ISSN 1725-5015

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 98

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
18 ta' April 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2008/C 098/01

Lista Militari Komuni ta' l-Unjoni Ewropea (adottata mill-Kunsill fl-10 ta' Marzu 2008) (tagħmir kopert mill-Kodiċi ta' Kondotta ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-Esportazzjoni ta' l-Armamenti)

1

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

18.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 98/1


LISTA MILITARI KOMUNI TA' L-UNJONI EWROPEA

(adottata mill-Kunsill fl-10 ta' Marzu 2008)

(tagħmir kopert mill-Kodiċi ta' Kondotta ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-Esportazzjoni ta' l-Armamenti)

(aġġornament u sostituzzjoni tal-Lista Militari Komuni ta' l-Unjoni Ewropea adotta mill-Kunsill fid-19 ta' Marzu 2007) (PESK)

(2008/C 98/01)

Nota

Il-kimiki huma elenkati bl-isem u n-numru CAS. Il-lista tapplika għal kimiki ta' l-istess formula strutturali (inklużi l-idrati) irrispettivament mill-isem jew min-numru CAS. In-numri CAS huma murija sabiex jassistu fl-identifikazzjoni ta' kimika jew taħlita partikolari, irrispettivament min-nomenklatura. In-numri CAS ma jistgħux jintużaw bħala identifikaturi uniċi minħabba li xi forom tal-kimika elenkata għandhom numri CAS differenti, u taħlitiet li jkollhom kimika elenkata jista' jkollhom ukoll numri CAS differenti.

ML1   Armi b'kanna lixxa b'kalibru ta' inqas minn 20 mm, armamenti oħra u armi awtomatiċi b'kalibru ta' 12,7 mm (kalibru 0,50 pulzier) jew inqas u aċċessorji, kif ġej, u komponenti mfassla apposta għalihom:

a.

Rajfils, karabini, rivolvers, pistoli, pistoli li jaħdmu bħal maxin gans u maxin gans;

Nota

ML1.a. ma japplikax għal dan li ġej:

a.

Azzarini, rajfils u karabini manifatturati qabel l-1938;

b.

Riproduzzjonijiet ta' azzarini, rajfils u karabini li l-oriġinali tagħhom kienu manifatturati qabel l-1890;

ċ.

Rivolvers, pistoli u maxin gans manifatturati qabel l-1890, u r-riproduzzjonijiet tagħhom;

b.

Armi b'kanna lixxa, kif ġej:

1.

Armi b'kanna lixxa mfassla apposta għall-użu militari;

2.

Armi b'kanna lixxa oħrajn kif ġej:

a.

Armi tat-tip awtomatiku;

b.

Armi tat-tip semi-awtomatiku jew b'azzjoni-pompa;

ċ.

Armi li jużaw munizzjon bla qoxra (caseless ammunition);

d.

Silenzjaturi, muntaturi speċjali ta' l-ixkubetti, klips, weapons sights u suppressuri tal-flaxx għal armamenti speċifikati minn ML1.a., ML1.b. or ML1.c.

Nota 1

ML1 ma japplikax għal armi b'kanna lixxa użati għal finijiet ta' kaċċa jew sports. Dawn l-armi m'għandhomx ikunu mfassla apposta għall-użu militari jew tat-tip ta' sparar kompletament awtomatiku.

Nota 2

ML1 ma japplikax għal armamenti tan-nar imfassla apposta għal munizzjon inerti ta' istruzzjoni u li mhumiex kapaċi jisparaw kwalunkwe munizzjon speċifikat minn ML3.

Nota 3

ML1 ma japplikax għal armi li jużaw munizzjon tan-nar fil-qoxra mhux taċ-ċentru u li mhumiex tat-tip ta' sparar kompletament awtomatiku.

Nota 4

ML1.d. ma japplikax għal weapon sights ottiċi mingħajr ipproċessar ta' l-immaġni elettroniku, b'manjetizzazzjoni ta' 4 darbiet jew inqas, dment li mhumiex imfassla jew modifikati apposta għall-użu militari.

ML2   Armi b'kanna lixxa b'kalibru ta' inqas minn 20 mm jew aktar, armi jew armament oħra b'kalibru akbar minn 12,7 mm (0,50 pulzier), projetturi u aċċessorji, kif ġej, u komponenti mfassla apposta għalihom:

a.

Xkubetti, ħowitzers, kanuni, murtali, armi anti-tank, lanċaturi projettili, teffieħa militari tal-fjamma, rajfils, rajfils mingħajr recoil, armi b'kanna lixxa u apparati għat-tnaqqis tal-vampa għalihom;

Nota 1

ML2.a. jinkludi injetturi, apparati tal-metering, tankijiet tal-ħażna u komponenti oħra mfassla apposta għall-użu b'ċarġis likwidi ta' l-imbuttar 'il quddiem għal kwalunkwe mit-tagħmir speċifikat minn ML2.a.

Nota 2

ML2.a. ma japplikax għal armi kif ġej:

1.

Azzarini, rajfils u karabini manifatturati qabel l-1938;

2.

Riproduzzjonijiet ta' azzarini, rajfils u karabini li l-oriġinali tagħhom kienu manifatturati qabel l-1890;

b.

Duħħan militari, gass u projetturi jew ġeneraturi pirotekniċi;

Nota

ML2.b. ma japplikax għal pistoli tas-sinjal.

ċ.

Weapons sights.

ML3   Munizzjon u apparati ta' l-issettjar tal-fjus, kif ġej, u komponenti mfassla apposta għalihom:

a.

Munizzjon għall-armi speċifikati minn ML1, ML2 jew ML12;

b.

Apparati ta' l-issettjar tal-fjus imfassla apposta għal munizzjon speċifikati minn ML3.a.

Nota 1

Komponenti mfassla apposta speċifikati minn ML3 jinkludu:

a.

Fabbrikazzjonijiet tal-metall jew tal-plastik bħal inkwini tal-kapsa, cups tal-bullits, links tal-kartriġis, bands li jduru u partijiet tal-metall tal-munizzjon;

b.

Apparati tas-safing u l-armar, fużijiet, sensuri u apparati ta' l-inizjazzjoni; devices;

ċ.

Provvisti ta' l-enerġija b'output operattiv ta' darba waħda għoli;

d.

Każijiet kombustibbli għaċ-ċarġis;

e.

Submunizzjonijiet inklużi bomblets, minelets u projetturi ggwidati terminalment.

Nota 2

ML3.a. ma japplikax għal munizzjon mitnija mingħajr projettur (blankstar) munizzjon inerti ta' istruzzjoni b'pierced powder chamber.

Nota 3

ML3.a. ma japplikax għal kartriġis imfassla apposta għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet li ġejjin:

a.

Sinjalar;

b.

Tbeżżiegħ ta' l-għasafar; jew

ċ.

Mixegħla ta' flares tal-gass fi bjar taż-żejt.

ML4   Bombi, torpidows, rokits, missili, apparati u ċarġis splussivi oħra u tagħmir u aċċessorji relatati, kif ġej, u komponenti mfassla apposta għalihom:

N.B.1

:

Għal tagħmir ta' gwida u ta' nagivazzjoni, ara ML11.

N.B.2

:

Għal Sistemi ta' Protezzjoni tal-Missili ta' l-Ajruplani (AMPS), ara ML4.c.

a.

Bombi, torpidows, granati, kanisters tad-duħħan, rokits, mini, missili, ċarġis tal-fond, ċarġis tad-dimolizzjoni, apparati tad-dimolizzjoni, kits tad-dimolizzjoni, apparati “pirotekniċi”, kartriġis u simulaturi (jiġifieri, tagħmir li jimita l-karatteristiċi ta' kwalunkwe wieħed minn dawn l-oġġetti), imfassal apposta għal użu militari;

Nota

ML4.a. jinkludi:

a.

Grenadi tad-duħħan, bombi tan-nar, bombi inċendjarji u apparati splussivi;

b.

Nozzles tar-rokits tal-missili u nosetips ta' vettura ta' dħul mill-ġdid.

b.

Tagħmir li għandu dan kollu li ġej:

1.

Imfassal apposta għall-użu militari; u

2.

Imfassal apposta għall-ġestjoni, il-kontroll, l-attivazzjoni, il-motorizzazzjoni b'output operattiv ta' darba waħda, it-tnedija, il-pożizzjonament, il-ġbid, id-diżinneskament, l-ingann, l-imblukkar, id-detonazzjoni, it-tfixkil, l-użu jew is-sejbien ta' kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

a.

Oġġetti speċifikati minn ML4.a; jew

b.

Strumenti Splussivi Improvizzati (IEDs).

Nota 1

ML4.b. jinkludi:

a.

Tagħmir ta' likwifikazzjoni tal-gass mobbli li kapaċi jipproduċi 1 000 kg jew aktar ta' gass kuljum f'forma likwida;

b.

Kejbil ta' konduzzjoni elettriku li jżomm fil-wiċċ adatt għall-ġbid ta' mini manjetiċi.

Nota 2

ML4.b. ma japplikax għal apparti li jinżammu fl-idejn, illimitati mid-disinn unikament għad-detezzjoni ta' oġġetti tal-metall u li mhumiex kapaċi jiddisingwu bejn mini u oġġetti tal-metall oħrajn.

ċ.

Sistemi ta' Protezzjoni tal-Missili ta' l-Ajruplani (AMPS).

Nota

ML4.c. ma japplikax għal AMPS li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Kwalunkwe wieħed mis-sensuri ta' l-avviż tal-missili:

1.

Sensuri passivi li jkollhom bl-ogħla rispons bejn 100-400 nm; jew

2.

Sensuri ta' l-avviż tal-missili Doppler bl-impuls attivi;

b.

Sistemi li joħorġu l-kontromiżuri;

ċ.

Flares, li juru kemm firma viżibbli kif ukoll firma infrared, biex jiddisturbaw missili mill-wiċċ għas-sema; u

d.

Installat fuq “ajruplan ċivili” u li għandu dan kollu li ġej:

1.

L-AMPS huma operabbli biss f“ajruplan ċivili” speċifiku li fih ikunu installati l-AMPS speċifiċi u li għalih inħareġ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

a.

Ċertifikat tat-Tip ċivili; jew

b.

Dokument ekwivalenti rikonoxxut mill-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Avjazzjoni Ċivili (ICAO).

2.

L-AMPS jużaw protezzjoni biex jipprevjenu aċċess mhux awtorizzat għal “software”; u

3.

L-AMPS jinkorporaw mekkaniżmu attiv li jġiegħel lis-sistema ma tiffunzjonax meta hu jitneħħa mill-“ajruplan ċivili” li fih ikun ġie installat.

ML5   Il-kontroll tan-nar, u tagħmir ta' allert u avviż relatat, u sistemi relatati, tagħmir ta' ittestjar u allinjament u kontramiżura, kif ġej, imfassal apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji mfassla apposta għalihom:

a.

Weapon sights, kompjuters għall-ibbumbardjar, tagħmir ta' puntament u sistemi għall-kontroll ta' l-armi;

b.

Sistemi ta' akkwist, desinjazzjoni, telemetrija, sorveljanza jew insegwiment tal-bersall; tagħmir ta' kxif, ta' fużjoni tad-data, ta' rikonoxximent jew ta' identifikazzjoni; u tagħmir għall-integrazzjoni tas-sensur;

ċ.

Tagħmir ta' kontramiżura għall-oġġetti speċifikati minn ML5.a. jew ML5.b.;

d.

Tagħmir ta' test fuq il-post jew ta' allinjament, imfassal apposta għall-oġġetti speċifikati minn ML5.a. jew ML5.b.

ML6   Vetturi ta' l-art u komponenti, kif ġej:

N.B.

Għal tagħmir ta' gwida u ta' nagivazzjoni, ara ML11.

a.

Vetturi ta' l-art u l-komponenti tagħhom, imfassla jew modifikati apposta għall-użu militari;

Nota Teknika Għall-finijiet ta' ML6.a. it-terminu vetturi ta' l-art jinkludi t-trejlers.

b.

Il-vetturi kollha bil-wheel-drive li tajbin għal użu off-road li ġew manifatturati jew mgħammra b'materjali sabiex jipprovdu protezzjoni ballistika sal-livell III (NIJ 0108.01, Settembru 1985, jew standard nazzjonali komparabbli) jew aħjar.

N.B.

Ara wkoll ML13.a

Nota 1

ML6.a. jinkludi:

a.

Tankijiet u vetturi armati militari oħra u vetturi militari mgħammra b'muntaturi għall-armamenti jew it-tagħmir għat-tqegħid ta' mini jew it-tnedija ta' munizzjon speċifikati minn ML4;

b.

