ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 89

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
10 ta' April 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2008/C 089/01

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/…/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfini, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfini

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 089/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5024 — Tui/Royal Caribbean Cruises/JV) ( 1 )

8

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 089/03

Rata tal-kambju ta' l-euro

9

2008/C 089/04

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti ta' l-ewro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

10

2008/C 089/05

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti ta' l-ewro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

11

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 089/06

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006, dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali ( 1 )

12

2008/C 089/07

Tneħħija minn Franza ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi ta' l-ajru skedati bejn Clermont-Ferrand u Lyon, Clermont-Ferrand u Marseille, Clermont-Ferrand u Nice

14

2008/C 089/08

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92

15

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2008/C 089/09

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Kaz COMP/M.5101 — OJSC Novolipetsk Steel/Novexco/Novex Trading) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

16

2008/C 089/10

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5004 — Galp Energia España/Agip España) ( 1 )

17

 

Rettifikazzjonijiet

2008/C 089/11

Rettifika għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Marzu 2008 dwar kooperazzjoni amministrattiva msaħħa fil-kuntest ta' l-istazzjonar tal-ħaddiema fil-qafas tal-forniment tas-servizzi (ĠU C 85, 4.4.2008)

18

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

OPINJONIJIET

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 89/1


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/…/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfini, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfini

(2008/C 89/01)

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data, u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA

I.   INTRODUZZJONI

1.

Fid-9 ta' Novembru 2007, il-Ġurnal Uffiċjali ppubblika l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/…/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfini, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfini (1) (“l-inizjattiva”). Din l-inizjattiva hija supplimentata b'Anness tat-18 ta' Ottubru 2007 li fih aktar dettalji dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/…/ĠAI (“l-anness”) (2).

2.

Il-KEPD ma ntalabx jagħti parir dwar din l-inizjattiva għal deċiżjoni implimentattiva. Għalhekk huwa qed joħroġ din l-opinjoni fuq inizjattiva tiegħu, bl-istess mod kif inħarġet l-opinjoni tiegħu dwar l-inizjattiva għal Deċiżjoni tal-Kunsill, fl-4 ta' April 2007 (3).

3.

Għalkemm ma hemmx obbligu legali għal Stat Membru li jieħu l-inizjattiva għal miżura leġislattiva taħt it-Titolu VI tat-Trattat UE li jitlob lill-KEPD għal parir, il-proċedura lanqas ma timpedixxi t-talba għal tali parir. Barra minn hekk, fl-Opinjoni tiegħu ta' l-4 ta' April 2007, il-KEPD irrakkomanda li tiżdied is-sentenza li ġejja ma' l-Artikolu 34 ta' dik id-Deċiżjoni tal-Kunsill:“Il-Kunsill għandu jikkonsulta lill-KEPD dwar tali miżura implimentattiva”. Sfortunatament, din ir-rakkomandazzjoni ma ġietx segwita, minkejja l-loġika warajha: f'dan il-każ, il-miżuri implimentattivi ħafna drabi ser jaffettwaw l-ipproċessar tad-data personali. L-inizjattiva attwali mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija turija ċara ta' din il-loġika.

4.

Il-KEPD ma jinferixxi l-ebda konklużjoni sostantiva minn dan ir-riżultat. Huwa skond l-approċċ magħżul mill-Kunsill li l-inizjattiva tiġi modifikata ftit kemm jista' jkun, sabiex tiġi żgurata kompatibbiltà sħiħa mat-test tat-Trattat ta' Prüm li kien ġie ffirmat preċedentement minn għadd ta' Stati Membri. Il-KEPD ser jiddiskuti l-impatt demokratiku ta' dan l-approċċ aktar 'il quddiem f'din l-opinjoni.

II.   KUNTEST U QAFAS LEGALI

5.

It-Trattat ta' Prüm ġie ffirmat f'Mejju 2005 minn seba' Stati Membri, barra mill-qafas tat-Trattat UE. Sussegwentement, Stati Membri oħrajn aċċedew għat-Trattat.

6.

It-Trattat ta' Prüm huwa kkumplimentat bi ftehim implimentattiv, ibbażat fuq l-Artikolu 44 ta' dak it-Trattat u konkluż fil-5 ta' Diċembru 2006. Dan il-ftehim implimentattiv huwa neċessarju għall-funzjonament tat-Trattat ta' Prüm.

7.

L-elementi prinċipali tat-Trattat ta' Prüm ser ikunu inklużi fil-qafas legali ta' l-Unjoni Ewropea, wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/…/ĠAI fuq l-inizjattiva ta' 15-il Stat Membru (“l-inizjattiva ta' Prüm”), li dwarhom diġà ntlaħaq qbil politiku fil-Kunsill. Din l-inklużjoni kienet sa mill-bidu l-intenzjoni tal-Partijiet Kontraenti għat-Trattat UE, kif ikkonfermat mill-preambolu fit-Trattat ta' Prüm.

8.

L-intenzjoni waqt il-proċedura leġislattiva li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill ma kinitix li jiġu diskussi aktar il-kwistjonijiet maġġuri, iżda li jintlaħaq ftehim dwar l-acquis tat-Trattat ta' Prüm. Din l-intenzjoni kienet mill-aktar importanti minħabba li — fl-istennija tal-proċedura leġislattiva — il-proċess ta' ratifika tat-Trattat kompla f'għadd ta' Stati Membri u t-Trattat daħal fis-seħħ.

III.   OĠĠETT U FOKUS TA' DIN L-OPINJONI

9.

Din l-opinjoni ser tiffoka fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-regoli implimentattivi. Il-punti magħmulin fl-opinjoni preċedenti tal-KEPD dwar id-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-inizjattiva ta' Prüm għadhom validi u mhux ser jiġu ripetuti, sakemm dan ma jkunx neċessarju biex jiġu enfasizzati dawk il-kwistjonijiet li l-leġislatur għadu jista' jindirizza permezz tar-regoli implimentattivi.

10.

F'dan il-kuntest, huwa importanti li wieħed jisħaq li r-regoli implimentattivi għandhom importanza speċifika, minħabba li, apparti minn xi dispożizzjonijiet amministrattivi u tekniċi, huma jiddefinixxu aspetti u għodda kruċjali tas-sistema u l-funzjonament tagħha. Per eżempju, Kapitolu 1 tar-regoli implimentattivi jistabbilixxi d-definizzjonijiet tat-termini użati fid-deċiżjoni tal-Kunsill dwar Prüm. Barra minn hekk, ir-regoli implimentattivi jistabbilixxu dispożizzjonijiet komuni għall-iskambju ta' data (kapitolu 2), u mbagħad jiddefinixxu l-karatteristiċi speċifiċi ta' l-iskambju ta' DNA (kapitolu 3), data dattiloskopika (kapitolu 4) u data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi (kapitolu 5). Id-dispożizzjonijiet finali tal-kapitolu 6 fihom dispożizzjonijiet importanti dwar l-adozzjoni ta' aktar regoli implimentattivi f'manwali kif ukoll dwar l-evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni tad-deċiżjoni.

11.

Barra minn hekk, l-anness ser ikun ikkunsidrat biss safejn jikkontribwixxi, jew għandu jikkontribwixxi, għad-definizzjoni tal-karatteristiċi tas-sistema proposta u l-garanziji għas-suġġetti tad-data.

