ISSN 1725-5198 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 73 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 51 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet |
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
Kunsill |
|
2008/C 073/01 |
||
2008/C 073/02 |
||
2008/C 073/03 |
Opinjoni tal-Kunsill ta' l-4 ta’ Marzu 2008 dwar il-programm ta' stabbiltà ta' Ċipru, 2007-2011 |
|
2008/C 073/04 |
||
2008/C 073/05 |
||
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
Kunsill |
|
2008/C 073/06 |
||
|
Kummissjoni |
|
2008/C 073/07 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Kummissjoni |
|
2008/C 073/08 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5125 — Marel/SFS) ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Kummissjoni |
|
2008/C 073/09 |
||
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet
OPINJONIJIET
Kunsill
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 73/1 |
OPINJONI TAL-KUNSILL
ta' l-4 ta’ Marzu 2008
dwar il-programm ta' konverġenza aġġornat tal-Bulgarija, 2007-2010
(2008/C 73/01)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet tal-budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,
Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,
TA DIN L-OPINJONI:
(1) |
Fl-4 ta' Marzu 2008 l-Kunsill eżamina l-programm ta' konverġenza aġġornat tal-Bulgarija, li jkopri l-perijodu mill-2007 sa l-2010. |
(2) |
Tkabbir reali tal-PGD kien għoli, 'il fuq minn 6 % fis-sena mill-2003, waqt li akkumulaw żbilanċi esterni kbar. Għaldaqstant, il-bilanċ ġenerali tal-gvern ġie mgħolli minn pożizzjoni qrib żero għal bilanċ pożittiv ta' 'l fuq minn 3 % tal-PGD fl-2006, bil-qagħda fiskali tkun kontro-ċiklika jew ġeneralment newtrali sa mill-2003. Fl-istess waqt, il-kondizzjonijiet monetarji kienu akkomodanti fi ħdan il-kuntest tal-qafas tal-bord tal-valuta. Tkabbir ekonomiku b'saħħtu kien akkumpanjat b'sinjali ta' tisħin żejjed ta' l-ekonomija u żbilanċi makroekonomiċi dejjem jiżdiedu, riflessi f'defiċit estern li qed jespandi, rijaċċelerazzjoni tat-tkabbir ta' kreditu tal-bank, u inflazzjoni li qed tikber. Madankollu, l-iżbilanċi esterni kbar fil-Bulgarija jirriflettu fil-parti l-kbira ż-żieda f'daqqa fl-investiment miġjuba minn flussi 'l ġewwa konsiderevoli ta' FDI. L-inflazzjoni kienet ikkawżata primarjament minn żidiet ikkaġunati esternament fil-prezzijiet ta' l-ikel u l-enerġija. Madankollu, bil-qgħad li qed jonqos f'daqqa, is-suq tax-xogħol issikka u fl-2007 t-tkabbir tal-pagi aċċellera b'mod konsiderevoli, b'tali mod li qabeż nettament it-tkabbir tal-produttività għall-ewwel darba f'bosta snin. Jekk dawn l-iżviluppi kellhom ikomplu, huma jistgħu jwasslu għal tnaqqis tal-kompetittività u jdaħħlu in kwisjtoni s-sostenibbiltà ta' tkabbir għoli, anke jekk, grazzi għal żidiet moderati reali fil-paga sa l-2006 u dħul produttiv akkumulat sa mill-1998, il-kompetittività ta' l-ispiża ġiet fil-parti l-kbira ppriservata. Bħala prospetti, il-Bulgarija hija ffaċjata bl-isfidi li tikkonfronta dawn l-iżbilanċi u fl-istess waqt issaħħaħ il-kondizzjonijiet ta' rkuprar kostanti billi tippreserva politika fiskali prudenti u moderazzjoni tal-pagi, ittejjeb il-kwalità tal-finanzi pubbliċi, filwaqt li tiżgura stabbiltà tas-settur finanzjarju, u tgħaġġel ir-riformi strutturali. |
(3) |
Ix-xenarju makroekonomiku li jservi ta' sisien tal-programm jivviżwalizza li t-tkabbir reali tal-PGD għandu jiżdied minn 6,4 % fl-2007 għal 6,7 % bħala medja matul il-bqija tal-perjodu tal-programm. Fid-dawl tat-tagħrif disponibbli bħalissa (2), jidher li dan ix-xenarju huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet ġeneralment plawżibbli ta' tkabbir, għalkemm huma kemxejn favorevoli speċjalment lejn l-aħħar tal-perjodu tal-programm meta t-tkabbir fid-domanda domestika, b'mod partikolari l-investimenti, jidhru li jaqgħu fil-faxxa għolja. Fuq dan l-isfond ta' tkabbir reali tal-PGD, il-programm jipproġetta progress limitat lejn il-konverġenza nominali filwaqt li l-inflazzjoni tibqa' relattivament għolja. Barra minn dan, fid-dawl tal-pressjonijiet kostanti pproġettati tal-pagi u żidiet maħsuba fid-dazji fiskali fuq it-tabakk il-previżjonijiet ta' l-inflazzjoni jidhru jaqgħu fil-faxxa baxxa għall-2009 u l-2010. Minkejja li l-kompożizzjoni tat-tkabbir mistennija ssir ftit iktar ibbilanċjata bis-saħħa tat-tkabbir ta' esportazzjoni ogħla, id-defiċit estern għandu jitwessa' aktar u huwa previst li jilħaq il-quċċata ta' 20,75 % tal-PGD fl-2008, li tidher fil-biċċa l-kbira plawżibbli fid-dawl ta' żviluppi riċenti.. |
(4) |
Għall-2007, id-defiċit ġenerali tal-gvern huwa stmat għal 3,1 % tal-PGD fl-aktar aġġornament reċenti tal-programm, imqabbel mal-mira ta' 0,8 % tal-PGD stabbilita fil-programm ta' konverġenza ta' l-2007. Din il-sovraprestazzjoni tal-baġit hija totalment dovuta għal dħul ogħla milli kif mistenni, filwaqt li l-kontroll tan-nefqa ma ġiex kompletament ippreservat. It-tfaddil previst inizjalment ta' 10 % ta' l-infiq attwali bbaġitjati bla interess ma kienx implimentat u f'Diċembru 2007 ġie adottat programm addizzjonali ta' l-infiq, fil-biċċa l-kbira fuq l-infrastruttura, ta' madwar 2,25 % tal-PGD. Barra minn dan, il-pensjonijiet żdiedu darbtejn b'10 % fl-2007 u għalhekk b'aktar mit-8,5 % implikati mill-formola stabbilita ta' indiċizzazzjoni. Fl-aħħar nett, il-pressjonijiet tal-pagi wkoll bdew jinħassu fis-settur pubbliku, b'aċċelerazzjoni ċara ta' tkabbir tal-pagi tas-settur pubbliku fit-tieni nofs tas-sena. Kollox ma' kollox, il-bilanċ favorevoli baġitarju ikbar milli ppjanat fl-2007 jista' jitqies bħala konformi ma' l-istedina fl-opinjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2007 dwar il-programm ta' konverġenza ta' Jannar ta' l-2007 (3). Fid-dawl tat-tkabbir issuktat ta' dħul b'saħħtu, ir-rendiment baġitarju fl-2007 jista' jkun saħansitra aħjar milli kif previst fil-programm. |
(5) |
L-istrateġija baġitarja li tifrex fuq medda medja ta' żmien fil-programm timmira li tippreserva pożizzjoni newtrali matul il-perjodu kollu tal-programm. L-għan fuq medda medja ta' żmien (MTO) ippreżentat fil-programm ġie rivedut minn pożizzjoni bilanċjata f'termini strutturali (jiġifieri f'termini aġġustati ċiklikament, netti ta' miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra) għal bilanċ pożittiv ta' 1,5 % tal-PGD, li għandu jiġi rispettat matul il-perjodu kollu tal-programm. Minkejja li l-MTO imħaddan mill-Kunsill fl-opinjoni tiegħu dwar il-programm oriġinali kien diġà iktar diffiċli milli obbligat mill-Patt, ir-reviżjoni 'l fuq hija ġġustifikata fil-programm mill-iżbilanċi esterni li qed jiżdiedu, l-inflazzjoni li qed taċċellera u l-impatt previst tax-xjuħija tal-popolazzjoni. Kemm il-bilanċ tal-gvern ċentrali u l-bilanċ primarju huma previsti li jibqgħu stabbli matul il-perjodu tal-programm f'bilanċ pożittiv ta' madwar 3 % u 4 % tal-PGD, rispettivament. Skond il-programm, il-proporzjonijiet bejn l-introjtu u n-nefqa fir-rigward tal-PGD għandhom jiżdiedu b'madwar 1,75 pp. kull wieħed matul il-perjodu tal-programm, bl-aġġustament iseħħ l-iktar fl-2008. Min-naħa ta' l-introjtu, il-programm qed jipprevedi żieda ta' 'introjtu ieħor' b'2,25 % tal-PGD, u fil-biċċa l-kbira jirrifletti żieda fit-trasferimenti ta' l-UE matul il-perjodu tal-programm. Fl-2008, id-dħul mit-taxxa mistennija jiżdiedu b'1,25 % tal-PGD minħabba żidiet fir-rati fuq ċerti sisi, titjib fil-konformità ma' l-obbligi fiskali, u kompożizzjoni favorevoli ta' tkabbir. L-introduzzjoni tar-rata fissa ta' taxxa fuq id-dħul personali mistennija tiġi kompletament finanzjata permezz ta' “normalizzazzjoni” ta' aktar partijiet ta' l-ekonomija informali u t-trażżin ta' ċerti moratorji tat-taxxa. Fl-2009 u l-2010, id-dħul mit-taxxa u l-kontribuzzjonijiet soċjali mistennija li jonqsu bi ftit. Ukoll, fl-2008, il-kontribuzzjonijiet soċjali mistennija jonqsu b'1 % tal-PGD minħabba tnaqqis fir-rati tal-kontribuzzjoni, li madankollu, għandha tagħmel tajjeb għalihom żieda fil-bażi tal-kontribuzzjoni. Min-naħa ta' l-infiq, il-programm jipprevedi ristrutturazzjoni konsiderevoli, b'infiq kapitali jiżdied b'madwar 2 % tal-PGD, iffinanzjat dejjem iżjed mit-trasferimenti ta' l-UE, u 'nefqiet oħra' b'madwar 1,5 % tal-PGD matul il-perijodu tal-programm. Din iż-żieda għandha tkun parzjalment ikkumpensata b'inqas infiq ta' interess, b'inqas trasferimenti soċjali u bi tnaqqis fil-pagi tal-gvern permezz ta' tnaqqis fl-impjieg tas-settur pubbliku. Filwaqt li jibnu fuq ir-riżultat aqwa milli mistenni ta' l-2007, il-miri baġitarji attwali huma konsiderevolment aktar ambizzjużi milli fil-programm ta' Jannar 2007, anki fl-isfond ta' perspettiva ekonomika pjuttost aktar b'saħħitha. |
(6) |
Ir-riskji tal-previżjonijiet tal-baġit fil-programm jidhru ġeneralment ibbilanċjati. Speċjalment fid-dawl ta' l-iżbilanċi esterni u interni li kull ma jmorru qed jikbru, ix-xenarju makroekonomiku jista' jkun soġġett għal ċerti riskji. Barra minn hekk, fl-2008, il-previżjonijiet ta' l-introjtu huma soġġetti għal xi inċertezzi marbuta ma' l-introduzzjoni tar-rata fissa għat-taxxa personali fuq id-dħul. Minkejja dan, dawn ir-riskji għandhom ikunu bbilanċjati bl-imġiba solida ħafna tal-passat fil-kisba tal-miri baġitarji u permezz ta' paraventi min-naħa ta' l-ibbaġitjar ta' riserva ta' kontinġenza. Barra minn dan, għall-2009 u l-2010, it-tnaqqis f'daqqa li huwa mistenni mill-introjtu mit-taxxa mhuwiex kompletament konsistenti max-xenarju tat-tkabbir li fuqu huwa bbażat u għalhekk l-introjtu mit-taxxa jista' jirriżulta f'wieħed iktar qawwi milli kif ippjanat. |
(7) |
Fid-dawl ta' din il-valutazzjoni tar-riskju, il-pożizzjoni baġitarja tal-programm timplika li l-MTO jiġi ppreservat b'marġini kbir matul il-perijodu tal-programm. Il-pożizzjoni tal-politika fiskali implikata mill-programm hija konformi mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir matul il-perijodu kollu. Il-pożizzjoni fiskali newtrali prevista għandha tevita li żżid ma' l-iżbilanċi makroekonomiċi interni u esterni eżistenti. Minħabba l-kamp ta' applikazzjoni limitat tal-politika monetarja fil-qafas tal-bord tal-valuta, it-tfaddil ta' kwalunkwe sovraprestazzjoni tad-dħul jista' jgħin biex inaqqashom. |
(8) |
Fin-nuqqas ta' projezzjonijiet għall-perijodu fit-tul ta' nfiq marbut ma' l-età, ibbażat fuq is-suppożizzjonijiet makroekonomiċi komuni kif imwettqa mill-KPE/Kummissjoni, mhuwiex possibbli li jiġi vvalutat l-impatt tax-xjuħija tal-popolazzjoni fil-Bulgarija fuq bażi komparabbli u soda kif inhu magħmul bħalissa għall-25 Stat Membru, li għalihom huma disponibbli il-projezzjonijiet fuq din il-bażi. Filwaqt li impatt sinifikanti tax-xjuħija fuq l-infiq ma jistax jiġi eskluż minħabba l-istruttura demografika attwali, il-pożizzjoni baġitarja ta' l-2007, b'bilanċ favorevoli strutturali kbir, tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-tnaqqis tal-livell diġà baxx tad-dejn. Il-preservazzjoni ta' bilanċi favorevoli primarji għoljin li jifirxu fuq terminu medju għandha tikkontribwixxi biex jiġu limitati r-riskji għas-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi. |
(9) |
Il-programm ta' stabilità jidher li huwa konsistenti sewwa mal-programm nazzjonali ta' riforma ta' Marzu 2007 u mar-rapport ta' implimentazzjoni ta' Ottubru 2007. B'mod partikolari, l-istrateġija baġitarja u l-miżuri previsti għall-promozzjoni tal-kwalità ta' l-infiq pubbliku, inkluż permezz ta' implimentazzjoni ulterjuri ta' l-ibbaġitjar tal-programm, huma kompletament konformi mal-prijoritajiet identifikati fil-programm nazzjonali ta' riforma. Il-passi konkreti previsti għat-titjib ta' l-effiċjenza u l-kwalità tan-nefqa pubblika fuq il-kura tas-saħħa huma ftit. L-aġġornament jidher li jirrifletti l-implikazzjonijiet finanzjarji pubbliċi tar-riformi maħsuba fil-programm nazzjonali ta' riforma. Din tikkonċerna b'mod partikolari ż-żieda ppjanata fl-investiment ta' l-infrastruttura. Minkejja dan, l-aġġornament jipprovdi relattivament ftit informazzjoni dwar l-ispejjeż baġitarji diretti ta' miżuri ta' qofol, bħalma huma dawk marbutin mat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva jew il-politika attiva tas-suq tax-xogħol. |
(10) |
Fir-rigward tal-ħtiġiet tad-data speċifikati fil-kodiċi tal-kondotta għal programmi ta' stabbiltà u konverġenza, il-programm jipprovdi kważi d-data meħtieġa kollha u l-parti l-kbira ta' dik mhux obbligatorja (4). |
Il-konklużjoni ġenerali hi li l-programm jimmira li jippreserva pożizzjoni baġitarja sana matul il-perijodu, filwaqt li jippjana l-issuktar ta' bilanċi favorevoli ġenerali tal-gvern għolja. Il-miri baġitarji jidhru plawżibbli. Il-programm jipproponi reviżjoni sinifikanti 'l fuq ta' l-MTO minn pożizzjoni strutturali bbilanċjata għal bilanċ pożittiv ta' 1,5 % tal-PGD, li għandu jintlaħaq bil-kumdità matul il-perijodu tal-programm. Is-salvagwardjar ta' l-istabbiltà makroekonomika u s-sostenibbiltà ta' l-irkuprar f'kuntest ta' żbilanċi esterni li qed jiżdiedu u inflazzjoni għolja jeħtieġu l-issuktar ta' politiki fiskali stretti, titjib ulterjuri fil-kwalità tan-nefqa pubblika, inkluża l-kura tas-saħħa, u l-istituzzjonijiet finanzjarji u politika dwar il-pagi tas-settur pubbliku li tikkontribwixxi għal moderazzjoni ġenerali tal-pagi skond iż-żidiet fil-produttività.
