrba; din l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

6.   Provvista ta' l-appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u taħriġ, għas-servizzi ta' konsulenza li jingħataw minn partijiet terzi u għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalogi u websajts. Din l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Novembru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fuq is-sit ta' l-internet tal-Kummissjoni)

Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: appoġġ lill-SMEs

Artikoli rilevanti fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar il-konservazzjoni u l-iżvilupp ta' l-agrikultura u żoni rurali fil-muniċipalità ta' Cerknica jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358,16.12.2006, p. 3):

Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali;

Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur ta' l-agrikultura

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikultura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Cerknica

Cesta 4. maja 53

SLO-1380 Cerknica

Indirizz tas-sit ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200798&dhid=92213

Tagħrif ieħor: Il-miżura li tikkonċerna l-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet meteoroloġiċi avversi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata fir-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalitajiet, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna).

Miroslav LEVAR

Sindku

Numru XA: XA 357/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Poljčane

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem ta' l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Poljčane

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči, pomoči de minimis in izvajanju drugih ukrepov za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Poljčane

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

2007: EUR 15 100

2008: EUR 15 100

2009: EUR 15 100

2010: EUR 15 100

2011: EUR 15 100

2012: EUR 15 100

2013: EUR 15 100

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'LFAs;

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn;

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'LFAs (żoni żvantaġġati), u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn, fil-każ ta' investimenti magħmula minn bdiewa żagħżagħ sa ħames snin mid-dħul fix-xogħol.

L-appoġġ għandu jingħata għall-investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u x-xiri ta' tagħmir biex jintuża għall-produzzjoni agrikola, u fir-rigward ta' l-investiment f'uċuħ permanenti, għall-titjib fl-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali fil-każ ta' karatteristiċi mhux produttivi, u sa 60 %, jew 75 % f'LFAs, fil-każ ta' assi produttivi fejn l-investiment ma jinvolvi ebda żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm;

għajnuna addizzjonali tista' tingħata b'rata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda imġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' appoġġ muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-uċuħ u l-prodotti, kif ukoll assigurazzjoni kontra l-mard tal-bhejjem.

4.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi eliġibbli.

5.   Għajnuna biex tinkoraġġixxi l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż imġarrba; din l-għajnuna għandha tiġi provduta fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

6.   Provvista ta' l-appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż li jirrigwardaw l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts u l-ispejjeż ta' servizzi ta' sostituzzjoni. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Novembru 2007 (L-ebda għajnuna ma tingħata qabel ma tiġi pubblikata is-sinteżi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: L-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat u għajnuna de minimis u l-implimentazzjoni ta' miżuri oħra għall-konservazzjoni u l-iżvilupp ta' l-agrikultura u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Poljčane li jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali;

Artikolu 6: Rilokazzjoni ta' bini ta' farms fl-interess pubbliku;

Artikolu 12: Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

Artikolu 14: Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku

Is-settur(i) ekonomiku/ċi konċernat(i): Agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Poljčane

Bistriška cest 65

SLO-2319 Poljčane

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=2007100&dhid=92355

Tagħrif ieħor: Il-livell tal-ħlas tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-uċuħ u l-frott tinkludi dawn il-kundizzjonijiet ta' maltemp li jistgħu jitqiesu bħal diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (azzjonijiet ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna).

Is-Sindku

Stanislav KOVAČIČ

19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 99/16

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 99/06)

Numru XA: XA 225/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Rogaška Slatina

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Dodeljevanje pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Rogaška Slatina

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Rogaška Slatina

Nefqa annwali ppjanata jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

2007: EUR 26 940

2008: EUR 27 300

2009: EUR 28 700

2010: EUR 30 100

2011: EUR 31 600

2012: EUR 33 200

2013: EUR 34 800

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli tal-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fiż-żoni żvantaġġati;

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn;

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn fejn l-investiment huma magħmul minn bdiewa żagħżagħ sa ħames snin mid-dħul tagħhom fix-xogħol.

L-għan ta' l-għajnuna huwa investiment għar-restawr tal-karatteristiċi ta' l-azjenda, biex jinxtara apparat użat għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti u għall-titjib fl-art agrikola u fil-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali eliġibbli għall-investiment għal għanijiet ta' konservazzjoni ta' karatteristiċi ta' wirt mhux produttiv misjuba ġo azjendi (siti ta' interess arkeoloġiku u storiku);

kumpens sa EUR 10 000 kull sena għax-xogħol magħmul mill-bidwi għal investiment fil-konservazzjoni ta' karatteristiċi ta' wirt mhux produttiv;

sa 75 % ta' l-ispejjeż attwali f'żoni żvantaġġati, jew 60 % f'żoni oħrajn, għall-investiment biex jiġi priservat il-wirt kulturali tal-faċilitajiet ta' produzzjoni (strutturi ta' l-azjendi) (imtieħen, segeriji, eċċ.):

għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex il-karatteristiċi tipiċi tal-bini jiġu priservati.

3.   Rilokazzjoni tal-bini ta' l-azjendi agrikoli fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali eliġibbli fejn ir-rilokazzjoni sempliċiment tikkonsisti fl-iżmuntar, it-tneħħija u l-bini mill-ġdid ta' faċiltajiet diġà eżistenti;

fejn ir-rilokazzjoni tirriżulta fil-bidwi jgawdi minn aktar faċilitajiet moderni, il-bidwi għandu jikkontribwixxi ta' lanqas 60 %, jew 50 % fiż-żoni żvantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet konċernati wara r-rilokazzjoni. Jekk il-benefiċjarju huwa bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun ta' lanqas 55 % jew 45 % rispettivament;

meta r-rilokazzjoni tirriżulta f'żieda tal-kapaċità produttiva, il-kontribuzzjoni mill-benefiċjarju għandha tkun ta' lanqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, ta' l-infiq relatat ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju huwa bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun ta' lanqas 55 % jew 45 % rispettivament.

4.   Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

l-ammont ta' kofinanzjament huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard.

5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi eliġibbli.

6.   Provvista ta' appoġġ tekniku fil-qasam agrikolu:

sa 50 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u t-taħriġ, servizzi ta' konsulenza provduti minn terzi partijiet, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, eżibizzjonijiet u fieri, pubblikazzjonijiet u sitiweb u t-tixrid ta' l-għarfien xjentifiku. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: L-2007 (jew fid-data li fiha jidħlu fis-seħħ ir-Regoli)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u spejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna għall-konservazzjoni u l-iżvilupp ta' l-agrikoltura u żoni rurali fil-muniċipalità ta' Rogaška Slatina jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istati lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali;

l-Artikolu 6: Rilokazzjoni tal-bini ta' l-azjendi agrikoli fl-interess pubbliku;

l-Artikolu 12: Ħlas tal-primjums ta' l-assigurazzjoni;

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

l-Artikolu 15: Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): Agrikoltura: biedja u trobbija tal-bhejjem.

Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħti l-għotja:

Občina Rogaška Slatina

Izletniška ulica 2

SLO-3250 Rogaška Slatina

Indirizz ta' l-Internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200775&dhid=91328

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzjonijiet ta' temp ħażin li jistgħu jiġu assimilati ma' diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (azzjonijiet ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna)

Branko KIDRIČ

Sindku

Numru XA: XA 358/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Gorišnica

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem ta' intrapriża li se tirċievi għajnuna individwali: Podpore programom razvoja podeželja v občini Gorišnica 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju finančnih pomoči za programe razvoja podeželja in kmetijstva v občini Gorišnica (III. Poglavje)

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuniet individwali mogħtija lill-intrapriżi:

2007: EUR 19 000

2008: EUR 20 000

2009: EUR 21 000

2010: EUR 22 000

2011: EUR 23 000

2012: EUR 24 000

2013: EUR 25 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   L-investiment f'ażjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni anqas ivvantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra,

L-għotjiet isiru għall-investiment fit-tiġdid tal-kapital ekonomiku u x-xiri tat-tagħmir għall-produzzjoni agrikola u l-investiment fil-pjantaġġuni sostenibbli, it-titjib fil-biedja u l-ġestjoni tal-mergħat.

2.   L-għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-għajuna lokali tirrappreżenta d-differenza bejn il-livell tal-kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums mogħtija biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-prodotti u l-bhejjem kontra l-mard.

3.   L-għajnuna għat-tqassim ta' l-art:

sa 10 % ta' l-ispejjeż reali legali u amministrattivi.

