|
ISSN 1725-5198 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 58 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 51 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Assemblea Parlamentari Konġunta tal-Ftehima ta' Sħubija konkluża bejn il-membri tal-grupp ta' Stati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku, fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra It-14-il seduta saret f'Kigali (ir-Rwanda) mill-19 sat-22 ta' Novembru 2007
|
1.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 58/1 |
MINUTI TAS-SEDUTA TA' NHAR IT-TNEJN, ID-19 TA' NOVEMBRU 2007
(2008/C 58/01)
(Is-seduta nfetħet fil-11.08 a.m.)
Seduta inawgurali formali
Dawn li ġejjin indirizzaw l-Assemblea:
l-Onorevoli Gedeon Kayinamura, Ċerimonjier, Dr Vincent Biruta, Kelliem tas-Senat, is-Sur René Radembino-Coniquet, Ko-President ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE, is-Sinjura Glenys Kinnock, Ko-President ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE, u s-Sur Paul Kagame, President tar-Repubblika tar-Rwanda.
(Is-seduta ġiet aġġornata f'12.12 p.m. u reġgħet infetħet fit-3.15 p.m.)
IPPRESIEDA: Is-Sur RADEMBINO-CONIQUET
Ko-President
Seduta ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta
Il-Ko-President laqa' b'merħba lill-parteċipanti kollha.
1. Kompożizzjoni ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta
Il-Ko-President ħabbar li l-lista tal-Membri ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta, kif mibgħutha mill-awtoritajiet ta' l-Istati ta' l-ACP u mill-President tal-Parlament Ewropew, għandha tinhemeż mal-minuti.
2. Akkreditament ta' rappreżentanti mhux parlamentari
Il-Ko-President ħabbar li l-awtoritajiet ta' l-Istati ta' ACP kienu bagħtu lista ta' rappreżentanti mhux parlamentari. Skond l-Artikolu 17(1) tal-Ftehima ta' Sħubija u l-Artikolu 1 tar-Regoli ta' Proċedura ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta, huwa ppropona li dawn ir-rappreżentanti għandhom ikunu akkreditati u li l-ismijiet tagħhom għandhom jitniżżlu f'anness mal-minuti.
L-Assemblea Parlamentari Konġunta qablet dwar dan.
3. Sostituti
Il-Ko-President ħabbar is-sostituti li ġejjin: Attard-Montalto (għal Ferreira), Battilocchio (għal McAvan), Berman (għal Arif), Czarnecki (għal Aylward), Hutchinson (għal Rosati), Klass (għal Gaubert), Leinen (għal Zani), Maldeikis (għal Zíle), Morgantini (għal Holm), Neris (għal Bullmann) u Zapalowski (għal Bielan).
4. Adozzjoni ta' l-abbozz ta' l-aġenda (ACP-EU/100.185)
Kelliema: Assarid (il-Mali)
L-abbozz ta' l-aġenda ġie adottat kif jidher f'dawn il-minuti.
Il-Ko-President ta tifsira ġenerika ta' l-arranġamenti prattiċi għall-organizzazzjoni tal-workshops.
Is-Sinjura Kinnock intalbet tirrapporta dwar id-deċiżjonijiet li ttieħdu fil-laqgħa tal-Bureau ta' nhar il-Ħadd, it-18 ta' Novembru:
|
— |
għall-konċessjoni ta' awtorizzazzjoni għar-rapporti li ġejjin għall-kumitati permanenti:
|
|
— |
għall-konċessjoni ta' awtorizzazzjoni lill-Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ sabiex jibda x-xogħol fuq l-analiżi tad-Dokumenti Strateġiċi Reġjonali għall-pajjiżi ta' l-ACP |
|
— |
għall-konċessjoni ta' awtorizzazzjoni għall-organizzazzjoni ta' laqgħa reġjonali tal-JPA (Assemblea Parlamentari Konġunta) f'Windhoek, in-Namibja, bil-parteċipazzjoni ta' 15-il membru ta' l-SADC (Komunità għall-Iżvilupp ta' l-Afrika t'Isfel) u tal-JPA, 15-il MEP (Membru tal-Parlament Ewropew) u żewġ Ko-Presidenti, preċeduta minn missjoni għas-sejbien tal-fatti fis-Seychelles dwar l-industrija tat-tonn |
|
— |
għall-istabbiliment ta' grupp għat-tfassil, magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull wieħed mill-ħames gruppi politiċi u minn kull wieħed mill-ħames reġjuni ta' l-ACP, flimkien mal-Ko-Presidenti, sabiex tiġi diskussa d-Dikjarazzjoni ta' Kigali dwar il-Kummerċ. F'każ li jintlaħaq ftehim dwaru, dan jiġi adottat permezz ta' kunsens wara li jsiru l-votazzjonijiet fit-22 ta' Novembru. |
Il-Ko-President ta tifsira ġenerika tal-ġrajjiet soċjali li se jseħħu matul il-ġimgħa. Huwa ta wkoll dettalji dwar kif għandu jiġi allokat il-ħin tal-kelliema.
Kelliema: Assarid (il-Mali)
Il-Ko-President ħabbar li l-iskadenzi kienu kif ġej:
|
— |
b'rabta ma' l-emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet inklużi fir-rapporti ppreżentati mill-kumitati permanenti: it-Tnejn, id-19 ta' Novembru fis-6.00 p.m.; |
|
— |
b'rabta ma' l-emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet ta' kompromess li għandha ssir votazzjoni dwarhom: it-Tlieta, l-20 ta' Novembru fit-3.00 p.m.; |
|
— |
b'rabta mal-mistoqsijiet relatati mal-metodi tal-votazzjoni: l-Erbgħa, il-21 ta' Novembru fis-6.00 p.m., bil-miktub. |
5. Approvazzjoni tal-minuti tat-13-il seduta ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE (ĠU C 254 26.10.2007)
Kelliema: Baldeh (il-Gambja)
Deċiżjoni: Il-preżenza ta' Baldeh (il-Gambja) ġiet innutata.
Il-minuti ġew approvati.
6. Suġġett Nru. 1 li jeħtieġ attenzjoni immedjata: Diżastri naturali fl-Istati ta' l-ACP: Finanzjament mill-UE bil-għan ta' tħejjija għad-diżastri (fondi ta' l-EDF (Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp)) u ta' għajnuna soċjali (fondi ta' l-ECHO (Uffiċċju għall-Għajnuna Umanitarja tal-Kummissjoni Ewropea))
Il-Ko-President introduċa s-suġġett.
Kelliema: Berend, Assarid (il-Mali), Grabowska, Humphrey (il-Barbados), Hall, William (is-Seychelles), Irujo Amezaga, Nzomukunda (il-Burundi), Bowis, Toga (l-Etjopja), Berman, Miguel (il-Możambik), Neris, Mugambe (l-Uganda), Tapsoba (il-Burkina Faso), Reid (il-Ġamajka), Jimenez (ir-Repubblika Dominikana), Cheron (il-Ħaiti), Ramotar (il-Gujana), Deerpalsing (il-Mawrizju) u Baum (Kummissjoni Ewropea).
7. Rapport mis-Sur Timothy Harris (San Kitts u Nevis) u mis-Sinjura Astrid Lulling dwar l-impatt ta' investiment dirett barrani (FDI) fl-Istati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP-EU/100.126/07/fin.)
Is-Sinjura Lulling u s-Sur Sebetela (il-Botswana), li ssostitwixxew lis-Sur Harris (San Kitts u Nevis), ippreżentaw il-proposti ewlenin li ġew adottati nhar is-Sibt, is-17 ta' Novembru mill-Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ.
Kelliema: Berend, Issoufou (in-Niġer), Assarid (il-Mali), Hutchinson, William (is-Seychelles), Schmidt, Amon-Ago (il-Kosta ta' l-Avorju), Irujo Amezaga, Danata (il-Kamerun), Klass, Waziri (in-Niġerja) u Baum (Kummissjoni Ewropea).
Is-Sinjura Lulling u s-Sur Sebetela (il-Botswana) wieġbu għall-kwistjonijiet li tqajmu fid-dibattitu.
8. Is-sitwazzjoni fis-Somalja
Dibattitu (mingħajr riżoluzzjoni)
Il-Ko-President introduċa s-suġġett.
Kelliema: Assarid (il-Mali), Bowis, Abdi Said (il-Ġibuti), Hutchinson, Kahende (il-Kenja), Aubert, Mugambe (l-Uganda), Nair (l-Eritrea), Toga (l-Etjopja) u Baum (Kummissjoni Ewropea).
(Is-seduta ngħalqet fis-6.25 p.m.)
René RADEMBINO-CONIQUET u
Glenys KINNOCK
Ko-Presidenti
Sir John KAPUTIN u
Dietmar NICKEL
Ko-Segretarji Ġenerali
|
1.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 58/3 |
MINUTI TAS-SEDUTA TA' NHAR IT-TLIETA, L-20 TA' NOVEMBRU 2007
(2008/C 58/02)
(Is-seduta nfetħet fid-9.20 a.m.)
IPPRESIEDA: Is-Sur RADEMBINO-CONIQUET
Ko-President
Il-Ko-President fakkar lill-Membri li l-iskadenza għat-talbiet relatati mal-metodi tal-votazzjoni kienet nhar l-Erbgħa, il-21 ta' Novembru 2007, fis-6 p.m.
1. Sostituti
Il-Ko-President ħabbar is-sostituti li ġejjin: Attard-Montalto (għal Ferreira), Battilocchio (għal McAvan), Berman (għal Arif), Czarnecki (għal Aylward), Hutchinson (għal Rosati), Klass (għal Gaubert), Leinen (għal Zani), Maldeikis (għal Zíle), Neris (għal Bullmann) u Zapalowski (għal Bielan).
2. Rapport mis-Sur Martin Magga (il-Gżejjer Solomon) u mis-Sur John Bowis — Aċċess għall-kura tas-saħħa u għall-mediċini, b'mira partikulari fuq mard li ma jingħatax l-attenzjoni meħtieġa (ACP-EU/100.083/07/fin.)
Is-Sur Bowis ippreżenta r-rapport.
Kelliema: Mitchell, Thwala (is-Sważiland), Jardim Fernandes, Assarid (il-Mali), Aubert, Novak, Sithole (il-Możambik), Agnoletto, Issoufou (in-Niġer), Roithova, William (is-Seychelles), Haug, Cashman, Sall (is-Senegal), Bie Bongenge (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo), Lahai (is-Sierra Leone) u Baum (Kummissjoni Ewropea).
Is-Sur Bowis għalaq id-dibattitu.
3. Dokumenti Strateġiċi Nazzjonali u Reġjonali għall-10 EDF: dibattitu (mingħajr riżoluzzjoni)
Kelliema: Ko-President Kinnock, Thwala (is-Sważiland), Assarid (il-Mali), Carlotti, Mafura (il-Lesoto), Said (il-Ġibuti), Sall (is-Senegal), William (is-Seychelles), Sebetela (il-Botswana) u Baum (Kummissjoni Ewropea).
4. Suġġett Nru. 2 li jeħtieġ attenzjoni immedjata: Is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'mod partikulari fil-Lvant, u l-impatt tagħha fuq ir-reġjun
Kelliema: Schröder, Issoufou (in-Niġer), Hutchinson, Bounkoulou (ir-Repubblika tal-Kongo), Van Hecke, Baah (il-Gana), Aubert, Berend, Carlotti, Polisi (ir-Rwanda), de Sousa (l-Angola), Lutundula (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) u Baum (Kummissjoni Ewropea).
5. L-Istrateġija UE-Afrika u s-Samit UE-Afrika: dibattitu (mingħajr riżoluzzjoni)
Kelliema: Baum (Kummissjoni Ewropea), Martens, Deerpalsing (il-Mawrizju), Hutchinson, Assarid (il-Mali), Mafura (il-Lesoto), O. Schmidt, Sall (is-Senegal), Toga (l-Etjopja), Berman, Amou-Ago (il-Kosta ta' l-Avorju), Zimmer, Yaw Baah (il-Gana), Lutundula (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo), Wieland, Abdou (in-Niġer) u Jardim Fernandes.
(Is-seduta ngħalqet fis-12.45 p.m.)
René RADEMBINO-CONIQUET u
Glenys KINNOCK
Ko-Presidenti
Sir John KAPUTIN u
Dietmar NICKEL
Ko-Segretarji Ġenerali
|
1.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 58/4 |
MINUTI TAS-SEDUTA TA' NHAR L-ERBGĦA, IL-21 TA' NOVEMBRU 2007
(2008/C 58/03)
(Is-seduta nfetħet fid-9.14 a.m.)
IPPRESEDIET: Is-Sinjura KINNOCK
Ko-President
1. Sostituti
Il-Ko-President ħabbret is-sostituti li ġejjin: Attard-Montalto (għal Ferreira), Berman (għal Arif), Czarnecki (għal Aylward), García Margallo y Marfil (għal López-Istúriz White), Hutchinson (għal Rosati), Klass (għal Gaubert), Leinen (għal Zani), Maldeikis (għal Zíle), Neris (għal Bullmann) u Pomés Ruiz (għal Coelho).
2. Approvazzjoni tal-minuti ta' nhar it-Tnejn, id-19 ta' Novembru u ta' nhar it-Tlieta filgħodu, l-20 ta' Novembru 2007
Il-minuti ġew approvati.
3. Rapport ta' l-imsieħba ekonomiċi u soċjali dwar migrazzjoni u żvilupp: opportunitajiet u sfidi
Is-Sur Dantin, chairman tal-kumitat ta' tkomplija ACP-UE, ippreżenta l-abbozz tar-rapport “Emigrazzjoni u żvilupp: opportunitajiet u sfidi”.
Kelliema: Thwala (is-Sważiland), Attard-Montalto, Sall (is-Senegal), Ramotar (il-Gujana), Darbo (iċ-Ċad) u Thomas (San Kitts u Nevis).
Is-Sur Dantin wieġeb għall-mistoqsijiet.
4. Rapport mis-Sinjura Betty Amongi (l-Uganda) u mis-Sur Miguel Angel Martínez Martínez dwar l-elezzjonijiet u l-proċessi elettorali fil-pajjiżi ACP-UE (ACP-EU/100.123/07/fin.)
Is-Sinjura Amongi (l-Uganda) u s-Sur Martínez Martínez ippreżentaw ir-rapport.
Kelliema: Kaczmarek, Atcha (it-Togo), Assarid (il-Mali), Aubert, Ramotar (il-Gujana), Amon-Ago (il-Kosta ta' l-Avorju), Carlotti, Kambayi-Cimbumbu (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo), Baah (il-Gana), Zimmer, Sithole (il-Możambik), Wieland, Jöns, Kollie (il-Liberja) u Hall.
Is-Sur Baum (Kummissjoni Ewropea) wieġeb għall-mistoqsijiet.
Is-Sinjura Amongi (l-Uganda) u s-Sur Martínez Martínez ikkonkludew id-dibattitu.
5. Ratifika tal-Ftehim rivedut ta' Cotonou u miżuri possibbli għal finanzjament interim: dibattitu (mingħajr riżoluzzjoni)
Is-Sur Petit (Kummissjoni Ewropea) għamel stqarrija f'isem il-Kummissjoni.
Kelliema: Carlotti, Assarid (il-Mali), Mafura (il-Lesoto), Said (il-Ġibuti), William (is-Seychelles) u Sebetela (il-Botswana).
6. Rapporti fil-qosor mill-workshops
|
— |
Is-Sur Ould Guelaye (il-Mawritanja), dwar l-irwol ċentrali tal-Qrati ta' Gacaca fil-proċess ta' rikonċiljazzjoni fir-Rwanda |
|
— |
Is-Sur John Bowis, dwar is-saħħa, b'enfasi partikulari fuq proġetti ta' tilqim |
|
— |
Is-Sur L. B. Sebetela (il-Botswana), dwar it-turiżmu u t-tnaqqis tal-faqar fir-Rwanda |
Kelliema: Assarid (il-Mali), Deerpalsing (il-Mawrizju), Sbarbati, Hutchinson, Gahler u Carlotti.
7. Id-Dikjarazzjoni ta' Kigali dwar il-Kummerċ: l-istat attwali tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika u Doha
Kelliema: Gahler, Carlotti, Bah (il-Mali), Lehideux, Humphrey (il-Barbados), Schmidt, William (is-Seychelles), Agnoletto, Baah (il-Gana), Deva, Deerpalsing (il-Mawrizju), Hutchinson, Ernesto (il-Możambik), Amongi (l-Uganda), Neris, Danata (il-Kamerun), Mitchell, Sebetela (il-Botswana), Martínez Martínez, Amon-Ago (il-Kosta ta' l-Avorju) u Rasmussen (il-Gżejjer ta' Cook).
Is-Sur Petit (Kummissjoni Ewropea) wieġeb għall-mistoqsijiet.
(Is-seduta ġiet aġġornata fis-1.15 p.m. u reġgħet infetħet fit-3.22 p.m.)
8. Stqarrija mill-Onorevoli Misa Telefoni, Viċi Prim Ministru responsabbli mill-Kummerċ, mill-Industrija, mix-Xogħol u mit-Turiżmu, (is-Samoa), President fil-Kariga tal-Kunsill ta' l-ACP
Is-Sur Telefoni għamel stqarrija f'isem il-Kunsill ta' l-ACP.
9. Stqarrija mis-Sur João Cravinho, Segretarju ta' l-Istat għall-Affarijiet Barranin (il-Portugall), President fil-Kariga tal-Kunsill ta' l-UE
Is-Sur Cravinho għamel stqarrija f'isem il-Kunsill ta' l-UE.
10. Ħin għall-Mistoqsijiet lill-Kunsill
Żewġ mistoqsijiet tressqu lill-Kunsill ta' l-ACP.
Is-Sur Telefoni wieġeb għall-mistoqsijiet li ġejjin; it-tieni mistoqsija kienet segwita minn mistoqsija supplimentari:
Mistoqsija Nru. 2 mis-Sur Fernandes (għas-Sinjura Carlotti) dwar l-involviment tal-parlamenti nazzjonali fil-formulazzjoni u fl-immonitorjar tal-karti strateġiċi tal-pajjiż;
Mistoqsija Nru. 1 mis-Sur William (is-Seychelles) dwar id-djalogu reġjonali fi ħdan il-Grupp ta' l-ACP.
Tressqu sitta u għoxrin mistoqsija lill-Kunsill ta' l-UE.
Is-Sur Cravinho wieġeb għall-mistoqsijiet u għall-mistoqsijiet supplimentari li ġejjin; xi wħud minnhom kienu indirizzati wkoll mis-Sur Telefoni:
Mistoqsija Nru. 10 mis-Sur Pomés Ruiz (għas-Sur Mitchell) dwar l-Istati Membri u l-effikaċja ta' l-għajnuna;
Mistoqsija Nru. 12 mis-Sinjura Zimmer dwar miżuri ta' kanċellazzjoni ta' djun għall-pajjiżi ta' l-ACP;
Mistoqsija Nru. 19 mis-Sur Agnoletto dwar TRIPS+ (Aspetti Relatati mal-Kummerċ ta' Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali) u EPAs (Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika);
Mistoqsija Nru. 20 mis-Sur William (is-Seychelles) dwar li tkun evitata interruzzjoni kummerċjali bejn l-UE u l-pajjiżi ta' l-ACP;
Mistoqsija Nru. 21 mis-Sur Tapsoba (il-Burkina Faso) dwar Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (EPAs);
Mistoqsija Nru. 22 mis-Sur Martínez Martínez (għas-Sur Borrell Fontelles) dwar Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (EPAs);
Mistoqsija Nru. 23 mis-Sur Lehideux u mistoqsija Nru. 24 mis-Sinjura Deerpalsing (il-Mawrizju) dwar id-denunzja tal-Protokoll taz-Zokkor mill-UE;
Mistoqsija Nru. 3 mis-Sur Martínez Martínez dwar l-Unjoni Ewropea — is-Samit ta' l-Afrika, Diċembru 2007;
Mistoqsija Nru. 6 mis-Sur Fernandes u mistoqsija Nru. 7 mis-Sur Sithole (l-Afrika t'Isfel) dwar is-Samit UE-Afrika;
Mistoqsija Nru. 15 mis-Sur Bowis dwar l-Afrika u l-bidla fil-klima;
Mistoqsija Nru. 27 mis-Sur Van Hecke dwar it-Togo;
Mistoqsija Nru. 28 mis-Sur Cashman dwar il-persekuzzjoni ta' individwi LGBT (Lesbjani, Omosesswali, Bisesswali, Transesswali) fl-Uganda;
Mistoqsija Nru. 8 mis-Sinjura Van Lancker dwar is-saħħa; mistoqsija Nru. 16 mis-Sinjura Morgantini dwar is-Saħħa u d-Drittijiet Sesswali u Riproduttivi ġiet ittrattata wkoll fl-assenza tagħha.
Il-mistoqsijiet li ġejjin ma kinux segwiti minn mistoqsijiet supplimentari:
Mistoqsija Nru. 5 mis-Sur Fernandes (għas-Sinjura Carlotti) dwar il-finanzjament tal-koperazzjoni ACP-KE minn Jannar 2008;
Mistoqsija Nru. 9 mis-Sinjura Neris dwar l-istruttura tal-gvern;
Mistoqsija Nru. 25 mis-Sur Fernandes (għas-Sinjura Gomes) dwar l-Angola;
Mistoqsija Nru. 26 mis-Sinjura Aubert dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo;
Mistoqsija Nru. 4 mis-Sur Ciré Sall (is-Senegal) dwar l-iżvilupp u l-ġestjoni ta' kontribuzzjonijiet minn ħaddiema emigranti;
Mistoqsija Nru. 14 mis-Sur Berman dwar governanza tajba u Stati fraġli.
L-awturi tal-mistoqsijiet Nri. 11, 13, 16, 17 u 18 ma kenux preżenti.
11. Dibattitu mal-Kunsill
Kelliema: Deerpalsing (il-Mawrizju), William (is-Seychelles), Sebetela (il-Botswana), Telefoni (Kunsill ta' l-ACP) u Cravinho (Kunsill ta' l-UE).
12. Ħin għall-Mistoqsijiet lill-Kummissjoni
B'kollox tressqu 33 mistoqsija lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni kienet wieġbet għall-mistoqsijiet bil-miktub. Fl-assenza tas-Sur Michel, is-Sur Petit ta tweġibiet orali għall-mistoqsijiet supplimentari li tressqu mill-awturi li ġejjin:
Mistoqsija Nru. 12 mis-Sinjura Van Lancker dwar is-saħħa, mistoqsija Nru. 11 mis-Sur Borrell Fontelles dwar is-saħħa u l-edukazzjoni bażika bħala setturi fokali u mistoqsija Nru. 26 mis-Sinjura Scheele dwar l-infiq tal-Kummissjoni b'rabta mas-saħħa u ma' l-edukazzjoni fl-10 EDF ġew ittrattati wkoll fl-assenza ta' l-awturi tagħhom;
Mistoqsija Nru. 5 mis-Sinjura Zimmer (għas-Sinjura Morgantini) dwar l-Istrateġija UE-Afrika;
Mistoqsija Nru. 25 mis-Sinjura Hall dwar is-sostenibilità ambjentali;
Mistoqsija Nru. 22 mis-Sinjura Deerpalsing (il-Mawrizju) dwar il-Protokoll taz-Zokkor ACP/KE u EPAs;
Mistoqsija Nru. 23 mis-Sur Lehideux dwar it-tmiem tal-Protokoll taz-Zokkor mill-UE;
Mistoqsija Nru. 24 mis-Sur Mitchell dwar il-pussess u l-iżvilupp ta' l-artijiet u d-dritt għalihom;
Mistoqsija Nru. 29 mis-Sinjura Aubert dwar id-DRC (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo);
Mistoqsija Nru. 30 mis-Sur O. Schmidt dwar Dawit Isaak/l-Eritrea;
Mistoqsija Nru. 31 mis-Sur Van Hecke dwar il-Burundi;
Mistoqsija Nru. 32 mis-Sur Martínez Martínez dwar ir-relazzjonijiet ma' Kuba.
Il-mistoqsijiet li ġejjin ma kenux segwiti minn mistoqsijiet supplimentari:
Mistoqsija Nru. 16 mis-Sinjura Carlotti dwar l-involviment tal-parlamenti nazzjonali fl-ipprogrammar ta' l-10 EDF;
Mistoqsija Nru. 17 mis-Sinjura Zimmer dwar l-irwol parlamentari fl-iżvilupp ta' politiki ta' finanzjament fil-pajjiżi ta' l-ACP;
Mistoqsija Nru. 1 mis-Sur Ciré Sall (is-Senegal) dwar il-koperazzjoni ACP-UE.