Fid-dawl tal-valutazzjoni ta' hawn fuq flimkien mal-bżonn li tiġi żgurata l-konverġenza sostenibbli, il-Bulgarija mistiedna sabiex:
(i) |
tkompli tevita qagħda fiskali pro-ċiklika bil-ħsieb li tgħin trażżan żbilanċi esterni eżistenti, notevolment billi tfaddal kwalunkwe sovraprestazzjoni tad-dħul u trażżan it-tkabbir tan-nefqa; |
(ii) |
isaħħaħ il-politika biex trażżan pressjonijiet ta' inflazzjoni, inkluż permezz ta' politika prudenti dwar il-pagi tas-settur pubbliku li tikkontribwixxi lejn il-moderazzjoni tal-pagi; |
(iii) |
issaħħaħ ulterjorment ta' l-effiċjenza ta' l-infiq pubbliku, b'mod partikolari permezz ta' implimentazzjoni sħiħa ta' l-ibbaġitjar tal-programm, kapaċità amministrattiva msaħħa u riformi fl-oqsma tas-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa. |
Tqabbil tal-projezzjonijiet makroekonomiċi u baġitarji ewlenin
|
2006 |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
|
PGD reali (% tal-bidla) |
PK Diċ 2007 |
6,1 |
6,4 |
6,4 |
6,8 |
6,9 |
COM Nov 2007 |
6,1 |
6,3 |
6,0 |
6,2 |
m.a. |
|
PK Jan 2007 |
5,9 |
5,9 |
6,2 |
6,1 |
m.a. |
|
Inflazzjoni ta' l-IAPK (%) |
PK Diċ 2007 |
7,4 |
7,2 |
6,9 |
4,4 |
3,7 |
COM Nov 2007 |
7,4 |
7,1 |
7,3 |
5,8 |
m.a. |
|
PK Jan 2007 |
7,4 |
4,0 |
3,0 |
3,0 |
m.a. |
|
Differenza fil-produzzjoni (5) (% tal-PGD potenzjali) |
PK Diċ 2007 |
0,8 |
0,6 |
0,0 |
– 0,4 |
– 0,2 |
COM Nov 2007 (6) |
1,1 |
0,7 |
– 0,1 |
– 0,6 |
m.a. |
|
PK Jan 2007 |
0,1 |
– 0,4 |
– 0,8 |
– 1,0 |
m.a. |
|
Self nett ('il barra/'il ġewwa) fir-rigward tal-bqija tad-dinja (% tal-PGD) |
PK Diċ 2007 |
– 15,0 |
– 19,9 |
– 20,7 |
– 19,5 |
– 18,6 |
COM Nov 2007 |
– 15,0 |
– 17,0 |
– 16,0 |
– 15,8 |
m.a. |
|
PK Jan 2007 |
– 14,1 |
– 13,6 |
– 12,8 |
– 12,4 |
m.a. |
|
Bilanċ ġenerali tal-gvern (% tal-PGD) |
PK Diċ 2007 |
3,2 |
3,1 |
3,0 |
3,0 |
3,0 |
COM Nov 2007 |
3,2 |
3,0 |
3,1 |
3,1 |
m.a. |
|
PK Jan 2007 |
3,2 |
0,8 |
1,5 |
1,5 |
m.a. |
|
Bilanċ primarju (% tal-PGD) |
PK Diċ 2007 |
4,6 |
4,3 |
4,0 |
4,0 |
4,0 |
COM Nov 2007 |
4,6 |
4,1 |
4,1 |
4,0 |
m.a. |
|
PK Jan 2007 |
4,6 |
2,2 |
2,8 |
2,7 |
m.a. |
|
Bilanċ aġġustat ċiklikament (5) (% tal-PGD) |
PK Diċ 2007 |
2,9 |
2,9 |
3,0 |
3,1 |
3,1 |
COM Nov 2007 |
2,9 |
2,8 |
3,1 |
3,3 |
m.a. |
|
PK Jan 2007 |
3,2 |
1,0 |
1,9 |
2,0 |
m.a. |
|
Bilanċ strutturali (7) (% tal-PGD) |
PK Diċ 2007 |
2,9 |
2,9 |
3,0 |
3,1 |
3,1 |
COM Nov 2007 |
2,9 |
2,9 |
3,1 |
3,3 |
m.a. |
|
PK Jan 2007 |
3,2 |
1,0 |
1,9 |
2,0 |
m.a. |
|
Dejn gross tal-gvern (% tal-PGD) |
PK Diċ 2007 |
22,8 |
19,8 |
18,3 |
17,4 |
16,9 |
COM Nov 2007 |
22,8 |
19,3 |
15,9 |
12,9 |
m.a. |
|
PK Jan 2007 |
25,3 |
22,7 |
22,3 |
21,1 |
m.a. |
|
Programm ta' Konverġenza (PK); tbassir ekonomiku tal-ħarifa ta' l-2007 tas-servizzi tal-Kummissjoni (COM); kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1055/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 1). Id-dokumenti kollha msemmija f'dan it-test jinsabu fuq is-sit web li ġej:
http://ec.europa.eu/economy_finance/about/activities/sgp/main_en.htm.
(2) Il-valutazzjoni tqis partikolarment il-previżjoni tal-ħarifa tas-servizzi tal-Kummissjoni u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni ta' Ottubru 2007 tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali ta' riforma.
(3) ĠU C 89, 24.4.2007, p. 11.
(4) B'mod partikolari, ma ngħatat l-ebda informazzjoni dwar miżuri ta' darba fl-2007 u xi wħud mid-data dwar sostenibbiltà għall-perijodu fit-tul ma ngħatatx.
(5) Id-differenzi fil-produzzjoni u l-bilanċi aġġustati ċiklikament skond il-programmi kif ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi ta' l-informazzjoni fil-programmi. Il-bilanċ aġġustat ċiklikament fit-tbassir tal-Ħarifa tas-servizzi tal-Kummissjoni ġie kkalkolat mill-ġdid wara reviżjoni tas-sensitività baġitarja għall-Bulgarija.
(6) Ibbażat fuq it-tkabbir potenzjali stmat ta' 6,2 %, 6,7 %, 6,8 % u 6,8 % rispettivament fil-perijodu 2006-2009.
(7) Bilanċ aġġustat ċiklikament li jeskludi miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra. L-iżjed programm reċenti ma jipprovdi l-ebda informazzjoni dwar miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħrajn; skond it-tbassir tal-Ħarifa tas-servizzi tal-Kummisjoni, huma 0,1 % tal-PGD (tnaqqis ta' bilanċ favorevoli) fl-2007. Il-bilanċ strutturali fit-tbassir tal-Ħarifa tas-servizzi tal-Kummissjoni ġie kkalkolat mill-ġdid wara reviżjoni tas-sensitività baġitarja għall-Bulgarija.
Sors:
Programm ta' Konverġenza (PK); tbassir ekonomiku tal-ħarifa ta' l-2007 tas-servizzi tal-Kummissjoni (COM); kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 73/6 |
OPINJONI TAL-KUNSILL
ta' l-4 ta’ Marzu 2008
dwar il-programm ta' stabbiltà aġġornat tal-Portugall, 2007-2011
(2008/C 73/02)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,
Wara li kkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,
TA DIN L-OPINJONI:
(1) |
Fl-4 ta' Marzu 2008 l-Kunsill eżamina l-programm ta' stabbiltà aġġornat tal-Portugall, li jkopri l-perijodu mill-2007 sa l-2011. |
(2) |
Minn fażi ta' tkabbir ekonomiku għoli fit-tieni nofs tas-snin disgħin, l-ekonomija Portugiża għaddiet għal sitwazzjoni ta' żieda fil-PGD dgħajfa wara l-2000, akkompanjata minn qgħad dejjem jiżdied, li żiedu mad-dgħjufiji baġitarji. Din il-bidla sinifikanti fil-prestazzjoni ekonomika kellha l-bidu tagħha fl-akkumulazzjoni ta' defiċit estern u defiċit baġitarju kbar, b'linji politiċi fiskali proċikliċi li aggravaw l-iżbilanċi tas-settur privat u żiedu l-inċertezza. Fil-bidu ta' dan id-deċenju, it-talba lokali privata ġiet immoderata b'mod konsiderevoli, li jirrifletti l-aġġustament ta' l-infiq għal livelli li huma aktar konformi mat-tendenzi tad-dħul. Fl-istess waqt, l-infiq primarju pubbliku kellu jitnaqqas minn xejriet preċedenti li mhumiex sostenibbli, filwaqt li l-pożizzjoni kompetittiva baqgħet vulnerabbli u tirrifletti nuqqas ta' allinjament konsistenti bejn il-pagi u t-tkabbir tal-produttività. Filwaqt li t-tkabbir ekonomiku riċenti tmexxa mis-settur estern, akkumpanjat minn ristrutturar konsiderevoli f'xi industriji fid-dawl ta' kompetizzjoni esterna li żdiedet, dgħjufiji ta' natura aktar strutturata qed ifixklu t-titjib dejjiemi fil-prestazzjoni ekonomika. B'mod partikolari, il-produttività ġenerali hija baxxa, prinċipalment minħabba livelli relattivament baxxi ta' kapital uman, u l-effiċjenza u l-effettività tas-settur pubbliku jeħtieġu attenzjoni partikolari. Fi snin riċenti, inkiseb progress sinifikanti biex tingħeleb din is-sitwazzjoni, b'mod partikolari fit-trażżin ta' l-iżbilanċi tal-finanzi pubbliċi. B'mod ġenerali, il-konsolidament fiskali kontinwu, it-titjib tal-kwalità tal-finanzi pubbliċi, u t-tkomplija ta' riformi strutturali bil-ħsieb li titjieb iż-żieda potenzjali fil-PGD jibqgħu sfidi ewlenin fl-isforz biex l-ekonomija Portugiża terġa' taqbad mill-ġdid triq sostenibbli u dinamika. |
(3) |
Ix-xenarju makroekonomiku abbażi tal-programm jipprevedi t-tkomplija tat-tkabbir fl-attività ekonomika, b'żieda fil-PGD reali li tibda minn 1,8 % fl-2007 għal 2,2 % fl-2008, u aktar minn 2,8 % fl-2009 u 3 % fl-2010 u l-2011. Ivvalutat skond informazzjoni disponibbli attwalment (2), ix-xenarju ekonomiku wara l-2008 jidher li huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet ta' tkabbir favorevoli. B'mod partikolari, ir-rati ta' tkabbir għal komponenti ta' talba privata jidhru li huma pjuttost għoljin, speċjalment għall-investiment. Il-programm jistenna li s-suq tax-xogħol jitjieb gradwalment matul il-perijodu tal-programm, iżda d-dehra għall-impjiegi tidher ottimista. Il-projezzjonijiet għall-inflazzjoni tal-konsumatur jistgħu jkunu pjuttost baxxi fid-dawl taż-żieda riċenti fil-prezzijiet ta' l-ikel u taż-żejt fis-swieq dinjin. Il-pożizzjoni tal-kompetittività ta' l-ekonomija mistennija li titjieb fis-snin li ġejjin, bl-ispiża għal kull unità ta' xogħol tikber aktar bil-mod milli fil-każ tal-parti l-kbira ta' l-imsieħba tal-kummerċ tiegħu. Il-programm jipprevedi tnaqqis immarkat fid-defiċit imdaqqas estern, minn 8,8 % tal-PGD fl-2006 u dak stmat ta' 7 % tal-PGD fl-2007 għal 4,7 % tal-PGD fl-2011. Ivvalutat skond informazzjoni attwali, madankollu, it-titjib abbażi tad-defiċit fil-bilanċ tat-trasferimenti kurrenti u d-dħul primarju pproġettat fl-aġġornament jistgħu jkunu diffiċli biex jintlaħqu. |
(4) |
Għall-2007, id-defiċit ġenerali tal-gvern huwa stmat li jkun 3 % tal-PGD fil-programm aġġornat u fit-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni għall-ħarifa 2007, imqabbel ma' mira ta' 3,7 % tal-PGD stipulata fl-aġġornament preċedenti tal-programm ta' stabbiltà. Data aktar riċenti u preliminari dwar l-eżekuzzjoni baġitarja tissuġġerixxi li r-rendiment tad-defiċit ta' l-2007 x'aktarx ikun taħt 3 % tal-PGD. Dan l-iżvilupp huwa konformi ma' u jmur lil hinn mill-istedina ta' l-opinjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-aġġornament preċedenti biex jiġu implimentati miżuri sabiex ikun ikkoreġut id-defiċit eċċessiv sa l-2008 (3). Billi l-eżitu li kien aħjar milli mistenni fl-2006 ntuża biex tintlaħaq mira aktar ambizzjuża fl-2007, il-Kunsill jinnota li dan huwa konsistenti wkoll ma' l-orjentazzjonijiet ta' l-Eurogroup ta' April 2007 għal linji politiċi baġitarji. |
(5) |
L-aġġornament tal-programm ta' stabbiltà jimmira lejn konsolidament fiskali ulterjuri matul il-perijodu medju, partikolarment biex jikseb l-objettiv tal-perijodu medju (MTO) ta' defiċit strutturali, jiġifieri, defiċit nett aġġustat ċiklikament ta' miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra, ta' 0,5 % tal-PGD sa l-2010. Id-defiċit ġenerali nominali tal-gvern huwa mmirat li jonqos gradwalment minn 3 % tal-PGD fl-2007 għal 2,4 % tal-PGD fl-2008, 1,5 % fl-2009, 0,4 % fl-2010 u eventwalment 0,2 % tal-PGD fl-2011. It-triq għall-bilanċ primarju hija simili, u titjieb minn defiċit żgħir għal bilanċ favorevoli ta' 2,5 % tal-PGD fl-2011. Id-defiċit strutturali kkalkolat skond il-metodoloġija li dwarha kien hemm qbil komuni huwa proġettat li jonqos b'madwar medja ta' 0,5 punti perċentwali tal-PGD kull sena sa l-2010 u li jiġi stabbilit b'mod ġenerali għal madwar 0,5 % tal-PGD fl-2011. Il-konsolidament fiskali ppjanat għandu jinkiseb permezz tal-moderazzjoni kontinwa ta' l-infiq, grazzi għal miżuri korrettivi biex tiġi kkontrollata l-ispiża ta' l-impjieg pubbliku (fil-kuntest ġenerali tar-riforma ta' l-amministrazzjoni pubblika) u f'livell anqas it-trasferimenti soċjali. Huwa mistenni li żieda fil-proporzjon tad-dħul tikkontribwixxi wkoll għall-konsolidament fiskali. Billi jibni fuq ir-rendiment tad-defiċit li kien aħjar milli ġie bbaġitjat fl-2006 u l-2007, il-programm jikkonferma b'mod ġenerali l-linja ta' aġġustament strutturali ppjanata spjegata fl-aġġornament ta' Diċembru 2006 tal-programm ta' stabbiltà fl-isfond ta' xenarju makroekonomiku ftit mibdul. Id-dejn gross tal-gvern, stmat għal 64,4 % tal-PGD fl-2007, huwa pproġettat li jaċċelera t-tnaqqis tiegħu, li kieku jammonta għal kważi 8 punti perċentwali tal-PGD matul il-perijodu, u jaqa' taħt is-60 % tal-valur ta' referenza tat-Trattat tal-PGD fl-2010. |