Vetturi blindati;

ċ.

Vetturi amfibi u vetturi tajbin għal ġo l-ilma;

d.

Vetturi ta' l-irkupru jew vetturi għall-irmunkar jew għat-trasport ta' munizzjon jew sistemi ta' armi u tagħmir assoċjat ta' maniġġar tat-tagħbija.

Nota 2

Modifika ta' vettura ta' l-art għall-użu militari speċifikat minn ML6.a. teħtieġ bidla strutturali, elettrika jew mekkanika li tkun tinvolvi komponent wieħed jew aktar imfassla apposta għal użu militari. Tali komponenti jinkludu:

a.

Koperturi ta' tajers pnewmatiċi ta' għamla mfassla apposta biex ikunu tajbin kontra l-bullits jew biex jimxu meta mniżżla;

b.

Sistemi ta' kontroll tal-pressjoni ta' l-inflazzjoni tat-tajer, operati minn ġewwa ta' vettura miexja;

ċ.

Protezzjoni blindata ta' partijiet vitali, (per eżempju, it- tankijiet tal-karburant jew il-kabini tal-vetturi);

d.

Rinforzi jew muntaturi speċjali għall-armi;

e.

Dawl tal-black-out.

Nota 3

ML6 ma japplikax għal karozzi ċivili, jew trakkijiet imfassla jew modifikati għat-trasporti ta' flus jew affarijiet prezzjużi, bi protezzjoni blindata jew ballistika.

ML7   Aġenti tossiċi kimiċi jew bijoloġiċi, “aġenti ta' kontroll ta' rvellijiet”, materjali radjuattivi, tagħmir, komponenti u materjali relatati, kif ġej:

a.

Aġenti bijoloġiċi jew materjali radjuattivi “adattati għall-użu fil-gwerra” sabiex jipproduċu feriti/mewt fi bnedmin jew annimali, jiddegradaw it-tagħmir jew jagħmlu ħsara lill-uċuh tar-raba' jew l-ambjent;

b.

Aġenti kimiċi tal-gwerra (CW) inklużi:

1.

Aġenti nervini tas-CW:

a.

O-Alkil (daqs jew inqas minn C10, inkluż ċikloalkil) alkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) – fosfonofluworidati, bħal:

Sarin (GB): O-Isopropil metilfosfonofluworidat (CAS 107-44-8); u

Soman (GD): O-Pinasolil metilfosfonofloworidat (CAS 96-64-0);

b.

O-Alkil (daqs jew inqas minn C10, inkluż ċikloalkil) N, N-dijalkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) fosforamidosanidati bħal:

Tabun (GA): O-Etil N, N-dimetilfosforamidosanidat (CAS 77-81-6);

ċ.

O-Alkil (H jew daqs jew inqas minn C10, inkluż ċikloalkil) S-2-dijalkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil)-amminuetil alkil (Metil, Etil, n-Propil or Isopropil) fosfonotiolati u mlieħ alkilati u protonati korrispondenti, bħal:

VX: O-Etil S-2-diisopropilamminuetil metil fosfonotiolat (CAS 50782-69-9);

2.

Aġenti vesikanti tas-CW:

a.

Mustardi tas-sulfat, bħal:

1.

2-Kloroetilklorometilsulfid (CAS 2625-76-5);

2.

Bis(2-kloroetil) sulfid (CAS 505-60-2);

3.

Bis(2-kloroetiltjo) metan (CAS 63869-13-6);

4.

1,2-bis (2-kloroetiltjo) etan (CAS 3563-36-8);

5.

1,3-bis (2-kloroetiltjo) -n-propan (CAS 63905-10-2);

6.

1,4-bis (2-kloroetiltjo) -n-butan (CAS 142868-93-7);

7.

1,5-bis (2-kloroetiltjo) -n-pentan (CAS 142868-94-8);

8.

Bis (2-kloroetiltjometil) eter (CAS 63918-90-1);

9.

Bis (2-kloroetiltjoetil) eter (CAS 63918-89-8);

b.

Lewisiti, bħal:

1.

2-klorovinildikloroarsin (CAS 541-25-3);

2.

Tris (2-klorovinil) arsin (CAS 40334-70-1);

3.

Bis (2-klorovinil) kloroarsin (CAS 40334-69-8);

ċ.

Mustardi tas-sulfat, bħal:

1.

HN1: bis (2-kloroetil) etilammina (CAS 538-07-8);

2.

HN2: bis (2-kloroetil) metilammina (CAS 51-75-2);

3.

HN3: tris (2-kloroetil) ammina (CAS 555-77-1);

3.

Aġenti inkapaċitanti tas-CW, bħal:

a.

3-Quinuclidinyl benzilat (BZ) (CAS 6581-06-2);

4.

Defoljanti tas-CW, bħal:

a.

Butil 2-kloro-4-fluworofenoksijaċetat (LNF);

b.

2,4,5 aċidu triklorofenoksijaċetiku mħallat ma' 2,4 aċidu diklorofenoksijaċetiku (Aġent Oranġjo);

ċ.

Prekursuri binarji u prekursuri prinċipali tas-CW, kif ġej:

1.

Alkil (Difluworidi tal-Fosfonil tal-Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil), bħal:

DF: Fosfonildifluworid tal-Metil (CAS 676-99-3);

2.

O-Alkil (H jew daqs jew inqas minn C10, inkluż ċikloalkil) O-2-dijalkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) amminuetil alkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) fosfoniti u mlieħ alkilati u protonati korrispondenti, bħal:

QL: O-Etil-2-di-isopropilamminuetil metilfosfonit (CAS 57856-11-8);

3.

Klorosarin: O-Isopropil metilfosfonokloridat (CAS 1445-76-7);

4.

Klorosoman: O-Pinasolil metilfosfonokloridat (CAS 7040-57-5);

d.

“Aġenti għall-kontroll ta' l-irvellijiet”, kimiki kostitwenti attivi u taħlitiet tagħhom, inklużi:

1.

α-Bromobenzeneaċetonitril, (Bromobenzil cyanide) (CA) (CAS 5798-79-8);

2.

[(2-klorofenil) methilin] propanedinitril, (o-Klorobenzilidenemalononitril (CS) (CAS 2698-41-1);

3.

2-Kloro-1-feniletanon, Fenilaċil klorid (ω-kloroaċetofenon) (CN) (CAS 532-27-4);

4.

Dibenz-(b, f)-1,4-oxazefin, (CR) (CAS 257-07-8);

5.

10-Kloro-5,10-diħidrofenarsazin, (Fenarsazin klorid), (Adamsit), (DM) (CAS 578-94-9);

6.

N-Nonanoilmorfolin, (MPA) (CAS 5299-64-9);

Nota 1

ML7.d ma japplikax għal “aġenti għall-kontroll ta' l-irvellijiet” ippakkjati b'mod individwali għal finijiet ta' difiża personali.

Nota 2

ML7.d. ma japplikax għal kimiki kostitwenti attivi, u taħlitiet tagħhom, identifikati u ppakkjati għall-produzzjoni ta' l-ikel jew finijiet mediċi.

e.

Tagħmir imfassal jew modifikat apposta għall-użu militari, għad-disseminazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin u komponenti mfassla apposta għalihom:

1.

Materjali jew aġenti speċifikati minn ML7.a., ML7.b. jew ML7d.; jew

2.

aġenti CW magħmula minn prekursuri speċifikati minn ML7.c.

f.

Tagħmir protettiv u ta' dekontaminazzjoni, komponenti mfassla apposta għalih, u taħlitiet ta' kimiki fformulati apposta, kif ġej:

1.

Tagħmir, imfassal jew modifikat apposta għall-użu militari, għad-difiża kontra materjali speċifikati minn ML7.a., ML7.b. jew ML7.d., u komponenti mfassla apposta għalih;

2.

Tagħmir, imfassal jew modifikat apposta jew modifikat għall-użu militari, għad-dekontaminazzjoni ta' oġġetti kkontaminati b'materjali speċifikati minn ML7.a. jew ML7.b. u komponenti mfassla apposta għalih;

3.

Taħlitiet kimiċi żviluppati jew ifformulati apposta għad-dekontaminazzjoni ta' oġġetti kontaminati minn materjali speċifikati minn ML7.a. jew ML7.b.;

Nota

ML7.f.1. jinkludi:

a.

Unitajiet ta' kondizzjonament ta' l-arja mfassla jew modifikati għal filtrazzjoni nukleari, bijoloġika jew kimika;

b.

Ħwejjeġ protettivi.

N.B.

Għal maskli tal-gass ċivili, tagħmir protettiv u ta' dekontaminazzjoni, ara wkoll l-iskrizzjoni 1A004 fuq il-Lista ta' Użu Doppju ta' l-UE.

g.

Tagħmir imfassal jew modifikat apposta għall-użu militari, għall-kxif jew l-identifikazzjoni ta' materjali speċifikati minn ML7.a., ML7.b. jew ML7.d. u komponenti mfassla apposta għalih;

Nota

ML7.g. ma japplikax għal dożimetri personali għall-monitoraġġ ta' radjazzjoni.

N.B.

:

Ara wkoll l-iskrizzjoni 1A004 fuq il-Lista ta' Użu Doppju ta' l-UE.

h.

“Bijopolimers” imfassla jew ipproċessati apposta għall-kxif jew l-identifikazzjoni ta' aġenti tas-CW speċifikati minn ML7.b., u l-kulturi ta' ċelluli speċifiċi użati biex dawn jiġu prodotti;

i.

“Biokatalisti” għad-dekontaminazzjoni jew id-degradazzjoni ta' aġenti tas-CW, u s-sistemi bijoloġiċi tagħhom, kif ġej:

1.

“Bijokatalisti” mfassla apposta għad-dekontaminazzjoni jew id-degradazzjoni ta' aġenti tas-CW speċifikati minn ML7.b. li jirriżultaw mis-selezzjoni laboratorja diretta jew il-manipulazzjoni ġenetika ta' sistemi bijoloġiċi;

2.

Sistemi bijoloġiċi kif ġej: “vektors ta' espressjoni”, vajrusis jew kulturi ta' ċelluli li fihom l-informazzjoni ġenetika speċifika għall-produzzjoni ta' “bijokatalisti” speċifikati minn ML7.i.1.;

Nota 1

ML1.a. u ML7.d. ma japplikawx għal dan li ġej:

a.

Klorur ċjanoġenu (CAS 506-77-4). Ara 1C450.a.5. fuq il-Lista ta' Użu Doppju ta' l-UE.

b.

Aċidu Idroċijaniku (CAS 74-90-8);

ċ.

Klorin (CAS 7782-50-5);

d.

Klorur karbonil(fosġenu) (CAS 75-44-5). Ara 1C450.a.4. fuq il-Lista ta' Użu Doppju ta' l-UE;

e.

Diposġin (triklorometil-kloroformat) (CAS 503-38-8);

f.

Ma jintużax mill-2004;

g.

Bromur xilil, orto: (CAS 89-92-9), meta: (CAS 620-13-3), para: (CAS 104-81-4);

h.

Benżil bromur(CAS 100-39-0);

i.

Benżil jodur (CAS 620-05-3);

j.

Aċetun bromo (CAS 598-31-2);

k.

Bromur ċjanoġenu (CAS 506-68-3);

l.

Metiletilketon bromo(CAS 816-40-0);

m.

Aċetun kloro (CAS 78-95-5);

n.

Jodoaċetat etil (CAS 623-48-3);

o.

Aċetun jodo (CAS 3019-04-3);

p.

Kloropiċrin (CAS 76-06-2). Ara 1C450.a.7. fuq il-Lista ta' Użu Doppju ta' l-UE. Ara 1C450.a.5. fuq il-Lista ta' Użu Doppju ta' l-UE.

Nota 2

Il-kulturi taċ-ċelluli u s-sistemi bijoloġiċi elenkati f'ML7.h. u ML7.i.2. huma esklussivi u dawn is-sub-punti ma japplikawx għal ċelluli jew sistemi bijoloġiċi għal finijiet ċivili, bħal dawk agrikoli, farmaċewtiċi, mediċinali, veterinarji, ambjentali, ġestjoni ta' l-iskart, jew fl-industrija ta' l-ikel.

ML8   “Materjali enerġetiċi”, u sustanzi relatati, kif ġej:

N.B.

Ara wkoll 1C011 fuq il-Lista ta' Użu Doppju ta' l-UE.

Noti Tekniċi

1.

Għall-finijiet ta' ML8, taħlita tirreferi għal kompożizzjoni ta' żewġ sustanzi jew aktar b'minn ta' l-inqas sustanza waħda elenkata fis-sub-punti ML8.

2.