IV.   PUNTI ĠENERALI

Marġni limitat ta' manuvrar

12.

Il-KEPD jinnota li anki f'dan il-każ l-eżistenza minn qabel ta' regoli implimentattivi li diġà huma fis-seħħ għall-Konvenzjoni ta' Prüm tidher li qed tnaqqas bil-qawwa l-marġni reali ta' manuvrar imħolli lill-Kunsill. Fil-fatt, il-Premessa 3 u l-Artikolu 18 ta' l-inizjattiva jiddikjaraw li kemm id-deċiżjoni implimentattiva kif ukoll il-manwali għandhom ikunu ibbażati fuq id-dispożizzjonijiet implimentattivi miftiehma fil-5 ta' Diċembru 2006 dwar l-implimentazzjoni amministrattiva u teknika tat-Trattat ta' Prüm. Għalhekk, skond l-inizjattiva preżenti, is-27 Stat Membru għandhom isegwu t-triq diġà definita mis-7 Stati Membri li ffirmaw it-Trattat ta' Prüm.

13.

Dan l-approċċ jostakola l-iżvilupp ta' proċess leġislattiv tassew trasparenti u demokratiku, minħabba li jnaqqas konsiderevolment il-possibbiltà li jsir dibattitu wiesgħa u li jittieħed effettivament kont tar-rwol leġislattiv tal-Parlament Ewropew u r-rwol konsultattiv ta' l-istituzzjonijiet l-oħrajn, bħall-KEPD. Il-KEPD jirrakkomanda li l-inizjattiva u l-anness tagħha jkunu diskussi bil-miftuħ billi jittieħed profitt effettiv mill-kontributi ta' l-atturi istituzzjonali kollha, ukoll b'konsiderazzjoni tar-rwol ta' ko-leġislatur sħiħ li l-Parlament Ewropew ser igawdi f'dan il-qasam ladarba t-Trattat ta' Riforma — iffirmat f'Lisbona fit-13 ta' Diċembru — jidħol fis-seħħ.

Il-qafas legali dwar il-protezzjoni tad-data u r-relazzjoni ma' l-abbozz ta' deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data fit-tielet pilastru

14.

Il-qafas legali applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data huwa kumpless u jinbidel. Fil-fatt, il-Kapitolu 6 ta' l-inizjattiva tal-Kunsill ta' Prüm jistipula xi garanziji u regoli speċifiċi fir-rigward tal-protezzjoni tad-data. Madankollu, dawn ir-regoli speċifiċi ma joqogħdux waħedhom u jeħtieġ li għall-funzjonament tajjeb tagħhom ikunu bbażati fuq qafas sħiħ u ġenerali għall-protezzjoni tad-data personali pproċessata mill-awtoritajiet tal-pulizija u dawk ġudizzjarji. Attwalment, l-Artikolu 25 ta' l-inizjattiva tal-Kunsill ta' Prüm jirreferi għall-Konvenzjoni 108 tal-Kunsill ta' l-Ewropa. Madankollu, il-KEPD saħaq kemm-il darba dwar il-ħtieġa li l-prinċipji li hemm fil-Konvenzjoni 108 jiġu speċifikati aktar, biex jiġi żgurat livell ta' protezzjoni tad-data li huwa għoli, armonizzat, u għalhekk adatt biex jiggarantixxi kemm id-drittijiet taċ-ċittadini kif ukoll l-effettività ta' l-infurzar tal-liġi f'żona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (4).

15.

F'din il-perspettiva, il-Kummissjoni diġà pproponiet f'Ottubru 2005 strument ġenerali, l-abbozz ta' Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tad-data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminal (“l-abbozz ta' deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data fit-tielet pilastru”). Din il-proposta għadha ma ġietx adottata mill-Kunsill u għalhekk għadha soġġetta għal diskussjoni u emendi possibbli, aħseb u ara aktar dewmien fl-adozzjoni u l-implimentazzjoni. Madankollu, s'issa jidher ċar li din id-Deċiżjoni Qafas, kif inhi bħalissa, ser tkun applikabbli biss għal data personali skambjata ma' Stati Membri oħrajn u mhux għall-ipproċessar intern tad-data (5).

16.

Barra minn hekk, it-test attwali ta' l-abbozz ta' deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data fit-tielet pilastu, minkejja l-objettiv tiegħu li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tad-data, jipprovdi biss armonizzazzjoni u garanziji minimi. Dan ifisser li xi strumenti, bħall-inizjattiva attwali, li setgħu jibbenefikaw minn qafas ġenerali komprensiv dwar il-protezzjoni tad-data, issa qed jintalbu jittrattaw il-lakuni mħollija mill-abbozz ta' deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data fit-tielet pilastru.

17.

Għalhekk, il-KEPD min-naħa l-waħda jtenni li d-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar Prüm m'għandhomx jidħlu fis-seħħ qabel ma' l-Istati Membri jkunu implimentaw deċiżjoni qafas ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data fit-tielet pilastru. Din il-kondizzjoni għandha tkun imniżżla speċifikament fl-inizjattiva u soġġetta għal verifika adatta minn qabel dwar il-funzjonament proprju tal-garanziji għall-protezzjoni tad-data fis-sistema ta' skambju ta' data. F'dan il-kuntest, huwa essenzjali wkoll li jiġi ggarantit li r-relazzjonijiet bejn l-istrumenti legali jkunu ċċarati bil-ħsieb li jiġi żgurat li d-deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data fit-tielet pilastru taġixxi bħala “lex generalis” filwaqt li tippermetti l-applikabbiltà ta' aktar garanziji speċifiċi u ta' standards imfasslin apposta u aktar stretti stipulati mill-inizjattiva tal-Kunsill ta' Prüm (6).

18.

Min-naħa l-oħra, il-leġislatur għandu jiċċara li r-regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-data relatati mad-DNA, il-marki tas-swaba' u d-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fil-Kapitolu 6 ta' l-inizjattiva tal-Kunsill ta' Prüm, mhux biss huma applikabbli għall-iskambju ta' din id-data, iżda wkoll għall-ġbir, il-ħażna u l-ipproċessar intern tagħhom, kif ukoll għall-forniment ta' aktar data personali fl-ambitu tad-deċiżjoni tal-Kunsill. Din il-kjarifika tkun f'konformità ma' l-Artikolu 24(2) ta' l-inizjattiva tal-Kunsill ta' Prüm, kif ukoll konsegwenza loġika ta' l-obbligu ta' l-Istati Membri li jiġbru, jaħżnu u jikkondividu t-tipi ta' data msemmijin hawn fuq.

19.

Dan huwa aktar importanti meta wieħed iqis li l-ambitu ta' l-abbozz ta' deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data fit-tielet pilastru probabbilment ma jkunx japplika għall-ipproċessar intern tad-data personali. Il-Kunsill ħa din id-deċiżjoni iżda fl-istess ħin speċifika li din l-għażla ma tillimitax l-abbiltà tal-bażi legali li tkopri dan it-tip ta' operazzjonijiet ta' ipproċessar. F'dan l-isfond u peress li l-pakkett attwali ta' l-inizjattivi — li fih l-inizjattiva tal-Kunsill ta' Prüm u r-regoli implimentattivi — jimponi l-obbligu li jinħolqu u jinżammu ċerti databases, bħad-database tad-DNA, huwa għandu jkun fih ukoll garanziji li jikkonċernaw l-operazzjonijiet ta' ipproċessar — speċjalment, il-ġbir u l-ħażna ta' profili ta' DNA — li jirriżultaw mill-ġbir u l-ħażna. Inkella, jekk l-applikazzjoni tagħhom tkun limitata għall-iskambju ta' data, dawn l-istrumenti legali ma jkunx fihom id-dispożizzjonijiet adatti dwar il-protezzjoni tad-data personali li għandha tkun soġġetta għalihom kwalunkwe azzjoni bbażata fuq l-Artikolu 30 (1)(b) TUE.

