ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 47

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
20 ta' Frar 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 047/01

Status fir-rigward ta' l-adeżjoni taL-KE għar-Regolamenti UN/ECE fil-qasam ta' l-approvazzjoni tal-vetturi mill-31 ta' Diċembru 2007

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 047/02

Rata tal-kambju ta' l-euro

5

2008/C 047/03

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-konċentrazzjonijiet mogħtija fil-151 laqgħa tiegħu fil-11 ta' Ġunju 2007 dwar abbozz ta' deċiżjoni relatata ma' COMP/M.4439 — Ryanair/Aer Lingus — Relatur: Il-Polonja

6

2008/C 047/04

Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-Każ COMP/M.4439 — Ryanair/Aer Lingus (Skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/462/KE, KEFA tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza ta' l-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

7

2008/C 047/05

Is-sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ġunju 2007 li tiddikjara konċentrazzjoni bħala inkompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Każ COMP/M.4439 — Ryanair/Aer Lingus) ( 1 )

9

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 047/06

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/22/KE ( 1 )

21

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2008/C 047/07

Avviż tal-Gvern tar-Renju Unit dwar id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/22/KE dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' idrokarburi ( 1 )

22

 

Rettifikazzjonijiet

2008/C 047/08

Rettifika għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/22/KE (ĠU C 29, 1.2.2008)

25

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

20.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 47/1


Status fir-rigward ta' l-adeżjoni taL-KE għar-Regolamenti UN/ECE fil-qasam ta' l-approvazzjoni tal-vetturi mill-31 ta' Diċembru 2007

(2008/C 47/01)

Il-Kummissjoni hawnhekk tippubblika tabella li tagħti fil-qosor l-istat tar-Regolamenti UNECE kif emendati l-aħħar (annessi mal-Ftehim ta' l-1958 dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir u parts li jistgħu jiġu installati u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku ta' l-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet) li għalihom issieħbet il-KE fil-31 ta' Diċembru 2007, anki jekk xi wħud mill-emendi se jidħlu fis-seħħ wara din id-data.

Numru tar-Regolament

Emendi fil-waqt ta' l-adeżjoni

Serje ta' emendi (1)  (2)

Supplementi għas-serje (1)  (2)

Titolu qasir tar-Regolament

1

01

02

Fanali ta' quddiem asimmetriċi (R2 u/jew HS1)

3

02

02

10

Taħmir li jirrifletti lura

4

00

00

13

Bozza tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara

5

02

02

6

Fanali ta' quddiem asimmetriċi (Raġġ issiġillat)

6

01

01

16

Indikejters direzzjonali

7

02

02

13

Marki tat-truf ta' l-estremitajiet-, pożizzjoni ta' quddiem/bozoz ta' wara,tal-ġnub, tal-waqfien (M, N u O)

8

04

05

Fanali ta' quddiem (H1, H2, H3, HB3, HB4, H7, H8, H9, HIR1, HIR2 and/or H11)

10

02

03

Kompatibbiltà elettro-manjetika

11

02

03

Sokkri u ċappetti tal-bibien

12

03

03

3

Imġiba tat-tagħmir ta' l-istering fil-każ ta' ħabta

13

09

11

Ibbrejkjar (kategoriji M, N u O)

13H

00

00

5

Ibbrejkjar (karozzi tal-passiġġieri)

14

04

06

3

Ankraġġi taċ-ċinturini ta' sikurezza

16

04

05

Ċinturini tas-sikurezza

17

06

07

3

Saħħa tas-sits

18

02

03

1

Tagħmir kontra s-serq

19

02

03

Fanali ta' quddiem kontra ċ-ċpar

20

02

03

Fanali ta' quddiem asimmetriċi (H4)

21

01

01

3

Fittings tal-kabina

22

04

05

1

Elmi protettivi u viżieri għall-motoċiklisti

23

00

00

14

Bozoz tar-rivers

24

03

03

3

Duħħan tad-diżil u qawwa tad-diżil

25

04

04

Trażżin għar-ras

26

02

03

1

Partijiet esterni li jisporġu 'l-barra

27

03

03

1

Trijangoli għat-twissija bil-quddiem

28

00

00

3

Tagħmir għat-twissija bil-ħoss

30

02

02

15

Tajers (vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom)

31

02

02

6

Fanali ta' quddiem asimmetriċi (raġġ issiġillat ta' l-aloġenu)

34

01

02

2

Riskji ta' nar

37

03

03

30

Bozoz tal-filament

38

00

00

13

Bozoz kontra ċ-ċpar għal wara

39

00

00

5

Speedometer

43

00

00

10

Ħġieġ tas-sikurezza

44

03

04

4

Sistema ta' trażżin għat-tfal

45

01

01

5

Tagħmir għat-tindif tal-fanali ta' quddiem

46

01

02

2

Mirja għall-viżjoni lura

48

01

04

Installazzjoni ta' tagħmir għad-dawl u għas-sinjalar bid-dawl (M, N u O)

49

02

05

Emissjonijiet (diżil, NG & LPG)

50

00

00

11

Bozoz ta' pożizzjoni għal quddiem/wara, bozoz tal-waqfien, indikejters direzzjonali, bozoz għall-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara (L)

51

02

02

6

Livelli ta' ħoss (M u N)

53

00

01

8

Installazzjoni ta' dwal u ta' tagħmir għas-sinjalar bid-dwal (L3)

54

00

00

16

Tajers (vetturi kummerċjali u t-trejlers tagħhom)

55

00

00

 

Akkoppjaturi mekkaniċi

56

00

01

Fanali ta' quddiem (mopeds)

57

01

02

Fanali ta' quddiem (muturi)

58

01

02

Tagħmir protettiv kontra t-trikkib minn wara

59

00

00

3

Sistemi tas-sajlencers ta' sostituzzjoni

60

00

00

3

Kontrolli mħaddma mis-sewwieq — identifikazzjoni tal-kontrolli — twissijiet u indikaturi (moped/muturi)

62

00

00

2

Tagħmir kontra s-serq (moped/muturi)rq

64

00

01

Tajers (roti/tajers sparegħall-użu temporanju)

66

00

01

Saħħa tas-sovrastruttura (xarabanks)

67

01

01

8

Tagħmir LPG

69

01

01

3

Pjanċi indikattivi ta' wara għal vetturi li jimxu bil-mod

70

01

01

5

Pjanċi indikattivi ta' wara għal vetturi tqal u twal

71

00

00

Kamp viżiv, trakters agrikoli

72

00

01

Fanali ta' quddiem (HS1) (muturi)

73

00

00

1

Protezzjoni laterali (vetturi tal-ġarr u t-trejlers tagħhom)

74

00

01

4

Installazzjoni ta' dwal u ta' tagħmir għas-sinjalar bid-dwal (L1)

75

00

00

12

Tajers (muturi/mopeds)

77

00

00

11

Bozoz tal-parking

78

02

03

Ibbrejkjar (kategorija L)

79

01

01

3

Tagħmir għall-istering

80

01

01

3

Saħħa tas-sits u l-ankraġġi tagħhom (vetturi kbar għall-passiġġieri)

81

00

00

2

Mirja għall-viżjoni fuq wara (muturi/mopeds)

82

00

01

Fanali ta' quddiem (HS2 moped)

83

03

05

6

Emissjonijiet

85

00

00

4

Qawwa — kombustjoni interna u elettrika (M u N)

86

00

00

3

Installazzjoni ta' dwal u ta' tagħmir għas-sinjalar bid-dwal (trakters agrikoli)

87

00

00

12

Bozoz għaddiena għal binhar

89

00

00

1

Tagħmir għal-limitazzjoni tal-veloċità

90

01

01

9

Linings ta' sostituzzjoni għall-brejkijiet kif ukoll l-assemblaġġi tagħhom

91

00

00

10

Bozoz għall-orjentazzjoni laterali

93

00

00

Tagħmir ta' protezzjoni kontra t-trikkib minn quddiem

94

01

01

3

Protezzjoni ta' l-okkuppanti fil-każ ta' ħabta frontali

95

02

02

1

Protezzjoni ta' l-okkuppanti fil-każ ta' ħabta laterali

96

00

01

2

Emissjonijiet tad-diżil (trakters agrikoli)

97

00

01

5

Sistemi ta' allarm

98

00

00

9

Fanali ta' quddiem b'sorsi ta' dawl li jaħdmu bl-emissjoni tal-gass

99

00

00

3

Sorsi ta' dawl li jaħdmu bl-emissjoni tal-gass

100

00

00

1

Sikurezza ta' vetturi bl-elettriku

101

00

00

7

Emissjonijiet tas-CO2/konsum tal-fjuwil (M1) u konsum ta' l-enerġija elettrika u awtonomija (range) (M1 u N1)

102

00

00

Akkoppjaturi mqarrba

103

00

00

2

Konvertituri katalitiċi ta' sostituzzjoni

104

00

00

5

Markar li jirrifletti lura (vetturi tqal u twal)

105

02

04

Ġarr ta' oġġetti perikolużi — kostruzzjoni tal-vetturi

106

00

00

4

Tajers (vetturi agrikoli)

107

01

02

1

Xarabankijiet u kowċis

108

00

02

Tajers riġenerati (vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom)

109

00

00

4

Tajers riġenerati (vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom)

110

00

00

7

Sistemi tal-gass naturali kkompressati

111

00

00

1

Stabbilta kontra l-qlib ta' vetturi biċ-ċisterna (N u O)

112

00

00

8

Fanali ta' quddiem asimmetriċi (bozoz tal-filament)

113

00

00

6

Fanali ta' quddiem simmetriċi (bozoz tal-filament)

114

00

00

Airbags ta' sostituzzjoni

115

00

00

3

Sistemi ta' konverżjoni/addizzjoni LPG-CNG

116

00

00

1

Użu mhux awtorizzat (sistemi kontra s-serq u ta' allarm)

117

00

01

Tajers — reżistenza kontra l-istorbju

118

00

00

Reżistenza tal-materjali ta' ġewwa għan-nar

119

00

00

2

Indikejters

120

00

00

Qawwa — kombustjoni interna (trakters agrikoli u makkinarju mobbli)

121

00

00

1

Kontrolli manwali, twissijiet u indikaturi

122

00

00

Sistemi tat-tisħin

123

00

00

1

Sistemi adattivi tad-dawl ta' quddiem

124

00

00

Roti (ta' sostituzzjoni) għal vetturi tal-passiġġieri

125

00

00

1

Kamp viżiv ta' quddiem tas-sewwiq

126

00

00

Sistemi ta' tqassim biex jipproteġu lill-passiġġieri miċ-ċaqliq tal-bagalji


(1)  Din il-kolonna telenka l-aħħar emendi lir-Regolament ikkonċernat li l-Komunitajiet Ewropej saru parti minnu sal-31.12.2007. Xi wħud mill-aktar sensiliet reċenti ta' emendi jew supplementi għas-sensiela ta' emendi se jidħlu fis-seħħ wara din id-data. Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dawn l-emendi għandha tiġi vverifikata fl-aħħar verżjoni tad-dokument dwar l-istatus ta' l-UNECE TRANS/WP.29/343/Rev.15, li hu disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

(2)  Il-corrigenda relevanti kollha sal-31.12.2007 ġew adottati wkoll, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

20.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 47/5


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Id-19 ta' Frar 2008

(2008/C 47/02)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4742

JPY

Yen Ġappuniż

158,64

DKK

Krona Daniża

7,4548

GBP

Lira Sterlina

0,7555

SEK

Krona Żvediża

9,3164

CHF

Frank Żvizzeru

1,6123

ISK

Krona Iżlandiża

98,42

NOK

Krona Norveġiża

7,8605

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,319

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

263,57

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6967

PLN

Zloty Pollakk

3,5682

RON

Leu Rumen

3,6353

SKK

Krona Slovakka

33,051

TRY

Lira Turka

1,7565

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5984

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4836

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,5

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,841

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0829

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 392,31

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,2474

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,5523

HRK

Kuna Kroata

7,2815

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 518,41

MYR

Ringgit Malażjan

4,7513

PHP

Peso Filippin

59,853

RUB

Rouble Russu

36,158

THB

Baht Tajlandiż

46,658

BRL

Real Brażiljan

2,548

MXN

Peso Messikan

15,8287


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


20.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 47/6


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-konċentrazzjonijiet mogħtija fil-151 laqgħa tiegħu fil-11 ta' Ġunju 2007 dwar abbozz ta' deċiżjoni relatata ma' COMP/M.4439 — Ryanair/Aer Lingus

Relatur: Il-Polonja

(2008/C 47/03)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet tal-KE.