4.   L-Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fil-forma ta' servizzi sussidjati, bl-esklużjoni tal-ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

5.   Il-provvista ta'l-appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni, it-taħriġ, is-servizzi ta' konsulenza, l-organizzazzjoni ta' fora, konkorsi, wirjiet u fieri, pubblikazzjonijiet, katalogi u t-tqassim ta' l-għarfien xjentifiku u l-pubblikazzjonijiet bħal siti Web u katalogi. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Novembru 2007 (L-ebda għajnuna ma hija se tingħata qabel is-sommarju ma jkun ippubblikat fuq is-sit tal-Kummissjoni)

Tul ta' l-iskema: sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: L-appoġġ lill-SMEs

Relevanti għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u spejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu III tal-propost Pravilnik o dodeljevanju finančnih pomoči za programe razvoja podeželja v občini Gorišnica fih miżuri ta' l-Għajnuna mill-Istat li jikkorrispondu għall-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

L-Artikolu 4: L-investiment f'azjendi agrikoli;

L-Artikolu 12: L-għajnuna għal-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

L-Artikolu 13: L-għajnuna għat-tqassim ta' l-art mill-ġdid;

L-Artikolu 14: L-għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

L-Artikolu 15: Il-provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Settur(i) kkonċernat(i): L-Agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Gorišnica

Gorišnica 83a

SLO-2272 Gorišnica

Indirizz ta' l-internet: http://ls.lex-localis.info/UradnoGlasiloObcin/VsebinaDokumenta.aspx?SectionID=38c7f951-e09d-4ef5-b691-b3b76937f5cc

Tagħrif ieħor: Il-miżura li tkopri l-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni għall-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet ta' maltemp li ġejjin li jistgħu jiġu kklassifikati bħala diżastri naturali: ġlata fir-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Il-leġilazzjoni lokali tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati mill-awtoritajiet lokali u termini tad-dispożizzjonijiet ġenerali (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

Jožef KOKOT

Is-sindku Il-Muniċipalità ta' Gorišnica

XA Number: XA 359/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Gornji Grad

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li se tirċievi għotja individwali: Pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Gornji Grad za programsko obdobje 2007–2013

Il-bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Gornji Grad za programsko obdobje 2007–2013 (II. Poglavje)

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-intrapriża:

2007: EUR 42 000

2008: EUR 42 000

2009: EUR 42 000

2010: EUR 42 000

2011: EUR 42 000

2012: EUR 42 000

2013: EUR 42 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment fil-intrapriżi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati;

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra;

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'f'żoni żvantaġġati, u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra, fil-każ ta' l-investimenti li saru minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-bidu ta' l-attivitajiet tagħhom.

L-għotjiet isiru għall-investiment fit-tiġdid tal-kapital ekonomiku u x-xiri tat-tagħmir għall-produzzjoni agrikola u l-investiment fi pjantaġġuni sostenibbli, titjib tal-biedja u l-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Il-konservazzjoni tal-pajżaġġi u l-bini tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali għal kapital mhux produttiv;

sa 60 % (jew 75 % f'f'żoni żvantaġġati) ta' l-ispejjeż reali ta' l-assi produttivi fejn l-investiment ma jinvolvi l-ebda żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-farm;

sa 100 % tista' tingħata f'għajnuna addizzjonali biex tkopri spejjeż żejda mġarrba bl-użu tal-materjali tradizzjonali li huma neċessarji għall-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali mibni.

3.   L-għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali legali u amministrattivi.

4.   Il-provvista ta' l-appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni, għas-servizzi ta' konsulenza u għall-organizzazzjoni ta' fora għall-qsim ta' l-għarfien, konkorsi, wirjiet u fieri. L-għajnuna tingħata bl-użu ta' sussidji u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus għall-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Novembru 2007 (L-ebda għajnuna ma hi se tingħata qabel is-sommarju jiġi ppubblikat fuq is-sit tal-Kummissjoni)

Tul ta' l-iskema: sal-31 ta' Diċembru 2013

L-għan ta' l-għajnuna: appoġġ lill-SMEs

Artikoli relevanti fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II tal-propost Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Gornji Grad fih miżuri ta' l-għajnuna mill-Istat li jikkorrispondu ma' l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

Artikolu 4: L-investiment f'azjendi agrikoli;

Artikolu 5: Il-konservazzjoni tal-pajżaġġi u l-bini tradizzjonali;

Artikolu 13: lL-għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

Artikolu 15: Il-provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) kkonċernat(i):: L-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Gornji Grad

Attemsov trg 3

SLO-3342 Gornji Grad

Indirizz elettroniku: http://www.gornji-grad.si/dokumenti/pravilniki/PRAVILNIK_kmetijstvo_GG-za_objavo_v_UG_ZSO.pdf

Tagħrif ieħor: Il-leġiżlazzjoni lokali tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati mill-awtoritajiet lokali u t-termini tad-dispożizzjonijiet ġenerali (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u l-monitoraġġ ta' l-għajnuna)

Stanko OGRADI

is-Sindku

Numru XA: XA 361/07

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Sardegna

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna: Legge regionale 11 marzo 1998, n. 8, articolo 23 (aiuti per i danni alla produzione agricola). Contributo regionale a favore dei Consorzi di difesa delle produzioni intensive per la stipula delle assicurazioni contro i danni derivanti da epizoozie e fitopatie

Bażi ġuridika: L.R. 11 marzo 1998, n. 8, articolo 23.

Deliberazione della Giunta regionale n. 25/35 del 3 luglio 2007 recante «Legge regionale 11 marzo 1998, n. 8, articolo 23 (aiuti per i danni alla produzione agricola) — Contributo regionale a favore dei Consorzi di difesa delle produzioni intensive per la stipula delle assicurazioni contro i danni derivanti da epizoozie e fitopatie»

Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu ta' l-iskema: L-ammont kumplessiv ippjanat għall-2007 huwa ta' EUR 5 000 000

Intensità massima ta' l-għajnuna: 50 % ta' l-ispejjeż effettivament imġarrba għall-primjuns ta' l-assigurazzjoni kontra l-mard ta' l-annimali u mard tal-pjanti;

100 % ta' l-ispejjeż attwali ta' primjums ta' l-assigurazzjoni li tħallsu mill-produtturi agrikoli għat-tneħħija u l-qerda ta' l-annimali mejtin.

Fiż-żewġ każijiet il-limitu massimu tal-kontribut ikun jinkludi r-rimbors li ngħata mill-Istat għall-istess għanijiet

Data ta' l-implimentazzjoni: Fir-rigward tal-kuntratti ta' l-assigurazzjoni stipulati mill-bidu tas-sena 2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema: Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: L-għajnuna, li tikkonsisti f'kontribut għall-infiq fuq il-ħlas tal-primjums ta' l-assigurazzjoni, għandha l-għan li tinkoraġġixxi l-produtturi agrikoli biex jassiguraw il-produzzjoni agrikola kontra r-riskji meta tfaqqa' l-mard ta' l-annimali u l-mard tal-pjanti. L-għajnuna qed tingħata lill-Konsorzji li jipproteġu l-produzzjoni intensiva, li għandhom iċ-ċentru principali u l-operat tagħhom fis-Sardinja, billi dawn jaġixxu bħala intermedjarji għall-kuntrattazzjoni mas-soċjetajiet awtorizzati għall-għoti ta' kundizzjonijiet ta' l-assigurazzjoni li jiffavorixxu l-aktar lis-soċji tagħhom ta' l-agrikoltura.

L-għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni kontra r-riskji ta' mard ta' l-annimali, mard tal-pjanti jew infestazzjonijiet parassitiċi tingħata skond l-Artikolu 12 (2)(b)(ii) tar-Regolament;

l-għajnuna marbuta ma' l-ispejjeż tal-primjums ta' l-assigurazzjoni li tħallsu mill-produtturi agrikoli għat-tneħħija u l-qerda ta' l-annimali mejta, tingħata skond l-Artikolu 16 (1)(d) tar-Regolament

Settur ikkonċernat: Produzzjoni ta' l-annimali għall-mard ta' l-annimali

Produzzjoni veġetali għall-mard tal-pjanti

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione Autonoma della Sardegna — Assessorato dell'agricoltura e riforma agro-pastorale

Via Pessagno, 4

I-09125 Cagliari

Sit ta' l-internet:

Għad-Deċiżjoni Nru 25/35 tat-3 ta' Lulju 2007:

http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_72_20070703170025.pdf

Anness:

http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_72_20070710101125.pdf

Tagħrif ieħor: Il-Consorzi di Difesa tal-produzzjoni intensiva huma entitajiet b'personalità ġuridika taħt liġi privata kostitwiti skond l-Artikolu 14 et seq u l-Liġi ta' l-Italja Nru 364 tal-25 ta' Mejju 1970, li jawtorizzawhom biex iwettqu l-attivitajiet imsemmija taħt l-istess liġi. Inklużi f'dawn l-attivitajiet l-assistenza teknika u amministrattiva ta' l-assoċjazzjonijiet, bil-għan tal-promozzjoni tat-titjib fil-protezzjoni tal-produzzjoni agrikola, il-protezzjoni attiva li titwettaq mill-Konsorzji permezz ta' inizjattivi reċiproċi u f'isem is-soċji tagħhom, it-twettiq ta' kontratti ta' l-assigurazzjoni għall-produzzjoni mas-soċjetajiet awtorizzati; fil-fatt il-Consorzi di Difesa jaġixxu bħala intermedjarji fil-kuntrattazzjoni mal-kumpaniji ta' l-assigurazzjoni għall-ksib tal-kundizzjonijiet kuntrattwali li jiffavorixxu l-aktar lill-produtturi agrikoli

Stefania MANCA

Id-Direttur tas-Servizzi tal-Produzzjoni

Numru XA: XA 362/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Savinjska regija

Muniċipalità: Podčetrtek

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Programi razvoja podeželja v občini Podčetrtek 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči v občini Podčetrtek

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

2007: EUR 20 030

2008: EUR 20 100

2009: EUR 20 200

2010: EUR 20 200

2011: EUR 20 200

2012: EUR 20 200

2013: EUR 20 200

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 40 % tan-nefqa eliġibbli.

L-appoġġ għandu jingħata għall-investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u x-xiri ta' tagħmir biex jintuża għall-produzzjoni agrikola, u fir-rigward ta' l-investiment f'uċuħ permanenti, għat-titjib fl-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mogħdijiet privati għall-aċċess għal farms.

2.   Konservazzjoni ta' bini tradizzjonali:

sa 60 % ta' l-ispejjeż reali għall- investiment f'karatteristiċi ta' wirt mhux produttiv kif ukoll għall-investiment f'assi produttivi, sakemm l-investiment ma jwassal għall-ebda żieda fil-kapaċità produttiva.

3.   Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

id-differenza bejn il-livell ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ, tal-frott u tal-bhejjem kontra l-mard.

4.   Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 50 % ta' l-ispejjeż li jirrigwardaw l-edukazzjoni u t-taħriġ għall-bdiewa, servizzi ta' konsulenza u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts u t-tixrid ta' l-għarfien xjentifiku. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Novembru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma tiġi pubblikata is-sinteżi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema ta' l-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: appoġġ għall-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu III ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat fil-muniċipalità ta' Podčetrtek jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali;

Artikolu 12: Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

Artikolu 15: Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi konċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Podčetrtek

Trška cesta 59

SLO-3254 Podčetrtek

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200797&dhid=92169

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzjonijiet ta' maltemp li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (azzjonijiet ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna)

Peter MISJA

Is-Sindku

19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 99/22

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 99/07)

Numru XA: XA 365/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Beltinci

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem tal-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Podpora programom razvoja kmetijstva in podeželja v občini Beltinci 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči na področju ohranjanja in razvoja kmetijstva in podeželja v občini Beltinci

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

2007: EUR 85 540

2008: EUR 83 500

2009: EUR 84 100

2010: EUR 85 000

2011: EUR 84 800

2012: EUR 85 700

2013: EUR 86 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati;

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra.

L-għan ta' l-għajnuna huwa li jsir investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farms u li jinxtara tagħmir biex jintuża għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'għelejjel permanenti,għat-titjib ta' l-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajżaġġi u l-bini tradizzjonali:

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli, inkella sa 75 % f'żoni anqas vantaġġati, għal investimenti maħsuba għall-preservazzjoni tal-karatteristiċi patrimonjali ta' l-assi produttivi tal-farms (bini tal-farms: imħażen għall-qmuħ, xtillieri għat-tnixxif, matmuri, imqawel, kaxxi tan-naħal) sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm;

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment għall-finijiet ta' konservazzjoni tal-patrimonju mhux produttiv li jinsab fil-farms (siti ta' interess arkeoloġiku u storiku);

tingħata għajnuna addizzjonali sa rata ta' 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjum ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott u l-bhejjem kontra l-mard.

4.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibblilegali u amministrattivi.

5.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

l-għajnuna tingħata biex tkopri sa 100 % ta' l-ispejjeż fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti lill-produtturi.

6.   Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, għas-servizzi ta' konsulenza u għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri u pubblikazzjonijiet bħal katalgi u websajts. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Novembru 2007 (l-għajnuna ma hijiex se tingħata sakemm is-sinteżi ma tiġix ippubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

L-għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajununa mill-Istat għall-konservazzjoni u għall-iżvilupp ta' l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Beltinci jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

L-Artikolu 4: Investiment fi stabbilimenti agrikoli;

L-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajżaġġi u l-bini tradizzjonali;

L-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

L-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

L-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

L-Artikolu 15: Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Beltinci

Mladinska ul. 2

SLO-9231 Beltinci

Indirizz elettroniku: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=2007101&dhid=92368

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet ta' maltemp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalitajiet, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna).

Is-Sindku

Milan KERMAN

Numru XA: XA 366/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Jugovzhodna Slovenija

Območje občine Črnomelj

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem tal-benefiċjarju: Pomoč za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Črnomelj

Il-bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva, gozdarstva in podeželja v občini Črnomelj za programsko obdobje 2007–2013

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

2007: EUR 35 886

2008: EUR 40 000

2009: EUR 44 000

2010: EUR 47 000

2011: EUR 51 000

2012: EUR 57 000

2013: EUR 63 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment fil-farms għall-produzzjoni primarja:

żoni inqas vantaġġati: sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment;

żoni oħra għall-biedja: sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment;

fejn l-investiment jikkonċerna bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin minn meta fetħu għal rashom, l-intensità ta' l-għajnuna tista' tiżdied b'10 % (investimenti bħal dawn iridu jitniżżlu fi pjanijiet ta' direzzjoni kif stipulat fl-Artikolu 22(c) u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru1698/2005 jridu jiġu sodisfatti).

L-għan ta' l-għajnuna huwa li jsir investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farms, biex jinxtara tagħmir għall-użu fil-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'għelejjel permanenti u għat-titjib ta' l-art agrikola u l-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajżaġġi u l-bini tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali għall-investiment f'elementi mhux produttivi;

sa 60 % ta' l-ispejjeż reali, jew 75 % f'żoni anqas favoriti fir-rigward ta' l-investiment f'assi produttivi fil-farms, sakemm l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-farm;

tista' tingħata għajnuna addizzjonali sa rata ta' 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Rilokazzjoni ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali, bil-kundizzjoni li r-rilokazzjoni tirrigwarda biss iż-żarmar, it-tneħħija u l-bini mill-ġdid tal-bini li jeżisti;

meta r-rilokazzjoni twassal għal faċilitajiet aktar moderni li minnhom igawdi l-bidwi, huwa għandu jikkontribwixxi għallinqas 60 %, jew 50 % f'żoni inqas vantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara r-rilokazzjoni. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha tkun għallinqas 55 % jew 45 % rispettivament;

meta r-rilokazzjoni twassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-kontribuzzjoni mill-benefiċjarju għandha tkun ta' l-anqas 60 %, jew 50 % f'żoni inqas vantaġġati, ta' l-ispejjeż marbuta ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha tkun għallinqas 55 % jew 45 % rispettivament.

4.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni għall-għelejjel u frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi reali mġarrba.

6.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

7.   Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, għas-servizzi ta' konsulenza u għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi, websajts u servizzi ta' sostituzzjoni. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Novembru 2007 (l-għajnuna ma hijiex se tingħata sakemm is-sinteżi ma tiġix ippubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

L-għan ta' l-għajnuna: appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz ta' Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna għall-konservazzjoni u l-iżvilupp ta' l-agrikoltura, il-foresterija u ż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Črnomelj għall-perjodu ta' programmar 2007-13 jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3) (Titlu mhux uffiċjali):

l-Artikolu 4: Investiment fi stabbilimenti agrikoli;

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajżaġġi u l-bini tradizzjonali;

l-Artikolu 6: Rilokazzjoni ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku;

l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

l-Artikolu 15: Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Črnomelj

SLO-8340 Črnomelj

E-mail: obcina.črnomelj@siol.net

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=2007101&dhid=92378

Tagħrif ieħor: Il-miżura li tikkonċerna l-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet avversi tat-temp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalitajiet, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna).

Andrej FABJAN

Is-Sindku

Numru XA: XA 367/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Ajdovščina v Goriški statistični regiji

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Pomoč za razvoj in ohranjanje kmetijstva v občini Ajdovščina II. za obdobje 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju finančnih pomoči za programe in investicije v kmetijstvu v občini Ajdovščina

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

2007: EUR 37 556

2008: EUR 47 000

2009: EUR 50 000

2010: EUR 55 000

2011: EUR 55 000

2012: EUR 60 000

2013: EUR 65 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment fl-azjendi agrikoli:

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment.