(6) |
L-eżiti baġitarji jistgħu jkunu agħar minn dawk previsti fl-aġġornament tal-programm. B'mod partikolari, kif imsemmi hawn fuq, ix-xenarju makroekonomiku jidher li huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet ta' żieda fil-PGD favorevoli għas-snin imbiegħda. Barra minn hekk, l-iffrankar ta' l-infiq li jista' jiġi ġġenerat matul il-perijodu medju minn miżuri implimentati riċentement għadhom soġġetti għal xi grad ta' inċertezza. Madankollu, uħud minn dawn ir-riskji jistgħu jiġu kkumpensati parzjalment jekk ikun ikkonfermat eżitu aħjar minn dak stmat għall-2007, li joħloq effett ta' bażi tajjeb għall-2008. Fid-dawl tar-riskji negattivi għall-miri baġitarji, l-evoluzzjoni tal-proporzjon tad-dejn tista' tkun anqas favorevoli minn dik ipproġettat fil-programm. |
(7) |
Minħabba din il-valutazzjoni tar-riskju, il-qagħda baġitarja fil-programm tidher konsistenti ma' korrezzjoni durabbli tad-defiċit eċċessiv sa mhux aktar tard mill-2008 kif irrakkomandat mill-Kunsill. B'segwitu tat-tnaqqis fl-2006 u l-2007, l-aġġornament jimmira għal tnaqqis tad-defiċit ewlieni li jkun ta' 0,5 punti perċentwali tal-PGD fl-2008. Il-Kunsill jinnota li dan hu konsistenti ma' l-orjentazzjonijiet ta' l-Eurogroup ta' April 2007 dwar il-linji politiċi baġitarji. Skond il-programm, marġini ta' sikurezza suffiċjenti kontra l-ksur tal-limitu ta' defiċit ta' 3 % tal-PGD b'varjazzjonijiet makroekonomiċi normali jintlaħaq fl-2009. Minkejja dan, fid-dawl tar-riskji għall-miri baġitarji, jista' jkun li dan ma jintlaħaqx qabel l-2010. Barra minn hekk, il-qagħda baġitarja fil-programm tista' ma tkunx biżżejjed biex jiġi żgurat li l-MTO jintlaħaq sa l-2010, kif previst fil-programm. Għalkemm il-pass ippjanat għal konsolidament lejn l-MTO huwa konformi mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, l-aġġustament jista' jkun jeħtieġ sforzi addizzjonali fid-dawl tar-riskji msemmijin hawn fuq. Finalment, b'kont meħud tar-riskji għat-tbassir tad-dejn issottolinjati qabel, il-proporzjon tad-dejn jista' jkun qed jonqos suffiċjentement lejn il-valur ta' referenza fi tmiem il-perijodu tal-programm. |
(8) |
Ir-riformi ta' l-iskemi tal-pensjoni għall-età kbira adottati mill-Portugall fl-2006 u l-2007 jikkontribwixxu ħafna għat-trażżin taż-żieda fl-infiq relatat ma' l-età u jippermettu titjib fir-rati tar-riskji għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi minn riskju għoli għal dak medju, biex b'hekk iġibu l-impatt baġitarju ta' l-anzjanità għall-perijodu fit-tul fil-Portugall eqreb il-medja ta' l-UE. Madankollu, il-livell attwali tad-dejn gross huwa ogħla mill-valur ta' referenza tat-Trattat. Fl-istess waqt, il-pożizzjoni baġitarja fl-2007 kif stmata fil-programm, għalkemm tjiebet sewwa meta mqabbla mal-pożizzjoni tal-bidu fl-aġġornament preċedenti, għadha tikkostitwixxi riskju għal finanzi pubbliċi sostenibbli anke qabel ma jitqies l-impatt baġitarju ta' l-anzjanità għall-perijodu fit-tul. Konsolidament baġitarju ulterjuri, kif ippjanat fil-programm, jikkontribwixxi għat-tnaqqis tar-riskji għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. |
(9) |
Il-programm ta' stabbiltà huwa konsistenti bis-sħiħ mar-rapport dwar l-implimentazzjoni ta' Ottubru 2007 tal-programm ta' riforma nazzjonali. B'mod partikolari, il-pjanijiet ta' konsolidament fiskali għal perijodu medju ġew inklużi fil-programm ta' riforma nazzjonali, li qies il-konsolidament baġitarju, flimkien mat-titjib tas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, bħala prijorità ewlenija. B'mod parallel, il-programm ta' stabbiltà jelabora fuq il-progress li nkiseb fl-implimentazzjoni ta' uħud mill-miżuri tal-programm ta' riforma nazzjonali u fuq l-impatt tagħhom fuq il-finanzi pubbliċi u l-perspettiva ekonomika usa'. Iż-żewġ programmi jipprovdu informazzjoni komplimentarja u konsistenti dwar miżuri ta' politika komuni. |
(10) |
L-istrateġija baġitarja fil-programm hija ġeneralment konsistenti mal-linji gwida tal-politika ekonomika ġenerali speċifika għall-pajjiż inklużi fil-linji gwida integrati u l-linji gwida għall-Istati Membri taż-żona euro fil-qasam tal-linji politiċi baġitarji maħruġin fil-kuntest ta' l-istrateġija ta' Lisbona. |
(11) |
Fir-rigward tal-ħtiġiet tad-data speċifikati fil-kodiċi ta' kondotta għall-programmi ta' stabbiltà u konverġenza, il-programm jipprovdi d-data kollha meħtieġa u l-parti l-kbira tad-data fakultattiva (4). |
Il-konklużjoni ġenerali hija li l-programm huwa konsistenti ma' korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sa mhux aktar tard mill-2008. Jekk tiġi kkonfermata l-eżekuzzjoni baġitarja aħjar milli mistennija, ir-rendiment tad-defiċit ser ikun diġà taħt it-3 % tal-PGD fl-2007. Il-programm jimmira lejn konsolidament fiskali ulterjuri matul il-perijodu medju, inkluż l-ilħuq tal-MTO sa l-2010, u jipprevedi t-tnaqqis tal-proporzjon tad-dejn tal-gvern matul il-perijodu tal-programm kollu. Madankollu, l-ilħuq ta' dawn l-objettivi huwa soġġett għal implimentazzjoni effettiva tal-miżuri mħabbra fil-programm u jistgħu jkunu meħtieġa sforzi addizzjonali, partikolarment fid-dawl tar-riskju ta' tkabbir ekonomiku aktar baxx milli kien proġettat.
Aktar progress fil-konsolidament fiskali, kif ippjanat, jista' jgħin ukoll fl-indirizzar ta' l-iżbilanċi esterni u jtejjeb il-prospett tas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi, li għalihom il-Portugall huwa meqjus li jinsab f'riskju medju, wara r-riforma sinifikanti tas-sistema tal-pensjoni. Finalment, it-titjib previst fil-kwalità u l-effiċjenza ta' l-infiq pubbliku, inkluża l-amministrazzjoni pubblika u l-qafas baġitarju, jista' jkollu impatt favorevoli fuq żieda potenzjali fil-PGD u b'hekk jgħin biex jerġa jibda l-proċess ta' tkomplija.
Fid-dawl tal-valutazzjoni ta' hawn fuq, u wkoll fid-dawl tar-rakkomandazzjoni skond l-Artikolu 104(7) ta' l-20 ta' Settembru 2005, il-Portugall huwa mistieden biex:
(i) |
jimplimenta b'determinazzjoni l-konsolidament fiskali previst fil-programm sabiex jassigura l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv; |
(ii) |
iwettaq l-aġġustament ippjanat lejn l-MTO, bl-għajnuna ta' miżuri rinforzati jekk ikun meħtieġ; u, ukoll fid-dawl tar-riskji għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, jiżgura tnaqqis rapidu fil-proporzjon tad-dejn mal-PGD, partikolarment billi jkompli jalloka riżultati baġitarji aħjar milli mistennija biex jitnaqqas id-defiċit; |
(iii) |
iżomm il-moderazzjoni ta' l-infiq b'mod permanenti u jtejjeb il-kwalità ta' l-infiq pubbliku, ukoll billi jkompli bir-riforma li għaddejja ta' l-amministrazzjoni pubblika u jtejjeb aktar il-qafas baġitarju kif spjegat fil-programm. |
Il-Kunsill jinnota wkoll li tali azzjonijiet ikunu konsistenti ma' l-orjentazzjonijiet ta' l-Eurogroup ta' April 2007 għal-linji politiċi fiskali.
Tqabbil ta' projezzjonijiet ewlenin makroekonomiċi u baġitarji
|
2006 |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
|
PGD reali (% bidla) |
PS Diċ 2007 |
1,3 |
1,8 |
2,2 |
2,8 |
3,0 |
3,0 |
COM Nov 2007 |
1,3 |
1,8 |
2,0 |
2,1 |
m.a. |
m.a. |
|
PS Diċ 2006 |
1,4 |
1,8 |
2,4 |
3,0 |
3,0 |
m.a. |
|
Inflazzjoni ta' l-IAPK (8) (%) |
PS Diċ 2007 |
3,0 |
2,3 |
2,1 |
2,1 |
2,1 |
2,1 |
COM Nov 2007 |
3,0 |
2,4 |
2,4 |
2,3 |
m.a. |
m.a. |
|
PS Diċ 2006 |
3,2 |
2,2 |
2,2 |
2,1 |
2,1 |
m.a. |
|
Differenza fil-produzzjoni (5) (% tal-PGD potenzjali) |
PS Diċ 2007 |
– 2,4 |
– 2,2 |
– 1,8 |
– 1,1 |
– 0,2 |
0,5 |
COM Nov 2007 (6) |
– 2,1 |
– 1,7 |
– 1,2 |
– 0,8 |
m.a. |
m.a. |
|
PS Diċ 2006 |
– 2,6 |
– 2,4 |
– 1,8 |
– 0,7 |
0,2 |
m.a. |
|
Self nett ('il barra/'il ġewwa) fir-rigward tal-bqija tad-dinja (% tal-PGD) |
PS Diċ 2007 |
– 8,8 |
– 7,0 |
– 5,8 |
– 5,6 |
– 4,9 |
– 4,7 |
COM Nov 2007 |
– 8,8 |
– 7,9 |
– 7,7 |
– 7,7 |
m.a. |
m.a. |
|
PS Diċ 2006 |
– 7,5 |
– 7,3 |
– 6,9 |
– 6,3 |
– 6,0 |
m.a. |
|
Bilanċ ġenerali tal-gvern (% tal-PGD) |
PS Diċ 2007 |
– 3,9 |
– 3,0 |
– 2,4 |
– 1,5 |
– 0,4 |
– 0,2 |
COM Nov 2007 |
– 3,9 |
– 3,0 |
– 2,6 |
– 2,4 |
m.a. |
m.a. |
|
PS Diċ 2006 |
– 4,6 |
– 3,7 |
– 2,6 |
– 1,5 |
– 0,4 |
m.a. |
|
Bilanċ primarju (% tal-PGD) |
PS Diċ 2007 |
– 1,1 |
– 0,1 |
0,5 |
1,3 |
2,2 |
2,5 |
COM Nov 2007 |
– 1,1 |
– 0,1 |
0,3 |
0,5 |
m.a. |
m.a. |
|
PS Diċ 2006 |
– 1,7 |
– 0,7 |
0,4 |
1,5 |
2,5 |
m.a. |
|
Bilanċ aġġustat ċiklikament (5) (% tal-PGD) |
PS Diċ 2007 |
– 2,8 |
– 2,0 |
– 1,6 |
– 1,0 |
– 0,3 |
– 0,4 |
COM Nov 2007 |
– 2,9 |
– 2,2 |
– 2,1 |
– 2,1 |
m.a. |
m.a. |
|
PS Diċ 2006 |
– 3,4 |
– 2,6 |
– 1,8 |
– 1,2 |
– 0,5 |
m.a. |
|
Bilanċ strutturali (7) (% tal-PGD) |
PS Diċ 2007 |
– 2,8 |
– 2,1 |
– 1,6 |
– 1,0 |
– 0,3 |
– 0,4 |
COM Nov 2007 |
– 2,9 |
– 2,3 |
– 2,1 |
– 2,1 |
m.a. |
m.a. |
|
PS Diċ 2006 |
– 3,4 |
– 2,6 |
– 1,8 |
– 1,2 |
– 0,5 |
m.a. |
|
Dejn gross tal-Gvern (% tal-PGD) |
PS Diċ 2007 |
64,8 |
64,4 |
64,1 |
62,5 |
59,7 |
56,7 |
COM Nov 2007 |
64,8 |
64,4 |
64,7 |
64,5 |
m.a. |
m.a. |
|
PS Diċ 2006 |
67,4 |
68,0 |
67,3 |
65,2 |
62,2 |
m.a. |
|
Programm ta' Stabbiltà (PS); Tbassir ekonomiku tas-servizzi tal-Kummissjoni għall-ħarifa 2007 (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni |
(1) ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1055/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 1). Id-dokumenti msemmija f'dan it-test jinsabu fis-sit web li ġej:
http://ec.europa.eu/economy_finance/about/activities/sgp/main_en.htm.
(2) Il-valutazzjoni tqis b'mod partikolari t-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni għall-ħarifa u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tar-rapport ta' implimentazzjoni ta' Ottubru 2007 tal-programm ta' riforma nazzjonali.
(4) B'mod partikolari, id-data dwar il-konsum pubbliku u d-deflaturi ta' l-investiment mhumiex mogħtija.
(5) Id-differenza fil-produzzjoni u l-bilanċi aġġustati ċiklikament mill-programmi kif ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi ta' l-informazzjoni fil-programmi.
(6) Ibbażat fuq it-tkabbir potenzjali stmat ta' 1,5 %, 1,5 %, 1,6 % u 1,6 % rispettivament fil-perijodu 2006-2009.
(7) Bilanċ aġġustat ċiklikament bl-esklużjoni ta' miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra. Miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra huma 0,1 % tal-PGD fl-2007 (tnaqqis tad-defiċit) skond il-programm l-aktar riċenti u t-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni għall-ħarifa.
(8) Id-deflatur tal-konsum privat għall-aġġornament ta' Diċembru 2006 tal-programm ta' stabbiltà.