2.

Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata tista' titqies bħala waħda li għandha dimensjoni Komunitarja skond l-Artikolu 1(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet tal-KE.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq rilevanti kif stipulati fl-abbozz ta' deċiżjoni.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta tista' timpedixxi b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni b'riżultat tal-ħolqien ta' pożizzjoni dominanti ta' Ryanair u Aer Lingus fuq 35 rotta minn u lejn Dublin, Shannon u Cork.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta tista' timpedixxi b'mod sinifikattiv il-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni b'riżultat tal-ħolqien jew tat-tisħiħ ta' pożizzjoni dominanti bl-eliminazzjoni ta' parteċipant kredibbli potenzjali fuq 15-il rotta minn u lejn Dublin u Cork.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta ma twassalx għal effiċjenzi li jistgħu jikkumpensaw għall-impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva li jirriżulta minnha.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji finali offruti minn Ryanair ma jindirizzawx b'mod suffiċjenti t-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni u b'hekk ma jeliminawx l-impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva maħluq bit-tranżazzjoni.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni notifikata għandha tiġi ddikkjarata inkumpatibbli mas-suq komuni u mat-tħaddim tal-ftehim taż-ŻEE.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni biex tqis il-punti kollha li tqajmu waqt id-diskussjoni.


20.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 47/7


Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-Każ COMP/M.4439 — Ryanair/Aer Lingus

(Skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/462/KE, KEFA tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza ta' l-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

(2008/C 47/04)

Fit-30 ta' Ottubru 2006 il-Kummissjoni rċeviet notifika skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (ir-Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet) ta' konċentrazzjoni proposta li permezz tagħha Ryanair Holdings Plc (Ryanair) takkwista, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3.1 (b) tar-Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet, kontroll ta' l-impriża Aer Lingus Group Plc (Aer Lingus) permezz ta' offerta pubblika mħabbra fl-4 ta' April 2006.

Wara eżami inizjali tan-notifika l-Kummissjoni kkonkludiet li l-konċentrazzjoni notifikata kienet taqa' fl-ambitu tar-Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet u li, anke jekk jitqiesu l-impenji offruti fid-19 ta' Novembru 2006 mill-parti li għamlet in-notifika, sussegwentement modifikati fl-14 ta' Diċembru 2006, il-konċentrazzjoni proposta qajmet dubji serji fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni u mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE.

Għaldaqstant, fl-20 ta' Diċembru 2006, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura skond l-Artikolu 6.1(c) tar-Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet. Fit-22 ta' Frar 2007 il-Kummissjoni, bi ftehim ma' Ryanair, iddeċidiet li testendi l-proċedura b'20 jum skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 10.3, tar-Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet.

Fis-27 ta' Marzu 2007, il-Kummissjoni bagħtet Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet lil Ryanair. Ingħata aċċess għall-fajl permezz ta' CD-ROM fid-29 ta' Marzu 2007 u proċedura Data-room sussegwenti li kienet ġiet miftiehma bejn Ryanair u Aer Lingus, li fiha setgħet tiġi analizzata data kummerċjalment sensittiva taħt kundizzjonijiet li żguraw iż-żamma tal-konfidenzjalità ta' l-informazzjoni involuta. Ryanair issottomettiet risposta bil-miktub għad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet fis-17 ta' April 2007. Aċċess ulterjuri għall-fajl ingħata fl-1, is-6 u t-8 ta' Ġunju 2007.

Matul l-aċċess għall-fajl Ryanair bi żvista ġiet ipprovduta b'informazzjoni konfidenzjali ta' ċerti partijiet oħra. Ittieħdu miżuri rimedjali u l-partijiet effettwati ġew mgħarrfa, kif xieraq.

Ryanair ma talbitx l-opportunità li tiżviluppa l-argumenti tagħha f'seduta ta' smigħ orali skond l-Artikolu 14.1 tar-Regolament (KE) Nru 802/2004.

Fis-17 ta' April 2007 Ryanair issottomettiet impenji sabiex tirriżolvi t-tħassib tal-kompetizzjoni identifikat fid-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet. Dawn l-impenji ġew sussegwentement modifikati fit-3 ta' Mejju 2007, u dan wassal għal estensjoni tat-terminu ta' żmien bi 15-il jum skond l-Artikolu 10.3 tar-Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet. Il-Kummissjoni għamlet test tas-suq ta' dawn l-impenji u Ryanair ngħatat aċċess għar-risposti mhux konfidenzjali għal dan it-test tas-suq fis-16, it-23 u t-30 ta' Mejju. Ma ġejtx mitluba nivverifika l-oġġettività ta' l-istħarriġ tas-suq.

Wara li eżaminat l-impenji, kif modifikati minn Ryanair fit-3 ta' Mejju 2007, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kinux jindirizzaw biżżejjed it-tħassib tal-kompetizzjoni identifikat fid-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet u li għalhekk, il-konċentrazzjoni kienet timpedixxi b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni.

Fl-opinjoni tiegħi l-abbozz tad-deċiżjoni jirrigwarda biss oġġezzjonijiet li dwarhom Ryanair ingħatat l-opportunità li tesprimi l-fehmiet tagħha.

Matul din il-proċedura, Ryanair ma qajmitx quddiemi kwistjonijiet dwar id-drittijiet ta' difiża tagħha.

Partijiet oħra involuti

Aer Lingus kellha pożizzjoni partikolari fil-proċedura, peress li hija l-mira ta' offerta ostili ta' għaqda b'akkwist, u bħala tali kkunsidrata bħala “parti oħra involuta” skond it-tifsira ta' l-Artikolu 11 (b) tar-Regolament (KE) Nru 802/2004. Bħala rifless ta' din il-pożizzjoni Aer Lingus kienet involuta mill-qrib f'kull stadju tal-proċedura. B'mod partikolari, ċerti dokumenti importanti ġew ipprovduti lill-Aer Lingus matul l-investigazzjoni tal-fażi II. Hija rċeviet kopja mhux konfidenzjali tad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet. Hija ngħatat aċċess għal dokumenti oħra fil-fajl sal-grad li d-DĠ għall-Kompetizzjoni kkunsidra xieraq sabiex tkun tista' tissottometti l-kummenti tagħha skond l-Artikolu 17.2 tar-Regolament (KE) Nru 802/2004. Dan inkluda, fost oħrajn, aċċess għad-Data-room b'mod simili għal dak ta' Ryanair. Aer Lingus irċeviet ukoll kopja mhux konfidenzjali tar-risposta ta' Ryanair għad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet.

Aer Lingus argumentat li l-aċċess tagħha għall-fajl kien indebitament limitat u li kellha tkun intitolata għal aċċess sħiħ għall-fajl fuq l-istess bażi tal-parti li għamlet in-notifika sabiex teżerċita b'mod sħiħ id-dritt tagħha li tinstema'. L-argument tagħha ġie rifjutat mid-DĠ għall-Kompetizzjoni u Aer Lingus ma komplietx b'din il-kwistjoni sussegwentement quddiemi.

Aer Lingus ma talbitx l-opportunità tiżviluppa l-argumenti tagħha f'seduta ta' smigħ orali skond l-Artikolu 14.2 tar-Regolament (KE) Nru 802/2004.

Partijiet terzi oħra

Żewġ partijiet terzi interessati, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 11 (c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004, talbu li jiġu ammessi fil-proċedura, li huma d-Dipartiment tat-Trasport Irlandiż (DoT) u s-SIPTU, unjoni li tirrapreżenta l-impjegati ta' l-Aer Lingus. B'deċiżjonijiet datati l-4 ta' April u t-12 ta' April 2007 iddeċidejt li dawn jiġu ammessi fil-proċedura. Sussegwentment, id-DĠ għall-Kompetizzjoni tathom l-opportunità jagħtu l-fehmiet tagħhom.

Konklużjoni

Fid-dawl ta' dan, inqis li f'din il-proċedura d-drittijiet tal-parteċipanti li jinstemgħu ġew rispettati.

Brussell, l-20 ta' Ġunju 2007.

Karen WILLIAMS


20.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 47/9


Is-sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta' Ġunju 2007

li tiddikjara konċentrazzjoni bħala inkompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

(Każ COMP/M.4439 — Ryanair/Aer Lingus)

(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 47/05)

Fis-27 ta' Ġunju 2007 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f'każ dwar għaqda skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta' l-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet)  (1) u partikolarment l-Artikolu 8(3) ta' dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa tinstab fil-lingwa awtentika tal-każ fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/comm/competiton/index_en.html

I.   SOMMARJU

1.

Il-każ kien jikkonċerna l-akkwist propost mil-linja ta' l-ajru Ryanair, ibbażata fl-Irlanda, tal-kompetitur tagħha Aer Lingus. Il-kumpaniji t-tnejn joffru servizzi skedati ta' trasport bl-ajru. L-operazzjonijiet tagħhom jidħlu f'xulxin b'mod partikolari fl-ajruport ta' Dublin.

2.

L-akkwist propost, li permezz tiegħu Ryanair takkwista l-kontroll sħiħ ta' Aer Lingus, jikkostitwixxi konċentrazzjoni fis-sens ta' l-Artikolu 3(l)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Il-konċentrazzjoni għandha dimensjoni Komunitarja skond l-Artikolu 1(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

3.

Id-deċiżjoni tistabbilixxi, bħal f'każijiet preċedenti fis-settur tat-trasport bl-ajru, illi s-suq tal-prodotti rilevanti jinkludi servizzi skedati tat-trasport bl-ajru minn punt partikolari għall-ieħor biex b'hekk kull rotta bejn punt ta' l-oriġini u punt ta' destinazzjoni tiġi definita bħala suq separat (l-approċċ O&D). L-investigazzjoni tas-suq ikkonkludiet ukoll li ċerti ajruporti li jaqdu l-istess żoni ta' servizz (pereżempju, ajruporti primarji moqdija minn Aer Lingus u ajruporti sekondarji moqdija minn Ryanair) jiffurmaw parti mill-istess suq tal-prodotti rilevanti.

4.

Id-deċiżjoni tenfasizza li l-konċentrazzjoni tgħaqqad żewġ linji ta' l-ajru low-frills li għandhom preżenza sinifikanti b'mod partikolari fl-Ajruport ta' Dublin, fejn huma jkunu responsabbli għal madwar 80 % tat-traffiku Ewropew fuq distanza qasira wara l-għaqda. Id-deċiżjoni tidentifika total ta' 35 rotta li fuqhom l-attivitajiet tal-partijiet jidħlu f'xulxin. Minn dawn ir-rotot, it-tranżazzjoni tkun twassal għal pożizzjoni ta' monopolju fuq 22 rotta u għal ishma totali fis-suq li jkunu għoljin ħafna, 'il fuq minn 60 %, fuq 13-il rotta addizzjonali. Ryanair u Aer Lingus huma wkoll il-kompetituri potenzjali l-aktar probabbli ta' xulxin fuq dawk ir-rotot li fil-preżent huma moqdija minn waħda biss mill-partijiet li se jingħaqdu.

5.

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni kkonfermat illi hemm ostakli sostanzjali għad-dħul fis-suq li jagħmluha diffiċli li jkun hemm xi dħul ġdid fuq ir-rotot fejn l-attivitajiet tal-partijiet li se jingħaqdu jidħlu f'xulxin.

6.