Jingħata appoġġ għal investiment f'art agrikola, fil-modernizzazzjoni ta' l-azjendi agrikoli, fix-xiri ta' tagħmir għal produzzjoni primarja u fil-ġestjoni ta' mergħat.

2.   Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' appoġġ muniċipali m'għandux jaqbeż id-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u l-frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard.

3.   Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli; din tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

4.   Għajnuna biex jiġi pprovdut appoġġ tekniku fil-qasam agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli li jikkonċernaw l-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa u ħaddiema tal-farm, servizzi ta' konsulenza, l-organizzazzjoni ta' avvenimenti, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, it-tixrid ta' l-għarfien xjentifiku, u pubblikazzjonijiet, bħal katalgi jew websajts. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Novembru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma tiġi pubblikata sinteżi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna finanzjarja għall-programmi u investiment fl-agrikoltura fil-muniċipalità ta' Ajdovščina li jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12. 2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

l-Artikolu 12: Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

l-Artikolu 14: Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

l-Artikolu 15: Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): Agrikoltura

Isem u indirizz l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Ajdovščina

Cesta 5. maja 6/a

SLO-5270 Ajdovščina

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=2007100&dhid=92329

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzjonijiet ta' maltemp li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (stadji ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna).

Is-Sindku

Marjan POLJŠAK

Numru XA: XA 368/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Hoče–Slivnica

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna u/jew l-isem tal-benefiċjarju: Podpora programom razvoja podeželja v občini Hoče–Slivnica 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči, pomoči de minimis in izvajanju drugih ukrepov razvoja podeželja v občini Hoče–Slivnica

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

2007: EUR 22 117

2008: EUR 30 000

2009: EUR 32 000

2010: EUR 32 000

2011: EUR 33 000

2012: EUR 34 000

2013: EUR 35 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment fil-farms għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f'żoni anqas vantaġġati;

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f'żoni oħra;

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f'żoni anqas vantaġġati, jew 50 % f'żoni oħra, fejn l-investiment isir minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbilment tagħhom.

L-għan ta' l-għajnuna huwa li jsir investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farms, biex jinxtara tagħmir għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'għelejjel permanenti u għat-titjib ta' l-art agrikola u l-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajżaġġi u l-bini tradizzjonali:

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli, jew sa 75 % f'żoni anqas vantaġġati, fir-rigward ta' l-investiment għall-konservazzjoni ta' wirt kulturali ta'assi produttivi (bini agrikolu), sakemm l-investiment ma jsarraf għal ebda żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-farm;

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment għall-finijiet ta' konservazzjoni tal-patrimonju mhux produttiv li jinsab fil-farms (siti ta' interess arkeoloġiku jew storiku);

għajnuna addizzjonali li tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' appoġġ muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

4.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż amministrattivi u legali, inkluż l-ispejjeż ta' spezzjonijiet.

5.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

l-għajnuna tingħata sa rata ta' 100 % ta' l-ispejjeż imġarrba; dan għandu jingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhux jinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

6.   Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

l-għajnuna b'rata sa 100 % ta' l-ispejjeż marbuta ma' l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa, għas-servizzi ta' konsulenza u għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, eżibizzjonijiet u fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Novembru 2007 (l-għajnuna ma hijiex se tingħata sakemm is-sinteżi ma tiġix ippubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

L-għan ta' l-għajnuna: appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajununa ta' l-Istat u għajnuna de minimis u dwar l-implimentazzjoni miżuri oħra għall-iżvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Hoče–Slivnica jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3) (Titlu mhux uffiċjali):

l-Artikolu 4: Investiment fi stabbilimenti agrikoli;

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajżaġġi u l-bini tradizzjonali;

l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

l-Artikolu 15: Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Hoče–Slivnica

Pohorska cesta 15

SLO-2311 Hoče

Indirizz elettroniku: http://www.izit.si/muv/index.php?action=showIzdaja&year=2007&izdajaID=425

Št. predpisa: 541, št. strani: 1041

Tagħrif ieħor: Il-miżura li tikkonċerna l-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet avversi tat-temp li ġejjin li jistgħu jiġu meqjusa bħala diżastri naturali: ġlata tar-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalitajiet, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna).

Stanko RAFOLT

Il-Kap ta' l-Awtorità Muniċipali

Numru XA: XA 369/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Žetale

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem tal-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Dodeljevanje državnih pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Žetale

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Žetale

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

2007: EUR 13 500

2008: EUR 13 900

2009: EUR 14 300

2010: EUR 14 700

2011: EUR 15 100

2012: EUR 15 500

2013: EUR 15 900

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati;

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra.

L-għan ta' l-għajnuna huwa investiment għall-immodernizzar ta' l-istabbilimenti agrikoli (għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farms u biex jinxtara tagħmir għall-użu fil-produzzjoni agrikola) u għall-ġestjoni tal-mergħat u l-art agrikola.

2.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

3.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali mġarrba; dan għandu jingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhux jinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

4.   Forniment ta' l-appoġġ tekniku:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-edukazzjoni u taħriġ, għas-servizzi ta' sostituzzjoni u ta' konsulenza u għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Novembru 2007 (l-għajnuna ma hijiex se tingħata sakemm is-sinteżi ma tiġix ippubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

L-għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: L-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajununa mill-Istat għall-konservazzjoni u għall-iżvilupp ta' l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Žetale jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

L-Artikolu 4: Investiment fi stabbilimenti agrikoli;

L-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

L-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

L-Artikolu 15: Il-forniment ta' appoġġ tekniku

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Žetale

Žetale 4

SLO-2287 Žetale

Indirizz elettroniku: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200783&dhid=91548

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet ta' maltemp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalitajiet, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna).

Is-Sindku ta' Žetale

Anton BUTOLEN

19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 99/29

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 99/08)

Numru XA: XA 370/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Apače

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Podpora programom razvoja kmetijstva in podeželja v občini Apače 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Apače za programsko obdobje 2007–2013

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

2007: EUR 28 000

2008: EUR 28 000

2009: EUR 28 000

2010: EUR 28 000

2011: EUR 28 000

2012: EUR 28 000

2013: EUR 28 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investimenti f'farms ta' produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fiż-żoni żvantaġġati;

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn;

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn, fejn l-investiment huwa magħmul minn bdiewa żgħażagħ sa ħames snin mid-dħul tagħhom fix-xogħol.

L-għan ta' l-għajnuna huwa investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm, sabiex jinxtara apparat użat għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti u għat-titjib ta' l-art agrikola u ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali fir-rigward ta' investiment għal karatteristiċi mhux produttivi;

sa 60 % ta' l-ispejjeż attwali, jew 75 % f'żoni żvantaġġati, rigward investiment f'assi produttivi tal-farms, sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm;

għajnuna addizzjonali tista' tingħata b'rata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' appoġġ muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u l-frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard.

4.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi eliġibbli

5.   Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli li jikkonċernaw l-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts u servizzi ta' sostituzzjoni;

l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Novembru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma tiġi pubblikata sinteżi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: appoġġ għall-SMEs.

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna għall-konservazzjoni u l-iżvilupp agrikolu, tal-forestrija u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Apače għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-13 li jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali;

Artikolu 12: Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

Artikolu 15: Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi konċernat(i): Agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Apače

Apače 42b

SLO-9253 Apače

Indirizz ta' l-internet: http://www.obcina-apace.si/images/stories/pdf/pravilnik_kmetijstvo.pdf

Tagħrif ieħor: Il-miżura li tikkonċerna l-ħlas tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-uċuħ u l-frott tinkludi avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (azzjonijiet ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna)

Darko ANŽELJ

Sindku tal-Muniċipalità ta' Apače

Numru XA: XA 371/07

Stat Membru: L-Olanda

Reġjun: Overijssel, Gelderland, Utrecht, Noord-Brabant

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Verplaatsingsregelingen grondgebonden agrarische bedrijven Overijssel, Gelderland, Utrecht, Noord-Brabant.

ara l-bażi ġuridika għat-titli eżatti ta' l-iskemi.

Bażi ġuridika:

Wet inrichting landelijk gebied

Provinciewet

De volgende provinciale regelingen:

Overijssel

:

Uitvoeringsbesluit Subsidies Overijssel 2007, paragraaf 8.6 Stimulering verplaatsing voor realisatie provinciale doelen natuur, recreatie of landschap en de verbetering van de ruimtelijke structuur van de landbouw.

