ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 70

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
15 ta' Marzu 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Bank Ċentrali Ewropew

2008/C 070/01

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Marzu 2008 fuq it-talba tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fir-rigward tal-kummerċ estern ma' pajjiżi mhux membri u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (CON/2008/12)

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 070/02

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

3

2008/C 070/03

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

7

2008/C 070/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4945 — Arcelor/OFZ) ( 1 )

9

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 070/05

Rata tal-kambju ta' l-euro

10

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 070/06

Għajnuniet mill-Istat — Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu u forestali 2007-2013 — Aċċettazzjoni mill-Istati Membri tal-proposta għal miżuri siewja magħmula mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 88(1) tat-Trattat tal-KE (B'applikazzjoni ta' l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/99 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE)

11

2008/C 070/07

Festi pubbliċi fl-2008

13

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Awtorità Ewropea Għas-Sigurtà fl-Ikel

2008/C 070/08

Sejħa għal Turija ta' Interess għal Esperti Esterni tal-Kumitat Xjentifiku ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (Parma, l-Italja)

14

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2008/C 070/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5083 — Groupama/OTP Garancia) ( 1 )

18

2008/C 070/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5106 — Candover/Bourne Leisure) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

19

2008/C 070/11

Irtirar ta' notifika ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4967 — Marel/SFS) ( 1 )

20

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

OPINJONIJIET

Bank Ċentrali Ewropew

15.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 70/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-3 ta' Marzu 2008

fuq it-talba tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fir-rigward tal-kummerċ estern ma' pajjiżi mhux membri u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95

(CON/2008/12)

(2008/C 70/01)

Introduzzjoni u bażi legali

Fis-7 ta' Frar 2008, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mil-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fir-rigward tal-kummerċ estern ma' pajjiżi mhux membri u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (1) (minn issa 'l quddiem “ir-Regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 105(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet Ġenerali

1.

Il-BĊE jilqa' r-Regolament propost, li għandu jtejjeb il-kwalità, il-komparabilità u l-puntwalità ta' l-istatistika tal-kummerċ Ewropew u joħloq rabta aħjar bejniethom u l-istatistika tan-negozju. Fl-Istati Membri, l-istatistika tal-kummerċ estern hija wżata wkoll bħala sors biex tiġi kkumpilata l-istatistika dwar il-bilanċ tal-pagamenti u l-kontijiet nazzjonali, kif ukoll għall-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-bilanċ tal-pagamenti taż-żona ta' l-euro u l-kontijiet taż-żona ta' l-euro li għalihom il-BĊE huwa responsabbli.

2.

Il-BĊE jinnota li skond ir-Regolament propost, l-Istati Membri se jkollhom biss jikkumpilaw u jittrasmettu data, jekk din tkun disponibbli, dwar li ġej, lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, f'dikjarazzjoni tad-dwana irreġistrata ma' l-awtoritajiet tad-Dwana tagħhom: (i) l-Istat Membru tad-destinazzjoni finali, għall-importazzjonijiet; (ii) l-Istat Membru ta' l-esportazzjoni attwali, għall-esportazzjonijiet; u (iii) in-natura tat-tranżazzjoni (2). Bl-istess mod, Stat Membru jkun obbligat biss biex jittrasmetti reġistri dwar l-esportazzjonijiet jew l-importazzjonijiet lil Stat Membru ieħor ladarba l-awtoritajiet tad-Dwana fiż-żewġ Stati Membri jkunu stabbilixxew mekkaniżmu għall-iskambju reċiproku tad-data relevanti permezz ta' mezzi elettroniċi (3). Il-BĊE jinnota li d-data hawn fuq imsemmija hija importanti biex tiżġura l-kwalità għolja ta' l-istatistika taż-żona ta' l-euro imsemmija fil-paragrafu 1, u jirrikkmanda li għandhom jittieħdu passi mingħajr dewmien biex jiġu implimentati t-tibdiliet xierqa fil-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità (4) u fil-mekkaniżmu għall-iskambju tad-data fost l-awtoritajiet tad-Dwana ġewwa l-UE, sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' deterjorazzjoni fil-kwalità tad-data.

3.

Kif imfisser f'opinjoni ta' qabel (5), il-BĊE jaqsam l-interess li wera l-Parlament Ewropew fl-osservazzjoni tar-rwol internazzjonali ta' l-euro. F'dan il-kuntest, il-BĊE jilqa' b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) tar-Regolament propost, li jeħtieġ li jkun hemm kumpilazzjoni ta' l-istatistika dwar il-kummerċ ikkategorizzata skond il-fatturat tal-valutazzjoni ta' l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet ta' oġġetti lil u minn pajjiżi barra l-UE. Il-BĊE jissorvelja l-użu ta' l-euro barra ż-żona ta' l-euro u jippubblika stħarriġ annwali dwar ir-rwol internazzjonali ta' l-euro, inkluża sezzjoni speċifika dwar l-użu ta' l-euro fil-kummerċ internazzjonali. Ir-rwol internazzjonali ta' l-euro għandu dimensjoni reġjunali qawwija u dan jispikka l-aktar fl-UE. Id-data dwar il-kategorizzazzjoni tal-valuta tal-kummerċ estern hija wkoll sors prinċipali wżata fil-projezzjonijiet makroekonomiċi tal-BĊE, li huma wżati biex janalizzaw l-istabbilta' fil-prezzijiet, billi jipprovdu informazzjoni dwar kemm tibdiliet fir-rati tar-kambju jinfluwenzaw iċ-ċaqliq fil-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet u oġġetti manifatturati domestikament.