L-impenji mogħtija minn Ryanair instabu li mhumiex biżżejjed, b'mod sinifikanti, biex jagħtu rimedju għat-tnaqqis sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva li ġie identifikat mill-Kummissjoni.

7.

Għaldaqstant, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni li ġiet innotifikata tkun timpedixxi b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fuq ir-rotot identifikati lejn/mill-Irlanda u tiddikjara li l-konċentrazzjoni hija inkompatibbli mas-Suq Komuni u mal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

II.   IL-PARTIJIET

8.

Ryanair hija linja ta' l-ajru li toffri servizzi skedati tat-trasport bl-ajru minn punt partikolari għall-ieħor fuq aktar minn 400 rotta f'24 pajjiż Ewropew. Ryanair topera aktar minn 75 rotta bejn l-Irlanda (prinċipalment Dublin, iżda anki Shannon, Cork, Kerry u Knock) u pajjiżi Ewropej oħrajn. Il-kumpanija fil-preżent għandha flotta ta' madwar 120 ajruplan u 19-il bażi madwar l-Ewropa, li fosthom l-aktar importanti huma Londra-Stansted u Dublin.

9.

Aer Lingus hija linja ta' l-ajru bbażata f'Dublin. Bħal Ryanair, hija toffri servizzi skedati tat-trasport bl-ajru minn punt partikolari għall-ieħor fuq aktar minn 70 rotta li jgħaqqdu lill-ajruporti Irlandiżi ta' Dublin, Shannon u Cork ma' numru ta' destinazzjonijiet Ewropej u bosta li mhumiex Ewropej. Barra dan Aer Lingus toffri titjiriet fuq distanzi twal, prinċipalment lejn l-Istati Uniti, u servizzi ta' trasport tal-merkanzija u postijiet li jixtruhom operaturi tal-vjaġġi. Aer Lingus hija bbażata prinċipalment fl-Ajruport ta' Dublin (u f'miżura iżgħar f'Cork u f'Shannon) bi flotta totali ta' 28 ajruplan għal titjiriet qosra u 7 ajruplani għal titjiriet twal.

III.   L-OPERAZZJONI

10.

It-tranżazzjoni tikkonċerna l-akkwist tal-kontroll sħiħ ta' Aer Lingus minn Ryanair permezz ta' offerta pubblika għall-ishma kollha li għad fadal. Ryanair bdiet takkwista numru sostanzjali ta' ishma, li jammonta għal 25,17 % tal-kapital azzjonarju f'Aer Lingus, bejn Settembru u Novembru 2006. Fil-5 ta' Ottubru 2006, Ryanair ħabbret ukoll offerta pubblika għall-kapital azzjonarju kollu f'Aer Lingus b'terminu ta' żmien għall-aċċettazzjoni sat-13 ta' Novembru 2006, li ġie sussegwentement estiż minn Ryanair l-ewwel sa' l-4 ta' Diċembru 2006 u mbagħad sat-22 ta' Diċembru 2006. Billi x-xiri ta' ishma minn Ryanair u l-offerta pubblika huma marbuta mill-qrib ma' xulxin f'dak li huwa ż-żmien u l-għan ekonomiku finali, l-akkwist ta' ishma qabel u matul il-perjodu ta' l-offerta pubblika u l-offerta pubblika nnifisha jikkostitwixxu konċentrazzjoni waħda fis-sens ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Il-fatt illi l-offerta ta' Ryanair, sadanittant teknikament skadiet ma jeliminax il-ġuriżdizzjoni tal-Kummissjoni, billi Ryanair diġà ħabbret li se tagħmel offerta ġdida fil-każ illi l-Kummissjoni tawtorizza t-tranżazzjoni (2).

IV.   ID-DIMENSJONI KOMUNITARJA

11.

Il-konċentrazzjoni għandha dimensjoni Komunitarja skond l-Artikolu 1(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. L-impriżi kkonċernati għandhom valur tal-bejgħ dinji komplessiv flimkien ta' iktar minn EUR 2 500 miljun u kemm Ryanair kif ukoll Aer Lingus għandhom valur tal-bejgħ fil-Komunità li jeċċedi EUR 100 miljun. Il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(3)(a) u (d) huma għalhekk sodisfatti. Barra minn hekk, huwa ċar illi Ryanair u Aer Lingus ma jiksbux iktar minn żewġ terzi tal-valur tal-bejgħ komplessiv tagħhom fil-Komunità ġewwa Stat Membru wieħed biss. Il-kwistjoni dwar jekk Ryanair u Aer Lingus it-tnejn jiksbux valur tal-bejgħ komplessiv flimkien ta' iktar minn EUR 100 miljun ġewwa mill-inqas tliet Stati Membri u jekk kull waħda minnhom tiksibx għall-inqas EUR 25 miljun f'dawn l-Istati Membri, kif meħtieġ skond l-Artikolu 1 (3) (b) u (c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, tiddependi fuq l-allokazzjoni ġeografika tal-valur tal-bejgħ ta' dawn l-impriżi.

12.

Id-deċiżjoni tikkunsidra numru ta' metodoloġiji għall-allokazzjoni tal-valur tal-bejgħ mill-bejgħ ta' biljetti għal titjiriet bejn Stati Membri differenti li għalihom ma jistax jiġi identifikat fejn kien il-klijent fil-ħin tax-xiri. Hija tikkonkludi illi, f'din is-sitwazzjoni u fil-każ in kwistjoni, mill-metodoloġiji alternattivi possibbli, b'mod partikolari l-metodoloġija “50/50” u l-metodoloġija bbażata fuq il-post tat-tluq għal kull biljett (iż-żewġ partijiet ibiegħu biss biljetti għall-vjaġġ one-way għal titjiriet Ewropej), anki jekk il-biljetti kemm għall-vjaġġ 'il barra kif ukoll għall-vjaġġ tar-ritorn jinxtraw fl-istess ħin, jidhru li huma l-metodoloġiji l-aktar xierqa, speċjalment fil-każ ta' linji ta' l-ajru li jtiru minn punt partikolari għall-ieħor bħal Ryanair jew Aer Lingus.

V.   IS-SWIEQ RILEVANTI

13.

L-attivitajiet ta' Ryanair u ta' Aer Lingus jidħlu f'xulxin fil-qasam ta' servizzi skedati tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru ġewwa ż-ŻEE. Ryanair tressaq l-argument illi minħabba l-ispeċifiċità tal-mudell kummerċjali tagħha u l-bażi tagħha ta' prezz estremament baxx, il-prezzijiet tagħha mhumiex kostretti minn xi linja ta' l-ajru iżda pjuttost mill-infiq volontarju ġenerali tal-konsumaturi. Id-deċiżjoni tirrikonoxxi illi s-servizzi skedati tat-trasport bl-ajru tassew jiffurmaw suq varjat b'numru ta' mudelli operazzjonali u kummerċjali u b'livelli differenti ta' servizzi tal-linji ta' l-ajru. Filwaqt illi kemm Ryanair kif ukoll Aer Lingus jistgħu jiġu meqjusa bħala trasportaturi low-frills għall-operazzjonijiet Ewropej tagħhom, Ryanair hija trasportatur no-frills ċar, filwaqt illi l-prodott ta' Aer Lingus huwa f'pożizzjoni kemmxejn għola, jiġifieri hija tipprovdi xi kwalità addizzjonali illi Ryanair m'għandhiex (pereżempju ttir lejn ajruporti prinċipali aktar għaljin filwaqt illi Ryanair ittir lejn ajruporti sekondarji). Dan huwa rifless fil-fatt illi l-prezzijiet medji ta' Aer Lingus huma għola minn dawk ta' Ryanair. Madankollu, minkejja dan il-livell ta' differenza fil-prodott, id-deċiżjoni tistabbilixxi li Ryanair u Aer Lingus jikkompetu fil-provvista ta' dawn is-servizzi.

14.

Ryanair tissottometti illi s-suq tal-prodott rilevanti jinkludi servizzi skedati tat-trasport bl-ajru minn punt partikolari għall-ieħor u b'hekk kull rotta bejn punt tat-tluq u punt ta' destinazzjoni huwa definit bħala suq separat. Id-deċiżjoni tispjega illi dan huwa skond il-prattika preċedenti għat-teħid ta' deċiżjonijiet mill-Kummissjoni (3) u li dan l-approċċ ġie kkonfermat ukoll mill-investigazzjoni dettaljata tas-suq. L-għażla l-oħra, speċifikament li jiġi definit suq ġenerali ghal titjiriet fuq distanza qasira minn/lejn l-Irlanda, li kienet tkun ibbażata b'mod partikolari fuq is-sostitwibbiltà min-naħa tal-provvista bejn rotot differenti mill-bażi komuni tal-partijiet f'Dublin, ma ġietx milqugħa. Is-sostituzzjoni min-naħa tal-provvista ma tkunx immedjata u effettiva biżżejjed. Barra minn hekk, din id-definizzjoni tas-suq ma tqisx is-sostituzzjoni bejn rotot differenti min-naħa tad-domanda, li hija prattikament ineżistenti għall-maġġoranza l-kbira tal-klijenti.

15.

Għalhekk, l-approċċ O&D ġie kkonfermat mill-investigazzjoni tas-suq imwettqa mill-Kummissjoni. Madankollu, il-konsiderazzjonijiet relevanti min-naħa tal-provvista mhumiex injorati iżda huma indirizzati ġewwa l-qafas tal-valutazzjoni kompetittiva.

16.

Ryanair tressaq ukoll l-argument illi s-swieq relevanti O&D għandhom ikunu limitati għal pari ta' ajruport-sa-ajruport billi, skond Ryanair, anki f'każijiet fejn hemm aktar ajruporti ġewwa jew fil-viċinanzi ta' belt partikolari, il-klijenti ma jqisux dawn l-ajruporti bħala sostitwibbli. Għall-kuntrarju, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni wriet illi numru kbir minn dawn l-ajruporti huma meqjusa mill-klijenti bħala sostitwibbli u li l-pari O&D rilevanti għandhom għal ħafna rotot ikunu definiti pjuttost fuq bażi ta' belt-sa-belt. L-analiżi kwalitattiva kif ukoll dik kwantitattiva kkonfermat is-sostitwibbiltà ta' l-ajruporti għall-passiġġieri finali għal 18 mit-total ta' 20 rotta li jidħlu f'xulxin esklussivament minn belt għal belt u li huma identifikati fid-deċiżjoni. Il-fatt li jaqdu ajruporti differenti huwa għalhekk f'dan il-każ element biss ta' differenzjazzjoni bejn servizzi ta' linji ta' l-ajru li jikkompetu bejniethom ġewwa suq wieħed u ma jiġġustifikax id-definizzjoni ta' żewġt iswieq differenti.

17.

It-tabella ta' hawn isfel tagħti sommarju tal-pari ta' bliet li għalihom id-deċiżjoni tivvaluta s-sostitwibbiltà. Kien biss fil-każ ta' Amsterdam/Eindhoven u Nantes/Rennes li l-investigazzjoni tas-suq indikat illi dawn l-ajruporti mhumiex sostitwibbli:

Tabella 1

Lista ta' ajruporti rilevanti għad-determinazzjoni ta' pari ta' bliet

Belt

Ajruporti

Londra

Manchester

Milan

Stansted (STN)

Manchester (MAN)

Milan Linate (LIN)

Heathrow (LHR)

Liverpool (LPL)

Malpensa (MXP)

Gatwick (LGW)

Leeds-Bradford (LBA)

Bergamo (Orio al Serio) (BGY)

Luton (LTN)

 

 

London City (LCY)

 

 

Barċellona

Birmingham

Newcastle

Barċellona (BCN)

Birmingham International (BHX)

Newcastle (NCL)

Girona-Costa Brava (GRO)

East Midlands (EMA)

Durham Tees Valley (MME)

Reus (REU)

 

 

Glasgow

Pariġi

Lyon

Glasgow International (GLA)

Pariġi Charles de Gaulle (CDG)

Lyon St Exupéry (LYS)

Prestwick (PIK)

Beauvais-Tillé (BVA)

Grenoble (GNB)

Toulouse

Nantes/Rennes

Brussell

Toulouse Blagnac (TLS)

Rennes (RNS)

Brussell (BRU)

Carcassonne (CCF)

Nantes Atlantique (NTE)

Charleroi Brussels South (CRL)

Amsterdam

Frankfurt

Hamburg

Amsterdam-Schiphol (AMS)

Frankfurt International (FRA)

Hamburg (HAM)

Eindhoven (EIN)

Hahn (HHN)

Lübeck Blankensee (LBC)

Vienna/Bratislava

Alicante

Bilbao

Vienna Schwechat International (VIE)

Alicante (ALC)

Bilbao Sondica (BIO)

Bratislava (BTS)

Murcia San Javier (MJV)

Vitoria (VIT)

Tenerife

Ruma

Venezja

Tenerife Norte Los Rodeos (TFN)

Ruma Ciampino (CIA)

Venezja (VCE)

Tenerife Sur Reina Sofia (TFS)

Ruma Fiumicino (FCO)

Treviso (TSF)

Bolonja

 

 

Bologna Guglielmo Marconi (BLQ)

 

 

Forlì (FRL)

 

 

18.

