ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 85

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
4 ta' April 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Kummissjoni

2008/C 085/01

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Marzu 2008 dwar kooperazzjoni amministrattiva msaħħa fil-kuntest ta' l-istazzjonar tal-ħaddiema fil-qafas tal-forniment tas-servizzi ( 1 )

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 085/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5065 — AXA/CDC/Hotels ACCOR) ( 1 )

5

2008/C 085/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5073 — Scholz/TTC/GMPL/JV) ( 1 )

5

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 085/04

Rata tal-kambju ta' l-euro

6

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 085/05

Dikjarazzjoni mill-Gvern ta' Malta f'konformità ma' l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-familjari tagħhom li jiċċaqalqu fil-Komunità

7

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni

2008/C 085/06

Sejħa għal proposti — Azzjoni Preparatorja MEDIA International

8

2008/C 085/07

Sejħa għall-proposti fil-kuntest tal-programm ta' ħidma Persuni tas-Seba' Programm Kwadru tal-KE għall-attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

10

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2008/C 085/08

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4994 — Electrabel/Compagnie Nationale du Rhône) ( 1 )

11

2008/C 085/09

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5129 — Delta Lloyd/Swiss Life Belgium) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

12

 

ATTI OĦRAJN

 

Kummissjoni

2008/C 085/10

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel

13

2008/C 085/11

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

17

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Kummissjoni

4.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 85/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta’ Marzu 2008

dwar kooperazzjoni amministrattiva msaħħa fil-kuntest ta' l-istazzjonar tal-ħaddiema fil-qafas tal-forniment tas-servizzi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 85/01)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 211 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (1) timponi obbligi ċari fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali, u titfa' r-responsabilità li jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għal kooperazzjoni bħal din fuq l-Istati Membri. Dan l-obbligu jinkludi d-deżinjazzjoni, b'konformità mal-leġiżlazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali, ta' awtorità ta' monitoraġġ jew iktar organizzati u mgħammra b'tali mod li jiffunzjonaw b'mod effettiv u jkunu kapaċi jittrattaw fil-pront it-talbiet għal tagħrif rigward it-termini u l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg koperti mid-Direttiva 96/71/KE.

(2)

Id-Direttiva 96/71/KE barra minn hekk tistabbilixxi obbligu ċar għall-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri xierqa ħalli t-tagħrif dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg ikun ġeneralment disponibbli, mhux biss lill-fornituri tas-servizzi barranin, iżda wkoll lill-ħaddiema stazzjonati kkonċernati.

(3)

Minkejja t-titjib f'termini ta' aċċess għat-tagħrif, għad hemm tħassib iġġustifikat dwar il-mod kif l-Istati Membri jimplimentaw u/jew japplikaw fil-prattika r-regoli dwar kooperazzjoni amministrattiva kif previst mid-Direttiva 96/71/KE (2). Implimentazzjoni sodisfaċenti, applikazzjoni korretta u konformità effettiva u infurzar fil-prattika tad-Direttiva 96/71/KE ma jidhrux li huma possibbli sakemm din is-sitwazzjoni ma titranġax (3).

(4)

L-eżerċizzju ta' monitoraġġ imniedi mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-komunikazzjoni tagħha “Linji gwida dwar l-issekondar ta' ħaddiema li jseħħ fil-qafas ta' forniment ta' servizzi” (4) kompla juri li ħafna Stati Membri għandhom it-tendenza li jserrħu unikament fuq il-miżuri u l-istrumenti nazzjonali tagħhom stess għall-monitoraġġ tal-konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet ta' impjieg applikabbli għal ħaddiema stazzjonati mill-fornituri tas-servizzi. Din il-qagħda tista' tkun marbuta mal-kważi nuqqas ta' kooperazzjoni amminsitrattiva, l-aċċess għat-tagħrif li għadu mhux sodisfaċenti kif ukoll il-problemi ta' infurzar transkonfinali, jekk mhux saħansitra kkawżata minnhom (5).

(5)

Biex tiġi żgurata l-konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet ta' impjieg (6), l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru fejn is-servizzi huma fornuti japplikaw ċerti miżuri ta' kontroll jew formalitajiet amministrattivi għall-impriżi li jistazzjonaw. Il-bżonn għal azzjonijiet preventivi u sanzjonijiet xierqa mmirati lejn il-ħarsien ta' ħaddiema stazzjonati huwa indiskutibbli. L-analiżi tal-miżuri ta' kontroll użati mill-Istati Membri, madankollu, turi d-diversità ċara tagħhom u tindika li xi wħud minn dawn jistgħu ma jkunux proporzjonati u jistgħu ma jkunux f'konformità la ma' l-Artikolu 49 tat-Trattat kif interpretat mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja jew mad-Direttiva 96/71/KE.

(6)

Bżonnijiet leġittimi ta' monitoraġġ ma jistgħux jiġu sodisfatti filwaqt li jikkonformaw fis-sħiħ mal-liġi Komunitarja sakemm l-Istati Membri jtejbu, u jsaħħu jekk hemm bżonn, il-mod ta' kif jikkooperaw b'mod effettiv ma' xulxin u/jew sakemm l-aċċess għat-tagħrif jitjieb kif stipulat fid-Direttiva 96/71/KE (7).

(7)

Infurzar u implimentazzjoni adegwati u effettivi huma elementi ewlenin fil-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati, filwaqt li infurzar dgħajjef ixekkel l-effettività tar-regoli Komunitarji applikabbli f'dan il-qasam. Kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri hija għalhekk essenzjali, mingħajr ma jiġi njorat ir-rwol importanti ta' l-ispettorati tax-xogħol u l-imsieħba soċjali f'dan ir-rigward.

(8)

Fir-rigward ta' l-istazzjonament tal-ħaddiema fil-qafas tal-forniment tas-servizzi, lingwi, strutturi u kulturi amministrattivi differenti, kif ukoll nuqqas ta' proċeduri stabbiliti b'mod ċar u atturi identifikati b'mod ċar jikkostitwixxu ostakli sinifikanti għal kooperazzjoni ta' ħidma effiċjenti bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam. L-użu ta' sistema ta' tagħrif elettroniku adatta u li taħdem sew maħsuba biex tiffaċilita għajnuna reċiproka u tagħrif skambjat bejn l-Istati Membri hija għodda effettiva ħafna biex tegħleb ħafna minn dawn l-ostakli u għalhekk huwa essenzjali għall-Istati Membri li jkunu kapaċi jikkooperaw mill-qrib. Sistema bħal din għandha tippermetti awtoritajiet kompetenti u l-atturi involuti l-oħrajn, bħall-imsieħba soċjali, biex jidentifikaw faċilment l-interlokuturi rilevanti tagħhom fi Stati Membri oħrajn u jikkomunikaw b'mod effiċjenti. Barra minn hekk, hija għandha tgħin fil-ħolqien ta' klima ta' fiduċja u kunfidenza reċiproċi, fundamentali biex kooperazzjoni amministrattiva taħdem sew.

(9)

Il-forniment ta' tagħrif aċċessibbli faċilment, preċiż u aġġornat għall-impriżi u l-ħaddiema dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ta' impjieg li se japplikaw għall-ħaddiema stazzjonati fl-Istat Membru ospitanti huwa kundizzjoni fundamentali li tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' l-emerġenza ta' kunflitti, sitwazzjonijiet problematiċi u abbużi. Għalhekk, għandhom jittieħdu l-miżuri neċessarji biex jiġi pprovdut aċċess effettiv għat-tagħrif għal ħaddiema stazzjonati u min iħaddimhom (8).