Gelderland

:

Subsidieregeling vitaal Gelderland 2007; Provinciaal Meerjarenprogramma 2007-2013 Gelderland, deel 3 het subsidiekader, artikel 2.1.2 Verplaatsing grondgebonden landbouw- en glastuinbouwbedrijven in algemeen belang.

Utrecht

:

Subsidieverordening inrichting landelijk gebied provincie Utrecht 2006/Subsidiekader ILG/AVP.

Noord-Brabant

:

Subsidieregeling verplaatsing grondgebonden agrarische bedrijven

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: It-tabella ta' hawn taħt turi n-nefqa annwali ppjanata mill-provinċja.

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 rigward impriżi agrikoli li jiddependu mill-art (biedja, ortikoltura fuq barra u ġewwa s-serer, arborikoltura, trobbija tal-baqar u trobbija tat-tiġieġ u tjur ieħor, fejn il-produzzjoni tal-farm tiddependi prinċipalment fuq il-potenzjal ta' produzzjoni ta' art mhux żviluppata fil-viċinanzi immedjati tagħhom).

Kundizzjoni biex jingħata s-sussidju huwa li l-art kollha li titħalla (lokalitajiet, bini u art tal-farm) għandha tkun disponibbli biex jintlaħqu l-għanijiet pubbliċi (tnaqqis ta' l-impatt ambjentali, konservazzjoni tan-natura, titjib ta' l-istrutturi). Il-kumpens huwa bbażat fuq il-valur rappreżentattiv tas-suq

Data ta' l-implimentazzjoni: L-implimentazzjoni se tibda wara l-publikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, kif stipulat f'Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew għotja ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan: Rilokazzjoni fl-interess pubbliku tal-bini tal-farms ta' impriżi agrikoli li jiddependu mill-art bi prospetti tajbin għall-futur (biedja, ortikoltura fuq barra u ġewwa s-serer, arborikoltura, trobbija tal-baqar u trobbija tat-tiġieġ u tjur ieħor, fejn il-produzzjoni tal-farm tiddependi prinċipalment fuq il-potenzjal ta' produzzjoni ta' art mhux żviluppata fil-viċinanzi immedjati tagħhom) fejn l-art agrikola hija mitluba sabiex jintlaħqu l-għanijiet pubbliċi rigward:

siti ta' Natura 2000, partijiet oħra tan-netwerk taż-żoni protetti u konnessjonijiet sodi ta' kuriduri;

bdil dwar arranġamenti ta' ġestjoni ta' l-ilma, inklużi dawk li jirriżultaw mit-transpożizzjoni tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma (WFD);

titjib ta' l-istruttura tal-farm permezz ta' tfassil mill-ġdid tal-plottijiet.

L-impriżi agrikoli jbigħu l-postijiet tagħhom u l-art agrikola relatata kollha fil-lokazzjoni l-'qadima' tas-Sevizz ta' Ġestjoni ta' l-Art (Bureau Beheer Landbouwgronden — BBL) jew għand awtorità reġjonali għall-prezz li jkollhom iġibu fis-suq liberu (valur rappreżentattiv tas-suq) u jixtru postijiet u art agrikola ġdida biex ikomplu bl-operat agrikolu x'imkien ieħor. Spejjeż eliġibbli huma kif ġejjien:

ħlasijiet ġuridiċi;

ħlasijiet tar-reġistru ta' l-artijiet;

ħlasijiet ta' servizzi speċjalizzati (pariri minn aġenti tal-proprjetà, accountants, periti, eċċ.) għal għanijiet ta' rilokazzjoni biss;

spejjeż tat-tneħħija.

a.

il-valur rappreżentattiv tas-suq tal-postijiet ġodda tal-farms u tal-bini; u

b.

kwalunkwe investimenti għal waqfien, l-immodernizzar, il-bdil u/jew l-estenzjoni ta' bini “ġodda” tal-farms.

Settur(i) kkonċernat(i): L-impriżi agrikoli primarji żgħar u ta' daqs medju kollha li jipproduċu prodotti mniżżla f'Anness I tat-Trattat tal-KE

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Overijssel

:

Postbus 10078

8000 GB Zwolle

Nederland

Gelderland

:

Postbus 9090

6800 GX Arnhem

Nederland

Utrecht

:

Pythagoraslaan 101

Postbus 80300

3508 TH Utrecht

Nederland

Noord-Brabant

:

Postbus 90151

5200 MC Den Bosch

Nederland

Websajt: Noord-Brabant:

http://brabant.regelingenbank.eu/regeling/324-subsidieregeling-verplaatsing-grondgebonden-agrarische-bedrijven-noord-brabant/

Gelderland:

Għal“Artikolu 2.1.2”:

http://www.gelderland.nl/Docs/Landelijk_gebied/deel_3_PMJP_subsidiekader%202e%20herziening%20versie%20tbv%20publicatie.doc

Għal “Subsidieregeling vitaal Gelderland”:

http://www.gelderland.nl/Docs/Landelijk_gebied/ILG/Subsidieregeling%20vitaal%20Gelderland%202007%20vastgesteld%206-12-2006.pdf

Overijssel:

http://provincie.overijssel.nl/contents/pages/11034/uitvoeringsbesluitsubsidiesoverijssel2007-9.pdf

ara Kapitolu 8, paragrafu 8.6.

Utrecht:

http://www.provincie-utrecht.nl/prvutr/internet/landelijk.nsf/all/AVP-documenten?opendocument

dokumentazzjoni: “nieuwe subsidieverordening en nieuw subsidiekader”, paragrafu 3.1.4.

Tagħrif ieħor: It-tabelli 125 u 216 tal-Programm ta' Żvilupp Rurali 2007-13 jirreferu għal possiblità ta' sussidju għar-rilokazzjoni tan-negozji. Il-miżura preżenti, ibbażata fuq ir-regolament ta' eżenzjoni (Regolament (KE) Nru 1857/2006), tipprovdi skop għas-sussidju ta' rilokazzjoni fl-interess pubbliku li tmur lil hinn mill-possibilitajiet imsemmija fit-tabella rigward it-tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' l-ammonja u depożiti u t-tqegħid mill-ġdid ta' sistemi ta' irrigazzjoni. L-għanijiet tal-politika huma stabbiliti fl-Aġenda dwar il-Kampanja Ħajja u l-programmi multiannwali tal-provinċji rispettivi.

Is-sussidji ma għandhomx jingħataw taħt l-iskema ta' rilokazzjoni għall-impriżi agrikoli li jiddependu fuq l-art jekk huma qegħdin jingħataw għall-istess impriża jew parti minnha skond l-iskema ta' rilokazzjoni għall-impriżi agrikoli intensivi (XA 62/05), u viċi-versa

Numru XA: XA 372/07

Stat Membru: L-Olanda

Reġjun: Fryslân

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna: Subsidie dakbedekking van boerderijen

Bażi ġuridika: Algemene wet bestuursrecht, Hoofdstuk 4; Kadersubsidieverordening Inrichting Landelijk Gebied provincie Fryslân 2007.

Spiża annwali ppjanata taħt l-iskema:

2007: EUR 500 000

2008: EUR 1 500 000

2009-2013: EUR 170 000

Intensità massima ta' l-għajnuna: Sa 35 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-għajnuna, b'limitu massimu ta' EUR 15 000

Data ta' l-implimentazzjoni:

Tul ta' żmien ta' l-iskema: 2007-2013

Għan ta' l-għajnuna: Għall-preservazzjoni tad-diżinn storiku bażiku u t-tisqif tradizzjonali ta' l-irziezet mibnija qabel l-1940 u mhux klassifikati bħala monumenti nazzjonali

L-Artikolu 5 tar-Regolament dwar il-konservazzjoni ta' l-artijiet agrikoli u l-bini tradizzjonali

Settur(i) kkonċernat(i): L-intrapriżi attivi fil-produzzjoni tal-prodotti agrikoli mill-bhejjem jew mill-biedja tal-ħart

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Gedeputeerde Staten van Fryslân

Postbus 20120

8900 HM Leeuwarden

Nederland

Sit ta' l-Internet:: http://www.fryslan.nl/sjablonen/1/infotype/loket/product/view.asp?objectID=20606

Niżżlu: “informatie dakbedekking boerderijen.doc”.

Informazzjoni oħra: Ikkonsultaw il-websajt ta' hawn fuq għal informazzjoni fuq l-iskema ta' l-għajnuna

Numru XA: XA 375/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: območje Občine Trzin

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Trzin za programsko obdobje 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Trzin za programsko obdobje 2007–2013

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

2007: EUR 584

2008: EUR 1 899

2009: EUR 1 965

2010: EUR 3 296

2011: EUR 800

2012: EUR 2 900

2013: EUR 2 900

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investimenti f'farms ta' produzzjoni primarja:

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'investiment.