20.

Il-KEPD jappella lil-leġislatur biex jiżgura, skond l-Artikolu 30(1)(b) TUE, li qafas legali ċar, effettiv u komprensiv fir-rigward tal-protezzjoni tad-data — li jikkombina l-istrumenti legali differenti mad-dispożizzjonijiet ġenerali u l-garanziji speċifiċi — jkun jeżisti qabel ma tidħol fis-seħħ l-inizjattiva attwali.

21.

Għalhekk, f'din l-opinjoni l-KEPD ser jagħmel referenza, fejn rilevanti, għal dawk il-kwistjonijiet li ma ġewx (kompletament) indirizzati mill-abbozz ta' deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data fit-tielet pilastu u għalhekk għandhom ikunu kkunsidrati fl-implimentazzjoni tas-sistema stipulata mill-inizjattiva attwali.

Trasparenza tal-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet u tar-regoli implimentattivi

22.

Il-KEPD jisħaq li t-trasparenza hija element essenzjali kemm fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet kif ukoll fl-implimentazzjoni tar-regoli. Għalhekk it-trasparenza għandha tippermetti minn naħa waħda, parteċipazzjoni sħiħa u effettiva ta' l-atturi istituzzjonali rilevanti involuti kollha u min-naħa l-oħra għandha tiffavorixxi d-dibattitu pubbliku u l-informazzjoni adegwata taċ-ċittadini.

23.

Sfortunatament, f'dan il-każ serje ta' ċirkostanzi jaffettwaw it-trasparenza: ma hemmx memorandum ta' spjega li jispjega r-raġunijiet wara l-miżuri proposti, l-effettività tagħhom u l-alternattivi ta' politika possibbli; it-test ta' l-anness għadu mhux komplut — per eżempju, għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali, għadu ma ġiex tradott fil-lingwi uffiċjali kollha, ir-referenzi għall-artikoli u t-terminoloġija ħafna drabi m'humiex eżatti u d-dikjarazzjonijiet ta' l-Istati Membri dwar il-kontenut tad-databases tad-DNA m'humiex disponibbli; l-inizjattiva nfisha ma tistipulax obbligi jew mekkaniżmi li jinfurmaw adegwatament liċ-ċittadini dwar il-miżuri meħudin u l-emendi għal dawk il-miżuri.

24.

Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda li tiżdied it-trasparenza tal-miżuri, billi tiġi pprovduta verżjoni definittiva ta' l-anness malajr kemm jista' jkun u billi jiġu stabbiliti miżuri li jinfurmaw liċ-ċittadini dwar il-karatteristiċi tas-sistemi, id-drittijiet tagħhom u kif għandhom jeżerċitawhom. Il-kampanji ta' informazzjoni dwar dawn ta' l-aħħar għandhom ikunu stipulati espliċitament fl-inizjattiva jew fl-anness tagħha.

Skala tas-sistema

25.

L-inizjattiva attwali tirrifletti mill-qrib ir-regoli implimentattivi stabbiliti skond it-Trattat ta' Prüm. Madankollu, kif diġà nnutat fl-opinjoni dwar l-inizjattiva tal-Kunsill ta' Prüm (§ 33-35), il-mekkaniżmi mfasslin għall-iskambju ta' informazzjoni bejn ftit Stati Membri m'humiex neċessarjament adatti — u għalhekk jista' jkollhom jiġu adattati — meta jkollhom jiġu applikati għal sistema fuq skala ħafna akbar, bħal skambju ta' informazzjoni bejn 27 Stat Membru.

26.

Fil-fatt, skala żgħira tiffavorixxi kuntatti mill-qrib bejn l-Istati Membri involuti, kemm fir-rigward ta' l-infurzar tal-liġi kif ukoll fir-rigward tal-monitoraġġ tar-riskji għall-protezzjoni tad-data personali tal-persuni kkonċernati. Dan m'huwiex il-każ f'sistema akbar, fejn il-prattiki nazzjonali u r-reġimi legali ivarjaw sew fir-rigward tal-ġbir, il-ħażna u l-ipproċessar tad-data, speċjalment fir-rigward tal-profili tad-DNA u l-marki tas-swaba'. Barra minn hekk, l-użu ta' lingwi differenti u ta' kunċetti legali differenti jista' jaffettwa l-eżattezza fl-iskambju ta' data bejn il-pajjiżi bi tradizzjonijiet legali differenti. Għalhekk, il-KEPD jistieden lil-leġislatur biex jieħu kont sew ta' l-iskala tas-sistema meta tiġi diskussa aktar l-inizjattiva attwali, billi jiżgura li ż-żieda fin-numru ta' Stati Membri parteċipanti ma jwassalx għal tnaqqis fl-effettività. B'mod partikolari, fir-regoli implimentattivi għandhom jiġu stabbiliti formats speċifiċi għall-komunikazzjoni tad-data, b'kont meħud ukoll tad-differenzi fil-lingwi u l-eżattezza ta' l-iskambju ta' data għandha tiġi mmonitorjata b'mod kostanti.

L-involviment ta' l-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data

27.

L-inizjattiva għandha tirrikonoxxi r-rwol importanti li għandu jkollhom l-awtoritajiet superviżorji indipendenti fil-kuntest ta' skambju ta' data transkonfini fuq skala kbira, u għandha tpoġġihom f'pożizzjoni li jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effettiv.

28.

L-ewwelnett, il-qafas legali attwali ma jipprevedi għall-ebda konsultazzjoni jew involviment ta' l-awtoritajiet superviżorji kompetenti dwar l-emendi għar-regoli implimentattivi u l-annessi tagħhom (Artikolu 18 ta' l-inizjattiva), dwar l-implimentazzjoni tar-regoli għall-protezzjoni tad-data mill-Istati Membri (Artikolu 20), jew dwar l-evalwazzjoni ta' l-iskambju ta' data (Artikolu 21). Per eżempju, b'mod partikolari huwa ħasra li l-Kapitolu IV ta' l-Anness, li jistipula fid-dettall ir-regoli għall-valutazzjoni ta' l-implimentazzjoni, ma jsemmi xejn dwar l-awtoritajiet kompetenti għall-protezzjoni tad-data. Il-KEPD jirrakkomanda li r-rwol konsultattiv essenzjali li għandhom dawn l-awtoritajiet jiġi rikonuxxut espliċitament mill-Artikoli msemmijin hawn fuq.

29.

It-tieninett, l-inizjattiva għandha tiżgura li l-Istati Membri jipprovdu lill-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data bir-riżorsi (addizzjonali) neċessarji biex iwettqu l-kompiti superviżorji li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tas-sistema proposta.

30.