L-investigazzjoni tas-suq ikkonfermat ukoll li t-titjiriet indiretti u mezzi oħra tat-trasport ma jistgħux jitqiesu b'mod ġenerali bħala sostituti għat-titjiriet diretti tal-partijiet fir-rotot li jidħlu f'xulxin. It-titjiriet intra-Ewropej biss minħabba l-ħinijiet qosra tal-vjaġġi huma milquta mit-tranżazzjoni. Il-Kummissjoni fil-passat ġeneralment eskludiet ukoll it-titjiriet indiretti għal dawn it-tipi ta' rotot (suġġett għal xi eċċezzjonijiet skond il-każ). Barra minn hekk, billi dan il-każ jikkonċerna primarjament passiġġieri minn punt partikolari għall-ieħor mingħajr ebda servizzi ta' konnessjoni (Ryanair) jew b'servizzi ta' konnessjoni limitati biss (Aer Lingus), it-titjiriet indiretti huma ħafna inqas attraenti għall-klijenti. Fid-dawl tal-karatteristiċi ġeografiċi ta' l-Irlanda, mezzi oħra tat-trasport jew mhumiex disponibbli (pereżempju ferroviji ta' veloċità kbira) jew mhumiex kompetittivi mat-trasport bl-ajru (pereżempju xarabank/vapur).

19.

Ryanair tissottometti illi partikolarment fuq ir-rotot li huma primarjament turistiċi, il-linji ta' l-ajru charter jipprovdu limitazzjonijiet kompetittivi sinifikanti fuq is-servizzi tal-partijiet. Madankollu, l-investigazzjoni tas-suq ma kkonfermatx li l-linji ta' l-ajru charter jillimitaw b'mod sinifikanti lill-partijiet li se jingħaqdu fuq ir-rotot Irlandiżi. L-investigazzjoni tas-suq tal-Kummissjoni wriet illi fl-Irlanda, b'differenza minn pajjiżi oħra, il-linji ta' l-ajru mikrija joffru biss ftit minn dawk li jissejħu “dry seats”, jiġifieri postijiet li jinbiegħu separati u mhux bħala parti minn vaganza b'kollox kompriż (package holiday) lil klijenti finali. Hemm ukoll argumenti għall-esklużjoni ta' l-attivitajiet tat-trasportaturi charter mis-suq (b'mod partikolari l-fatt li s-servizz tagħhom huwa differenti (il-postijiet charter jinbiegħu fl-Irlanda primarjament bħala parti minn vaganza b'kollox kompriż), li jinbiegħu permezz ta' mezzi differenti tad-distribuzzjoni (prattikament esklussivament permezz ta' l-operaturi tal-vjaġġi), li jipprovdu inqas flessibbiltà (il-linji ta' l-ajru charter normalment kienu joperaw biss fi tmiem il-ġimgħa u għalhekk ma jistgħux joffru l-flessibbiltà ta' titjiriet differenti matul il-ġimgħa) u li s-servizzi huma spiss skond l-istaġun). Madankollu, anki jekk jittieħed qies tal-bejgħ ta' “dry seats”, il-valutazzjoni kompetittiva tal-każ ma tiġix milquta, minħabba n-numru limitat ħafna ta'“dry seats” mibjugħa.

20.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni fil-passat għamlet distinzjoni bejn passiġġieri li għalihom il-ħin hu importanti, u dawk li għalihom mhux (jew passiġġieri li jivvjaġġaw fuq xogħol u passiġġieri turisti). Madankollu, l-investigazzjoni tas-suq fil-każ preżenti kkonfermat li fid-dawl tal-fatt li l-karatteristiċi speċifiċi tal-partijiet li se jingħaqdu huma differenti minn dawk tal-linji ta' l-ajru fuq netwerk b'servizz sħiħ, li kienu vvalutati fil-każijiet preċedenti, din id-distinzjoni ma tiġġustifikax id-definizzjoni ta' swieq separati fil-każ preżenti. Għalkemm din id-differenza bejn il-klijenti tassew teżisti, mhuwiex possibbli fil-każ preżenti li jiġu definiti żewġ gruppi distinti u separati ta' klijenti billi l-linji ta' l-ajru li se jingħaqdu t-tnejn ma jiddiskriminawx bejn dawn it-tipi ta' passiġġieri u billi hemm pjuttost varjetà ta' diversi tipi ta' passiġġieri bejn dawn iż-żewġ estremi. Għalhekk, għalkemm il-proporzjon ġenerali ta' passiġġieri li huma aktar sensibbli għall-ħin jitqies fl-analiżi kompetittiva, m'hemmx swieq distinti definiti għal dawn il-gruppi ta' passiġġieri.

21.

Sabiex jiġi vvalutat jekk żewġ ajruporti humiex sostitwibbli f'għajnejn il-klijenti l-Kummissjoni qagħdet fuq numru ta' għejun ta' evidenza:

id-distanzi u l-ħinijet ta' l-ivvjaġġar ġew imqabbla mal-punt ta' referenza indikattiv ta' 100 km/siegħa sewqan. Dan il-punt ta' referenza ntuża bħala punt tat-tluq u ġie interpretat fid-dawl tal-partikolaritajiet ta' l-ajruport rispettiv u l-elementi l-oħra li kienu kkunsidrati;

l-opinjonijiet tal-kompetituri dwar l-entità magħquda kif espressi fl-investigazzjoni tas-suq tal-Kummissjoni. Kważi l-kompetituri kollha kkunsidraw l-ajruporti primarji u sekondarji bħala sostitwibbli għal passiġġieri li mhumiex sensibbli għall-fattur tal-ħin;

l-opinjonijiet ta' ajruporti u ta' l-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni ċivili ta' l-Istati Membri sa fejn dawn l-opinjonijiet kienu espressi matul l-investigazzjoni tal-Kummissjoni u r-riżultati ta' rapporti ta' dawn l-awtoritajiet li twettqu independentement mit-tranżazzjoni proposta;

meta rilevanti, il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll il-fatt li l-ajruporti jifformaw parti minn hekk imsejjħa “sistema ta' ajruporti” skond l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji;

il-prattiki tal-bejgħ fis-suq u b'mod partikolari l-mod li bih Ryanair tbigħ is-servizzi tagħha fis-suq, u l-fatt li ċerti ajruporti huma ppreżentati bħala li jaqdu belt/konurbazzjoni speċifika huwa kkunsidrat bħala evidenza addizzjonali billi dan jifforma parti mill-elementi li l-klijenti jikkunsidraw meta jixtru biljett ta' linja ta' l-ajru minn fuq l-Internet;

il-proporzjon stimat ta' passiġġieri turisti fuq rotta. Huwa ġeneralment rikonoxxut illi l-passiġġieri turisti għandhom it-tendenza li jkunu aktar sensittivi għall-prezz. Huma għandhom tendenza akbar li jaċċettaw vjaġġ totali itwal għal prezz totali irħas għall-vjaġġ milli l-passiġġieri li jivvjaġġaw fuq xogħol. Fuq rotot fejn il-proporzjon stimat ta' passiġġieri turisti huwa għoli għalhekk, huwa raġjonevoli li wieħed jippreżumi li s-sostitwibbiltà ta' l-ajruport f'għajnejn il-passiġġieri hija ikbar pjuttost milli inqas.

il-kwistjoni dwar jekk jeżistux servizzi ta' trasport bejn l-ajruporti sekondarji u ċerti bliet u jekk dawn humiex irriklamati permezz tal-websajt ta' Ryanair stess jew forsi organizzati minn Ryanair innifisha hija kkunsidrata bħala evidenza addizzjonali;

ir-riżultat ta' l-analiżi tal-korrelazzjoni tal-prezz li wettqet il-Kummissjoni għal sbatax-il rotta bejn pari ta' bliet 'il barra minn Dublin skond kif disponibbli; u

fl-aħħar, l-istħarriġ fost il-klijenti li twettaq fl-Ajruport ta' Dublin li jipprovdi evidenza indiretta dwar is-sostitwibbiltà ta' ċerti pari ta' ajruporti min-naħa tad-domanda.

22.

Fuq il-bażi tas-settijiet ta' evidenza ta' hawn fuq, id-deċiżjoni tikkonkludi li għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tranżazzjoni proposta s-suq rilevanti huwa s-suq għal servizzi skedati tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru minn punt partikolari għall-ieħor. Dawn is-swieq huma definiti fuq bażi O&D, li tista' fid-dawl taċ-ċirkostanzi ta' l-O&D relevanti tinkludi żewġ ajruporti jew aktar fuq naħa waħda ta' l-O&D (żona ta' servizz).

VI.   IL-VALUTAZZJONI KOMPETITTIVA

23.

Id-deċiżjoni tenfasizza li t-tranżazzjoni proposta hija differenti mill-każijiet preċedenti dwar it-trasport bl-ajru li ġew ivvalutati mill-Kummissjoni billi l-partijiet li se jingħaqdu huma t-tnejn trasportaturi “low-frills” li jikkonċentraw fuq traffiku minn punt partikolari għall-ieħor ġewwa l-Ewropa. Barra dan, l-għaqda tkun iġġib flimkien żewġ linji ta' l-ajru bi preżenza sinifikanti fil-bażi qawwija tagħhom fl-Ajruport ta' Dublin, fejn huma jkunu jgħoddu għal madwar 80 % tat-traffiku Ewropew fuq distanza qasira wara l-għaqda. Bħala riżultat ta' dan, l-operazzjonijiet ta' Aer Lingus u Ryanair jidħlu f'xulxin fuq numru ta' rotot ikbar minn qatt qabel.

24.