Mistoqsija Nru. 6 mis-Sur Bowis dwar l-Afrika u l-bidla fil-klima;
Mistoqsija Nru. 7 mis-Sur Berman dwar Stati fraġli;
Mistoqsija Nru. 8 mis-Sur William (is-Seychelles) dwar l-aċċess tas-settur privat tal-pajjiżi ta' l-ACP għall-fondi ta' l-UE;
Mistoqsija Nru. 13 mis-Sinjura Neris dwar il-vjolenza kontra n-nisa;
Mistoqsija Nru. 14 mis-Sinjura Jöns dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi;
Mistoqsija Nru. 15 mis-Sinjura Gomes dwar kwistjonijiet marbuta mas-sessi;
Mistoqsija Nru. 21 mis-Sur Sithole (l-Afrika t'Isfel) dwar arranġamenti tranżizzjonali — EPAs;
Mistoqsija Nru. 33 mis-Sur Ramotar (il-Gujana) dwar l-offerta tal-KE ta' aċċess għas-suq fl-EPAs u z-zokkor.
L-awturi tal-mistoqsijiet Nri. 2, 3, 4, 9, 10, 11, 18, 19, 20, 27 u 28 ma kenux preżenti.
Mistoqsijiet orali addizzjonali tressqu minn Assarid (il-Mali) u William (is-Seychelles).
(Is-seduta ngħalqet fis-6.55 p.m.)
René RADEMBINO-CONIQUET u
Glenys KINNOCK
Ko-Presidenti
Sir John KAPUTIN u
Dietmar NICKEL
Ko-Segretarji Ġenerali
|
1.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 58/7 |
MINUTI TAS-SEDUTA TA' NHAR IL-ĦAMIS, IT-22 TA' NOVEMBRU 2007
(2008/C 58/04)
(Is-seduta nfetħet fid-9.10 a.m.)
IPPRESEDIET: Is-Sinjura KINNOCK
Ko-President
1. Sostituti
Il-Ko-President ħabbret is-sostituti li ġejjin: Berman (għal Arif), Czarnecki (għal Aylward), García Margallo y Marfil (għal López-Istúriz White), Hutchinson (għal Rosati), Klass (għal Gaubert), Neris (għal Bullmann) u Pomés Ruiz (għal Coelho).
2. Approvazzjoni tal-minuti ta' nhar l-Erbgħa, il-21 ta' Novembru 2007
Il-minuti ġew approvati.
3. Stqarrija mis-Sur Louis Michel, Membru tal-Kummissjoni b'responsabilità speċjali b'rabta ma' l-iżvilupp u ma' l-għajnuna umanitarja
Is-Sur Michel għamel stqarrija f'isem il-Kummissjoni.
4. L-azzjoni li ttieħdet mill-Kummissjoni b'rabta mar-riżoluzzjonijiet adottati fit-13-il seduta ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE, li saret f'Wiesbaden (il-Ġermanja)
Il-Kummissarju rrefera għal dokument li kien tqassam li jagħti dettalji dwar it-tkomplija mill-Kummissjoni b'rabta mar-riżoluzzjonijiet adottati f'Wiesbaden.
5. Dibattitu mal-Kummissjoni
Kelliema: Deerpalsing (il-Mawrizju), Martens, Jímenez (ir-Repubblika Dominikana), Hutchinson, Thwalia (is-Sważiland), Schmidt O., Mporogomyi (it-Tanżanija), Aubert, William (is-Seychelles), Bowis, Ramotar (il-Gujana), Lehideux, Sithole (l-Afrika t'Isfel), Fernandes, Rodgers (is-Surinam), Berman, Thomas (San Kitts u Nevis) u Reid (il-Ġamajka).
Is-Sur Michel wieġeb għall-punti li tqajmu fid-dibattitu.
6. Votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet inklużi fir-rapporti ppreżentati mit-tliet kumitati permanenti
|
— |
Rapport dwar l-elezzjonijiet u l-proċessi elettorali fil-pajjiżi ACP-UE (ACP-EU/100.123/07/fin-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi. Ko-rapporteurs: Is-Sinjura Betty Amongi (l-Uganda) u s-Sur Miguel Ángel Martínez Martínez. Ir-riżoluzzjoni ġiet adottata b'mod unanimu. |
|
— |
Rapport dwar l-impatt ta' investiment dirett barrani (FDI) fl-Istati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP-EU/100.126/07/fin.) — Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ. Ko-rapporteurs: Is-Sinjura Astrid Lulling u s-Sur Timothy Harris (San Kitts u Nevis). Ir-riżoluzzjoni emendata ġiet adottata b'5 astensjonijiet. |
|
— |
Rapport dwar l-aċċess għall-kura tas-saħħa u għall-mediċini, b'mira partikulari fuq mard li ma jingħatax l-attenzjoni meħtieġa (neglected diseases) (ACP-EU/100.083/07/fin.) — Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent. Ko-rapporteurs: Is-Sur Martin Magga (il-Gżejjer Solomon) u s-Sur John Bowis. Żewġ emendi orali ġew introdotti mill-ko-rapporteur ta' l-UE u t-tnejn li huma ġew adottati. L-emendi 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7 u 8 ġew adottati wkoll. Ir-riżoluzzjoni emendata ġiet adottata b'mod unanimu. |
7. Votazzjoni dwar mozzjonijiet urġenti għal riżoluzzjonijiet
|
— |
Mozzjoni ta' kompromess għal riżoluzzjoni dwar Diżastri Naturali fl-Istati ta' l-ACP: Finanzjament mill-UE bil-għan ta' tħejjija għad-diżastri (fondi ta' l-EDF (Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp)) u ta' għajnuna soċjali (fondi ta' l-ECHO (Uffiċċju għall-Għajnuna Umanitarja tal-Kummissjoni Ewropea)) (ACP-EU/100.173/07/comp.) — li tissostitwixxi r-riżoluzzjonijiet APP/100.161, APP/100.162, APP/100.163, APP/100.164, APP/100.165, APP/100.166. L-emendi 1 u 2 ġew adottati. |
|
— |
Mozzjoni ta' kompromess għal riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'mod partikulari fil-lvant tal-pajjiż, u l-impatt tagħha fuq ir-reġjun (ACP-EU/100.174/07/comp.) — li tissostitwixxi r-riżoluzzjonijiet APP 100.167, APP 100.168, APP 100.169, APP 100.170, APP 100.171 u APP 100.172. Tħabbret tiswija waħda għall-abbozz tal-verżjoni Ingliża tar-riżoluzzjoni. Ir-riżoluzzjoni ġiet adottata b'mod unanimu. |
8. Approvazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Kigali dwar il-Kummerċ
Il-Ko-President Kinnock tenfasizza l-importanza ta l-approvazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Kigali dwar il-kummerċ.
L-Assemblea approvat permezz ta' akklamazzjoni.
Kelliem: Berman
9. Affarijiet oħrajn
Is-Sur Ould Guelaye (il-Mawritanja) irringrazzja lill-awtoritajiet tar-Rwanda, u, b'mod partikulari, lill-President Kagame u lill-Parlament tar-Rwanda għall-ospitalità tagħhom u għall-isforzi kollha tagħhom fl-organizzazzjoni ta' l-14-il seduta ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta f'Kigali u tal-ġrajjiet soċjali marbutin magħha.
10. Data u post tal-15-il seduta ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE
Il-15-il seduta tal-JPA se sseħħ mis-17 sa l-20 ta' Marzu 2008 fi Ljubljana (is-Slovenja).
(Is-seduta ngħalqet fil-11.10 a.m.)
René RADEMBINO-CONIQUET u
Glenys KINNOCK
Ko-Presidenti
Sir John KAPUTIN u
Dietmar NICKEL
Ko-Segretarji Ġenerali
ANNESS I
LISTA ALFABETIKA TAL-MEMBRI TA' L-ASSEMBLEA PARLAMENTARI KONĠUNTA
|
Rappreżentanti ta' l-ACP |
Rappreżentanti tal-PE |
|
RADEMBINO-CONIQUET (IL-GABON), Ko-President |
KINNOCK, Ko-President |
|
IL-BENIN (VP) |
GAHLER (VP) |
|
IL-KAMERUN (VP) |
MANTOVANI (VP) |
|
IL-GINEA EKWATORJALI (VP) |
… (VP) |
|
IL-GANA (VP) |
CARLOTTI (VP) |
|
IL-ĠAMAJKA (VP) |
MITCHELL (VP) |
|
IL-KENJA (VP) |
AUBERT (VP) |
|
IN-NIUE (VP) |
LULLING (VP) |
|
IS-SEYCHELLES (VP) |
BIELAN (VP) |
|
IL-GŻEJJER SOLOMON (VP) |
POLFER (VP) |
|
IS-SURINAM (VP) |
MARTÍNEZ MARTÍNEZ (VP) |
|
IZ-ZAMBJA (VP) |
BOWIS (VP) |
|
IŻ-ŻIMBABWE (VP) |
GOUDIN (VP) |
|
L-ANGOLA |
AGNOLETTO |
|
L-ANTIGWA U BARBUDA |
ALLISTER |
|
IL-BAĦAMAS |
ARIF |
|
IL-BARBADOS |
AYLWARD |
|
IL-BELIŻE |
BEREND |
|
IL-BOTSWANA |
BORRELL FONTELLES |
|
IL-BURKINA FASO |
BULLMAN |
|
IL-BURUNDI |
BUSK |
|
IL-KAP VERDE |
CALLANAN |
|
IR-REPUBBLIKA AFRIKANA ĊENTRALI |
CASHMAN |
|
IĊ-ĊAD |
COELHO |
|
IL-KOMOROS |
CORNILLET |
|
IL-KONGO (Ir-Repubblika tal-Kongo) |
DEVA |
|
IL-KONGO (Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) |
DILLEN |
|
IL-GŻEJJER TA' COOK |
DOMBROVSKIS |
|
IL-KOSTA TA' L-AVORJU |
FERNANDES |
|
IL-ĠIBUTI |
FERREIRA |
|
ID-DOMINIKA |
GAUBERT |
|
IR-REPUBBLIKA DOMINIKANA |
GOMES |
|
L-ERITREA |
GRABOWSKA |
|
L-ETJOPJA |
GRÖNER |
|
IL-FIĠI |
GURMAI |
|
IL-GAMBJA |
HALL |
|
IL-GRENADA |
HAUG |
|
IL-GINEA |
HERRANZ GARCĺA |
|
IL-GINEA-BISSAW |
HOLM |
|
IL-GUJANA |
JÖNS |
|
IL-ĦAITI |
IRUJO AMEZAGA |
|
IL-KIRIBATI |
KACZMAREK |
|
IL-LESOTO |
KORHOLA |
|
IL-LIBERJA |
KOZLIK |
|
IL-MADAGASKAR |
LANGENDRIES |
|
IL-MALAWI |
LEHIDEUX |
|
IL-MALI |
LÓPEZ-ISTÚRIZ WHITE |
|
IL-GŻEJJER MARSHALL (Ir-Repubblika tal-Gżejjer Marshall) |
LOUIS |
|
IL-MAWRITANJA |
MARTENS |
|
IL-MAWRIZJU |
McAVAN |
|
IL-MIKRONESJA (L-Istati Federali tal-Mikronesja) |
MAYER |
|
IL-MOŻAMBIK |
MORILLON |
|
IN-NAMIBJA |
NOVAK |
|
IN-NAURU (Ir-Repubblika tan-Nauru) |
PLEGUEZUELOS AGUILAR |
|
IN-NIĠER |
RIBEIRO E CASTRO |
|
IN-NIĠERJA |
ROITHOVÁ |
|
IL-PALAU |
ROSATI |
|
IL-PAPWA GINEA ĠDIDA |
SBARBATI |
|
IR-RWANDA |
SCHEELE |
|
SAN KITTS U NEVIS |
SCHLYTER |
|
SANTA LUĊIJA |
SCHMIDT F. |
|
SAN VINĊENZ U L-GRENADINI |
SCHMIDT O. |
|
IS-SAMOA |
SCHNELLHARDT |
|
SAO TOME u PRINĊIPE |
SCHRÖDER |
|
IS-SENEGAL |
SORNOSA MARTÍNEZ |
|
IS-SIERRA LEONE |
SPERONI |
|
IS-SOMALJA |
STURDY |
|
L-AFRIKA T'ISFEL |
VAN HECKE |
|
IS-SUDAN |
VAN LANCKER |
|
IS-SWAŻILAND |
VENETO |
|
IT-TANZANIJA |
VENTRE |
|
IT-TIMOR TAL-LVANT |
de VILLIERS |
|
IT-TOGO |
WIELAND |
|
IT-TONGA |
WIJKMAN |
|
IT-TRINIDAD U TOBAGO |
ZÁBORSKÁ |
|
IT-TUVALU |
ZANI |
|
L-UGANDA |
ZĪLE |
|
IL-VANWATU |
ZIMMER |
KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET POLITIĊI
|
Membri ta' l-ACP |
Membri tal-PE |
|
NZOMUKUNDA (IL-BURUNDI), Ko-Chairman |
CALLANAN, Ko-Chairman |
|
LUTUNDULA (IL-KONGO, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo), VC |
JÖNS, VC |
|
DUGUID (IL-BARBADOS), VC |
POLFER, VC |
|
L-ANGOLA |
BIELAN |
|
IL-BELIŻE |
CARLOTTI |
|
IL-BENIN |
COELHO |
|
IL-GŻEJJER TA' COOK |
DILLEN |
|
IL-ĠIBUTI |
GAHLER |
|
IL-GINEA EKWATORJALI |
GAUBERT |
|
IL-FIĠI |
GOMES |
|
IL-GRENADA |
GRABOWSKA |
|
IL-GINEA |
GRÖNER |
|
IL-ĦAITI |
GURMAI |
|
IL-LIBERJA |
HERRANZ GARCÍA |
|
IL-MAWRITANJA |
KACZMAREK |
|
IN-NAMIBJA |
LÓPEZ ISTÚRIZ |
|
IN-NIĠERJA |
LOUIS |
|
IN-NIUE |
MANTOVANI |
|
IL-PAPWA GINEA ĠDIDA |
MARTÍNEZ MARTÍNEZ |
|
SAN VINĊENZ U L-GRENADINI |
MORILLON |
|
IS-SUDAN |
SCHMIDT F. |
|
IT-TOGO |
VAN HECKE |
|
IT-TUVALU |
VENTRE |
|
L-UGANDA |
WIELAND |
|
IŻ-ŻIMBABWE |
ZANI |
|
|
ZIMMER |
KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU, IL-FINANZI U L-KUMMERĊ
|
Membri ta' l-ACP |
Membri tal-PE |
|
EVERISTUS (SANTA LUĊIJA), Ko-Chairman |
SCHLYTER, Ko-Chairman |
|
SEBETELA (IL-BOTSWANA), VC |
DOMBROVSKIS, VC |
|
DARBO (IĊ-ĊAD), VC |
RIBEIRO E CASTRO, VC |
|
IL-KAMERUN |
AGNOLETTO |
|
IL-KONGO (Ir-Repubblika tal-Kongo) |
BEREND |
|
IL-KOSTA TA' L-AVORJU |
BULLMANN |
|
L-ERITREA |
BUSK |
|
L-ETJOPJA |
CORNILLET |
|
IL-GABON |
DEVA |
|
IL-GANA |
FERREIRA |
|
IL-GUJANA |
IRUJO AMEZAGA |
|
IL-KENJA |
KINNOCK |
|
IL-MALI |
KOZLÍK |
|
IL-MAWRIZJU |
LANGENDRIES |
|
IL-MIKRONESJA (L-Istati Federali tal-Mikronesja) |
LEHIDEUX |
|
IL-PALAU |
LULLING |
|
SAN KITTS U NEVIS |
MAYER |
|
IS-SAMOA |
McAVAN |
|
IS-SENEGAL |
PLEGUEZUELOS AGUILAR |
|
IS-SIERRA LEONE |
ROSATI |
|
L-AFRIKA T'ISFEL |
SPERONI |
|
IS-SWAŻILAND |
STURDY |
|
IT-TANZANIJA |
VAN LANCKER |
|
IT-TONGA |
de VILLIERS |
|
IT-TRINIDAD U TOBAGO |
ZĪLE |
|
IZ-ZAMBJA |
WIJKMAN |
KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET SOĊJALI U L-AMBJENT
|
Membri ta' l-ACP |
Membri tal-PE |
|
OUMAROU (IN-NIĠER), Ko-Chairman |
SCHEELE, Ko-Chairwoman |
|
MAGGA (IL-GŻEJJER SOLOMON), VC |
NOVAK, VC |
|
SITHOLE (IL-MOŻAMBIK), VC |
ARIF, VC |
|
L-ANTIGWA U BARBUDA |
ALLISTER |
|
IL-BAĦAMAS |
AUBERT |
|
IL-BURKINA FASO |
AYLWARD |
|
IL-KAP VERDE |
BORRELL FONTELLES |
|
IL-KOMOROS |
BOWIS |
|
ID-DOMINIKA |
CASHMAN |
|
IR-REPUBBLIKA DOMINIKANA |
FERNANDES |
|
IL-GAMBJA |
GOUDIN |
|
IL-GINEA-BISSAW |
HALL |
|
IL-ĠAMAJKA |
HAUG |
|
IL-KIRIBATI |
HOLM |
|
IL-LESOTO |
KORHOLA |
|
IL-MADAGASKAR |
MARTENS |
|
IL-MALAWI |
MITCHELL |
|
IL-GŻEJJER MARSHALL (Ir-Repubblika tal-Gżejjer Marshall) |
ROITHOVA |
|
IN-NAURU |
SBARBATI |
|
IR-RWANDA |
SCHMIDT O. |
|
SAO TOME U PRINĊIPE |
SCHNELLHARDT |
|
IS-SEYCHELLES |
SCHRÖDER |
|
IS-SOMALJA |
SORNOSA MARTÍNEZ |
|
IS-SURINAM |
VENETO |
|
IT-TIMOR TAL-LVANT |
… (GUE/NGL) |
|
IL-VANWATU |
ZÁBORSKÁ |
ANNESS II
REĠISTRU TA' L-ATTENDENZA FIS-SEDUTA MID-19 SAT-22 TA' NOVEMBRU F'KIGALI (IR-RWANDA)
|
RADEMBINO-CONIQUET (Il-Gabon), Ko-President |
KINNOCK, Ko-President |
|
DE SOUSA (L-Angola) |
AGNOLETTO |
|
HUMPHREY (Il-Barbados) (1) |
|
|
DAYORI (Il-Benin) (VP) |
AUBERT (VP) |
|
SEBETELA (Il-Botswana) |
|
|
TAPSOBA (Il-Burkina Faso) |
BEREND |
|
NZOMUKUNDA (Il-Burundi) |
BERMAN (għal ARIF) |
|
DANATA (Il-Kamerun) (VP) |
BOWIS (VP) |
|
DARBO (Iċ-Ċad) |
CALLANAN |
|
BOUNKOULOU (Il-Kongo, ir-Repubblika tal-Kongo) |
CARLOTTI (VP) |
|
GOYA KITENGA (Il-Kongo, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) |
CASHMAN |
|
RASMUSSEN (Il-Gżejjer ta' Cook) |
CZARNECKI (għal AYLWARD) |
|
AMON-AGO (Il-Kosta ta' l-Avorju) |
|
|
ABDI SAID (Il-Ġibuti) |
|
|
JIMENEZ (Ir-Repubblika Dominikana) |
FERNANDES |
|
NAIB (L-Eritrea) |
|
|
TOGA (L-Etjopja) |
|
|
RATURAGA (Il-Fiġi) (1) |
|
|
OBIANG NDONG (Il-Gabon) |
GRABOWSKA |
|
BAAH (Il-Gana) (VP) |
|
|
SALOMON (Il-Ginea Ekwatorjali) |
HALL |
|
RAMOTAR (il-Gujana) |
HAUG |
|
SOREL (Il-Ħaiti) |
HUTCHINSON (għal ROSATI) |
|
REID (Il-Ġamajka) (VP) (1) |
IRUJO AMEZAGA |
|
KAHENDE (Il-Kenja) (VP) (1) |
JÖNS |
|
MAFURA (Il-Lesoto) |
KACZMAREK |
|
KOLLIE (Il-Liberja) |
KLASS (għal GAUBERT) |
|
ZAFILAZA (Il-Madagaskar) |
LEHIDEUX |
|
MATOLA (Il-Malawi) |
|
|
IMBARCAOUNANE (Il-Mali) |
LULLING (VP) |
|
GUELAYE (Il-Mawritanja) |
MALDEIKIS (għal ZILE) |
|
DEERPALSING (Il-Mawrizju) |
|
|
SITHOLE (Il-Możambik) |
MARTENS |
|
MUSHELENGA (In-Namibja) |
MARTÍNEZ MARTÍNEZ (VP) |
|
ISSOUFOU (In-Niġer) |
MITCHELL (VP) |
|
WAZIRI (In-Niġerja) |
MORGANTINI (għal HOLM) (2) |
|
McCLAY (In-Niue) (*) |
NERIS (għal BULLMANN) |
|
AIMO (Il-Papwa Ginea Ġdida) |
NOVAK |
|
POLISI (Ir-Rwanda) |
|
|
THOMAS (San Kitts u Nevis) (1) |
|
|
MARIE (Santa Luċija) |
ROITHOVÁ |
|
STRAKER (San Vinċenz u l-Grenadini) |
SBARBATI |
|
DIAGNE (Is-Senegal) |
|
|
WILLIAM (Is-Seychelles) (VP) |
SCHMIDT O. |
|
LAHAI (Is-Sierra Leone) |
SCHRÖDER |
|
MA'AHANUA (Il-Gżejjer Solomon) |
|
|
SITHOLE (L-Afrika t'Isfel) |
|
|
DEKUEK (Is-Sudan) |
VAN HECKE |
|
RODGERS (Is-Surinam) (VP) |
VAN LANCKER |
|
THWALA (Is-Sważiland) |
VENETO |
|
MPOROGOMYI (It-Tanzanija) |
WIELAND |
|
ATCHA (It-Togo) |
|
|
MUGAMBE (L-Uganda) |
ZIMMER |
|
TASUL (Il-Vanwatu) |
|
|
NJOBVU (Iz-Zambja) (VP) |
|
|
MAGADU (Iż-Żimbabwe) (VP) |
|
Kienu preżenti wkoll:
|
L-ANGOLA VALENTE ALBERTO |
IL-BARBADOS GODDARD |
IL-BOTSWANA BATLHOKI |
|
IL-BURKINA FASO OUEDRAOGO YERBANGA |
IL-BURUNDI MASABO KAVAKURE NAHIMANA SINDARUSIBA NIYONGABO MABOBORI |
IL-KAMERUN AWUDU MBAYA HAMATOU KOUR BAH OUMAROU SANDA |
|
IĊ-ĊAD MAHAMAT OUMAR MALLOUN HAHAMAT HAMDANE DJIMAI |
IL-KONGO (Ir-Repubblika tal-Kongo) IBOVI ODZOCKI MBERI |
IL-KONGO (Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) KUTEKALA KAMBAYI BIE BONGENDE KILUBALONGO |
|
IL-KOSTA TA' L-AVORJU AMANI |
L-ERITREA TEKLE |
L-ETJOPJA ALI CHRISTOS ABERA AHMEDIN KEBEDE NEGUSSIE |
|
IL-GABON MBOUMBA NDIMAL MAKONGO MOUBELOU |
IL-GANA OPPONG-NTIRI |
IL-ĦAITI RICARD MELIUS ELOUNE NELSON |
|
IL-KENJA WAMBUA |
IL-LESOTO TIHELI |
IL-LIBERJA BARCALY DUNAH |
|
IL-MALAWI KALICHERO |
IL-MAWRITANJA ZAMEL AHMEDOU |
IL-MAWRIZJU GUNNESSEE |
|
IL-MOŻAMBIK ERNESTO MIGUEL MATE |
IN-NIĠER ABDOURHAMANE BAKO CAZALICA |
IN-NIĠERJA SHU'AIBU ABDUL'AZIZ ADEFIDIPE |
|
IR-RWANDA MUKABARANGA HIGIRO KANTENGWA MUNYABAGISHA KANZAYIRE NKUSI |
IS-SENEGAL DIOP SOW SALL |
IS-SIERRA LEONE KABBA |
|
L-AFRIKA T'ISFEL THETJENG BASSON MAGAU |
IS-SUDAN MUSTAFA ALLOBA BEDRI JERVASE YAK |
IS-SURINAM SOMOHARDJO MANSARAM BRADLEY |
|
IT-TANZANIJA CHECHE MWAKILUMA |
IT-TOGO SAGBO |
L-UGANDA ATIM-OGWAL AMONGI DOMBO |
|
IZ-ZAMBJA MBEWE |
IŻ-ŻIMBABWE CHAMISA MUCHENGETI MANDIZHA |
|
KUNSILL ACP-UE
TELEFONI, Viċi Prim Ministru responsabbli mill-Industrija, mill-Kummerċ, mix-Xogħol u mit-Turiżmu, President fil-Kariga tal-Kunsill ta' l-ACP (is-Samoa)
CRAVINHO, Segretarju ta' l-Istat għall-Affarijiet Barranin, President fil-Kariga tal-Kunsill ta' l-UE (il-Portugall)
KUMMISSJONI EWROPEA
MICHEL, Membru tal-Kummissjoni responsabbli mill-Iżvilupp u mill-Għajnuna Umanitarja
EESC (Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew)
DEFAYE
DANTIN
COULIBALY
CSUPORT
SOMVILLE
MAKEKA
CTA (Ċentru Tekniku għall-Biedja u għall-Iżvilupp Rurali)
BURGUET
BOTO
ECOWAS (Komunità Ekonomika ta' l-Istati fl-Afrika tal-Punent)
SOFOLA
IS-SEGRETARJAT ta' l-ACP
KAPUTIN, Ko-Segretarju Ġenerali
IS-SEGRETARJAT TA' L-UE
NICKEL, Ko-Segretarju Ġenerali
(1) Pajjiż irrappreżentat minn persuna li m'hijiex Membru tal-Parlament.