4.

Il-BĊE jilqa' it-tnaqqis previst fil-piż tar-rappurtar statistiku fuq aġenti ekonomiċi u l-użu mtejjeb ta' data amministrattiva li għandhom jintlaħqu bir-Regolament propost.

5.

Il-BĊE jifhem li r-Regolament propost jista' jimplika emendi għar-rappurtar Intrastat, kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-istatistika tal-Komunità dwar il-kummerċ ta' oġġetti bejn l-Istati Membri u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/91 (6), u jirrikkmanda li dawn l-emendi jitqiesu mingħajr dewmien.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 3 ta' Marzu 2008.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  COM(2007) 653 finali.

(2)  Ara l-Artikolu 6(5) tar-Regolament propost.

(3)  Ara l-Artikolu 7(3) tar-Regolament propost.

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(5)  Opinjoni tal-BĊE CON/2003/26 ta' l-1 ta' Diċembru 2003 fuq it-talba tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fir-rigward tal-bilanċ tal-pagamenti, il-kummerċ internazzjonali f'servizzi u l-investiment barrani dirett (COM(2003) 507 final) (ĠU C 296, 6.12.2003, p. 5).

(6)  ĠU L 102, 7.4.2004, p. 1.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

15.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 70/3


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 70/02)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

28.1.2008

Għajnuna Nru

N 337/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Comunidad Autónoma del Principado de Asturias

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Régimen de ayudas a la inversión regional del Principado de Asturias

Il-bażi legali

Ley no 38/2003 de 17 de noviembre, General de Subvenciones

Real Decreto no 887/2006, de 21 de julio, por el que se aprueba el Reglamento de la Ley no 38/2003, de 17 de noviembre, General de Subvenciones

Programa Operativo FEDER del Principado de Asturias, 2007-2013

Bases reguladoras del programa de ayudas a proyectos de inversión empresarial en el Principado de Asturias

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp reġjonali, Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta, Sussidju fuq l-imgħax

L-Estimi

Baġit globali: EUR 6 miljun

L-intensità

30 %

It-tul ta' żmien

1.1.2007-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

L-industrija tal-manifattura, Il-lukandi u r-ristoranti (turiżmu), Il-kompjuter u attivitajiet relatati

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Instituto de desarollo económico del Principado de Asturias

Parque tecnológico de Asturias

E-33420 Llanera-Asturias

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

15.1.2008

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 463/07

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Aiuti agli investimenti di tutela ambientale per veicoli commerciali pesanti di peso superiore a 11,5 tonnellate

Il-bażi ġuridika

Legge 27 dicembre 2006, n. 296 (Legge finanziaria 2007), articolo 1, commi 918 e 919

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Għan

Protezzjoni ta' l-ambjent

Forma ta' l-għajnuna

Għotjiet jew konċessjonijiet fiskali

Baġit

EUR 70 miljun

Intensità

Normalment 30 %

40 % għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju u massimu ta' 50 % għall-kumpaniji fir-reġjuni 87 (3) (a).

Tul ta' żmien

1.1.2007-31.12.2008

Setturi ekonomiċi

Trasport bit-triq

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministero dei Trasporti

Direzione Generale APC

Via G. Garcia 36

I-00157 Roma

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

30.1.2008

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 565/07

Stat Membru

Ir-Repubblika Ellenika

Reġjun

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Δημόσια χρηματοδότηση του έργου του αυτοκινητοδρόμου Κεντρικής Ελλάδας (E65)

Dimossia chrimatodotissi tou ergou tou aftokinitodromou Kentrikis Elladas (E65)

Il-bażi ġuridika

Νόμος 3597/2007

Tip ta' miżura

Għotja ta' kapital, sussidji ta' l-operat u tad-dħul mill-pedaġġ

Għan

Bini ta' l-infrastruttura

Forma ta' l-għajnuna

Għotja li mhix meqjusa bħala għajnuna mill-Istat

Baġit

EUR 500 miljun (l-ebda għajnuna mill-Istat)

Intensità

Tul ta' żmien

30 sena

Setturi ekonomiċi

L-infrastruttura tat-toroq

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ελληνικό κράτος (L-Istat tal-Greċja)

Tagħrif ieħor

L-għotja taħt ftehim ta' konċessjoni mogħtija fuq il-bażi ta' offerta pubblika: mhix meqjusa li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

30.1.2008

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 566/07

Stat Membru

Ir-Repubblika Ellenika:

Reġjun

Πελοπόννησος

Peloponnisos

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Αυτοκινητόδρομος Κόρινθος–Τρίπολη–Καλαμάτα και κλάδος Λεύκτρο — Σπάρτη

Aftokinitrodromos Korinthos-Tripoli-Kalamata kai klados Leftkro-Sparti

Il-bażi ġuridika

Νόμος 3555/2007 (ΓΓ Α 81/18-04-2007)

Tip ta' miżura

Għotja ta' kapital, sussidji ta' l-operat u tal-pedaġġ,

Għan

Il-bini u it-tmexxija ta' l-infrastruttura ta' triq

Forma ta' l-għajnuna

Baġit

EUR 330 miljun

Intensità

Tul ta' żmien

30 sena

Setturi ekonomiċi

L-infrastruttura tat-toroq

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ελληνικό κράτος (L-Istat tal-Greċja)

Tagħrif ieħor

L-għotja taħt ftehim ta' konċessjoni mogħtija fuq il-bażi ta' offerta pubblika: Mhix meqjusa li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

30.1.2008

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 633/07

Stat Membru

Ir-Repubblika Ellenika:

Reġjun

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Δημόσια χρηματοδότηση των τμημάτων αυτοκινητοδρόμου Μαλιακός — Κλειδί (τμήμα του προγράμματος ΠΑΘΕ), Τέμπη — Σκοτίνα και Ευαγγελισμός — Λεπτοκαρυά

Dimossia chrimatodotissi ton tmimaton aftokinitodromou Maliakos — Klidi (tmima tou programmatos PATHÉ), Tempi — Skotina kai Evagelismos-Leptokarya

Il-bażi ġuridika

Νόμος 3605/2007 της 1ης Αυγούστου 2007

Tip ta' miżura

Għotja ta' kapital, sussidji ta' l-operat u introjtu minn-nollijiet

Għan

Bini ta' l-infrastruttura

Forma ta' l-għajnuna

Għotja

Baġit

EUR 278 miljun (l-ebda għajnuna mill-Istat)

Intensità

Tul ta' żmien

30 sena

Setturi ekonomiċi

L-infrastruttura tat-toroq

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ελληνικό κράτος (L-Istat tal-Greċja)

Tagħrif ieħor

L-għotja taħt ftehim ta' konċessjoni mogħtija fuq il-bażi ta' offerta pubblika: Mhix meqjusa li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


15.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 70/7


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 70/03)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

11.12.2007

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 848/06

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Fondo per favorire il potenziamento, la sostituzione e l'ammodernamento delle unità navali destinate al servizio di trasporto pubblico locale effettuato per via marittima, fluviale e lacuale.

Il-bażi ġuridika

Articolo 18, comma 593, del disegno di legge n. 1183 recante «Disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale dello Stato» all'esame del Parlamento.

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Għan

Biex jitħeġġeġ l-iskrappjar ta' bastimenti qodma maħsuba esklussivament għan-navigazzjoni lokali ta' fuq il-baħar u fl-ilmijiet interni tal-pajjiż (xmajjar jew għadajjar) għal finijiet ta'trasport pubbliku li m'għadux konformi ma' l-istandards tas-sikurezza tan-navigazzjoni marittima jew fuq l-ilmijiet interni u tal-ħarsien ta' l-ambjent għall-prevenzjoni ta' aċċidenti, il-ħarsien tal-ħajja tal-bniedem u l-limitazzjoni tal-konsegwenzi ta' diżastri li jistgħu jikkawżaw ħsara sostanzjali lill-ambjent

Forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

Baġit

EUR 30 miljun fis-sena u l-baġit kumplessiv hu ta' EUR 90 miljun

Intensità

Tul ta' żmien

l-1 ta' Jannar 2007-31 ta' Diċembru 2009

Setturi ekonomiċi

It-trasport lokali bin-navigazzjoni marittima u fl-intern tal-pajjiż

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministero dei Trasporti

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

14.2.2008

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 754/07

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Regione Toscana

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Aiuti di avviamento a favore di compagnie aeree operanti sull'aeroporto regionale di Grosseto

Il-bażi ġuridika

Convenzione fra la Camera di commercio di Grosseto, la Provincia e il Comune di Grosseto

Tip ta' miżura

Skema

Għan

Żvilupp reġjonali

Forma ta' l-għajnuna

Sussidji diretti

Baġit

EUR 927 000

Intensità

30 % ta' l-ispejjeż eliġibbli

Tul ta' żmien

Tliet snin (sa' minn Ġunju 2008)

Setturi ekonomiċi

Trasport bl-ajru

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Camera di Commercio di Grosseto

Comune e Provincia di Grosseto

Regione Toscana

Tagħrif ieħor

Deċiżjoni biex ma jitqajmux oġġezzjonijiet kontra l-miżura

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


15.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 70/9


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4945 — Arcelor/OFZ)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 70/04)

Fil-25 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M4945. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