Kwalunkwe sustanza elenkata fis-sub-punti ta' ML8 hija soġġetta għal din il-lista, anki meta użata f'applikazzjoni minbarra dik indikata. (per eżempju, TAGN hija fil-biċċa l-kbira użata bħala splussiv iżda tista' tintuża wkoll bħala karburant jew bħala ossidizzant.)

a.

“Splussivi”, kif ġej, u taħlitiet tagħhom:

1.

ADN.B.F (amminudinitrubenżofuroksan jew 7-amminu-4,6-dinitrubenżofurażan-1-ossidu) (CAS 97096-78-1);

2.

BNCP (ċis-bis (5-nitrutetrażolatu) tetra ammina-kobalt (III) perklorat) (CAS 117412-28-9);

3.

CL-14 (dijamminu dinitrubenżofuroksan jew 5,7-dijamminu-4,6-dinitrubenżofurażan-1-ossidu) (CAS 117907-74-1);

4.

CL-20 (HNIW jew Eżanitrueżaażajsowurtżitan) (CAS 135285-90-4); klatrati ta' CL-20 (ara wkoll ML8.g.3. u g.4. għall-“prekursuri” tiegħu);

5.

CP (2-(5-ċjanotetrażolatu) penta ammina-kobalt (III) perklorat) (CAS 70247-32-4);

6.

DADE (1,1-dijamminu-2,2-dinitruetilin, FOX7);

7.

DATB (dijamminutrinitrubenżin) (CAS 1630-08-6);

8.

DDFP (1,4-dinitrudifurażanopiperażin);

9.

DDPO (2,6-dijamminu-3,5-dinitrupirażin-1-ossidu, PZO) (CAS 194486-77-6);

10.

DIPAM (3,3'-dijamminu-2,2',4,4',6,6'-eżanitrubifenil jew dipikrammida) (CAS 17215-44-0);

11.

DNGU (DINGU jew dinitruglikoluril) (CAS 55510-04-8);

12.

Furażani, kif ġej:

a.

DAAOF (dijamminuażoksifurażan);

b.

DAAzF (dijamminuażofurażan) (CAS 78644-90-3);

13.

HMX u derivativi (ara wkoll ML8.g.5. għall-“prekursuri” tiegħu), kif ġej:

a.

HMX (Ċiklotetrametilintetranitrammina, oktaidru-1,3,5,7-tetranitru-1,3,5,7-tetrazin, 1,3,5,7-tetranitru-1,3,5,7-tetraża-ċiklooktan, oktoġin jew oktoġen) (CAS 2691-41-0);

b.

analoġi difluworoamminati ta' HMX;

ċ.

K-55 (2,4,6,8-tetranitru-2,4,6,8-tetraażabiċiklu [3,3,0]-oktanon-3, tetranitrusemiglikuril jew keto-biċikliku HMX) (CAS 130256-72-3);

14.

HNAD (eżanitruadamantan) (CAS 143850-71-9);

15.

HNS (eżanitrustilbin) (CAS 20062-22-0);

16.

Imidażoli kif ġej:

a.

BNNII (Oktaidru-2,5-bis(nitruimminu)imidażo [4,5-d]imidażol);

b.

DNI (2,4-dinitruimidażol) (CAS 5213-49-0);

ċ.

FDIA (1-fluworo-2,4-dinitruimidażol);

d.

NTDNIA (N-(2-nitrutrijażolu)-2,4-dinitruimidażol);

e.

PTIA (1-pikril-2,4,5-trinitruimidażol);

17.

NTNMH (1-(2-nitrutrijażolu)-2-dinitrumetilin idrażin);

18.

NTO (ONTA jew 3-nitru-1,2,4-trijażol-5-wieħed) (CAS 932-64-9);

19.

Polinitruikubani b'aktar minn erba' gruppi ta' nitru;

20.

PYX (2,6-Bis(pikrilamminu)-3,5-dinitrupiridin) (CAS 38082-89-2);

21.

RDX u derivativi, kif ġej:

a.

RDX (ċiklotrimetilinetrinitrammina, ċiklonit, T4, eżaidru-1,3,5-trinitru-1,3,5-trijazin, 1,3,5-trinitru-1,3,5-trijaża-ċikloeżasan, eżoġenu or eżoġin) (CAS 121-82-4);

b.

Keto-RDX (K-6 jew 2,4,6-trinitru-2,4,6-trijażaċikloeżanon) (CAS 115029-35-1);

22.

TAGN (trijamminugwanidinenitrat) (CAS 4000-16-2);

23.

TATB (trijamminutrinitrubenżin) (CAS 3058-38-6) (ara wkoll ML8.g.7 għall-“prekursuri” tiegħu);

24.

TEDDZ (3,3,7,7-tetrabis(difluworoammina) oktaidru-1,5-dinitru-1,5-dijażoċin);

25.

Tetrażoli, kif ġej:

a.

NTAT (nitrutrijażol amminutetrażol);

b.

NTNT (1-N-(2-nitrutrijażolu)-4-nitrutetrażol);

26.

Tetril (trinitrufenilmetilnitrammina) (CAS 479-45-8);

27.

TNAD (1,4,5,8-tetranitru-1,4,5,8-tetraażadekalin) (CAS 135877-16-6) (ara wkoll ML8.g.6. għall-“prekursuri” tiegħu);

28.

TNAZ (1,3,3-trinitruażetidin) (CAS 97645-24-4) (ara wkoll ML8.g.2. għall-“prekursuri” tiegħu);

29.

TNGU (SORGUYL jew tetranitruglikoluril) (CAS 55510-03-7);

30.

TNP (1,4,5,8-tetranitru-piridazinu[4,5-d]piridażin) (CAS 229176-04-9);

31.

Trijażini, kif ġej:

a.

DNAM (2-oxi-4,6-dinitruamminu-s-trijażin) (CAS 19899-80-0);

b.

NNHT (2-nitruimminu-5-nitru-eżaidru-1,3,5-trijażin) (CAS 130400-13-4);

32.

Trijażoli, kif ġej:

a.

5-ażido-2-nitrutrijażol;

b.

ADHTDN (4-amminu-3,5-diħidrażinu-1,2,4-trijażol dinitrammida) (CAS 1614-08-0);

ċ.

ADNT (1-amminu-3,5-dinitru-1,2,4-trijażol);

d.

BDNTA ([bis-dinitrutrijażol]ammina);

e.

DBT (3,3'-dinitru-5,5-bi-1,2,4-trijażol) (CAS 30003-46-4);

f.

DN.B.T (dinitrubistrijażol) (CAS 70890-46-9);

g.

NTDNA (2-nitrutrijażol 5-dinitrammida) (CAS 75393-84-9);

h.

NTDNT (1-N-(2-nitrutrijażolu) 3,5-dinitrutrijażol);

i.

PDNT (1-pikril-3,5-dinitrutrijażol);

j.

TACOT (tetranitrubenżotrijażolobenżotrijażol) (CAS 25243-36-1);

33.

Splussivi mhux elenkati x'imkien ieħor f'ML8.a. li għandhom veloċità ta' detonazzjoni li taqbeż it-8 700 m/s, b'densità massima, jew bi pressjoni ta' detonazzjoni li taqbeż l-34 GPa (340 kbar);

34.

Splussivi organiċi mhux elenkati x'imkien ieħor f'ML8.a. li jagħtu pressjonijiet ta' detonazzjoni ta' 25 GPa (250 kbar) jew aktar li jibqgħu stabbli f'temperaturi ta' 523K (250C) jew ogħla għal perijodi ta' 5 minuti jew itwal;

b.

“Propellanti” kif ġej:

1.

Kwalunkwe “propellant” solidu tal-Klassi 1.1 tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) b'impuls speċifiku teoretiku (taħt kondizzjonijiet standard) ta' aktar minn 250 sekonda għal kompożizzjonijiet non-metalizzati, jew aktar minn 270 sekonda għal kompożizzjonijiet aluminizzati;

2.

Kwalunkwe “propellant” solidu tal-Klassi 1.3 tan-NU b'impuls speċifiku teoretiku (taħt kondizzjonijiet standard) ta' aktar minn 230 sekonda għal kompożizzjonijiet non-aloġenizzati, 250 sekonda għal kompożizzjonijiet non-metalizzati u 266 sekonda għal kompożizzjonijiet metallizati;

3.

“Propellanti” b'forza kostanti ta' aktar minn 1 200 kJ/kg;

4.

“Propellanti” li kapaċi jżommu rata ta' ħruq lineari bi stat stabbli ta' aktar minn 38 mm/s taħt kondizzjonijiet standard (kif imkejjel fil-forma ta' strand singola inibita) ta' pressjoni ta' 68,9 MPa (68,9 bar) u u 294 K (21 oC);

5.

“Propellanti” bbażati fuq Elastomer Modifikat fuq Fużjoni Doppja (EMCDB) b'estensibbiltà bi stress massimu ta' aktar minn 5 % b'233K (- 40 oC);

6.

Kwalunkwe “propellant” li fih sustanzi elenkati f'ML8.a.

ċ.

“Pirotekniċi”, karburants u sustanzi relatati, kif ġej, u taħlitiet tagħhom:

1.

Karburants ta' l-ajruplani fformulati apposta għal finijiet militari;

2.

Alane (idrur ta' l-aluminju) (CAS 7784-21-6);

3.

Karborani; dekaboran (CAS 17702-41-9); pentaborani (CAS 19624-22-7 u 18433-84-6) u derivativi tagħhom;

4.

Idrażin u derivativi, kif ġej (ara wkoll ML8.d.8. u d.9. għal derivativi ta' l-idrażin ossidizzanti):

a.

Idrażin (CAS 302-01-2) f'konċentrazzjonijiet ta' 70 % jew aktar;

b.

Idrażin monometil (CAS 60-34-4);

ċ.

Idrażin dimetil simmetriku (CAS 540-73-8);

d.

Idrażin dimetil mhux simmetriku (CAS 57-14-7);

5.

Karburants tal-metall b'forma ta' partiċelli kemm jekk sferiċi, atomizzati, sferojdali, ifflejkjati jew mitħuna, immanifatturati minn materjal li jikkonsisti f'99 % jew aktar minn kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Metalli kif ġej u taħlitiet tagħhom:

1.

Berillju (CAS 7440-41-7) f'daqsijiet ta' partiċelli ta' anqas minn 60 μm;

2.

Trab tal-ħadid (CAS 7439-89-6) b'daqs ta' partiċelli ta' 3 μm jew anqas prodott bit-tnaqqis ta' ossidu tal-ħadid ma' l-idroġenu;

b.

Taħlitiet li fihom kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Zirkonjum (CAS 7440-67-7), manjesju (CAS 7439-95-4) jew ligi ta' dawn f'daqsijiet ta' partiċelli ta' anqas minn 60 μm; jew

2.

Karburants boron (CAS 7440-42-8) jew karbur boron (CAS 12069-32-8) ta' purità ta' 85 % jew ogħla u daqsijiet ta' partiċelli ta' anqas minn 60 μm;

6.

Materjali militari, li fihom ħaxxiena għal karburants idrokarbonju fformulati apposta għall-użu f'teffieħa tal-fjamma jew munizzjonijiet inċendjarji, bħal stearates jew palmates tal-metall (per eżempju, oktal (CAS 637-12-7)) u ħaxxiena M1, M2, u M3;

7.

Perklorati, klorati u kromati, kkompositati b'metall fi trabb jew komponenti oħra għolja fil-karburant ta' l-enerġija;

8.

Trab ta' l-aluminju sferiku (CAS 7429-90-5) b'daqs ta' partiċelli ta' 60 μm jew anqas, manifatturat minn materjal b'kontenut ta' aluminju ta' 99 % jew aktar;

9.

Subidridu tat-titanju (TiHn) ta' stojkjometrija ekwivalenti għal n= 0,65 għal 1,68.

Nota 1

Karburants ta' l-ajruplani speċifikati minn ML8.c.1. huma prodotti mitmuma mhux il-kostitwenti tagħhom.

Nota 2

ML8.x.4.a. ma japplikax għal taħlitiet idrażini fformulati apposta għall-kontroll tal-korrużjoni.

Nota 3

ML8.c.5 japplika għal splussivi u karburanti, kemm jekk il-metalli jew il-ligi huma maqbuda f'kapsula ta' l-aluminju, tal-manjesju, taż-żirkonju, jew tal-berillju, kif ukoll jekk le.

Nota 4

ML8.c.5.b.2. ma japplikax għal boron u karbur boron magħmul aktar sinjur b'boron-10 (20 % jew aktar ta' kontenut totali ta' boron-10).

d.

Ossidizzaturi, kif ġej, u taħlitiet tagħhom:

1.