Sors:
Programm ta' Stabbiltà (PS); Tbassir ekonomiku tas-servizzi tal-Kummissjoni għall-ħarifa 2007 (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 73/10 |
OPINJONI TAL-KUNSILL
ta' l-4 ta’ Marzu 2008
dwar il-programm ta' stabbiltà ta' Ċipru, 2007-2011
(2008/C 73/03)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,
Wara li kkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,
TA DIN L-OPINJONI:
(1) |
Fl-4 ta' Marzu 2008 l-Kunsill eżamina l-ewwel programm ta' stabbiltà ta' Ċipru, li jkopri l-perijodu mill-2007 sa l-2011 (2). |
(2) |
Matul l-aħħar għaxar snin, Ċipru kien ikkaratterizzat bi tkabbir ekonomiku sod, għalkemm b'ċaqliq f'xi snin, li jirrifletti l-espożizzjoni ta' ekonomija miftuħa żgħira għal xokkijiet esterni. Il-politika fiskali mhux minn dejjem ħadet vantaġġ minn kundizzjonijiet ċikliċi favorevoli biex tikseb miri baġitarji viċin għall-bilanċ jew b'bilanċ favorevoli, li jipprovdu marġni ta' sikurezza għal ċaqliq normali, u jippermettu stabilizzanti awtomatiċi biex joperaw bis-sħiħ waqt xejriet ekonomiċi negattivi. Dan jagħfas fuq il-ħtieġa li tiġi evitata pożizzjoni pro-ċiklika waqt żminijiet tajba. Matul l-aħħar erba' snin l-awtoritajiet Ċiprijotti adottaw konsolidazzjoni fiskali ta' suċċess imsejsa l-aktar fuq id-dħul, li ġabet magħha lid-defiċit ġenerali tal-gvern minn 6,5 % tal-PGD fl-2003 għal 1,2 % fl-2006. Abbażi ta' kompożizzjoni ta' tkabbir b'taxxa għolja probabbilment transitorja, li ġabet magħha dħul tal-Gvern eċċezzjonalment għoli, il-bilanċ tal-baġit huwa attwalment stmat b'bilanċ favorevoli ta' 1,5 % tal-PGD fl-2007. Barra minn hekk, id-dejn naqas minn 69 % tal-PGD fl-2003 għal madwar 60 % fl-2007. It-trażżin limitat fin-nefqa primarja attwali u l-karattru probabbilment transitorju li l-effetti ta' kompożizzjoni jista' jkollhom fiż-żieda riċenti fid-dħul mit-taxxi, jenfasizza l-ħtieġa għal aktar titjib fil-kontroll tan-nefqa. Dan jgħin biex jistabbilixxi l-ekonomija fil-kuntest il-ġdid tas-sħubija fiż-żona euro. Ir-riforma tas-sistema tal-pensjoni u l-implimentazzjoni f'waqtha tar-riformi adottati tal-kura tas-saħħa wkoll jikkontribwixxu għall-kontroll ta' l-infiq primarju, filwaqt li tissaħħaħ is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fit-tul. |
(3) |
Ix-xenarju makroekonomiku sottostanti l-programm jipprevedi li t-tkabbir reali tal-PGD ser jimmodera ftit minn 4,2 % fl-2007 għal madwar medja ta' 4 % matul il-bqija tal-perijodu tal-programm. Meta mqabbel mat-tagħrif disponibbli bħalissa (3), dan ix-xenarju jidher li huwa msejjes fuq suppożizzjonijiet ta' tkabbir plawsibbli sa l-2009, filwaqt li għal wara dawn jidhru li huma xi ftit għolja. Il-projezzjonijiet tal-programm għall-inflazzjoni jidhru li huma realistiċi iżda fl-isfond ta' l-aħħar żviluppi fil-prezzijiet taż-żejt u ta' l-ikel fuq livell internazzjonali, il-bilanċ tar-riskji jxeqleb pjuttost 'il fuq. |
(4) |
Għall-2007, il-programm ta' stabbiltà jistma li l-bilanċ pożittiv tal-gvern ġenerali jkun 1,5 % tal-PGD, aktar minn 3 punti perċentwali tal-PGD aħjar mill-mira ta' defiċit ta' 1,6 % tal-PGD stabbilit fl-aħħar aġġornament tal-programm ta' konverġenza. Il-bidla mmarkata fl-2007 hija attribwita għal żieda eċċezzjonali fid-dħul totali, l-aktar minħabba dħul mit-taxxa għoli ħafna li rriżulta mill-profittabbiltà qawwija tas-settur tal-finanzi u l-investiment li qed dejjem jikber fil-proprjetà immobbli. Parti miż-żieda fil-bażi tat-taxxa u fid-dħul assoċjat ma tidhirx li ser tkun permanenti. Ir-riżultat stmat għall-2007 jirrispetta l-istedina fl-opinjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-aħħar aġġornament tal-programm ta' konverġenza (4) biex “tiġi implimentata t-triq ta' konsolidazzjoni fiskali kif previst fil-programm.” |
(5) |
Fid-dawl ta' riżultat aħjar minn dak mistenni għall-2007, il-miri baġitarji ppreżentati fil-programm ta' stabbiltà huma mtejba ħafna meta mqabbla ma' dawk fl-aħħar aġġornament tal-programm ta' konverġenza meta wieħed iqis l-isfond makroekonomiku li baqa' ġeneralment l-istess. Il-programm ta' stabbiltà jressaq għan għat-terminu medju (MTO) aktar ambizzjuż ta' pożizzjoni bilanċjata f'termini strutturali (jiġifieri f'termini aġġustati ċiklikament mingħajr miżuri ta' darba u miżuri temporanji), mqabbla ma' defiċit strutturali ta' 0,5 % tal-PGD ta' qabel. L-istrateġija baġitarja fil-programm ta' stabbilta għandha l-għan li tikseb dan l-MTO ġdid, li diġà nkiseb aktar minnu fl-2007, matul il-perijodu tal-programm. Il-bilanċ pożittiv tal-gvern ġenerali huwa mbassar li jonqos għal 0,7 % tal-PGD sa l-2011, minn 1,5 % fl-2007; f'termini primarji, it-tnaqqis jidher aktar, minn 4,7 % għal 2,8 % tal-PGD fl-2011. It-tnaqqis tal-bilanċ favorevoli jirrifletti tnaqqis fis-sehem tad-dħul totali fil-PGD b'1,25 punti perċentwali minħabba li n-nefqa totali hija ppjanata li tonqos b'0,25 ta' punt perċentwali biss tal-PGD. Dan ta' l-aħħar jirrifletti l-aktar tfaddil importanti fuq in-nefqa ta' l-interessi minħabba li n-nefqa primarja hija stipulata li tiżdied b'0,25 ta' punt perċentwali, u minħabba li t-tnaqqis fin-nefqa fuq il-kumpens għall-impjegati, is-sussidji u l-investiment pubbliku huwa kkumpensat aktar milli meħtieġ biż-żidiet fil-pagamenti soċjali u nfiq ieħor. It-tnaqqis fid-dħul totali huwa kkonċentrat fl-2008 (1,5 punti perċentwali tal-PGD), minħabba li nofs iż-żieda straordinaja tad-dħul fl-2007, li tammonta għal 1,5 % tal-PGD, mhix mistennija tibqa' fl-2008. Id-dejn gross tal-gvern, stmat għal 60 % tal-PGD fl-2007, huwa proġettat li jonqos bi 11,5 punti perċentwali tal-PGD fl-2008 għal 48,5 % tal-PGD. Dan huwa kawża l-aktar ta' bilanċ favorevoli primarju għoli u aġġustament kbir fil-fluss ta' l-istokk li jnaqqas id-dejn, li rriżultaw minn tnaqqis kbir fl-assi finanzjarji assoċjati mal-fondi li qed jonqsu. Minn hemm 'il quddiem, il-proporzjon tad-dejn mal-PGD huwa proġettat li jkompli jonqos bi 8 punti perċentwali tal-PGD matul il-perijodu tal-programm għal 40,4 % sa l-2011. |
(6) |
Ir-riżultati baġitarji fl-2008 u l-2009 jistgħu jkunu aħjar milli proġettat fil-programm, iżda aktar tard, agħar. Il-programm jassumi li parti biss mid-dħul ta' l-2007, li kienu aħjar milli kien mistenni, tinġarr fis-snin sussegwenti. Anki jekk hemm inċertezza minħabba n-nuqqas ta' data aktar dettaljata, jidher li jeżisti ambitu għal grad ogħla ta' riport, b'mod speċjali fl-2008 u l-2009. Riskju negattiv għad-dħul joħroġ mill-fatt li x-xenarju makroekonomiku fih projezzjonijiet favorevoli għal tkabbir tal-konsum privat fis-snin lejn l-aħħar tal-programm. Id-dipendenza fuq il-limiti għan-nefqa, li ġew introdotti reċentement, fl-2006, fiha riskju ieħor minħabba li l-kopertura tagħhom mhijiex kompluta u b'mod partikolari l-mekkaniżmi ta' infurzar mhumiex speċifikati fid-dettall. |
(7) |
Fid-dawl ta' din il-valutazzjoni tar-riskju, il-qagħda baġitarja tal-programm tidher biżżejjed biex jinżamm l-MTO l-ġdid matul il-perijodu tal-programm, kif previst fil-programm. Id-dħul ta' 1,5 % tal-PGD meqjus mill-programm bħala temporanju, anki jekk probabbilment ikun tranżitorju fin-natura tiegħu, ma jikkwalifikax bħala ta' darba u mhux meqjus mis-servizzi tal-Kummissjoni. Meta wieħed iqis iż-żminijiet tajba, it-tnaqqis strutturali fil-bilanċ favorevoli ta' aktar minn punt perċentwali wieħed tal-PGD fl-2008, minn 1,75 % tal-PGD tas-sena ta' qabel, jista' jimplika pożizzjoni fiskali pro-ċiklika, li ma tkunx konformi mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Madankollu, il-konsiderazzjoni mill-Gvern li ż-żieda fid-dħul fl-2007 tista' tkun biss parzjalment permanenti tirrifletti strateġija baġitarja prudenti, li skondha d-dħul minn kompożizzjoni ta' tkabbir partikolarment intensiva fit-taxxi m'għandhiex iżżid nefqa permanenti addizzjonali. Anki jekk id-deterjorament ippjanat tal-pożizzjoni baġitarja meta mqabbel ma' l-2007 jirrifletti, fil-biċċa l-kbira, normalizzazzjoni mistennija ta' dħul mit-taxxa, jeżisti riskju li l-qagħda fl-2008 tista' tkun waħda pro-ċiklika, meta wieħed iqis ir-riskji assoċjati ma' l-infurzar tal-limiti għan-nefqa. |
(8) |
Ċipru jidher li jinsab espost ħafna għar-riskju rigward is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. L-impatt baġitarju fit-tul ta' popolazzjoni li qed tixjieħ huwa fost l-ogħla fl-UE, influwenzat partikolarment minn żieda konsiderevoli fin-nefqa fuq il-pensjonijiet bħala parti mill-PGD. Il-pożizzjoni baġitarja fl-2007 kif stmata fil-programm tikkontribwixxi għall-kumpens ta' parti mill-impatt baġitarju proġettat għat-tul u pjuttost kbir ta' popolazzjoni li qed tixjieħ, iżda mhix biżżejjed biex tkoprih. Iż-żamma ta' bilanċi favorevoli primarji għoljin u l-adozzjoni ta' miżuri ta' riforma fil-pensjoni mmirata li trażżan iż-żieda sinifikanti fl-infiq relatat ma' l-età, kif maħsub attwalment, jikkontribwixxu għat-tnaqqis fir-riskji għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. |
(9) |
Il-programm ta' stabbiltà jidher li huwa konsistenti sewwa mar-rapport ta' implimentazzjoni ta' Ottubru 2007 tal-programm ta' riforma nazzjonali. B'mod partikolari, il-projezzjonijiet baġitarji jinkludu l-ispiża baġitarja tal-proġetti u miżuri varji inklużi fil-programm ta' riforma nazzjonali, per eżempju t-trawwim ta' ekonomija msejsa fuq l-għarfien, il-promozzjoni tar-R&D, it-tisħiħ ta' l-iżvilupp tal-kapital uman. |
(10) |
L-istrateġija baġitarja fil-programm hija konsistenti b'mod ġenerali mal-linji ta' gwida tal-politika ekonomika wiesgħa speċifika għall-pajjiż inklużi fil-linji ta' gwida integrati u l-linji ta' gwida għall-Istati Membri taż-żona euro fil-qasam tal-linji politiċi baġitarji maħruġa fil-kuntest ta' l-istrateġija ta' Lisbona. |
(11) |
Fir-rigward tal-ħtiġiet tad-data speċifikati fil-kodiċi ta' kondotta għall-programmi ta' stabbiltà u konverġenza, il-programm jipprovdi d-data rikjesta kollha u l-biċċa l-kbira tad-data mhux obbligatorja (5). |
Il-konklużjoni ġenerali hija li l-istrateġija baġitarja fil-programmi għandha tkun biżżejjed biex iżżomm pożizzjoni baġitarja soda u stabbiltà makroekonomika matul il-perijodu. Il-programm iressaq MTO aktar ambizzjuż ta' pożizzjoni bilanċjata f'termini strutturali (meta mqabbel ma' defiċit ta' 0,5 % tal-PGD preċedenti), li diġà nkiseb aktar minnu fl-2007. Dan huwa r-riżultat ta' żieda mhux mistennija fid-dħul totali b'aktar minn 3 punti perċentwali tal-PGD, spjegat l-aktar mill-effetti ta' kompożizzjoni assoċjati mal-profittabbiltà b'saħħitha tas-settur finanzjarju u l-investiment sod fil-proprjetà immobbli, li l-programm jipproġetta li ser imorru lura għal xejriet storiċi fis-snin li ġejjin. Il-miri baġitarji, li huma sinifikament aħjar milli kif kienu fil-programm preċedenti, jistgħu jinqabżu fl-2008 u l-2009, meta wieħed iqis il-bażi aħjar ta' l-2007.
Minn hemm 'il quddiem, dawn jistgħu jkunu agħar minħabba s-suppożizzjonijiet ta' tkabbir favorevoli. Anki jekk it-tnaqqis ippjanat tal-bilanċ favorevoli baġitarju meta mqabbel ma' l-2007 jirrifletti, fil-biċċa l-kbira, normalizzazzjoni mistennija ta' dħul mit-taxxa, jeżisti riskju li l-qagħda fl-2008 tista' tkun waħda pro-ċiklika. Il-livell tad-dejn huwa proġettat li jonqos b'mod sinifikanti, b'mod speċjali fl-2008. Meta wieħed iqis iż-żieda proġettata fin-nefqa relatata ma' l-età, ir-riforma fis-sistema tal-pensjoni u l-implimentazzjoni f'waqtha ta' riformi adottati fil-kura tas-saħħa, ikollhom effett pożittiv fuq is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi, li jidher li huma f'riskju għoli.