(10)

Hija meħtieġa azzjoni urġenti biex jiġu rimedjati nuqqasijiet fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni li tappartjeni għall-istazzjonament ta' ħaddiema, bit-tisħiħ tal-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri, permezz ta' l-użu ta' sistemi iktar effettivi ta' skambju ta' tagħrif, titjib ta' l-aċċess għat-tagħrif u l-promozzjoni ta' l-iskambju ta' tagħrif u dwar l-aqwa prassi,

TIRRAKKOMANDA:

1.   Sistema ta' skambju ta' tagħrif

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji u jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iwaqqfu sistema ta' skambju ta' tagħrif elettroniku, bħas-Sistema ta' Tagħrif tas-Suq Intern (“IMI”)  (9) , u b'mod partikolari jiżviluppaw, b'kooperazzjoni mill-qrib mas-servizzi tal-Kummissjoni, l-ewwel nett applikazzjoni — speċifika — biex tappoġġja l-kooperazzjoni amministrattiva biex titjieb l-implimentazzjoni prattika tad-Direttiva 96/71/KE.

L-iżvilupp ta' sistema elettronika ta' skambju ta' tagħrif għal kooperazzjoni amministrattiva fil-kuntest tad-Direttiva 96/71/KE jimplika dan li ġej għall-Istati Membri:

(1)

l-identifikazzjoni tal-kwistjonijiet ewlenin li jiġi skambjat it-tagħrif dwarhom u li għalhekk għandhom jiġu inklużi fis-sistema ta' skambju;

(2)

l-identifikazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti u, jekk hemm bżonn, atturi oħrajn involuti fil-monitoraġġ u l-kontroll tal-kundizzjonijiet ta' l-impjieg ta' ħaddiema stazzjonati li jieħdu sehem fis-sistema ta' skambju;

(3)

il-kjarifika tar-rwol ta' uffiċċji ta' kollegament;

(4)

eżami tal-kwistjoni ta' salvagwardji adegwati għall-ħarsien ta' data personali skambjata waqt skambju ta' tagħrif bejn l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri u, jekk hemm bżonn, atturi involuti oħrajn (10).

L-Istati Membri għandhom, abbażi tar-riżultati ta' dawn l-eżamijiet preliminari, jivvalutaw u jiddeċiedu ulterjorment, b'kooperazzjoni mas-servizzi tal-Kummissjoni, jekk l-IMI tipprovdix l-appoġġ l-iktar adatt għall-iskambju ta' tagħrif kif stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 96/71/KE.

Il-Kummissjoni se tipprovdi appoġġ u għajnuna lill-Istati Membri f'dan ir-rigward u timpenja ruħha li taħdem mill-qrib ħafna magħhom biex jinkiseb il-progress meħtieġ f'waqtu. B'mod partikolari, se tiffaċilita u tikkoordina x-xogħol ta' task force operattiva, li titwaqqaf b'mod volontarju, u tipprovdi għajnuna teknika esterna jekk xieraq, matul l-iżvilupp ta' applikazzjoni speċifika.

2.   Aċċess għat-tagħrif

L-Istati Membri għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex isaħħu l-aċċess għat-tagħrif dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ta' l-impjiegi li jridu jiġu applikati mill-fornituri tas-servizzi, u li jiżgura li l-uffiċċji ta' kollegament tagħhom huma f'pożizzjoni li jwettqu l-ħidmiet tagħhom b'mod effettiv.

Biex ikun hemm iktar titjib fir-rigward ta' l-aċċess għat-tagħrif, l-Istati Membri għandhom:

(1)

jevitaw milli jirreferu jew jipprovdu tagħrif ġenerali dwar il-liġi tax-xogħol biss, imma minflok jindikaw b'mod ċar liema termini u kundizzjonijiet ta' impjieg u/jew liema parti tal-leġiżlazzjoni (nazzjonali u/jew reġjunali) tagħhom iridu jiġu applikati għall-ħaddiema stazzjonati fit-territorju tagħhom;

(2)

jieħdu l-miżuri meħtieġa biex it-tagħrif dwar liema ftehimiet kollettivi huma applikabbli (u għal min) jsir disponibbli b'mod ġenerali, u liema termini u kundizzjonijiet ta' impjieg iridu jiġu applikati mill-fornituri ta' servizz barranin; fejn ikun possibbli, għandhom ikunu pprovduti ħolqiet għal siti eżistenti ta' l-Internet u punti ta' kuntatt, b'mod partikolari l-Imsieħba Soċjali rilevanti;

(3)

jagħmlu disponibbli dan it-tagħrif għall-ħaddiema u l-fornituri tas-servizz f'lingwi li mhumiex il-lingwa/i nazzjonali tal-pajjiż fejn ġew fornuti s-servizzi; jekk ikun posibbli, f'forma ta' taqsira f'fuljett li jindika l-kundizzjonijiet ewlenin ta' xogħol applikabbli;

(4)

jużaw aħjar il-possibilitajiet offruti mill-Internet u jtejbu l-aċċessibilità u ċ-ċarezza tat-tagħrif fornut fil-websajts nazzjonali (11).

Barra minn hekk l-Istati Membri għandhom:

(5)

jippermettu lill-uffiċċju ta' kollegament li jkollhom struttura organizzata b'mod effiċjenti għad-dispożizzjoni tagħhom u jiġu mgħammra b'personal xieraq u riżorsi oħrajn biex jaqdu dmirijiethom li jipprovdu t-tagħrif;

(6)

jindikaw, jekk ikun possibbli, persuna ta' kuntatt ma' l-uffiċċju ta' kollegament inkarigat li jittratta t-talbiet għal tagħrif.

Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġja l-Istati Membri f'dan il-qasam, speċjalment permezz tal-portal eżistenti fuq il-websajt EUROPA b'ħolqiet għal websajts nazzjonali dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema.

3.   Skambju ta' prassi tajba

L-Istati Membri għandhom jipparteċipaw attivament fi proċess sistematiku u formali ta' identifikazzjoni u skambju ta' prassi tajba fil-qasam ta' l-istazzjonament tal-ħaddiema permezz ta' kwalunkwe fora ta' kooperazzjoni stabbiliti mill-Kummissjoni għal dak il-għan, bħall-Kumitat ta' Livell Għoli previst (għal aktar dettalji ara l-anness).

Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Vladimír ŠPIDLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1.

(2)  Id-Dokumenti ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SEC(2006) 439 u SEC(2007) 747, kif ukoll il-komunikazzjoni “L-istazzjonar tal-ħaddiema fil-qafas ta' l-għoti ta' servizzi: jintlaħqu l-aħjar benefiċċji u potenzjal tiegħu filwaqt li jkun garantit il-ħarsien tal-ħaddiema”, b'mod partikolari il-konklużjonijiet tal-parti 6, COM(2007) 304 finali tat-13 ta' Ġunju 2007, paġna 9.

(3)  Ara f'dan il-kuntest ukoll ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2007, B6-0266/2007.

(4)  COM(2006) 159 finali, 4 ta' April 2006.

(5)  Il-komunikazzjoni “L-istazzjonar tal-ħaddiema fil-qafas ta' l-għoti ta' servizzi: jintlaħqu l-aħjar benefiċċji u potenzjal tiegħu filwaqt li jkun garantit il-ħarsien tal-ħaddiema”, b'mod partikolari il-konklużjonijiet tal-parti 6 COM(2007) 304 finali tat-13 ta' Ġunju 2007, kif ukoll id-dokument ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanjaha, SEC(2007) 747.