L-għan ta' l-għajnuna huwa għal investiment f'bini ġodda tal-farms u tibdil ta' bini diġà eżistenti, sabiex jinxtara tagħmir u makkinarju biex jintuża għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment fix-xiri u l-bini ta' serrer u xbieki għal kontra l-ġlata, u t-tħawwil ta' msaġar tal-frott permanenti.

2.   Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjum ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra il-mard.

3.   Provvista ta' appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż fl-edukazzjoni u taħriġ, servizzi ta' konsulenza pprovduti minn terzi partijiet, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, pubblikazzjonijiet u websajts. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

Data ta' l-implimentazzjoni: Diċembru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma tiġi pubblikata sinteżi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: appoġġ għall-SMEs.

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna għall-konservazzjoni u l-iżvilupp agrikolu u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Trzin għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-13 li jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

Artikolu 4: Investiment fil-kumpaniji agrikoli;

Artikolu 12: Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

Artikolu 15: Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi konċernat(i): Agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Trzin

Mengeška c. 22

SLO-1236 Trzin

Indirizz ta' l-internet: http://www.trzin.si/datoteke/predpisi/pravilnik_kmet_TRZIN_popravljen-27-08-2007.doc

Tagħrif ieħor: Il-miżura li tikkonċerna l-ħlas tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-uċuħ u l-frott tinkludi avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (azzjonijiet ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna)

Tone PERŠAK

Sindku tal-Muniċipalità ta' Trzin

Numru XA: XA 401/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Velike Lašče

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Programi razvoja kmetijstva in podeželja v občini Velike Lašče 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Velike Lašče (II. Poglavje)

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

2007: EUR 31 000

2008: EUR 32 000

2009: EUR 32 000

2010: EUR 35 000

2011: EUR 35 000

2012: EUR 37 000

2013: EUR 37 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'oqsma oħra.

L-appoġġ għandu jingħata fil-modernizzazzjoni ta' l-azjendi agrikoli, fix-xiri ta' tagħmir u l-ġestjoni ta' mergħat għal produzzjoni primarja agrikola.

2.   Għajnuna għal konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali għal karatteristiċi mhux produttivi;

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn u sa 75 % f'żoni żvantaġġati;

għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fejn it-trasferiment sempliċiment jikkonsisti fiż-żarmar, it-tneħħija u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-bini eżistenti;

meta t-trasferiment iwassal għal faċilitajiet aktar moderni li minnhom igawdi l-bidwi, huwa għandu jikkontribwixxi għallinqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara t-trasferiment. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun għallinqas 55 % jew 45 % rispettivament.

meta t-trasferiment iwassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-kontribuzzjoni mill-benefiċjarju għandha tkun ta' l-anqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, ta' l-ispejjeż marbuta ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun għallinqas 55 % jew 45 % rispettivament.

4.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali ġuridiċi u amministrattivi mġarrba.

6.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali mġarrba jew ta' l-attivitajiet, sakemm jirreferu għat-titjib tal-kwalità tal-prodotti agrikoli. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

7.   Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bidwi, servizzi ta' konsulenza, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts, it-tixrid ta' l-għarfien xjentifiku u l-bdil tal-bidwi u ta' sieħeb il-bidwi matul il-mard u l-liv. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (L-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna:: Appoġġ lill-SMEs.

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat għall-konservazzjoni u l-iżvilupp agrikolu, tal-forestrija u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Velike Lašče jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali;

l-Artikolu 6: Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku;

l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

Občina Velike Lašče

Levstikov trg 1

SLO-1315 Velike Lašče

Indirizz ta' l-internet: http://www.velike-lasce.si/data/datoteke/vlsi/barbarap/akti/september_2007/pravilniki/pravilnik-pomoc_za_ohranjanje_kmet_podezelja.pdf

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet meteoroloġiċi negattivi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

Anton ZAKRAJŠEK

Sindku

(1)  Għadu mhuwiex magħruf jekk se jkunx hemm nefqa għas-sena in kwistjoni u jekk ikun hemm, b'kemm. Kwalunkwe nefqa għas-sena għandha titnaqqqs mill-ammonti ppjanati għas-snin suċċessivi (l-ammont totali għandu jibqa' l-istess).

19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 99/38

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

(2008/C 99/09)

Numru XA: XA 7058/07

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Piemonte

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi għajnuna individwali: d.g.r. n. 36-6961 del 24 settembre 2007«Legge regionale 20 novembre 2002, n. 29 (Istituto per il marketing dei prodotti agroalimentari del Piemonte), art. 3, comma 2. Procedure, criteri e condizioni per l'erogazione di contributi in conto capitale»

Bażi ġuridika: Legge regionale 29/2002

d.g.r. n. 36-6961 del 24 settembre 2007

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħti lill-impriża: Ammont annwali totali skond l-iskema EUR 0,40 miljun

Ammont totali ta' għajnuniet ad hoc EUR 2,40 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-intensità massima ta' l-għajnuna hija kif ġej:

50 % għal riċerki tas-suq, żvilupp ta' prodotti u l-istipulazzjoni ta' l-istandards tal-produzzjoni (f'konformità mad-d.g.r. nru 36-6961 ta' l-24.9.2007 il-punt 1.2.1.A);

50 % għal attivitajiet ta' konsulenza teknika għal ftehimiet u sħubijiet kummerċjali (f'konformità mad-d.g.r. nru 36-6961 ta' l-24.9.2007 il-punt 1.2.1.B);

50 % għal inizjattivi ta' promozzjoni, parteċipazzjoni f'fieri u avvenimenti simili (f'konformità mad-d.g.r. nru. 36-6961 ta' l-24.9.2007 il-punt 1.2.1.D)

Data ta' l-applikazzjoni:

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali:

Għan ta' l-għajnuna: Għajnuna maħsuba għall-iżvilupp ta' prodotti agrikoli ta' kwalità u biex tippromwovi ftehimiet u sħubijiet kummerċjali.

Fil-każ ta' għajnuna mogħtija lill-SMEs għal servizzi minn konsulenti esterni, l-ammont gross ta' l-għajnuna ma għandux jaqbeż il-50 % ta' l-ispejjeż ta' dawn is-servizzi. Is-servizzi kkonċernati m'għandhomx ikunu attività kontinwa jew perjodika, u lanqas m'għandhom jirrelataw għall-ispiża ta' kuljum biex topera l-impriża, bħal servizzi normali ta' konsulenza dwar taxxa, servizzi legali regolari, jew -lispejjeż għar -reklamar.

Għajnuna maħsuba għall-parteċipazzjoni f'inizjattivi ta' promozzjoni (parteċipazzjoni f'fieri u avvennimenti simili).

Fil-każ ta' għajnuna mogħtija lill-SMEs għall-parteċipazzjoni f'fieri u wirjiet, l-ammont gross ta' l-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-50 % ta' l-ispejjeż addizzjonali mġarrba minħabba l-kiri, l-istallazzjoni jew il-ġestjoni ta' l-istand. Eżenzjoni bħal din tapplika biss għall-ewwel parteċipazzjoni ta' impriża f'fiera jew wirja stipulata

Settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat/i: Ipproċessar u kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli (kif definiti skond l-Artikoli 2(k) tar-Regolament Nru (KE) 1857/2008

Isem u l-indrizz ta' l-awtorità konċessjonarja:

Regione Piemonte Direzione Agricoltura

Corso Stati Uniti, 21

I-10129 Torino

Sit ta' l-Internet: L-indirizz għal-link tat-test sħiħ dwar l-iskema ta' għajnuna huwa kif ġej:

http://www.regione.piemonte.it/governo/bollettino/abbonati/2007/39/suppo2/00000001.htm

Tagħrif ieħor: It-tul ta' żmien ta' l-għajnuna huwa ppjanat sa tmiem is-sena 2013, jew inkella sa l-iskadenza tal-validità skond “il-Linji Gwidi Komunitarji għall-għajnuniet mill-Istat fis-settur agrikolu u forestali 2007 — 2013” (ĠU C 319, 27.12.2006, p. 1) u tar-Regolament ta' eżenzjoni (KE) Nru 1857/2006 ). In-nefqa annwali ta' EUR 400 000 tiġi prevista fil-bilanċ multiannwali tar-Reġjun ta' Pjemonte li ġie approvat bil-Liġi Reġjonali L.R. 10 tat-23.4.2007 għas-snin 2007, 2008 u 2009. Mis-sena 2010 sas-sena 2013 l-fond finanzjarju għall-iskema ta' għajnuna jiġi stabbilit minn sena għal sena permezz ta' l-atti ġuridiċi reġjonali sussegwenti li għandhom x'jaqsmu mal-kontabilità u l-finanzi.