It-tieletnett, l-inizjattiva għandha tipprovdi li l-awtoritajiet kompetenti għall-protezzjoni tad-data jiltaqgħu regolarment fil-livell ta' UE bil-ħsieb li jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom u jarmonizzaw l-applikazzjoni ta' dawn l-istrumenti. Din l-opportunità għandha tiġi stipulata espressament mill-inizjattiva, sal-punt li d-Deċiżjoni Qafas dwar il-protezzjoni tad-data fit-tielet pilastru ma tistabbilixxix forum aktar ġenerali ta' awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data fil-livell ta' UE.

V.   KWISTJONIJIET SPEĊIFIĊI

Definizzjonijiet

31.

L-Artikolu 2 ta' l-inizjattiva jistipula numru ta' definizzjonijiet, li parzjalment jirriflettu dawk li jinsabu fid-deċiżjoni tal-Kunsill. L-ewwelnett, għandu jiġi ssottolinjat li d-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2 ta' l-inizjattiva ma jikkorrispondux eżattament mad-definizzjonijiet stipulati mid-deċiżjoni tal-Kunsill, partikolarment bl-Artikolu 24 tagħha. Il-leġislatur għandu jallinja l-formulazzjonijiet taż-żewġ testi sabiex jevita problemi ta' implimentazzjoni.

32.

It-tieninett, il-KEPD, fl-opinjoni tiegħu dwar l-inizjattiva tal-Kunsill ta' Prüm, diġà kien iddispjaċih dwar in-nuqqas ta' definizzjoni ċara tad-data personali (§ 41-43). Dan in-nuqqas huwa ta' dispjaċir akbar fir-regoli implimentattivi, li huma proposti meta huwa diġà ċar li l-abbozz ta' deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data fit-tielet pilastru mhux ser tkun applikabbli għall-ġbir u l-ipproċessar intern tad-data personali, u b'mod partikolari għall-profili ta' DNA. Għalhekk għal darb'oħra, il-KEPD jappella lil-leġislatur biex jintroduċi definizzjoni ċara u inklussiva tad-data personali.

33.

F'din il-perspettiva, id-dispożizzjonijiet implimentattivi għandhom jikkjarifikaw ukoll l-applikabbiltà tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data għal profili ta' DNA mhux identifikati — li għadhom ma ġewx attribwiti għal persuna identifikata. Fil-fatt, din id-data tiġi miġbura, skambjata u imqabbla bil-ħsieb li tiġi attribwita għall-persuni li tappartjeni lilhom. Għalhekk, minħabba li l-objettiv tas-sistema huwa li dawn il-persuni jiġu identifikati u li fil-prinċipju din id-data hija marbuta li tkun biss temporanjament “mhux identifikata”, din għandha tkun koperta bil-maġġor parti, jekk mhux b'kollha, tad-dispożizzjonijiet u l-garanziji applikabbli għad-data personali (7).

34.

Ukoll fir-rigward tad-definizzjoni tal-“parti non-kodifikanti tad-DNA” (Artikolu 2(e)), il-KEPD ifakkar għal darb'oħra (8) li l-kapaċità ta' xi reġjuni tal-kromosoma li jipprevedu karatteristiċi ereditarji sensittivi ta' organiżmu tista' ttejjeb l-iżviluppi tax-xjenza. Għalhekk, id-definizzjoni ta' “parti non-kodifikanti” għandha tkun dinamika, billi tinkludi obbligu li dawk il-marki ta' DNA li, minħabba żviluppi xjentifiċi jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar karatteristiċi ereditaji speċifiċi, ma jistgħux jintużaw aktar (9).

Eżattezza fit-tfittxijiet u l-paraguni awtomatizzati

35.

L-Artikolu 8 ta' l-inizjattiva jirregola t-tfittxija u l-paragun awtomatizzat ta' profili ta' DNA, billi jistabbilixxi li n-notifika awtomatizzata ta' taqbila “għandha tingħata biss jekk it-tfittxija jew il-paragun awtomatizzat ikun irriżulta f'taqbila ta' numru minimu ta' loci”. Dan il-minimu huwa stabbilit fil-Kapitolu I ta' l-Anness: kull Stat Membru għandu jiżgura li l-profili ta' DNA li huma disponibbli jkun fihom ta' l-inqas 6 mis-7 loci“standard” ta' l-UE (§ 1.1 tal-Kapitolu I ta' l-Anness); il-paragun iseħħ bejn il-valuri tal-loci ipparagunati li komunament jinsabu fil-profili tad-DNA rikjesti u mitlubin (§ 1.2); ikun hemm taqbila jekk il-valuri kollha ta' loci ipparagunati huma l-istess (“taqbila sħiħa”) jew jekk valur wieħed biss huwa differenti (“kważi taqbila”) (§ 1.2); kemm it-taqbiliet sħaħ kif ukoll il-kważi taqbiliet ser jiġu rrapportati (§ 1.3).

36.

Fir-rigward ta' dan il-mekkaniżmu, il-KEPD jinnota li l-eżattezza tat-taqbila hija kondizzjoni essenzjali. Iktar ma jkun għoli n-numru tal-loci li jaqblu, inqas hemm ċans li jkun hemm taqbila falza bejn żewġ profili ta' DNA li ġew ipparagunati. Fil-kuntest attwali ta' l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza u l-istruttura tad-databases ta' DNA ivarjaw minn pajjiż għal pajjiż. F'pajjiżi differenti huma użati numri differenti u settijiet differenti ta' loci. L-anness jistabbilixxi n-numru minimu ta' loci għal taqbila għal 6, mingħajr ma jipprovdi informazzjoni dwar ir-rata ta' żball prevista għal din is-sistema. Fir-rigward ta' din il-kwistjoni, il-KEPD jinnota li f'ħafna pajjiżi huwa użat numru ogħla ta' loci bil-ħsieb li tiżdied l-eżattezza tat-taqbiliet u jitnaqqsu t-taqbiliet foloz (10). Għalhekk, sabiex jiġi vvalutat sew il-grad ta' eżattezza tas-sistema prevista, ser ikun essenzjali li tingħata informazzjoni dwar ir-rata ta' żball prevista għal kull numru ta' loci pparagunati.

37.

Dan ifisser ukoll li n-numru minimu ta' loci huwa element essenzjali u għalhekk għandu jkun stabbilit fit-test ta' l-inizjattiva attwali aktar milli fl-Anness (li, skond l-Artikolu 18 ta' l-inizjattiva, jista' jiġi modifikat mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata u mingħajr ma jikkonsulta lill-Parlament), sabiex jiġi evitat li tnaqqis fin-numru ta' loci jista' jaffettwa l-eżattezza. Il-possibbiltà ta' żbalji jew taqbiliet foloz għandha tittieħed f'kont debitu, billi jkun previst li kważi taqbiliet huma rrappurtati espliċitament bħala tali (u għalhekk l-awtoritajiet riċevituri huma konxji li din it-taqbila m'hijiex affidabbli bħal taqbila sħiħa).

38.

Barra minn hekk, l-inizjattiva nfisha tirrikonoxxi l-possibbiltà li t-tfittxijiet u l-paraguni jiġġeneraw taqbiliet multipli, kif stipulat espliċitament fl-Artikolu 8 ta' l-inizjattiva fir-rigward ta' profili ta' DNA u mill-Kapitolu 3 (punt 1.2) ta' l-Anness fir-rigward ta' vetturi. F'dawn il-każijiet kollha, għandhom isiru aktar kontrolli u verifiki sabiex jiġu ddeterminati liema huma r-raġunijiet għal taqbila multipla u liema minn dawn it-taqbiliet huma eżatti, qabel ma jsir skambju ulterjuri tad-data personali bbażat fuq dik it-taqbila.