(6)  Ir-Riżoluzzjoni idem tal-Parlament Ewropew dwar ir-rapport Schroedter tas-26 ta' Ottubru 2006.

(7)  L-istess punt huwa enfasizzat fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew, ara b'mod partikolari l-punti 21 u 32 et seq. Mit-tweġibiet li waslu fil-kuntest ta' konsultazzjoni pubblika mnedija fuq il-modernizzazzjoni tal-liġi tax-xogħol, COM(2006) 708 tat-22 ta' Novembru 2006, irriżulta wkoll li l-bżonn għal kooperazzjoni itjeb u aħjar kienet ukoll appoġġjata bil-qawwi mill-Istati Membri (ara COM(2007) 627 finali ta' l-24 ta' Ottubru 2007 u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal akkumpanjanti, SEC(2007) 1373).

(8)  L-istess punt u sejħa għal azzjoni kienet enfassizzata mill-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tagħha tal-11 ta' Lulju 2007, ara l-punt 18.

(9)  IMI hija sistema ta' tagħrif maħduba biex tiffaċilita għajnuna reċiproka u skambju ta' tagħrif bejn l-Istati Membri. Hija tipprovdi għodda għal skambju ta' data sikur u veloċi fost l-awtoritajiet Ewropej, li jippermettilhom jaħdmu flimkien b'mod effettiv minkejja ostakli dovuti għal lingwi differenti u proċeduri u strutturi amministrattivi. L-ewwel applikazzjonijiet żviluppati se jaġġoġġjaw id-Direttiva tal-Kwalifiki Professjonali (2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u d-Direttiva tas-Servizzi (2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).

(10)  Ara wkoll f'dan il-kuntest id-Deċiżjoni 2008/49/KE tal-Kummissjoni tat-12 ta' Diċembru 2007 dwar l-implimentazzjoni tas-Sistema ta' Tagħrif tas-Suq Intern (IMI) fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali (ĠU L 13, 16.1.2008, p. 18).

(11)  Il-websajts nazzjonali għandhom ħolqiet għall-websajt tal-Kummissjoni dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema:

http://europa.eu.int/comm/employment_social/labour_law/postingofworkers_en.htm


ANNESS

Kumitat ta' Livell Għoli fil-qasam ta' l-istazzjonament ta' ħaddiema (għad irid jitwaqqaf) rwol, ħidmiet u responsabilitajiet previsti

L-iskambji ta' tagħrif li seħħew s'issa fuq bażi volontarja fi ħdan il-grupp informali ta' esperti governattivi dwar l-istazzjonament tal-ħaddiema wrew li l-grupp kien effettiv għat-titjib tal-mezzi ta' skambju ta' tagħrif disponibbli dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg ta' ħaddiema stazzjonati. Barra minn hekk, ipprovdew tagħrif utli lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE.

Kooperazzjoni amministrattiva msaħħa titlob mezzi effettivi ta' żvilupp għall-identifikazzjoni u l-iskambju ta' prassi tajba fil-kwistjonijiet kollha rilevanti għall-applikazzjoni korretta u t-tisħiħ fil-prattika tad-Direttiva 96/71/KE. Għalhekk se jkun possibbli li l-kooperazzjoni amministrattiva titjieb sew u tiġi prevenuta l-emerġenza ta' kunflitti u r-rikors frekwenti għal soluzzjoni ta' tilwim ġuriżdizzjonali.

Għalhekk, kif diġà ħabbret fil-Komunikazzjoni tagħha tat-13 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni tipprevedi t-twaqqif ta' Kumitat ta' Livell Għoli, bil-ħidmiet u l-għanijiet intenzjonati li ġejjin:

(1)

jidentifika u jippromwovi l-iskambju ta' esperjenza u l-aħjar prassi;

(2)

jippromwovi l-iskambju ta' tagħrif rilevanti, inkluż it-tagħrif dwar il-forom eżistenti ta' kooperazzjoni amministrattiva (bilaterali) bejn l-Istati Membri u/jew l-Imsieħba Soċjali;

(3)

jeżamina kwistjonijiet (amministrattivi), diffikultajiet u kwistjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-implimentazzjoni, applikazzjoni kif ukoll konformità effettiva ma' u l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE jew il-miżuri implimentattivi nazzjonali, rilevanti għall-istazzjonament tal-ħaddiema;

(4)

jeżamina kwalunkwe diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 96/71/KE;

(5)

jissorvelja l-progress miksub fit-titjib ta' kooperazzjoni amministrattiva, b'mod partikolari l-iżvilupp ta' l-applikazzjoni — speċifika — għall-appoġġ għal kooperazzjoni amministrattiva, u l-adattament u l-implimentazzjoni ta' l-IMI, kif ukoll it-titjib ta' l-aċċess għat-tagħrif u, jekk hemm bżonn, jissuġġerixxu x'passi jew azzjonijiet li jittieħdu;

(6)

jeżamina possibilitajiet biex tiżdied il-konformità effettiva ma' u l-infurzar tad-drittijiet tal-ħaddiema u l-ħarsien tal-pożizzjoni tagħhom jekk hemm bżonn;

(7)

jeżamina fil-fond l-eżami ta' problemi ta' infurzar transkonfinali prattiku.

Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-Kumitat ta' Livell Għoli għadu jinvolvi mill-qrib l-entitajiet pubbliċi responsabbli mill-kontroll tal-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri li tapplika għall-ħaddiema stazzjonati, bħall-ispettorati tax-xogħol. Huwa għandu, b'konformità mal-liġi u/jew il-prattika nazzjonali, jinvolvu formalment l-imsieħba soċjali b'mod regolari, b'mod partikolari ir-rappreżentanti ta' l-imsieħba soċjali settorjali fis-setturi b'inċidenza għolja ta' rikors għall-ħaddiema stazzjonati.

Il-Kummissjoni lesta tadotta Deċiżjoni tal-Kummissjoni li twaqqaf Kumitat ta' Livell Għoli bħal dan fil-futur qrib, fejn se jkunu definiti wkoll il-kompożizzjoni, l-għanijiet u metodi ta' ħidma tiegħu. Għal dan il-għan, se jitqies ir-riżultat tad-dibattitu fil-Kunsill wara din ir-Rakkomandazzjoni.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

4.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 85/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5065 — AXA/CDC/Hotels ACCOR)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 85/02)

Fis-27 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Franċiż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5065. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


4.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 85/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5073 — Scholz/TTC/GMPL/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 85/03)

Fil-31 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M5073. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

4.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 85/6


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

It-3 ta' April 2008

(2008/C 85/04)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,5526

JPY

Yen Ġappuniż

159,75

DKK

Krona Daniża

7,4586

GBP

Lira Sterlina

0,7832

SEK

Krona Żvediża

9,342

CHF

Frank Żvizzeru

1,5845

ISK

Krona Iżlandiża

116,66

NOK

Krona Norveġiża

8,003

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,938

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

257,44

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6973

PLN

Zloty Pollakk

3,4833

RON

Leu Rumen

3,7103

SKK

Krona Slovakka

32,403

TRY

Lira Turka

1,9933

AUD

Dollaru Awstraljan

1,7065

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5722

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

12,0975

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,9821

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1532

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 521,55

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,087

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,8927

HRK

Kuna Kroata

7,2754

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 361,55

MYR

Ringgit Malażjan

4,9644

PHP

Peso Filippin

64,355

RUB

Rouble Russu

36,817

THB

Baht Tajlandiż

49,093

BRL

Real Brażiljan

2,6798

MXN

Peso Messikan

16,411


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

4.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 85/7


Dikjarazzjoni mill-Gvern ta' Malta f'konformità ma' l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-familjari tagħhom li jiċċaqalqu fil-Komunità

(2008/C 85/05)

Il-leġislazzjoni u l-iskemi msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament

Għall-għanijiet uniċi u speċifiċi ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 43(a) u 51(a) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, il-pensjonijiet pagabbli taħt il-leġislazzjoni li ġejja:

(1)

Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (Kap. 393);

(2)

Att dwar il-Pulizija (Kap. 164);

(3)

Att dwar il-Ħabs (Kap. 260);

(4)

Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta (Kap. 220);

għandhom ikunu kkunsidrati bħala “skemi speċjali għall-impjegati fis-servizz ċivili” fis-sens ta' l-Artikolu 1(ja) ta' l-imsemmi Regolament.