Fid-dawl tal-valutazzjoni ta' hawn fuq, Ċipru qed jiġi mistieden biex:
(i) |
jevita l-linji politiċi fiskali pro-ċikliċi billi jtejjeb aktar il-kontroll ta' l-infiq attwali, filwaqt li japprofitta mid-dħul mhux ippjanat biex ikompli jnaqqas id-dejn; |
(ii) |
irażżan in-nefqa pubblika, l-aktar billi jirriforma s-sistema tal-pensjoni u jimplimenta fil-waqt ir-riformi adottati fil-kura tas-saħħa sabiex itejjeb is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi. |
Tqabbil tal-projezzjonijiet makroekonomiċi u baġitarji ewlenin
|
2006 |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
|
PGD reali (% bidla) |
PS Diċ 2007 |
3,8 |
4,2 |
4,1 |
4,0 |
4,0 |
4,0 |
COM Nov 2007 |
3,8 |
3,8 |
3,9 |
3,9 |
m.a. |
m.a. |
|
PK Diċ 2006 |
3,7 |
3,9 |
4,1 |
4,1 |
4,1 |
m.a. |
|
Inflazzjoni ta' l-IAPK (%) |
PS Diċ 2007 |
2,2 |
2,2 |
2,5 |
2,0 |
2,0 |
2,0 |
COM Nov 2007 |
2,2 |
2,0 |
2,3 |
2,1 |
m.a. |
m.a. |
|
PK Diċ 2006 |
2,4 |
2,5 |
2,4 |
2,0 |
2,0 |
m.a. |
|
Differenza fil-produzzjoni (6) (% tal-PGD potenzjali) |
PS Diċ 2007 |
– 1,0 |
– 0,7 |
– 0,6 |
– 0,6 |
– 0,4 |
0,0 |
COM Nov 2007 (7) |
– 1,4 |
– 1,1 |
– 0,8 |
– 0,6 |
m.a. |
m.a. |
|
PK Diċ 2006 |
– 1,0 |
– 1,1 |
– 1,1 |
– 1,1 |
– 1,1 |
m.a. |
|
Self nett fir-rigward għall-bqija tad-dinja (% tal-PGD) |
PS Diċ 2007 |
– 5,9 |
– 6,6 |
– 6,5 |
– 6,3 |
– 5,9 |
– 5,6 |
COM Nov 2007 |
– 5,7 |
– 5,8 |
– 5,7 |
– 5,5 |
m.a. |
m.a. |
|
PK Diċ 2006 |
– 6,4 |
– 5,8 |
– 5,4 |
– 4,8 |
– 4,2 |
m.a. |
|
Bilanċ ġenerali tal-gvern (% tal-PGD) |
PS Diċ 2007 |
– 1,2 |
1,5 |
0,5 |
0,5 |
0,7 |
0,7 |
COM Nov 2007 |
– 1,2 |
– 1,0 |
– 0,8 |
– 0,6 |
m.a. |
m.a. |
|
PK Diċ 2006 |
– 1,9 |
– 1,6 |
– 0,7 |
– 0,4 |
– 0,1 |
m.a. |
|
Bilanċ primarju (% tal-PGD) |
PS Diċ 2007 |
2,1 |
4,7 |
3,4 |
2,9 |
2,9 |
2,8 |
COM Nov 2007 |
2,1 |
2,2 |
2,2 |
2,2 |
m.a. |
m.a. |
|
PK Diċ 2006 |
1,4 |
1,4 |
2,1 |
2,1 |
2,2 |
m.a. |
|
Bilanċ aġġustat ċiklikament (6) (% tal-PGD) |
PS Diċ 2007 |
– 0,8 |
1,8 |
0,7 |
0,7 |
0,8 |
0,7 |
COM Nov 2007 |
– 0,7 |
– 0,6 |
– 0,5 |
– 0,4 |
m.a. |
m.a. |
|
PK Diċ 2006 |
– 1,5 |
– 1,2 |
– 0,3 |
0,0 |
0,3 |
m.a. |
|
Bilanċ strutturali (8) (% tal-PGD) |
PS Diċ 2007 |
– 0,8 |
0,3 |
0,7 |
0,7 |
0,8 |
0,7 |
COM Nov 2007 |
– 0,7 |
– 0,6 |
– 0,5 |
– 0,4 |
m.a. |
m.a. |
|
PK Diċ 2006 |
– 1,9 |
– 1,2 |
– 0,3 |
0,0 |
0,3 |
m.a. |
|
Dejn gross tal-gvern (% tal-PGD) |
PS Diċ 2007 |
65,2 |
60,0 |
48,5 |
45,3 |
43,8 |
40,5 |
COM Nov 2007 |
65,2 |
60,5 |
53,3 |
49,6 |
m.a. |
m.a. |
|
PK Diċ 2006 |
64,7 |
60,5 |
52,5 |
49,0 |
46,1 |
m.a. |
|
Programm ta' Konverġenza (KP); Programm ta' Stabbiltà (PS); Tbassir ekonomiku tal-ħarifa 2007 tas-servizzi tal-Kummissjoni (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1055/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p.1). Id-dokumenti kollha msemmija f'dan it-test jinstabu fuq is-sit web li ġej:
http://ec.europa.eu/economy_finance/about/activities/sgp/main_en.htm.
(2) L-aġġornament ġie ppreżentat ġimgħa wara l-skadenza ta' l-1 ta' Diċembru ffissata fil-kodiċi ta' kondotta
(3) Il-valutazzjoni tieħu kont b'mod partikolari tal-previżjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni għall-ħarifa 2007 u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tar-rapport ta' implimentazzjoni ta' Ottubru tal-programm ta' riforma nazzjonali.
(4) ĠU C 71, 28.3.2007, p. 16.
(5) B'mod partikolari, d-data tal-kont kapitali għas-snin 2007-2011 fl-iskeda ta' bilanċi settorali m'hijiex ipprovduta, li jagħmel il-valutazzjoni aktar diffiċli.
(6) Id-differenzi fil-produzzjoni u l-bilanċi aġġustati ċiklikament mill-programmi kif ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi ta' l-informazzjoni fil-programmi.
(7) Ibbażat fuq it-tkabbir potenzjali stmat ta' 3,5 %, 3,5 %, 3,6 % u 3,7 % rispettivament fil-perijodu 2006-2009.
(8) Bilanċ aġġustat ċiklikament bl-esklużjoni ta' miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra. Ma hemmx miżuri ta' darba jew miżuri temporanji oħrajn skond it-tbassir tal-ħarifa tas-servizzi tal-Kummissjoni. Il-programm ta' stabbiltà jqis id-dħul fl-2007 li jammonta għal 1,5 % tal-PGD bħala ta' darba biss. Anki jekk tranżitorju fin-natura tiegħu, dan l-ammont ta' dħul ma jikkwalifikax bħala ta' darba biss skond is-servizzi tal-Kummissjoni.
Sors:
Programm ta' Konverġenza (KP); Programm ta' Stabbiltà (PS); Tbassir ekonomiku tal-ħarifa 2007 tas-servizzi tal-Kummissjoni (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 73/14 |
OPINJONI TAL-KUNSILL
ta' l-4 ta’ Marzu 2008
dwar il-programm ta' konverġenza aġġornat ta' l-Estonja, 2007-2011
(2008/C 73/04)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet baġitarji u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' linji politiċi ekonomiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,
Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,
TA DIN L-OPINJONI:
(1) |
Fl-4 ta' Marzu 2008, il-Kunsill eżamina l-programm ta' konverġenza aġġornat ta' l-Estonja, li jkopri l-perijodu 2007 sa 2011. |
(2) |
L-ekonomija Estonjana qed tnaqqas wara perijodu ta' tkabbir qawwi relatat ma', inter alia, tkabbir għoli fil-kreditu u kundizzjonijiet monetarji ġenerali li jakkommodaw, li mexxew il-konsum u ż-żieda fil-prezzijiet tad-djar. Matul dan il-perijodu feġġew żbilanċi makroekonomiċi sinifikanti, flimkien ma' nuqqas ta' xogħol li reċentement ikkontribwixxa għall-emerġenza ta' spiralli fil-prezz tal-paga u żieda fil-pagi li għaddiet dik tal-produttività, li wasslu biex il-kompetittività fl-ispiża tmur għall-agħar. Il-politika fiskali ta' l-Estonja, li għandha importanza partikolari minħabba l-piżijiet tar-reġim tal-politika monetarja, kienet ġeneralment soda, b'bilanċi pożittivi fil-baġit sa mill-2002 u dejn tal-gvern baxx. Madankollu, pożizzjoni fiskali aktar soda setgħet ikkontribwiet aktar biex tikkumbatti t-tendenzi ta' tkabbir mgħaġġel wisq ta' l-ekonomija u biex tikkoreġi żbilanċi makroekonomiċi. Dawn l-iżbilanċi huma mistennija li jimmoderaw biss gradwalment fis-snin li ġejjin, bi tkomplija ta' kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol stretti, żieda fil-pagi aktar mit-tkabbir fil-produttività, pressjonijiet fuq il-prezzijiet u żbilanċi esterni persisteni, għalkemm qed jonqsu xi ftit. It-triq tad-deċelerazzjoni hija għalhekk imdawra b'riskji 'l isfel, għalkemm dawn huma mitigati bil-grad għoli ta' flessibbiltà li l-ekonomija kienet uriet qabel. |
(3) |
Ix-xenarju makroekonomiku li fuqu huwa bbażat il-programm jipprevedi li t-tkabbir reali fil-PGD se jimmodera minn 7,5 % fl-2007 għal 5,25 % fl-2008 u 6,5 % bħala medja matul il-bqija tal-perijodu tal-programm. Meta mqabbel ma' l-informazzjoni disponibbli bħalissa (2), dan ix-xenarju jidher li hu bbażat fuq suppożizzjonijiet ta' tkabbir kawti għall-2008 u suppożizzjonijiet ta' tkabbir plawżibbli għall-quddiem. Il-programm jipproġetta li l-inflazzjoni se tiżdied għal 8,5 % fl-2008 u tibqa' għolja b'5,5 % fl-2009, li jidher realistiku fid-dawl taż-żidiet riċenti fil-prezzijiet ta' l-ikel u żidieti amministrati fil-prezzijiet. Dawn il-proġezzjonijiet juru li l-Estonja se tkun qed tagħmel biss progress limitat lejn il-konverġenza nominali. Id-defiċit estern huwa mistenni li jonqos skond id-dgħjufija fit-tkabbir tad-domanda domestika minn 14 % tal-PGD fl-2007 għal madwar 10 % fl-2009 u madwar 8 % minn hemm 'il quddiem; dan huwa plawżibbli, imma soġġett għar-riskju li l-kompetittività fl-ispiża li sejra għall-għar tfixkel dan it-titjib. |
(4) |
Għall-2007, il-bilanċ pożittiv ġenerali tal-gvern huwa stmat li jkun 2,6 % tal-PGD fl-aġġornament l-aktar riċenti tat-tbassir, imqabbel ma' mira ta' 1,2 % tal-PGD stipulata fl-aġġornament preċedenti. Ir-riżultat aħjar, mistenni wkoll fit-tbassir tal-ħarifa tas-servizzi tal-Kummissjoni, huwa fil-parti kbira determinat minn bilanċ pożittiv mir-riżultat aħjar milli mistenni fl-2006 u f'livell inqas b'żieda fid-dħul sinifikament aktar milli mistennija aktar milli mit-tpaċija tat-tkabbir fl-infiq notevolment ogħla minn dak ibbaġittjat. L-implimentazzjoni baġitarja fl-2007 kienet parzjalment konformi ma' l-invit fl-opinjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-aġġornament preċedenti tal-programm ta' konverġenza (3). Għalkemm il-bilanċ pożittiv baġitarju jidher li huwa ogħla milli pjanat, il-bilanċ strutturali (jiġifieri l-bilanċ aġġustat ċiklikament nett ta' miżuri temporani u ta' darba) huwa mistenni li jkun iddeterjora meta mqabbel mas-sena preċedenti b'aktar minn 0,5 punt perċentwali tal-PGD, li jimplika pożizzjoni pro-ċiklika fi żminijiet tajba. Aktar minn hekk, iż-żieda fl-infiq permezz tal-baġit supplimentari adottat f'Diċembru 2007 kienet inkonsistenti mat-trawwim ta' stabbiltà makroekonomika u l-korrezzjoni ta' l-iżbilanċ estern. |
(5) |
L-għan ewlieni ta' l-istrateġija baġitarja tal-programm fuq terminu medju huwa li jrawwem l-istabbiltà makroekonomika u s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi billi jżomm pożizzjoni fiskali b'bilanċ pożittiv u hekk jikseb l-għan fuq terminu medju ta' żmien (MTO), definit bħala bilanċ strutturali. Il-bilanċ pożittiv ġenerali tal-gvern huwa mistenni li jonqos minn 2,6 % tal-PGD fl-2007 għal 1,3 % fl-2008 u sussegwentement għal madwar u ftit anqas minn 1 % fl-aħħar snin tal-programm. Il-bilanċ strutturali kalkolat skond il-metodoloġija maqbula b'mod komuni se jonqos minn 1,25 % tal-PGD fl-2007 għal 0,75 % fl-2008 u jiżdied mill-ġdid għal 1,5-1,25 % tal-PGD wara l-2008. Meta mqabbla ma' l-aġġornament preċedenti tal-programm ta' konverġenza, il-miri fiskali kienu konfermati għall-2008 u mnaqqsa b'madwar 0,5 punt perċentwali tal-PGD għas-snin sussegwenti, fl-isfond tar-reviżjoni 'l isfel tal-proġezzjonijiet ekonomiċi u reviżjoni 'l fuq tal-previżjoni ta' l-inflazzjoni. Id-dħul ġenerali tal-gvern relattiv mal-PGD huwa mistenni li jonqos b'madwar punt perċentwali wieħed matul il-perijodu tal-programm, primarjament minħabba sehem aktar baxx tat-taxxi fuq id-dħul dovut minħabba tnaqqis gradwali fuq ir-rata tat-taxxa fuq id-dħul. L-infiq huwa mistenni li jiżdied b'madwar punt perċentwali wieħed matul il-perijodu tal-programm, bl-akbar impatt ikun ġej minn żieda fil-ħlasijiet soċjali, b'mod partikolari pensjonijiet dovuti għall-adozzjoni ta' liġi ta' l-indiċi aktar ġeneruża. |
(6) |
Ir-riskji għall-projezzjonijiet baġitarji fil-programm jidhru li huma bbilanċjati sew. Minn naħa waħda, l-assunzjonijiet makroekonomiċi tal-programm huma kawti għall-2008, bil-possibbiltà li r-riżultati baġitarji jkunu aħjar milli mistennija fil-programm. Il-programm jipprovdi informazzjoni dettaljata fuq il-miżuri tad-dħul previsti u l-proġezzjonijiet tat-taxxa jidhru plawżibbli. Min-naħa l-oħra, minkejja rekord ġenerali b'saħħtu, kien hemm prattika fis-snin riċenti li parti diretta tad-dħul ogħla milli mistenni tiġi diretta għal infiq li qed jiżdied permezz ta' baġits supplimentari, b'hekk ma jkunux qed jiġu rrispettati l-miri ta' l-infiq. Jekk it-tnaqqis ta' l-ekonomija jkun aktar serju u/jew imtawwal milli fix-xenarju tal-programm, dan ukoll iwassal għal finanzi pubbliċi anqas favorevoli. B'mod partikolari, kieku t-tkabbir rapidu ffinanzjat mill-kreditu u domestiku ta' l-ekonomija Estonjana kellu jonqos f'daqqa, jew il-kompożizzjoni tat-tkabbir kellha tinbidel lejn xejra ta' tkabbir anqas intensiv fuq it-taxxa, il-baġit jista' jiġi taħt pressjoni. |
(7) |
Fid-dawl ta' din il-valutazzjoni tar-riskju, il-qagħda baġitarja tal-programm tidher biżżejjed biex jinżamm l-MTO b'marġni mdaqqas matul il-perijodu tal-programm, kif previst fil-programm. Madankollu, id-deterjorazzjoni tas-surplus strutturali fl-2008 jammonta għal espansjoni fiskali, li għandha riskju li l-pożizzjoni tal-politika fiskali implikata mill-programm tista' ssir pro-ċiklika jekk l-ekonomija tkompli tikber b'rati għoljin. Dan ikun f'konformità mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Aktar minn hekk, f'dan l-istadju taċ-ċiklu, meta l-ekonomija bdiet tnaqqas, imma għad hemm żbilanċi makroekonomiċi sostanzjali, il-politika fiskali għandha tevita li taggrava dawk l-iżbilanċi. |
(8) |
L-Estonja tidher li għandha riskju baxx rigward is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. L-impatt baġitarju fuq terminu twil tax-xjuħija huwa fost l-aktar baxxi fl-UE u għandu jibqa' hekk skond il-programm, anki meta jittieħed kont ta' l-effett tal-bidliet riċenti fil-pensjoni tal-liġi ta' l-indiċi. Il-livell kurrenti tad-dejn gross huwa baxx fl-Estonja u ż-żamma ta' finanzi tal-gvern sodi, b'konformità mal-pjanijiet baġitarji matul il-perijodu tal-programm, jikkontribwixxu għal-limitar tar-riskji tas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi. |
(9) |
Il-programm ta' stabbiltà jidher li huwa konsistenti sa ċertu punt mar-rapport ta' implimentazzjoni ta' Ottubru 2007 tal-programm ta' riforma nazzjonali. B'mod partikolari, il-miżuri tal-politika fiskali u r-reviżjoni tas-sistema tal-pensjonijiet, li ġew imħabbra fl-NRP, huma valutati tajjeb fil-programm ta' konverġenza aġġornat. Madankollu, valutazzjoni kwalitattiva ta' l-impatt ġenerali tal-programm nazzjonali ta' riforma fi ħdan l-istrateġija fiskali fuq terminu medju hija nieqsa. Barra minn hekk, l-informazzjoni fuq l-ispejjeż diretti tal-baġit u t-tfaddil kif ukoll il-projezzjonijiet assoċjati mar-riformi ewlenin previsiti fl-NRP jidhru provduti biss parzjalment, notevolment dawk fuq miżuri b'karattru aktar mikroekonomiku jew relatat ma' l-impjiegi bħall-ispiża fuq ir-Riċerka u l-Iżvilupp, it-tagħlim tul il-ħajja, l-edukazzjoni vokazzjonali u l-linji politiċi attivi tas-suq tax-xogħol. |
(10) |
L-iżgurar ta' ritorn b'mod ordnat għal triq ta' konverġenza bilanċjata u l-iżgurar ta' parteċipazzjoni bla problemi fl-ERM II jeħtieġ sforzi ta' politika determinati. Mad-dħul fil-mekkaniżmu, l-Estonja ħadet l-impenji relatati fiskali, fis-settur finanzjarju u l-politiki strutturali. Il-prestazzjoni fiskali kienet ġeneralment qawwija fil-perijodu ta' l-ERM II, għalkemm il-pożizzjoni fiskali riċenti ma kinitx partikolarment ambizzjuża minħabba l-pożizzjoni inizjali u l-istadju taċ-ċiklu ekonomiku, li possibbilment irriżultaw fi pro-ċiklikalità fl-2007. Il-ħtiġiet ta' riżerva u prudenzjali ġew issikkati biex jgħinu jżommu t-tkabbir tal-kreditu rapidu, imma l-impatt dirett fuq it-tkabbir tas-self jidher limitat. It-tkabbir fil-paga qabad b'mod qawwi fis-settur privat u ġie segwit mis-settur pubbliku fil-kuntest tat-tkabbir ekonomiku qawwi u suq tax-xogħol strett u bħalissa jirrappreżenta l-isfida ewlenija għall-ekonomija Estonjana. L-Estonja pjanat miżuri biex tiżdied il-flessibbiltà tas-suq tax-xogħol fl-NRP u riċentement impenjat ruħha li tintroduċi aktar miżuri biex ittejjeb il-produttività fl-ekonomija kollha. |
(11) |
Fir-rigward tal-ħtiġiet ta' data speċifikati fil-kodiċi ta' kondotta għall-programmi ta' stabbiltà u konverġenza, il-programm fih xi nuqqasijiet fid-data meħtieġa u f'dik fakultattiva (4). |
Il-konklużjoni ġenerali hija li l-program jimmira għaż-żamma ta' pożizzjoni baġitarja soda matul il-perijodu, b'bilanċi pożittivi kontiwi, minkejja li qed jonqsu, ogħla mill-MTO. Il-miri baġitarji jidhru plawżibbli. L-iżbilanċi makroekonomiċi li akkumulaw fl-ekonomija matul is-snin ta' tkabbir għoli, notevolment tkabbir fil-paga li jiżboq il-produttività, pressjonijiet fuq il-prezz u self nett għoli rigward il-bqija tad-dinja, huma mistennija li jimmoderaw biss gradwalment u t-triq tad-deċelerazzjoni ta' l-ekonomija hija miżgħuda bir-riskji. L-istabbiliment ta' l-istrateġija baġitarja li timmira li tikseb aktar mill-MTO huwa pass 'il quddiem fl-indirizzar ta' dawn l-isfidi makroekonomiċi. Minkejja dan, il-politika fiskali fl-2007 tidher li kienet pro-ċiklika u r-riskji baqgħu ukoll fl-2008 jekk l-ekonomija Estonjana tkompli tikber b'rati għoljin. Ikun tajjeb li tinżamm politika fiskali newtrali mifruxa fl-2008, minħabba li din tkun tappoġġa l-aġġustament fil-fażi kurrenti taċ-ċiklu meta l-iżbilanċi akkumulati matul il-perijodu ta' kull tkabbir ferm għoli jippersistu. Is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi hija vvalutata li qiegħdha f'riskju baxx.