39.

Fl-istess perspettiva, il-KEPD jirrakkomanda li titqajjem kuxjenza, b'mod partikolari fost operaturi ta' l-infurzar tal-liġi li jittrattaw ma' paraguni u tfittxijiet tad-DNA, dwar il-fatt li l-profili tad-DNA m'humiex identifikaturi uniċi: anki taqbiliet sħaħ f'ċertu numru ta' loci ma jeskludux il-possibbiltà ta' taqbiliet foloz, jiġifieri l-possibbiltà li persuna tiġi assoċjata bi żball ma' profil ta' DNA. Fil-fatt, il-paraguni u t-tfittxijiet tal-profili tad-DNA huma soġġetti għal żbalji possibbli fi stadji differenti: il-kwalità skarsa tal-kampjuni tad-DNA fil-ħin tal-ġbir, żbalji tekniċi possibbli fl-analiżi tad-DNA, żbalji meta tiddaħħal id-data, jew sempliċiment għax isseħħ taqbila b'kumbinazzjoni fil-loci speċifiċi kkunsidrati fil-paragun. Fir-rigward ta' l-aħħar punt, ir-rata ta' żball x'aktarx tkun ogħla meta n-numru ta' loci jonqos u meta d-database tikber.

40.

Raġunament simili jista' jkun applikat fir-rigward ta' l-eżattezza tat-tqabbil tal-marki tas-swaba'. L-Artikolu 12 ta' l-inizjattiva jistabbilixxi li d-diġitalizzazzjoni u t-trasmissjoni tad-data dattiloskopika ser jitwettqu skond format tad-data uniformi speċifikat fil-Kapitolu II ta' l-Anness. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data dattiloskopika hija ta' kwalità tajba biżżejjed għall-paragun mis-sistema awtomatizzata ta' identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' (AFIS). Il-Kapitolu 2 ta' l-Anness jipprevedi xi dettalji dwar il-format li għandu jintuża. F'dan l-isfond, il-KEPD għandu jinnota li, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-eżattezza tal-proċess ta' tqabbil, l-inizjattiva u l-anness tagħha għandhom jarmonizzaw kemm jista' jkun is-sistemi AFIS differenti użati fl-Istati Membri u l-mod kif dawn is-sistemi jintużaw, b'mod partikolari fir-rigward tar-rata ta' rifjut falz. Skond il-KEPD, din l-informazzjoni għandha tiġi inkluża fil-Manwal stabbilit skond l-Artikolu 18(2) ta' l-inizjattiva.

41.

Element kruċjali ieħor huwa li d-databases tad-DNA (u tal-marki tas-swaba') għandhom ikunu ċirkoskritti preċiżament, minħabba li jista' jkun fihom, skond l-Istati Membri, profili ta' DNA jew marki tas-swaba' ta' tipi differenti ta' suġġetti tad-data (kriminali, suspettati, persuni oħrajn preżenti fil-post tar-reat, eċċ.). Minkejja dawn id-differenzi, l-inizjattiva attwali ma tiċċirkoskrivix it-tipi ta' databases li ser jintużaw minn kull Stat Membru, u fl-Anness għandhom ma ġewx inklużi d-dikjarazzjonijiet dwar dan. Għalhekk, jistgħu jseħħu taqbiliet bejn data tad-DNA u tal-marki tas-swaba' li jirrigwardaw kategoriji ta' suġġetti tad-data mhux omoġeni, u ħafna drabi mhux rilevanti.

42.

Skond il-KEPD, l-inizjattiva għandha tispeċifika liema tipi ta' suġġetti tad-data ser ikunu involuti fl-iskambji ta' data u kif l-istatus differenti tagħhom ser jiġi kkomunikat lill-Istati Membri l-oħrajn fil-kuntest ta' paragun jew tfittxija. Per eżempju, l-inizjattiva tista' tistabbilixxi obbligu li fir-rapport dwar it-taqbila tingħata informazzjoni dwar ma' liema tip ta' suġġett tad-data, id-data tad-DNA u tal-marki tas-swaba' tqabblu, safejn din l-informazzjoni hija disponibbli għall-awtoritajiet mitlubin.

L-evalwazzjoni ta' l-iskambju tad-data

43.

L-evalwazzjoni ta' l-iskambju tad-data, skond l-Artikolu 21 ta' l-inizjattiva u l-Kapitolu 4 ta' l-Anness, hija milqugħa. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet jiffukaw sempliċiment fuq l-implimentazzjoni amministrattiva, teknika u finanzjarja ta' l-iskambji tad-data awtomatizzati mingħajr lanqas biss isemmu l-evalwazzjoni ta' l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.

44.

Għalhekk, il-KEPD jissuġġerixxi li tingħata enfasi speċifika lill-evalwazzjoni ta' l-aspetti dwar il-protezzjoni tad-data ta' l-iskambji tad-data, b'attenzjoni speċifika għall-finijiet li għalihom id-data ġiet skambjata, il-metodi ta' l-informazzjoni tas-suġġetti tad-data, l-eżattezza tad-data skambjata u t-tqabbiliet foloz, it-talbiet għal aċċess għal data personali, it-tul tal-perijodi ta' ħażna u l-effettività tal-miżuri ta' sigurtà. F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data u l-esperti rilevanti għandhom jiġu debitament infurmati, per eżempju billi jiġi previst li l-esperti dwar il-protezzjoni tad-data jieħdu sehem fiż-żjajjar ta' evalwazzjoni stabbiliti mill-Kapitolu 4 ta' l-Anness u li l-awtoritajiet rilevanti għall-protezzjoni tad-data jirċievu r-rapport ta' evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 20 ta' l-inizjattiva u fil-Kapitolu 4 ta' l-Anness.

In-network tal-komunikazzjoni u l-aspetti tekniċi tas-sistema

45.

L-Artikolu 4 ta' l-inizjattiva jistabbilixxi li l-iskambji elettroniċi kollha tad-data ser isiru permezz tan-network ta' komunikazzjoni “TESTA II”. F'dan il-kuntest, l-Anness isemmi fil-paġna 76, punt nru 54, li “Is-sistema hija konformi mal-kwistjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data kif imniżżlin fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (Artikoli 21, 22 u 23) u d-Direttiva 95/46/KE”. Il-KEPD jirrakkomanda li din l-informazzjoni tiġi ċċarata, ukoll fir-rigward tar-rwol li l-istituzzjonijiet Komunitarji għandhom fis-sistema. F'dan il-kuntest, għandu jittieħed kont sħiħ tar-rwoli ta' superviżjoni u ta' konsulenza tal-KEPD li ġejjin mir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

46.

Barra minn hekk, ladarba l-Anness jiġi ffinalizzat u jkun fih id-dettalji kollha u d-dikjarazzjonijiet li jiċċaraw il-karatteristiċi tas-sistema, il-KEPD ser jikkunsidra jekk jipprovdix aktar pariri dwar l-aspetti aktar tekniċi tas-sistema.

VI.   KONKLUŻJONIJIET

Il-KEPD jirrakkomanda li l-inizjattiva u l-anness tagħha jkunu diskussi bil-miftuħ billi jittieħed profitt effettiv mill-kontributi ta' l-atturi istituzzjonali kollha, ukoll f'konsiderazzjoni tar-rwol ta' ko-leġislatur sħiħ li l-Parlament Ewropew ser ikollu f'dan il-qasam ladarba t-Trattat ta' Riforma — iffirmat f'Lisbona fit-13 ta' Diċembru — jidħol fis-seħħ.