L-inkużjoni tal-pensjonijiet imsemmija hawn fuq, fl-ambitu tar-Regolament hi mingħajr preġudizzju għad-definizzjoni tat-tali skemi bħal “pensjonijiet għas-servizz” għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318).


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni

4.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 85/8


Sejħa għal proposti — “Azzjoni Preparatorja MEDIA International”

(2008/C 85/06)

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

L-“Azzjoni Preparatorja MEDIA International” hija maħsuba biex jiġu eżaminati u ttestjati attivitajiet ta' kooperazzjoni bejn il-professjonisti Ewropej tal-films u l-professjonisti minn pajjiżi terzi. Tkopri:

appoġġ għat-taħriġ,

appoġġ għall-promozzjoni,

appoġġ għall-iżvilupp ta' netwerks taċ-ċinema.

Fl-ambitu tal-Programm ta' Ħidma għall-“Azzjoni Preparatorja MEDIA International” għall-2008, il-Kummissjoni b'dan tistieden lill-konsorzja biex iressqu l-proposti.

2.   Il-Kandidati eliġibbli

Is-sejħa hija miftuħa għal proposti minn entitajiet ġuridiċi mis-27 Stat Membru ta' l-UE u kwalunkwe pajjiż terz.

3.   Il-Baġit għall-proġetti

L-ammont massimu disponibbli minn din is-sejħa huwa ta' EUR 1,98 miljun.

L-appoġġ finanzjarju mill-Kummissjoni ma jistax jaqbeż il-50 %, il-75 % jew it-80 % ta' l-ispejjez totali eliġibbli, skond in-natura ta' l-attività.

Il-kontribut finanzjarju se jingħata fil-forma ta' għotja.

It-tul massimu tal-proġetti huwa ta' 12-il xahar.

4.   L-evalwazzjoni u l-għażla

Il-proposti mressqa se jiġu evalwati mill-Kummissjoni bl-għajnuna ta' esperti indipendenti. Il-kriterji użati għall-evalwazzjoni huma ddefiniti fil-Programm ta' Ħidma “MEDIA International”. Il-proposti li jgħaddu mill-evalwazzjoni b'suċċess jiġu kklasifikati f'ordni skond il-kwalità. Il-proċess ta' evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għal għotjiet mill-Kummissjoni huwa stipulat fir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1).

5.   Id-data ta' l-għeluq għall-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu sa mhux aktar tard mill-13 ta' Ġunju 2008 lil:

Ms Aviva Silver

Il-Kummissjoni Ewropea

Directorate-General Information Society and Media

Directorate A — Audiovisual, Media and Internet

Unit A2 — MEDIA programme and media literacy

Office BU33 02/005

B-1049 Brussels

6.   Informazzjoni sħiħa

It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti, flimkien mal-Programm ta' Ħidma, il-linji gwida u l-formoli ta' l-applikazzjoni jinsabu fl-indirizz elettroniku li ġej:

http://ec.europa.eu/media

L-applikazzjonijiet iridu jkunu konformi mat-termini kollha tas-sejħa għall-proposti u jridu jitressqu fuq il-formola pprovduta.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1) kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).


4.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 85/10


Sejħa għall-proposti fil-kuntest tal-programm ta' ħidma “Persuni” tas-Seba' Programm Kwadru tal-KE għall-attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

(2008/C 85/07)

B'dan qed tingħata notifika tat-tnedija tas-sejħiet għal proposti skond il-programmi ta' ħidma “Persuni” tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostraz-zjoni (mill-2007 sa l-2013).

Jintlaqgħu proposti għas-sejħiet li ġejjin. Id-dati ta' l-għeluq għas-sejħiet u l-baġits qegħdin imniżżlin fit-testi tas-sejħiet li jinsabu ppublikati fuq il-websajt tal-Cordis.

Il-Programm Speċifiku “Persuni”:

Identifikatur tas-Sejħa: FP7-PEOPLE-ITN-2008

Din is-sejħa għal proposti għandha x'jaqsmu mal-programm ta' ħidma adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5740, 28 ta' Novembru 2007.

L-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet, il-programmi ta' ħidma u l-linji gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti, tinsab disponibbli fuq il-websajt tal-Cordis: http://cordis.europa.eu/ fp7/calls/


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

4.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 85/11


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4994 — Electrabel/Compagnie Nationale du Rhône)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 85/08)

1.

Fis-26 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Electrabel S.A. (“Electrabel”, il-Belġju), ikkontrollata mill-grupp Suez (“Suez”, Franza) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll ta' l-impriża Compagnie Nationale du Rhône SA (“CNR”, Franza) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

Electrabel: il-produzzjoni ta' l-elettriku, il-kummerċ u l-bejgħ tal-gass u l-elettriku, l-operazzjoni ta' infrastrutturi tal-gass u ta' l-elettriku,

Suez: il-ġestjoni tas-servizzi utilitarji (l-elettriku, il-gass, is-sevizzi ta' l-enerġija, l-ilma, l-iskart),

CNR: il-produzzjoni, il-kummerċ u l-bejgħ ta' l-elettriku u l-inġinerija tax-xmajjar.

3.

Fuq eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4994 — Electrabel/Compagnie Nationale du Rhône, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


4.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 85/12


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5129 — Delta Lloyd/Swiss Life Belgium)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 85/09)

1.

Fis-26 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Delta Lloyd N.V. (“Delta Lloyd”, l-Olanda) li tappartieni għall-grupp Aviva takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll sħiħ ta' l-impriża Swiss Life Belgium N.V. (“Swiss Life Belgium”, il-Belġju) permezz tax-xiri ta' l-ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Delta Lloyd: servizzi finanzjarji. L-attivitajiet prinċipali tagħha huma s-sottoskrizzjoni u d-distribuzzjoni tal-prodotti assigurattivi,

għal Swiss Life Belgium: assigurazzjoni tal-ħajja, b'enfażi fuq il-prodotti tal-pensjoni.

3.

Wara eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riservata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5129 — Delta Lloyd/Swiss Life Belgium, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  GU C 56, 5.3.2005, p. 32.


ATTI OĦRAJN

Kummissjoni

4.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 85/13


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel

(2008/C 85/10)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“SAN SIMÓN DA COSTA”

Nru tal-KE: ES/PDO/005/0359/19.08.2004

DPO ( X ) IĠP ( )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Subdirección General de Calidad y Promoción Agroalimentaria — Dirección General de Industria Agroalimentaria y Alimentación — Secretaría General de Agricultura y Alimentación del Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación. España

Indirizz:

Paseo Infanta Isabel, 1

E-28071 Madrid

Tel.