15.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 70/10


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

L-14 ta' Marzu 2008

(2008/C 70/05)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,5561

JPY

Yen Ġappuniż

157,07

DKK

Krona Daniża

7,4569

GBP

Lira Sterlina

0,76755

SEK

Krona Żvediża

9,4361

CHF

Frank Żvizzeru

1,5741

ISK

Krona Iżlandiża

108,95

NOK

Krona Norveġiża

7,9885

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,034

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

257,07

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6975

PLN

Zloty Pollakk

3,5280

RON

Leu Rumen

3,6986

SKK

Krona Slovakka

32,302

TRY

Lira Turka

1,8898

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6531

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5479

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

12,1104

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8998

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1536

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 552,05

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,2348

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

11,0318

HRK

Kuna Kroata

7,2584

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 367,47

MYR

Ringgit Malażjan

4,9212

PHP

Peso Filippin

64,648

RUB

Rouble Russu

36,8500

THB

Baht Tajlandiż

48,893

BRL

Real Brażiljan

2,6110

MXN

Peso Messikan

16,7001


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

15.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 70/11


Għajnuniet mill-Istat — Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu u forestali 2007-2013 — Aċċettazzjoni mill-Istati Membri tal-proposta għal miżuri siewja magħmula mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 88(1) tat-Trattat tal-KE

(B'applikazzjoni ta' l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/99 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE  (1))

(2008/C 70/06)

Fil-kuntest tal-punt 196 tal-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuniet mill-Istat fis-settur agrikolu u forestali 2007-2013 (2), l-Istati Membri għandhom jemendaw l-iskemi ta' l-għajnuna eżistenti tagħhom bil-għan li jsiru konformi mal-linji gwida sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007, bl-eċċezzjoni ta' l-iskemi ta' l-għajnuna eżistenti għall-investimenti marbuta ma' l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, li għandhom jitneħħew sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008, u għall-investimenti marbuta ma' l-akkwist ta' artijiet fi stabbilimenti agrikoli, li għandhom jiġu mmodifikati biex jinġiebu f'konformità mal-linji gwida sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009.

Il-punt 197 ta' dawn il-linji gwida jistieden lill-Istati Membri biex jikkonfermaw bil-miktub li jaċċettaw dawn il-proposti ta' miżuri siewja sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 2007.

Il-ħtieġa li l-miżuri siewja msemmija jiġu aċċettati ġiet imfakkra lill-Istati Membri f'ittra tal-Kummissjoni tad-29 ta' Jannar 2007.

L-Istati Membri li ġejjin ikkonfermaw bil-miktub il-qbil espliċitu u mhux kondizzjonali tagħhom mal-miżuri siewja proposti:

Stat Membru

Data tal-qbil

Il-Belġju

Id-29 ta' Jannar 2007

Ir-Repubblika Ċeka

Is-27 ta' Frar 2007

Id-Danimarka

Is-27 ta' Frar 2007

Il-Ġermanja

Il-25 ta' April 2007

L-Estonja

It-28 ta' Frar 2007

L-Irlanda

Il-21 ta' Frar 2007

Il-Greċja

Is-27 ta' Frar 2007

Spanja

Is-27 ta' Frar 2007

Franza

It-13 ta' Frar 2007

L-Italja

It-13 ta' Marzu 2007

Ċipru

It-18 ta' April 2007

Il-Latvja

L-20 ta' Frar 2007

Il-Litwanja

It-22 ta' Marzu 2007

Il-Lussemburgu

It-23 ta' April 2007

L-Ungerija

Is-7 ta' Frar 2007

Malta

Is-16 ta' Frar 2007

L-Olanda

Is-27 ta' Frar 2007

L-Awstrija

L-1 ta' Marzu 2007

Il-Polonja

Is-26 ta' Frar 2007

Il-Portugall

It-22 ta' Marzu 2007

Is-Slovenja

Is-26 ta' Frar 2007

Is-Slovakkja

Is-26 ta' Frar 2007

Il-Finlandja

Il-21 ta' Frar 2007

L-Iżvezja

It-13 ta' Frar 2007

Ir-Renju Unit

Is-16 ta' Frar 2007

Skond l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, il-Kummissjoni tieħu nota ta' dan il-qbil espliċitu u mhux kondizzjonali ta' l-Istati Membri li jidhru fil-lista ta' hawn fuq mal-miżuri siewja proposti.


(1)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(2)  ĠU C 319, 27.12.2006, p. 1.