Id-deċiżjoni tidentifika total ta' 35 rotta li fuqhom l-attivitajiet tal-partijiet jidħlu f'xulxin. It-tabella li ġejja tagħti ħarsa ġenerali ta' dawn ir-rotot li jidħlu f'xulxin flimkien mas-sehem mis-suq tal-partijiet u tal-kompetituri eżistenti tagħhom:

Tabella 2

Rotot ta' Ryanair u Aer Lingus li jidħlu f'xulxin fil-preżent bis-sehem mis-suq tal-Partijiet li se Jingħaqdu u tal-kompetituri eżistenti kollha (4)

Rotta

Ryanair

Aer Lingus

Flimkien

Kompetituri eżistenti

Sehem

Dublin-Alicante

[50-60 %]

[40-50 %]

100 %

 

[0-5 %]

Dublin-Barċellona

[40-50 %]

[30-40 %]

[70-80 %]

Iberia/Clickair

[20-30 %]

Dublin-Berlin

[50-60 %]

[40-50 %]

100 %

 

 

Dublin-Bilbao/Vitoria

[50-60 %]

[40-50 %]

100 %

 

 

Dublin-Birmingham

[60-70 %]

[30-40 %]

100 %

 

 

Dublin-Bolonja

[50-60 %]

[40-50 %]

100 %

 

 

Dublin-Brussell

[50-60 %]

[40-50 %]

100 %

 

 

Dublin-Edinburgh

[70-80 %]

[20-30 %]

100 %

 

 

Dublin-Faro

[40-50 %]

[50-60 %]

100 %

 

 

Dublin-Frankfurt

[40-50 %]

[40-50 %]

[80-90 %]

Lufthansa

[10-20 %]

Dublin-Glasgow

[50-60 %]

[30-40 %]

[90-100 %]

Loganair

[0-10 %]

Dublin-Hamburg/Lübeck

[60-70 %]

[30-40 %]

100 %

 

 

Dublin-Krakovja

[30-40 %]

[40-50 %]

[70-80 %]

SkyEurope

[20-30 %]

Dublin-Londra

[40-50 %]

[30-40 %]

[70-80 %]

BMI

[10-20 %]

British Airways

[0-10 %]

CityJet

[0-10 %]

Dublin-Lyon

[30-40 %]

[60-70 %]

100 %

 

 

Dublin-Madrid

[20-30 %]

[30-40 %]

[60-70 %]

Iberia

[30-40 %]

Dublin-Malaga

[30-40 %]

[60-70 %]

[90-100 %]

Spanair

[0-10 %]

Dublin-Manchester

[70-80 %]

[20-30 %]

[90-100 %]

Luxair

[0-10 %]

Dublin-Marsilja

[50-60 %]

[40-50 %]

100 %

 

 

Dublin-Milan

[30-40 %]

[60-70 %]

100 %

 

 

Dublin-Newcastle

[70-80 %]

[20-30 %]

100 %

 

 

Dublin-Pariġi

[40-50 %]

[30-40 %]

[80-90 %]

AF/CityJet

[10-20 %]

Dublin-Poznan

[60-70 %]

[30-40 %]

100 %

 

 

Dublin-Riga

[40-50 %]

[20-30 %]

[70-80 %]

Air Baltic

[20-30 %]

Dublin-Ruma

[40-50 %]

[50-60 %]

100 %

 

 

Dublin-Salzburg

[50-60 %]

[40-50 %]

100 %

 

 

Dublin-Sevilja

[50-60 %]

[40-50 %]

100 %

 

 

Dublin-Tenerife

[50-60 %]

[40-50 %]

100 %

 

 

Dublin-Toulouse/Carcassonne

[60-70 %]

[30-40 %]

100 %

 

 

Dublin-Venezja

[40-50 %]

[50-60 %]

100 %

 

 

Dublin-Vienna/Bratislava

[20-30 %]

[50-60 %]

[70-80 %]

SkyEurope

[20-30 %]

Austrian Airlines

[0-10 %]

Dublin-Varsavja

[30-40 %]

[30-40 %]

[60-70 %]

LOT

[10-20 %]

Norwegian Airline Shuttle

[10-20 %]

Shannon-Londra

[50-60 %]

[40-50 %]

100 %

 

 

Cork-Londra

[50-60 %]

[40-50 %]

100 %

 

 

Cork-Manchester

[40-50 %]

[10-20 %]

[60-70 %]

bmibaby

[30-40 %]

Aer Arann

[0-10 %]

25.

It-tranżazzjoni tkun twassal għal monopolju fuq 22 rotta u sehem komplessiv mis-suq kbir ħafna ta' iktar minn 60 % fuq 13-il rotta oħra.

26.

Ryanair, għad-difiża tagħha, tressaq l-argument illi ż-żewġ partijiet li se jingħaqdu mhumiex l-eqreb kompetituri billi huma “fondamentalment differenti” u “jokkupaw spazji differenti fis-swieq li fihom joperaw”. Barra minn hekk, Ryanair tressaq l-argument illi ma hemm ebda ostaklu sinifikanti għad-dħul fis-suq minħabba konġestjoni fl-ajruporti u li l-partijiet li se jingħaqdu ma jgawdux minn xi pożizzjoni unika f'Dublin u fl-Irlanda b'mod ġenerali li ma tħallix lil linji ta' l-ajru li jikkompetu magħhom jidħlu fis-swieq affetwati jew anki milli ibbażar ta' l-ajruplani tagħhom fl-Irlanda.

27.

Barra dan, Ryanair tippretendi li hemm numru ta' linji ta' l-ajru li jikkompetu u li jkunu jistgħu jidħlu fuq ir-rotot li jidħlu f'xulxin fil-każ li l-entità magħquda tgħolli l-prezzijiet. Fil-fatt, fuq ħafna mir-rotot fejn il-partijiet għandhom 100 % sehem mis-suq flimkien, jeżistu kompetituri potenzjali fl-ajruport tad-destinazzjoni. Pereżempju, f'Berlin għandhom bażi Air Berlin, Lufthansa, Germanwings u easyJet. L-istess japplika ġewwa Birmingham għal Flybe, BA, bmi u easyJet (eċċ). Skond Ryanair dawn il-kompetituri potenzjali m'hemmx bżonn li jkunu bbażati fl-ajruport ta' Dublin sabiex jikkostitwixxu limitu effettiv fuq l-entità magħquda iżda jistgħu jidħlu fuq ir-rotot rilevanti jew mill-bażi eżistenti tagħhom fl-ajruport tad-destinazzjoni li mhuwiex Irlandiż jew anki mingħajr ebda bażi fi kwalunkwe tarf tar-rotta. Madankollu, kif stabbilit f'aktar dettall fid-deċiżjoni, ir-riżultati ta' l-investigazzjoni tal-Kummissjoni ma jikkonfermawx li dawn it-trasportaturi huma limitu li huwa effettiv daqs dak impost mill-partijiet fuq xulxin.

L-għaqda tneħħi l-kompetizzjoni eżistenti bejn l-eqreb żewġ kompetituri fuq ir-rotot Irlandiżi

28.

Minkejja illi kienet trasportatur taħt bandiera Irlandiża u proprjetà ta' l-Istat, Aer Lingus implimentat pjan ta' ristrutturazzjoni u bidlet il-mudell kummerċjali tagħha b'mod sinifikanti u bidlet il-pożizzjoni tagħha għal waħda ta' linja ta' l-ajru “low-frills” (jew “bi prezz baxx” (“low-cost”)) li tikkonċentra fuq servizzi minn punt partikolari għall-ieħor fuq ir-rotot tagħha ta' distanza qasira. Is-servizzi inklużi fil-prezz bażiku ta' Aer Lingus huma ġeneralment bħal dawk inklużi fil-prezz bażiku ta' Ryanair. Anki jekk għad hemm xi differenzi fis-servizzi offerti miż-żewġ trasportaturi, li huma riflessi wkoll fil-livelli differenti tal-prezz tagħhom, dan ma jeskludix l-eżistenza ta' limiti kompetittivi effettivi bejn Ryanair u Aer Lingus. Għall-kuntrarju, l-investigazzjoni tas-suq ikkonfermat li fuq ir-rotot fejn it-tnejn joperaw, kull wieħed minnhom jieħu kont tal-prezzijiet u s-servizzi offerti mill-ieħor u skond dawk jadatta l-operazzjonijiet u l-prezzijiet tiegħu. Barra minn hekk, il-maġġoranza tal-kompetituri preżenti fuq ir-rotot li jidħlu f'xulxin huma jew trasportaturi fuq netwerk li jagħtu servizz sħiħ (pereżempju Lufthansa, Air France/CityJet, Iberia, BMI) jew linji ta' l-ajru reġjonali iżgħar, li spiss jiffokaw fuq klijenti li jivvjaġġaw fuq xogħol (pereżempju Loganair, Luxair jew Aer Arann li hija bbażata ġewwa Dublin) li ma jistgħux jitqiesu bħala kompetituri mill-qrib tal-partijiet. Fl-aħħar, l-istħarriġ fost il-klijenti wera li għar-rotot koperti, il-passiġġieri jikkunsidraw li l-partijiet huma sostituti eqreb minn trasportaturi oħra.

29.

L-investigazzjoni għalhekk ikkonfermat li s-servizzi tal-partijiet li se jingħaqdu huma sostituti mill-qrib f'suq varjat għat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru u li hemm livell għoli ta' kompetizzjoni bejn Ryanair u Aer Lingus għal destinazzjonijiet, kapaċità, skedi, prezzijiet u servizz lejn/mill-Irlanda. Ta' min jinnota li l-Kummissjoni sabet li kemm Aer Lingus kif ukoll Ryanair jsegwu mill-qrib l-imġjieba ta' xulxin. B'mod partikolari, huma jużaw programm speċifiku sabiex jikkontrollaw il-prezzijiet tagħhom u fis-sistemi għall-amministrazzjoni tad-dħul tagħhom huma jadattaw il-kapaċitajiet tagħhom u jbaxxu l-prezzijiet tagħhom b'reazzjoni għall-imġjieba kompetittiva tal-kompetitur prinċipali tagħhom. Fil-każ illi l-bejgħ tal-biljetti ta' l-ajruplan jaqa' lura minn dak previst (pereżempju bħala konsegwenza ta' prezzijiet irħas/promozzjoni ta' l-ieħor), l-analisti taż-żewġ kumpaniji jipprovaw jistimolaw id-domanda, normalment billi jżidu n-numru ta' postijiet disponibbli fil-kategoriji bi prezz irħas. Dan huwa kkonfermat mill-fatt illi f'kampanji ta' bejgħ fis-suq it-tnejn jippreżentaw il-prezzijiet baxxi tagħhom bħala argument prinċipali u spiss iqabblu lilhom infushom ma' xulxin. It-tranżazzjoni proposta għalhekk tneħħi r-rivalità kompetittiva importanti bejn iż-żewġ partijiet fuq numru ta' rotot li fuqhom l-attivitajiet tagħhom jidħlu f'xulxin u b'hekk twassal għal prezzijiet għola. Dan huwa kkonfermat ukoll mill-analiżi kwantitattiva tal-Kummissjoni li tipprovdi evidenza dwar l-effett tal-preżenza ta' Ryanair fuq il-prezzijiet ta' Aer Lingus.

30.

Minbarra li jikkompetu fuq rotot li jidħlu f'xulxin direttament, id-deċiżjoni tenfasiżża wkoll il-fatt li t-trasportaturi huma t-tnejn ibbażati fl-istess ajruport u li dan wassal għal ambjent kompetittiv dinamiku fejn iż-żewġ trasportaturi spiss jidħlu fuq u joħorġu minn rotot ġodda. It-tranżazzjoni għalhekk mhux biss tneħħi l-kompetizzjoni li fil-fatt teżisti bejn il-partijiet fuq ir-rotot li jidħlu f'xulxin fil-preżent, iżda telimina wkoll lil Ryanair u lil Aer Lingus bħala l-kompetitur potenzjali l-aktar probabbli fuq rotot eżistenti lejn/mill-Irlanda li bħalissa huma moqdija minn waħda biss mill-partijiet.

L-ostakli għad-dħul fis-swieq dominati mill-entità magħquda huma kbar

31.

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni kkonfermat li hemm ostakli sostanzjali għad-dħul fis-suq li jagħmilha diffiċli li jkun hemm xi dħul ġdid fuq ir-rotot fejn l-attivitajiet tal-partijiet li se jingħaqdu jidħlu f'xulxin. Dawn l-ostakli għad-dħul fis-suq huma relatati partikolarment ma': (i) żvantaġġ li jiġi min-nuqqas ta' operazzjonijiet kbar (“bażi”) ġewwa Dublin; (ii) spejjeż u riskji sinifikanti għad-dħul fis-suq għal kwalunkwe kompetitur ġdid f'suq li huwa diġà moqdi minn żewġ linji ta' l-ajru b'saħħithom li għandhom ditti stabbiliti sew partikolarment fl-Irlanda; (iii) ir-reputazzjoni ta' Ryanair li tirreaġixxi b'mod aggressiv għal kompetituri ġodda (iv) limiti ta' kapaċità fl-ajruport ta' Dublin kif ukoll f'xi ajruporti ta' destinazzjoni.

32.