(2) Preżenti nhar id-19 ta' Novembru 2007.
(3) Preżenti nhar l-20 ta' Novembru 2007.
(4) Preżenti nhar il-21 ta' Novembru 2007.
(5) Preżenti nhar it-22 ta' Novembru 2007.
ANNESS III
L-ANNESS TAS-SEDUTA TA' NHAR IT-TNEJN, ID-19 TA' NOVEMBRU 2007
Akkreditament ta' rappreżentanti li m'humiex membri parlamentari
IL-BARBADOS
Is-Sur Errol HUMPHREY
Ambaxxatur, l-Ambaxxata tal-Barbados, Brussell
IL-FIĠI
Is-Sinjura Tupou RATURAGA
Uffiċjal Għoli fis-Servizz Diplomatiku, l-Ambaxxata tal-Fiġi, Brussell
IL-ĠAMAJKA
Is-Sur Esmond REID
Ministru Uffiċjal Għoli fis-Servizz Diplomatiku, l-Ambaxxata tal-Ġamajka, Brussell
IL-KENJA
L-Eċċellenza Tiegħu s-Sur Marx G.N. KAHENDE
Ambaxxatur, l-Ambaxxata tal-Kenja, Brussell
IN-NIUE
L-Eċċellenza Tiegħu s-Sur Todd McCLAY
Ambaxxatur, Rappreżentant Speċjali tan-Niue, Brussell
IL-GŻEJJER SOLOMON
L-Eċċellenza Tiegħu s-Sur Joseph MA'AHANUA
Ambaxxatur, l-Ambaxxata tal-Gżejjer Solomon, Brussell
SAN KITTS U NEVIS
Dr Arnold THOMAS
Uffiċjal Inkarigat b'Mod Temporanju minn Missjoni Diplomatika fl-Assenza ta' l-Ambaxxatur (Chargé d'Affaires)
L-Ambaxxata ta' San Kitts u Nevis, Brussell
ANNESS IV
RIŻOLUZZJONIJIET ADOTTATI
|
— |
dwar l-elezzjonijiet u l-proċessi elettorali fil-pajjiżi ta' l-ACP-UE (ACP-EU/100.123/07/fin.) |
|
— |
dwar l-impatt ta' l-investimenti diretti barranin fl-Istati ta' l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (ACP-EU/100.126/07/fin.) |
|
— |
dwar l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-mediċini, b'attenzjoni partikulari għal mard injorat (ACP-EU/100.083/07/fin.) |
|
— |
dwar id-diżastri naturali fl-Istati ta' l-ACP: l-iffinanzjar ta' l-EU għat-tħejjija (EDF — Il-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp) u l-għajnuna għat-taffija ta' l-effetti f'dawn il-każijiet (ECHO funds) (ACP-EU/100.173/07/fin.) |
|
— |
dwar il-qagħda tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, partikularment fil-lvant tal-pajjiż, u l-impatt tagħha fuq ir-reġjun (ACP-EU/100.174/07/fin.) |
RIŻOLUZZJONI (1)
dwar l-elezzjonijiet u l-proċessi elettorali fil-pajjiżi ta' l-ACP-UE
L-Assemblea Parlamentari Konġunta ta' l-ACP-UE,
|
— |
f'laqgħa f'Kigali (ir-Rwanda) mid-19 sat-22 ta' Novembru 2007, |
|
— |
wara li kkunsidrat l-Artikolu 17(1) tar-Regoli ta' Proċedura tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidrat il-Ftehima ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku fuq in-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra, li ġiet iffirmata f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (“il-Ftehima ta' Cotonou”) (2), u emendata fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (3), u b'mod partikulari l-Artikoli 8, 17(2), 20, 31, 33, 96 u 97 tagħha, |
|
— |
filwaqt li tenfasizza li “ambjent politiku li jiggarantixxi l-paċi, is-sigurtà u l-istabilità, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt, u l-governanza tajba, huwa ħaġa waħda ma' l-iżvilupp fuq medda twila ta' żmien” (preambolu tal-Ftehima ta' Cotonou), |
|
— |
filwaqt li tenfasizza li, skond l-Artikolu 9 tal-Ftehima ta' Sħubija ACP-UE, ir-“rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali kollha tal-bniedem, inkluż ir-rispett għad-drittijiet fundamentali soċjali, id-demokrazija bbażata fuq l-istat tad-dritt u t-trasparenza kif ukoll il-governanza responsabbli, jiffurmaw parti integrali mill-iżvilupp sostenibbli”, |
|
— |
filwaqt li tenfasizza li, skond l-Artikolu 11 tal-Ftehima ta' Sħubija ACP-UE, il-partijiet ikkonċernati għandhom “ifittxu politika attiva, sħiħa u integrata għat-tnissil tal-paċi, tal-prevenzjoni u s-soluzzjoni tal-kunflitti”, ibbażata fuq il-prinċipju ta' l-appartenenza, u li għandha tiffoka b'mod partikulari fuq il-bini tal-kapaċitajiet reġjunali, |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tagħha dwar id-djalogu politiku ta' l-ACP-UE (Artikolu 8 tal-Ftehima ta' Cotonou), li ġiet adottata waqt it-8 sessjoni f'Den Haag fil-25 ta' Novembru 2004, |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tagħha dwar ir-rijabilitazzjoni ta' wara l-kunflitti fl-Istati ta' l-ACP adottata fid-9 sessjoni tagħha f'Bamako fil-21 ta' April 2005, |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tagħha dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-Ftehima ta' Sħubija ta' Cotonou adottata fl-10 sessjoni tagħha f'Edinburgh fl-24 ta' Novembru 2005, |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tagħha dwar l-irwol ta' l-integrazzjoni reġjunali fil-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà adottata waqt il-11-il sessjoni tagħha fi Vjenna fit-22 ta' Ġunju 2006, |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-Riżoluzzjoni ta' l-ACP-UE dwar il-koperazzjoni u l-involviment fil-proċessi elettorali fil-pajjiżi ta' l-ACP u l-irwol ta' l-Assemblea Konġunta (ACP-UE 2748/99/fin.), |
|
— |
wara li kkunsidrat il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bl-isem ta' “Għajnuna u Osservazzjoni ta' l-Elezzjonijiet mill-UE” (COM(2000)0191), |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2002 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew rigward l-irwol ta' l-Unjoni Ewropea fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokratizzazzjoni f'pajjiżi terzi (4), |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2001 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Għajnuna u l-Osservazzjoni ta' l-Elezzjonijiet mill-UE (5), |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-governanza tal-politika ta' l-iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea (6) u tas-6 ta' April dwar l-effikaċja ta' l-assistenza u l-korruzzjoni fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (7), |
|
— |
wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni tal-Prinċipji ta' l-Osservazzjoni Internazzjonali ta' l-Elezzjonijiet u l-Kodiċi ta' Kondotta għall-Osservaturi Internazzjonali ta' l-24 ta' Ottubru 2005, approvata mill-Parlament Ewropew fis-16 ta' Mejju 2007, |
|
— |
wara li kkunsidrat il-Karta tan-NU, l-Att Kostituttiv ta' l-Unjoni Afrikana, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli u l-istrumenti legali internazzjonali u reġjunali rilevanti kollha, |
|
— |
wara li kkunsidrat is-Sħubija l-Ġdida għall-Iżvilupp Afrikan (NEPAD) li waqqfet mekkaniżmu għar-reviżjoni tal-prestazzjonijiet tal-gvernijiet Afrikani fis-setturi kollha permezz tal-Mekkaniżmu ta' l-Afrika għal Analiżi minn Esperti (APRM — Africa Peer Review Mechanism), |
|
— |
wara li kkunsidrat it-talba tan-NU u ta' strumenti legali internazzjonali oħra għal mekkaniżmi ta' azzjoni affermattiva maħsuba, immedjati u sostenibbli għat-tiswija ta' l-iżbilanċi maħluqa mill-istorja, mit-tradizzjoni jew mid-drawwiet li jeskludu l-parteċipazzjoni tan-nisa mill-isfera pubblika, |
|
— |
wara li kkunsidrat l-Artikolu 21(3) tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Impenji ta' l-OSCE miftiehma f'Kopenħagen fl-1990, |
|
— |
wara li kkunsidrat il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea pproklamata f'Nizza fis-7 ta' Diċembru 2000, |
|
— |
wara li kkunsidrat il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, |
|
— |
wara li kkunsidrat il-ftehimiet kollha bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi, |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi (ACP-UE 100.123/07/fin.), |
|
A. |
billi l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem, jirrappreżentaw l-għan globali tal-Politika Komuni għall-Affarjiet Barranin u s-Sigurtà (CFSP) u għandhom jiffurmaw parti integrali mill-politika esterna ta' l-Unjoni Ewropea, |
|
B. |
billi l-isforzi għall-promozzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għad-demokrazija bħala għanijiet fundamentali tal-politiki tar-relazzjonijiet esterni ta' l-UE huma destinati li jfallu jekk il-prinċipji inerenti ma jingħatawx biżżejjed prijorità fir-rigward ta' l-interessi marbutin mas-sigurtà, ma' l-ekonomija u mal-politika, |
|
C. |
billi t-trażżin tal-faqar, l-għan ewlieni tal-politika ta' l-iżvilupp ta' l-Unjoni, jitlob li jkun hemm parteċipazzjoni demokratika ġenwina u responsabbli u gvernijiet ħielsa mill-korruzzjoni, |
|
D. |
billi l-Assemblea Parlamentari Konġunta, li tirrappreżenta lin-nies ta' l-Istati ta' l-ACP u ta' l-UE, hija komponent ewlieni tar-relazzjonijiet bejn l-ACP u l-UE u tista' tagħti kontribut essenzjali fl-approfondiment tad-dimensjoni politika tal-koperazzjoni futura bejn l-ACP u l-UE, |
|
E. |
billi l-Ftehima ta' Cotonou tagħti mandat lill-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE sabiex tippromwovi l-proċessi demokratiċi permezz tad-djalogu u l-konsultazzjoni, |
|
F. |
billi l-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE hija forum uniku għal djalogu bejn il-membri parlamentari ta' l-ACP u ta' l-UE, anke fejn jidħlu kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija, |
|
G. |
billi d-demokrazija fil-livell politiku timplika ħafna aktar minn sempliċi l-att tat-tfigħ tal-vot minn żmien għal żmien, u tkopri l-proċess kollu tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, |
|
H. |
billi d-dritt taċ-ċittadini li jipparteċipaw fit-tmexxija ta' l-affarijiet pubbliċi jista' jinkiseb permezz ta' varjetà wiesgħa ta' mekkaniżmi politiċi demokratiċi, |
|
I. |
filwaqt li hija konxja mill-bżonn li jissaħħu il-kapaċitajiet tal-parlamenti tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw sabiex ikunu jistgħu jħaddmu s-setgħat tagħhom ta' l-iskrutinju eżekuttiv u ta' l-awtorità baġitarja b'mod effettiv, |
|
J. |
filwaqt li tirrikonoxxi li s-sehem ta' persuni interessati mhux statali u tas-soċjetà ċivili huwa vitali għat-tħaddim tad-demokrazija, kif ukoll l-irwol li jista' jkollhom il-knejjes u l-komunitajiet jew l-organizzazzjonijiet reliġjużi, ta' mexxejja tradizzjonali tal-komunità u tas-soċjetà ċivili, bħal NGOs nazzjonali u fora, fil-promozzjoni tal-paċi jew biex jipprovdu medjazzjoni billi joħolqu opportunitajiet biex jiddiskutu u jirranġaw id-differenzi, |
|
K. |
filwaqt li tikkunsidra li l-libertà ta' l-istampa hija wieħed mill-elementi essenzjali għall-elezzjonijiet demokratiċi, għaliex iċ-ċittadini għandhom id-dritt li jkunu infurmati dwar il-fehmiet politiċi differenti, u b'hekk dan ifisser li l-forzi politiċi demokratiċi kollha u l-kandidati għall-elezzjoni għandu jkollhom aċċess liberu għall-midja, |
|
L. |
billi d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tistabbilixxi li d-dritt li jiġu eletti rappreżentanti magħżula liberament u b'mod sigriet, minn żmien għal żmien f'elezzjonijiet ġenwini bbażati fuq il-vot dirett universali u ugwali, huwa dritt li kull ċittadin għandu jkollu, u huwa wkoll element essenzjali tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt, li l-Unjoni Ewropea u l-Istati ta' l-ACP impenjaw ruħhom li jirrispettaw skond l-obbligi legali varji tagħhom, |
|
M. |
billi l-Unjoni Ewropea għandu jkollha sehem importanti li tgħin lill-Istati ta' l-ACP, sabiex isaħħu d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija billi tħeġġeġ u tippromwovi dawn id-drittijiet permezz ta' l-azzjoni esterna tagħha u billi tirrispondi malajr u b'mod effettiv f'każ ta' ksur serju u kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem, |
|
N. |
filwaqt li tikkunsidra li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u s-sehem tan-nisa fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, kemm fil-livell leġiżlattiv kif ukoll f'dak eżekuttiv, huma elementi essenzjali għal governanza tajba, |
|
O. |
billi l-universalità, l-individwalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu mhux biss id-drittijiet ċivili u politiċi, iżda wkoll id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, għandhom jiġu ggarantiti u promossi, |
|
P. |
billi l-pluraliżmu politiku, il-libertà ta' l-espressjoni, l-aċċess ugwali għall-midja waqt il-kampanja elettorali, il-vot sigriet u r-rispett għad-drittijiet bażiċi tal-kandidati huma elementi essenzjali għal elezzjonijiet demokratiċi, liberi u ġusti, |
|
Q. |
filwaqt li tirrikonoxxi li l-proċess elettorali huwa kruċjali sabiex jiġi ddeterminat sa liema punt qegħdin jiġu rrispettati l-prinċipji ewlenin tal-pluraliżmu politiku, li għalhekk jiddetermina l-bżonn li l-istati jorganizzaw l-elezzjonijiet skond standards approvati internazzjonalment u reġjunalment, |
|
R. |
billi l-osservazzjoni u l-għajnuna waqt l-elezzjonijiet huma elementi ewlenin fl-istrateġija globali ta' l-UE għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, għat-tisħiħ tad-demokrazija u għall-istat tad-dritt u l-promozzjoni ta' l-iżvilupp fir-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, |
|
S. |
billi l-promozzjoni tad-demokrazija permezz ta' appoġġ elettorali għandha tkun ibbażata fuq osservazzjoni minn qabel ta' l-ambjent politiku tal-pajjiż involut u l-iskrutinju ta' l-elezzjonijiet għandu jkun parti minn proċess kontinwu ta' osservazzjonijiet u ta' appoġġ għad-demokratizzazzjoni, |
|
T. |
billi l-iskrutinju ta' l-elezzjonijiet, partikularment minn membri tal-parlament li ġew eletti demokratikament, huwa importanti ħafna għat-tisħiħ tal-leġittimità tal-proċess elettorali, għat-tkabbir tal-fiduċja tal-pubbliku fl-elezzjonijiet, biex tiġi evitata l-frodi elettorali, biex jitħarsu aħjar id-drittijiet tal-bniedem u sabiex isir kontribut għas-soluzzjoni tal-kunflitti, |
|
U. |
billi delegazzjonijiet u missjonijiet maqsumin bejn l-ACP u l-UE għall-osservazzjoni ta' l-elezzjonijiet mibnijin b'mod uniformi jistgħu fl-istess waqt jagħtu kontribut importanti sabiex jittaffu s-sitwazzjonijiet kritiċi tal-pajjiżi kkonċernati, |
|
V. |
billi l-Parlament Ewropew għandu jieħu rwol prominenti fl-iskrutinju ta' l-elezzjonijiet mill-UE, minħabba l-leġittimità demokratika u l-kompetenza speċifika tiegħu u billi meta jagħmel hekk itejjeb il-profil politiku ta' missjonijiet bħal dawn, |
|
W. |
filwaqt li tinsab imħassba ħafna dwar il-fatt li Stati ta' l-ACP li m'humiex stabbli u li jinsabu fi tranżizzjoni minn sitwazzjoni ta' kunflitt għad-demokrazija b'kapaċità istituzzjonali limitata sabiex imexxu elezzjonijiet liberi, ġusti u siguri jistgħu faċilment jerġgħu jaqgħu f'sitwazzjoni ta' kunflitt, jekk ma jkunux appoġġjati minn gwardjani tal-paċi waqt l-elezzjonijiet sabiex jissalvagwardjaw l-elezzjonijiet u l-proċess elettorali, |
|
X. |
filwaqt li tinsab imħassba wkoll dwar il-fatt li l-preżenza ta' forzi tas-sigurtà armati barra l-postijiet tal-votazzjoni, il-proliferazzjoni ta' armi u armamenti żgħar u li l-militarizzazzjoni taċ-ċittadini f'numru ta' Stati ta' l-ACP, qed iżid ir-riskju ta' l-intimidazzjoni, il-fastidju u l-vjolenza waqt l-elezzjonijiet, tant li jkun diffiċli għal ħafna nies biex jivvutaw, |
|
Y. |
billi tikkunsidra li l-parteċipazzjoni tan-nisa, fil-proċess demokratiku, fit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-kuntest tal-koperazzjoni bejn l-ACP u l-UE m'hijiex sodisfaċenti, u dan jitlob għal miżuri speċjali sabiex ipattu għal dan l-iżbilanċ, |
|
Z. |
filwaqt li hija konxja li ċerti stati ta' l-ACP u ta' l-UE bħar-Rwanda, l-Iżvezja, l-Afrika t'Isfel, l-Uganda u oħrajn li kisbu r-rappreżentanza ta' 30 % nisa fil-Parlamenti nazzjonali rnexxielhom jagħmlu dan billi istituzzjonalizzaw forom differenti ta' azzjonijiet affermattivi favur in-nisa, |
|
AA. |
filwaqt li hija konvinta li hemm bżonn urġenti li jiġu istituzzjonalizzati l-edukazzjoni ċivika, it-taħriġ u l-kuxjenza pubblika għall-kandidati, il-votanti u l-persuni inkarigati mill-elezzjoni, |
|
AB. |
billi tikkunsidra li hemm bżonn li l-gvernijiet nazzjonali jistabbilixxu l-iffinanzjar pubbliku għall-partiti politiċi sabiex tiġi evitata d-dipendenza fuq l-influwenza esterna, u sabiex jiġi evitat li dawk il-partiti li jiddependu minn sorsi esterni jkunu jistgħu jeżerċitaw influwenza favur l-interessi tagħhom f'pajjiżi bħal dawn u jħeġġu l-korruzzjoni, |
|
AC. |
filwaqt li tirrikonoxxi li t-twaqqif u l-appoġġ għal oqfsa istituzzjonali li jippromwovu d-demokrazija, il-governanza tajba, il-paċi u s-sigurtà, ir-responsabilità u d-drittijiet tal-bniedem huma s-soluzzjoni biex itejbu l-elezzjonijiet u sabiex il-proċessi elettorali jkunu ħielsa u ġusti, |
|
AD. |
filwaqt li tinnota li f'numru ta' Stati ta' l-ACP, il-partiti ta' l-oppożizzjoni, b'modi differenti, mhux qed jitħallew joperaw liberament meta jiġu biex idaħħlu membri ġodda u biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tal-libertà ta' l-għaqda, ta' l-assoċjazzjoni, u ta' l-espressjoni, |
Il-prinċipji u l-prattika tad-demokrazija
|
1. |
Tistieden lill-istati biex jirrikonoxxu l-importanza ta' l-elezzjonijiet li jsiru b'vot sigriet u fuq il-bażi ta' vot universali bħala wieħed mill-prinċipji li jiggarantixxu d-demokrazija u biex jifhmu li l-elezzjonijiet ħielsa u ġusti u l-istituzzjonijiet nazzjonali leġittimi huma prerekwiżiti għad-demokrazija; |
|
2. |
Tafferma li fl-istrumenti legali internazzjonali u reġjunali jeżistu prinċipji u standards demokratiċi universali li għandhom ikunu prinċipju ta' gwida għall-istati sabiex jikkonformaw magħhom waqt li jwaqqfu istituzzjonijiet u oqfsa demokratiċi; |