Numru XA: XA 7059/07

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Provincia autonoma di Bolzano

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi għajnuna individwali: Criteri e modalità relativi agli aiuti a favore delle imprese di trasformazione e di commercializzazione dei prodotti agricoli

Bażi ġuridika: Articolo 4, comma 1, lettere b) e p), della legge provinciale 14 dicembre 1998, n. 11, e successive modifiche

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħti lill-impriża: EUR 6 000 000

Intensità massima ta' l-għajnuna: 40 % ta' l-investimenti f'assi tanġibbli

50 % għal servizzi ta' konsulenza, tagħrif u servizzi u attivitajiet oħra

Data ta' l-implimentazzjoni:

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali:

Għan ta' l-għajnuna: Għajnuna għal investimenti u konsulenza

Settur(i) ekonomiku/i kkonċernat/i: Proċessar u kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli

Isem u indrizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ripartizione provinciale agricoltura

Via Brennero, 6

I-39100 Bolzano

Tagħrif ieħor: Din l-iskema ta' għajnuna tinsab ippubblikata fuq dan is-sit ta' l-Internet:

http://www.provincia.bz.it/agricoltura/form/form_getreso.asp?FRES_ID=34102

Il direttore di ripartizione sostituto

Helmuth SCARTEZZINI

19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 99/40

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għajnuniet mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli

(2008/C 99/10)

Numru XA: XA 397/07

Stat Membru: Ir-Repubblika ta' Ċipru.

Reġjun: Mhux applikabbli.

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Αποζημιώσεις/Ενίσχυση Κτηνοτρόφων λόγω Αφθώδους Πυρετού

Bażi ġuridika: Απόφαση Υπουργικού Συμβουλίου με ημερομηνία 7.11.2007

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: CYP 12 000 000 għal pagamenti ta' kumpens lir-raħħala

Intensità massima ta' l-għajnuna: 100 %

Data ta' l-implimentazzjoni: Novembru 2007.

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2008

Għan ta' l-għajnuna: għotja ta' kumpens lir-raħħala milquta sabiex jgħelbu it-telf mill-bhejjem u d-dħul fil-perjodu immedjat wara l-qatla tal-bhejjem, sabiex ir-raħħala jiġu pprovduti inċentivi xierqa sabiex ikomplu bl-attività tagħhom (l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur(i) konċernat(i): Trobbija tal-bhejjem — trobbija tan-nagħaġ, mogħoż, baqar u ħnieżer

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna: Τμήμα Γεωργίας, Υπουργείου Γεωργίας, Φυσικών Πόρων και Περιβάλλοντος, Λεωφόρος Λουκή Ακρίτα, CY-1412 Λευκωσία

Indirizz ta' l-internet: www.moa.gov.cy/da

Tagħrif ieħor: Christodoulos FOTIOU

Χριστόδουλος Φωτίου

Αν. Διευθυντής Τμήματος Γεωργίας

Υπουργείο Γεωργίας, Φυσικών Πόρων και Περιβάλλοντος

Numru XA: XA 398/07

Stat Membru: Ċipru

Reġjun: Mhux applikabbli

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Αποζημιώσεις/ενίσχυση κτηνοτρόφων για την απώλεια εισοδήματος που προκύπτει από τους κτηνιατρικούς περιορισμούς που έχουν τεθεί λόγω αφθώδους πυρετού

Bażi ġuridika: Απόφαση Υπουργικού Συμβουλίου με ημερομηνία 5.12.2007

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Il-baġit annwali għall-2007 kien ta' CYP 1 200 000 u għall-2008 huwa CYP 1 800 000

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-intensità ta' għajnuna hi ta' 100 %, suġġetta għal massimu ta' CYP 70 000 kull raħħal tal-ħnieżer u CYP 10 000 kull sid ta' taqsimiet ta' l-ovini, kaprini u bovini

Data ta' l-implimentazzjoni: Diċembru 2007.

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali:

Għan ta' l-għajnuna: L-għanijiet tal-Miżura rappurtata huma biex jagħtu kumpens għat-telf mid-dħul tar-raħħala tal-ħnieżer, nagħaġ, mogħoż u baqar li ġew affetwati b'miżuri restrittivi meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi biex jikkumbattu s-sitwazzjoni wara s-sejbien mill-laboratorju Komunitarju ta' każijiet tal-marda ta' l-ilsien u dwiefer f'Ċipru (1). Għal aktar eżatezza, il-miżuri meħuda ma jħallux, inter alia, l-esportazzjoni tal-ħnieżer, laħam tal-ħnieżer, sperma tal-ħnieżer u tipi oħra ta' laħam. Ir-riżultat hu li t-toqol tal-bhejjem u partikolarment iż-żieda fid-densità tagħhom, hu ta' preġudizzju għal benessri tagħhom. Sabiex jittejjeb il-benessri tagħhom, numru ta' annimali għandhom jitneħħew b'mod immedjat u l-għajnuna għandha tingħata lir-raħħala fl-ambitu tat-telf mid-dħul tagħhom. L-għajnuna għandha tingħata wkoll skond il-Miżura għat-telf mid-dħul li jirriżulta mill-fatt li l-irjus tal-bhejjem, il-fwied u l-isperma mhumiex kummerċjalizzati. Fl-aħħarnett, fil-każ ta' raħħala tan-nagħaġ u mogħoż, il-Miżura tipprovdi għall-kumpens għat-telf mid-dħul minħabba l-ispejjeż addizzjonali ta' l-għalf imġarrba b'riżultat ta' l-obbligu biex ma jitħallux annimali jirgħu waħedhom fi ħdan iż-żona ta' għassa ta' 10 kilometri.

Il-miżura hija bbażata fuq l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1857/2006, li tipprovdi li l-għajnuna ta' 100 % tista' tingħata fir-rigward tat-telf mid-dħul imġarrab b'riżultat ta' l-obbligi ta' kwaratina tal-bhejjem

Settur(i) kkonċernat(i): Produzzjoni tal-bhejjem (ħnieżer, trobbija ta' nagħaġ, mogħoż u baqar)

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Yπουργείο Γεωργίας, Φυσικών Πόρων και Περιβάλλοντος

Λεωφόρος Λουκή Ακρίτα

CY-1412 Λευκωσία

Indirizz ta' l-internet: www.moa.gov.cy/da

Tagħrif ieħor: Panikos POUROS

Γενικός Διευθυντής

Υπουργείου Γεωργίας, Φυσικών Πόρων και Περιβάλλοντος

14 Δεκεμβρίου 2007.

Numru XA: XA 402/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Sv. Jurij v Slov. Goricah, Podravska regija

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Programi razvoja podeželja v občini Sv. Jurij v Slov. Goricah 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči za programe kmetijstva v občini Sv. Jurij v Slov. Goricah (II. Poglavje)

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

2007: EUR 25 000

2008: EUR 25 100

2009: EUR 25 200

2010: EUR 25 300

2011: EUR 25 400

2012: EUR 25 500

2013: EUR 25 600

Intensità massima ta' l-għajnuna::

1.   Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'oqsma oħra.

L-għan ta' l-għajnuna huwa li jsir investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farms u biex jinxtara tagħmir sabiex jintuża għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti u għall-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Għajnuna għall-konservazzjoni tal-bini tradizzjonali:

sa 75 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati jew żoni skond l-Artikolu 36(a)(i), (ii) u (iii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, definit bħala tali mill-Istati Membri skond l-Artikoli 50 u 94 ta' dak ir-Regolament, u sa 60 % f'żoni oħrajn;

sa 100 % ta' l-ispejjeż ta' investiment għall-konservazzjoni ta' karatteristiċi ta' wirt mhux produttiv misjub fil-farms.

3.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-appoġġ muniċipali jieħu l-livell ta' appoġġ sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

4.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali ġuridiċi u amministrattivi mġarrba.

5.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż ta' l-attivitajiet ta' riċerka tas-suq, kunċett u disinn tal-prodott, li jinkludi l-għajnuna mogħtija għall-preparazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi, denominazzjonijiet ta' l-oriġini jew ċertifikati ta' karattru speċjali f'konformità mar-regolamenti Kommunitarji rilevanti. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

6.   Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts u t-tixrid ta' l-għarfien xjentifiku. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna:: Appoġġ lill-SMEs.

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat għall-programmi ta' żvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Sv. Jurij v Slov. Goricah jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali;

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu.