Id-deċiżjoni tippreżenta bosta provi li jikkonfermaw li bażi kbira f'Dublin tipprovdi vantaġġi fl-ispiża u flessibilità importanti għal kwalunkwe trasportatur li jopera rotot lejn/minn Dublin. Għalhekk, it-tneħħija tal-kompetitur prinċipali attwali jew potenzjali ta' Ryanair ibbażat ġewwa Dublin (u f'miżura iżgħar ġewwa Cork u Shannon) bil-fors idgħajjef il-limiti kompetittivi li tiltaqa' magħhom Ryanair fuq ir-rotot Irlandiżi. L-ebda wieħed mit-trasportaturi l-oħra ma jkun f'pożizzjoni li effettivament jieħu post Aer Lingus bil-flessibilità u l-effiċjenza fl-ispiża preżenti tagħha sabiex jikkompeti fuq numru ta' rotot lejn/mill-Irlanda. Kwalunkwe kompetitur ġdid jiltaqa' ma' entità magħquda b'saħħitha u stabbilita b'vantaġġ sostanzjali fl-ispiża li tkun tista' tirreaġixxi malajr għal kwalunkwe dħul selettiv fuq ftit rotot biss lejn/mill-Irlanda. Għandu jkun rikonoxxut madankollu li trasportaturi bbażati fl-ajruport tad-destinazzjoni jistgħu jgawdu vantaġġ ta' bażi simili għal dik ir-rotta partikolari. Madankollu, dawn it-trasportaturi jiltaqgħu ma' l-ostakli l-oħra għad-dħul fis-suq identifikati mill-investigazzjoni u kif indikat hawn isfel, m'hemm ebda indikazzjoni li xi wieħed minnhom ikun kompetitur ġdid probabbli li jkun jista' jimponi limiti kompetittivi suffiċjenti fuq l-entità magħquda.

33.

L-ispejjeż u r-riskji sinifikanti marbutin mad-dħul fis-suq huma relatati mal-fatt li titjiriet Irlandiżi intra-Ewropej issa huma dominati minn Ryanair u Aer Lingus li għandhom ditti stabbiliti sew u għażla ta' numru kbir ta' rotot. Il-kompetizzjoni ma' dawn iż-żewġ ditti stabbiliti sew tirrendi, skond il-kompetituri ġodda possibbli, il-kompetizzjoni ħafna iktar diffiċli milli f'pajjiżi oħra fejn m'hemmx żewġ trasportaturi low-frills li huma stabbiliti sew preżenti b'bażi kbira. Barra dan, hemm ishma sinifikanti ta' passiġġieri li joriġinaw fl-Irlanda fuq ħafna mir-rotot li jidħlu f'xulxin. Għalhekk, kwalunkwe kompetitur ġdid ikollu jinvesti ammonti sostanzjali f'bejgħ fis-suq u f'promozzjoni fl-Irlanda. Barra minn hekk, id-deċiżjoni tesibixxi bosta eżempji ta' reazzjoni aggressiva minn Ryanair kontra kompetituri ġodda fis-swieq Irlandiżi. Pereżempju, easyJet ipprovat tidħol fl-2005 fuq tliet rotot minn Londra lejn tliet ajruporti reġjonali Irlandiżi. Ryanair irreaġixxiet immedjatament billi naqqset il-prezzijiet u żiedet il-kapaċitajiet sabiex tkeċċi lil easyJet mis-suq Irandiż. Numru ta' linji ta' l-ajru li jikkompetu bejniethom għalhekk indikaw illi, meta jitqies il-volum limitat tas-suq Irlandiż u ta' l-investimenti u r-riskji involuti fl-istabbiliment ta' preżenza f'dan is-suq, huma jkollhom opportunitajiet aħjar f'postijiet oħra fl-Ewropa.

34.

Fir-rigward tal-limiti tal-kapaċità f'termini ta' slots, id-deċiżjoni tenfasiżża illi (għall-kuntrarju tal-każijiet preċedenti dwar l-għaqdiet fil-qasam tat-trasport bl-ajru) għalkemm għandhom sinifikat important huma biss parti mill-ostakli ġenerali għad-dħul fis-suq. Il-limiti tal-kapaċità fl-ajruport ta' Dublin huma limitati għall-eqqel sigħat tal-ġurnata. Madankollu, anki jekk l-Ajruport ta' Dublin għandu konġestjoni parzjali biss, din il-konġestjoni tikkostitwixxi ostaklu għal kompetituri potenzjali biex jikkompetu effettivament ma' Aer Lingus u Ryanair partikolarment fuq dawk ir-rotot fejn servizzi frekwenti ħafna li jkopru l-eqqel ħinijiet tal-ġurnata huma meħtieġa. Barra dan, fuq numru minn dawn ir-rotot, il-konġestjoni fl-ajruporti tad-destinazzjoni (partikolarment Londra, Pariġi, Frankfurt jew Milan) ukoll toħloq ostaklu għad-dħul fis-suq għal dawk it-trasportaturi li għar-raġunijiet min-naħa tal-provvista m'għandhomx il-possibbiltà li jużaw b'mod effiċjenti xi ajruport li jista' jkun sostitut (bħal Pariġi-Beauvais jew Frankfurt-Hahn). Barra dan, il-kapaċità limitata f'Dublin (bil-maġġoranza ta' l-islots ta' filgħodu wżati mill-entità magħquda) toħloq ostaklu sostanzjali għal kwalunkwe linja ta' l-ajru li tkun qed tikkompeti u li tkun trid tistabbilixxi bażi fl-ajruport ta' Dublin bi preżenza aktar importanti.

Il-kompetituri mhuwiex probabbli li jissostitwixxu t-telf tal-kompetizzjoni kkawżat mit-tranżazzjoni

35.

Fid-dawl ta' l-ostakli għad-dħul fis-suq deskritti hawn fuq, l-investigazzjoni tas-suq imwettqa mill-Kummissjoni kompliet tiffoka fuq l-identifikazzjoni ta' trasportaturi li jkollhom l-abilità u l-inċentiva li jidħlu fuq ir-rotot li jidħlu f'xulxin u jipprovdu limiti kompetittivi effiċjenti għall-entità magħquda. Id-deċiżjoni vvalutat sa fejn il-kompetituri individwali jista' jkollhom l-intenzjoni li jidħlu f'kompetizzjoni diretta ma' Ryanair/Aer Lingus wara l-għaqda fil-każ ta' żieda fil-prezz.

36.

Il-kompetituri potenzjali analiżżati f'aktar dettall fid-deċiżjoni jinkludu Air France/CityJet, Aer Arann, easyJet, British Airways, bmi/bmibaby, Flybe/BA Connect, SkyEurope, Air Berlin, u Clickair. Madankollu, il-maġġoranza ta' dawn it-trasportaturi f'risposti għall-investigazzjoni tas-suq u matul intervisti għamlu referenza għall-ostakli għad-dħul fis-suq u għad-diffikultajiet hawn fuq deskritti u li kieku jiltaqgħu magħhom fl-istabbiliment ta' l-operazzjonijiet tagħhom kontra l-pożizzjoni qawwija ta' l-entità magħquda. Id-deċiżjoni tindika li ebda linji ta' l-ajru ma tista' tkun mistennija tidħol f'kompetizzjoni ma' Ryanair/Aer Lingus fuq skala ikbar, u b'hekk tipprovdi limitu kompetittiv fuq l-entità magħquda, li jista' jitqabbel mal-limitu impost fil-preżent minn Ryanair u Aer Lingus fuq xulxin.

37.

Għalhekk, l-investigazzjoni tas-suq ma kkonfermatx li d-dħul fis-suq jew l-espansjoni potenzjali fuq ir-rotot individwali li jidħlu f'xulxin ikunu probabbli, f'waqthom u suffiċjenti sabiex jikkostitwixxu limitu kompetittiv fuq l-entità magħquda u għalhekk ipattu għat-telfa ta' rivalità bejn Ryanair u Aer Lingus fuq din ir-rotta.

Konklużjoni

38.

Id-deċiżjoni tikkonkludi li t-tranżazzjoni timpedixxi l-kompetizzjoni effettiva b'mod sinifikanti fuq numru ta' rotot lejn u mill-Irlanda.

L-eċċezzjoni ta' l-effiċjenza

39.

Ryanair tressaq l-argument li l-għaqda proposta ma tqajjimx tħassib dwar il-kompetizzjoni. Madankollu, anki li kieku dan ma kienx il-każ, Ryanair tissottometti li l-għaqda ma tikkawżax effetti unilaterali minħabba kisbiet fl-effiċjenza u l-mudell kummerċjali partikolari tagħha. L-effiċjenzi pretiżi jkunu jirriżultaw essenzjalment mill-applikazzjoni tal-mudell kummerċjali ta' prezz baxx (low-cost) u l-ħiliet amministrattivi ta' Ryanair għal Aer Lingus. Skond Ryanair, dan jippermettilha tnaqqas l-ispejjeż ta' l-operazzjoni ta' Aer Lingus lejn il-livelli tagħha stess. L-effiċjenzi pretiżi jkunu joriġinaw fl-oqsma ta' l-ispejjeż tal-proprjetà ta' l-ajruplani, l-operazzjonijiet ta' l-art, l-ispejjeż tal-persunal, l-ispejjeż tal-manutenzjoni, l-imposti ta' l-ajruporti, effiċjenzi anċillari tal-bejgħ u d-distribuzzjoni.

40.

Ryanair tissottometti li dawn l-effiċjenzi ma jistgħux jinkisbu permezz ta' xi tranżazzjoni alternattiva oħra u miż-żewġ partijiet għat-tranżazzjoni individwalment. Hija tressaq l-argument li l-kisbiet fl-effiċjenza se jiġu mgħoddija lill-konsumaturi fil-forma ta' prezzijiet imnaqqsin. Hija tkompli targumenta li l-iffrankar ta' spejjeż pretiż ma jaffettwa b'ebda mod il-kwalità tas-servizz ta' Aer Lingus (li għall-kuntrarju jiġi mtejjeb).

41.

Il-prinċipji li fuqhom il-Kummissjoni tivvaluta l-effiċjenzi huma stabbiliti fil-premessa 29 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (5) u fil-Linji ta' Gwida tal-Kummissjoni dwar l-Għaqdiet Orizzontali (6). Sabiex il-Kummissjoni ssib li l-effiċjenzi jirribattu l-impatt negattiv ta' għaqda fuq il-konsumaturi, dawn għandhom ikunu verifikabbli (jiġifieri, bir-raġunijiet, kwantifikati u appoġġati minn studji u dokumenti interni jekk meħtieġ), għandhom ikunu ta' benefiċċju probabbli lill-konsumaturi u ma setgħux jinkisbu f'miżura simili permezz ta' mezzi li huma inqas anti-kompetittivi mill-konċentrazzjoni proposta (speċifiċità ta' l-għaqda). It-tliet kundizzjonijiet — il-possibbiltà ta' verifika, l-ispeċifiċità ta' l-għaqda u l-benefiċċju għall-konsumatur — huma kumulattivi.

42.

Id-deċiżjoni tistabbilixxi li l-pretensjoni ta' Ryanair dwar l-effiċjenza mhijiex verifikabbli billi tikkonsisti essenzjalment f'konstatazzjoni ġenerali li hija tista' titrasferixxi l-mudell kummerċjali tagħha, u partikolarment il-livelli ta' l-ispiża relatati, għal Aer Lingus mingħajr ma tieħu kont b'mod suffiċjenti ta' tnaqqis li jpatti fil-karatteristiċi tal-prodott u fid-dħul. Id-deċiżjoni ssib li bosta mill-pretensjonijiet ta' Ryanair dwar l-effiċjenza jistrieħu fuq presupposti qawwija ħafna drabi li ma jistgħux jiġu vverifikati b'mod indipendenti. Il-pretensjoni ta' Ryanair dwar l-effiċjenza, għalhekk, diġà tfalli l-ewwel parti tal-kundizzjonijiet kumulattivi stabbiliti fil-Linji ta' Gwida dwar l-Għaqdiet Orizzontali. Għall-finijiet tal-kompletezza, id-deċiżjoni fiha wkoll valutazzjoni ta' l-ispeċifiċità ta' l-għaqda, tal-pretensjonijiet ta' Ryanair dwar l-effiċjenza u tal-benefiċċji potenzjali għall-konsumaturi.