|
3. |
Tħeġġeġ lill-gvernijiet li għadhom qed jiġu ffurmati sabiex jiżguraw kompetizzjoni ġusta bejn il-partiti u l-gruppi politiċi biex l-elezzjonijiet ikunu jistgħu jiksbu standards internazzjonali; tenfasizza l-bżonn li jiġu evitati modifikazzjonijiet ta' l-aħħar minuta tas-sistema elettorali bħall-bidla tal-proċess jew l-ingassar ta' votanti mil-lista; |
|
4. |
Tistieden lill-istati biex iħaddmu sistema politika — kemm jekk tkun ta' rappreżentanza pluralistika/ta' maġġoranza, proporzjonali jew imħallta — li tirriffletti l-ambjent storiku u kulturali tagħhom u li tindirizza l-prinċipji fundamentali tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini kollha fil-governanza demokratika; |
|
5. |
Tistieden lill-istati biex iħaddmu struttura ta' tmexxija elettorali mibnija fuq mudell indipendenti li jirrikonoxxi l-iżvilupp storiku u kulturali ta' l-istat ikkonċernat u li jista' jiżgura elezzjonijiet ħielsa u ġusti; tenfasizza li l-korp ta' tmexxija elettorali għandu jkun ħieles minn preġudizzju governattiv u jħaddem uffiċjali indipendenti u newtrali; |
|
6. |
Tenfasizza li, fuq in-naħa l-waħda, il-miżuri li jevitaw l-eżerċitar qarrieqi tad-dritt għall-votazzjoni u frodi elettorali, u, fuq in-naħa l-oħra, l-organizzazzjoni, ibbażata fuq livell raġonevoli ta' xogħol amministrattiv, tal-proċedura l-iktar sempliċi, ċara u diretta kemm jista' jkun li tiggarantixxi l-inklużjoni ta' kull persuna eliġibbli għall-votazzjoni fil-lista elettorali, huma ċentrali għall-proċess ta' tħejjija għall-elezzjoni; |
|
7. |
Tenfasizza li, fuq in-naħa l-waħda, il-miżuri li jiżguraw li n-nies ma jkollhomx jiffaċċjaw ostakli jew repressjoni meta jitfgħu l-voti tagħhom, u, fuq in-naħa l-oħra, ir-rekwiżit li jiżgura li l-għadd ma jkunx immanipulat bl-ebda mod u li l-proċess li jiddetermina r-riżultat ikun wieħed trasparenti u aċċessibbli mill-pubbliku f'kull stadju, huma ċentrali għall-proċess elettorali; |
|
8. |
Tenfasizza li miżuri meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi jew minn terzi persuni bil-ħsieb li jiġu influwenzati t-tħejjija, il-kondotta u s-segwitu ta' elezzjoni jew biex ikunu ffalsifikati r-riżultati, għandhom jagħtu lok għal penali legali kriminali adattati; |
|
9. |
Tħeġġeġ lill-istati kollha biex ikomplu jsaħħu l-irwol tan-nisa fix-xena politika, bħala votanti u bħala kandidati, permezz ta' kwoti u inċentivi volontarji u kostituzzjonali skond is-sess, sabiex in-nisa jsiru kandidati; |
|
10. |
Tħeġġeġ lill-gvernijiet sabiex iwaqqfu sistema legali li tippermetti midja indipendenti, libera u bbilanċjata billi jiżguraw li l-istat ma jkollux pożizzjoni ta' monopolju jew pożizzjoni dominanti u billi jinkoraġġixxu varjetà wiesgħa ta' midja privata li ma tkunx iddominata minn grupp jew minn individwu wieħed; |
|
11. |
Tistieden lill-awtoritajiet politiċi sabiex jipprovdu informazzjoni oġġettiva dwar l-elezzjonijiet, pereżempju dwar il-proċedura ta' reġistrazzjoni, is-sistemi elettorali, il-ħinijiet tal-ftuħ tal-postijiet tal-votazzjoni u l-partiti u l-kandidati li se jikkompetu, permezz tal-midja tal-massa, partikularment fuq it-televiżjoni u fuq kollox fuq ir-radju għax anki dawk il-persuni illitterati, u abitanti f'żoni mwarrba, jistgħu jintlaħqu permezz tar-radju; tikkunsidra importanti wkoll li din l-informazzjoni tkun imxandra fil-lingwi lokali u reġjunali; |
|
12. |
Tistieden lill-gvernijiet biex jirrikonoxxu l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, partikularment dawk li huma marbutin mal-libertà ta' l-espressjoni u ta' l-għaqda u mal-promozzjoni tad-drittijiet ta' l-oppożizzjoni li tipparteċipa b'mod sinifikattiv fil-proċessi ta' l-elezzjoni; |
|
13. |
Tħeġġeġ lill-istati sabiex jipprovdu trattament indaqs u ugwaljanza politika taċ-ċittadini (speċifikatament dawk il-gruppi li tradizzjonalment jiġu emarġinati jew xi minoranza) u sabiex jipprovdu taħriġ sħiħ u universali marbut ma' l-elezzjonijiet; |
|
14. |
Tħeġġeġ lill-istati biex iwaqqfu mekkaniżmi legali sabiex jipproteġu l-parteċipazzjoni effettiva ta' l-oppożizzjoni u li tippermettilhom jimmobilizzaw u jxerrdu l-politiki alternattivi tagħhom liberament ħalli titrawwem il-kompetizzjoni politika; |
Id-Demokrazija u l-Govenanza Tajba
|
15. |
Tħeġġeġ lill-Istati ta' l-ACP u ta' l-UE biex jistabbilixxu politiki nazzjonali bbażati fuq ir-rispett għall-valuri, il-prinċipji u l-istandards tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, li jkunu mmirati għall-bini ta' l-istat tad-dritt, biex jiżguraw it-trasparenza fil-proċessi elettorali, biex isaħħu l-effiċjenza tas-servizzi legali u tas-sigurtà u biex jiġġieldu l-politiki diskriminatorji ta' l-esklużjoni u tal-vjolenza waqt l-elezzjonijiet; |
|
16. |
Tistieden lill-Istati ta' l-ACP u ta' l-UE biex jintegraw il-perspettiva tas-sessi fil-politiki nazzjonali bl-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jistabbilixxu azzjoni affermattiva (fi kwota) favur in-nisa u li jaċċertaw li mekkaniżmi ta' azzjonijiet affermattivi bħal dawn ikunu kapaċi jiżguraw minimu ta' 30 % ta' rappreżentanza tan-nisa f'pożizzjonijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet; |
|
17. |
Tistieden lill-istati sabiex jiżguraw li l-liġijiet dwar il-partiti politiċi jindirizzaw l-element kruċjali ta' l-inklużjoni tan-nisa fil-listi ta' l-elezzjonijiet tal-partiti, kif ukoll li jippromwovu d-demokrazija fi ħdan dawn il-partiti billi jistipulaw rekwiżiti ċari, u sabiex jiżguraw li n-nisa b'riżorsi materjali limitati jingħataw appoġġ speċjali għall-kampanji elettorali tagħhom sabiex huma jkunu jistgħu jikkompetu fuq l-istess livell ma' l-avversarji maskili tagħhom li ġeneralment ikunu f'qagħda aħjar; |
|
18. |
Tħeġġeġ lill-istati sabiex iwaqqfu korp elettorali li jkun kostituzzjonalment indipendenti, li ma jkunx suġġett għal tmexxija jew kontroll minn l-ebda awtorità, li jkun responsabbli li jorganizza, imexxi u jissorvelja l-elezzjonijiet; li jkun responsabbli mid-demarkazzjoni tal-kostitwenzi; il-ġbir, iż-żamma, ir-reviżjoni u l-aġġornament tar-reġistru tal-votanti; is-smigħ u d-deċiżjonijiet fuq l-ilmenti dwar l-elezzjonijiet li jinħolqu qabel u waqt il-votazzjoni u l-ħolqien u t-tmexxija ta' programmi edukattivi għall-votanti marbutin ma' l-elezzjonijiet, fost funzjonijiet oħra; |
|
19. |
Tistieden lill-Istati ta' l-ACP biex jimponu penali stretti għall-użu ħażin ta' fondi għall-kampanji, l-użu inġust ta' wegħdiet elettorali bil-għan li tiġi influwenzata sostanzjalment elezzjoni, ix-xiri ta' voti, it-theddid ta' vjolenza kontra persuni li biħsiebhom jivvutaw għal kandidat ta' l-oppożizzjoni u l-frodi elettorali; |
|
20. |
Tistieden lill-pajjiżi ta' l-ACP biex iwaqqfu qafas nazzjonali għall-iffinanzjar tal-partiti politiċi kollha bbażat fuq rappreżentanza proporzjonali tal-partiti fl-assemblea nazzjonali kif jiġi pprattikat fl-Afrika t'Isfel, fin-Nambja, fis-Seychelles u tkompli tħeġġeġ lill-Istati ta' l-ACP sabiex ifasslu liġijiet li jipprojbixxu l-iffinanzjar estern tal-partiti politiċi; |
L-Importanza taċ-Ċiklu Elettorali
|
21. |
Tenfasizza li elezzjoni ma jistax ikollha suċċess mingħajr ma tingħata biżżejjed attenzjoni għat-tliet stadji tal-proċess elettorali — il-perjodu ta' qabel l-elezzjoni, il-perjodu ta' waqt l-elezzjoni u l-perjodu ta' wara l-elezzjoni — għaliex kull stadju huwa kruċjali fih innifsu u hekk għandu jiġi kkunsidrat; |
|
22. |
Tħeġġeġ lill-istati kollha biex jippreparaw bis-sħiħ għall-elezzjonijiet permezz ta' korp elettorali tat-tmexxija li jsaħħaħ il-libertà ta' l-espressjoni kif ukoll il-libertà biex il-partiti jkunu jistgħu jimmobilizzaw u jdaħħlu membri ġodda; |
|
23. |
Titlob li r-reġistrazzjoni tal-votanti ssir b'tali mod li jkun trasparenti u tinvolvi liċ-ċittadini kollha u tipprovdi għal edukazzjoni fuq skala wiesgħa tal-votant; u titlob li l-lista tal-votanti titlesta fil-ħin sabiex iċ-ċittadini kollha jkunu jafu bir-reġistrazzjoni tagħhom u sabiex ikun hemm biżżejjed ħin għall-kontestazzjoni qabel ma ċ-ċittadini jitfgħu l-vot tagħhom; |
|
24. |
Tistieden lill-korpi elettorali tat-tmexxija sabiex jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jiżguraw li l-ġurnata ta' l-elezzjoni tkun ġusta u sigura, permezz ta' aċċessibilità sħiħa għall-postijiet tal-votazzjoni u billi l-għadd u l-kalkolu tar-riżultati jkunu trasparenti; |
|
25. |
Tħeġġeġ lill-kandidati u lill-partiti biex jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex jevitaw il-vjolenza u l-intimidazzjoni; |
|
26. |
Tenfasizza l-bżonn li l-osservaturi ta' l-elezzjoni jsegwu l-Kodiċi ta' Kondotta għall-Osservazzjoni Internazzjonali ta' l-Elezzjonijiet (li ġie ffirmat fin-NU f'Ottubru 2005) u biex ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom jiġu kkunsidrati bis-serjetà mill-istati li jistidnuhom għall-osservazzjoni; |
|
27. |
Tistieden lill-istati kollha sabiex jintroduċu regoli bil-għan li jagħmlu l-proċess elettorali trasparenti kemm jista' jkun u biex jippromwovu u jappoġġjaw il-preżenza ta' osservaturi domestiċi newtrali minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma awtorizzati, permezz ta' proċedura ta' akkreditazzjoni, li jkollhom aċċess għall-postijiet tal-votazzjoni, ikunu preżenti matul il-proċess kollu tal-votazzjoni, mill-ftuħ tal-postijiet tal-votazzjoni sa tmiem l-għadd u jagħtu evalwazzjoni tal-proċedura, u dan għandu jsir b'mod li juru newtralità politika stretta; |
|
28. |
Tistieden lill-Istati ta' l-ACP biex jippermettu wkoll li r-rappreżentanti akkreditati tal-partit ikollhom aċċess liberu għall-postijiet tal-votazzjoni, minn meta jiftħu sa meta jagħlqu u matul l-għadd; tali rappreżentanti huma meħtieġa li jaġixxu b'imparzjalità assoluta u li ma jwettqux kampanji f'isem il-partiti tagħhom; tħaddan l-opinjoni li l-osservazzjoni minn forzi politiċi avversarji tnaqqas sostanzjalment ir-riskju ta' abbużi u frodi; |
|
29. |
Tenfasizza l-ħtieġa li jinħatru osservaturi ta' l-elezzjoni mill-JPA (Assemblea Parlamentari Konġunta) fuq il-bażi ta' rappreżentanza ugwali ta' l-Istati ta' l-ACP u ta' l-EU u biex dawn jintbagħtu fl-Istati kollha ta' l-ACP li fihom l-Unjoni Ewropea qiegħda tappoġġja proċess demokratiku, u tenfasizza l-importanza li jintbagħtu dawn id-delegazzjonijiet ta' osservazzjoni ta' l-elezzjoni fuq bażi deċentralizzata f'diversi bliet u reġjuni sabiex jiksbu stampa ddettaljata u kemm jista' jkun ċara ta' x'qed jiġri; |
|
30. |
Tikkunsidra li huwa essenzjali li l-osservaturi ta' l-elezzjoni jingħataw sfond dettaljat dwar il-pajjiż ikkonċernat u dwar il-qagħda politika u soċjali tiegħu u li jivvjaġġaw lejn il-pajjiż fi żmien opportun sabiex ikunu jistgħu jsiru jafu iktar dwar il-pajjiż fuq il-post u sabiex isiru jafu iktar iż-żona li għaliha huma responsabbli, u li għandhom iħallu l-pajjiż biss ladarba jkun possibbli li jkun previst ir-riżultat ta' l-elezzjoni; f'dak il-waqt biss ikun possibbli tingħata evalwazzjoni affidabbli; |
|
31. |
Tħeħħeġ biex il-liġijiet elettorali nazzjonali kollha jippermettu li jsiru protesti u lmenti dwar l-elezzjonijiet li jiġu indirizzati b'mekkaniżmi effettivi permezz ta' ġudikatura indipendenti u sabiex jirrikonoxxu l-importanza tal-perjodu ta' wara l-elezzjoni; |
|
32. |
Titlob li jiġi pprovdut appoġġ għal wara l-elezzjoni li jilħaq l-istandards internazzjonali u reġjunali, lill-gvern li jitla' permezz ta' elezzjonijiet leġittimi u titlob li jittieħdu passi iebsa kontra gvernijiet li ma jieħdux is-setgħa b'riżultat ta' elezzjonijiet ħielsa u ġusti; |
|
33. |
Tistieden lill-komunità internazzjonali tad-donaturi, u b'mod partikulari lill-Kummissjoni Ewropea, sabiex torganizza l-appoġġ ta' wara l-elezzjoni sabiex jissaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi li jkunu għadhom kif ġew eletti, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u l-parteċipanti interessati mhux statali (NSA) partikularment sabiex tiġi kkontrollata l-implimentazzjoni tad-demokrazija fil-pajjiż; |
Il-Paċi u s-Sigurtà
|
34. |
Tistieden lill-pajjiżi ta' l-ACP u ta' l-UE sabiex jiżguraw li d-diżarm, id-demobilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid ta' ex-kombattenti u milizzji tkun prijorità għolja fil-programmi ta' rikostruzzjoni ta' wara l-kunflitt sabiex jiġi żgurat li l-perjodu li jwassal għal riformi demokratiċi biex issir elezzjoni jkun sigur u ħieles mill-vjolenza; |
|
35. |
Tistieden lill-istati, u b'mod partikulari lill-istati ta' l-ACP u ta' l-UE, sabiex jappoġġjaw u jsaħħu l-implimentazzjoni u l-immonitorjar tal-Protokoll ta' Najrobi dwar l-Armi u l-Armamenti Żgħar sabiex jiżguraw li dawn ma jsirux armi li jintużaw għall-intimidazzjoni ta' l-avversarji u tal-votanti waqt il-perjodu ta' l-elezzjoni; |
|
36. |
Tħeġġeġ lill-Istati ta' l-ACP u ta' l-UE biex jistabbilixxu mekkaniżmi li jiżguraw li l-istati li jkunu ħerġin minn kunflitt bħar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, ir-Rwanda, is-Sjerra Leone, il-Liberja eċċ, jiġu appoġġjati billi jintbagħtu gwardjani tal-paċi meta jkunu se jsiru l-elezzjonijiet u wara, sabiex jikkonsolidaw il-paċi u s-sigurtà waqt li jkunu qegħdin isiru r-riformi demokratiċi f'pajjiżi bħal dawn; |
Is-sħubija ACP-UE
|
37. |
Tistieden lill-UE sabiex toħloq punt fokali minn fejn tikkoordina l-appoġġ għad-demokratizzazzjoni u l-għajnuna/l-osservanza ta' l-elezzjonijiet; tħeġġeġ lill-UE biex titkellem b'vuċi waħda dwar kwistjonijiet marbuta mad-demokrazija u l-elezzjonijiet; |
|
38. |
Tirrakkomanda li t-tliet istituzzjonijiet ta' l-UE flimkien jiddefinixxu l-irwoli definiti u kumplimentari għal kull waħda minnhom, fil-qasam tad-demokrazija u fl-għajnuna/fl-osservanza ta' l-elezzjonijiet, li jkunu jistgħu jimmassimizzaw l-effiċjenza u l-kapaċità ta' l-UE; |
|
39. |
Tirrikonoxxi l-importanza tad-demokrazija għall-prevenzjoni ta' kunflitti vjolenti u għas-suċċess ta' l-iżvilupp ekonomiku fit-tul; |
|
40. |
Tirrikonoxxi x-xogħol magħmul mill-Kummissjoni Ewropea fil-proċess ta' l-osservanza ta' l-elezzjonijiet u tenfasizza l-irwol importanti tal-Membri tal-PE fid-delegazzjonijiet ta' l-UE għall-osservanza ta' l-elezzjonijiet u tesprimi r-rieda li tkompli għaddejja l-koperazzjoni li diġà ġiet stabbilita; |
|
41. |
Tenfasizza l-importanza ta' koerenza ċara fil-politika tal-KE fir-rigward tal-proċess elettorali flimkien mal-kontinwità u l-armonizzazzjoni ta' l-osservanza u l-għajnuna fl-elezzjonijiet sabiex jiġi żgurat ir-rispett għaċ-ċiklu elettorali; |
|
42. |
Tistieden lill-Istati Membri ta' l-UE u ta' l-ACP biex jaħdmu flimkien u jsaħħu l-koperazzjoni fil-qasam ta' l-iżvilupp tad-demokrazija u l-proċessi elettorali; tirrakkomanda aktar missjonijiet konġunti ta' l-ACP-UE, speċjalment fil-qasam tad-demokratizzazzjoni; |
|
43. |
Tħeġġeġ lill-Istati ta' l-UE u ta' l-ACP biex jappoġġjaw il-kollaborazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, ma' parteċipanti interessati mhux statali, ma' NGOs, mas-soċjetà ċivili, ma' l-awtoritajiet lokali, u ma' movimenti tal-bażi sabiex jitjieb u jissaħħaħ l-appoġġ għall-governanza demokratika; |
|
44. |
Tistieden lill-istati biex jimpenjaw ruħhom fil-bini tal-kapaċitajiet u fit-taħriġ ta' l-amministraturi elettorali u parlamentari u kif ukoll fl-appoġġ u t-tisħiħ tal-partiti politiċi; |
|
45. |
Tħeġġeġ ir-rispett u l-garanzija ta' aċċess indaqs għall-votazzjoni u għad-drittijiet ċivili/politiċi tal-gruppi żvantaġġjati u emarġinati, bħalma huma l-persuni b'diżabilità, il-minoranzi etniċi u politiċi u l-persuni spustjati; |
L-irwol tas-Soċjetà Ċivili
|
46. |
Tirrakkomanda li inizjattivi ta' taħriġ ta' livell għoli mmirati lejn is-soċjetà ċivili, il-parlamenti nazzjonali, il-Parlament Pan-Afrikan (PAP) u l-istaff elettorali amministrattiv li għandhom jitwettqu sew qabel iż-żmien, fuq bażi permanenti u mhux biss qabel iż-żmien ta' l-elezzjoni; |
|
47. |
Tħeġġeġ lill-istati sabiex jappoġġjaw approċċ sostenibbli li tiġi mtejba l-kapaċità domestika għall-amministrazzjoni tal-proċessi elettorali u tiġi kkonsolidata d-demokratizzazzjoni; |
|
48. |
Tħeġġeġ lill-istati biex josservaw il-proċessi elettorali kull meta jeżistu l-kundizzjonijiet biex tissejjaħ elezzjoni ġenerali u kull meta l-pajjiżi kkonċernati jitolbu din l-osservanza bħala mezz ta' kif jiżguraw in-natura ħielsa u ġusta tagħhom u sabiex jippromwovu inizjattivi ta' għajnuna elettorali permezz ta' ppjanar aħjar u l-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet; |
|
49. |
Tagħti istruzzjonijiet lill-Ko-presidenti tagħha biex jgħaddu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill tal-Ministri ta' l-ACP-UE, lill-Kummissjoni ta' l-Unjoni Afrikana, lill-Parlament PanAfrikan u lill-parlamenti nazzjonali u reġjunali, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Presidenza tal-Kunsill u lill-Unjoni Afrikana. |
(1) Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta ta' l-ACP-UE fit-22 ta' Novembru 2007 f'Kigali (ir-Rwanda).
(2) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(3) ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.
(4) ĠU C 131E, 5.6.2003, p. 147.
(5) ĠU C 343, 5.12.2001, p. 270.