15.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 70/13


FESTI PUBBLIĊI FL-2008

(2008/C 70/07)

BELGIQUE/BELGIË

1.1, 24.3, 1.5, 2.5, 12.5, 21.7, 15.8, 1.11, 2.11, 11.11, 15.11, 25.12, 26.12, 27.12, 28.12, 29.12, 30.12, 31.12

БЪЛГАРИЯ

1.1, 3.3, 27.4, 28.4, 1.5, 6.5, 24.5, 6.9, 22.9, 1.11, 24.12, 25.12, 26.12

ČESKÁ REPUBLIKA

1.1, 24.3, 1.5, 8.5, 5.7, 6.7, 28.9, 28.10, 17.11, 24.12, 25.12, 26.12

DANMARK

1.1, 20.3, 21.3, 24.3, 18.4, 1.5, 12.5, 5.6, 24.12, 25.12, 26.12, 31.12

DEUTSCHLAND

1.1, 21.3, 24.3, 1.5, 12.5, 3.10, 25.12

EESTI

1.1, 24.2, 21.3, 23.3, 1.5, 23.6, 24.6, 20.8, 24.12, 25.12, 26.12

ÉIRE/IRELAND

1.1, 17.3, 24.3, 5.5, 2.6, 4.8, 27.10, 25.12, 26.12

ΕΛΛΆΔΑ

1.1, 6.1, 10.3, 25.3, 25.4, 28.4, 1.5, 16.6, 15.8, 28.10, 25.12, 26.12

ESPAÑA

1.1, 2.1, 20.3, 21.3, 24.3, 1.5, 2.5, 9.5, 12.5, 21.7, 24.12, 25.12, 26.12, 29.12, 30.12, 31.12

FRANCE

1.1, 24.3, 1.5, 8.5, 14.7, 15.8, 1.11, 11.11, 25.12

ITALIA

1.1, 24.3, 1.5, 2.5, 12.5, 2.6, 21.7, 15.8, 1.11, 25.12, 26.12

ΚΎΠΡΟΣ/KIBRIS

1.1, 6.1, 10.3, 25.3, 1.4, 25.4, 28.4, 1.5, 16.6, 15.8, 1.10, 28.10, 24.12, 25.12, 26.12

LATVIJA

1.1, 21.3, 24.3, 1.5, 5.5, 23.6, 24.6, 18.11, 24.12, 25.12, 26.12, 31.12

LIETUVA

1.1, 16.2, 11.3, 1.5, 24.6, 6.7, 15.8, 1.11, 25.12, 26.12

LUXEMBOURG

1.1, 24.3, 1.5, 12.5, 23.6, 15.8, 25.12, 26.12

MAGYARORSZÁG

1.1, 15.3, 24.3, 1.5, 2.5, 12.5, 20.8, 23.10, 24.10, 1.11, 24.12, 25.12, 26.12

MALTA

1.1, 10.2, 19.3, 21.3, 31.3, 1.4, 7.6, 29.6, 15.8, 8.9, 21.9, 8.12, 13.12, 25.12

NEDERLAND

1.1, 24.3, 1.5, 2.5, 5.5, 12.5, 25.12, 26.12

ÖSTERREICH

1.1, 6.1, 24.3, 1.5, 12.5, 22.5, 15.8, 26.10, 1.11, 8.12, 25.12, 26.12

POLSKA

1.1, 23.3, 24.3, 1.5, 3.5, 11.5, 22.5, 15.8, 1.11, 11.11, 25.12, 26.12

PORTUGAL

1.1, 21.3, 25.4, 1.5, 22.5, 10.6, 15.8, 5.10, 1.11, 1.12, 8.12, 25.12

ROMÂNIA

1.1, 2.1, 28.4, 1.5, 1.12, 25.12, 26.12

SLOVENIJA

1.1, 2.1, 8.2, 23.3, 24.3, 27.4, 1.5, 2.5, 11.5, 25.6, 15.8, 31.10, 1.11, 25.12, 26.12

SLOVENSKO

1.1, 6.1, 21.3, 24.3, 1.5, 8.5, 5.7, 29.8, 1.9, 15.9, 1.11, 17.11, 24.12, 25.12, 26.12

SUOMI/FINLAND

1.1, 6.1, 21.3, 23.3, 24.3, 1.5, 21.6, 1.11, 6.12, 25.12, 26.12

SVERIGE

1.1, 6.1, 21.3, 23.3, 24.3, 1.5, 11.5, 6.6, 21.6, 1.11, 25.12, 26.12

UNITED KINGDOM

Wales and England: 1.1, 21.3, 24.3, 5.5, 26.5, 25.8, 25.12, 26.12

Northern Ireland: 1.1, 17.3, 21.3, 24.3, 5.5, 26.5, 14.7, 25.8, 25.12, 26.12

Scotland: 1.1, 2.1, 21.3, 5.5, 26.5, 4.8, 25.12, 26.12


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Awtorità Ewropea Għas-Sigurtà fl-Ikel

15.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 70/14


Sejħa għal Turija ta' Interess għal Esperti Esterni tal-Kumitat Xjentifiku ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (Parma, l-Italja)

(2008/C 70/08)

L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (European Food Safety Authority — EFSA) hija l-qafas ewlieni għall-evalwazzjoni tar-riskji ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward tas-sigurtà ta' l-ikel u l-għalf; il-pariri xjentifiċi indipendenti tagħha jipprovdu l-bażi tal-politika u tad-deċiżjonijiet tal-maniġers tar-riskji fl-Istituzzjonijiet Ewropej u fl-Istati Membri ta' l-UE.