ADN (ammonju dinitrummida jew SR 12) (CAS 140456-78-6);

2.

AP (ammonju perklorat) (CAS 7790-98-9);

3.

Komposti magħmula minn fluworin u kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Aloġeni oħra;

b.

Ossiġnu; jew

ċ.

Nitroġenu;

Nota 1

ML8.d.3 ma japplikax għal klorin trifluworid. Ara 1C238 fuq il-Lista ta' Użu Doppju ta' l-UE.

Nota 2

ML8.d.3 ma japplikax għal nitroġenu trifluworid fl-istat gassuż tiegħu.

4.

DNAD (1,3-dinitru-1,3-dijażetidin) (CAS 78246-06-7);

5.

HAN (idroksilammonju nitrat) (CAS 13465-08-2);

6.

HAP (idroksilammonju perklorat) (CAS 15588-62-2);

7.

HNF (idrażinjum nitruformat) (CAS 20773-28-8);

8.

Idrażin nitrat (CAS 37836-27-4);

9.

Idrażin perklorat (CAS 27978-54-7);

10.

Ossidizzaturi likwidi magħmula minn jew li fihom aċidu nitriku fumanti aħmar inibit (IRFNA) (CAS 8007-58-7);

Nota

:

ML8.d.10 ma japplikax għal aċidu nitriku fumanti mhux inibit.

e.

Bajnders, plastikizzaturi, monomers u polimers, kif ġej:

1.

AMMO (ażidometilmetiloksetan u l-polimers tiegħu) (CAS 90683-29-7) (ara wkoll ML8.g.1. għall-“prekursuri” tiegħu);

2.

BAMO (bisażidometiloksetan u l-polimers tiegħu) (CAS 17607-20-4) (ara wkoll ML8.g.1. għall-“prekursuri” tiegħu);

3.

BDNPA (bis (2,2-dinitrupropil)aċetal) (CAS 5108-69-0);

4.

BDNPF (bis (2,2-dinitrupropil)formali) (CAS 5917-61-3);

5.

BTTN (butanetrjoltrinitrat) (CAS 6659-60-5) (ara wkoll ML8.g.8. għall-“prekursuri” tiegħu);

6.

Monomers enerġetiċi, plastikizzaturi u polimers li fihom gruppi ta' nitru, ażido, nitrat, nitraża jew difluworoamminu u fformulati apposta għall-użu militari;

7.

FAMAO (3-difluworoamminumetil-3-ażidometil oksetan) u l-polimers tiegħu;

8.

FEFO (bis-(2-fluworo-2,2-dinitruetil) formali) (CAS 17003-79-1);

9.

FPF-1 (poli-2,2,3,3,4,4-eżafluworopentan-1,5-dijol formali) (CAS 376-90-9);

10.

FPF-3 (poli-2,4,4,5,5,6,6-heptafluworu-2-tri-fluworometil-3-oksaeptan-1,7-dijol formali);

11.

GAP (gliċidilażid polimer) (CAS 143178-24-9) u d-derivativi tiegħu;

12.

HTPB (ħidroksil polibutadjen terminat) b'funzjonalità idroksila daqs jew akbar minn 2,2 u inqas minn jew daqs 2,4, valur idroksil ta' anqas minn 0,77 meq/g, u viskosità fi 30 oC ta' anqas minn 47 poise (CAS 69102-90-5);

13.

Piż molekulari baxx (anqas minn 10 000), alkoħol funzjonalizzat, poly(epikloroidrin); poli(epikloroidrindjol) u trijol;

14.

NENAs (komposti nitratoetilnitrammina) (CAS 17096-47-8, 85068-73-1, 82486-83-7, 82486-82-6 u 85954-06-9);

15.

PGN (poli-GLYN, poligliċidilnitrat jew poli(nitratometil oksiran) (CAS 27814-48-8);

16.

Poli-NIMMO (poli nitratometilmetiloksetan) jew poli-NMMO (poli[3-Nitratometil-3-metiloksetan) (CAS 84051-81-0);

17.

Polinitruortokarbonati;

18.

TVOPA (1,2,3-tris[1,2-bis(difluworoamminu)etoksi] propan jew tris vinoss propanu addott) (CAS 53159-39-0).

f.

“Addittivi” kif ġej:

1.

Ram saliċilat bażiku (CAS 62320-94-9);

2.

BHEGA (bis-(2-idroksijetil) glikolammida) (CAS 17409-41-5);

3.

BNO (butadjenenitrileoksajd) (CAS 9003-18-3);

4.

Derivativi tal-Ferrosin kif ġej:

a.

Butasin (CAS 125856-62-4);

b.

Katosin (2,2-bis-etilferrosenil propan) (CAS 37206-42-1);

ċ.

Aċidi ferrosin karboksiliċi;

d.

n-butil-ferrosin (CAS 31904-29-7);

e.

Derivativi tal-polimer ferrosin addotti oħra;

5.

Beta-resorsilat taċ-ċomb (CAS 20936-32-7);

6.

Ċitrat taċ-ċomb (CAS 14450-60-3);

7.

Ċelati taċ-ċomb-ram ta' beta-risorċilat jew saliċilati (CAS 68411-07-4);

8.

Maleat taċ-ċomb (CAS 19136-34-6);

9.

Saliċilat taċ-ċomb (CAS 15748-73-9);

10.

Stannat taċ-ċomb (CAS 12036-31-6);

11.

MAPO (tris-1-(2-metil)ażiridinil fosfin ossidu) (CAS 57-39-6); BOBBA 8 (bis(2-metil ażiridinil) 2-(2-idroksipropanksi) propilamminu fosfin ossidu); u derivativi MAPO oħra;

12.

Metil BAPO (bis(2-metil ażiridinil) metilamminu fosfin ossidu) (CAS 85068-72-0);

13.

N-metil-p-nitruanilin (CAS 100-15-2);

14.

3-Nitraża-1,5-pentan diisocyanate (CAS 7406-61-9);

15.

Aġenti ta' igganċjar organo-metalliċi kif ġej:

a.

Neopentil[diallil]oxi, tri[dioctil]fosfat-titanate (CAS 103850-22-2); magħruf ukoll bħala titanju IV, 2,2[bis 2-propenolato-metil, butanolato, tris (dioctil) fosfato] (CAS 110438-25-0); jew LICA 12 (CAS 103850-22-2);

b.

Titanju IV, [(2-propenolato-1) metil, n-propanolatometil] butanolato-1, tris[dijoktil] pirofosfat jew KR3538;

ċ.

Titanju IV, [(2-propenolato-1) metil, n-propanolatometil] butanolato-1, tris(dijoktil) fosfat;

16.

Poliċijanodifluworoamminuetileneossidu;

17.

Ammidi ażirdini polifunzjonali bi strutturi ta' rinforz isoftaliċi, trimesiċi (BITA jew butilin immina trimesammida), isoċjanuriċi jew trimetiladipiċi u sostituzzjonijiet ta' 2-metil jew 2-etil fuq iċ-ċurkett ażiridiniku;

18.

Propilenejmin (2-metilażiridin) (CAS 75-55-8);

19.

Ossidu tal-ħadid fin ħafna ħafna (Fe2O3) b'żona tal-wiċċ speċifika aktar minn 250 m2/g u daqs medju tal-partikula ta' 3,0 nm jew anqas;

20.

TEPAN (tetraetilinpentaamminakrilonitril) (CAS 68412-45-3); poliammini ċianoetilati u l-imlieħ tagħhom;

21.

TEPANOL (tetraetilenepentaamminaakrilonitrilegliċidol) (CAS 68412-46-4); poliammini ċianoetilati addotti bi gliċidol u l-imlieħ tagħhom;

22.

TPB (trifenil bismut) (CAS 603-33-8).

g.

“Prekursuri”, kif ġej:

N.B.

F'ML8.g. ir-referenzi huma għal “Materjali Enerġetiċi” speċifikati manifatturati minn dawn is-sustanzi.

1.

BCMO (bisklorometiloksetan) (CAS 142173-26-0) (ara wkoll ML8.e.1. u e.2.);

2.

Melħ dinitruażetidin-t-butil (CAS 125735-38-8) (ara wkoll ML8.a.28.);

3.

HBIW (eżabenżileżaażajsowurtżitan) (CAS 124782-15-6) (ara wkoll ML8.a.4.);

4.

TAIW (tetraaċetildibenżileżaażajsowurtżitan) (ara wkoll ML8.a.4.);

5.

TAT (1,3,5,7 tetraaċetil-1,3,5,7,-tetraaża ċiklo-oktan) (CAS 41378-98-7) (ara wkoll ML8.a.13.);

6.

1,4,5,8-tetraażadekalin (CAS 5409-42-7) (ara wkoll ML8.a.27.);

7.

1,3,5-triklorobenżin (CAS 108-70-3) (ara wkoll ML8.a.23.);

8.

1,2,4-triħidroksibutan (1,2,4-butanetrijol) (CAS 3068-00-6) (ara wkoll ML8.e.5.).

Nota 5

Għal ċarġis u apparati ara ML4.

Nota 6

ML8 ma japplikax għal sustanzi li ġejjin dment li mhumiex magħquda jew imħallta mal-“materjal enerġetiku” speċifikat f'ML8.a. jew metalli fi trab f'ML8.c.:

a.

Pikrat ta' l-ammonja;

b.

Trab iswed;

ċ.

Eżanitrudifenilammina;

d.

Difluworoammina;

e.

Nitrustarċ;

f.

Nitrat tal-potassju;

g.

Tetranitrunaftalina;

h.

Trinitruaniżol;

i.

Trinitrunaftalina;

j.

Trinitruksilin;

k.

N-pirrolidinon; 1-metil-2-pirrolidinon;

l.

Dioktilmaleat;

m.

Etileżilakrilat;

n.

Trijetilaluminju (TEA), trimetilaluminju (TMA), u alkili tal-metall piroforiċi oħra u arili tal-litju, sodju, manjesju, żink jew boron;

o.

Nitruċelluluż;

p.

Nitrugliċerina (jew gliċeroltrinitrat, trinitrugliċerina) (NG);

q.

2,4,6-trinitrutolwin (TNT);

r.

Etilindijamminadinitrat (EDDN);

s.

Pentaeritritoltetranitrat (PETN);

t.

Ażid taċ-ċomb, stifnat taċ-ċomb normali u bażiku, u splussivi primarji jew kompożizzjonijiet ta' innesk li fihom ażidi jew kumplessi ta' ażid;

u.

Trietilinglikoldinitrat (TEGDN);

v.

2,4,6-trinitruresorċinol (aċidu stifniku);

w.

Dijetildifenil urea; dimetilidifenil urea; metiletildifenil urea [Ċentraliti];

x.

N, N-difenilureja (difenilureja mhux simettrika);

y.

Metil-N, N-difenilureja (metil difenilurea mhux simettrika);

z.

Etil-N, N-difenilureja (etil difenilureja mhux simettrika);

aa.

2-Nitrudifenilammina (2-NDPA);

bb.

4-Nitrudifenilammina (4-NDPA);

ċċ.

2,2-dinitrupropanol;

dd.

Nitrugwanidin (ara 1C011.d. fuq il-lista ta' Użu Doppju ta' l-UE).

ML9   Bastimenti tal-gwerra, tagħmir u aċċessorji navali speċjali, kif ġej, u l-komponenti għalihom, imfassla apposta għall-użu militari:

N.B.

Għal tagħmir ta' gwida u ta' nagivazzjoni, ara ML11.

a.

Bastimenti tal-ġlied u bastimenti (tal-wiċċ u ta' taħt l-ilma) imfassla jew modifikati apposta għal azzjoni offensiva jew ta' difiża, kemm jekk ikkonvertiti għall-użu mhux militari kif ukoll jekk le, irrispettivament mill-istat attwali ta' tiswija jew kondizzjoni ta' ħidma, u kemm jekk fihom sistemi jew armaturi ta' fornitura ta' armi kif ukoll jekk le, u bwieq jew partijiet mill-bwieq għal tali bastimenti;

b.

Magni u sistemi ta' propulsjoni, kif ġej:

1.

Magni jaħdmu bid-diżil mfassla apposta għas-sottomarini li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Output ta' enerġija ta' 1,12 MW (1 500 h.p.) jew aktar; u

b.

Veloċità rotarja ta' 700 rpm jew aktar;

2.

Magni jaħdmu bl-elettriku mfassla apposta għas-sottomarini li għandhom dawn kollha li ġejjin:

a.

Output ta' enerġija ta' aktar minn 0,75 MW (1 000 h.p.);

b.

Irriversjar rapidu;

ċ.

Imkessħa bil-likwidu; u

d.