RIŻOLUZZJONI (1)
dwar l-impatt ta' l-investimenti diretti barranin fl-Istati ta' l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku
L-Assemblea Parlamentari Konġunta ta' l-ACP-UE,
|
— |
f'laqgħa f'Kigali (ir-Rwanda) mid-19 sat-22 ta' Novembru 2007, |
|
— |
wara li kkunsidrat l-Artikolu 17(1) tar-Regoli ta' Proċedura tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidrat l-għanijiet tal-Ftehima ta' Sħubija ACP-UE (2), iffirmata f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 fil-qasam ta' l-appoġġ għall-iżvilupp ta' l-investimenti u s-settur privat, u l-kummerċ, |
|
— |
wara li kkunsidrat il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD), ir-Rapporti dwar l-Investiment Dinji ta' l-2005 u l-2006, u r-Rapport tagħha dwar l-Iżvilupp Ekonomiku fl-Afrika: Jerġa' jitqies l-Irwol ta' l-Investimenti (2006) [Economic Development in Africa: Rethinking of the Role of Investment (2006)], |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-rapporti ta' l-Istħarriġ dwar l-Investitur Barrani fl-Afrika għall-2005 u l-2006 ta' l-Organizzazzjoni Industrijali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNIDO), |
|
— |
wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni ta' Cape Town tagħha tal-21 ta' Marzu 2002 dwar in-negozjati għall-ġejjieni ta' arranġamenti kummerċjali ġodda, |
|
— |
wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni tan-NU (2000) dwar il-Miri għall-Iżvilupp għall-Millenju (MDGs) u l-impenn biex jingħeleb il-faqar, |
|
— |
wara li kkunsidrat l-impenji tal-komunità internazzjonali li ttieħdu matul il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Finanzi għall-Iżvilupp (Monterrey, 2002), partikularment dwar il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi internazzjonali u t-tisħiħ tal-fluss nett tar-riżorsi finanzjarji u l-koperazzjoni teknika għall-iżvilupp, inter alia sabiex jinkisbu l-MDGs, |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ tagħha (ACP-EU/100.126/07/fin.), |
|
A. |
billi l-FDI għandhom rwol importanti fil-proċess ta' żvilupp tal-pajjiżi li qed jibbenefikaw, partikularment billi jipprovdu kemm il-kapital kif ukoll it-teknoloġija, u b'hekk jintroduċu ħiliet ġodda, għarfien u aċċess għas-suq li jikkontribwixxi għall-użu tar-riżorsi b'iktar effiċjenza u għaż-żieda fil-produttività, |
|
B. |
billi l-fluss tal-kapital privat għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw kompla jiżdied matul dawn l-aħħar snin u b'hekk dan il-fatt kompla żied fl-importanza tiegħu bħala sors ta' ffinanzjar li jista' jitqabbel ma' l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA), |
|
C. |
billi l-FDI itejbu t-tkabbir billi jinkorporaw kontribuzzjonijiet u teknoloġiji ġodda fil-proċess ta' produzzjoni tal-pajjiż li qed jibbenefika u jistgħu jtejbu l-kapaċitajiet tal-provvista ta' l-Istati ta' l-ACP u jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' network dinamiku ta' investimenti u esportazzjonijiet li jkun jista' jgħin lil dawn il-pajjiżi biex jiksbu l-għanijiet tagħhom għat-tkabbir ekonomiku u għall-iżvilupp, inklużi l-MDGs, |
|
D. |
temmen illi l-FDI jista' jkollhom irwol importanti fit-trasformazzjoni ta' l-ekonomiji Afrikani, iżda li l-impatt jiddependi kemm fuq il-kwalità u kif ukoll fuq il-kwantità; tenfasizza li l-isfida għar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika hija li jibda jsir ħsieb kritiku dwar kif għandhom jiġi attirat u rregolat it-tip ta' FDI li se jappoġġja tkabbir ġust, li se joħloq l-impjiegi u li se jaġġorna l-industrija lokali, |
|
E. |
konxja mill-ostakli għall-flussi ta' l-FDI li jvarjaw ħafna minn reġjun għal ieħor ta' l-ACP u fir-reġjuni nnifishom, inklużi, inter alia, kwistjonijiet bażiċi ta' governanza, il-qafas legali u l-kuntest korporattiv, is-saħħa ta' l-istituzzjonijiet, il-livell ta' intermedjazzjoni finanzjarja, u fatturi tal-post bħalma huma t-trasport u l-infrastruttura, l-edukazzjoni, id-disponibilità ta' ħaddiema tas-sengħa u s-saħħa, |
|
F. |
billi bosta ekonomiji tal-pajjiżi ta' l-ACP għandhom leġiżlazzjoni stabbilità li toffri firxa wiesgħa ta' garanziji u opportunitajiet għall-investituri barranin, inklużi restrizzjonijiet imnaqqsa fuq is-sjieda ta' l-art u l-beni immobbli u restrizzjonijiet fuq l-iskambju biex b'hekk id-dritt ta' l-investituri barranin li jieħdu f'pajjiżhom il-kapital u l-profitti, ikun iggarantit, |
|
G. |
billi ħafna mill-ekonomiji tal-pajjiżi ta' l-ACP ħarġu leġiżlazzjoni li tippermetti lill-investituri barranin jipparteċipaw fi programmi ta' privatizzazzjoni u li joffru inċentivi fiskali ġenerużi, |
|
H. |
billi l-pajjiżi ta' l-ACP ikkonkludew 210 trattat bilaterali dwar l-investimenti (TBI) ma' Stati Membri ta' l-UE u qegħdin ukoll ikomplu jagħmlu hekk anki ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw, |
|
I. |
billi d-disponibilità ta' riżorsi finanzjarji addizzjonali, inklużi flussi ikbar ta' FDI u opportunitajiet kummerċjali, hija ta' importanza konsiderevoli għall-istabilità ekonomika u soċjali u għall-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi ta' l-ACP, |
Is-Sinifikat ta' l-Investimenti Diretti Barranin (FDI)
|
1. |
Tikkunsidra li, fid-dawl ta' riżorsi inadegwati għall-iffinanzjar ta' żvilupp fit-tul u peress li qed jidher dejjem iktar diffiċli li jintlaħqu l-MDGs sa l-2015, il-bżonn li jiġu attirati FDI kiseb post prominenti fl-istrateġiji ta' tiġdid ekonomiku; |
|
2. |
Tenfasizza l-bżonn li jingħata appoġġ lill-pajjiżi ta' l-ACP li qegħdin jippruvaw jattiraw flussi ikbar ta' FDI u trasferiment ta' tekonoloġija adattata għat-tisħiħ ta' l-iżvilupp u l-kompetittività tagħhom; |
|
3. |
Tikkunsidra li l-politiki li jattiraw l-FDI għandhom jiġu riveduti u li l-perspettiva ta' l-effikaċja ekonomika għandha titqies serjament, inklużi d-degradazzjoni ta' l-ambjent, u kif ukoll il-problemi soċjali u l-kontribuzzjoni għall-għanijiet ta' l-iżvilupp sostenibbli ta' l-ekonomija nazzjonali; |
Il-Kuntest Korporattiv
|
4. |
Tafferma mill-ġdid ir-responsabilità prinċipali tal-pajjiżi ta' l-ACP għall-iżvilupp tagħhom u l-importanza kruċjali tas-sjieda nazzjonali ta' l-isforz għall-iżvilupp, inklużi stabilità makroekonomika sostenibbli u l-kuntest tan-negozju; |
|
5. |
Tenfasizza l-importanza kritika tal-fatturi tal-post bħalma huma l-infrastruttura ekonomika u soċjali, il-kuntest tan-negozju, il-kundizzjonijiet tas-suq lokali, id-disponibilità tar-riżorsi, l-inizjattivi pro-attivi għall-promozzjoni ta' l-investiment u d-disponibilità ta' l-assi, meta jkunu qegħdin jiġu influwenzati d-deċiżjonijiet għall-investiment fil-pajjiż li se jibbenifika; |
|
6. |
Tilqa' b'sodisfazzjon l-attenzjoni ikbar li qed tingħata lit-tisħiħ tal-governanza u t-trasparenza bil-għan li jkun żgurat li l-benefiċċji jilħqu lill-foqra; |
|
7. |
Tenfasizza li ħafna pajjiżi ta' l-ACP għadhom jeħtieġu spinta kbira fl-investiment pubbliku biex jingħelbu l-ispejjeż għalja għat-trasport fir-reġjun, is-swieq ġeneralment żgħar, l-agrikultura bi produttività baxxa, il-kundizzjonijiet agroklimatiċi diffiċli, il-piż kbir li qed joħloq il-mard u t-tixrid ta' teknoloġija minn pajjiżi barranin li qed jieħu fit-tul; |
Il-Promozzjoni ta' l-FDI Ewropej
|
8. |
Tirrokonoxxi li dak li jħeġġeġ lill-pajjiż li se jibbenifika — il-fatturi li jiġbdu — u l-koperazzjoni reġjunali jistgħu jwasslu għal stabilità finanzjarja ikbar, koordinazzjoni aħjar tal-politika, ippjannar imtejjeb ta' l-infrastruttura u disinn iktar dinamiku ta' l-iżvilupp industrijali, li jistgħu jikkontribwixxu għal kuntest ta' l-investiment iktar favorevoli kemm għal intrapriżi domestiċi u kif ukoll għal dawk barranin; |
|
9. |
Tistieden lill-pajjiżi ta' l-ACP sabiex ikomplu jiprofondixxu progressivament l-inizjattivi ta' integrazzjoni reġjunali rispettivi tagħhom u d-diviżjoni tax-xogħol; |
|
10. |
Tenfasizza l-importanza kritika ta' dak li jħeġġeġ il-pajjiż ta' l-oriġini — il-fatturi li jimbuttaw — li jinkludu, inter alia, il-kundizzjonijiet tas-suq u tal-kummerċ, il-kundizzjonijiet tan-negozju u l-politiki tal-gvern lokali; |
|
11. |
Tistieden lill-Istati Membri ta' l-UE u lill-Kummissjoni Ewropea sabiex iżommu standard għoli ta' mmonitorjar u vverifikar tal-Kumpaniji Transnazzjonali Ewropej (TNCs), partikularment f'setturi sensittivi, tqis li huma responsabbli għal standards ogħla ta' responsabilità korporattiva, billi jaqsmu l-informazzjoni miġbura ma' min ifassal il-politika fil-pajjiż li se jibbenifika, u billi jfasslu miżuri dixxiplinarji u skemi ta' kumpens fejn ikun hemm evidenza ċara ta' dannu għall-ekonomija li se tibbenifika; |
|
12. |
Tistieden lill-Istati Membri ta' l-UE sabiex jaqblu fuq qafas kollettiv għall-promozzjoni ta' l-opportunitajiet ta' investiment fil-pajjiżi ta' l-ACP; barra minn hekk, sabiex jinkuraġġixxu l-estensjoni tat-trattati bilaterali dwar l-investimenti (BITs) lilhinn mill-konċentrazzjoni attwali fuq il-Ġermanja, ir-Renju Unit, il-Belġju, Franza u l-Olanda; |
|
13. |
Tistieden lill-Istati Membri ta' l-UE sabiex, urġentement, jaqblu dwar qafas kollettiv ta' miżuri innovattivi għall-promozzjoni ta' l-investiment li jinkludi, inter alia, opportunità ta' inċentivi finanzjarji tanġibbli u inċentivi oħrajn għall-intrapriżi u l-istituzzjonijiet tagħhom biex jitrasferixxu t-teknoloġija lill-pajjiżi ta' l-ACP, u li jipprovdi krediti fiskali lill-kumpaniji li jinvestu fil-pajjiżi ta' l-ACP; madankollu, tenfasizza li dan ma jistax jissostitwixxi l-iffinanzjar għall-iżvilupp, u iktar minn hekk, l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) iktar prevedibbli; |
|
14. |
Tenfasizza l-ħtieġa li jiġi analizzat kif l-FDI jikkollegaw ma' l-investimenti lokali u l-ħtieġa għal diskussjoni strutturata dwar kif għandha ssir promozzjoni tar-rabtiet bejn il-Kumpaniji Transnazzjonali (TNC) u l-intrapriżi lokali, inkluża l-ħtieġa li jitħaddan djalogu pubbliku/privat biex jitneħħew l-ostakli ewlenin għall-investimenti; |
|
15. |
Tinsab imħassba dwar in-nuqqas ta' informazzjoni dwar l-implikazzjonijiet nazzjonali u reġjunali ta' l-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet dwar investimenti fil-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (EPAs); |
|
16. |
Titlob lill-Kummissjoni Ewropea biex darba fis-sena żżommha infurmata dwar is-sehem ta' l-FDI li joriġina mill-UE meta mqabbel ma' l-FDI minn partijiet oħra tad-dinja; |
L-Użu ta' l-istrumenti tal-Ftehima ta' Cotonou għall-promozzjoni ta' l-FDI
|
17. |
Tħeġġeġ lill-Bank Ewropew għall-Investiment biex isaħħaħ u jtejjeb ir-rendiment tal-Faċilità ta' Investiment sabiex l-istrument isir riżorsa vijabbli għas-settur privat fil-pajjiżi ta' l-ACP; |
|
18. |
Tħeġġeġ lill-Partijiet għall-Ftehima ta' Cotonou sabiex jassenjaw mandat ta' promozzjoni għall-investiment lill-Faċilità ta' Investiment, partikularment billi din il-faċilità ssir strument għall-promozzjoni ta' ħidma konġunta, flimkien mal-mandat attwali tagħha; |
|
19. |
Tħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Partijiet għall-Ftehima ta' Cotonou sabiex jistabbilixxu, fi ħdan l-għaxar EDF (Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp), l-Aġenzija għall-Garanzija ta' l-Investiment għall-ACP li tkun iffinanzjata b'mod xieraq, kif stipulat fl-Artikolu 77(4) tal-Ftehima ta' Cotonou; |
|
20. |
Tenfasizza l-ħtieġa urġenti li l-irwol u l-mandat ta' l-istituzzjonijiet konġunti ta' l-ACP-UE — iċ-Ċentru għall-Iżvilupp ta' l-Intrapriżi u ċ-Ċentru Tekniku għall-Agrikultura u l-Koperazzjoni Rurali — jiġu ddefiniti mill-ġdid bil-għan li jiġu fdati bil-mandati tal-promozzjoni favur l-investiment b'mira speċifika b'finanzjar addizzjonali proporzjonat; |
|
21. |
Tistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri ta' l-UE biex iżidu l-livell ta' appoġġ finanzjarju u tekniku għall-aġenziji għall-promozzjoni ta' l-investiment nazzjonali u reġjunali (API) u dan għandu jinkludi li jingħatalhom mandat espliċitu ta' 'investiment 'il barra'; |
|
22. |
Tenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati, b'mod speċjali fil-qafas tal-koperazzjoni bejn l-ACP u l-UE, id-defiċits strutturali li qed jiffaċċjaw il-pajjiżi ta' l-ACP meta qed jattiraw u jżommu l-flussi ta' l-FDI; tħeġġeġ lill-partijiet kollha għall-Ftehima ta' Cotonou sabiex jitfgħu enfażi speċjali fuq il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi għall-iżvilupp infrastrutturali, l-investimenti soċjali u ekonomiċi u l-governanza tajba; |
|
23. |
Tenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li ż-żieda mistennija fil-flussi ta' l-FDI fl-Istati ta' l-ACP, partikularment fir-riżorsi naturali, toħloq impatt ibbilanċjat ta' żvilupp permezz ta' politiki u istituzzjonijiet xierqa; tistieden lill-Istati ta' l-ACP sabiex jirrispettaw l-impenji tagħhom għall-iżvilupp f'dan ir-rigward u lill-komunità internazzjonali biex tappoġġja dan il-proċess; |
|
24. |
Tagħti istruzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha sabiex jgħaddu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill ACP-UE, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Bank Dinji, lill-Bank Ewropew għall-Investiment u lill-Bank għall-Iżvilupp ta' l-Afrika. |
(1) Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE fit-22 ta' Novembru 2007 f'Kigali (ir-Rwanda).
RIŻOLUZZJONI (1)
dwar l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-mediċini, b'attenzjoni partikulari għal mard injorat
L-Assemblea Parlamentari Konġunta ta' l-ACP-UE,
|
— |
f'laqgħa f'Kigali (ir-Rwanda) mid-19 sat-22 ta' Novembru 2007, |
|
— |
wara li kkunsidrat l-Artikolu 17(1) tar-Regoli ta' Proċedura tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidrat l-Artikoli 177 sa 181a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidrat l-għanijiet komuni ta' l-Unjoni Ewropea (UE) kif imfissra fil-“Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp” (2), |
|
— |
wara li kkunsidrat il-Ftehima ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati ta' l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmata f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (il-“Ftehima ta' Cotonou”) (3), u emendata fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (4), |
|
— |
wara li kkunsidrat il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Aċċellerazzjoni tal-progressi għall-kisba ta' l-Obbjettivi tal-Millennju għall-Iżvilupp — Il-kontribuzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea” (5), |
|
— |
wara li kkunsidrat l-irwol dejjem ikbar ta' l-isħubiji pubbliċi-privati fil-provvista tal-ġid pubbliku globali, kif imfisser fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Is-Saħħa u t-Tnaqqis tal-Faqar fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw” (6), |
|
— |
wara li kkunsidrat il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “L-Istrateġija ta' l-UE għal Azzjoni dwar il-Kriżi fir-Riżorsi Umani fil-Qasam tas-Saħħa fil-Pajjiżi li Għadhom Qed Jiżviluppaw” (7), |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-Rapport dwar is-Saħħa fid-Dinja ta' l-2006 mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) “Working together for health” (8), |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-Riżoluzzjoni tad-59 Assemblea tas-Saħħa Dinjija (WHA) dwar “Is-Saħħa Pubblika, l-innovazzjoni, ir-riċerka essenzjali dwar is-saħħa u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali: lejn strateġija globali u pjan ta' azzjoni” (9) tas-27 ta' Mejju 2006, |
|
— |
wara li kkunsidrat l-Isħubija Ewropea u tal-Pajjiżi li Qegħdin Jiżviluppaw fil-Provi Kliniċi (EDCTP), |
|
— |
wara li kkunsidrat is-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (10), adottat fit-18 ta' Diċembru 2006, |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tagħha tad-19 ta' Frar 2004 dwar il-mard tal-faqar u s-saħħa riproduttiva fil-pajjiżi ta' l-ACP fil-kuntest tad-disa' EDF (ACP-UE 3640/04/fin.) (11), |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tagħha tal-25 ta' Novembru 2004 dwar l-għajnuna ta' l-ikel u s-sigurtà ta' l-ikel (ACP-UE 3692/04/fin.) (12), |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2005 dwar Mard Serju u Mard Traskurat f'pajjiżi li qed jiżviluppaw (13), |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent (ACP-EU/100.083/07/fin.), |
|
A. |
billi s-saħħa hija dritt bażiku u prerekwiżit għall-iżvilupp u għall-prosperità ekonomika u għalhekk l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa u għall-mediċini għandu jkun il-qalba tal-politiki għall-iżvilupp, |
|
B. |
billi l-aċċess għall-kura tas-saħħa huwa kwistjoni ta' sigurtà globali u ta' drittijiet tal-bniedem minn meta tfaċċa u reġa' tfaċċa mard li jittieħed u li jista' jikkawża faqar mifrux fuq medda wiesgħa, diżabilitajiet, morbożità u instabilità u jinfirex malajr madwar id-dinja, |
|
C. |
billi ma kienx hemm progress adegwat fil-kisba tal-Miri għall-Iżvilupp għall-Millenju sad-data fil-mira tagħhom ta' l-2015, u dan jenfasizza l-ħtieġa ta' impenn akbar sabiex jinkisbu, |
|
D. |
billi 27 000 persuna jmutu kuljum minħabba nuqqas ta' aċċess għal mediċini essenzjali, |
|
E. |
billi 25 % minn 10 miljun imwiet ta' tfal kull sena huwa kkawżat minn mard li jista' jiġi evitat permezz ta' vaċċin, |
|
F. |
billi kull sena iktar minn 28 miljun tifel u tifla ma jkollhomx l-opportunità jieħdu t-tilqim matul l-ewwel sena ta' ħajjithom, |
|
G. |
billi minbarra l-piż tat-tliet mardiet qattiela ewlenin: l-HIV/AIDS, il-Malarja u t-Tuberkulożi (TB), hemm firxa ta' ħafna mard ieħor li flimkien, huwa stmat, li jaffettwa madwar biljun persuna, jiġifieri persuna minn kull sitta tal-popolazzjoni dinjija, |
|
H. |
billi dan il-mard traskurat jinkludi t-tripanosomjażi Afrikana (African trypanosomiasis — il-marda ta' l-irqad), l-ulċera Buruli, il-marda ta' Chagas, il-marda fl-għekiesi li tittieħed (dengue), id-dud parassit gastrointestinali (gastrointestinal helminths), id-dijarea fit-trabi, il-leishmaniasis (Kala Azar), il-ġdiem, il-lymphatic filariasis (elephantiasis), l-onchocerciasis (l-għama tax-xmara), l-iskistosomijażi (Snail fever), it-trakoma, kif ukoll id-dijabete, il-mard mentali u l-epilessija, |
|
I. |
billi minħabba l-limitazzjonijiet tat-terapiji eżistenti, il-mard traskurat jikkawża piż kbir ta' diżabilità u faqar, imma komparattivament jirċievi ftit fondi għar-riċerka, inter alia fuq il-livell ta' l-UE, |
|
J. |
billi r-riċerka għall-iżvilupp tal-mediċini tiffoka l-iktar fuq il-mediċini li jinbiegħu fil-pajjiżi żviluppati u għall-mard li jiffaċċjaw dawn il-pajjizi, |
|
K. |
billi hemm il-bżonn ta' aktar riċerka “ta' konverżjoni” u ta' żvilupp li jmexxi 'l quddiem l-għarfien xjentifiku u r-riċerka bażika fi provi kliniċi u reġistrazzjonijiet ta' prodotti ġodda, |
|
L. |
billi l-infezzjoni konġunta TB/HIV hija theddida serja — li minkejja dan 0.5 % biss tal-pażjenti bl-HIV jiġu ttestjati għat-TB u 7 % tal-pazjenti li għandhom it-TB jiġu ttestjati għall-HIV, b'hekk dan juri l-bżonn għal aktar kollaborazzjoni bejn il-programmi u s-servizzi speċifiċi għal mard involut, |
|
M. |
billi t-TB reżistenti għal ħafna tipi ta' mediċini (MDR-TB) hija diffiċli ħafna biex tiġi ddijanjostikata u kkurata, |
|
N. |
billi l-mediċini foloz jammontaw għal bejn 6 u 10 % tal-mediċini fis-suq dinji u huwa maħsub li 25 % tal-mediċini kkonsmati fl-Afrika huma foloz, |
|
O. |
billi l-prevenzjoni hi l-aktar mod effettiv biex wieħed ikun jista' jiġġieled il-mard li jiġi trażmess sesswalment, u l-aċċess għall-informazzjoni u s-servizzi relatati ma' l-ippjanar tal-familja, saħħet l-omm u s-saħħa riproduttiva, għandu rwol importanti fit-tnaqqis tal-faqar u fil-ġlieda kontra l-HIV/AIDS u viċeversa, |
|
P. |
billi huwa stmat li hemm nuqqas globali ta' 4.3 miljun professjonist tas-saħħa, inkluż defiċit ta' 2.4 miljun tabib, infermiera u qwiebel f'57 mill-iktar pajjiżi fqar tad-dinja, problema li hija iktar gravi f'inħawi rurali, |
|
Q. |
billi l-aċċess għall-edukazzjoni li għandhom it-tfajliet żdied u l-proporzjon ikbar ta' ħaddiema nisa fil-qasam tas-saħħa, huma żewġ fatturi li jinkoraġġixxu lin-nisa biex jagħmlu użu mis-servizzi tas-saħħa, |
|
R. |