Il-KEPD jappella lil-leġislatur biex jiżgura, skond l-Artikolu 30 (1)(b) TUE, li qafas legali ċar, effettiv u komprensiv fir-rigward tal-protezzjoni tad-data — li jikkombina strumenti legali differenti ma' dispożizzjonijiet ġenerali u garanziji speċifiċi — jkun jeżisti qabel ma tidħol fis-seħħ l-inizjattiva attwali.

F'din il-perspettiva, il-KEPD min-naħa waħda jtenni li l-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar Prüm m'għandhomx jidħlu fis-seħħ qabel ma l-Istati Membri jkunu implimentaw deċiżjoni qafas ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data fit-tielet pilastru li tkun 'lex generali' li magħha għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet ta' l-inizjattiva tal-Kunsill ta' Prüm li jiżguraw garanziji speċifiċi u standards imfasslin apposta u aktar stretti.

Min-naħa l-oħra, il-leġislatur għandu jiċċara li r-regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-data relatati mad-DNA, il-marki tas-swaba' u d-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fil-Kapitolu 6 ta' l-inizjattiva tal-Kunsill ta' Prüm, mhux biss huma applikabbli għall-iskambju ta' din id-data, iżda wkoll għall-ġbir, il-ħażna u l-ipproċessar intern tagħhom, kif ukoll għall-forniment ta' aktar data personali fl-ambitu tad-deċiżjoni tal-Kunsill.

Il-KEPD jirrakkomanda li tiżdied it-trasparenza tal-miżuri, billi tiġi pprovduta verżjoni definittiva ta' l-anness malajr kemm jista' jkun u billi jiġu stabbiliti mekkaniżmi li jinfurmaw liċ-ċittadini dwar il-karatteristiċi tas-sistemi, id-drittijiet tagħhom u kif għandhom jeżerċitawhom.

Il-KEPD jistieden lil-leġislatur biex jieħu kont sew ta' l-iskala tas-sistema meta tkun qed tiġi diskussa aktar l-inizjattiva attwali, billi jiżgura li ż-żieda fl-għadd ta' Stati Membri parteċipanti ma jwassalx għal tnaqqis fl-effettività. B'mod partikolari, fir-regoli implimentattivi għandhom jiġu stabbiliti formats speċifiċi għall-komunikazzjoni ta' data, b'kont meħud ukoll tad-differenzi fil-lingwi u l-eżattezza ta' l-iskambju tad-data għandha tiġi mmonitorjata b'mod kostanti.

Il-KEPD jirrakkomanda li r-rwol ta' konsulenza essenzjali li għandhom l-awtoritajiet rilevanti għall-protezzjoni tad-data jiġi rikonoxxut espliċitament mill-Artikoli dwar l-emendi għar-regoli implimentattivi u l-annessi tagħhom (Artikolu 18), dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data mill-Istati Membri (Artikolu 20), u dwar l-evalwazzjoni ta' l-iskambju tad-data (Artikolu 21). Barra minn hekk, l-inizjattiva għandha tiżgura li l-Istati Membri jipprovdu lill-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data bir-riżorsi (addizzjonali) neċessarji biex iwettqu l-kompiti superviżorji li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tas-sistema proposta u li l-awtoritajiet kompetenti għall-protezzjoni tad-data jiltaqgħu regolarment fil-livell ta' UE bil-ħsieb li jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom u jarmonizzaw l-applikazzjoni ta' dawn l-istrumenti.

Għalhekk għal darb'oħra, il-KEPD jappella lil-leġislatur biex jintroduċi definizzjoni ċara u inklussiva tad-data personali. F'din il-perspettiva, id-dispożizzjonijiet implimentattivi għandhom jikkjarifikaw ukoll l-applikabbiltà tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data għal profili ta' DNA mhux identifikati — li għadhom ma ġewx attribwiti għal persuna identifikata. Għal darb'oħra l-KEPD jfakkar li d-definizzjoni ta' “parti non-kodifikanti” għandha tkun dinamika, billi tinkludi obbligu li ma jintużawx aktar dawk il-marki ta' DNA li, minħabba żviluppi xjentifiċi, jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar karatteristiċi ereditarji speċifiċi.

Il-KEPD jirrakkomanda li, fil-kuntest tat-tfittxijiet u l-paraguni awtomatizzati, għandu jittieħed kont debitu ta' l-eżattezza tal-proċess ta' tqabbil.

Dan ifisser li, fir-rigward ta' paraguni u tfittxijiet ta' DNA, għandha tingħata informazzjoni dwar ir-rata ta' żball prevista għal kull numru ta' loci pparagunati, li l-kważi taqbiliet għandhom jiġu rrappurtati bħala tali, li għandhom isiru aktar kontrolli fil-każ ta' taqbiliet multipli, u li titqajjem kuxjenza dwar il-fatt li l-profili tad-DNA m'humiex identifikaturi uniċi. Fir-rigward tal-marki tas-swaba', l-inizjattiva għandha tarmonizza kemm jista' jkun is-sistemi AFIS differenti użati fl-Istati Membri u l-mod kif dawn is-sistemi jintużaw, b'mod partikolari fir-rigward tar-rata ta' rifjut falz.

Barra minn hekk, id-databases tad-DNA u l-marki tas-swaba' għandhom ikunu ċirkoskritti preċiżament, minħabba li jista' jkun fihom, skond l-Istati Membri, profili ta' DNA jew marki tas-swaba' ta' tipi differenti ta' suġġetti tad-data. L-inizjattiva għandha tispeċifika liema tipi ta' suġġetti tad-data ser ikunu involuti fl-iskambju tad-data u kif l-istatus differenti tagħhom ser jiġi kkomunikat lill-Istati Membri l-oħrajn fil-kuntest ta' paragun jew tfittxija.

Il-KEPD jissuġġerixxi li tingħata enfasi speċifika lill-evalwazzjoni ta' l-aspetti tal-protezzjoni tad-data ta' l-iskambji ta' data, b'attenzjoni speċifika għall-finijiet li għalihom id-data ġiet skambjata, il-metodi ta' informazzjoni tas-suġġetti tad-data, l-eżattezza tad-data skambjata u t-taqbiliet foloz, it-talbiet għal aċċess għal data personali, it-tul tal-perijodi ta' ħażna u l-effettività tal-miżuri ta' sigurtà. F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet u l-esperti rilevanti għall-protezzjoni tad-data għandhom jiġu debitament involuti.

Il-KEPD jirrakkomanda li l-użu tan-network ta' komunikazzjoni “TESTA II” u l-konformità tiegħu mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 jiġu ċċarati, ukoll fir-rigward tar-rwol li l-istituzzjonijiet Komunitarji ser ikollhom fis-sistema.

Magħmul fi Brussell, 19 ta' Diċembru 2007.

Peter HUSTINX

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  ĠU C 267, 9.11.2007, p. 4.

(2)  L-Anness għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali, iżda huwa disponibbli għall-pubbliku bħala d-dokument 11045/1/07 REV 1 ADD 1, fir-reġistru tal-Kunsill.

(3)  ĠU C 169, 21.7.2007, p. 2.