Kompletament magħluqa;

3.

Magni mhux manjetiċi li jaħdmu bid-diżil imfassla apposta għall-użu militari b'output ta' enerġija ta' 37,3 kW (50 h.p.) jew aktar u b'kontenut mhux manjetiku li jaqbeż b'75 % l-massa totali;

4.

‘Sistemi ta' Propulsjoni Indipendenti mill-Arja’ (AIP) imfassla apposta għas-sottomarini;

Nota Teknika ‘Propulsjoni Indipendenti mill-Arja’(AIP) tippermetti lil sottomarin mgħarraq jopera s-sistema ta' propulsjoni tiegħu mingħajr aċċess għal ossiġenu atmosferiku, għal żmien itwal minn dak li kien ikun permess minn batteriji. Għall-finijiet ta' ML9.b.4, AIP ma jinkludix forza nukleari.

ċ.

Apparat ta' kxif ta' taħt l-ilma, imfassal apposta għall-użu militari, u l-kontrolli tiegħu;

d.

Xbieki tas-sottomarini u xbieki kontra t-torpidows;

e.

Ma jintużax mill-2003;

f.

Penetraturi u konnettjaturi tal-buq, imfassla apposta għall-użu militari, li jippermettu l-interazzjoni ma' tagħmir estern għal bastiment;

Nota

ML9.f. jinkludi konnetturi għal bastimenti li huma tat-tip tal-konduttur uniku, ta' diversi kondutturi, koassjali jew waveguide, u penetraturi tal-buq għall-bastimenti, li t-tnejn li huma kapaċi jibqgħu jirreżistu d-dħul ta' l-ilma minn barra u li jżommu l-karatteristiċi meħtieġa fi profonditajiet marini li jaqbżu l-100 m; u konnetturi tal-fibre-optic u penetraturi ottiċi tal-buq, imfassla apposta għat-trasmissjoni ta' raġġi “laser”, irrispettivament mill-profondità. ML9.f. ma japplikax għal penetraturi tal-buq control-rod bix-xaft propulsiv u idrodinamiċi.

g.

Kuxxinetti (bearings) silenzjużi, b'sospensjoni bil-gass jew manjetika, b'kontrolli għas-soppressjoni tal-vibrazzjonijiet jew tal-firma, u tagħmir li fih dawk il-kuxxinetti, imfassla apposta għall-użu militari.

ML10   “Ajruplan”, “vetturi eħfef mill-arja”, vetturi ta' l-ajru mingħajr ekwipaġġ, aero-magni u tagħmir għall-“ajruplani”, tagħmir u komponenti relatati, imfassla jew modifikati apposta għall-użu militari, kif ġej:

N.B.

Għal tagħmir ta' gwida u ta' nagivazzjoni, ara ML11.

a.

“Ajruplani” tal-ġlied u komponenti mfassla apposta għalihom;

b.

“Ajruplani” u “vetturi eħfef mill-arja” oħra, imfassla jew modifikati apposta għall-użu militari, inklużi r-reconnaissance militari, l-assalt, it-taħriġ militari, it-trasport u t-tfiegħ mill-ajru ta' truppi jew tagħmir militari, appoġġ għal-loġistika, u komponenti mfassla apposta għalihom;

ċ.

Vetturi ta' l-ajru mingħajr ekwipaġġ u tagħmir relatat, imfassla jew modifikati apposta għall-użu militari, kif ġej, u komponenti mfassla apposta għalihom:

1.

Vetturi ta' l-ajru mingħajr ekwipaġġ inklużi vetturi ta' l-ajru ppilotati mill-bogħod (RPVs), vetturi programmabbli awtonomi u “vetturi eħfef mill-arja”;

2.

Teffieħa assoċjati u tagħmir għall-appoġġ ta' l-art;

3.

Tagħmir relatat għall-kmand u l-kontroll;

d.

Aero-magni mfassla jew modifikati apposta għall-użu militari, u komponenti mfassla apposta għalihom;

e.

Tagħmir ta' l-ajru, inkluż tagħmir għall-għoti tal-karburant fl-ajru, imfassal apposta għall-użu ma' l-“ajruplani” speċifikati minn ML10.a. jew ML10.b. jew l-aero-magni speċifikati minn ML10.d., u komponenti mfassla apposta għalihom;

f.

Apparat għall-għoti mill-ġdid tal-karburant bi pressjoni, tagħmir għall-għoti mill-ġdid tal-karburant bi pressjoni, tagħmir imfassal apposta sabiex jiffaċilita operazzjonijiet f'żoni konfinati u tagħmir ta' l-art, żviluppati apposta għall-“ajruplan” speċifikati minn ML10.a. jew ML10.b., jew għal aero-magni speċifikati minn ML10.d.;

g.

Kraxx ħelmits militari u maskli protettivi u komponenti mfassla apposta għalihom, tagħmir biex tieħu n-nifs taħt pressjoni u lbies bi pressjoni parzjali għall-użu f“ajruplani”, lbies anit-g, konvertaturi ta' l-ossiġnu likwidu użat għall-“ajruplani” jew missili, u katapulti u apparati attwati bil-kartriġ għall-ħrib ta' emerġenza ta' persunal mill-“ajruplan”;

h.

Paraxuts u tagħmir relatat, użat għall-persunal tal-ġlied, tfiegħ ta' merkanzija jew deċelarazzjoni ta' l-“ajruplan”, kif ġej, u komponenti mfassla apposta għalihom:

1.

Paraxuts kif ġej:

a.

Għal tfiegħ ta' komandos f'pożizzjoni preċiża;

b.

Għal tfiegħ ta' paratrupers;

2.

Paraxuts tal-merkanzija;

3.

Paragliders, paraxuts ritardanti, paraxuts frenanti għall-kontroll ta' l-istabbilità u l-attitudni ta' iġsma li jkunu neżlin (per eżempju, kapsuli ta' rkupru, sedili ta' tfiegħ 'il barra, bombi);

4.

Paraxuts frenanti għall-użu ma' sistemi ta' sedili ta' tfigħ 'il barra għar-regolamentazzjoni tas-sekwenza ta' tiftiħ u infiħ ta' paraxuts ta' l-emerġenza;

5.

Paraxuts ta' rkupru għal missili ggwidati, vetturi ta' l-ajru mingħajr pilota jew vetturi ta' l-ispazju;

6.

Paraxuts ta' avviċinament u paraxuts għad-deċelerazzjoni ta' l-atterraġġ;

7.

Paraxuts militari oħra;

8.

Tagħmir imfassal apposta għal paraxutisti ta' altitudni għolja (per eżempju, ilbies, elmi speċjali, sistemi għat-teħid tan-nifs, tagħmir tan-navigazzjoni);

i.

Sistemi ta' pilotaġġ awtomatiku għal tagħbijiet mitfugħa bil-paraxut; tagħmir imfassal jew modifikat apposta għall-użu militari għal qbiż bi ftuħ ikkontrollat fi kwalunkwe għoli, inkluż tagħmir ta' l-ossiġnu.

Nota 1

ML10.b. ma japplikax għal “ajruplani” jew varjanti ta' dawk “l-ajruplani” imfassla apposta għall-użu militari li jkollhom dawn li ġejjin kollha:

a.

Ikunu konfigurati għall-użu militari u mhumiex mgħammra b'tagħmir jew aċċessorji mfassla jew modifikati apposta għall-użu militari; u

b.

Ikunu ċċertifikati għall-użu ċivili mill-awtorità ta' l-avjazzjoni ċivili fi Stat Membru jew fi Stat Parteċipanti għall-Arranġament ta' Wassenaar.

Nota 2

ML10.d. ma japplikax għal:

a.

Aero-magni mfassla jew modifikati għall-użu militari li ġew iċċertifikati mill-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni ċivili fi Stat Membru jew fi Stat Parteċipanti għall-Arranġament ta' Wassenaar għall-użu f'“ajruplani ċivili”, jew komponenti mfassla apposta għalihom;

b.

Magni reċiprokanti jew komponenti mfassla apposta għalihom, ħlief dawk imfassla apposta għal vetturi ta' l-ajru mingħajr ekwipaġġ.

Nota 3

ML10.b. u ML10.d. dwar komponenti mfassla apposta u tagħmir relatat għal “ajruplani” mhux militari jew aero-magni mmodifikati għall-użu militari japplikaw biss għal dawk il-komponenti militari u għal tagħmir relatat militari meħtieġ għall-immodifikar għal użu militari.

ML11   Tagħmir elettronikum mhux speċifikat x'imkien ieħor fuq il-Lista Militari Komuni ta' l-UE, kif ġej, u komponenti mfassla apposta għalihom:

a.

Tagħmir elettroniku mfassal apposta għall-użu militari;

Nota

ML11 jinkludi:

a.

Tagħmir ta' kontramiżura elettroniku u tagħmir ta' kontra-kontramiżura elettroniku (jiġifieri, tagħmir maħsub sabiex jintroduċi sinjali estranji jew erronji f'riċevituri tal-komunikazzjoni bir-radar jew bir-radju jew inkella jfixkel ir-riċeviment, l-operat jew l-effettività ta' riċevituri elettroniċi avversarji inkluż it-tagħmir ta' kontramiżura tagħhom), inkluż tagħmir ta' bblukkar jew kontra-ibblukkar;

b.

Tubi b'aġilità ta' frekwenza;

ċ.

Sistemi jew tagħmir elettroniċi, iddisinjati għall-issorveljar jew għall-monitoraġġ ta' l-ispettru elettro-manjetiku għal finijiet ta' tagħrif sigriet militari jew ta' sigurtà jew b'kontra-azzjoni għal tali sorveljanza u monitoraġġ;

d.

Tagħmir ta' kontramiżuri ta' taħt l-ilma, inklużi ingannaturi e disturbaturi akustiċi u manjetiċi, maħsuba biex jintroduċu sinjali estranji jew erronji f'riċevituri sonori;

e.

Tagħmir ta' sigurtà għall-ipproċessar tad-data, tagħmir għas-sigurtà tad-data u tagħmir ta' sigurtà għal linji ta' trasmissjoni u ta' senjalazzjoni, bl-użu ta' proċessi ta' ċifraġġ;

f.

Tagħmir għall-identifikazzjoni, l-awtentikazzjoni u t-tagħbija ta' ċwievet krittografiċi u tagħmir għall-ġestjoni, il-manifatturazzjoni u d-distribuzzjoni ta' ċwievet krittografiċi;

g.

Tagħmir ta' gwida u navigazzjoni;

h.

Tagħmir ta' trasmissjoni ta' komunikazzjonijiet bir-radju troposcatter diġitiali;

i.

Demodulaturi diġitali mfassla apposta għal intelligence ta' sinjali.

b.

Tagħmir għall-ibblukkjar ta' Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS)

ML12   Sistemi ta' armi b'enerġija kinetika b'veloċità għolja u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti mfassla apposta għalihom:

a.

Sistemi ta' armi b'enerġija kinetika mfassla apposta għall-qerda jew l-abbort ta' xi bersall;

b.

Faċilitajiet ta' ttestjar u evalwazzjoni u mudelli ta' ttestjar maħsuba apposta, inklużi strumentazzjoni u miri dijagnostiċi, għall-ittestjar dinamiku ta' projetturi u sistemi ta' l-enerġija kinetika.

N.B.

Għal sistemi ta' l-armi li jużaw munizzjon sub-kalibru jew li jagħmlu użu biss minn propulsjoni kimika u munizzjon għalihom, ara ML1 sa ML4.

Nota 1

ML12 jinkludi li ġej meta mfassla apposta għal sistemi ta' armi b'enerġija kinetika:

a.

Sistemi ta' propulsjoni għat-tnedija kapaċi jaċċeleraw masses akbar minn 0,1 g għal veloċitajiet li jaqbżu l-1,6 km/s, f'modi ta' tluq uniċi jew rapidi;

b.

Tagħmir ta' ġenerazzjoni ta' l-enerġija prima, ta' armatura elettrika, ta' ħażna ta' l-enerġija, ta' amministrazzjoni termali, ta' kondizzjonament, ta' sswiċċjar jew ta' trattament tal-karburant; u interfaces elettriċi bejn il-provvista ta' l-enerġija, il-kanun u l-funzjonijiet l-oħra ta' kmand elettriku tat-turretta;

ċ.

Sistemi ta' akkwist tal-bersall, ittrekkjar, kontroll tan-nar jew valutazzjoni tad-dannu;

d.

Sistemi awtogwidati ta' riċerka, ta' gwida jew ta' propulsjoni devjata (aċċelerazzjoni laterali) għal-projetturi.