billi ta' spiss, l-għajnuna kienet tkun għal żmien qasir wisq u imprevedibbli sabiex tkun tista' tappoġġja l-ispejjeż rikurrenti fuq żmien twil fis-settur tas-saħħa, din tista' tkun kumplessa minħabba l-għadd kbir ta' organizzazzjonijiet internazzjonali involuti, u mhux dejjem ikun hemm qbil mal-prijoritajiet tal-gvernijiet u l-isforzi tal-bini tal-kapaċitajiet, |
|
S. |
billi l-politiki tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u tal-Bank Dinji kultant jippreżentaw ostakli enormi għall-pajjiżi l-foqra billi jimponu regoli riġidi żżejjed fuq l-infiq pubbliku li huma inkompatibbli mal-kisba ta' l-MDGs dwar is-saħħa, l-ilma u s-sanità, |
L-Attenzjoni fuq is-Saħħa
|
1. |
Tħeġġeġ lill-pajjiżi ta' l-ACP biex jallokaw 15 % ta' l-ispiża pubblika annwali fuq is-saħħa (Id-Dikjarazzjoni ta' Abuja (14)) u tħeġġeġ lill-UE biex tilħaq il-mira tal-Parlament Ewropew li jintefqu 20 % mill-impenji ta' għajnuna finanzjarja fuq is-saħħa u l-edukazzjoni; |
|
2. |
Tenfasizza li l-Istati Membri għandhom iżommu l-wegħda tagħhom li jagħtu 0.7 % mid-dħul nazzjonali tagħhom bħala għajnuna esterna u li jiżguraw li tali għajnuna tkun ikkoordinata, prevedibbli u fit-tul; |
|
3. |
Tistieden lill-UE, lill-IMF u lill-Bank Dinji biex ma jimponux regoli riġidi żżejjed fuq l-infiq pubbliku u biex ma jippromwovux l-insegwiment ta' riformi mhux xierqa tas-suq tas-servizzi pubbliċi permezz ta' kundizzjonijiet fuq l-għajnuna, pariri tekniċi u arranġamenti kummerċjali; |
|
4. |
Temmen li s-saħħa trid tkun ħafna iktar prominenti fid-Dokumenti ta' Strateġija tal-Pajjiż (għall-10 Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp), id-Dokumenti ta' Strateġija għat-Tnaqqis tal-Faqar u l-Oqfsa Finanzjarji ta' Tul ta' Żmien Medju, inklużi l-baġits tagħhom, u li huma għandhom jiżguraw li l-analiżi li tinfurmahom, tinfluwenza l-attenzjoni li għandha tingħata għall-ħidma fis-settur tas-saħħa; |
|
5. |
Tenfasizza l-importanza ta' tmexxija u responsabilità politika nazzjonali u tistieden lill-Gvernijiet ta' l-ACP u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li s-soċjetà ċivili u l-komunitajiet affettwati u emarġinati jiġu involuti fil-formulazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika; |
|
6. |
Targumenta li l-impenji ta' għajnuna għandhom jirriflettu l-istat tas-saħħa b'mod ġenerali u jirriflettu r-riżultati fil-pajjiżi u mhux biss l-HIV/AIDS, it-TB u l-malarja; |
|
7. |
Tappoġġja r-rakkomandazzjoni tar-Rapport dwar is-Saħħa Dinjija ta' l-2006 li 50 % ta' l-għajnuna internazzjonali għall-iżvilupp li ġiet allokata għas-saħħa, tkun iddedikata għat-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa, u li l-50 % li jibqa' minn dan l-iffinanzjar ikun iddedikat għat-tisħiħ fl-għadd ta' impjegati; |
|
8. |
Tappoġġja l-ħtieġa għat-tisħiħ fis-sistemi tas-saħħa fil-pajjiżi ta' l-ACP permezz ta' approċċi bħalma huma t-titjib ta' l-aċċess għal mediċini essenzjali u ġeneriċi, it-tnaqqis tal-burokrazija permezz ta' tmexxija effiċjenti, iż-żieda fl-effikaċja ekonomika, it-titjib fl-effiċjenza permezz ta' servizzi riorganizzati u sistemi tas-saħħa deċentralizzati, u l-allokazzjoni ta' riżorsi sabiex ikunu indirizzati aħjar il-ħtiġiet tal-popolazzjoni; |
|
9. |
Tappoġġja l-interventi kollha mmirati lejn żieda fl-aċċess għall-mediċini essenzjali, partikularment għall-komunitajiet foqra u vulnerabbli fil-pajjiżi ta' l-ACP; |
|
10. |
Tinkoraġġixxi t-twaqqif u t-tisħiħ ta' l-oqfsa regolatorji nazzjonali tas-saħħa u tas-sistemi ta' assigurazzjoni ta' kwalità bħala mezz ta' kif l-ippjanar u l-immonitorjar ta' l-attivitajiet ta' fornituri pubbliċi u privati ta' mediċini u servizzi tas-saħħa, isiru iktar effiċjenti; |
|
11. |
Tenfasizza li l-Isħubiji Pubbliċi-Privati, l-Isħubiji Pubbliċi għall-Iżvilupp, l-Isħubiji bejn il-pajjiżi tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar u bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar jista' jkollhom irwol pożittiv fit-tisħiħ tas-settur tas-saħħa, speċjalment fil-pajjiżi sottożviluppati u dawk li qed jiżviluppaw; |
Il-Prevenzjoni
|
12. |
Tenfasizza li l-prevenzjoni tal-mard għandha tkun fil-qalba ta' politiki tal-gvern, permezz ta' kampanji ta' tilqim, sigurtà ta' l-ikel (nutrizzjoni) u disponibilità ta' ilma nadif għax-xorb u sanità tajba, programmi għall-kontroll ta' l-użu tat-tabakk u l-alkoħol, kif ukoll iġjene, sess sigur, promozzjoni ta' stili ta' ħajja b'saħħitha u kampanji edukattivi oħra; |
|
13. |
Tenfasizza li l-informazzjoni u t-tilqim huma l-iktar mod ekonomikament effettiv biex jiġi evitat u kkontrollat il-mard li jittieħed u li hemm skop sinifikanti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għal kopertura aktar estensiva bit-tilqim eżistenti, għall-introduzzjoni ta' tilqim ġdid jew li mhux użat biżżejjed u għat-tfassill ta' tilqim superjuri adattat għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
|
14. |
Tappella għal miżuri preventivi, inkluża d-distribuzzjoni wiesgħa ta' nemusieri bi trattament ta' insettiċida kontra l-malarja li jservu għal żmien twil, it-tneħħija ta' għejjun ta' ilma qiegħed, it-taħriġ biex jintgħarfu s-sintomi, l-ittestjar għat-TB ta' pażjenti bl-HIV u viċiversa, u programmi tas-saħħa sesswali/riproduttiva u ta' l-HIV/AIDS, b'fornimenti relatati; |
|
15. |
Tinkoraġġixxi lill-kumpaniji farmaċewtiċi li huma impenjati fl-isforzi biex jiżdied l-aċċess għall-mediċini essenżjali u bi prezz li jista' jintlaħaq fil-pajjiżi ta' l-ACP, li jiffukaw partikularment fuq il-mard traskurat; |
Il-Kapaċità u l-Infrastruttura
|
16. |
Temmen li l-infrastruttura tas-saħħa u l-ktajjen loġistiċi huma elementi ewlenin għat-titjib tar-riżultati tal-kura tas-saħħa, inklużi l-istaff, il-kliniċi u l-isptarijiet, il-forniment u d-distribuzzjoni ta' mediċini u tilqim; |
|
17. |
Titlob għal sforzi mġedda biex jitranġaw, jinbnew u jiġu inforzati s-sistemi tas-saħħa, permezz ta' baġits annwali miżjuda u b'assistenza mill-UE, sabiex jitjieb l-aċċess għal servizzi, dijanjożi, vaċċini u mediċini ta' kwalità, speċjalment għal gruppi foqra u li jinsabu f'riskju; |
|
18. |
Tilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi ta' l-isħubiji għas-saħħa globali bħalma huma l-Global Alliance for Vaccines and Immunisation (GAVI) u l-Global Fund to Fight AIDS, Tuberculosis and Malaria (GFATM) biex jappoġġjaw it-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa f'pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
|
19. |
Titlob għal inizjattivi li jipprovdu aċċess lokali aċċellerat għal dijanjożi xierqa, mediċini siguri, aċċessibbli u suffiċjenti, metodi siguri tal-ġbir tad-demm u fornimenti tad-demm siguri, b'taħriġ assoċjat, assistenza teknika u infrastruttura, inter alia fiż-żoni rurali, u tenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-programmi kollha ta' tilqim jevitaw l-użu mill-ġdid ta' teknoloġija medika; |
|
20. |
Tinnota li l-kollezzjoni ta' dejta affidabbli u l-immonitorjar ta' parametri tas-saħħa ewlenin jippermettu l-iżvilupp ta' politiki bbażati fuq l-evidenza li jistgħu jkunu aktar effettivi; |
|
21. |
Tappoġġja l-ħidma tal-Programm ta' Prekwalifikazzjoni tad-WHO għall-evalwazzjoni u għall-akkwist ta' mediċini essenzjali ġodda u għat-tisħiħ fil-bini tal-kapaċitajiet; |
|
22. |
Tilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija ta' l-UE għal Azzjoni dwar il-Kriżi fir-Riżorsi Umani fil-qasam tas-Saħħa f'Pajjiżi li għadhom qed Jiżviluppaw; terġa' tisħaq il-bżonn li jiġu żviluppati kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar, taħriġ u opportunitajiet tal-karriera għall-istaff mediku, u kif ukoll inċentivi ta' żamma, arranġamenti ta' ġemellaġġ u programmi ta' skambju; |
|
23. |
Tħeġġeġ lill-gvernijiet tal-pajjiżi ta' l-ACP biex jaraw li s-soċjetà timxi bis-sewwa billi jsegwu ekwità tas-sessi fis-setturi tas-saħħa u ta' l-edukazzjoni u kif ukoll fl-istejtus f'impjieg u biex isaħħu l-istejtus soċjali u l-awtonomija tan-nisa, billi jiffokaw fuq in-nisa u l-bniet fl-iżvilupp tar-riżorsi umani u fl-opportunitajiet ta' karriera fis-settur tas-saħħa; |
|
24. |
Tinkoraġġixxi lill-UE biex tiżviluppa u timplimenta Kodiċi ta' Kondotta ta' l-UE għal reklutaġġ etiku tal-ħaddiema tas-saħħa u biex tappoġġja l-kodiċi globali bil-għan li jiġi evitat li jintilfu ħaddiema ta' sengħa mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw għall-pajjiżi żviluppati; temmen li l-għajnuna internazzjonali u ta' l-UE għandha tiżgura finanzjament fit-tul tar-riżorsi umani bħala investiment fis-sistema tas-saħħa; |
|
25. |
Temmen li l-investiment fil-forniment ta' l-ilma, fis-sanità u fl-infrastruttura u kif ukoll it-trawwim ta' kuxjenza dwar ir-rabtiet bejn is-saħħa, l-ilma nadif, is-sanità u l-iġjene huma kruċjali fil-ġlieda kontra mard li joriġina mill-ilma u sabiex jitwaqqfu sistemi tal-kura tas-saħħa; |
Ir-Riċerka u l-Iżvilupp
|
26. |
Tilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni dwar is-Saħħa Pubblika, l-innovazzjoni, ir-riċerka essenzjali dwar is-saħħa u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta' l-Assemblea tas-Saħħa Dinjija, li twitti t-triq biex jiġu stabbiliti l-bżonnijiet u l-prijoritajiet tar-riċerka tas-saħħa għall-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw; |
|
27. |
Tilqa' b'sodisfazzjon l-inklużjoni ta' mard traskurat u l-enfażi fuq riċerka ta' konverżjoni fis-Seba' Programm ta' Qafas għar-Riċerka ta' l-Unjoni Ewropea; titlob lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-istituti li juru r-rieda li jikkoperaw ma' inizjattivi għas-saħħa pubblika mmirati lejn dawn is-setturi u li jiggarantixxu li l-mediċini ġodda li jirriżultaw minn riċerka b'finanzjar pubbliku jibqgħu aċċessibbli għal kulħadd; |
|
28. |
Tirrimarka li dan l-impenn politiku li żdied fuq il-livell ta' l-UE u dak internazzjonali, issa jrid jitqabbel ma' appoġġ finanzjarju fit-tul u aktar koperazzjoni bejn il-pajjiżi msieħba, l-akkademji u l-industrija sabiex jinkisbu riżultati fl-iżvilupp ta' għodod dijanjostiċi ġodda u mediċini siguri u effettivi; |
|
29. |
Tirrikonoxxi l-irwol ta' l-EDCTP fl-organizzazzjoni ta' provi kliniċi għal mediċini u vaċċini ġodda maħsuba għall-kundizzjonijiet kliniċi, etiċi u soċjali lokali ta' pajjiżi b'mard endemiku u titlob biex l-attivitajiet ta' l-EDCTP jitwessgħu biex jinkludu mard ieħor traskurat u fażijiet oħra ta' l-iżvilupp kliniku (Fażi I u Fażi IV); |
|
30. |
Titlob għal iktar provi kliniċi ta' mediċini speċifiċi għas-sess; tenfasizza l-ħtieġa li titqajjem iktar il-kuxjenza fost ir-riċerkaturi mediċi għall-istili ta' ħajja differenti u l-kundizzjonijiet ta' għajxien tan-nisa u ta' l-irġiel sabiex jitqiesu meta qed jiġu żviluppati mediċini u vaċċini ġodda; |
|
31. |
Hija favur it-tisħiħ tar-riċerka lokali, tal-provi kliniċi u tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni, inklużi l-iżvilupp ta' l-industriji nazzjonali li jipproduċu farmaċewtiċi ġeneriċi fiż-żoni affettwati u l-iżvilupp tal-proġetti integrati, mill-identifikazzjoni ta' mard ġdid għall-iżvilupp u l-manifattura ta' mediċini ġodda, u titlob li ssir riċerka li tinkludi sistemi ta' l-operat u tas-saħħa, riċerka mmirata lejn implimentazzjoni iktar effettiva ta' l-interventi u jitqiesu l-kwistjonijiet kulturali relatati ma' preskrizzjonijiet, użu, aċċess, prezz li jintlaħaq u distibuzzjoni tal-mediċini; |
|
32. |
Titlob li tiġi promossa firxa ta' miżuri li jtejbu l-aċċess għall-mediċini u li dawn ikunu bi prezz li jintlaħaq, inklużi prezzijiet iddivrenzjati, donazzjonijiet u skontijiet, prezzijiet għall-innovazzjoni, krediti fiskali, inċentivi, obbligi ta' xiri minn qabel u impenji tas-suq minn qabel għall-vaċċini, li permezz tagħhom id-donaturi jieħdu impenn speċifiku li jissussidjaw ix-xiri ta' vaċċini li jissodisfaw standards mifthiema minn qabel, kif ukoll it-trasferiment ta' tekonoloġija tal-manifattura u l-għarfien lill-pajjiżi b'mard endemiku; |
|
33. |
Tilqa' b'sodisfazzjon l-approċċi innovattivi bħalma huma l-Impenji bil-Quddiem Tas-Suq sabiex jiżdied ir-ritmu ta' l-iżvilupp u tiżdied il-produzzjoni ta' mediċini u vaċċini għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
|
34. |
Temmen li r-reviżjoni u r-reġistrazzjoni tal-mediċini għandhom ikunu rilevanti għall-prijoritajiet tal-pajjiżi b'mard endemiku, bi proċeduri speċifiċi għal evalwazzjoni aħjar tal-proporzjon ta' riskju mal-benefiċċju tal-mediċini għall-mard traskurat; |
|
35. |
Temmen li l-Isħubiji Pubbliċi-Privati għall-Iżvilupp (PDPs) joffru mudell ta' suċċess sabiex tinħoloq kollaborazzjoni bejn il-kumpaniji farmaċewtiċi u r-riċerka pubblika sabiex jiġu żviluppati terapiji innovattivi u jissaħħaħ il-bini tal-kapaċitajiet; |
|
36. |
Tfakkar id-dritt tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jużaw il-flessibbilitajiet li jingħatawlhom permezz tal-Ftehima dwar l-Aspetti, Relatati mal-Kummerċ, tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (TRIPS), speċjalment f'żoni mingħajr profitt li m'humiex applikabbli għas-suq ta' l-Organizzazzjoni għal Koperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (OECD), filwaqt li jinżammu inċentivi permezz tal-protezzjoni tal-propjetà intelletwali u jiġu indirizzati kwistjonijiet regolatorji li jirrelataw mar-reġistrazzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-mediċini; temmen li tali drittijiet jistgħu jkunu utli f'tilwim dwar il-ħruġ ta' liċenzji għal mediċini ġodda u d-drittijiet tal-proprjetà intelletwali ma' industriji tal-farmaċewtiċi fejn il-kwistjonijiet tas-saħħa ta' interess pubbliku akbar huma f'riskju; |
|
37. |
Tenfasizza l-eżempju riċenti ta' l-użu li l-Brażil għamel mill-opportunitajiet kollha offrietlu l-Ftehima TRIPS fir-rigward tal-ħruġ obbligatorju ta' liċenzji għall-mediċini u aspetti oħrajn tad-dritt tal-proprjetà intelletwali; |
|
38. |
Tinsab imħassba ħafna minħabba l-fatt li xi wħud mill-gvernijiet tal-pajjiżi ta' l-ACP jimponu tariffi, taxxi doganali fuq l-importazzjonijiet u taxxi fuq ingredjenti farmaċewtiċi attivi, fuq prodotti farmaċewtiċi finali u fuq vaċċini, u b'hekk iwasslu biex il-prezz tal-mediċini ma jkunx jista' jintlaħaq mill-komunitajiet foqra; tħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tinvestiga dan u tinkoraġġixxi lill-gvernijiet biex ineħħu dawn it-taxxi; |
|
39. |
Tenfasizza l-importanza li jkun hemm konformità mal-medikazzjoni preskritta sabiex tkun limitata r-reżistenza, u li, fejn possibbli, jinsabu sistemi ta' mediċini u kombinazzjonijiet iqsar, kif ukoll dożi fissi; |
|
40. |
Tistieden lill-pajjiżi ta' l-ACP u lill-UE sabiex iżidu l-isforzi kontra l-mediċini foloz billi jappoġġjaw kontroll effettiv tal-kwalità tal-prodotti u l-materjali mediċinali, isaħħu l-koperazzjoni bejn id-dwana u l-pulizija u jippromwovu konvenzjoni internazzjonali mmirata lejn it-tfassil ta' leġiżlazzjoni li tinkrimina l-produzzjoni u l-bejgħ ta' mediċini foloz; |
|
41. |
Tistieden lill-pajjiżi ta' l-ACP biex jimpenjaw ruħhom li jdaħħlu, anki b'mod mgħaġġel, it-terapija kombinata magħrufa bħala l-Artemisinin-based Combination Therapy (ACT) (terapija li tikkombina diversi mediċini u waħda minnhom tkun ġejja mill-mediċina tat-tip Artemisinin), irrikonoxxuta bħala l-iktar trattament effettiv għall-malarja; tistieden lid-donaturi biex jiffinanzjaw il-mediċini ta' l-ACT u biex jappoġġjaw ix-xiri, il-kwalifikazzjoni minn qabel u l-manifattura tagħha; |
|
42. |
Tenfasizza l-interess komuni bejn il-pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw, pereżempju dwar il-kontroll tar-reżistenza kontra l-mikrobi u s-sejba ta' iktar soluzzjonijiet kontra l-vajrusis (antivirals) u vaċċini kontra l-influwenza; tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-riċerka dwar il-mard traskurat jista' jkollha impatti pożittivi biex jiġu mifhum mard ieħor: pereżempju, ir-riċerka dwar il-vaċċini u l-immunità jistgħu jtejbu l-għarfien dwar l-allerġiji li jaffettwaw numru, dejjem ikbar, ta' nies fl-Ewropa; |
|
43. |
Tħeġġeġ l-implimentazzjoni tal-Pjan Globali għat-Twaqqif tat-Tuberkulożi (Global Plan to Stop TB) u temmen li hemm ħtieġa urġenti għal testijiet dijagnostiċi ġodda u rapidi oħrajn għat-TB, inklużi l-MDR-TB, li huwa adattat għal sfond fejn ir-riżorsi huma limitati, u tħeġġeġ li jittieħdu passi biex jiġi żgurat li l-mediċini kollha għall-kura tat-TB li qed jiġu żviluppati jiġu ttestjati fi provi fuq pazjenti bl-MDR; |
|
44. |
Temmen li għandha tingħeleb is-sofferenza li tikkawża l-marda ta' l-HIV/AIDS billi jiġi pprovdut aċċess universali għall-prevenzjoni, it-trattament u l-kura, inklużi l-aċċess għall-mediċini kontra l-vajrus, l-ittestjar u l-councelling volontarju, u permezz ta' sforzi msaħħa għall-iżvilupp ta' mikrobiċidi u vaċċini; |
|
45. |
Tistieden lill-komunità ta' donaturi internazzjonali sabiex tappoġġja lid-WHO u l-Istrateġija dwar il-Kimoterapija Preventiva tagħha sabiex jiżdied l-aċċess għal provvisti xierqa u affidabbli ta' mediċini antelmintiċi (albendazole, ivermectin, praziquantel) ta' kwalità għolja biex ikunu evitati u trattati infezzjonijiet kkawżati minn dud parassita, u biex tiġi stabbilità faċilità ta' provvediment globali; |
|
46. |
Tistieden lill-pajjiżi ta' l-ACP u lill-UE sabiex jimpenjaw ruħhom li jsaħħu l-kura għal dawk b'mard mentali u disturbi newroloġiċi u feriti, billi jsir titjib fil-kura primarja u fir-rijabilitazzjoni bbażata fuq il-komunità filwaqt li tiżdied il-kuxjenza pubblika u professjonali u tiġi megħluba l-istigma u d-diskriminazzjoni; |
|
47. |
Temmen li s-servizzi li jkunu kapaċi jagħmlu dijanjożi, jimmaniġjaw u jittrattaw kundizzjonijiet bħad-dijabete, jistgħu jsalvaw ħafna ħajjiet u jnaqqsu d-diżabilità u, partikularment, temmen ukoll li l-aċċess għall-insulina u l-mediċini għandu jinfirex iktar u għandhom jiġu stabbiliti netwerks ta' speċjalisti u ta' taħriġ għall-ispeċjalisti; |
|
48. |
Tistieden lill-gvernijiet tal-pajjiżi ta' l-ACP u lill-Kummissjoni sabiex jappoġġjaw programmi għall-prevenzjoni u l-kura tal-fistla ostetrika, inklużi l-infurzar ta' liġijiet dwar l-età legali għaż-żwieġ, il-promozzjoni ta' l-aċċess universali għall-kura ostetrika u l-edukazzjoni dwar is-saħħa u r-riproduzzjoni u r-rijabilitazzjoni soċjali ta' bniet u nisa wara t-trattament; |
|
49. |
Tagħti istruzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha sabiex jgħaddu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill ACP-UE, lid-WHO, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Unjoni Afrikana, lill-Bank Dinji, lill-Fond Monetarju Internazzjonali. |
(1) Adottata mill-Assemblea Konġunta Parlamentari ACP-UE fit-22 ta' Novembru 2007 f'Kigali (ir-Rwanda).
(2) The European Consensus on Development, Parti I, Taqsima 1, ĠU C 46, 24.2.2006.
(3) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(4) ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.
(5) COM(2005)132.
(6) COM(2002)129, p. 12.
(7) COM(2005)642.
(8) http://www.who.int/whr/2006/whr06_en.pdf.
(9) Riżoluzzjoni tad-WHA 59.24 tas-27 ta' Mejju 2006.
(11) ĠU C 120, 30.4.2004, p. 29.
(12) ĠU C 80, 1.4.2005, p. 23.
(13) ĠU C 192E, 17.8.2006, p. 350.
(14) Id-Dikjarazzjoni ta' Abuja dwar l-HIV/AIDS, it-Tuberkulożi u Mard Infettiv ieħor relatat, adottata fis-27 ta' April 2001.
RIŻOLUZZJONI (1)
dwar id-diżastri naturali fl-Istati ta' l-ACP: l-iffinanzjar ta' l-UE għat-tħejjija (EDF — Il-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp) u l-għajnuna għat-taffija ta' l-effetti f'dawn il-każijiet (ECHO funds)
L-Assemblea Parlamentari Konġunta ta' l-ACP-UE,
|
— |
f'laqgħa f'Kigali (ir-Rwanda) mid-19 sat-22 ta' Novembru 2007, |
|
— |
wara li kkunsidrat l-Artikolu 17(1) tar-Regoli ta' Proċedura tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidrat il-Ftehima ta' Cotonou, u b'mod partikulari l-Artikoli 30 (il-koperazzjoni reġjunali) u 32 (l-ambjent u r-riżorsi naturali) tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidrat l-Inizjattiva għall-Ambjent tas-Sħubija l-Ġdida għall-Iżvilupp Afrikan (NEPAD), |
|
— |
wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni dwar il-Bidla fil-Klima u l-Iżvilupp u d-Deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni ta' l-Iniżjattiva tal-Medda Ħadra għas-Sahara (Green Wall for the Sahara Initiative), li ħadet l-Assemblea ta' l-AU matul is-sezzjoni tagħha ta' bejn 29 u 30 ta' Jannar 2007, |