Fid-dawl tal-valutazzjoni ta' hawn fuq kif ukoll minħabba l-bżonn li tiġi żgurata l-konverġenza sostenibbli u parteċipazzjoni bla problemi fl-ERM II, l-Estonja hija mistiedna li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tar-riskji lill-istabbiltà makroekonomika billi:
(i) |
timmira għal pożizzjoni fiskali newtrali fl-2008 u wara biex tikkontribwixxi għal aġġustament ordnat lejn triq ibbilanċjata ta' konverġenza, |
(ii) |
tikkumplimenta l-pożizzjoni fiskali rakkomandata bl-iżgurar ta' politika pubblika adatta dwar il-pagi u tkompli bir-riformi fis-suq tax-xogħol kif ukoll bis-sosteniment tat-tkabbir rapidu tal-produttività sabiex jiġu mrażżna l-pressjonijiet ta' l-inflazzjoni. |
Tqabbil tal-projezzjonijiet ewlenin makro-ekonomiċi u tal-baġit
|
2006 |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
|
PGD reali (% bidla) |
PK Nov 2007 |
11,2 |
7,4 |
5,2 |
6,1 |
6,7 |
7,0 |
COM Nov 2007 |
11,2 |
7,8 |
6,4 |
6,2 |
n.a. |
m.a. |
|
PK Diċ 2006 |
11,0 |
8,3 |
7,7 |
7,6 |
7,5 |
m.a. |
|
Inflazzjoni HICP (%) |
PK Nov 2007 |
4,4 |
6,6 |
8,6 |
5,6 |
3,6 |
3,5 |
COM Nov 2007 |
4,4 |
6,3 |
7,3 |
4,8 |
n.a. |
n.a. |
|
PK Diċ 2006 |
4,4 |
4,3 |
4,4 |
3,5 |
3,2 |
n.a. |
|
Differenza fil-produzzjoni (5) (% tal-PGD potenzjali) |
PK Nov 2007 |
3,6 |
2,7 |
0,1 |
– 1,2 |
– 1,5 |
– 1,3 |
COM Nov 2007 (6) |
2,9 |
2,1 |
0,1 |
– 1,7 |
n.a. |
n.a. |
|
PK Diċ 2006 |
2,0 |
1,2 |
0,2 |
– 0,3 |
– 0,7 |
n.a. |
|
Self nett fir-rigward tal-bqija tad-dinja (% tal-PGD) |
PK Nov 2007 |
– 13,2 |
– 14,0 |
– 9,9 |
– 8,2 |
– 7,8 |
– 7,4 |
COM Nov 2007 |
– 11,9 |
– 13,6 |
– 11,2 |
– 9,6 |
n.a. |
n.a. |
|
PK Diċ 2006 |
– 10,2 |
– 11,5 |
– 9,9 |
– 8,9 |
– 7,2 |
n.a. |
|
Bilanċ ġenerali tal-gvern (% tal-PGD) |
PK Nov 2007 |
3,6 |
2,6 |
1,3 |
1,0 |
0,9 |
0,8 |
COM Nov 2007 |
3,6 |
3,0 |
1,9 |
1,0 |
n.a. |
n.a. |
|
PK Diċ 2006 |
2,6 |
1,2 |
1,3 |
1,6 |
1,5 |
n.a. |
|
Bilanċ primarju (% tal-PGD) |
PK Nov 2007 |
3,7 |
2,7 |
1,4 |
1,1 |
1,0 |
0,8 |
COM Nov 2007 |
3,7 |
3,1 |
2,1 |
1,1 |
n.a. |
n.a. |
|
PK Diċ 2006 |
2,8 |
1,4 |
1,3 |
1,7 |
1,6 |
n.a. |
|
Bilanċ aġġustat b'mod ċikliku (5) (% tal-PGD) |
PK Nov 2007 |
2,5 |
1,8 |
1,3 |
1,4 |
1,3 |
1,2 |
COM Nov 2007 |
2,7 |
2,4 |
1,9 |
1,5 |
n.a. |
n.a. |
|
PK Diċ 2006 |
2,0 |
0,8 |
1,2 |
1,7 |
1,7 |
n.a. |
|
Bilanċ strutturali (7) (% tal-PGD) |
PK Nov 2007 |
1,8 |
1,2 |
0,8 |
1,4 |
1,3 |
1,2 |
COM Nov 2007 |
2,2 |
1,8 |
1,4 |
1,5 |
n.a. |
n.a. |
|
PK Diċ 2006 |
1,4 |
0,4 |
1,2 |
1,7 |
1,7 |
n.a. |
|
Dejn gross tal-gvern (% tal-PGD) |
PK Nov 2007 |
4,0 |
2,7 |
2,3 |
2,0 |
1,8 |
1,6 |
COM Nov 2007 |
4,0 |
2,8 |
2,3 |
2,0 |
n.a. |
n.a. |
|
PK Diċ 2006 |
3,7 |
2,6 |
2,3 |
2,1 |
1,9 |
n.a. |
|
Programm ta' konverġenza (PK); Previżjonijiet ekonomiċi tal-ħarifa 2007 tas-servizzi tal-Kummissjoni (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1055/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 1). Id-dokumenti kollha msemmija f'dan it-test jinstabu fuq is-sit web li ġej:
http://ec.europa.eu/economy_finance/about/activities/sgp/main_en.htm.
(2) Il-valutazzjoni tieħu f'kont b'mod partikolari t-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni għall-ħarifa u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tar-rapport ta' implimentazzjoni ta' Ottubru 2007 tal-programm ta' riforma nazzjonali.
(4) B'mod partikolari, l-assunzjonijiet tar-rata ta' skambju effettiva nominali huma nieqsa. Barra minn hekk, qed jiġu użati l-assunzjonijiet għar-rati ta' interessi taż-żona ta' l-euro, għalkemm dan jista' jkun iġġustifikat bin-nuqqas ta' indikaturi tar-rata ta' l-interessti EEK suffiċjentement rappreżentattivi fl-Estonja.
(5) Differenzi fil-produzzjoni u bilanċi aġġustati b'mod ċikliku mill-programmi kif ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi ta' l-informazzjoni fil-programmi.
(6) Ibbażat fuq it-tkabbir potenzjali stmat ta' 8,8 %, 8,7 %, 8,4 % u 8,1 % rispettivament fil-perijodu 2006-2009.
(7) Bilanċ aġġustat għaċ-ċiklu li jeskludi miżuri ta' darba biss u oħrajn temporanji. Miżuri ta darba u oħrajn temporanji huma 0,5 % tal-PGD fl-2006, 0,6 % fl-2007 u 0,5 % fl-2008; li kollha jnaqqsu d-defiċit skond il-programm l-aktar reċenti, li minnhom is-servizzi tal-Kummissjoni jikkunsidraw 0,2 % tal-PGD fl-2006 li mhumiex ta' natura ta' miżuri ta' darba.
Sors:
Programm ta' konverġenza (PK); Previżjonijiet ekonomiċi tal-ħarifa 2007 tas-servizzi tal-Kummissjoni (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 73/18 |
OPINJONI TAL-KUNSILL
ta' l-4 ta’ Marzu 2008
dwar il-programm ta' konverġenza aġġornat tal-Latvja, 2007-2010
(2008/C 73/05)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet baġitarji u s-sorveljanza u koordinazzjoni tal-politika ekonomika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,
Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,
TA DIN L-OPINJONI:
(1) |
Fl-4 ta' Marzu 2008 l-Kunsill eżamina l-programm ta' konverġenza aġġornat tal-Latvja, li jkopri l-perijodu 2007 sa l-2010. |
(2) |
Wara perijodu sostnut ta' tkabbir għoli sa minn nofs is-snin 90, il-PGD reali tal-Latvja żdied b'rati b'żewġ ċifri fl-2005-2007. It-tkabbir kien primarjament ikkawżat minn kreditu qawwi li mexxa l-konsum privat u l-investiment fid-djar, u s-self nett estern qabeż l-20 % tal-PGD mill-2006. Il-kondizzjonijiet monetarji kienu akkomodattivi, minħabba d-dħul fil-euro fil-qafas tar-rata ta' l-iskambju marbuta fl-ERM II. Flimkien mas-surriskaldament min-naħa tad-domanda, in-nuqqas ta' xogħol kkontribwixxa għat-tfaċċar ta' spiralli fil-prezz tal-paga, bit-tkabbir għoli fil-pagi li jgħaddi l-produttività, li wassal għall-ogħla inflazzjoni fl-UE u d-deterjorazzjoni rapida tal-kompetittività tan-nefqa. Mgħejjun minn sett ta' miżuri adottat mill-awtoritajiet fir-rebbiegħa 2007 sar viżibbli ċertu rallentament fis-suq tad-djar u fil-konsum domestiku, iżda jinħtieġu aktar passi f'din id-direzzjoni sabiex jinkiseb aġġustament bla xkiel lejn it-triq ta' tkabbir sostenibbli. F'dan il-kuntest il-politika fiskali ma mmiratx biżżejjed il-vulnerabbiltajiet li qed jitfaċċaw. Essenzjali għall-indirizzar ta' żbilanċji interni u esterni ser ikunu: pożizzjoni fiskali aktar ambizzjuża; aderenza ma' qafas baġitarju adatt għall-perijodu medju; il-prijoritizzar tan-nefqa pubblika u eżaminazzjoni mill-ġdid ta' l-istrumenti ta' tassazzjoni biex jiġi evitat l-istimolu fis-setturi li ma jsaħħaħx b'mod partikolari l-ekonomija għall-perijodu medju u fit-tul, u tkabbir fil-pagi tas-settur pubbliku b'mod aktar responsabbli. Sabiex jitrawwem il-proċess ta' rkupru, hemm il-ħtieġa wkoll ta' riformi strutturali u t-tneħħija ta' tfixkil biex tissaħħaħ in-naħa tal-provvista ta' l-ekonomija. |
(3) |
Ix-xenarju makroekonomiku sottostanti għall-programm jipprevedi li t-tkabbir tal-PGD reali jonqos gradwalment minn 10,5 % fl-2007 għal 6,8 % fl-2010. Skond il-programm, id-domanda domestika ser tibqa' l-kontribuzzjoni ewlenija tat-tkabbir, għalkemm hija mistennija tonqos b'mod sinifikanti mill-2007 għall-2008. Valutat skond l-informazzjoni disponibbli attwalment (2), dan ix-xenarju jidher li huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet ta' tkabbir plawżibbli. Madankollu, it-tnaqqis previst tad-domanda domestika m'huwa żgurat bl-ebda mod, u x-xenarju ekonomiku tal-programm għandu riskji għoljin ħafna għal stabbiltà makroekonomika, inkluż surriskaldament kontinwu b'riskju sostanzjali ta' rallentament ħesrem fi stadju aktar tard. Barra minn hekk, mingħajr aġġustament akbar tad-domanda u l-provvista globali minn dak deskritt fil-programm, il-pożizzjoni esterna tal-pajjiż ma tkunx sostenibbli għal perijodu twil ta' żmien. Il-projezzjonijiet tal-programm għall-inflazzjoni, li jidhru li huma plawżibbli, juru li l-Latvja se timxi aktar lil hinn minn konverġenza nominali għall-anqas sa l-2008. Barra minn hekk, għad baqa' inċertezzi dovuti — fost l-oħrajn — għal volatilità li għadha għaddejja fl-enerġija u l-prezzijiet ta' komoditajiet oħra u dwar kif jista' jevolvi l-ispirall tal-prezz tal-pagi. It-trażżin tal-kumpens lis-settur pubbliku huwa kritikalment importanti biex jinkiseb tnaqqis fiż-żieda fil-pagi għall-ekonomija b'mod ġenerali li jkun meħtieġ sabiex jitkissru d-dinamiċi tal-prezz ta' l-ispejjeż attwali u d-deterjorazzjoni rapida tal-kompetittività tan-nefqa. |
(4) |
Għall-2007, il-programm preċedenti inizjalment immira għal defiċit baġitarju ta' 1,3 % tal-PGD, filwaqt li l-aġġornament il-ġdid stima 0,3 % tal-PGD b'bilanċ pożittiv. Il-previżjoni tal-ħarifa pproġettat bilanċ pożittiv baġitarju ta' 0,9 % tal-PGD għall-2007, li huwa qrib ferm għar-riżultat proviżorju ta' 0,8 % tal-bilanċ fiskali tal-PGD. Id-defiċit strutturali, kalkolat skond il-metodoloġija maqbula b'mod komuni, huwa stmat li naqas minn 1 % tal-PGD fl-2006 għal 0,5 % fl-2007. Id-differenza bejn il-previżjoni tal-ħarifa u l-mira preċedenti tal-programm tirrifletti dħul ogħla, li kienu parzjalment kompensati minn tkabbir aktar milli bbaġitjat fin-nefqa. Anke abbażi ta' bilanċ pożittiv qrib il-0,8 % tal-PGD, il-politika baġitarja fl-2007 kienet biss parzjalment konformi ma' l-istedina ta' l-opinjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2007 dwar l-aġġornament preċedenti tal-programm ta' konverġenza3, minħabba li l-isfond ta' domanda għolja li tkompli u riskji għall-istabbiltà juri li l-politika fiskali baqgħat anqas milli kien meħtieġ (3). Minkejja dan, kien hemm xi progress fl-illimitar taż-żieda li qabel kienet normali fl-infiq lejn tmiem is-sena fl-istituzzjonijiet pubbliċi, wara linji gwida dwar dan adottati mill-gvern f'Novembru 2007. |
(5) |