Nota 2

ML12 japplika għal sistema ta' armi bl-użu ta' kwalunkwe wieħed mill-metodi li ġejjin ta' propulsjoni:

a.

Elettromanjetika;

b.

Elettrotermali;

ċ.

Plasma;

d.

Gass ħafif; jew

e.

Kimika (meta użata flimkien ma' kwalunkwe wieħed minn dawn ta' hawn fuq).

ML13   Tagħmir blindat jew protettiv, kostruzzjonijiet u komponenti, kif ġej:

a.

Pjanċa blindata, li għandha xi wieħed minn dan li ġej:

1.

Manifatturata sabiex tikkonforma ma' standard jew speċifikazzjoni militari; jew

2.

Adatta għall-użu militari;

b.

Kostruzzjonijiet ta' materjali metalliċi jew non-metalliċi, jew taħlitiet tagħhom, imfassla apposta sabiex jipprovdu protezzjoni ballistika għal sistemi militari, u komponenti mfassla apposta għalihom;

ċ.

Elmi manifatturati skond standards jew speċifikazzjonijiet militari, jew standards nazzjonali komparabbli, u komponenti tagħhom imfassla apposta, (jiġifieri struttura esterna, inforra u kuxxinett għal konfort);

d.

Korazza tal-ġisem u indumenti protettivi, manifatturati f'konformità ma' standards jew speċifikazzjonijiet militari, jew l-ekwivalenti, u komponenti mfassla apposta għalihom.

Nota 1

ML13.b. jinkludi materjali mfassla apposta sabiex jiffurmaw armatura reattiva għall-isplussivi jew sabiex jiġu mibnija xelters militari.

Nota 2

ML13.c. ma japplikax għal elmi ta' l-azzar konvenzjonali, la mmodifikati u lanqas imfassla biex jaċċettaw, u lanqas mgħammra bi kwalunkwe tip ta' apparat aċċessorju.

Nota 3

ML13.c. u d. ma japplikax għal elmi, korazzatura tal-ġisem jew indumenti protettivi meta jkunu qed jakkumpanjaw l-utent tagħhom għall-protezzjoni personali ta' l-utent stess.

Nota 4

L-uniċi elmi mfassla apposta għal persunal responsabbli għar-rimi tal-bombi li huma speċifikati mill-ML13. huma dawk imfassla apposta għall-użu militari.

N.B. 1

Ara wkoll l-iskrizzjoni 1A005 fuq il-Lista ta' Użu Doppju ta' l-UE.

N.B. 2

Għal “materjali fibrużi jew filamentari” użati fil-manifattura ta' korazza tal-ġisem u elmi, ara l-iskrizzjoni 1C010 fil-Lista ta' Użu Doppju ta' l-UE.

ML14   “Tagħmir speċjalizzat għal taħriġ militari”, jew għas-simulazzjoni ta' xenarji militari, simulaturi mfassla apposta għal taħriġ fl-użu ta' kwalunkwe arma tan-nar jew arma kkontrollata minn ML1 jew ML2, u komponenti u aċċessorji mfassla apposta għalihom.

Nota Teknika

It-terminu “tagħmir speċjalizzat għat-taħriġ militari” jinkludi tipi militari ta' trejners ta' attakk, ta' trejners ta' titjir operattiv, ta' trejners għall-bersall radar, ta' ġeneraturi ta' bersall radar, ta' apparati ta' taħriġ fl-isparar, ta' trejners għall-gwerra anti-sottomarini, ta' simulaturi tat-titjir (inklużi ċ-ċentrifuġi previsti għall-bniedem, iddestinati għat-taħriġ ta' piloti/astronawti), ta' trejners radar, ta' simulaturi ta' titjir strumentali, ta' simulaturi ta' navigazzjoni, ta' simulaturi ta' tfiegħ ta' missili, ta' tagħmir għall-bersall, ta' “ajruplani” telegwidati, ta' trejners ta' l-armamenti, ta' trejners għall-gwida ta' “ajruplani” mingħajr pilota, ta' unitajiet ta' taħriġ mobbli u ta' tagħmir tat-taħriġ għal operazzjonijiet militari ta' l-art.

Nota 1

ML14 jinkludi sistemi ta' ġenerazzjoni ta' l-immaġni u ta' ambjent interattiv għal simulaturi, meta mfassla jew modifikati apposta għall-użu militari.

Nota 2

ML14 ma japplikax għal tagħmir imfassal apposta għal taħriġ fl-użu ta' armi tal-kaċċa jew għall-isports.

ML15   Tagħmir ta' immaġni jew kontramiżura, kif ġej, imfassal apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji mfassla apposta għalihom:

a.

Rekorders u tagħmir ta' pproċessar ta' l-immaġni;

b.

Kameras, tagħmir fotografiku u tagħmir għall-ipproċessar tal-films;

ċ.

Tagħmir għall-intensifikazzjoni ta' l-immaġni;

d.

Tagħmir għall-viżjoni bl-infra-aħmar jew termali;

e.

Tagħmir għall-elaborazzjoni ta' l-immaġni radar;

f.

Tagħmir ta' kontramiżura jew ta' kontra-kontramiżura, għat-tagħmir speċifikat minn ML15.a. sa ML15.e.

Nota

ML15.f. jinkludi tagħmir imfassal sabiex jiddegrada l-operat jew l-effettività tas-sistemi militari ta' viżjoni jew sabiex inaqqas l-effetti ta' tali degradazzjoni.

Nota 1

F'ML15, it-terminu komponenti mfassla apposta jinkludi dan li ġej meta mfassla apposta għall-użu militari:

a.

Tubi konvertituri ta' l-immaġni bid-dawl infra-aħmar;

b.

Tubi intensifikaturi ta' l-immaġni (minbarra l-ewwel ġenerazzjoni);

ċ.

Pjanċi mikrokanal;

d.

Tubi ta' kamera tat-televixin b'livell baxx ta' dawl;

e.

Detector arrays (inklużi sistemi ta' interkonnessjoni elettronika jew read out);

f.

Tubi tal-kameras tat-televixin piroelettriċi;

g.

Sistemi tat-tkessiħ għal sistemi ta' viżjoni;

h.

Xatters imħarrka elettrikament tat-tip fotokromiku jew elektro-ottiku b'veloċità tax-xatter ta' anqas minn 100 μs, ħlief fil-każ ta' xatters li huma parti essenzjali ta' kamera b'veloċità għolja;

i.

Invertituri ta' l-immaġni b'fibra ottika;

j.

Fotokatodi b'semikondutturi komposti

Nota 2

ML15 ma japplikax għal “tubi intensifikaturi ta' l-immaġni ta' l-ewwel ġenerazzjoni” jew tagħmir imfassal apposta sabiex jinkorpora “tubu intensifikatur ta' l-immaġni ta' l-ewwel ġenerazzjoni”.

N.B.

:

Għall-klassifikazzjoni ta' weapon sights li jinkorporaw “tubi intensifikaturi ta' l-immaġni ta' l-ewwel ġenerazzjoni” ara ML1., ML2. u ML5.a.

N.B.

Ara wkoll 6A002.a.2. u 6A002.b. fuq il-Lista ta' Użu Doppju ta' l-UE.

ML16   Foroġ, forom u prodotti mhux kompluti oħra li l-użu tagħhom fi prodott speċifikat huwa identifikabbli mill-kompożizzjoni tal-materjal, il-ġeometrija jew il-funzjoni, u li huma mfassla apposta għal kwalunkwe prodott speċifikat minn ML1 sa ML4, ML6, ML9, ML10, ML12 jew ML19.

ML17   Tagħmir, materjali u “libreriji” mixxellanji, kif ġej, u komponenti mfassla apposta għalihom:

a.

Awtorespiraturi għall-għadis u apparat għall-għawm ta' taħt l-ilma, kif ġej:

1.

Apparat b'ċirkwit magħluq jew nofsu magħluq (b'riġenerazjoni ta' l-arja) imfassal apposta għall-użu militari (jiġifieri, imfassal apposta sabiex ma jkun manjetiku);

2.

Komponenti mfassla apposta għall-użu fil-konverżjoni ta' apparat b'ċirkwit miftuħ għall-użu militari;

3.

Artikoli mfassla esklussivament għall-użu militari b'awtorespiraturi għall-għadis u apparat għall-għawm ta' taħt l-ilma;

b.

Tagħmir tal-kostruzzjoni mfassal apposta għall-użu militari;

ċ.

Aċċessorji, passati u trattamenti, għas-soppressjoni tal-senjatura, imfassla apposta għall-użu militari;

d.

Tagħmir għall-assistenza teknika fuq il-post imfassal apposta għall-użu f'żona ta' ġlied;

e.

“Robots”, kontrulluri tar-“robot” u “effetturi tat-tmiem” (“end-effectors”) tar-“robot”, li jkollhom kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Imfassla apposta għall-użu militari;

2.

Jinkorporaw mezzi għall-protezzjoni ta' linji idrawliċi kontra panċers ikkawżati minn frammenti ballistiċi (per eżempju, li jinkorporaw linji li awto-siġillanti) u mfassla sabiex jużaw fluwidi idrawliċi b'punti ta' flaxx ogħla minn 839 K (566 oC); jew

3.

Imfassla jew predisposti apposta biex joperaw f'ambjent sottopost għal impulsi elettromanjetiċi (EMP);

f.

“Libreriji” (databases tekniċi parametriċi) imfassla apposta għall-użu militari ma' tagħmir speċifikat mil-Lista Militari Komuni ta' l-UE;

g.

Enerġija nukleari li tiġġenera tagħmir jew tagħmir ta' propulsjoni, inklużi “reatturi nukleari”, imfassla apposta għall-użu militari u komponenti għalihom imfassla jew “modifikati” apposta għall-użu militari;

h.

Tagħmir jew materjal, mogħti passata jew ittrattat għas-soppressjoni tas-senjatura, imfassal apposta għall-użu militari, minbarra dawk speċifikati x'imkien ieħor fil-Lista Militari Komuni ta' l-UE;

i.

Simulaturi mfassla apposta għal “reatturi nukleari” militari;

j.

Ħwienet tat-tiswija mobbli mfassla jew “modifikati” apposta għall-manutenzjoni ta' tagħmir militari;

k.

Ġeneraturi ta' fuq il-post imfassla jew “modifikati” apposta għall-użu militari;

l.

Containers imfassla jew “modifikati” apposta għall-użu militari;

m.

Laneċ, minbarra dawk speċifikati x'imkien ieħor fil-Lista Militari Komuni ta' l-UE, pontijiet u puntuni, imfassla apposta għall-użu militari;

n.

Mudelli ta' ttestjar imfassla apposta għall-“iżvilupp” ta' oġġetti speċifikati minn ML4, ML6, ML9 jew ML10;

o.

Tagħmir ta' protezzjoni mil-laser (per eżempju, protezzjoni ta' l-għajnejn u protezzjoni sensorjali) imfassal apposta għall-użu militari.

Noti Tekniċi

1.

Għall-fini ta' ML17, it-terminu “librerija” (database teknika parametrika) jfisser kollezzjoni ta' informazzjoni teknika ta' natura militari, li r-referenza għaliha tista' ttejjeb il-prestazzjoni ta' tagħmir jew sistemi militari.

2.

Għall-fini ta' ML17, “modifikat” tfisser kwalunkwe bidla strutturali, elettrika, mekkanika jew ta' tip ieħor li tipprovdi oġġett mhux militari b'kapaċitajiet ekwivalenti għal oġġett li huwa mfassal apposta għall-użu militari.

ML18   Tagħmir u komponenti ta' produzzjoni, kif ġej:

a.

Tagħmir ta' “produzzjoni” mfassal jew modifikat apposta għall-“produzzjoni” ta' prodotti speċifikati mil-Lista Militari Komuni ta' l-UE, u komponenti mfassla apposta għalih;

b.

Faċilitajiet ta' ttestjar ambjentali mfassla apposta jew tagħmir imfassal apposta għalihom, għaċ-ċertifikazzjoni, il-kwalifikazzjoni jew l-ittestjar ta' prodotti speċifikati mil-Lista Militari Komuni ta' l-UE.

Nota Teknika

Għall-finijiet ta' ML18, it-terminu “produzzjoni” jinkludi tfassil, eżaminazzjoni, manifattura, ittestjar u verifika.

Nota

ML18.a. u ML18.b. jinkludu t-tagħmir li ġej:

a.

Nitraturi kontinwi;

b.

Apparat jew tagħmir ta' l-ittestjar ċentrifugali li għandu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

1.

Misjuq b'mutur jew muturi li għandu/hom potenza nominali totali ta' aktar minn 298 kW (400 hp);

2.

Kapaċi jġorr payload ta' 113 kg jew aktar; jew

3.