L-EFSA stabbilixxiet proċedura ta' għażla li għandha l-għan li tfassal lista ta' riżerva ta':

Esperti Xjentifiċi biex jiġu kkunsidrati bħala Esperti Esterni tal-Kumitat Xjentifiku ta' l-EFSA

Ref.: EFSA/S/2008/001

Din is-sejħa hija indirizzata għal xjenzati ewlenin b'kompetenza wiesgħa fl-evalwazzjoni tar-riskji bbażata fuq ix-xjenza li jixtiequ li jiġu kkunsidrati bħala esperti esterni tal-Kumitat Xjentifiku ta' l-EFSA. Il-kompetenza meħtieġa mill-esperti esterni hija fil-qasam tal-kompetenza ta' l-EFSA, eż. fi:

l-evalwazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem, il-konsum ta' l-ikel u l-evalwazzjoni ta' l-espożizzjoni, l-evalwazzjoni tar-riskji ambjentali, l-evalwazzjoni tar-riskji għas-saħħa ta' l-annimali, it-tossikoloġija, il-mikrobijoloġija, in-nutrizzjoni tal-bniedem, l-epidemoloġija, is-saħħa ta' l-annimali, il-ħarsien ta' l-annimali; il-mediċini tal-bniedem, il-mediċini veterinarji, l-iġjene fl-ikel, it-teknoloġija fl-ikel, il-kimika, il-bijoloġija, il-bijokimika, ix-xjenzi tal-ħajja.

Il-lista ta' riżerva sejra tintuża' sabiex jiġu identifikati u magħżula esperti esterni għall-Kumitat Xjentifiku ta' l-EFSA. Huwa mistenni li fl-2008 jinħatru żewġ esperti minn din il-lista ta' riżerva sabiex jappoġġaw il-ħidma tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku.

Ir-rwol ta' l-EFSA

L-EFSA tlaqqa' flimkien l-aqwa xjenzati Ewropej fl-evalwazzjoni tar-riskji fil-qasam tas-sigurtà fl-ikel u fl-għalf sabiex jipprovdu lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew b'konsulenza xjentifika ta' l-ogħla standard. L-impenn l-aktar kritiku ta' l-EFSA huwa li jipprovdi konsulenza xjentifika oġġettiva, trasparenti u indipendenti u komunikazzjoni ċara, bbażata fuq l-aktar metodoloġiji xjentifiċi, l-aktar informazzjoni u l-aktar dejta aġġornata disponibbli.

Minħabba li l-parir ta' l-EFSA jservi sabiex jinforma l-politika u d-deċiżjonijiet tal-maniġers tar-riskju, parti kbira tal-ħidma ta' l-EFSA taħdem bi tweġiba għal talbiet speċifiċi għal parir xjentifiku. Talbiet għall-evalwazzjonijiet xjentifiċi jiġu rċevuti mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Parlament Ewropew u mill-Istati Membri ta' l-UE. L-EFSA tagħmel ukoll ħidma xjentifika fuq l-inizjattiva tagħha stess, 'l hekk imsejjaħ self-tasking.

Permezz tal-Kumitat Xjentifiku, il-Panils Xjentifiċi u l-Gruppi ta' Ħidma, l-EFSA tipprova twieġeb malajr u b'mod proattiv għal kwistjonijiet urġenti u riskji emerġenti.

Għal aktar informazzjoni dwar l-EFSA, jekk jogħġbok ara:

http://www.efsa.europa.eu

Ir-rwol tal-Kumitat Xjentifiku ta' l-EFSA

Il-Kumitat Xjentifiku ta' l-EFSA jipprovdi opinjonijiet u konsulenza xjentifika, jappoġġa l-ħidma tal-Panils Xjentifiċi ta' l-EFSA dwar kwistjonijiet xjentifiċi ta' natura orizzontali. Huwa wkoll responsabbli għal koordinament ġenerali sabiex tiġi assigurata l-konsistenza fl-opinjonijiet xjentifiċi ppreparati mill-Panils Xjentifiċi. Rwol ieħor tal-Kumitat Xjentifiku huwa fl-iżvilupp ta' metodoloġiji armonizzati għall-evalwazzjoni tar-riskju f'dawk l-oqsma fejn approċċi wżati ma' l-UE kollha ma jkunux ġew definiti.