L-għan ewlieni ta' l-istrateġija baġitarja huwa li titrawwem stabbiltà makroekonomika billi tkompli tirrispetta l-għan għal perijodu medju ta' żmien (MTO) ta' defiċit strutturali ta' 1 % tal-PGD — miksub mill-2006 — b'marġini li qed jikber matul il-perijodu tal-programm. Meta mqabbel mal-programm preċedenti, li ppjana li jikseb l-MTO biss mill-2008 'il quddiem, l-aġġornament il-ġdid jikkonferma b'mod wiesa' t-triq ta' konsolidazzjoni prevista iżda minn pożizzjoni baġitarja inizjali aħjar kontra xenarju makroekonomiku ġeneralment mhux mibdul. Skond il-kalkolazzjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni abbażi ta' l-informazzjoni fil-programm, il-bilanċ strutturali huwa proġettat li jitjieb minn defiċit ta' 0,5 % tal-PGD fl-2007 għal bilanċ pożittiv ta' 0,5 % tal-PGD fl-2008 u b' 0,5 punt perċentwali fis-sena fl-2009-2010. Żewġ terzi taż-żieda fil-bilanċ pożittiv għal kważi punt ta' perċentwali tal-PGD hija dovuta għal żieda fil-perċentwali ta' dħul-PGD u t-terz li jifdal mit-tnaqqis fil-perċentwali nefqa-PGD. Min-naħa tad-dħul, iż-żieda proġettata fit-taxxi indiretti u “dħul ieħor” bħala sehem tal-PGD ipatti tajjeb għal tnaqqis proġettat f'kontribuzzjonijiet soċjali minħabba r-riforma li għaddejja fil-pensjonijiet. In-nuqqas ta' nfiq fuq il-konsum pubbliku u l-kumpens għall-impjegati relattivi għall-PGD (li m'huwiex żgurat b'miżuri deskritti fil-programm) huwa kalkolat li jipprovdi spazju baġitarju għaż-żidiet proposti fil-ħlasijiet soċjali, inkluż fl-oqsma ta' pensjonijiet u benefiċċji għall-ġenituri, u investiment pubbliku. |
(6) |
L-eżiti baġitarji jistgħu jkunu ferm agħar minn dawk imbassra fil-programm. Hemm riskji sinifikanti għall-istabbiltà makroekonomika ġenerali li ġejja minn żbilanċ estern wiesa' u l-istat attwali ta' ekonomija surriskaldata żżejjed. Kieku t-tkabbir mmmexxi internament u ffinanzjat bil-kreditu kellu jonqos f'daqqa, il-baġit jiġi taħt pressjoni kbira, minħabba li l-projezzjonijiet tad-dħul tal-programm huma bbażati fuq l-assunzjoni ta' tkomplija ta' konsum għoli u kondizzjonijiet favorevoli tas-suq tax-xogħol. It-tnaqqis proġettat fil-proporzjon tan-nefqa jidher diffiċli li jinkiseb fin-nuqqas ta' miżuri sottostanti. Minħabba li l-limiti ta' nefqa għall-perijodu medju għall-ministeri u l-istituzzjonijiet pubbliċi kienu introdotti biss fl-2007, għadu mhux possibbli li l-effettività tagħhom tiġi ġġudikata. Ir-rekord tas-snin reċenti pjuttost juri nefqa aktar milli suppost minħabba li t-tkabbir nominali għoli ħoloq opportunità kull sena biex jintefaq dħul żejjed fil-qafas ta' baġit supplimentari. Finalment, il-programm jiddependi fuq dħul sostanzjali relatat mal-privatizzazzjoni (li jammonta għal total ta' 0,5 % tal-PGD skond il-programm), li dwaru hemm ħafna inċertezzi. |
(7) |
Fid-dawl ta' din il-valutazzjoni tar-riskju, is-sitwazzjoni baġitarja tal-programm tidher suffiċjenti biex jinżamm l-MTO matul il-perijodu tal-programm, kif previst fil-programm. Il-pożizzjoni tal-politika fiskali implikata mill-programm hija konformi mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, imma għandha tiġi ssikkata minħabba d-daqs ta' l-iżbilanċi ekonomiċi u r-responsabbiltà miżjuda tal-politika fiskali minħabba l-kamp ta' applikazzjoni limitat tal-politika fiskali taħt reġim ta' rata ta' skambju kważi fiss fi ħdan l-ERM II. Iċ-ċans ta' riżultat aħjar milli stmat fl-2007 għandu jiġi użat sabiex tiġi mmirata pożizzjoni ta' bilanċ ogħla fl-2008. |
(8) |
Il-Latvja tidher li għandha riskju baxx rigward is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. L-impatt baġitarju fit-tul tat-tixjiħ huwa aktar baxx mill-medja ta' l-UE, bin-nefqa relatata ma' l-età proġettata li tonqos bħala sehem tal-PGD fis-snin li ġejjin, influwenzata mill-impatt konsiderevoli li jnaqqas l-infiq tar-riforma tas-sistema tal-pensjoni. Il-livell attwali tad-dejn gross huwa baxx ħafna u t-titjib tal-pożizzjoni baġitarja kif ippjanat fl-aġġornament tal-programm ta' konverġenza jikkontribwixxi għal-limitar tar-riskji tas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi. |
(9) |
Il-programm ta' konverġenza jidher li huwa konsistenti mar-rapport dwar l-implimentazzjoni ta' Ottubru 2007 tal-programm ta' riforma nazzjonali. B'mod partikolari, ir-rapport dwar l-implimentazzjoni jidentifika l-iżgurar ta' stabbiltà makroekonomika bħala l-isfida ewlenija b'implikazzjonijiet għall-finanzi pubbliċi u għal dak il-għan tagħti rwol ewlieni lit-tisħiħ tad-dixxiplina fiskali u lill-proċeduri ta' ppjanar tal-baġit. Filwaqt li l-programm fih valutazzjoni kwalitattiva ta' l-impatt ġenerali tal-programm nazzjonali ta' riforma fi ħdan l-istrateġija fiskali għall-perijodu medju, ma jipprovdix informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż/tfaddil diretti tal-baġit assoċjati mar-riformi ewlenija previsiti fil-programm nazzjonali ta' riforma. |
(10) |
L-istrateġija baġitarja fil-programm hija parzjalment konformi mal-linji gwida ġenerali dwar l-ekonomija speċifikati għall-pajjiż inklużi fil-linji gwida integrati fil-qasam tal-linji politiċi baġitarji maħruġa fil-kuntest ta' l-istrateġija ta' Lisbona. Madankollu, il-pożizzjoni fiskali proġettata ma tikkontibwixxix adegwatament biex trażżan is-surriskaldament u biex tippromwovi s-sostenibbiltà ekonomika. |
(11) |
F'termini ta' progress biex jiġu implimentati l-impenji ta' l-ERM II, l-awtoritajiet ħadu ċerti passi iżda jinħtieġu aktar biex tissaħħaħ il-pożizzjoni fiskali u biex titrażżan id-domanda domestika. Ġew implimentati xi miżuri biex jiġi kkontrollat t-tkabbir tal-kreditu iżda kellhom impatt limitat. Il-pjan kontra l-inflazzjoni ta' Marzu 2007 kien pass fid-direzzjoni t-tajba, għalkemm b'effett immedjat limitat, iżda naqas milli jipprovdi l-miżuri aktar b'saħħithom meħtieġa biex tiġi stabbilizzata l-ekonomija u jinkiseb tnaqqis sostenibbli fl-inflazzjoni. Aktar riformi strutturali huma meħtieġa biex jindirizzaw il-forniment dgħajjef ta' l-ekonomija u l-kompetittività li qed tiħżien. Il-pjan ta' stabbilizzazzjoni ta' l-ekonomija li attwalment qed jiġi kkunsidrat mill-awtoritajiet Latvjani x'aktarx li ser jinkludi aktar miżuri tat-taxxa u fiskali, kif ukoll passi biex jitjiebu l-ambjent tan-negozju u l-kompetittività. |
(12) |
Fir-rigward tar-rekwiżiti tad-data speċifikati fil-kodiċi ta' kondotta għal programmi ta' stabbiltà u konverġenza, il-programm fih xi nuqqasijiet żgħar fid-data obbligatorja u jipprovdi l-biċċa l-kbira tad-data fakultattiva (4). |
Il-konklużjoni ġenerali hija li l-programm għandu l-għan li jnaqqas l-iżbilanċi ekonomiċi u l-pressjoni ta' domanda eċċessiva billi jistabbilixxi miri ta' bilanċ żgħar iżda li dejjem jiżdiedu għall-2008-2010, li jaqbeż lill-MTO. Madankollu, ir-riskji għall-kisba tal-miri baġitarji huma għolja, partikolarment minħabba inċertezza makroekonomika kbira u żvijar mill-pjanijiet tan-nefqa. Barra minn hekk, pożizzjoni fiskali aktar stretta hija meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tal-programm fil-kuntest tar-riskji ta' l-istabbiltà ta' l-ekonomija — li ġejjin minn pressjonijiet fl-inflazzjoni, deterjorazzjoni tal-kompetittività tan-nefqa u responsabbiltajiet nett barranin li jiżdiedu drastikament. Filwaqt li l-limiti tan-nefqa għall-perijodu medju ġew introdotti, għad iridu jiġu ttestjati. Fir-rigward tas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi il-Latvja hija vvalutata li għandha riskju baxx.
Fid-dawl tal-valutazzjoni ta' hawn fuq kif ukoll minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata l-konverġenza sostenibbli u parteċipazzjoni bla xkiel fl-ERM II, il-Latvja hija mistiedna li tikkontribwixxi għal pressjonijiet tas-surriskaldament u r-riskji lill-instabbiltà makroekonomika billi:
(i) |
timmira għal miri baġitarji aktar ambiżżjużi fl-2008 u lil hinn milli previst fil-programm, notevolment billi tfaddal kull dħul ta' prestazzjoni aħjar u billi tirrispetta l-limiti ta' l-infiq; |
(ii) |
taħdem fil-limiti ta' infiq tas-settur pubbliku stabbiliti fil-qafas ta' ppjanar baġitarju għall-perijodu medju, tipprijoritizza b'mod kawt in-nefqa pubblika u teżamina mill-ġdid l-istrumenti ta' tassazzjoni biex tevita li tistimula setturi li ma jsaħħux b'mod sinifikanti l-potenzjal ta' provvista għall-perijodu medju u fit-tul ta' l-ekonomija; |
(iii) |
tadotta aktar linji politiċi biex trażżan pressjonijiet ta' inflazzjoni, inkluż permezz ta' stabbiliment responsabbli ta' pagi għas-settur pubbliku, b'hekk jikkontribwixxi għal tnaqqis drastiku fiż-żieda fil-pagi għall-ekonomija b'mod ġenerali sabiex jitkissru d-dinamiċi tal-prezz ta' l-ispejjeż attwali u d-deterjorazzjoni rapida tal-kompetittività tan-nefqa competitiveness. |
Tqabbil tal-projezzjonijiet makroekonomiċi u baġitarji ewlenin
|
2006 |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
|
PGD reali (bidla %) |
PK Nov 2007 |
11,9 |
10,5 |
7,5 |
7,0 |
6,8 |
COM Nov 2007 |
11,9 |
10,5 |
7,2 |
6,2 |
m.a |
|
PK Jan 2007 |
11,5 |
9,0 |
7,5 |
7,5 |
m.a |
|
Inflazzjoni ta' l-HICP (%) |
PK Nov 2007 |
6,6 |
10,1 |
12,5 |
7,2 |
4,9 |
COM Nov 2007 |
6,6 |
9,6 |
9,8 |
6,0 |
m.a |
|
PK Jan 2007 |
6,6 |
6,4 |
5,2 |
4,2 |
m.a |
|
Differenza fil-produzzjoni (5) (% tal-PGD potenzjali) |
PK Nov 2007 |
2,0 |
2,8 |
1,3 |
– 0,3 |
– 1,7 |
COM Nov 2007 (6) |
2,1 |
2,7 |
0,8 |
– 1,7 |
m.a |
|
PK Jan 2007 |
1,8 |
1,3 |
– 0,5 |
– 2,0 |
m.a |
|
Self nett ('il barra/'il ġewwa) b'rigward għall-bqija tad-dinja (% tal-PGD) |
PK Nov 2007 |
– 21,1 |
– 23,5 |
– 20,3 |
– 18,3 |
– 16,4 |
COM Nov 2007 |
– 19,9 |
– 22,2 |
– 18,9 |
– 18,0 |
m.a |
|
PK Jan 2007 |
– 17,4 |
– 17,2 |
– 16,3 |
– 15,8 |
m.a |
|
Bilanċ ġenerali tal-gvern (% tal-PGD) |
PK Nov 2007 |
– 0,3 |
0,3 |
0,7 |
1,0 |
1,2 |
COM Nov 2007 |
– 0,3 |
0,9 |
0,8 |
0,5 |
m.a |
|
PK Jan 2007 |
– 0,4 |
– 1,3 |
– 0,9 |
– 0,4 |
m.a |
|
Bilanċ primarju (% tal-PGD) |
PK Nov 2007 |
0,2 |
0,7 |
1,0 |
1,2 |
1,5 |
COM Nov 2007 |
0,2 |
1,3 |
1,2 |
0,9 |
m.a |
|
PK Jan 2007 |
0,2 |
– 0,8 |
– 0,4 |
0,1 |
m.a |
|
Bilanċ aġġustat ċiklikament (5) (% tal-PGD) |
PK Nov 2007 |
– 0,9 |
– 0,5 |
0,4 |
1,1 |
1,7 |
COM Nov 2007 |
– 0,8 |
0,2 |
0,5 |
1,0 |
m.a |
|
PK Jan 2007 |
– 0,9 |
– 1,7 |
– 0,8 |
0,2 |
m.a |
|
Bilanċ strutturali (7) (% tal-PGD) |
PK Nov 2007 |
– 0,9 |
– 0,5 |
0,4 |
1,1 |
1,7 |
COM Nov 2007 |
– 0,8 |
0,2 |
0,5 |
1,0 |
m.a |
|
PK Jan 2007 |
– 0,9 |
– 1,7 |
– 0,8 |
0,2 |
m.a |
|
Dejn gross tal-gvern (% tal-PGD) |
PK Nov 2007 |
10,6 |
9,4 |
8,3 |
7,2 |
6,4 |
COM Nov 2007 |
10,6 |
10,2 |
7,8 |
6,4 |
m.a |
|
PK Jan 2007 |
10,7 |
10,5 |
10,6 |
9,4 |
m.a |
|
Programm ta' konverġenza (PK); tbassir ekonomiku tal-ħarifa ta' l-2007 tas-servizzi tal-Kummissjoni (COM); kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1055/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 1). Id-dokumenti msemmija f'dan it-test jinstabu fuq is-sit web li ġej:
http://ec.europa.eu/economy_finance/about/activities/sgp/main_en.htm.