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Sv. Jurij v Slov. Goricah

Jurovski Dol 70/B

SLO-2223 Jurovski Dol

Indirizz ta' l-internet: http://www.izit.si/muv/index.php?action=showObcina&obcinaID=25 (predpisi 2007, št. predpisa 508)

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet ta' maltemp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata fir-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri li jridu jiġu adottati mill-muniċipalità, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

Peter ŠKRLEC

Sindku Il-muniċipalità ta' Sv. Jurij v Slov. goricah

Numru XA: XA 403/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Radenci

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Pospeševanje razvoja kmetijstva in podeželja v občini Radenci za obdobje 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči, pomoči de minimis in izvajanju drugih ukrepov razvoja kmetijstva in podeželja v občini Radenci

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

2007: EUR 24 430

2008: EUR 25 000

2009: EUR 25 750

2010: EUR 26 265

2011: EUR 26 265

2012: EUR 26 265

2013: EUR 26 873

Intensità massima ta' għajnuna:

1.   Investiment f'impriżi agrikoli għal produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati;

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra;

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra, fil-każ ta' investimenti magħmula minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbiliment ta' l-impriża tagħhom.

L-għan ta' l-għajnuna huwa li jsir investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farms u biex jinxtara tagħmir sabiex jintuża għall-produzzjoni agrikola u għall-investiment f'uċuħ permanenti, għat-titjib ta' l-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u tal-bini tradizzjonali:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment għall-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali ta' l-assi produttivi (bini ta' farms), sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità produttiva;

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment għall-għanijiet ta' konservazzjoni ta' wirt mhux produttiv li jinsab fil-farms (siti ta' interess arkeoloġiku u storiku);

sa 50 % ta' għajnuna addizzjonali biex tkopri l-ispejjeż żejda minħabba l-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

appoġġ muniċipali, f'konformità mad-Digriet dwar il-kofinanzjament ta' primjums ta' l-assigurazzjoni għall-produzzjoni agrikola għas-sena attwali, adottat mill-Gvern Sloven, iġib l-ammont ta' għajnuna sa massimu ta' 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u l-frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard.

4.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż ġuridiċi u amministrattivi eliġibbli, bl-inklużjoni ta' l-ispejjeż ta' l-ispezzjonijiet.

5.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

l-għajnuna għandha tingħata biex tkopri sa 100 % ta' l-ispejjeż fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

6.   Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż rigward edukazzjoni u taħriġ, servizzi ta' konsulenza provduti minn partijiet terzi u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet u websajts. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' implimentazzjoni: Ottubru 2007 (l-għajnuna mhix se tingħata qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna:: Appoġġ lill-SMEs.

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli:: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar għoti ta' għajnuna mill-Istat u għajnuna de minimis u l-implimentazzjoni ta' miżuri agrikoli u ta' żvilupp rurali oħrajn fil-muniċipalità ta' Radenci jinkludu miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u tal-bini tradizzjonali;

l-Artikolu 6: Trasferiment ta' stabbilimenti agrikoli fl-interess pubbliku;

l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu.

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

Občina Radenci

Radgonska cesta 9

SLO-9252 Radenci

Indirizz ta' l-internet: http://www.radenci.si/datoteke/za_obcane/minimis_kmetjstvo.pdf

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-appoġġ bil-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex tkopri telf fuq uċuħ u frott ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi avversi tinkludi l-avvenimenti klimatiċi avversi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata, silġ, xita jew nixfa, li jeqirdu aktar minn 30 % tal-medja tal-produzzjoni annwali ta' kull bidwi.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri ta' qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna)

Mihael PETEK

sindku tal-muniċipalità ta' Radenci

Numru XA: XA 404/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Občina Mislinja

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Mislinja za programsko obdobje 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Mislinja za programsko obdobje 2007–2013

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

2007: EUR 27 124

2008: EUR 27 680

2009: EUR 28 247

2010: EUR 28 827

2011: EUR 29 418

2012: EUR 30 021

2013: EUR 30 636

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati;

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra;

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra, fil-każ ta' investimenti magħmula minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbiliment tagħhom.

L-għan ta' l-għajnuna huwa li jsir investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farms u biex jinxtara tagħmir sabiex jintuża għall-produzzjoni agrikola, u għall-investiment f'uċuħ permanenti, għat-titjib ta' l-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:

għal karatteristiċi mhux produttivi, sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali;

għall-assi produttivi tal-farms, sa 75 % ta' l-ispejjeż attwali f'żoni żvantaġġati, jew 60 % f'żoni oħrajn;

għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali fejn it-trasferiment sempliċiment jikkonsisti fiż-żarmar, it-tneħħija u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-bini eżistenti;

meta t-trasferiment iwassal għal faċilitajiet aktar moderni li minnhom igawdi l-bidwi, huwa għandu jikkontribwixxi għallinqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara t-trasferiment. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun ta' mill-inqas 55 % jew 45 % rispettivament;

meta t-trasferiment iwassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-kontribuzzjoni mill-benefiċjarju għandha tkun ta' l-anqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, ta' l-ispejjeż marbuta ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun mill-inqas ta' 55 % jew 45 % rispettivament.

4.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali mġarrba.

6.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali mġarrba; din l-għajnuna għandha tiġi provduta fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

7.   Provvista ta' l-appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż rigward l-edukazzjoni u taħriġ, servizzi ta' konsulenza u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet u websajts. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

Data ta' l-implimentazzjoni:: Ottubru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs.

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

Občina Mislinja

Šolska cesta 34

SLO-2382 Mislinja

Indirizz ta' l-internet:: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200789&dhid=91699

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi negattivi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

Viktor ROBNIK

Sindku Il-muniċipalità ta' Mislinja

(1)  Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrigwarda ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u dwiefer f'Ċipru (ĠU L 289, 7.11.2007, p. 45).

V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Kummissjoni

19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 99/45

Avviż ta' l-iskadenza ta' ċerti miżuri pendenti kontra d-dumping

(2008/C 99/11)

1.

Il-Kummissjoni tinnotifika li, sakemm ma tinbediex reviżjoni skond il-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella msemmija hawn taħt kif provdut fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1205/2007 tal-15 ta' Ottubru 2007 li jimponi dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' lampi florexxenti kompatti elettroniċi u integrati (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta' l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 u li jestendi għall-importazzjonijiet ta' l-istess prodott mibgħuta mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u r-Repubblika tal-Filippini (1).

2.   Il-Proċedura

Produtturi Komunitarji jistgħu jagħmlu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba jrid ikollha biżżejjed evidenza li turi li l-iskadenza tal-miżuri probbabilment tirriżulta f' kontinwazzjoni jew repetizzjoni ta' dumping u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż li jesporta u l-produtturi Komunitarji mbagħad jiġu pprovduti bl-opportunità li jsaħħu, jirribattu jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet li jinsabu fit-talba.

3.   Limitu ta' żmien:

Produtturi Komunitarji jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni fuq il-bażi msemmija hawn fuq, li trid jasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (L-Unità H-1), J-79 4/23, B-1049 Brussel (2)fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta' l-avviż preżenti iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.

Dan l-avviż huwa pubblikat skond l-Artikolu 11(2) tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 (3).

Prodott

Pajjiż(i) ta' l-oriġini jew ta' l-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' l-iskadenza

Lampi elettroniċi fluworexxenti kumpatti integrati (CFL-i)

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Dazju anti-dumping

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1205/2007 (ĠU L 272, 17.10.2007, p. 1) u li jestendi għall-importazzjonijiet ta' l-istess prodott konsenjat mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, mir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u mir-Repubblika tal-Filippini

18.10.2008

(1)  ĠU L 272, 17.10.2007, p. 1

(2)  Telefax: (32-2) 295 65 05.

(3)  ĠU L 56, 6.3.1996, p.1) Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 99/46

Irtirar ta' notifika ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5004 — GALP Energia España/Agip España)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 99/12)

(Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004)

Fit-3 ta' April 2008 il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej irċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta bejn GALP Energia España u Agip España. Fil-11 ta' April 2008, il-partijiet notifikanti infurmaw lill-Kummissjoni li huma kienu qed jirtiraw in-notifika.

19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 99/47

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5108 — Sofinco/Agos)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 99/13)

1.

Fil-11 ta' April 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Sofinco S.A. (“Sofinco”, ta' Franza), sussidjarja ta' Crédit Agricole S.A. (“CASA”, ta' Franza) takkwista, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll sħiħ ta' l-impriża Agos S.p.A. (“Agos”, ta' l-Italja), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Sofinco: impriża speċjalizzata fil-kreditu tal-konsum fi Franza u internazzjonalment,

għal Agos: impriża speċjalizzata fil-kreditu tal-konsum fl-Italja.

3.

Wara eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riservata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (numru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew inkella bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5108 — Sofinco/Agos, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.