Il-Kumitat Xjentifiku huwa magħmul mill-Presidenti tal-Panils Xjentifiċi kif ukoll minn sitt esperti indipendenti addizzjonali li ma jiffurmaw parti minn ebda Panil Xjentifiku.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Kumitat Xjentifiku ta' l-EFSA:

http://www.efsa.europa.eu/EFSA/ScientificPanels/efsa_locale-1178620753812_ScientificCommittee.htm

Il-ħidma ta' l-esperti esterni tal-Kumitat Xjentifiku

L-esperti esterni tal-Kumitat Xjentifiku sejrin jappoġġaw il-ħidma tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku u sejrin jiġu mistiedna sabiex jattendu u jikkontribwixxu għal-laqgħat kollha tal-Kumitat Xjentifiku. Huwa stmat li l-Kumitat Xjentifiku jiltaqa' bejn ħames u sitt darbiet kull sena f'laqgħat ta' jumejn ġeneralment f'Parma, l-Italja. L-esperti esterni qegħdin jappoġġaw ukoll il-ħidma tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku permezz tal-parteċipazzjoni fil-gruppi ta' ħidma, kif xieraq, u dan ifisser li jattendu għal laqgħat addizzjonali. L-applikanti għandhom iqisu li l-laqgħat ġeneralment jinvolvu l-ħidma preparatorja u li l-laqgħat u ħafna mid-dokumenti huma bl-Ingliż.

L-esperti esterni tal-Kumitat Xjentifiku huma intitolati għal kumpens kif deċiż mill-Bord tat-Tmexxija ta' l-EFSA għal kull laqgħa ta' jum sħiħ (bħalissa € 300). Minbarra dan, l-esperti jirċievu benefiċċju għall-għajxien u rimborż għall-ispejjeż għall-ivvjaġġar imġarrba.

Proċedura ta' Għażla

A.   Kriterji ta' eliġibbiltà

L-applikanti jrid ikollhom:

lawrja universitarja f'oqsma li jinkludu t-tossikoloġija, il-mikrobijoloġija, l-ikel għall-bniedem, l-epidemoloġija, is-saħħa ta' l-annimali, il-ħarsien ta' l-annimali, il-mediċini għall-użu mill-bniedem, il-mediċini veterinarja, l-iġjene fl-ikel, it-teknoloġija ta' l-ikel, il-kimika, il-bijoloġija, il-bijokimika, ix-xjenzi tal-ħajja, preferibbilment f'livell postgradwatorju,

mill-inqas għaxar (10) snin ta' esperjenza professjonali relevanti għall-kompitu tal-Kumitat Xjentifiku f'livell li għalih tkun applikabbli l-kwalifiki meħtieġa msemmija hawn fuq,

għarfien tajjeb tal-lingwa Ingliża,

il-kandidati jridu jimlew id-dikjarazzjoni ta' interess inkluża fit-turija ta' interess b'mod li jkun eżatt u sħiħ. Jekk jogħġbok innota li jekk din il-parti tal-formola ma timteliex b'mod eżatt u sħiħ, dan jirriżulta fir-rifjut tat-turija ta' l-interess.

B.   Kriterji ta' l-għażla

esperjenza fit-twettiq ta' evalwazzjoni xjentifika tar-riskju u/jew fl-għoti ta' parir xjentifiku f'oqsma relatati mas-sigurtà fl-ikel u fl-għalf b'mod ġenerali, u b'mod partikolari, fl-oqsma ta' kompetenza u ħila esperta tal-Kumitat Xjentifiku,

eċċellenza xjentifika pprovata f'kamp wieħed, jew preferibbilment, f'aktar minn wieħed, relatati mal-qasam itrattat mill-Kumitat Xjentifiku,

esperjenza ppruvata fil-peer reviewing tal-ħidma xjentifika u pubblikazzjonijiet, preferibbilment f'kategoriji relatati mal-qasam itrattat mill-Kumitat Xjentifiku,

il-kapaċità li wieħed janalizza informazzjoni u rapporti kumplessi, spiss minn firxa wiesgħa ta' dixxiplini u sorsi xjentifiċi u li jikkontribwixxi għall-preparazzjoni tat-tfassil ta' opinjonijiet u rapporti xjentifiċi,

esperjenza professjonali f'ambjent multidixxiplinari, preferibbilment fil-kuntest internazzjonali,

esperjenza fl-immaniġġjar ta' proġetti relatati ma' kwistjonijiet xjentifiċi,

kapaċitajiet ta' komunikazzjoni ppruvati,

l-esperti minn pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropea jiġu kkunsidrati meta l-livell meħtieġ ta' kompetenza ma jkunx jista' jinstab minn fost l-esperti Ewropej.

Il-proċess ta' l-għażla, il-ħatra u t-terminu ta' żmien

L-esperti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà jiġu ammessi għall-evalwazzjoni komparattiva mmexxija mill-EFSA fuq il-bażi tal-kriterji ta' l-għażla msemmija hawn fuq. L-EFSA tirriżerva d-dritt li tikkonsulta ma' persuni terzi dwar l-esperjenza professjonali ta' l-esperti kif imsemmi fit-turija ta' l-interess tagħhom. Għall-ewwel, l-esperti esterni magħżula jinħatru għal sena waħda, li tista' tiġi mġedda.

L-esperti li jissodisfaw ir-rekwiżiti sabiex isiru esperti esterni tal-Kumitat Xjentifiku iżda li ma jinħatrux, jinżammu fuq lista ta' riżerva. Il-lista ta' riżerva tista' tintuża għal attivitajiet simili u tkun valida sal-31 ta' Diċembru 2009. Il-validità tal-lista ta' riżerva tista' tiġi estiża. L-esperti fil-lista ta' riżerva sejrin jiżdiedu wkoll fid-Database ta' l-EFSA ta' l-Esperti Xjentifiċi Esterni.