(4)  Ara, aktar riċenti, l-opinjoni tal-KEPD dwar Prüm, § 57-76 u t-Tielet opinjoni tal-KEPD tas-27 ta' April 2007 dwar il-proposta għal Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tad-data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali, § 14 (ĠU C 139, 23.6.2007, p. 1).

(5)  L-aħħar abbozz ta' din il-proposta huwa disponibbli fir-reġistru tal-Kunsill bħala dokument numru 16397/07.

(6)  Fir-rigward ta' dan il-punt, it-test ta' l-Artikolu 27b ta' l-aħħar abbozz ta' l-abbozz ta' deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni tad-data fit-tielet pilastru għandu jiġi kkunsidrat u diskuss bir-reqqa.

(7)  Dwar l-applikabbiltà tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data għall-profili tad-DNA, ara l-opinjoni tal-grupp ta' ħidma ta' l-Artikolu 29, 4/2007 ta' l-20 ta' Ġunju 2007 dwar il-kunċett tad-data personali, WP136 p. 8-9; fl-istess opinjoni jingħataw kjarifiki dwar il-każ analogu ta' l-applikabbiltà tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data għal indirizzi IP dinamiċi, p. 16-17.

(8)  Ara wkoll l-opinjoni tal-KEPD tat-28 ta' Frar 2006 dwar il-proposta għal deċiżjoni qafas tal-Kunsill dwar l-iskambju ta' informazzjoni taħt il-prinċipju ta' disponibbiltà (COM (2005) 490 finali, § 58-60 (ĠU C 116, 17.5.2006).

(9)  Ara, fl-istess linja, l-Anness I tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2001 dwar l-iskambju tar-riżultati ta' l-analiżi tad-DNA (ĠU C 187, 3.7.2001, p. 1).

(10)  Per eżempju, fir-Renju Unit id-Database Nazzjonali tad-DNA żieded in-numru ta' loci użati għall-profili tad-DNA minn 6 għal 10, ukoll bil-ħsieb li titjieb l-affidabbiltà tas-sistema.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 89/8


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5024 — Tui/Royal Caribbean Cruises/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 89/02)

Fis-7 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5024. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 89/9


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Id-9 ta' April 2008

(2008/C 89/03)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,5726

JPY

Yen Ġappuniż

161,36

DKK

Krona Daniża

7,4602

GBP

Lira Sterlina

0,79770

SEK

Krona Żvediża

9,3622

CHF

Frank Żvizzeru

1,5935

ISK

Krona Iżlandiża

112,84

NOK

Krona Norveġiża

7,9410

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,098

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

253,30

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6969

PLN

Zloty Pollakk

3,4551

RON

Leu Rumen

3,6695

SKK

Krona Slovakka

32,402

TRY

Lira Turka

2,0295

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6941

CAD

Dollaru Kanadiż

1,6022

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

12,2513

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,9766

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1696

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 535,49

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,3024

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

11,0109

HRK

Kuna Kroata

7,2650

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 483,65

MYR

Ringgit Malażjan

4,9985

PHP

Peso Filippin

65,499

RUB

Rouble Russu

37,0300

THB

Baht Tajlandiż

49,940

BRL

Real Brażiljan

2,6645

MXN

Peso Messikan

16,6035


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 89/10


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti ta' l-ewro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

(2008/C 89/04)

Image

Il-muniti ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona kollha ta' l-ewro. Il-Kummissjoni tippubblika l-karatteristiċi tad-disinji tal-muniti ta' l-ewro ġodda kollha bil-ħsieb li tinforma lill-pubbliku u lilll-partijiet kollha konċernati li jgħaddu l-muniti minn taħt idejhom (1). Skond il-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2003 (2), l-Istati Membri taż-żona ta' l-ewro u l-pajjiżi li kkonkludew il-Ftehim Monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ tal-muniti ewro kommemorattivi huma awtorizzati li joħorġu ċerti kwantitajiet ta' muniti ewro kommemorattivi fiċ-ċirkolazzjoni bil-kundizzjoni li ma joħroġx iktar minn disinn wieħed ġdid ta' muniti f'kull pajjiż kull sena u li tintuża biss id-denominazzjoni taż-2 ewro. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi tal-muniti ta' l-ewro normali, imma għandhom disinn kommemorattiv irrappreżentat fuq il-wiċċ nazzjonali tagħhom.

L-Istat li joħroġ il-munita: Ir-Repubblika Taljana

Suġġett tal-kommemorazzjoni: 60 anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-parti ta' ġewwa tal-munita tirrappreżenta raġel u mara bis-simboli tad-dritt għall-paċi, għall-ikel, għax-xogħol u għall-ħelsien irrappreżentati bil-werqa tar-rand, sbula, ir-rota bis-snin u l-fildiferru mxewwek u l-ħoloq tal-katina miksura biex tifforma ċ-ċifra “60o”. Fin-nofs, l-inizjali “RI” tal-pajjiż li ħareġ il-munita; fuq ix-xelluq il-millenju 2008; fuq il-lemin l-inizjali “MCC” ta' l-artista Maria Carmela Colaneri u l-marka taż-żekka “R”; taħt, kaxxa żgħira bl-iskrizzjoni “DIRITTI UMANI”.

Fuq iċ-ċirku ta' barra tal-munita jidhru t-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Il-volum tal-ħruġ: 5 miljun munita

Id-data approssimattiva tal-ħruġ: April 2008

Tinqix mad-dawra ta' barra: 2 ★, ripetuti għal sitt darbiet, darba weqfin u darba bil-maqlub.


(1)  Ara ĠU C 373 tat-28.12.2001, p. 1 għal referenza għall-uċuh nazzjonali kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali tat-8 ta' Diċembru 2003 dwar il-bidliet tad-disinn ta' l-uċuh nazzjonali tal-muniti ta' l-ewro. Ara wkoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2003 dwar il-prattika komuni għat-tibdil fid-disinn ta' l-uċuħ nazzjonali tal-muniti ewro fiċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 264, 15.10.2003, p. 38).


10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 89/11


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti ta' l-ewro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

(2008/C 89/05)

Image

Il-muniti ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona kollha ta' l-ewro. Il-Kummissjoni tippubblika d-disinji tal-muniti ewro l-ġodda kollha bil-ħsieb li tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha konċernati li jgħaddu l-muniti minn taħt idejhom (1). Skond il-konklużjonijiet li l-Kunsill adotta dwar dan is-suġġett fit-8 ta' Diċembru 2003 (2), l-Istati Membri u l-pajjiżi li kkonkludew Ftehim Monetarju mal-Komunità li jipprovdi għal ħruġ ta' muniti ta' l-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma awtorizzati li joħorġu ċerti għadd ta' muniti kommemorattivi ta' l-ewro fiċ-ċirkolazzjoni bil-kundizzjoni li kull pajjiż ma joħroġx aktar minn munita kommemorattiva ġdida kull sena, u li tintuża biss id-denominazzjoni taż-2 ewro. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi tal-muniti ta' l-ewro normali, imma għandhom disinn kommemorattiv irrappreżentat fuq il-wiċċ nazzjonali tagħhom.