43.

Dwar l-effiċjenzi d-deċiżjoni tasal għall-konklużjoni li l-pretensjonijiet ta' Ryanair ma jistgħux jiġu vverifikati u mhumiex speċifiċi għall-għaqda. Anki li kieku ġew imħarsa ż-żewġ kundizzjonijiet, l-effiċjenzi jkunu jaffettwaw l-ispejjeż fissi (l-operazzjoni ta' l-ajruplani) ta' Aer Lingus, li jneħħi ċ-ċertezza li dawn jiġu mgħoddija lill-konsumaturi. Fl-aħħar, id-deċiżjoni tirreferi għall-Linji ta' Gwida dwar l-Għaqdiet Orizzontali fl-argument li huwa improbabbli ħafna illi għaqda li twassal għal pożizzjoni fis-suq li tavviċina monopolju, jew li twassal għal livell simili ta' setgħa fis-suq, tista' tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni għar-raġuni li l-kisbiet fl-effiċjenza jkunu biżżejjed biex ipattu għall-effetti anti-kompetittivi potenzjali.

VII.   IR-RIMEDJI PROPOSTI

44.

Fis-17 ta' April 2007, Ryanair issottomettiet, flimkien mar-risposta tagħha għad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet, impenji sabiex tneħħi t-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikati fid-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet (“Impenji Inizjali fil-Fażi II” ). Wara laqgħa dwar il-progress mal-Kummissjoni li saret fis-26 ta' April 2007 u li fiha Ryanair ġiet infurmata dwar il-valutazzjoni preliminari li saret mill-Kummissjoni dwar l-Impenji inizjali fil-Fażi II, Ryanair issottomettiet sett modifikat ta' impenji (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjħa “Impenji Finali”) fit-3 ta' Mejju 2007 (7).

45.

L-impenji jikkonsistu f'dak li jissejjaħ “rimedju ta' l-aċċess”. L-impenji ta' Ryanair jimxu fuq il-mudell ta' każijiet preċedenti dwar il-linji ta' l-ajru, u jimmiraw prinċipalment lejn it-tneħħija ta' ostakli eżistenti għad-dħul fis-suq għal linji ta' l-ajru oħrajn. Dawn jinkludu l-elementi prinċipali li ġejjin:

(1)

Slots f'Heathrow: Ryanair timpenja ruħha li tirrendi disponibbli slots għar-rotta Londra-Heathrow skond hekk imsejjaħ “arranġament ta' kera”. Skond it-test ta' l-Impenji Finali, dawn l-islots huma riservati esklussivament għal British Airways u Air France (li jippermetti lil kull waħda li toffri [2-6] titjiriet kuljum f'kull direzzjoni).

(2)

Slots għal rotot oħra minn/lejn Dublin: Ryanair timpenja ruħha wkoll li tirrendi disponibbli slots għal rotot oħra li jidħlu f'xulxin minn u lejn Dublin, u b'hekk tippermetti lil linji ta' l-ajru, skond Ryanair, li joperaw sa [4-8] ajruplani bbażati f'Dublin. Ryanair toffri wkoll li tirrendi disponibbli numru ekwivalenti ta' slots f'ajruport speċifiċi ta' destinazzjoni fuq ir-rotot li jidħlu f'xulxin, jekk meħtieġ.

(3)

Slots għal rotot minn/lejn Shannon/Cork: Ryanair timpenja ruħha wkoll fl-Impenji Finali tagħha li tirrendi disponibbli slots għal rotot li jidħlu f'xulxin li jibdew minn Cork u Shannon jekk meħtieġa ([6-10] slots kuljum f'Cork u [6-10] slots kuljum f'Shannon u numru ekwivalenti ta' slots f'Londra/Stansted għal titjiriet lejn Londra/Stansted kif ukoll [0-4] [slot/slots] għall-wasla u [0-4] [slot/slots] għat-tluq f'Cork u f'Liverpool sabiex jiġi ffaċilitat id-dħul fuq ir-rotta Cork-Manchester/Liverpool).

(4)

“Xerrej inizjali”: Fl-“Ittra dwar l-Impenji”, Ryanair toffri wkoll li “ma twettaqx l-akkwist ta' Aer Lingus” qabel ma ssib “xerrej” li jkun impenja ruħu li jieħu l-islots għall-operazzjoni ta' [4-8] ajruplani bbażata f'Dublin.

(5)

Impenji dwar il-prezz/u oħrajn relatati mal-fama tad-ditta: Ryanair toffri li tnaqqas immedjatament il-prezzijiet tat-titjiriet qosra ta' Aer Lingus mill-inqas b'10 %, li telimina immedjatament is-soprataxxi tal-karburant li Aer Lingus tapplika għat-titjiriet tagħha fuq distanza twila, li żżomm id-ditta ta' Aer Lingus u li tkompli topera lil Ryanair u lil Aer Lingus separatament.

(6)

“L-iffriżar tal-frekwenza”: Ryanair timpenja ruħha li ma żżidx in-numru ta' frekwenzi fuq ebda waħda mir-rotot li huwa pretiż li jidħlu f'xulxin “fil-każ ta' kompetitur ġdid fuq ir-rotta” għal aktar mill-frekwenzi operati minn Ryanair u Aer Lingus flimkien fuq kull rotta għal perjodu ta' sitt staġuni ta' l-IATA wara l-sseħħ l-għaqda. Hija timpenja ruħha wkoll li ma tnaqqasx il-frekwenzi fuq dawn ir-rotot “sakemm xi rotta ma tkunx jew ma ssirx tali li ma tħallix profitt”.

46.

Id-deċiżjoni tikkonkludi li l-impenji proposti jonqsu b'mod sinifikanti milli jagħtu rimedju għall-problemi tal-kompetizzjoni identifikati u mhumiex, għalhekk, suffiċjenti biex jevitaw l-impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva kemm għal raġunijiet formali kif ukoll sostantivi. L-argumenti li ġejjin huma żviluppati fid-deċiżjoni:

Huwa dubjuż jekk l-istrument tar-rimedju ta' slots jagħtix rimedju xieraq għat-tranżazzjoni preżenti. Tassew, Aer Lingus u Ryanair huma linji ta' l-ajru low-frill, li jtiru lejn ajruporti sekondarji u spiss lejn ajruporti oħra fejn m'hemmx konġestjoni. Il-konġestjoni fl-ajruporti mhix ir-raġuni prinċipali għaliex il-linji ta' l-ajru l-oħra ma jidħlux fl-Irlanda u r-rimedju bbażat fuq l-islots ma jipprovdi ebda soluzzjoni li tindirizza l-ostakli l-oħrajn li ġew identifikati għad-dħul fis-suq. Aer Lingus bħalissa hija l-unika linja ta' l-ajru li tikkompeti ma' Ryanair fuq rotot Irlandiżi fuq skala ikbar, filwaqt li l-kompetituri kkonfermaw li ma jridux jidħlu f'kompetizzjoni ma' żewg ditti magħrufin sew kontra kompetitur agressiv ħafna fuq il-prezz.

Ir-rimedji ta' l-islots offerti mhuwiex probabbli li jwasslu għal dħul sostanzjali fuq ir-rotot li jidħlu f'xulxin. Billi r-rimdeju jiffaċilita biss id-dħul (pjuttost milli jikkostitwixxi divestitura kummerċjali), għandu jkun hemm xi probabbiltà li d-dħul fis-suq iseħħ. Madankollu, it-test tas-suq ma ta ebda indikazzjoni li setgħu jinstabu kompetituri ġodda minbarra għal xi rotot weħidhom (partikolarment fuq ir-rotta Dublin-Londra/Heathrow).

Dispożizzjonijiet li mhumiex ċari u li huma kontradittorji: Il-kontenut tal-proposta ta' impenji preżenti mhux ċar billi hemm numru ta' kontradizzjonijiet u formulazzjonijiet vagi jew ambigwi li jqajjmu dubji dwar il-vijabilità ta' l-impenji stess, billi hemm dubju dwar jekk l-impenji jkunux jistgħu jitħaddmu u jiġu infurzati.

L-ambitu ta' l-impenji mhux suffiċjenti. Anki jekk ir-rimedji jqanqlu d-dħul fis-suq, l-ambitu ta' dan id-dħul ikun żgħir wisq biex jindirizza d-dħul f'xulxin kompetittiv tal-partijiet. It-test tas-suq ikkonferma li slots għal [4-8] ajruplani (jew [6-10] meta titqies Londra) mhumiex suffiċjenti biex jieħdu post il-limitu kompetittiv eżerċitat minn Aer Lingus fil-preżent. Aer Lingus u Ryanair illum joperaw bi 22 u 19-il ajruplan rispettivament. Għalkemm Aer Lingus ma taqdix biss ir-rotot li jidħlu f'xulxin bit-22 ajruplan tagħha, l-investigazzjoni kkonfermat li [4-8] jew [6-10] ajruplan ma jkunux suffiċjenti biex jaqdu r-rotot kollha li jidħlu f'xulxin minn/lejn Dublin.

Slots f'ajruporti ta' destinazzjoni importanti huma neqsin mill-proposta ta' Ryanair.

L-impenji ma jassigurawx id-dħul fis-suq ta' ditta waħda weħidha li għandha mudell kummerċjali li jista' jieħu post il-kompetizzjoni eliminata bl-għaqda.

Hemm, barra dan, dubji legali sinifikanti dwar jekk Ryanair tistax legalment tirrinunċja l-islots ta' Aer Lingus f'Heathrow billi l-Artikoli ta' l-Assoċjazzjoni tal-linja ta' l-ajru jagħtu ċerti drittijiet ta' veto lill-gvern Irlandiż, li jagħmilha possibbli għal dan li jwaqqaf it-trasferiment ta' l-islots.

Rigward id-diversi impenji offerti minn Ryanair li jikkonċernaw l-imġieba (10 % tnaqqis mill-prezzijiet ta' Aer Lingus, tneħħija tas-soprataxxa tal-karburant, l-iffriżar tal-frekwenza, it-tiżmim ta' ditti separati), id-deċiżjoni tinnota li dawn ma jindirizzaw direttament ebda waħda mill-problemi ta' kompetizzjoni identifikati. Barra minn hekk, dawn iqajmu numru ta' mistoqsijiet fir-rigward tal-kontroll u l-infurzar. Fihom ukoll elementi li jnaqqsu, pjuttost milli jsaħħu, l-kompetizzjoni.

47.

Wara laqgħa dwar il-progress u diskussjonijiet addizzjonali sussegwenti, Ryanair issottomettiet fl-1 ta' Ġunju 2007, fil-forma ta' abbozz, sett ta' impenji riveduti. Dan it-test ingħata espliċitament fil-forma ta' abbozz, mingħajr firma u mhux konformi mar-rekwiżiti formali meħtieġa. Ryanair għalhekk ma ssottomettietx impenji ġodda b'mod formali u l-Kummissjoni ma kinitx taħt l-obbligu li tivvalutahom fid-deċiżjoni. Barra dan, iż-żmien għas-sottomissjoni ta' impenji skond ir-Regolament għall-Implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kien skada fit-3 ta' Mejju 2007. Għalkemm il-Kummissjoni tista' f'ċirkostanzi eċċezzjonali taċċetta modifiki ta' rimedji sottomessi anki meta ma jkunx għadu possibbli li jsir test ġdid tas-suq, dawn l-impenji jridu jkunu tali li jsolvu l-problemi kollha identifikati konnessi mal-kompetizzjoni b'mod ċar.

48.