(34) 913 47 53 94

Feks

(34) 913 47 54 10

Posta elettronika:

2.   Applikanti:

Isem:

D. Javier Piñeiro López (Quesería AS Fontelas) y otros productores

Indirizz:

Lobán, 3

E-San Simón da Costa, Vilalba (Lugo)

Tel.

(34) 982 52 57 88

Feks

(34) 982 52 57 88

Posta elettronika:

as_fontelas@wanadoo.es

Kompożizzjoni:

Produtturi/Proċessuri ( X ) Oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.3. Ġobon

4.   Speċifikazzjoni:

(Sinteżi tar-rekwiżiti skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem: “San Simón da Costa”

4.2.   Deskrizzjoni tal-prodott: Ġobon magħmul mill-ħalib tal-baqra bil-karatteristiċi li ġejjin:

Forma: bejn forma ta' lanġasa u balla, li tispiċċa fuq nett f'ponta.

Qoxra: affumikata, iebsa, ma tiġġebbidx, bejn 1 u 3 mm fi ħxuna, ta' kulur safrani ċar fil-kannella u kemmxejn żejtnija.

Pasta ta' ġewwa: konsistenza fina, xaħmija, kemmxejn iebsa, tiġġebbed ftit u densa. Il-kulur tagħha jagħti fl-abjad u l-isfar, tinqata' faċilment u għandha riħa u togħma karatteristika.

Għajnejn: għadd żgħir ta' għajnejn tondi u irregolari li jvarjaw fid-daqs iżda huma iżgħar minn nofs piżella.

Materjal niexef: minimu ta' 55 %.

Xaħam: minimu ta' 45 % u massimu ta' 60 %, b'kalkolu fuq l-estratt xott.

pH: bejn 5,0 u 5,6.

Il-ġobon li jaqa' taħt din id-denominazzjoni ta' l-oriġini jitqiegħed fis-suq f'żewġ daqsijiet:

dak kbir, li jimmatura għal minimu ta' 45 jum, b'piż finali ta' bejn 0,8 u 1,5 kg u qisien ta' bejn 13 u 18 cm fit-tul,

dak żgħir jew “Bufón”, li jimmatura għal minimu ta' 30 jum, b'piż finali ta' bejn 0,4 u 0,8 kg u qisien ta' bejn 10 u 13 cm fit-tul.

4.3.   Żona ġeografika: Iż-żona ta' produzzjoni tal-ħalib u tal-ġobon taħt id-Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini “San Simón da Costa” tkopri ż-żona ġeografika tad-Distrett Terra Chá li jinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin, kollha fil-provinċja ta' Lugo: Vilalba, Muras, Xermade, Abadín, Guitiriz, Begonte, Castro de Rei, Cospeito y A Pastoriza.

4.4.   Prova ta' l-oriġini: Ħalib prodott mill-azjendi tat-trobbija tal-bhejjem imniżżlin fir-reġistru rilevanti biss jista' jintuża fil-produzzjoni tal-ġobon kopert mid-Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini “San Simón da Costa”.

Bl-istess mod, dawk il-ġobnijiet li jsiru, li jiġu priżervati u affumikati fil-fabbriki tal-ħalib u l-istabbilimenti ta' priżervazzjoni u affumikazzjoni mniżżlin fir-reġistri ta' l-awtorità tal-kontroll, jista' jkollhom id-Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini “San Simón da Costa”.

Biex tkun żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-ispeċifikazzjoni, l-awtorità tal-kontroll iżżomm reġistri għall-monitoraġġ ta' l-azjendi tat-trobbija tal-bhejjem, il-fabbriki tal-ħalib u l-istabbilimenti tal-priżervazzjoni. Il-persuni naturali jew ġuridiċi kollha li għandhom assi mniżżla f'dawn ir-reġistri, l-istallazzjonijiet u l-prodotti tagħhom, jgħaddu minn dan il-proċess ta' kontroll għall-verifika li l-prodotti bid-Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini “San Simón da Costa” jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' l-ispeċifikazzjoni.

Il-kontrolli jkunu bbażati fuq spezzjonijiet ta' l-azjendi tat-trobbija tal-bhejjem u l-istallazzjonijiet, ir-reviżjoni tad-dokumentazzjoni u l-analiżi tal-materja prima u tal-ġobon. Fil-każ li l-materja prima jew il-ġobon ma jkunx ġie prodott skond ir-rekwiżiti ta' l-ispeċifikazzjoni jew il-ġobon ikollu xi difett jew bidliet sinifikanti, dan ma jistax jitqiegħed fis-suq bid-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini “San Simón da Costa”.

Il-ġobon bid-Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini jkollu t-tikketta ta' wara numerata, ikkontrollata, ipprovduta u ppubblikata mill-awtorità ta' kontroll.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni: Fil-produzzjoni ta' dan il-ġobon jintuża l-ħalib mhux ipproċessat jew dak pasturizzat, sħiħ jew naturali miksub mill-baqar tar-razez galician blond, brown swiss u friesian jew mit-taħlit tar-razza bejniethom, f'istallazzjonijiet stabbiliti mniżżlin fir-reġistri tad-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini. Il-ħalib ma fihx kolostru jew preżervattivi u, ġeneralment, għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Dan il-ħalib, li ma jista' jiġi soġġett għall-ebda proċess ta' standardizzazzjoni, jinżamm sew biex jiġi evitat l-iżvilupp ta' mikro-organiżmi, b'mod li t-temperatura tal-preżervazzjoni ma taqbiżx l-4 °C. L-intervall massimu bejn it-taħlib u l-produzzjoni għandu jkun ta' 48 siegħa. Il-proċess ta' produzzjoni tal-ġobon jikkonsisti fl-istadji li ġejjin:

Il-koagulazzjon: Dan isir bl-użu tat-tames li l-komponenti attiv tiegħu jikkonsisti fl-enżimi kimosina u pepsina. Il-fermenti lattiċi użati huma Lactococcus lactis, fid-diversi varjetajiet tiegħu, Streptococus cremoris u Streptococus lactis. Jissaħħu l-irkupru u l-użu tal-varjanti indiġeni. Il-koagulazzjoni tal-ħalib issir f'temperatura ta' bejn 31 u 33 °C għal perjodu ta' bejn 30 u 40 minuta, ħlief meta l-produzzjoni ssir b'ħalib mhux ipproċessat. F'dan il-każ il-parametri jinbidlu għal bejn 28-32 °C u 30-35 minuta.

It-tqattigħ: Il-baqta titqatta' biex tipproduċi grani ta' dijametru bejn 5 u 12 mm.

L-iffurmar: Il-baqta titpoġġa f'forom ta' l-għamla u d-daqs xierqa għall-produzzjoni tal-ġobon bil-karatteristiċi propji tal-prodott ċertifikat.

L-ippressar: Il-ġobon jiġi ppressat ġo pressa xierqa għat-tul ta' żmien meħtieġ, skond il-pressa applikata u d-daqs tal-ġobon. Biex tiġi faċilitata l-eliminazzjoni tax-xorrox u l-lixxar tal-qoxra tal-ġobnijiet, dawn jitġeżwru fi drapp tal-qoton.

It-tmelliħ: Il-ġobon jitpoġġa fis-salmura b'konċentrazzjoni ta' bejn 14 u 17 % għal massimu ta' 24 siegħa żmien.

Il-maturazzjoni: Wara li jkun temm it-tmelliħ, il-perjodu minimu ta' maturazzjoni jkun ta' 45 jum għall-ġobon f'forma kbira u 30 jum għall-ġobon f'forma żgħira (“Bufón”). Matul dan iż-żmien ta' maturazzjoni, il-ġobnijiet jinqalbu u jitnaddfu sabiex jiksbu l-karatteristiċi partikolari.