Il-Pajjiż tal-ħruġ: Ir-Repubblika ta' San Marino

Suġġett tal-kommemorazzjoni: Is-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali 2008

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-parti ta' ġewwa tal-munità tirrappreżenta l-kulturi differenti tal-ħames kontinenti preżenti fuq il-kontinent Ewropew, bis-simboli ta' ħames figuri tal-bniedem u bit-testi sagri tal-Komunitajiet differenti. L-iskrizzjonijiet f'forma tal-qawsalla tikkompleta d-disinn. fuq nett “SAN MARINO”, fuq il-millenju “2008”; Taħt “ANNO EUROPEO DEL DIALOGO INTERCULTURALE” u l-inizjali “E.L.F.” ta' l-artist, Ettore Lorenzo Frapiccini; fuq in-naħa tax-xelluq, il-marka taz-zekka “R”.

Fuq iċ-ċirku ta' barra tal-munita jidhru t-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Il-volum tal-ħruġ: 130 000 munita

Id-data tal-ħruġ: April 2008

Tinqix mad-dawra ta' barra: 2 ★, ripetuti sitt darbiet, darba bis-sew darba bil-maqlub.


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 dwar l-uċuh nazzjonali kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali tat-8 ta' Diċembru 2003 dwar il-bidliet tad-disinn li jidher fuq l-uċuh nazzjonali tal-muniti ta' l-ewro. Ara wkoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2003 dwar il-prattika komuni għat-tibdil fid-disinn ta' l-uċuh nazzjonali tal-muniti ta' l-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 264, 15.10.2003, p. 38).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 89/12


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006, dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 89/06)

Għajnuna Nru

XR 8/07

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Friuli Venezia Giulia

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Fondo di rotazione per iniziative economiche

Bażi legali

Delibera del Comitato di Gestione del F.R.I.E. del 20.12.2006«Criteri operativi del Comitato F.R.I.E.»

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

EUR 4 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

15 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

28.11.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Comitato di Gestione del Fondo di Rotazione per Iniziative Economiche

Via Locchi, 19

I-34123 Trieste

Tel. (39) 040 319 75 09

frie@mediocredito.fvg.it

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

www.frie.it

Aktar informazzjoni


Għajnuna Nru

XR 11/07

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Northern Ireland

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Selective Financial Assistance (SFA) for Northern Ireland

Bażi legali

Industrial Development Order (NI) 1982 amended by the Industrial Development Act (NI) 2002

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

GBP 100 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

30 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

1.1.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Invest Northern Ireland

Bedford Square

Bedford Street

Belfast

BT2 7EH

United Kingdom

Tel. (44-28) 90 69 82 76

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

www.investni.com/selective_financial_assistance_guidelines.pdf

www.investni.com/selective_financial_assistance_guidelines_from_Invest_NI.pdf

Aktar informazzjoni


Għajnuna Nru

XR 181/07

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Śląskie

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Uchwała nr 157/XIV/2007 Rady Miasta Częstochowy z dnia 27 sierpnia 2007 roku w sprawie zwolnienia z podatku od nieruchomości w ramach pomocy regionalnej na wspieranie nowych inwestycji lub tworzenie nowych miejsc pracy związanych z nową inwestycją

Bażi legali

Art. 7 ust. 3 ustawy z dnia 12 stycznia 1991 r. o podatkach i opłatach lokalnych (tekst jednolity Dz.U. z 2006 r. nr 121, poz. 844, póź. zm.).

Uchwała nr 157/XIV/2007 Rady Miasta Częstochowy z dnia 27 sierpnia 2007 roku w sprawie zwolnienia z podatku od nieruchomości w ramach pomocy regionalnej na wspieranie nowych inwestycji lub tworzenie nowych miejsc pracy związanych z nową inwestycją

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

PLN 2,55 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna

40 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

1.10.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Prezydent Miasta Częstochowy

ul. Śląska 11/13

PL-42-217 Częstochowa

Tel. (48-34) 370 74 34

fk@czestochowa.um.gov.p

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://www.czestochowa.pl/finanse/podatki/folder.2005-05-13.6743631605/document.2007-10-02.1512175857

Aktar informazzjoni


10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 89/14


Tneħħija minn Franza ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi ta' l-ajru skedati bejn Clermont-Ferrand u Lyon, Clermont-Ferrand u Marseille, Clermont-Ferrand u Nice

(2008/C 89/07)

Franza ddeċidiet li tneħħi l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti għall-operat ta' servizzi ta' l-ajru skedati bejn:

Clermont-Ferrand u Lyon (Saint-Exupéry, li qabel kienSatolas),

Clermont-Ferrand u Marseille,

Clermont-Ferrand u Nice,

u ppubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 350 tat-30 ta' Diċembru 1995.


10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 89/15


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92

(2008/C 89/08)

Revoka min-naħa ta' l-Italja ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku fis-servizzi ta' l-ajru skedati bejn Cuneo Levaldigi u Ruma Fiumicino.

Permezz ta' l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu (4)(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92, b'seħħ mid-29 ta' Frar 2008, l-Istat ta' l-Italja ddeċieda jirrevoka l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq ir-rotta Cuneo Levaldigi-Ruma Fiumicino u vice versa li kienu ġew ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 228 tat-28 ta' Settembru 2007.


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 89/16


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Kaz COMP/M.5101 — OJSC Novolipetsk Steel/Novexco/Novex Trading)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 89/09)

1.

Fl-1 ta' April 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża NLMK International B.V. (“NLMK International”, ta' l-Olanda), ikkontrollata minn OJSC Novolipetsk Steel (“OJSC”, tar-Russja) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' Novexco (Cyprus) Limited (“Novexco”, ta' Ċipru) u ta' Novex Trading (Swiss) S.A. (“Novex Trading”, ta' l-Iżvizzera) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal OJSC Novolipetsk: grupp għall-produzzjoni u l-ipproċessar internazzjonali, integrat b'mod vertikali, ta' l-azzar,

għal Novexco: il-kummerċ ta' l-azzar,

għal Novex Trading: il-kummerċ ta' l-azzar.

3.

Wara eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riservata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5101 — OJSC Novolipetsk Steel/Novexco/Novex Trading, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 89/17


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5004 — Galp Energia España/Agip España)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 89/10)

1.

Fit-3 ta' April 2008 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża GALP Energia Espana S.A.U. (“GALP”, ta' Spanja), li hija proprjetà tal-grupp GALP Energia (“GALP”, tal-Portugall), takkwista fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll kollu ta' l-impriża Agip Espana S.A.U. (“Agip Espana”, ta' Spanja), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal GALP Espana: il-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut fi Spanja ta' prodotti raffinati taż-żejt,

għal GALP: kumpanija ta' l-enerġija vertikalment integrata,

għal Agip Espana: il-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut fi Spanja u fil-Portugall ta' prodotti raffinati taż-żejt.

3.

Wara eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riservata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5004 — Galp Energia España/Agip España, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Rettifikazzjonijiet

10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 89/18


Rettifika għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Marzu 2008 dwar kooperazzjoni amministrattiva msaħħa fil-kuntest ta' l-istazzjonar tal-ħaddiema fil-qafas tal-forniment tas-servizzi

( Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Europea C 85 ta' l-4 ta' April 2008 )

(2008/C 89/11)

Fil-qoxra, fil-werrej; f'paġna 1, fit-titolu:

Flok:

“tal-31 ta' Marzu 2008”,

Aqra:

“tat-3 ta' April 2008”.

F'paġna 3, fil-firma:

Flok:

“31 ta' Marzu 2008.”,

Aqra:

“3 ta' April 2008.”.