Indipendenza u dikjarazzjonijiet ta' impenn u ta' interess

L-esperti esterni tal-Kumitat Xjentifiku jinħatru fuq bażi personali. Huma meħtieġa jimlew dikjarazzjoni ta' interess li tista' tkun ta' preġudizzju għall-indipendenza tagħhom. Id-dikjarazzjonijiet ta' interess ta' l-esperti esterni magħżula jiġu ppubblikati fuq il-Websajt ta' l-EFSA.

Opportunitajiet ugwali

L-EFSA hija aġenzija li tħaddan l-opportunitajiet ugwali u tagħti attenzjoni biex tevita kull forma ta' diskriminazzjoni.

Sottomissjoni tat-Turija ta' Interess

Il-kandidati huma mitluba jissottomettu t-turija ta' interess tagħhom flimkien mad-dikjarazzjoni ta' l-interess b'mod elettroniku permezz tal-websajt ta' l-EFSA:

http://www.efsa.europa.eu/EFSA/header/efsa_locale-1178620753812_Jobs.htm

Il-formoli jistgħu jitnizzlu mill-websajt u jintbagħtu b'posta reġistrata fl-indirizz li ġej:

Ref.: EFSA/S/2008/001

EFSA — European Food Safety Authority

Human Resource Unit

Largo Natale Palli 5/A

I-43100 Parma

Sottomissjonijiet mibgħuta bl-email ma jiġux aċċettati. Turija ta' interess tkun meqjusa ammissibbli biss jekk din timtela sew. Il-kandidati huma ġentilment mitluba sabiex jimlew il-formola bl-Ingliż biex jiffaċilitaw il-proċedura ta' għażla.

Jekk jogħġbok innota li l-EFSA mhux sejra tirritorna t-turiji ta' interess lill-kandidati. L-informazzjoni personali li l-EFSA titlob mingħand il-kandidati tkun proċessata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi fil-każ ta' l-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dejta bħal din. L-għan ta' l-ipproċessar tad-dejta personali li jibagħtu l-kandidati huwa sabiex jiġu mmaniġjati t-turiji ta' interess fid-dawl tal-possibbiltà ta' għażla minn qabel u ta' reklutaġġ mill-EFSA.

Data ta' l-għeluq biex tintbagħat it-turija ta' interess

Kull turija ta' interess għandha tiġi sottomessa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2008 f'nofs il-lejl (Ħin Lokali, GMT +1). Għal dawk mibgħuta permezz ta' posta reġistrata, id-data tat-timbru tal-posta sservi ta' prova.

Nota:

Fil-każ ta' inkonsistenza jew diskrepanza bejn il-verżjoni Ingliża u kwalunkwe verżjoni lingwistika oħra ta' din il-pubblikazzjoni, il-verżjoni bil-lingwa Ingliża għandha torbot.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

15.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 70/18


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5083 — Groupama/OTP Garancia)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 70/09)

1.

Fl-10 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Groupama Int (“Groupama”, Franza) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ ta' l-impriża OTP Garancia Biztosító Zártköruen Muködo Részvénytársaság (“OTP Garancia”, l-Ungerija) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

l-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Groupama: grupp ta' l-assikurazzjoni li jipprovdi servizzi bankarji u ta' assikurazzjoni,

għal OTP Garancia: assikurazzjonijiet.

3.

Wara analiżi preliminari l-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart'ijiem mid-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5083 — Groupama/OTP Garancia, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004 p. 1.


15.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 70/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5106 — Candover/Bourne Leisure)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 70/10)

1.

Fis-7 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika dwar konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Candover Partners Limited (“Candover”, ir-Renju Unit) li hi ta' Candover Group tikseb skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll fuq l-intier ta' l-impriża Bourne Leisure Holdings Limited (“Bourne ALeisure”, ir-Renju Unit) permezz ta' akkwist ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Candover: ditta privata għall-investiment globali, li hija arranġatur u fornitur ta' ekwità privata għal impriżi ta' l-akkwist kbar Ewropew (buy-outs),

għal Bourne Leisure: il-forniment ta' akkomodazzjoni u faċilitajit oħra relatati għall-btajjel u brejks qosra f'lukandi, parks għall-karavans u parks għall-btajjel fir-Renju Unit.

3.

Wara analiżi preliminari l-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart'ijiem mid-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (numru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5106 — Candover/Bourne Leisure, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


15.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 70/20


Irtirar ta' notifika ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4967 — Marel/SFS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 70/11)

(Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004)

Fit-18 ta' Frar 2008 il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej irċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta bejn Marel Food Systems hf u Stork Food Systems. Fit-12 ta' Marzu 2008, il-partijiet notifikanti infurmaw lill-Kummissjoni li huma kienu qed jirtiraw in-notifika.