Kapaċi jeżerċita aċċelerazzjoni ċentrifugali ta' 8 g jew aktar fuq payload ta' 91 kg jew aktar;

ċ.

Pressaturi għad-deidratazzjoni;

d.

Estrużuri tal-viti mfassla jew modifikati apposta għal ekstrusjoni splussiva militari;

e.

Magni li jaqtgħu għad-daqs ta' propellanti estrużi;

f.

Sweetie barrels (tumblers) ta' dijametru ta' 1,85 m jew aktar u li għandhom kapaċità tal-prodott 'il fuq minn 227 kg;

g.

Miksers kontinwi għal propellanti solidi;

h.

Imtieħen idrawliċi għat-tfarrik jew it-tħin ta' l-ingridjenti ta' splussivi militari;

i.

Tagħmir biex jinkisbu kemm l-isferiċità kif ukoll l-uniformità tal-partiċelli tat-trab metalliku elenkat f'ML8.c.8.;

j.

Konvertituri tal-kurrent ta' konvezzjoni għall-konverżjoni tal-materjali elenkati f'ML8.c.3.

ML19   Sistemi ta' armi b'enerġija diretta (DEW), tagħmir relatat jew ta' kontromiżura u mudelli ta' ttestjar, kif ġej, u komponenti mfassla apposta għalihom:

a.

Sistemi “laser” imfasslin apposta għall-qerda jew biex jeffettwaw l-missjoni-abort ta' mira;

b.

Sistemi b'raġġi tal-partiċelli kapaċi li jeqirdu jew li jeffettwaw l-missjoni-abort ta' mira;

ċ.

Sistemi b'qawwa għolja ta' frekwenza-radju (RF) kapaċi li jeqirdu jew li jeffettwaw l-missjoni-abort ta' mira;

d.

Tagħmir imfassal apposta biex isib jew jidentifika lil, jew biex jiddefendi minn, sistemi speċifikati minn ML19.a. sa ML19.c.;

e.

Mudelli għal test fiżiku għas-sistemi, tagħmir u komponenti speċifikati minn dan ML19.

f.

Sistemi ta' mewġa kontinwa jew “laser” ta' pulsazzjonijiet, imfasslin apposta biex jikkawżaw agħma permanenti għal viżjoni mhux megħjuna, jiġifieri lill-għajn mikxufa jew lill-għajn b'tagħmir li jikkoreġi l-viżta.

Nota 1

Sistemi ta' armi b'enerġija diretta speċifikati minn ML19 jinkludu sistemi li l-kapaċità tagħhom hija ġejja mill-applikazzjoni kontrollata ta':

a.

“Laser” ta' mewġa kontinwa suffiċjenti jew qawwa ta' pulsazzjonijiet, biex teffetwa distruzzjoni simili għall-mod ta' munizzjon konvenzjonali;

b.

Aċċelleraturi ta' partiċelli li jipproġettaw raġġ ta' partiċelli iċċarġjati jew newtrali b'qawwa distruttiva;

ċ.

Trasmettituri ta' raġġ ta' frekwenza radju b'qawwa ta' pulsazzjoni għolja jew qawwa ta' medja għolja li jipproduċu għelieqi suffiċjentament intensili jwaqqfu l-ħidma ta' ċirkwiti elettroniċi f'mira distanti.

Nota 2

ML19 jinkludi li ġej meta mfassal apposta għal sistemi ta' armi b'enerġija diretta:

a.

Ġenerazzjoni ta' qawwa primarja, ħażna ta' enerġija, iswiċċjar, kundizzjonar tal-qawwa jew tagħmir għall-maniġġ tal-karburant;

b.

Akwiżizzjoni tal-mira jew sistemi ta' itrekkjar;

ċ.

Sistemi li jakapċi jeżaminaw ħsara, distruzzjoni jew l-missjoni-abort lill-mira;

d.

Tagħmir għal maniġġar tar-raġġi, propogazzjoni jew ippuntar;

e.

Tagħmir b'kapaċità ta' tidwir malajr tar-raġġ għal operazzjonijiet b'miri multipli rapidi;

f.

Ottiċi adattivi u konjugaturi tal-fażi;

g.

Injetturi tal-kurrent għal raggi tal-jioni negattivi ta' l-idroġenu;

h.

Komponenti ta' aċċeleratur ta' “spazju kwalifikat”;

i.

Tagħmir biex jillenbuta raġġ negattiv ta' joni;

j.

Tagħmir biex jikkontrolla u jdawwar malajr raġġ ta' joni ta' enerġija għolja;

k.

“Fuljetti ta' spazju kwalifikat” biex jinnewtralizzaw raġġi ta' isotopi ta' l-idroġenu negattivi.

ML20   Tagħmir krijoġeniku u “superkonduttiv”, kif ġej, u komponenti u aċċessorji mfasslin apposta għalih:

a.

Tagħmir imfassal apposta jew konfigurat biex ikun installat f'vettura għal applikazzjonijiet militari fuq l-art, fuq il-baħar, fl-ajru jew fl-ispazju, kapaċi li joperaw waqt li jkunu f'ċaqliq jew li jipproduċu jew iżommu temperaturi taħt il-103 K (-170 oC);

Nota

ML20.a. jinkludi sistemi mobbli li jinkorporaw jew jużaw aċċessorji jew komponenti manifatturati minn materjali konduttivi non-metalliċi jew non-elettriċi, bħal plastiks jew materjali mimlijin bl-eposside.

b.

Tagħmir elettriku “superkonduttiv” (makkinarju rotanti u trasformaturi) imfassal apposta jew konfigurat biex ikun installat f'vettura għal applikazzjonijiet militari fuq l-art, fuq il-baħar, fl-ajru jew fl-ispazju, u kapaċi li jopera waqt li jkunu f'ċaqliq.

Nota

ML20.b. ma japplikax għal ġeneraturi omopolari ibridi ta' kurrent dirett li għandhom armaturi tal-metall normali b'lasta waħda li jirrotaw f'għalqa manjetika prodotta b'tidwiriet superkonduttivi, jekk dawk it-tidwiriet huma l-uniċi komponenti superkonduttivi fil-ġeneratur.

ML21   “Software”, kif ġej:

a.

“Software” imfassal apposta jew modifikat għall-“iżvilupp”, “produzzjoni” jew “użu” ta' tagħmir, materjali jew “software”, speċifikati mil-Lista Militari Komuni ta' l-UE;

b.

“Software” speċifiku, minbarra dak speċifikat minn ML21.a., kif ġej:

1.

“Software” imfassal apposta għal użu militari u mfassal apposta għall-immudellar, l-istimulazzjoni u l-evalwazzjoni tas-sistemi ta' l-armi militari;

2.

“Software” imfassal apposta għal użu militari u mfassal apposta għall-immudellar jew l-istimulazzjoni tax-xenarji operazzjonali militari;

3.

“Software” għad-determinazzjoni ta' l-effetti ta' armi konvenzjonali, nukleari, kimiċi jew bijoloġiċi.

4.

“Software” imfassal apposta għal Tmexxija, Komunikazzjonijiet, Kontroll u Intelligence (C3I) jew applikazzjonijiet ta' Tmexxija, Komunikazzjonijiet, Kontroll, Kompjuter u Intelligence (C4I);

ċ.

“Software”, mhux speċifikat minn ML21.a., jew b., imfassal apposta jew modifikat biex jippermetti li tagħmir mhux speċifikat mil-Lista Militari Komuni ta' l-UE biex jaqdi l-funzjonijiet militari ta' tagħmir speċifikat mil-Lista Militari Komuni ta' l-UE.

ML22   “Teknoloġija”, kif ġej:

a.

“Teknoloġija” barra minn dik speċifikata f'ML22.b., li hija “meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta' oġġetti speċifikati mil-Lista Militari Komuni ta' l-Unjoni Ewropea.

b.

“Teknoloġija”, kif ġej:

1.

“Teknoloġija”“meħtieġa” għad-disinn ta', l-għaqda ta' komponenti fi, u l-operazzjoni, żamma fl-ordni u tiswija ta' installazzjonijiet ta' produzzjoni kompluti għal oġġetti speċifikati ilitari Komuni ta' l-Unjoni Ewropea, anke jekk il-komponenti ta' dawn l-installazzjonijiet ta' produzzjoni ma jkunux speċifikati

2.

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp” u l-“produzzjoni” ta' armamenti żgħar anke jekk użati biex jipproduċu riproduzzjonijiet ta' armamenti żgħar ta' antikità;

3.

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta' aġenti tossikoloġiċi, tagħmir jew komponenti relatati speċifikati minn ML7.a. sa ML7.g.;

4.

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta' “bijopolimeri” jew kulturi ta' ċelloli speċifiċi speċifikati minn ML7.h.;

5.

“Teknoloġija”“meħtieġa” esklussivament għall-inkorporazzjoni ta' “bijokatalisti”, speċifikata minn ML7.i.1., f'sustanzi ta' ġarr militari jew materjal militari.

Nota 1

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta' oġġetti speċifikati fil-Lista Militari Komuni ta' l-Unjoni Ewropea jibqgħu taħt kontroll anke meta applikabbli għal kwalunkwe oġġett mhux speċifikat.

Nota 2

ML22 ma japplikax għal:

a.

“Teknoloġija” li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, operazzjoni, żamma fl-ordni (iċċekkjar) u tiswija ta' dawk l-oġġetti li ma humiex ikkontrollati jew li l-esportazzjoni tagħhom kienet awtorizzata;

b.

“Teknoloġija” li hija “fl-isfera pubblika”,“riċerka xjentifika bażika” jew l-informazzjoni minima meħtieġa għal applikazzjonijiet ta' brevett;

ċ.

“Teknoloġija” għal induzzjoni manjetika għal propulsjoni kontinwa ta' tagħmir ta' trasport ċivili.

DEFINIZZJONIJIET TA' TERMINI UŻATI F'DIN IL-LISTA

Dawn li ġejjin huma definizzjonijiet ta' termini użati f'din il-Lista, f'ordni alfabetiku.

Nota 1

Id-definizzjonijiet japplikaw matul il-Lista kollha. Ir-referenzi huma biss konsultattivi u ma għandhom l-ebda effett fuq l-applikazzjoni universali ta' termini definiti matul il-Lista kollha.

Nota 2

Il-kliem u t-termini li jinsabu f'din il-Lista ta' Definizzjonijiet jieħdu biss it-tifsira definita fejn din hija indikata billi jkunu “bejn virgoletti doppji”. Definizzjonijiet ta' termini bejn 'virgoletti uniċi' huma mogħtija f'nota Teknika għall-punt rilevanti. F'istanzi oħrajn, il-kliem u t-termini jieħdu t-tifsiriet aċċettati komunement (dizzjunarju).

ML7   “Adattat għal użu fi gwerra”

Kull modifika jew selezzjoni (bħal alterazzjoni fil-purità, ħajja fuq l-ixkaffa, virulenza, karatteristiċi disseminattivi, jew reżistenza għal radjazzjoni UV) disinjati biex iżidu l-effettività fil-produzzjoni ta' bnedmin jew annimali mweġġgħin jew maqtulin, tagħmir degradanti jew li jagħmel ħsara lil għelejjel jew lill-ambjent.

ML8   “Addittivi”

Sustanzi użati f'formulazzjonijiet esplussivi biex itejbu l-proprjetajiet tagħhom.

ML8, ML9 u ML10   “Ajruplan”

Ġewnaħ fiss, ġewnaħ b'ġometrija varjabbli, ġewnaħ rotanti (ħelikopter), rotor li jista' jinklina jew vettura għat-tajran b'ġewnaħ li jista' jinklina.

ML22   “Riċerka xjentifika bażika”

Xogħol sperimentali jew teoriku magħmul prinċipalment biex jintlaħaq tagħrif ġdid tal-prinċipji fundamentali ta' fenomeni jew fatti osservabbli, mhux primarjament dirett lejn skop prattiku jew objettiv speċifiku.

ML7, 22   “Bijokatalisti”

Enzimi għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi jew komposti bijoloġiċi oħrajn li jingħaqdu ma' u jaċċelleraw id-degradazzjoni ta' aġenti CW.

Nota Teknika

“Enzimi” tfisser “bijokatalisti” għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi.

ML7, 22   “Bijopolimeri”

Makromolekuli bijoloġiċi kif ġej:

a.

Enzimi għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi;

b.

Antikorpi, monoklonali, poliklonali jew anti-idjotipiċi;

c.

Riċetturi mfasslin apposta jew speċjalment ipproċessati;

Noti Tekniċi

1.