L-immersjoni f'banju kontra l-moffa: Din hija prattika mhux obbligatorja li tikkonsisti fl-immersjoni tal-ġobon f'banju mimli żejt taż-żebbuġa jew prodott ieħor awtorizzat biex jiġi evitat l-iżvilupp tal-moffa.

L-affumikazzjoni: Il-ġobon jiġi affumikat għat-tul ta' żmien meħtieġ biex jikseb il-lewn karatteristiku tiegħu, filwaqt li jiġi evitat kuntatt mill-qrib man-nar. Dan dejjem isir bl-użu ta' njam tal-betula mingħajr il-qoxra.

Biex ikunu kontrollati l-kwalità u t-traċċabilità tal-prodott, il-ġobon protett għandu jitqiegħed fis-suq ġeneralment bħala ġobon sħiħ, fil-pakketti awtorizzati mill-awtorità tal-kontroll. Madankollu, l-awtorità ta' kontroll tista' tawtorizza t-tqegħid fis-suq f'porzjonijiet, inkluż meta jkunu mqattgħin fil-ħanut, jekk tkun stabbilita sistema xierqa ta' monitoraġġ għal dan il-għan li tiggarantixxi l-oriġini, il-kwalità, konservazzjoni perfetta u preżentazzjoni korretta tal-prodott għall-konsumatur, billi tiġi evitata l-possibbiltà ta' konfużjoni.

4.6.   Rabta:

Ir-rabta storika:

Kif jingħad, l-oriġini tal-ġobon “San Simón da Costa” jinsab fl-irħula tan-nies tal-kultura “castreña”, li huma meqjusa li huma dixxendenti tat-tribujiet Ċeltiċi, fil-muntanji tas-Sierras de Carba u Xistral. Jidher ukoll fid-tradizzjoni li matul l-epoka tar-Rumani, il-ġobon kien jintbagħat Ruma minħabba l-karatteristiċi partikolari tiegħu li kienu t-togħma u t-tul ta' żmien twil li kien iżomm. Iktar tard, kien jintuża għall-ħlas tal-kera u d-dieċmi lill-mexxejja fewdali u lill-Knisja.

Ir-rabta naturali:

Id-distrett tat-Terra Cha huwa wieħed mill-iktar estensivi u definiti fil-Galizja, b'livell għoli ta' uniformità minħabba l-pajsaġġ wati, maqtugħ biss mill-muntanji li jdawruh.

L-impatt ta' l-ambjent ġeografiku fuq il-karatteristiċi tal-prodott:

Hemm serje ta' fatturi marbuta maż-żona ġeografika li għandhom impatt fuq il-karatteristiċi partikolari tal-ġobon “San Simón da Costa”:

(a)

l-ewwelnett, l-ambjent ġeografiku huwa favorevoli għat-tkabbir abbundanti ta' għalf ta' kwalità għolja, magħmul minn ħaxix indiġenu (ħaxix ta' Timotju (Timothy grass), ħaxix artab li jiddendel (creeping soft grass), żwien u ray grass) u żrieragħ imnixxfin (trifolja, silla u alfalfa) adattati għall-kundizzjonijiet moderati u umdi taż-żona;

(b)

il-produzzjoni tal-ħalib issir f'azjendi agrikoli żgħar tal-familja, bl-użu ta' metodi tradizzjonali tal-ġestjoni tal-merħla. Dawn il-merħla għad għandhom preżenza importanti ta' razez indiġeni, bil-konsegwenza li l-ħalib prodott huwa ta' kwalità għolja bil-karatteristiċi speċjali tiegħu. Barra minn hekk, l-ikel tagħhom jiġi mill-għalf prodott fl-azjenda stess, li meta it-temp jippermetti jsir mill-mergħa.

L-għalf ikkonċentrat, li jinkiseb barra mill-azjenda, huwa użat f'sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' ikel bħala suppliment għall-bżonnijiet ta' enerġija tal-bhejjem. Sa fejn hu possibbli, dan l-għalf jiġi miż-żona definita. Dan il-mudell tradizzjonali, fejn l-użu ta' prodott minn barra l-azjenda huwa limitat ħafna, jiffaċilita l-vijabbiltà ekonomika ta' dawn l-irziezet żgħar tal-familja.

Il-karatteristiċi ta' dawn il-farms jirriżultaw fil-produzzjoni ta' ħalib b'karatteristiċi ideali għall-elaborazzjoni tal-ġobon. Huwa fatt xjentifiku li dawn is-sistemi iktar naturali ta' produzzjoni u metodi ta' għalf għall-bhejjem itejbu l-kwalitajiet ta' nutriment tal-ħalib billi jiżdied il-kontenut ta' l-aċidu linolejku konjugat (CLA) u ta' l-aċidu mxaħħam omega-3 fil-profil tal-lipidi, peress li iktar ma jieklu ħaxix il-baqar, iktar jiżdied il-kontenut ta' dawn ix-xaħmijiet li huma tajbin għad-dieta, u b'hekk jiġu influwenzati l-kwalitajiet tal-ġobon.

(c)

l-ambjent naturali huwa abbundanti fis-siġar tal-betula, li l-injam tagħhom jintuża fil-proċess ta' l-affumikazzjoni li jagħti l-lewn u l-aroma unika;

(d)

Fl-aħħarnett, il-produtturi tar-reġjun jirtu mit-tradizzjoni twila tal-produzzjoni ta' dan it-tip ta' ġobon, bil-karatteristiċi uniċi tiegħu bħall-forma partikolari u l-lewn tradizzjonali li jintgħaraf minnufih, u l-prodott tagħhom issa għandu prestiġju li jistħoqqlu u fama tajba fost il-konsumaturi.

4.7.   Organu ta' spezzjoni:

Isem:

Dirección General de Producción, Industrias y Calidad Agroalimentaria

Indirizz:

Edificio Administrativo San Caetano, Santiago de Compostela

Tel.

(34) 981 54 47 77

Feks

(34) 981 54 57 35

Posta elettronika:

4.8.   Tikkettar: Il-ġobon li jitqiegħed fis-suq bid-Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini “San Simón da Costa”, wara li jkun iċċertifikat li jaqbel ma' l-ispeċifikazzjoni u r-regoli rilevanti, għandu jkollu siġill, tikketta jew tikketta ta' wara numerat, approvat u ppubblikat mill-Bord regolatorju, b'kodiċi alfanumeriku korrelattiv, u bil-logo uffiċjali tad-Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini.

Il-kliem “Denominación de Origen Protegida San Simón da Costa” għandhom jidhru kemm fuq it-tikketta ta' quddiem kif ukoll fuq dik ta' wara.

It-tikketta għandha tindika jekk il-ġobon ikun prodott bl-użu ta' ħalib mhux ipproċessat jew dak pasturizzat.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


4.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 85/17


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

(2008/C 85/11)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“MELTON MOWBRAY PORK PIE”

Nru tal-KE: UK/PGI/005/0335/13.02.2004

DPO ( ) IĠP ( X )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Department for the Environment, Food and Rural Affairs

Indirizz:

Food Chain Marketing and Competitiveness Division Food Exports and Regional Food Branch Area 4C

Nobel House

17 Smith Square

London SW1P 3JR

United Kingdom

Tel.