|
— |
wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 3 tad-79 Sezzjoni tal-Kunsill tal-Ministri ta' l-ACP f'Gaborone (il-Botswana) fl-4 u l-5 ta' Mejju 2004, li reġgħet ikkonfermat il-ħtieġa li jiġu integrati politiki dwar id-deżertifikazzjoni u kwistjonijiet relatati ma' l-art niexfa sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta' ġestjoni sostenibbli kritiċi, bħalma huma n-nixfa, it-tneħħija tal-foresti u r-riżorsi ta' l-ilma, |
|
— |
wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 3/LXXIX/04 tar-4 Sammit tal-Kapijiet ta' l-Istat u l-Gvern ta' l-ACP f'Maputo (il-Mozambique) bejn it-23 u l-24 ta' Ġunju 2004, li ssottolinea l-vulnerabilità estrema ta' diversi Stati, reġjuni u popolazzjonijiet ta' l-ACP għad-diżastri naturali u l-problemi ambjentali assoċjati magħhom, u ħeġġet l-impenn għall-appoġġ ta' inizjattivi proattivi biex jiġu megħluba dawn il-problemi, |
|
— |
wara li kkunsidrat il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' bejn it-8 u d-9 ta' Marzu 2007, li enfasizzaw l-importanza li jintlaħaq l-għan strateġiku li l-medja tat-temperatura globali tiġi llimitata għal mhux iktar minn 2° C iżjed mil-livelli pre-industrijali, |
|
— |
wara li kkunsidrat il-ftehima ta' l-UE, il-Kanada u l-Ġappun matul il-laqgħa tal-G8 f'Heiligendamm f'Ġunju 2007 li ta' l-inqas il-livell ta' l-emissjonijiet globali tad-CO2 jitnaqqas bin-nofs sa l-2050, |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-rapporti tal-Bord Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima (IPCC), li ġie kkonferit bil-Premju Nobel għall-Paċi fl-2007, u b'mod partikulari r-Raba' Rapport ta' Evalwazzjoni tal-Grupp ta' Ħidma II ta' l-IPCC intitolat “Impatti, Adattament u Vulnerabbilità”, |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-Rapport tal-Millennju ta' Evalwazzjoni ta' l-Ekosistema ta' l-2005, li jistudja l-użu u d-degradazzjoni ta' ħafna mir-riżorsi naturali tal-pjaneta, |
|
— |
wara li kkunsidrat il-Ftehima Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC) u l-Protokoll ta' Kjoto tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidrat l-Aġenda 21, id-Dikjarazzjoni ta' Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp, u d-Dikjarazzjoni tal-Prinċipji ta' l-Immaniġġjar Sostenibbli tal-Foresti, li ġew adottati minn iktar minn 178 gvern matul il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp li saret f'Rio de Janeiro (il-Brażil) bejn it-3 u l-14 ta' Ġunju 1992 u li l-prinċipji tagħhom ġew affermati mill-ġdid u b'mod mill-iktar sod matul is-Samit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (WSSD) li sar f'Johannesburg (l-Afrika t'Isfel) bejn is-26 ta' Awwissu u l-4 ta' Settembru 2002, |
|
— |
wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Diżertifikazzjoni li ġiet adottata f'Pariġi fis-17 ta' Ġunju 1994 u daħlet fis-seħħ fis-26 ta' Diċembru 1996, |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-rapport finali tal-Konferenza Dinjija dwar it-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastru (DRR) ta' bejn it-18 u t-22 ta' Jannar 2005 u, b'mod partikulari, il-Qafas ta' Azzjoni ta' Hyogo 2005-2015: Il-bini tar-Reżistenza tan-Nazzjonijiet u l-Komunitajiet għad-Diżastri, |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-Riżoluzzjoni 57/256 ta' l-Assemblea Ġenerali tan-NU ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar ir-reviżjoni ta' l-Istrateġija ta' Yokohama u l-Pjan ta' Azzjoni għal Dinja iktar Sigura — Linji Gwida għall-Prevenzjoni tad-Diżastri Naturali, l-Istat ta' Preparazzjoni u l-Mitigazzjoni, u l-Laqgħa Internazzjonali “Barbados plus 10” tan-NU dwar l-Istati Ġżejjer Żgħar li qed jiżviluppaw, li saret fil-Mawrizju f'Jannar 2005, |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjonijiet preċedenti tagħha adottati fl-1 ta' April 1999 fi Strasburgu dwar il-bidla fil-klima u l-istati gżejjer żgħar li qegħdin jiżviluppaw fil-kuntest tal-qafas ta' koperazzjoni ta' l-ACP u l-UE (2), fid-19 ta' Frar 2004 f'Addis Ababa dwar il-ħsara kkawżata miċ-ċikluni fil-Paċifiku, l-Oċean Indjan u l-Karibew u l-ħtieġa għal reazzjoni rapida għad-diżastri naturali (3), fil-25 ta' Novembru 2004 fl-Aja dwar il-ħsara kkawżata mill-uragani fir-Reġjun tal-Karibew (4) u fl-24 ta' Novembru 2005 f'Edinburgh dwar il-kawżi u l-konsegwenzi tad-diżastri naturali (5), |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u għall-Ambjent (APP/3802/05), |
|
A. |
billi d-diżastri u t-tnaqqis tar-riżorsi naturali huma ta' theddid serju għat-tnaqqis tal-faqar u għall-kisba ta' l-MDGs, |
|
B. |
billi l-kontribut tal-pajjiżi ta' l-ACP ta' kawżi li joħolqu bidla fil-klima huwa negliġġibbli, filwaqt li huma dawk li qed ibagħtu l-konsegwenzi tagħha bl-iktar mod aħrax; billi l-bidla fil-klima tista' tnaqqas ir-ritmu tal-progress lejn żvilupp sostenibbli, jew direttament jew permezz ta' esponiment ikbar għal impatti ta' ħsara jew indirettament permezz ta' l-erożjoni tal-kapaċità ta' adattament, |
|
C. |
billi l-impatt tad-diżastri naturali huwa partikularment detrimentali għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, qed iwassal biex il-benefiċċji tal-koperazzjoni għall-iżvilupp iħallu effett bil-maqlub, qed ixekkel it-tkabbir u l-qerda tal-faqar u qed joħloq telf kbir ħafna fil-bijodiversità, |
|
D. |
billi l-Istati ta' l-ACP qed jiffaċċjaw l-isfida ewlenija li jindirizzaw b'mod effettiv l-impatt fit-tul tad-diżastri naturali permezz ta' l-iżvilupp u t-tisħiħ ta' l-attivitajiet relatati mat-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri, ma' l-irkupru u ma' l-immaniġġjar kemm nazzjonali u kif ukoll reġjunali, |
|
E. |
billi l-pajjiżi ta' l-ACP jipprovdu firxa wiesgħa ta' servizzi ta' l-ekosistema lid-dinja, mingħajr ebda kumpens, |
|
F. |
billi studji ġodda jikkonfermaw li l-Afrika hija wieħed mill-iktar kontinenti vulnerabbli għall-varjazzjonijiet fil-klima minħabba tensjonijiet multipli u kapaċità għall-adattament baxxa; billi huwa maħsub li sa l-2020, bejn 75 u 250 miljun Afrikan se jkunu esposti għal tensjoni ikbar ta' l-ilma minħabba l-bidla fil-klima; billi huwa maħsub li anki l-produzzjoni agrikola, is-sajd u l-aċċess għall-ikel se jkunu kompromessi severament, |
|
G. |
billi huwa maħsub li sa l-2050 l-bidla fil-klima se tkun naqqset ir-riżorsi ta' l-ilma sal-punt safejn se jkunu insuffiċjenti biex ilaħħqu mad-domanda f'ħafna stati gżejjer żgħar, pereżempju fil-Karibew, fl-Oċean Indjan u fil-Paċifiku, li huma speċjalment vulnerabbli għaż-żidiet fil-livell tal-baħar u d-diżastri naturali, |
|
H. |
billi huwa maħsub li lejn tmiem il-21 seklu, iż-żidiet fil-livell tal-baħar se jaffettwaw żoni kostali li qegħdin fil-livell tal-baħar jew ftit biss ogħla minnu, b'popolazzjonijiet kbar, u huwa mistenni li l-għarar, il-maltempati f'daqqa, l-erożjoni u perikli kostali oħra se jiħraxu u b'hekk se jaffettwaw ir-riżorsi lokali u t-turiżmu, u se jheddu l-komunitajiet, il-faċilitajiet u l-infrastruttura essenzjali, |
|
I. |
billi t-tensjonijiet mhux klimatiċi jistgħu jżidu l-vulnerabiltà għall-bidla fil-klima u d-diżastri naturali billi jnaqqsu l-kapaċità ta' rkupru u jistgħu wkoll inaqqsu l-kapaċità għall-adattament u l-effetti tal-politika ta' prevenzjoni u mitigazzjoni minħabba t-tqassim tar-riżorsi għall-ħtiġijiet li huma f'kompetizzjoni bejniethom, |
|
J. |
billi ftit huma dawk il-pjanijiet li jippromwovu s-sostennibiltà u li jnaqqsu l-vulnerabiltà għall-bidla fil-klima u d-diżastri naturali, li inkludew il-promozzjoni tal-kapaċità għall-adattament, |
|
K. |
billi t-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastru (DRR) huwa primarjament responsabilità nazzjonali, u billi hemm ħtieġa għall-koperazzjoni msaħħa u sħubija fuq livell reġjunali kif ukoll internazzjonali, |
|
L. |
billi t-tħassib dwar l-ambjent, l-istat ta' preparazzjoni għad-diżastri u l-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima m'humiex integrati fil-programmi ta' għajnuna kollha tal-KE u strumenti relatati, filwaqt li huma importanti għall-pajjiżi kollha, |
|
M. |
billi l-politiki għall-promozzjoni tas-sigurtà ta' l-enerġija u sforzi oħra ta' mitigazzjoni matul l-għexieren ta' snin li ġejjin se jkollhom impatt kbir fuq l-opportunitajiet biex jinkisbu livelli ta' stabilizzazzjoni iktar baxxi ta' l-emissjonijiet tal-gass b'effett serra, |
|
N. |
billi l-flussi finanzjarji lejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz tal-Mekkaniżmu ta' l-Iżvilupp Nadif (CDM), il-Fond Dinji għall-Ambjent (GEF) u l-għajnuna għall-iżvilupp għat-trasferiment tat-teknoloġija, s'issa kienu limitati u ġeografikament mhux imqassma b'mod ekwu, |
|
O. |
billi l-fatt li biex l-iżvilupp isir iktar sostenibbli permezz ta' tibdil fid-direzzjonijiet ta' l-iżvilupp jista' jwassal għal kontribut ewlieni għall-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima, iżda l-implimentazzjoni tista' teħtieġ riżorsi biex jingħelbu l-għadd kbir ta' ostakli, |
|
1. |
Tenfasizza t-theddid li joħolqu d-diżastri naturali u l-bidla fil-klima għall-iżvilupp sostenibbli, il-qerda tal-faqar u l-kisba ta' l-MDGs; tenfasizza wkoll l-importanza ta' l-MDG 7 dwar il-bżonn li jiġi żgurat ambjent sostenibbli; |
|
2. |
Tosserva n-numru, dejjem ikbar, tad-diżastri naturali u l-frekwenza tagħhom, l-impatt qerriedi tagħhom u l-vulnerabbilità partikulari tan-nies foqra f'dawn is-sitwazzjonijiet; tenfasizza d-diffikultà, dejjem ikbar, biex issir distinzjoni bejn id-diżastri naturali u dawk li joħloq il-bniedem, meta r-riskji huma ddeterminati mhux biss minn perikli naturali iżda wkoll minn attività tal-bniedem u minn nuqqas ta' ppjanar; |
|
3. |
Tenfasizza li hemm il-ħtieġa għal reazzjoni dinjija effettiva għall-problema tad-diżastri naturali fil-pajjiżi ta' l-ACP, u li għalhekk il-pajjiżi industrijalizzati għandhom jerfgħu r-responsabilità tagħhom dwarha u jkunu minn ta' quddiem sabiex jikkumbattu l-effetti tal-gassijiet b'effett serra, li kkontribwixxew għall-bidla fil-klima; |
|
4. |
Titlob lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-ACP u l-UE biex jiżguraw li l-isfruttament tar-riżorsi naturali ma joħloqx żbilanċi ekoloġiċi serji; f'dan ir-rigward, tinsab imħassba dwar it-twaqqigħ eċċessiv ta' siġar u l-qtugħ illegali ta' siġar li jistgħu jwasslu għal deżertifikazzjoni u tibdil klimatiku ieħor, u b'hekk għandha tittieħed azzjoni kontrihom permezz ta' politiki ta' forestrija responsabbli u effettivi, prattiki ta' riafforestazzjoni xierqa u prattiki agrikoli sostenibbli; tistieden lill-kumpaniji li jisfruttaw ir-riżorsi naturali biex ikunu konformi ma' l-istandards u r-regolamenti ambjentali; |
|
5. |
Tosserva l-konsegwenzi u l-isfidi tal-bidla fil-klima, jiġifieri dawk f'forma ta' kundizzjonijiet estremi tat-temp u riżorsi naturali li jiġu fix-xejn, b'implikazzjonijiet serji għall-iżvilupp u s-sigurtà, bħalma huma ż-żieda fil-vulnerabiltà, il-kunflitti dwar ir-riżorsi naturali u l-migrazzjoni kkawżata mid-diżastri; għalhekk tenfasizza li d-DRR għandu jindirizza l-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima u l-adattament; |
|
6. |
Tosserva li d-diżastri naturali jistgħu jwasslu għal ċaqliq tal-popolazzjonijiet fuq skala kbira u tirrikonoxxi li, għalkemm id-DRR huwa fuq kollox responsabilità nazzjonali, hija responsabilità tal-gvernijiet ta' l-ACP u l-UE li juru solidarjetà man-nazzjonijiet affettwati; |
|
7. |
Tenfasizza t-twissijiet tad-WHO dwar ir-riskju estremament għoli li t-tisħin globali qed joħloq għas-saħħa fil-pajjiżi tan-Nofsinhar, partikularment rigward il-malarja u l-vista ta' l-għajn, u tħeġġeġ li tittieħed azzjoni biex il-miżuri għall-prevenzjoni, it-titjib u l-immaniġġjar tal-problemi ħorox tas-saħħa jkunu appoġġjati; |
|
8. |
Titlob li tiġi stabbilita strateġija komprensiva u li torbot b'limitu ta' żmien, għall-integrazzjoni tad-DRR, l-istat ta' preparazzjoni għad-diżastri u l-istrateġiji dwar il-bidla fil-klima u l-għajnuna umanitarja; tenfasizza li dawn l-istrateġiji għandhom jappoġġjaw azzjoni min-naħa tas-soċjetà ċivili, il-komunitajiet u l-awtoritajiet lokali, ta' approċċ fit-tul għat-tnaqqis tal-vulnerabbilità għad-diżastri; |
|
9. |
Tistieden lill-Istati ta' l-UE biex jappoġġjaw il-pajjiżi ta' l-ACP fit-tfassil ta' DRR li jiffukaw fuq in-nies, il-pjanijiet għall-bidla fil-klima u ta' qabel il-kriżi li għandhom jinkludu strateġiji dwar il-mitigazzjoni u l-adattament, sistemi ta' twissija bikrija, stat ta' preparazzjoni għad-diżastri u strateġiji ta' evakwazzjoni, żoni ta' sigurtà f'każijiet ta' emerġenza, skemi ta' assigurazzjoni u l-iffinanzjar tar-riżorsi umanitarji għal distibuzzjoni rapida; tistieden ukoll lill-pajjiżi ta' l-ACP biex jiżguraw li dawn l-azzjonijiet ikunu prijorita lokali b'bażi istituzzjonali soda, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-gruppi vulnerabbli; |
|
10. |
Tistieden lill-UE biex talloka ta' l-inqas 10 % ta' finanzjament addizzjonali għall-baġits ta' l-għajnuna umanitarja sabiex jitnaqqsu r-riskji ta' diżastru u jiżdiedu b'mod sinifikanti r-riżorsi għad-DRR u l-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima u l-adattament fi ħdan baġits ta' għajnuna għall-iżvilupp, mingħajr ma jfixklu sforzi oħrajn partikularment fil-qasam tas-saħħa u l-edukazzjoni bażiċi; |
|
11. |
Tenfasizza li l-Istati u r-reġjuni ta' l-ACP jitolbu l-appoġġ tal-komunità internazzjonali meħtieġ sabiex itejbu l-mitigazzjoni tad-diżastri, l-istat ta' preparazzjoni u l-kapaċitajiet ta' twissija bikrija nazzjonali u reġjunali tagħhom, iqajmu iktar kuxjenza pubblika dwar it-tnaqqis tad-diżastri u l-previżjoni ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza u r-reazzjoni għalihom, |
|
12. |
Jiddispjaċiha minħabba l-livell ta' riżorsi baxx ħafna allokat għall-Fond għad-Diżastri Naturali ta' l-ACP-UE minkejja l-ħtiġijiet li qegħdin ikomplu jiżdiedu, filwaqt li tilqa' b'sodisfazzjon it-twaqqif tiegħu; tistieden lill-UE biex talloka riżorsi addizzjonali għall-Fond skond l-għaxar EDF u linji tal-baġit ta' l-UE oħrajn, sabiex tassisti b'mod adegwat lill-Istati u r-reġjuni ta' l-ACP fid-DRR, fil-bini tal-kapaċità għal taffija f'każijiet ta' emerġenza, rijabilitazzjoni u żvilupp (LRRD) u l-iffinanzjar ta' sistemi ta' twissija bikrija u ta' reazzjoni rapida mtejba; |
|
13. |
Għalhekk, tħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex skond l-għaxar EDF, tkompli tappoġġja lill-Fond għad-Diżastri Naturali ta' l-ACP-UE u biex tespandi iktar l-ambitu tiegħu billi tipprovdi ta' l-inqas EUR 250 miljun mir-riżorsi mmirati għall-koperazzjoni intra-ACP, kif ukoll tuża parti mir-riżorsi tar-“riżerva” proposta biex tassisti r-reġjuni ta' l-ACP u l-Istati ta' l-ACP, partikularment l-Istati gżejjer żgħar ta' l-ACP, fl-implimentazzjoni komprensiva ta' stat ta' preparazzjoni u programm ta' ġestjoni, u rikostruzzjoni ta' wara d-diżastru fit-tul, speċifikatament għall-ACP; |
|
14. |
Temmen li l-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp (EDF) jeħtieġ iffinanzjar biżżejjed sabiex jassisti pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-adattament tagħhom u l-mitigazzjoni ta' l-effetti kkawżati mill-bidla fil-klima, tenfasizza f'dan ir-rigward, l-importanza tal-bini tal-kapaċità, il-prevenzjoni tad-diżastri, l-edukazzjoni, infrastrutturi li jiffunzjonaw u aċċess għall-mediċini, u tiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li titrawwem kapaċità fix-xjenza, fl-evalwazzjoni ta' l-impatt u l-adattament, fil-previżjoni tar-riskji u fil-preparazzjoni ta' proġetti tal-Mekkaniżmu ta' l-Iżvilupp Nadif; |
|
15. |
Tenfasizza l-ħtieġa li jiżdied l-iffinanzjar għall-iżvilupp tar-riżorsi umani rilevanti għall-prevenzjoni tad-diżastri, l-istat ta' preparazzjoni, il-mitigazzjoni u l-immaniġġjar u għall-adattament għall-bidla fil-klima, kif ukoll għat-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar f'dawk iż-żoni; |
|
16. |
Tistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri ta' l-UE biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex titħejja l-iktar mobilizzazzjoni mgħaġġla possibbli ta' l-appoġġ finanzjarju għall-emerġenza u għal għajnuna umanitarja għat-taffija; |
|
17. |
Tenfasizza l-ħtieġa ta' aġġornament kontinwu tal-profili ambjentali għal kull pajjiż ta' l-ACP u ta' integrazzjoni ambjentali fid-Dokumenti ta' Strateġija tal-Pajjiż (CSPs), id-Dokumenti ta' l-Strateġija Reġjunali (RSPs) u programmi tematiċi; tenfasizza l-importanza li l-parlamenti nazzjonali u s-soċjetà ċivili jassoċjaw ruħhom f'dan il-proċess; |
|
18. |
Temmen li l-politika ta' l-iżvilupp ma tistax tinfired mill-ambejnt u politiki oħrajn u titlob li jinstab approċċ olistiku għall-politika ta' l-iżvilupp sostenibbli li jintegra d-dimensjoni ambjentali fil-pajjiż ta' l-ACP u d-dokumenti ta' strateġija reġjunali, u kif ukoll fil-programmi u l-proġetti kollha ta' l-iżvilupp; |
|
19. |
Titlob li l-Alleanza Globali dwar it-Tibdil fil-Klima (GCCA) issir strument ewlieni fl-indirizzar tal-prevenzjoni tad-diżastri u l-istat ta' preparazzjoni kif ukoll l-adattament għall-bidla fil-klima u l-mitigazzjoni; |
|
20. |
Tħeġġeġ lill-gvernijiet ta' l-ACP biex ifasslu pjanijiet ta' emerġenza għal qabel il-kriżi u pjanijiet ta' kontinġenza li għandhom jinkludu strateġiji ta' evakwazzjoni, żoni ta' sigurtà f'każijiet ta' emerġenza, skemi ta' assigurazzjoni u l-iffinanzjar tar-riżorsi umani għat-tqassim rapidu; |
|
21. |
Tenfasizza l-ħtieġa għal approċċ dinji ta' veru dwar id-diżastri naturali u l-bidla fil-klima u tistieden lill-komunità internazzjonali biex tikkommetti ruħha għas-sejba ta' soluzzjonijiet progressivi intenazzjonali; għalhekk, titlob li jitniedu negozjati matul il-Konferenza Internazzjonali dwar il-Klima tan-NU dwar ftehima globali u komprensiva għal wara l-2012, li għandha tkompli tibni fuq il-protokoll ta' Kjoto u li twessa' l-ambitu tiegħu; |
|
22. |
Tħeġġeġ lill-pajjiżi żviluppati biex jikkommettu iktar riżorsi għall-mekkaniżmi ta' ffinanzjar eżistenti skond il-Protokoll ta' Kjoto u li kemm jista' jkun malajr jagħmlu dawn il-kontribuzzjonijiet impenn li jorbot; |
|
23. |
Titlob li jsir skambju ta' l-aħjar prattiki, it-trasferiment ta' teknoloġija u li titqajjem kuxjenza, speċjalment dwar l-ippjanar ta' l-użu ta' l-art, il-kostruzzjoni f'żoni ta' riskju, il-kostruzzjoni sigura ta' bini u l-ħarsien tal-faċilitajiet kritiċi; |
|
24. |
Titlob li jkun hemm koperazzjoni reġjunali u internazzjonali mtejba sabiex ikun iffaċilitat l-iskambju tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u l-iffinanzjar kontinwu ta' soluzzjonijiet bl-livell baxx ta' teknoloġija, bħalma huwa r-radju f'siti rurali u mbegħda; |
|
25. |
Tistieden lill-pajjiżi ta' l-ACP biex jaqblu fuq livell reġjunali dwar l-immaniġġjar tal-baċiri tax-xmajjar, billi jieħdu miżuri kkoordinati dwar ir-riżorsi ta' l-ilma u s-sajd; |
|
26. |
Tosserva li permezz ta' l-użu tar-riżorsi li jiġġeddu, bħalma hija l-enerġija solari, mir-riħ u tal-bijomassa, kieku l-pajjiżi ta' l-ACP jkunu inqas dipendenti fuq iż-żejt, tistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jittrasferixxu t-teknoloġija xierqa u jipprovdu ffinanzjar adegwat, u tħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tirrevedi l-kriterji sabiex jinkludu kriterji favur l-ambjent, il-vulnerabiltà u l-insularità, fid-determinazzjoni ta' l-eliġibbiltà għall-aċċess għar-riżorsi tal-Fondi ta' l-Enerġija u l-Ilma taħt l-għaxar EDF; |
|
27. |
Tistieden lill-pajjiżi ta' l-ACP u l-UE biex jiffissaw mira speċifika għall-użu ta' l-enerġija li tiġġedded, u jqisu li l-enerġija li tiġġedded għandha titpoġġa fil-qalba tal-programmi ta' koperazzjoni bejn l-ACP u l-UE li jaqgħu taħt il-Ftehima ta' Cotonou; |
|
28. |
Tagħti istruzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha sabiex jgħaddu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill ACP-UE, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Unjoni Afrikana u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. |
(1) Adottat mill-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE fit-22 ta' Novembru 2007 f'Kigali (ir-Rwanda).
(2) ĠU C 271, 24.9.1999, p. 30.