“Antikorpi anti-idjotipiċi” tfisser antikorpi li jingħaqdu mas-siti ta' għaqda ta' antiġen speċifiku ta' antikorpi oħrajn;

2.

“Antikorpi monoklonali” tfisser proteini li jingħaqdu ma' sit antiġeniku wieħed u huma prodotti minn klonu singolu ta' ċelloli;

3.

“Antikorpi poliklonali” tfisser taħlita ta' proteini li jingħaqdu ma' sit antiġeniku speċifiku u huma prodotti minn aktar minn klonu wieħed ta' ċelloli;

4.

“Riċetturi” tfisser strutturi makromolekulari bijoloġiċi kapaċi li jgħaqqdu l-ligands, u din l-għaqda taffetwa funzjonijiet fiżjoloġiċi.

ML10   “Ajruplani ċivili”

Dawk l-“ajruplani” elenkati skond id-disinjazzjoni f'listi ppubbikati ta' ċertfikazzjoni li turi li huma tajbin għat-titjir mill-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni ċivili biex itiru fuq rotot ċivili kummerċjali interni u esterni jew għal użu leġittimu ċivili, privat jew ta' negozju.

ML21, 22   “Żvilupp”

Huwa relatat ma' l-istadji kollha qabel il-produzzjoni serjali, bħal: disinn, riċerka dwar disinn, analiżi tad-disinn, kunċetti tad-disinn, l-immontar u l-ittestjar ta' prototipi, skemi ta' produzzjoni ta' piloti, data tad-disinn, il-proċess tat-trasformazzjoni ta' data tad-disinn fi prodott, disinn ta' konfigurazzjoni, disinn ta' integrazzjoni, l-arranġamenti skond pjan.

ML17   “Effetturi-tat-tmiem” (“end-effectors”)

Ħattafa, unitajiet attivi ta' għodda u kull għodda oħra li hija magħquda ma' baseplate fit-tarf ta' driegħ manipulatur “robot”.

Nota Teknika

“Unitajiet attivi ta' għodda” huma apparat biex tkun applikata qawwa motiva, enerġija ta' proċess jew issensjar ta' entità li jsir xogħol fuqha.

ML4, 8   “Materjali enerġetiċi”

Sustanzi jew taħlit li jirreaġixxu kimikament biex joħorġu enerġija rikjesta għall-applikazzjoni intenzjonata tagħhom. “Splussivi”, “pirotekniċi” u “propellanti” huma subklassijiet ta' materjali enerġetiċi.

ML8, 18   “Splussivi”

Sustanzi solidi, likwidi jew bħala gass jew taħlit ta' sustanzi li, fl-applikazzjoni tagħhom primarjament bħala booster jew iċċarġjar ewlieni f'applikazzjoni ta' testata, f'applikazzjoni għat-twaqqigħ jew applikazzjonijiet oħrajn, huma rikjesti li jiddetonaw.

ML7   “Vektors ta' espressjoni”

Ġarriera (eż. plasmid jew virus) użati biex ikun introdott materjal ġenetiku f'ċelloli li jilqgħu.

ML13   “Materjali fibrużi jew bil-filamenti”

Jinkludu:

a.

Monofilamenti kontinwi;

b.

Nisġiet u rovings kontinwi;

c.

Tapes, tessuti, tapiti żgħar random u malji tax-xagħar;

d.

Fibri mqattgħin, fibri staple u kutri koerenti tal-fibra;

e.

Whiskers, jew monokristallini jew polikristallini, ta' kwalunkwe tul;

f.

Polpa poliamide aromatika.

ML15   “Tubi intensifikaturi ta' l-immaġni ta' l-ewwel ġenerazzjoni”

Tubi ffokati elettrostatikament, li jużaw plates għad-dħul u l-ħruġ tal-fibre optic jew b'wiċċ tal-ħġieġ, fotokatodi multialkalini (S-20 jew S-25), iżda mhux amplifikaturi ta' plate mikrokanal.

ML22   “Fl-isfera pubblika”

Din tfisser “teknoloġija” jew “software” li huma disponibbli mingħajr restrizzjonijiet għal aktar disseminazzjoni.

Nota

:

Restrizzjonijiet tal-copyright ma jneħħux lit-“teknoloġija” jew “software” milli jibqgħu “fl-isfera pubblika”.

ML5, 19   “Laser”

Għaqda ta' komponenti li jipproduċu kemm spazjalment u temporanjament dawl koerenti li huwa amplifikat b'emissjoni stimolata ta' radjazzjoni.

ML10   “Veikoli-eħfef-mill-arja”

Bżieżaq volanti u ajruplani (“airships”) li jiddependu fuq arja sħuna jew gassijiet eħfef-mill-arja bħal elju jew idroġenu biex jitilgħu.

ML17   “Reattur nukleari”

Jinkludi l-oġġetti fi jew imwaħħlin direttament ma' reċipjent reattur, it-tagħmir li jikkontrolla l-livell ta' qawwa fil-qalba, u l-komponenti li normalment fihom jew jiġu f'kuntatt dirett ma' jew jikkontrollaw il-likwidu għat-tkessiħ primarju tal-qalba tar-reattur.

ML8   “Prekursuri”

Kimiċi ta' speċjalità użati fil-manifattura ta' splussivi.

ML21, 22   “Produzzjoni”

Tfisser l-istadji kollha tal-produzzjoni, bħal: l-inġinerija, il-manifattura, l-integrazzjoni, l-immuntar, l-ispezzjoni, l-ittestjar, l-iżgurar tal-kwalità ta' prodott.

ML8   “Propellanti”

Sustanzi jew taħlit li jirreaġixxu kimikament biex jipproduċu volumi kbar ta' gassijiet jaħarqu f'rati kontrollati biex iwettqu xogħol mekkaniku.

ML4, 8   “Pirotekniku(iċi)”

Taħlit ta' karburants solidi jew likwidi u ossidaturi li, meta jitqabbdu, jgħaddu minn reazzjoni enerġetika qawwija b'rata kontrollata intenzjonati biex jipproduċu dewmien speċifiċi fil-ħin, jew kwantitajiet ta' sħana, storbju, duħħan, dawl viżibbli jew radjazzjoni infra-ħamra. Il-piroforiċi huma subklassi tal-pirotekniċi, li ma jinkludux issidanti iżda jaqbdu spontanjament mal-kuntatt ma' l-arja.

ML22   “Meħtieġ”

Kif applikata għal “teknoloġija”, tirreferi biss għal dak il-porzjon ta' “teknoloġija” li huwa pekuljarment responsabbli biex jilħaq jew jeċċedi l-livelli kontrollati ta' eżekuzzjoni, karatteristiċi jew funzjonijiet. “Teknoloġija”“rikjesta” bħal din tista' tkun kondiviża bejn prodotti differenti.

ML7   “Aġenti għall-kontroll ta' l-irvellijiet”

Sustanzi li, taħt il-kondizzjonijiet mistennijin ta' l-użu għal finijiet ta' kontroll ta' l-irvellijiet, jipproduċu rapidament fil-bnedmin irritazzjoni tas-sensi jew effetti fiżiċi li jiddiżabilitaw li jitilqu fi żmien qasir wara t-terminazzzjoni ta' l-espożizzjoni. Il-gassijiet tad-dmugħ huma subsett ta' “aġenti għall-kontroll ta' l-irvellijiet”.)

ML17   “Robot”

Mekkaniżmu għal manipulazzjoni, li jista' jkun tal-varjetà mogħdija kontinwa (“continuous path”) jew punt-għal-punt, jista' juża sensorijiet, u għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Huwa multifunzjonali;

b.

Huwa kapaċi li jippożizzjona jew jorjenta materjal, partijiet, għodod jew tagħmir speċjali permezz ta' movimenti varjabbli fi spazju tridimensjonali;

c.

Jinkorpora tliet jew aktar servo-tagħmir b'loop magħluqa jew miftuħa li jistgħu jinkludu muturi stepping; u

d.

Għandu “programmabbiltà aċċessibbli għall-utent” permezz tal-metodu għallem/irrepeti jew permezz ta' kompjuter elettroniku li jista' jkun kontrollur tal-loġika programmabbli, jiġifieri mingħajr intervent mekkaniku.

Nota

:

Id-definizzjoni ta' hawn fuq ma tinkludix it-tagħmir li ġej:

1.

Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni li huma kontrollabbli biss manwalment/b'teleoperatur;

2.

Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni ta' sekwenza fissa li huma tagħmir awtomat li jiċċaqlaq, li jopera skond movimenti programmati mekkanikament delimitati. Il-programm huwa limitat mekkanikament b'waqfiet delimitati, bħal pinnijiet jew kammijiet. Is-sekwenza ta' ċaqliq u s-selezzjoni tal-mogħdijiet jew angoli ma humiex varjabbli jew li jistgħu jinbidlu b'mezzi mekkaniċi, elettroniċi jew elettriċi;

3.

Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni ta' sekwenza varjabbli mekkanikament ikkontrollati li huma tagħmir awtomat li jiċċaqlaq, li joperaw skond movimenti programmati mekkanikament delimitati. Il-programm huwa mekkanikament limitat b'waqfiet fissi, iżda aġġustabbli, bħal pinnijiet jew kammijiet. Is-sekwenza ta' ċaqliq u s-selezzjoni tal-mogħdijiet jew angoli huma varjabbli fi ħdan id-disinn ta' programm delimitat. Il-varjazzjonijiet u l-modifikazzjonijiet tad-disinn tal-programm (eż. bidliet fil-pinnijiet jew bdil ta' kammijiet) f'waħda jew aktar mill-assi taċ-ċaqliq jistgħu jsiru biss permezz ta' operazzjonijiet mekkaniċi;

4.

Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni ta' sekwenza varjabbli ikkontrollati-non-servo li huma tagħmir awtomat li jiċċaqlaq, li joperaw skond movimenti programmati mekkanikament delimitati. Il-programm huwa varjabbli iżda s-sekwenza tipproċedi biss b'sinjal binarju minn tagħmir binarju elettroniku mekkanikament delimitat jew waqfiet aġġustabbli;

5.

Krejnijiet stacker definiti bħala sistemi għall-manipulazzjoni tal-koordinati Kartesjani manifatturati bħala parti integrali ta' firxa vertikali ta' tankijiet għall-ħażna u ddisinjati biex jaċċessaw il-kontenuti ta' dawn it-tankijiet għal ħażna jew ġbir.

ML21   “Software”

Ġabra ta' “programm” jew “mikroprogramm” wieħed jew aktar delimitati fi kwalunkwe medju tanġibbli ta' espressjoni.

ML19   “Spazju kwalifikat”

Prodotti disinjati, immanifatturati u ttestjati biex jilħqu ħtiġiet elettriċi, mekkaniċi jew ambjentali speċjali għal użu fit-tlugħ u għar-regolamentazzjoni ta' satelliti jew sistemi tat-tajran ta' altitudni għolja li joperaw f'altitudnijiet ta' 100 km jew aktar.

ML18, 20   “Superkonduttiv”

Jirreferi għal materjali (jiġifieri metalli, ligi jew komposti) li jistgħu jitilfu r-reżistenza elettrika kollha (jiġifieri li jistgħu jilħqu konduttività elettrika infinita u jġorru kurrenti elettriċi kbar ħafna mingħajr sħana Joule).

Nota Teknika

L-istat “superkonduttiv” ta' materjal huwa karatterizzat individwalment b'“temperatura kritika”, għalqa manjetika kritika, li hija funzjoni ta' temperatura, u densità ta' kurrent kritika li hija, madankollu, funzjoni kemm ta' għalqa manjetika kif ukoll ta' temperatura.

ML22   “Teknoloġija”

Informazzjoni speċifika meħtieġa għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta' prodott. L-informazzjoni tieħu l-forma ta' data teknika jew assistenza teknika.

Noti Tekniċi

1.

“Data teknika” tista' tieħu forom bħal blueprints, pjanijiet, dijagrammi, mudelli, formoli, tabelli, disinni u speċifikazzjonijiet ta' l-inġinerija, manwali u struzzjonijiet bil-miktub jew irrekordjati fuq midja oħrajn jew tagħmir bħal diska, tejp, u memorji li jinqraw-biss.

2.

“Assistenza teknika” tista' tieħu l-forom bħal istruzzjoni, ħiliet, taħriġ, tagħrif tax-xogħol, servizzi ta' konsulenza. “Assistenza teknika” tista' tinvolvi t-trasferiment ta' “data teknika”.

ML21, 22   “Użu”

Operazzjoni, installazzjoni (inkluża installazzjoni fuq is-sit), manutenzjoni (iċċekkjar), tiswija, eżami bir-reqqa qabel tiswija u arranġament mill-ġdid.