(44-207) 238 66 87

Faks

(44-207) 238 57 28

Indirizz elettroniku:

simon.johnson@defra.gsi.gov.uk

2.   Grupp:

Isem:

The Melton Mowbray Pork Pie Association

Indirizz:

P.O. Box 5540 Melton Mowbray

Leicestershire LE13 1YU

United Kingdom

Tel.

(44-166) 456 93 88

Faks

Indirizz elettroniku:

mocallaghan@tiscali.co.uk

Kompożizzjoni:

Produtturi/proċessuri ( X ) Oħrajn ( )

3.   Tip tal-prodott:

Kategorija 1.2. Prodotti magħmulin mil-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

4.   Speċifikazzjoni:

(Sinteżi tar-rekwiżiti skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem: “Melton Mowbray Pork Pie”

4.2.   Deskrizzjoni: Il-Melton Mowbray Pork Pies għandhom forma tonda karatteristika tagħhom minħabba l-kisja ta' għaġina bbuzzata 'l barra mill-ġenb. L-għaġina hija ta' konsistenza rikka kulur kannella dehbi. Il-mili tal-majjal mhuwiex ikkurat u għalhekk huwa ta' kulur griż — il-kulur tal-majjal mixwi. Il-mili huwa ta' konsistenza umida, magħmul minn partikoli żgħar. Il-kontenut tal-laħam tal-prodott kollu għandu jkun ta' l-inqas 30 %. Bejn il-mili u l-kisi ta' l-għaġina hemm saff ta' ġeli.

Bħala togħma, l-għaġina moħmija fil-forn hija rikka waqt li l-mili huwa bnin b'togħma ta' laħam u mħawwar b'mod partikolari bil-bżar.

It-torti jridu jkunu mingħajr kuluri, togħmiet u preservattivi artifiċjali. Jinbiegħu f'diversi qisien u piżijiet u minn għażla ta' ħwienet, inklużi ħwienet tal-laħam tradizzjonali, supermarkets, delicatessens u ħwienet li jservu l-ikel.

4.3.   Żona ġeografika: Il-belt ta' Melton Mowbray u r-reġjun ta' madwaru, li jmissu:

mit-Tramuntana, ma' l-A52 mill-M1 u l-A1, inkluża l-belt ta' Nottingham,

mil-Lvant, ma' l-A1 mill-A52 sa l-A605, inklużi l-bliet ta' Grantham u Stamford,

mill-Punent, ma' l-M1 mill-A52 sa l-A45,

min-Nofsinhar, ma' l-A45 u l-A605 mill-M1 sa l-A1, inkluża l-belt ta' Northampton.

Riċerka estensiva minn storiku lokali wriet li matul il-bidu u n-nofs tas-seklu dsatax meta kienu bdew jissajru t-torti għall-konsum kummerċjali għall-ewwel darba, ostakli ġeografiċi u ekonomiċi llimitaw l-produzzjoni tal-Melton Mowbray Pork Pie għall-belt ta' Melton Mowbray stess u r-reġjun ta' madwaru.

Iż-żona ġeografika deskritta hawn fuq hija akbar miż-żona oriġinali ta' produzzjoni. Dan jikkunsidra l-fatt li matul iż-żmien dawk l-ostakli saru anqas sinifikanti, u jirrikonoxxi li l-produzzjoni tal-Melton Mowbray Pork Pie skond il-metodu ta' sajran deskritt hawn taħt ilha ssir għal 100 sena fiż-żona usa' ta' madwar Melton Mowbray.

4.4.   Prova ta' l-oriġini: Prova li l-prodott huwa manifatturat fiż-żona denominata jistgħu jkunu r-referenza għar-rekords li jżommu l-produtturi u r-referenza għas-sistemi ta' traċċabilità li jeżistu. Il-korp ta' spezzjoni nominat għandu jagħmel spezzjonijiet annwali fuq kull produttur biex jiżgura li jkun hemm konformità ma' l-ispeċifikazzjoni.

Kull membru għandu jirċievi Numru ta' Ċertifikazzjoni tiegħu stess ipprovdut mill-korp ta' spezzjoni biex jintwera fuq l-imballaġġ u fuq kwalunkwe materjal tal-post tal-bejgħ meta jinbiegħu l-Melton Mowbray Pork Pies. Dan in-numru uniku għandu juri fejn tkun saret kull torta mibjugħa, direttament lura sal-produttur. Fil-każ ta' produtturi fuq skala żgħira, xi prodotti li jkunu ġew manifatturati jinbiegħu biss minn ħwienet tal-bejgħ tagħhom stess, filwaqt li membri akbar ibigħu l-prodotti permezz tal-bejjiegħa bl-imnut ewlenin.

Il-produtturi jinħarġilhom Timbru tas-Saħħa mill-Food Standards Agency (Aġenzija ta' l-Istandards ta' l-Ikel) u dan flimkien ma' l-użu ta' kodiċi tad-data jipprovdu traċċabilità sħiħa ta' prodott mill-post tal-bejgħ, għal-lott tal-produzzjoni, saħansitra għall-fornitur approvat ta' kull ingredjent li fih il-prodott.

Il-Melton Mowbray Pork Pie Association ser tissorvelja l-użu tat-timbru ta' awtentikazzjoni tagħha stess, mogħtija lil kull membru tagħha. Dan it-timbru jerġa' jintuża fuq kwalunkwe imballaġġ u materjal tal-post tal-bejgħ.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni: Dawn l-ingredjenti li ġejjin biss iridu jintużaw fil-manifattura ta' Melton Mowbray Pork Pies:

Il-metodu tat-tisjir huwa kif ġej:

L-ingredjenti ta' l-għaġina jitħalltu flimkien, u l-għaġina tinfetaħ f'qigħan u wċuh, imbagħad titħalla toqgħod qabel ma tintuża għall-manifattura tat-torti.

Il-laħam tal-majjal ikkapuljat jew imqatta' f'biċċiet żgħar jitħallat ma' l-ingredjenti l-oħra biex jifforma l-mili tat-torti.

Il-qigħan ta' l-għaġina jew jitpoġġew f'forma ta' ċirku apposta jew jitpoġġew madwar forma jew xi mudell simili.

Il-mili jinqasam fit-torti u jitpoġġa fuq il-qiegħ tat-torta. Imbagħad il-wiċċ ta' l-għaġina li ġie ppreparat qabel jitpoġġa fuq il-mili, u t-truf jinghalqu sew flimkien. Xi torti jinħadmu bl-idejn u biċċa minnhom fl-aħħar jiġu dekorati b'għafsa ta' l-idejn fuq it-truf biex jagħlqu l-wiċċ mal-ġnub.

Imbagħad jinħarġu miċ-ċrieki tagħhom u jitpoġġew fuq tilar tal-ħami mingħajr appoġġ. Xi torti jistgħu jiġu ffriżati f'dan l-istat u jinżammu biex jinħmew aktar tard, jew jinbiegħu ffriżati biex jinħmew id-dar.

Imbagħad it-torti jinħmew sakemm l-għaġina ssir ta' kulur kannella dehbi, jitħallew jibirdu u wara jiġu miksija bil-ġeli.

It-torti imbagħad jitpoġġew f'temperatura ta' anqas minn 8 °C.

It-torti jistgħu jitgeżwru f'xi tip ta' karta u jiġu mmarkati bid-data għall-bejgħ bl-imnut, jew inkella jitħallew mikxufin. It-torti jistgħu jitħallew f'xi vetrina tat-tkessiħ biex jistennew ix-xiri. Xi torti jinbiegħu sħan f'erba' sigħat wara li jinksew bil-ġeli.