(2) Il-valutazzjoni tqis b'mod partikolari t-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni għall-ħarifa u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tar-rapport ta' implimentazzjoni ta' Ottubru 2007 tal-programm ta' riforma nazzjonali.
(3) ĠU C 89, 24.4.2007, p. 15.
(4) B'mod partikolari data dwar it-taxxi kapitali (data obbligatorja), is-sottokomponenti ta' l-aġġustament tal-fluss ta' l-istokk u xi elementi tas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi huma nieqsa.
(5) Id-differenzi fil-produzzjoni u l-bilanċi aġġustati ċiklikament u skond il-programmi kif ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi ta' l-informazzjoni fil-programmi.
(6) Ibbażat fuq it-tkabbir potenzjali stmat ta' 9,8 %, 9,8 %, 9,3 % u 8,9 % rispettivament fil-perijodu 2006-2009.
(7) Bilanċ aġġustat ċiklikament bl-esklużjoni ta' miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra. M'hemmx miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra skond l-aktar programm riċenti u t-tbassir tal-ħarifa.
Sors:
Programm ta' konverġenza (PK); tbassir ekonomiku tal-ħarifa ta' l-2007 tas-servizzi tal-Kummissjoni (COM); kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kunsill
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 73/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Marzu 2008
li taħtar membru wieħed tal-Bord ta' Tmexxija ta' l-Aġenzija Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi
(2008/C 73/06)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (1), u partikolarment l-Artikolu 79 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar bħala Membri tal-Bord ta' Tmexxija ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru. |
(2) |
Bid-Deċiżjoni tas-7 ta' Ġunju 2007 (2) il-Kunsill ħatar 27 membru tal-Bord ta' Tmexxija ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi. |
(3) |
Il-Gvern Rumen informa lill-Kunsill bil-ħsieb tiegħu li jissostitwixxi r-rappreżentant Rumen fil-Bord ta' Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta' Mejju 2011, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Teodor OGNEAN ta' nazzjonalità Rumena, imwieled fil-21 ta' Frar 1947, għandu jkun maħtur membru tal-Bord ta' Tmexxija ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi flok is-Sinjura Rodica MOROHOI għall-perijodu minn tat-20 ta’ Marzu 2008 sal-31 ta' Mejju 2011.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
I. JARC
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1. Ikkoreġuta bil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.
(2) ĠU C 134, 16.6.2007, p. 6.
Kummissjoni
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 73/24 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
It-18 ta' Marzu 2008
(2008/C 73/07)
1 euro=
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,5771 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
154,42 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4595 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,7817 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,455 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,561 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
121,79 |
NOK |
Krona Norveġiża |
8,0675 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,25 |
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
HUF |
Forint Ungeriż |
257,51 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,6971 |
PLN |
Zloty Pollakk |
3,5297 |
RON |
Leu Rumen |
3,7285 |
SKK |
Krona Slovakka |
32,408 |
TRY |
Lira Turka |
1,9505 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6974 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5674 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
12,2535 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,9509 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,1708 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 600,91 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
12,6424 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
11,1675 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,255 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 509,32 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9951 |
PHP |
Peso Filippin |
65,134 |
RUB |
Rouble Russu |
37,079 |
THB |
Baht Tajlandiż |
49,218 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,6861 |
MXN |
Peso Messikan |
16,9262 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Kummissjoni
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 73/25 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5125 — Marel/SFS)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 73/08)
1. |
Fit-12 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Marel Food Systems hf. (“Marel”, l-Iżlanda) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' l-impriża Stork Food Systems (“SFS”, l-Olanda) permezz ta' xiri ta' ishma. |
2. |
l-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara l-ewwel evalwazzjoni, l-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5125 — Marel/SFS, fl-indirizz li ġej:
|
ATTI OĦRAJN
Kummissjoni
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 73/26 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi
(2008/C 73/09)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
SINTEŻI
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“BŒUF DE BAZAS”
Nru tal-KE: FR/PDO/005/0344/21.04.2004
DPO ( ) IĠP ( X )
Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.
1. DIPARTIMENT RESPONSABBLI FL-ISTAT MEMBRU:
Isem: |
Institut National de l'Origine et de la Qualité (I.N.A.O.) |
||
Indirizz: |
|
||
Telefon: |
(33) 153 89 80 00 |
||
Nru tal-Feks: |
(33) 142 25 57 97 |
||
Posta elettronika: |
info@inao.gouv.fr |
2. GRUPP:
Isem: |
Association pour la Défense du Bœuf de Bazas |
||
Indirizz: |
|
||
Telefon: |
(33) 556 25 03 32 |
||
Feks: |
(33) 556 25 23 80 |
||
Posta elettronika: |
bazas.elevage@expalliance.fr |
||
Kompożizzjoni: |
produttu,ri/proċessuri ( X ) oħrajn ( ) |
3. TIP TA' PRODOTT:
Klassifikazzjoni 1.1.Laħam (u ġewwieni) frisk.
4. L-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT
(Sinteżi tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
4.1. Isem: “Bœuf de Bazas”
4.2. Deskrizzjoni: Annimal tar-razza Bazadaise, Blonde d'Aquitaine jew prodott tat-taħlita ta' dawn iż-żewġ razez
Laħam frisk: Karkassa, nofs karkassa, kwart, imqatta'.
L-età l-annimali meta jinqatlu:
Għoġġiela: minimu 30 xahar — massimu 48 xahar,
Baqar: minimu 36 xahar — massimu 108 xhur,
Gniedes: minimu 36 xahar — massimu 60 xahar.
Karatteristiċi tal-karkassi:
Piż minimu:
— |
għall-għoġġiela u l-baqar 300 kg, |
— |
għall-gniedes 380 kg. |
Konformità E, U, R
Stat tat-tismin 3 u 4
M'hemmx tneħħija tax-xaħam estern għall-karkassi li waslu fl-istat tat-tismin ta' 3, tneħħija tax-xaħam estern parzjali għal dawk li waslu fl-istat tat-tismin ta' 4.
Kulur tal-laħam: Aħmar jgħajjat.
4.3. Żona ġeografika: Jeħtieġ li l-annimali jitwiedlu, jitrabbew, jissemmnu u jinqatlu fiż-żona tal-produzzjoni “Bazas” li tinkludi:
id-dipartiment ta' la Gironde,
id-distretti tad-dipartiment ta' Landes: Aire sur Adour, Gabarret, Geaune, Grenade sur Adour, Labrit, Mimizan, Morcenx, Parentis-en-Born, Pissos, Roquefort, Sabres, Sore, Villeneuve-de-Marsan, Mont-de-Marsan, Tartas,
id-distretti mal-fruntiera ta' la Gironde u ta' Landes fil-Garonne u le Gers, jiġifieri:
id-distretti ta' Bouglon, Casteljaloux, Duras, Houeilles, Marmande, Meilhan-sur-Garonne, Mézin u Seyches du Lot u Garonne, mal-fruntieri ta' la Gironde u ta' Landes,
id-distretti ta' Cazaubon, Nogaro, Riscle, Eauze du Gers, mal fruntieri ta' Landes.
Sabiex jitnaqqsu l-effetti tat-trasportazzjoni fuq il-kwalità tal-laħam (il-benessri ta' l-annimal, l-istress jiġi limitat) u biex tiġi żgurata l-aħjar sorveljanza tal-karkassi u tal-metodu speċifiku għat-tneħħija tax-xaħam estern, il-biċċeriji għall-qatla tal-Bœufs de Bazas jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni. Dan jippermetti li jinżammu l-karatteristiċi organolettiċi tal-karkassi.
4.4. Prova ta' l-oriġini: Issir identifikazzjoni ta' l-annimal fl-età ta' mhux aktar minn sebat ijiem permezz ta' marka awrikolari fuq kull widna; dawn iż-żewġ marki awrikolari jkollhom in-numru nazzjonali ta' identifikazzjoni esklussiv għall-annimal.
Dokument ta' identifikazzjoni (“Passaport”) jakkumpanja l-annimal sakemm dan imur il-biċċerija: dan ikun fih ir-referenzi ta' l-annimal (id-data tat-twelid, il-kodiċi tar-razza, in-numru nazzjonali ta' identifikazzjoni, …).
Dan il-passaport jippermetti wkoll li jiġu identifikati l-postijiet diversi tat-trobbija ta' l-annimal: kull proprjetarju ta' l-annimal ipoġġi tikketta ta' moviment u b'hekk kull post tat-trobbija jiġi identifikat b'numru uniku (l-ewwel 5 ċifri jiddeżinjaw in-numri tal-kodiċi INSEE tad-dipartiment u taż-żona tat-trobbija). B'hekk tkun magħrufa l-oriġini ġeografika ta' l-annimal.
Fil-biċċerija, il-karkassa tiġi identifikata min-numru tal-qatla li jippermetti li ssir ir-rabta man-numru nazzjonali ta' identifikazzjoni; il-karkassa tiġi identifikata bl-inka għall-użu alimentari mil-logo “Bœuf de Bazas”. Ċertifikat ta' garanzija innumerat, li fuqu jkun hemm in-numru nazzjonali ta' identifikazzjoni ta' l-annimal u n-numru tal-biċċerija, jakkumpanja kull karkassa, nofs-karkassa jew kwart li jinbiegħ lil tal-laħam. Il-laħam jinbiegħ fil-ħwienet tal-laħam jew fis-supermarkets flimkien ma' prodotti oħra bbażati fuq il-laħam. Il-verifiki tal-kontabilità jikkompletu dan il-mekkaniżmu.
4.5. Metodu ta' produzzjoni: trobbija ta' l-annimali tul 30 xahar minimu fir-rigward ta' l-għoġġiela u 36 xahar minimu għall-baqar u l-gniedes,
l-għoġġiela mrobbija skond il-metodu ta' merħliet li jreddgħu (imreddgħa mill-ommijiet tagħhom),
annimali ta' l-età ta' seba' xhur minimu li jittieħdu biex jirgħu għal sena, ħlief f'kundizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonali,
l-annimali jingħataw alimentazzjoni ta' ħaxix jew ta' għalf prodott prinċipalment mill-istess azjenda u flimkien ma' ikel komplementari awtorizzat mill-Association pour la Défense du Bœuf de Bazas,
alimentazzjoni fil-fażi tat-tismin (il-fażi finali): l-għan ta' din il-fażi li ddum erba' xhur minumu huwa biex it-tismin jitlesta u biex jippermetti li l-karakassi u tal-laħam jiżviluppaw l-aqwa karatteristiċi kwalitattivi tagħhom.
Tul din l-aħħar fażi jew għall-inqas tul l-aħħar xahrejn, l-annimal jintema' bil-fors fl-istalla waħdu jew ma' l-oħrajn.
Fl-aħħar fażi jiżdiedu ċ-ċereali jew middlings, (qamħirrum, qamħ, xgħir, triticale, ħafur, segala …) integrati fl-għalf mhux raffinat (ħaxix tal-mergħa, silla) u/jew għeruq tax-xitel u tuberi.
Il-produttur għandu jadatta l-porzjon skond l-istat bijoloġiku ta' l-annimal u skond l-aptit li jkollu l-annimal. F'dan il-kuntest, hija awtorizzata d-distribuzzjoni ta' xgħir u/jew tal-ħxejjex flimkien maċ-ċereali li għandhom jikkostitwixxu l-bażi enerġetika tal-porzjon, sakemm din ma taqbiżx il-50 % tal-materjal niexef tal-porzjon.
Maċ-ċereali hija awtorizzat d-distribuzzjoni ta' għalf (oilcake) (principlament tas-soja u tal-kittien).
Tradizzjonalment aktar minn 70 % ta' l-għalf jiġi prodott fl-ażjenda li barra minn hekk jikkostitwixxi aktar minn 90 % ta' l-alimentazzjoni tul il-ħajja ta' annimal bovin.
Maturazzjoni tal-laħam: minimu ta' 10-il jum.
4.6. Rabta:
Karatteristika partikolari:
il-klima oċeanika taż-żona (xtiewi moderati, xita frekwenti matul is-sena, abbondanza ta' xemx) tippermetti l-isfruttament tal-ħxejjex tal-mergħat naturali jew temporanji u li l-annimali jitħallew jirgħu għal aktar minn nofs is-sena,
ir-razez li jinżammu għall-produzzjoni tal-“Bœuf de Bazas” tradizzjonalment kienu jintużaw f'din iż-żona, għaliex ir-razza Bazadaise u la Blonde d'Aquitaine huma razez tal-lokal.
Reputazzjoni tajba:
L-isem “Bœuf de Bazas” imur lura għas-seklu XIII u huwa marbut ma' l-aħjar razez għall-produzzjoni tal-laħam lokali fir-reġjun tal-belt ta' Bazas.
Ir-reputazzjoni tal-Bœuf de Bazas kompliet tinfirex wara s-seklu XIII minħabba l-isfilata tradizzjonali tal-Bœufs de Bazas nhar il-Ħamis tal-Karnival: “La fête des Bœufs gras” jew il-festa tal-gniedes ħoxnin. Din il-festa baqgħet tiġi ċċelebrata saħansitra fiż-żminijiet meta l-eżistenza tagħha kienet qed tiġi mhedda (Ancien Régime). Il-gniedes li kienu jintużaw għax-xogħol fl-għelieqi mbagħad kienu jitħaxxnu u jinbiegħu l-aktar fis-suq tal-belt ta' Bazas.
Ir-reputazzjoni tal-Bœuf de Bazas baqgħet ma ntmissitx:
Fil-livell lokali:
— |
il-festa tal-gniedes ħoxnin f'BAZAS fi żmien il-karnival kull sena tattira ħafna nies u matul dan il-perjodu l-ħwienet tal-laħam impenjati fl-inizjattiva “Bœuf de BAZAS” jaraw żieda ta' 30 % fil-kummerċ tagħhom. Din il-festa hija bbażata fuq l-ispeċifiċità u r-reputazzjoni tal-prodott u min-naħa l-oħra, tgħin biex ir-reputazzjoni tal-bœuf de Bazas tinżamm sħiħa tul iż-żminijiet, |
— |
bl-istess mod, lokalitajiet oħrajn fiż-żona IG żviluppaw manifestazzjonijiet ta' dan it-tip. |
Fuq livell nazzjonali:
Ir-reputazzjoni nxterdet lil hinn mill-kuntest lokali Nistgħu nieħdu xi eżempji ta' dan l-aħħar:
— |
L-artiklu ppubblikat fil-Figaro fis-16.2.2003 u intitolat “le bœuf gras fait son carnaval” (il-karnival tal-gendus l-oħxon), |
— |
ir-riċetta “croustillant de queue de bœuf de Bazas au foie gras de canard poêlé des landes”, ippreżentata matul il-programm “les escapades de PETITRENAUD” li xxandar fuq France 5. |
4.7. Entità ta' spezzjoni:
Isem: |
Qualisud |
||
Indirizz: |
|
||
Telefon: |
(33) 558 06 15 21 |
||
Feks: |
(33) 558 75 13 36 |
||
Posta elettronika: |
qualisud@wanadoo.fr |
Din l-entità ta' kontroll hija rikonoxxuta u akkreditata skond in-norma EN 45 011.
4.8. Tikkettar: Denominazzjoni għall-bejgħ “Bœuf de Bazas”.
It-tikkettar għandu jkollu informazzjoni li jinforma lill-konsumatur bil-karatteristiċi tal-prodott:
tip ta' annimal (baqra jew gendus),
in-numru ta' identifikazzjoni ta' l-annimal,
eventwalment in-numru ta' identifikazzjoni tal-karkassa (in-nru tal-qatla),
id-data tat-twelid,
ir-razza,
l-isem u l-indirizz tar-razzett tal-produttur,
id-data tal-qatla,
il-piż tal-karkassa,
klassifikazzjoni, u
isem id-destinatarju.
Dan iċ-ċertifikat jakkumpanja l-karkassa, in-nofs karkassa jew il-kwart sad-data tal-bejgħ lill-konsumatur.
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.