RIŻOLUZZJONI (1)
dwar il-qagħda tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, partikularment fil-lvant tal-pajjiż, u l-impatt tagħha fuq ir-reġjun
L-Assemblea Parlamentari Konġunta ta' l-ACP-UE,
|
— |
f'laqgħa f'Kigali (ir-Rwanda) mid-19 sat-22 ta' Novembru 2007, |
|
— |
wara li kkunsidrat l-Artikolu 17(1) tar-Regoli ta' Proċedura tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjonijiet preċedenti tagħha dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (DRC) u r-reġjun tal-Lagi l-Kbar, |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar il-qagħda fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u r-rapporti ta' kull xahar tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar dan, |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2004, dwar is-sitwazzjoni fil-lvant tad-DRC (2), |
|
— |
wara li kkunsidrat il-Patt dwar is-Sigurtà, l-Istabilità u l-Iżvilupp fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar li kien iffirmat f'Nairobi (il-Kenja) fis-16 ta' Diċembru 2006 mill-Kapijiet ta' l-Istati u l-Gvernijiet tal-pajjiżi tar-reġjun tal-Lagi l-Kbar, |
|
— |
wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet tat-Tfal ta' l-20 ta' Novembru 1989, li tipprojbixxi l-involviment tat-tfal f'kunflitti armati, |
|
— |
wara li kkunsidrat ir-rapport tal-missjoni ta' l-Assemblea Parlamentari Kongunta ACP-UE dwar l-osservazzjoni ta' l-elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi li saru fid-DRC fit-30 ta' Lulju u fid-29 ta' Ottubru rispettivament, |
|
— |
wara li kkunsidrat l-azzjoni konġunta tal-Kunsill rigward il-missjoni ta' l-Unjoni Ewropea (UE) biex ikunu pprovduti pariri u għajnuna fil-qafas tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fid-DRC, |
|
— |
wara li kkunsidrat il-proċess ta' Kimberley li għandu l-għan li, fl-aħħar minn l-aħħar, itemm iċ-ċirkolazzjoni ta' djamanti għall-iffinanzjar ta' kunflitt jew gwerra (blood diamonds) u biex itejjeb il-governanza f'dawk il-pajjiżi mogħnija b'riżorsi naturali permezz ta' verifika u pubblikazzjoni kompleta tal-ħlasijiet kollha magħmula minn kumpaniji u d-dħul tal-gvernijiet miż-żejt, mill-gass u mill-prodotti misluta mill-minjieri, |
|
A. |
billi l-ħafna snin ta' kunflitti armati rriżultaw direttament jew indirettament f'4 miljun vittma diretti jew indiretti u ħolqu l-ispostament ta' mill-inqas 1.5 miljun persuna, il-biċċa l-kbira minnhom nisa u tfal, kif ukoll il-qerda ta' l-infrastrutturi soċjo-ekonomiċi tad-DRC, |
|
B. |
Tfakkar, u tinsab imħassba, li sa minn tmiem l-2006, madwar 300 000 persuna li jgħixu fil-Provinċja ta' Kivu ta' Fuq ġew sfurzati jaħarbu minn djarhom minħabba taqbid tal-gwerra li kien jinvolvi l-forzi armati regolari tad-DRC u t-truppi ribelli tal-Ġeneral li tneħħa mill-kariga, Laurent Nkunda, u gruppi armati oħrajn, li wasslu biex l-ispostament totali laħaq it-800 000 persuna, |
|
C. |
Tinsab tremendament inkwetata minħabba l-vjolenza li qed tkompli tiżdied, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fuq medda wiesgħa, l-istupru u forom oħra ta' vjolenza sesswali fuq nisa mill-provinċji tal-lvant ta' Kivu ta' Fuq u ta' Kivu t'Isfel, |
|
D. |
Tinsab imħassba ħafna dwar il-persistenza u r-reklutaġġ, li qed ikompli jiżdied, ta' suldati tfal fil-lvant tad-DRC minn milizji armati, |
|
E. |
Tinsab imħassba dwar il-qagħda, kważi permanenti, ta' nuqqas ta' sigurtà fil-lvant tad-DRC li qiegħda twassal biex ikun impossibbli għall-organizzazzjonijiet umanitarji biex iqassmu affarijiet ta' l-ikel u neċessitajiet bażiċi bħalma huma l-mediċini, lill-popolazzjoni ċivili, |
|
F. |
Tqis li l-preżenza tal-gruppi armati barranin, inklużi l-Ekx Forzi Armati tar-Rwanda (ex-FAR)/Interahamwe (il-Forzi Demokratiċi għal-Liberalizzazzjoni tar-Rwanda (FDLR)), li qed ikomplu jwettqu, b'impunità, atroċitajiet bħalma huma l-qtil, l-istupru, it-tortura u rejds, u b'hekk qed jisfurzaw lill-popolazzjoni ċivili biex tiċċaqlaq lejn il-lvant tad-DRC u fil-pajjiżi ġirien, qed twassal għal theddida għas-sigurtà, l-istabilità u l-iżvilupp tal-pajjiż, |
|
G. |
Billi l-persistenza tal-kunflitti armati u l-gruppi armati rinnegati fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar jikkostitwixxu theddida serja għall-paċi, l-istabilità, id-demokrazija u l-iżvilupp ta' dak ir-reġjun; billi tikkomprometti l-koperazzjoni bejn l-istati tar-reġjun u tħassar l-isforzi tal-komunità internazzjonali biex iwasslu għall-iżvilupp ta' stati demokratiċi mimlijin entużjażmu u prosperi f'dak ir-reġjun u t-titjib tal-kundizzjonijiet ta' l-għejxien tal-popolazzjonijiet rispettivi tagħhom, |
|
H. |
Billi konsegwentement, huwa urġenti li jittieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jitwaqqfu l-kunflitti, jiżżarmaw il-gruppi armati, jiġu evitati kunflitti futuri sabiex ikunu kkonsolidati l-paċi u d-demokrazija, ikunu promossi l-istabilità u l-iżvilupp fir-reġjun għall-benesseri tal-popli kollha fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar, u sabiex l-istituzzjonijiet leġittimi tad-DRC ikunu jistgħu jiddedikaw l-enerġiji tagħhom biex jibnu mill-ġdid il-pajjiż tagħhom, li nqered minħabba l-gwerer rikorrenti, |
|
I. |
Billi l-paċi u s-sigurtà, kemm fid-DRC u fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar, jistgħu jinkisbu biss ma' tmiem it-theddida li nħolqot minn gruppi armati barranin u nazzjonali fid-DRC u l-organizzazzjonijiet politiċi tagħhom, kif ukoll billi jitneħħew l-armi kollha minn idejn il-gruppi paramilitari kollha li invadew dak ir-reġjun, |
|
J. |
Billi l-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) kienet qiegħda tinvestiga delitti li setgħu twettqu fid-DRC sa mill-2004, |
|
K. |
Wara li kkunsidrat l-obbligi li ttieħdu f'Kigali fit-28 ta' Awwissu 2007 mill-partijiet matul is-Samit “Tripartite Plus”, fi kliem ieħor tal-kapijiet ta' l-armata tad-DRC, tar-Rwanda, ta' l-Uganda u tal-Burundi, u dawk li ttieħdu fis-16 ta' Settembru 2007 mill-ministri ta' l-affarijiet barranin ta' dawk il-pajjiżi, bil-għan li titħaddan il-paċi billi jiġu nnewtralizzati l-forzi armati ribellużi li jinsabu fit-territorji rispettivi; billi kkunsidrat id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-ministri għall-affarijiet barranin tad-DRC u r-Rwanda maħruġa fi tmiem il-laqgħa f'Kinshasa bejn it-3 u l-4 ta' Settembru 2007, |
|
L. |
Billi l-Komunikat Konġunt tal-Gvern tad-DRC u l-Gvern tar-Repubblika tar-Rwanda dwar approċċ komuni biex tintemm it-theddida għall-paċi u l-istabilità fiż-żewġ pajjiżi u r-reġjuni tal-Lagi l-Kbar, iffirmat fid-9 ta' Novembru 2007 mill-ministri għall-affarijiet barranin taż-żewġ pajjiżi li kien possibbli permezz tan-NU u fil-preżenza tar-rappreżentanti ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerka u l-UE, jipproponi prospetti ġodda għall-paċi u l-koperazzjoni fost l-istati fir-reġjun, |
|
M. |
Billi l-President tad-DRC, Joseph Kabila, u l-kontraparti tiegħu ta' l-Uganda, Yoweri Museveni, iltaqgħu fit-Tanzania f'Settembru 2007 sabiex iwaqqfu, bl-appoġġ tan-NU, forza militari konġunta sabiex ikeċċu lir-ribelli tal-Lord's Resistance Army (LRA) li qegħdin joħolqu instabilità fir-reġjun, u anki biex jibdew iwettqu attivitajiet konġunti relatati mat-tiftix għaż-żejt, |
|
N. |
Billi d-DRC għandha abbundanza ta' minerali naturali u riżorsi forestali, fost oħrajn, li għandhom jiġu mmaniġġjati bir-reqqa u b'mod effiċjenti sabiex ikun żgurat l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' dak il-pajjiż, |
|
O. |
Wara li kkunsidrat l-Inizjattiva ta' Trasparenza ta' l-Industriji Estrattivi (EITI), li d-DRC hija parti fiha, |
|
P. |
Wara li kkunsidrat id-deċiżjoni tal-Gvern tad-DRC li jirrevedi l-kuntratti ta' xogħol fil-minjieri u l-foresti ffirmati matul il-perjodu tal-gwerra u l-fażi ta' tranżizzjoni, |
|
Q. |
Billi l-kostituzzjoni l-ġdida adottata fit-18 ta' Diċembru 2005 mill-poplu tal-Kongo toffri bażi soda meħtieġa għall-bini ta' stat ibbażat fuq l-istat tad-dritt u soċjetà verament demokratika, |
|
R. |
Billi l-elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi li jinvolvu ħafna partiti politiċi li saru fid-DRC fit-30 ta' Lulju u 29 ta' Ottubru 2006 rispettivament, taw lill-popolazzjoni tama ġdida għal era ta' paċi, stabilità u prosperità wara ħafna snin ta' dittatorjat u gwerra; billi attwalment qegħdin jiġu organizzati l-elezzjonijiet muniċipali, |
|
S. |
Billi ċ-ċittadini kollha tal-Kongo għandhom id-dritt għall-protezzjoni ugwali mill-entitajiet tal-gvern, partikularment rigward is-sigurtà, u s-sikurezza tal-persuna u tal-proprjetà tagħhom, |
|
T. |
Billi l-Parlament tal-Kongo, reċentement, għadda liġi dwar l-istat ta' l-oppożizzjoni politika fid-DRC sabiex tissaħħaħ id-demokrazija u l-irwol ta' l-oppożizzjoni politika fit-tmexxija tal-pajjiż, |
|
1. |
Tistieden lill-forzi kollha li qegħdin jipparteċipaw fil-kunflitti fil-lvant tad-DRC biex jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali, biex iwaqqfu l-attakki fuq il-popolazzjoni ċivili u biex jippermettu lill-aġenziji umanitarji biex jagħtu l-għajnuna lill-popolazzjoni ċivili; |
|
2. |
Tħeġġeġ biex dawk li qed jikkommettu ksur tad-drittijiet tal-bniedem, iwettqu delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità, vjolenza sesswali kontra n-nisa u jirreklutaw suldati tfal jiġu rrapurtati, identifikati, imħarrka u kkastigati skond il-liġi kriminali nazzjonali u internazzjonali; |
|
3. |
Tistieden lill-Gvern tad-DRC u lill-Missjoni ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUC) biex jiggarantixxu livell xieraq ta' sigurtà għall-membri ta' l-organizzazzjonijiet umanitarji; |
|
4. |
Tistieden lill-gvernijiet ta' l-UE u tal-pajjiżi ta' l-ACP, lill-Kummissjoni Ewropea, lin-NU u lill-Unjoni Afrikana (AU) biex jagħmlu dak kollu li hu possibbli biex jipprovdu għajnuna effiċjenti u adegwata lill-popolazzjoni fil-lvant tad-DRC u biex jagħtu l-kontibut tagħhom sabiex jiġi indirizzat diżastru umanitarju; |
|
5. |
Tesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni u l-għadd ta' persuni spostjati internament u refuġjati li għadhom qegħdin fil-pajjiżi ġirien, u tistieden lill-awtoritajiet tad-DRC u l-pajjiżi li qed jospitaw biex jagħmlu dak kollu fis-setgħa tagħhom biex jiffaċilitaw ir-ritorn sigur tar-refuġjati tal-Kongo, partikularment billi jikkoperaw bis-sħiħ ma' l-imsieħba bħalma huma l-Programm Dinji ta' l-Ikel tan-NU (WFP) u l-Kummissjoni Għolja għar-Refuġjati tan-NU (UNHCR); |
|
6. |
Tistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill biex, bil-koperazzjoni ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u l-Gvern tad-DRC, jippreparaw programm ta' għajnuna umanitarja għad-DRC li jkollu l-għan li jipprovdi ħafna iktar għajnuna medika mtejba lill-poplu tal-Kongo; |
|
7. |
Tistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tipprovdi appoġġ, inkluża għajnuna finanzjarja, għall-organizzazzjoni tal-konferenza dwar il-paċi f'Kivu sabiex il-popolazzjoni tingħata ċ-ċans li tipparteċipa fit-tfittxija għal soluzzjonijiet li jħallu riżultati fit-tul; |
|
8. |
Tieħu nota ta' l-obbligi reċiproki tal-Burundi, id-DRC, l-Uganda u r-Rwanda, u partikularment il-Komunikat Konġunt iffirmat mill-gvernijiet tar-Rwanda u tad-DRC f'Nairobi fid-9 ta' Novembru 2007, bil-għan li tinsab soluzzjoni flimkien u fit-tul għall-problemi tas-sigurtà fir-reġjun, u tesprimi l-approvazzjoni tagħha għall-isforzi tal-partijiet; |
|
9. |
Tħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jonoraw strettament l-impenji li ttieħdu, u tistieden lin-NU, lill-UE, lill-AU, lill-imsieħba ta' l-istati kkonċernati, u kif ukoll lill-Ħbieb tal-Lagi l-Kbar, biex jappoġġjaw b'saħħa u b'mod attiv l-isforzi għall-implimentazzjoni ta' dawn l-obbligi u l-Patt dwar is-Sigurtà, l-Istabilità u l-Iżvilupp fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar; |
|
10. |
Tħeġġeġ lill-Gvern tad-DRC, bl-appoġġ tal-MONUC — li r-riżorsi tiegħu jeħtieġu jiżdiedu — u, skond il-paragrafu 9(b) tal-Komunikat Konġunt tad-9 ta' Novembru 2007, biex “iniedi operazzjonijiet militari, bħala ħtieġa urġenti, biex iwaqqaf u jxolji l-ex-FAR/Interhamwe bħala organizzazzjoni militari ġenoċidali fid-DRC”, u li dawn l-operazzjonijiet “jitmexxew, simultanjament, ma' l-operazzjonijiet biex jiġu mwaqqfa u xolti l-gruppi armati illegali f'Kivu ta' Fuq u f'Kivu t'Isfel”, |
|
11. |
Tilqa' b'sodisfazzjon ir-rieda li esprimew ir-Rwanda u d-DRC matul il-laqgħa tal-ministri għall-affarijiet barranin rispettivi tagħhom f'Kinshasa fit-3 u fl-4 ta' Settembru 2007 biex jiġu stabbiliti relazzjonijiet normali bejn iż-żewġ pajjiżi, u tħeġġiġhom f'dan ir-rigward; |
|
12. |
Titlob li l-istati firmatarji kollha tal-Patt għas-Sigurtà, l-Istabilità u l-Iżvilupp fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar, jirratifikawh u jimplimentawh bis-sħiħ; |
|
13. |
Titlob li jsiru iktar sforzi kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell internazzjonali biex l-istat tad-dritt jiġi msaħħaħ fid-DRC, speċjalment fl-oqsma tal-governanza u s-sigurtà; |
|
14. |
Tappella biex tiġi rijabilitata u rrispettata l-awtorità ta' l-istat fil-pajjiż kollu, li timplika d-diżarm tal-milizji kollha; |
|
15. |
Tistieden lill-komunità internazzjonali, inklużi l-Istati Membri ta' l-UE u l-Istati ta' l-ACP, biex tonora l-wegħdiet tagħha biex tikkopera mad-DRC u tgħin biex titwaqqaf l-istabilità fil-lvant tal-pajjiż; |
|
16. |
Tistieden lin-NU, lill-UE u lill-AU u lill-imsieħba l-oħra tad-DRC biex ikomplu jappoġġjaw l-isforzi ta' l-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż għar-riforma ta' l-armata, tal-pulizija, tas-servizzi tas-sigurtà u tas-sistema ġudizzjarja bil-għan li jerġgħu jiġu stabbiliti l-istat u l-awtorità tiegħu, l-elementi essenzjali kollha għall-konsolidament tal-paċi u s-sigurtà fil-pajjiż u fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar ukoll; |
|
17. |
Tinsab sodisfatta bit-twaqqif ta' istituzzjonijiet eletti b'mod demokratiku fid-DRC u tistieden lill-mexxejja tal-pajjiż biex jieħdu l-inizjattivi kollha meħtieġa biex tiġi kkonsolidata demokrazija u tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tal-forzi attivi kollha fin-nazzjon tal-Kongo fil-governanza tal-pajjiż fuq il-bażi tal-liġi kostituzzjonali; |
|
18. |
Tilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Parlament tad-DRC għadda liġi li tistabbilixxi l-istat ta' l-oppożizzjoni politika, u titlob għall-promulgazzjoni u l-applikazzjoni b'suċċess tagħha; |
|
19. |
Titlob l-appoġġ ta' l-UE u l-komunità internazzjonali għall-organizzazzjoni ta' l-elezzjonijiet lokali u muniċipali, li inizjalment kien ippjanat li jsiru fl-2007, bħala l-aħħar stadju tal-proċess elettorali tal-Kongo; |
|
20. |
Tieħu nota tad-deċiżjoni li jiġu riveduti l-kuntratti tax-xogħol ta' sfruttament ta' minjieri u foresti ffirmati matul il-perjodu tal-gwerra u l-fażi ta' tranżizzjoni bil-għan li jergħu jiġu nnegozjati, u tistieden lill-Gvern tad-DRC biex jistabbilixxi mekkaniżmi trasparenti għall-immaniġġjar tar-riżorsi naturali tal-pajjiż sabiex jippermetti lill-Parlament, u kif ukoll lis-soċjetà ċivili, biex iressqu proposti fl-interess tal-popolazzjoni tal-Kongo; |
|
21. |
Tikkunsidra li l-aċċess għar-rikkezza naturali tal-pajjiż, u kif ukoll il-kontroll demokratiku u d-distribuzzjoni mill-ġdid tagħhom b'mod ekwu, favur il-popolazzjoni in ġenerali, huma indispensabbli għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiż; |
|
22. |
Tistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill ta' l-UE biex isaħħu r-rabtiet ta' koperazzjoni attwali tagħhom mal-Gvern tad-DRC fil-qasam tas-sorveljanza ta' l-isfruttament tar-riżorsi naturali tal-pajjiż; |
|
23. |
Tagħti istruzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha sabiex jgħaddu din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill ACP-UE, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Gvernijiet tad-DRC u tal-pajjiżi tal-Lagi l-Kbar, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Kummissjoni ta' l-UA. |
(1) Adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE fit-22 ta' Novembru 2007 f'Kigali (ir-Rwanda).
ANNESS V
Id-Dikjarazzjoni ta' Kigali
għall-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (EPAs) kompatibbli ma' l-iżvilupp
L-Assemblea Parlamentari Konġunta ta' l-ACP-UE, f'laqgħa f'Kigali (ir-Rwanda) mid-19 sat-22 ta' Novembru 2007:
I. Preambolu
|
A. |
billi l-Ftehima ta' Cotonou tistipula l-ftehim tal-Partijiet biex jikkonkludu arranġamenti ta' kummerċ ġodda kompatibbli mad-WTO, billi jitneħħew, progressivament, l-ostakli għall-kummerċ bejniethom, tissaħħaħ il-koperazzjoni fl-oqsma kollha relatati mal-kummerċ u l-iżvilupp billi jkomplu jibnu fuq l-acquis u jtejbu l-aċċess għas-suq, |
|
B. |
billi t-twaqqif ta' swieq reġjunali jirrappreżenta strument ewlieni għall-implimentazzjoni b'suċċess ta' l-EPAs, u billi l-integrazzjoni reġjunali tirrapreżenta bażi importanti għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta' l-istati ta' l-ACP, |
|
C. |
tfakkar li l-għan tal-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali bejn l-ACP u l-UE hu l-promozzjoni ta' l-iżvilupp u t-tħaddin ta' integrazzjoni gradwali ta' l-Istati ta' l-ACP fl-ekonomija dinjija, |
|
D. |
tfakkar li, skond id-Dikjarazzjoni ta' Cape Town, l-għan ewlieni tan-negozjati ta' l-EPA hu li jissaħħu l-ekonomiji ta' l-Istati ta' l-ACP, |
|
E. |
tenfasizza li d-Dikjarazzjoni ta' Cape Town talbet li n-negozjati jkunu strutturati b'mod iktar miftuħ u trasparenti, filwaqt li jitqiesu d-differenzi fir-riżorsi u l-livell ta' żvilupp bejn iż-żewġ partijiet għan-negozjati, |
|
F. |
tirrikonoxxi l-fatt li, ta' l-inqas s'issa, għal diversi raġunijiet, l-ebda wieħed mit-timijiet tan-negozjati ta' l-ACP ma kien kapaċi jikkompleta n-negozjati dwar EPA komprensiv, |
II. Il-proċess tan-negozjati
|
1. |
Tinnota li l-Istati ta' l-ACP jiddikjaraw li l-Kummissjoni Ewropea poġġiet pressjoni fuqhom biex jiffirmaw EPA u li dan imur kontra l-ispirtu ta' l-isħubija ta' l-ACP-UE; |
|
2. |
Tħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tirrikonoxxi li iktar żmien huma meħtieġ għall-Istati ta' l-ACP sabiex jevalwaw, b'mod komprensiv, l-implikazzjonijiet tal-ftehimiet proposti, meta jitqies li n-negozjati bdew isiru biss b'mod serju għal dawn l-aħħar sentejn; |
|
3. |
Tinsab imħassba minħabba li l-Kummissjoni Ewropea ddikkjarat li, jekk il-ftehimiet ma jidħlux fis-seħħ, se jiġu imposti tariffi fuq ħafna esportazzjonijiet minn Stati ta' l-ACP li m'humiex Pajjiżi l-Anqas Żviluppati (non-LDC) mill-1 ta' Jannar 2008, u li dan se jkun qed jhedded il-benesseri u l-għajxien ta' miljuni ta' ħaddiema fl-Istati ta' l-ACP; |
|
4. |
Tieħu nota tad-deċiżjoni riċenti li ħadet il-Kummissjoni Ewropea li tadotta approċċ fuq żewġ fażijiet bil-għan li jkun evitat it-tfixkil għall-kummerċ għal xi Stati ta' l-ACP u li jitkomplew in-negozjati lilhinn mill-31 ta' Diċembru 2007 dwar EPAs komprensivi u li huma kompatibbli ma' l-iżvilupp; |
|
5. |
Tenfasizza l-importanza tas-swieq reġjunali u tenfasizza li kwalunkwe approċċ “fuq żewġ fażijiet”, jew kwalunkwe inizjattiva oħra li tista' ddgħajjef il-proċessi ta' integrazzjoni reġjunali li għaddejjin bħalissa fl-ACP, għandu jiġi evitat; |
|
6. |
Tenfasizza li l-Kummissjoni Ewropea għandha tonora l-obbligi li ħadet fil-Ftehima ta' Cotonou biex tiżgura li l-Istati ta' l-ACP — inklużi dawk mhux LDCs — li m'humiex f'qagħda li jiffirmaw EPA, ikunu pprovduti b'qafas ġdid li jkun ekwivalenti għas-sitwazzjonijiet eżistenti tagħhom u konformi ma' l-Artikolu 37(6) tal-Ftehima ta' Cotonou; |
|
7. |
Tistieden lill-partijiet biex jinkludu klawżola ta' reviżjoni perjodika fl-EPAs kollha sabiex tkun evalwata l-implimentazzjoni tagħhom u biex tagħti lok għal kull aġġustament li jista' jkun neċessarju; |
III. Il-Prinċipji
Approċċ ġenerali
|
8. |
Temmen li l-ftehimiet kollha li jintlaħqu, kemm jekk ftehimiet interim kif ukoll jekk EPAs sħaħ, għandhom jiżguraw li l-ebda pajjiż ma jitħalla f'qagħda ħażina wara l-iskadenza tan-negozjati; |
|
9. |
Titlob li l-limitu stipulat fil-ftehimiet interim għall-adeżjoni ta' l-LDCs, jitbaxxa b'mod adegwat sabiex jaqbel ma' l-istadju ta' żvilupp tagħhom; |
|
10. |
Tenfasizza li l-proċess ta' integrazzjoni reġjunali għar-reġjuni ta' l-EPA għandu jkun prinċipju fundamentali ta' l-EPAs, u li dawn il-ftehimiet għandhom ikunu konsistenti mat-tisħiħ ta' l-inizjattivi ta' integrazzjoni reġjunali fl-ACP u li jkunu jikkontribwixxi għal dan; |
Aċċess imtejjeb għas-suq
|
11. |
Tapprezza li, għal-LDCs li għadhom m'humiex parti mill-ftehimiet interim, l-inizjattiva “Kollox Barra Armi” (EBA) waħidha m'hijiex suffiċjenti, u magħha għandhom jiżdiedu regoli ta' oriġini mtejba u ssimplifikati; |
|
12. |
Tenfasizza li s-simplifikazzjoni tar-regoli ta' oriġini hija prekundizzjoni u li għandha tiġi introdotta l-flessibilità kollha meħtieġa fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet il-ġodda; |
|
13. |
Tenfasizza li l-Kummissjoni Ewropea għandha tinkludi żbilanċi xierqa fil-ftehimiet, partikularment fejn huma kkonċernati: id-definizzjoni ta' 'sostanzjalment il-kummerċ kollu'; il-prodotti sensittivi li għandhom ikunu koperti; it-tul tal-perjodi ta' tranżizzjoni u r-ritmu tal-liberalizzazzjoni bbażat fuq livelli ta' żvilupp li għandhom jintlaħqu; is-salvagwardji; u r-riżoluzzjoni tat-tilwim; |
|
14. |
Tosserva li l-konklużjoni tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles mill-Kummissjoni Ewropea, tista' twassal għal iktar erożjoni tal-preferenzi kummerċjali li l-Istati ta' l-ACP bħalissa qegħdin igawdu, u li għalhekk l-UE għandha tikkunsidra dan il-fatt u tipprovdi appoġġ adattat għall-aġġustament, il-kompetittività u d-diversifikazzjoni fl-Istati ta' l-ACP; |
|
15. |
Titlob li tingħata għajnuna finanzjarja u teknika xierqa lill-Istati ta' l-ACP biex ikunu jistgħu jirrispettaw ir-regolamenti l-istandards ta' l-UE dwar l-importazzjoni sabiex jibbenefikaw bis-sħiħ minn aċċess għas-suq imtejjeb; |
Il-ħtieġa li jiġu indirizzati r-restrizzjonijiet fuq in-naħa tal-provvista
|
16. |
Tesprimi t-tħassib tagħha dwar ħafna mid-dispożizzjonijiet imressqa mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-oqsma tas-servizzi, il-kompetizzjoni, il-proprjetà intelletwali, u l-akkwisti pubbliċi mill-gvern, peress li xi wħud mill-pajjiżi ta' l-ACP ma jridux jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet, u tħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tkun flessibbli f'dan ir-rigward; |
|
17. |
Jiddispjaċiha li d-dewmien fir-ratifika tal-Ftehima ta' Cotonou riveduta jista' jfixkel l-implimentazzjoni ta' l-10 Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp (EDF), li probabbli jirriżulta f'defiċit fl-allokazzjonijiet ta' għajnuna annwali għall-koperazzjoni ACP-UE u għalhekk tinkoraġġixxi lill-partijiet kollha biex jikkompletaw il-proċess ta' ratifika malajr kemm jista' jkun; |
|
18. |
Tenfasizza li l-ftehimiet li jkopru 'merkanzija biss' għandhom jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ relatat ma' l-għajnuna għall-kummerċ ta' l-EPA, minbarra l-EDF, biex jibnu l-kapaċità fuq in-naħa tal-provvista u jindirizzaw l-impatt soċjali tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fl-Istati ta' l-ACP; |
|
19. |
Tenfasizza mill-ġdid li l-għoti tar-riżorsi ta' l-EDF m'għandux ikun marbut ma' l-iffirmar ta' l-EPAs jew suġġett għalih; |
Id-diversifikazzjoni tad-dħul tal-Gvern
|
20. |
Titlob li tingħata iktar attenzjoni għall-isfidi ta' diversifikazzjoni fid-dħul li qed jiffaċċjaw l-Istati ta' l-ACP partikularment meta jitqies li se jitneħħew id-dazji fuq l-importazzjonijiet prattikament fuq il-kummerċ kollu ma' l-UE; |
|
21. |
Tilqa' b'sodisfazzjon il-proposta li jitwaqqfu l-Fondi Reġjunali ta' l-EPA, li jkunu jinkludu 'faċilità għall-aġġustament fiskali', magħmula mill-kontribuzzjonijiet min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri ta' l-UE, sabiex jipprovdu għajnuna finanzjarja għall-inizjattivi ta' diversifikazzjoni fid-dħul fl-Istati ta' l-ACP u biex jappoġġjaw inizjattivi għall-kummerċ ġust; |
Il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-effetti esterni tal-kummerċ tar-riforma tal-politika agrikola komuni
|
22. |
Tistieden lill-UE biex tiżgura li kwalunkwe riforma fil-politika agrikola komuni (CAP) tkun kompletament koerenti ma' l-għanijiet tal-politika għall-iżvilupp u l-koperazzjoni tagħha ma' l-Istati ta' l-ACP; |
|
23. |
Temmen li t-tagħlim importanti li nkiseb minn riformi agrikoli preċedenti (inklużi l-aġġustamenti fis-settur tal-banana u r-rum, kif ukoll ir-riforma tal-PAK ta' l-UE) għandu jiġi applikat fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-miżuri fis-settur taz-zokkor; |
Id-dimensjoni tas-sessi
|
24. |
Jiddispjaċiha li, ta' l-inqas s'issa, ma ġiet żviluppata l-ebda miżura pożittiva speċifiċi għas-salvagwardja u l-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa u l-bniet konformi ma' l-Artikolu 31 tal-Ftehima ta' Cotonou, u li ma kien hemm l-ebda integrazzjoni tas-sessi fil-proċess tan-negozjati ta' l-EPAs, għalhekk tistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex twettaq analiżi sistematika, matul in-negozjati u wara l-konklużjonijiet tagħhom, ta' l-impatt soċjali ta' l-EPAs fuq il-gruppi l-iktar vulnerabbli; |
Konklużjoni
|
25. |
Taqbel li għandha tiġi organizzata sorveljanza min-naħa tal-JPA biex l-impatt kummerċjali u ta' l-iżvilupp ta' l-implimentazzjoni ta' l-EPA jiġi mmonitorjat u analizzat pubblikament, biex titjieb il-koerenza tal-politika għall-iżvilupp u biex jitfasslu mekkaniżmi li jiżguraw ir-responsabilità u r-rappurtar regolari tal-kontibuzzjoni ta' l-EPAs għal żvilupp ġust u sostenibbli; |
|
26. |
Tikkonkludi li l-Assemblea Parlamentari konġunta se tkompli taħdem biex tiżgura li kull qafas ġdid għall-kummerċ ma jħalli l-ebda pajjiż f'qagħda ħażina u, barra minn hekk, li l-arrangamenti kummerċjali ġodda se jħaddnu prosperità u żvilupp sostenibbli fl-Istati kollha ta' l-ACP. |