It-torti jinbiegħu f'varjetà wiesgħa ta' ħwienet li tvarja mis-supermarkets ewlenin sal-ħanut tal-produttur stess.

4.6.   Rabta: Mis-seklu sittax 'il quddiem sar tqassim konsiderevoli ta' l-art madwar il-belt ta' Melton Mowbray. B'dan it-tibdil l-għelieqi miftuħin tneħħew mill-pajżagg u żviluppaw l-għelieqi mdawrin bir-ringiela tas-sġajriet tant karatteristiċi ta' l-art agrikola ta' l-East Midlands. B'riżultat ta' dan, l-attività agrikola ewlenija nbidlet mit-trobbija tan-nagħaġ fuq il-mergħat miftuħa għat-trobbija kkontrollata tal-baqar. Il-ħalib żejjed mill-baqar kien jiġi magħmul f'ġobon, partikolarment il-Blue Stilton. Prodott sekondarju tal-produzzjoni tal-ġobon huwa x-xorrox. Ix-xorrox imħallat man-nuħħala huwa għalf eċċelenti għall-ħnieżer. Ir-raħħala li kellhom il-baqar tal-ħalib bnew imqawel għall-ħnieżer u bdew irabbu l-annimali biex jieklu ż-żejjed li kien jibqa' mill-attivitajiet tagħhom tal-produzzjoni tal-ħalib.

F'Leicestershire l-għelieqi jingħalqu billi jinżara l-Hawthorn matul il-qasma (il-konfini ta' l-għelieqi). Meta r-ringiela tas-sġajriet tkun kibret għal għoli ta' madwar żewġ metri, tinżabar f'żewġ saffi, biex tifforma barriera impenetrabbli, matul il-ġnub tal-gandotti tal-konfini, rotot popolari mal-volpijiet. Dan, mill-banda l-oħra, wassal għal żieda fil-popolazzjoni tal-volpijiet. Biex jiġi kkontrollat dan it-tkattir tal-volpijiet, intużaw klieb tal-kaċċa biex jaqbdu l-volpi u joqtluh. Dawn il-klieb kienu kkontrollati minn rikkieba fuq iż-żwiemel li ġabu l-iżvilupp tal-kaċċa tal-volpi bħala sport għall-ħarifa u x-xitwa. Sa minn nofs is-seklu tmintax, il-kaċċaturi staġjonali tal-volpi bdew jiffokaw l-attivitajiet tal-kaċċa tagħhom fuq il-belt ta' Melton Mowbray. Matul ix-xhur tal-ħarifa u x-xitwa, kienu jinqatlu l-qżieqeż, u kienet tibda l-produzzjoni tat-torti tal-majjal. Il-qaddejja tal-kaċċa kienu jżommu dawn it-torti fil-bwiet biex jikluhom meta jaqbadhom il-ġuh waqt li kienu jmexxu ż-żwiemel madwar il-belt għall-konvenjenza tal-kaċċatur għani tal-volpi. Il-kaċċatur rikkieb tal-volpi malajr induna b'dawn it-torti sempliċi u tant delizzjużi tar-raħħala, u għalhekk beda jġorrhom fil-boroż u l-bwiet biex jikolhom waqt il-kaċċa.

Dawn it-torti delizzjużi, li kienu jisservew bħala kolazzjon filgħodu, tant ingħoġbu minn dawn il-kaċċaturi staġjonali għanja, li dawn stennew li jsibuhom ukoll fil-klabbs tagħhom ta' Londra. Edward Adcock, fl-1831, beda jesporta torti tal-majjal minn Melton Mowbray għal Londra permezz ta' vettura pubblika miġbuda miż-żwiemel li kienet taħdem ta' kuljum minn Leeds għal Londra. B'hekk beda l-kummerċ u l-promozzjoni tal-Melton Mowbray Pork Pie.

L-epoka tal-ferrovija ttrasformat l-industrija. Vaguni speċjali fuq is-sistema tal-ferrovija bdew jintużaw flok il-vetturi ta' kuljum miġbuda miż-żwiemel biex iwasslu t-torti Londra u fi bliet oħra ewlenin. Inbnew fran qrib l-istazzjon ta' Melton Mowbray u t-torti ġew ittrasportati mar-Renju Unit u anke l-Awstralja, New Zealand u l-Afrika t'Isfel fl-istivi mkessħin ta' bastimenti tat-tagħbija li kienu fi triqithom lura lejn dawk il-pajjiżi. L-isem tat-torta nfirxet u mill-1870 sal-bidu tas-seklu ta' wara l-industrija għaddiet minn żmien tajjeb ferm. Minħabba l-fama dejjem tikber tal-prodott xi wħud mill-produtturi ewlenin ipprovaw jipproteġu l-isem minn imitazzjonijiet, iżda mingħajr suċċess.

L-Ewwel Gwerra Dinjija waqqfet għal kollox il-kummerċ ta' l-esportazzjoni u l-industrija bdiet sejra lura. Madankollu, matul l-aħħar 20 sena l-industrija ngħatat spinta u bdiet tespandi biex tlaħħaq ma' domanda dejjem tikber għal dan it-tip ta' ikel versatili. Il-Melton Mowbray Pork Pies magħmula fiż-żona denominata issa jinstabu għal bejgħ f'bosta mis-supermarkets il-kbar u qed jerġgħu jiġu esportati.

Aktar riċenti, il-Melton Mowbray Pork Pies ġibdu l-attenzjoni minn żoni differenti. Il-ktieb ta' gwida ta' l-ivjaġġar internazzjonali “Lonely Planet” jirreferi għall-belt ta' Melton Mowbray bħala l-belt “which gave the world the best pork pies under the sun” (li tat lid-dinja l-aqwa torti tal-majjal taħt il-kappa tax-xemx). Il-popolarità mġedda tal-prodott dehret fl-1996 meta d-Duka ta' Gloucester ġibed xi pubbliċità waqt żjara lil ħanut ta' produttur u deher f'artiklu tal-gazzetta jduq il-Melton Mowbray Pork Pies. Il-BBC ukoll wera silta fuq il-Melton Mowbray Pork Pies bħala parti mill-programm televiżiv popolari “Food and Drink” li kien jintwera fl-aqwa ħin tat-trasmissjoni.

Il-Melton Mowbray Pork Pies huma evidentement differenti minn torti oħra tal-majjal fl-imballaġġ, id-disinn u l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom fil-post tal-bejgħ. Meta mqabbla ma' torti tal-majjal oħrajn, għandhom żieda fil-prezz ta' 10-15 % fis-suq għax għandhom fama speċifika li taqtagħhom għalihom bħala differenti u ta' kwalità aħjar li tixraq il-prezz ogħla. Il-Melton Mowbray Pork Pie Association twaqqfet fl-1998 biex tgħaqqad flimkien il-produtturi kollha fiż-żona denominata bil-għan li tiżgura l-ħarsien tal-Melton Mowbray Pork Pie awtentika u li tkabbar l-għarfien dwar l-oriġini tal-prodott.

4.7.   Korp ta' Spezzjoni:

Isem:

Product Authentication Inspectorate Limited

Indirizz:

Rowland House

65 High Street Worthing

W. Sussex BN11 1DN

United Kingdom

Tel.

(44-190) 323 77 99

Faks

(44-190) 320 44 45

Indirizz elettroniku:

paul.wright@food-standards.com

4.8.   Tikkettar: Wara li dan il-prodott jiġi rreġistrat b'suċċess tinħareġ marka ta' l-IĠP (Indikazzjoni Ġeografika Protetta) li tintuża eżatt ma' ġenb l-isem irreġistrat.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.