Madankollu, anki li kieku kien ġie formalment sottomess, huwa ċar illi l-abbozz ta' l-impenji modifikati ma kinux ikunu suffiċjenti biex jindirizzaw in-nuqqasijiet kollha identifikati tas-sett preċedenti ta' impenji. B'mod partikolari, l-impenji modifikati abbozzati kienu għadhom ibbażati primarjament fuq it-trasferiment ta' slots (jiġifieri jipprovdu l-possibbiltà ta' aċċess għall-infrastruttura ta' l-ajruporti) u ma offrew ebda elementi ġodda li jindirizzaw l-ostakli l-oħra li kienu identifikati għad-dħul fis-suq u li b'hekk jagħmluha possibbli għall-Kummissjoni li tevalwa mill-ġdid ir-riżultati negattivi tat-test tas-suq fir-rigward tal-probabbiltà ta' dħul fil-fatt fis-suq. Barra minn hekk, l-ambitu tad-dħul fis-suq ġdid garantit kien għadu mhux suffiċjenti billi l-impenji pprovdew biss għal kompetitur ta' primarju ġdid li jkollu [6-10] ajruplani. L-abbozz lanqas ma jipprovdi għat-trasferiment ta' slots fl-ajruporti ta' destinazzjoni relevanti kollha, b'mod partikolari ma jipprovdix għal slots f'ajruporti b'konġestjoni. Problemi addizzjonali mhux solvuti kienu jinkludu, partikolarment, l-inċertezza legali fejn jidħlu l-islots ta' Londra Heathrow u l-kriterji mhux speċifiċi għax-xerrej inizjali.

VIII.   KONKLUŻJONI

49.

Id-deċiżjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni notifikata tkun timpedixxi b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu fis-sens ta' l-Artikolu 2(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, b'mod partikolari bħala riżultat tal-ħolqien ta' pożizzjoni dominanti ta' Ryanair u Aer Lingus fuq 35 rotta minn u lejn Dublin, Shannon u Cork, u l-ħolqien jew it-tisħiħ ta' pożizzjoni dominanti fuq 15-il rotta oħra minn u lejn Dublin u Cork. Id-deċiżjoni għalhekk tiddikjara li l-konċentrazzjoni hija inkompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim dwar iż-ŻEE skond l-Artikolu 8(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  Ara l-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(3)  Ara pereżempju l-Każijiet COMP/M.3940 — Lufthansa/Eurowings, COMP/M.3280 — Air France/KLM, COMP/M.3770 — Lufthansa/Swiss.

(4)  It-tabella ma tiħux kont ta' l-inklużjoni possibbli tad-“dry seats” (jiġifieri biljetti ta' l-ajru mibjugħa separati mhux bħala parti minn vaganza b'kollox kompriż) offerti minn xi linji ta' l-ajru mikrija fuq uħud mir-rotot ta' vakanza li huma milquta. Madankollu, billi s-sehem ta' dak il-bejgħ ta' “dry seats” mhuwiex sinifikanti, l-inklużjoni tagħhom ma tbiddilx is-sitwazzjoni.

(5)  Ara l-Artikolu 2(1)(b) u l-Premessa 29.

(6)  Il-Linji ta' Gwida dwar il-valutazzjoni ta' l-għaqdiet orizzontali taħt ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-intrapriżi, ĠU C 31, 5.2.2004, p. 5.

(7)  Ryanair kienet diġà ssottomettiet kummenti fil-Fażi I ta' l-investigazzjoni fid-29 ta' Novembru 2006 (“Impenji Inizjali fil-Fażi I”), li kienu sussengwentement mibdula b'sett rivedut ta' impenji fl-14 ta' Diċembru 2006 (“Impenji Modifikati tal-Fażi I”).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

20.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 47/21


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/22/KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(Pubblikazzjoni ta' titoli u referenzi ta' standards armonizzati taħt id-direttiva)

(2008/C 47/06)

Organizzazzjoni Ewropea għall-Istandardizzazzjoni (1)

Referenza u titolu ta' l-istandard

(Dokument ta' referenza)

Referenza ta' l-istandard sostitwit

Data tal-waqfien tal-preżunzjoni ta' konformità ta' l-istandard sostitwit

(Nota 1)

CENELEC

EN 50470-1:2006

Tagħmir għall-kejl ta' elettriku (a.c.) — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali, testijiet u kondizzjonijiet tat-testijiet — Parti 21: Tagħmir għall-kejl ta' elettriku (indiċi ta' klassi A, B, u Ċ)

XEJN

CENELEC

EN 50470-2:2006

Tagħmir għall-kejl ta' elettriku (a.c.) — Parti 2: Rekwiziti ġenerali — Miters elettromekkaniċi għal enerġija attiva (indiċi ta' klassi A u B)

XEJN

CENELEC

EN 50470-3:2006

Tagħmir għall-kejl ta' elettriku (a.c.) — Parti 2: Rekwiziti ġenerali — Miters statiċi għal enerġija attiva (indiċi ta' klassi A, B u Ċ)

XEJN


(1)  Organizzazzjoni Ewropea għall-Istandardizzazzjoni:

CEN: rue de Stassart/De Stassartstraat 36, B — 1050 Brussels, tel. (32-2) 550 08 11, fax (32-2) 550 08 19 (http://www.cenorm.be)

CENELEC: rue de Stassart/De Stassartstraat 35, B — 1050 Brussels, tel. (32-2) 519 68 71, fax (32-2) 519 69 19 (http://www.cenelec.org)

ETSI: 650, route des Lucioles, F-06921 Sophia Antipolis, tel. (33) 492 94 42 12, fax (33) 493 65 47 16 (http://www.etsi.org)


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

20.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 47/22


Avviż tal-Gvern tar-Renju Unit dwar id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/22/KE dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' idrokarburi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 47/07)

Avviż tar-Renju Unit għall-25 serje ta' ħruġ ta' liċenzji għat-tiftix taż-żejt u l-gass fil-baħar

Department for Business, Enterpise and Regulatory Reform

The Petroleum Act 1998

Serje ta' ħruġ ta' liċenzji

1.

Is-Segretarju ta' l-Istat għan-Negozju, l-Impriża u r-Riforma Regolatorja jistieden lill-persuni interessati biex japplikaw għal Seaward Production Licences fir-rigward ta' ċerti żoni mill-Blata Kontinentali tar-Renju Unit.

2.

Din l-istedina tikkonċerna l-blokki jew partijiet minn blokki murija fil-mapep iddepożitati għand id-Department for Business, Enterprise and Regulatory Reform (BERR), fejn jistgħu jkunu kkonsultati b'appuntament (tel. (44-207) 215 50 32) mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9:15 u l-16:45, matul il-perjodu ta' dan l-avviż.

3.

Id-dettalji kollha dwar l-offerta, inklużi listi u mapep taż-żoni li qed jiġu offruti u tagħrif dwar il-liċenzji, it-termini li se jkunu inklużi f'dawk il-liċenzji, u kif wieħed għandu japplika, huma disponibbli fil-websajt ta' l-Energy Development Unit (EDU) (ara hawn taħt).

4.

L-applikazzjonijiet kollha se jiġu ġġudikati skond it-termini tal-Hydrocarbons Licensing Directive Regulations 1995 (S.I. 1995 Nru 1434) u fuq l-isfond tal-ħtieġa kontinwa għal tiftix komprensiv, effiċjenti, sikur u bla telf ta' żmien sabiex ikunu identifikati r-riżorsi taż-żejt u l-gass tar-Renju Unit filwaqt li jitqiesu kif jixraq il-kunsiderazzjonijiet ambjentali.

Applikazzjonijiet għal Liċenzji Tradizzjonali u Liċenzji “Fruntiera”

5.

L-applikazzjonijiet se jiġu ġġudikati fid-dawl tal-kriterji li ġejjin:

(a)

il-vijabbiltà finanzjarja ta' l-applikant u l-kapaċità finanzjarja li jwettaq l-attivitajiet li jkunu permessi bil-liċenzja waqt il-perjodu inizjali, inkluż il-programm ta' ħidma mressaq għall-evalwazzjoni tal-potenzjal sħiħ taż-żona fil-blokk jew fil-blokki li saret applikazzjoni għalihom;

(b)

il-kapaċità teknika ta' l-applikant li jwettaq attivitajiet li jkunu permessi bil-liċenzja waqt il-perjodu inizjali, inkluża l-identifikazzjoni ta'prospetti ta' idrokarburi fil-blokk jew fil-blokki li saret applikazzjoni għalihom. Il-kapaċità teknika se tiġi vvalutata parzjalment fuq il-kwalità ta' l-analiżi relatata mal-blokk jew mal-blokki li saret applikazzjoni għalihom;

(c)

il-mod li bih l-applikant jipproponi li jwettaq l-attivitajiet li jkunu permessi bil-liċenzja, inkluża l-kwalità tal-programm ta' ħidmamressaq għall-evalwazzjoni tal-potenzjal sħiħ taż-żona li saret applikazzjoni għaliha;

(d)

fejn l-applikant ikollu jew kellu liċenzja maħruġa taħt jew ittrattata daqslikieku ngħatat taħt il-Petroleum Act 1998, kwalunkwe nuqqas ta' effiċjenza jew responsabbiltà murija mill-applikant f'operazzjonijiet b'dik il-liċenzja.

6.

L-operatur propost f'kull grupp applikanti (inkluża kwalunkwe kumpanija li tkun l-unika parti applikanti) għandu jressaq stqarrija tal-politika ambjentali ġenerali tiegħu għat-twettiq ta' attivitajiet permessi bil-liċenzja f'żoni ta' baħar.

7.

Għall-applikazzjonijiet għal-Liċenzji Tradizzjonali u l-Liċenzji ta' “Fruntiera”, is-Segretarju ta' l-Istat mhuwiex se joħroġ liċenzja jekk ma jkunx lest li japprova fl-istess ħin l-għażla ta' l-operatur mill-applikant. Qabel ma japprova operatur, is-Segretarju ta' l-Istat għandu jkun sodisfatt li dak li ġie nnominat ikun kompetenti fl-ippjanar u l-ġestjoni ta' operazzjonijiet ta' tħaffir, f'termini ta' l-għadd, l-esperjenza u t-taħriġ tal-persunal tiegħu, il-proċeduri u l-metodoloġiji proposti, it-tfassil ta' l-istruttura tal-kmand, ir-relazzjonijiet mal-kuntratturi u l-istrateġija korporattiva kumplessiva. Meta jkun qed jikkunsidra operatur prospettiv, is-Segretarju ta' l-Istat se jqis sew informazzjoni ġdida ppreżentata fl-applikazzjoni sew ir-rekord ta' dak li ġie nnominat bħala operatur, kemm fir-Renju Unit kif ukoll barra.

Applikazzjonijiet ta' “Promozzjoni”

8.

L-applikazzjonijiet se jiġu ġġudikati fid-dawl tal-kriterji li ġejjin:

(a)

il-vijabbiltà finanzjarja ta' l-applikant;

(b)

il-kapaċità teknika ta' l-applikant li jwettaq attivitajiet li jkunu permessi bil-liċenzja matul l-ewwel sentejn tagħha, inkluża l-identifikazzjoni tal-prospetti ta' idrokarburi fil-blokk jew fil-blokki li saret applikazzjoni għalihom. Il-kapaċità teknika se tiġi vvalutata parzjalment fuq il-kwalità ta' l-analiżi relatata mal-blokk jew mal-blokki li saret applikazzjoni għalihom;

(c)

il-kwalità ta' l-istrateġija ta' l-applikant biex jiżgura r-riżorsi finanzjarji u tekniċi addizzjonali li jkunu meħtieġa biex iwettaq il-programm ta' ħidma fundamentali matul it-tieni sentejn tal-perjodu inizjali;

(d)

fejn l-applikant ikollu jew kellu liċenzja maħruġa taħt jew ittrattata daqslikieku ngħatat taħt il-Petroleum Act 1998, kwalunkwe nuqqas ta' effiċjenza jew responsabbiltà murija mill-applikant f'operazzjonijiet b'dik il-liċenzja.

9.

Il-Liċenzji ta' Promozzjoni jiskadu wara sentejn jekk id-detentur tal-Liċenzja ma jkunx issodisfa lill-BERR fir-rigward tal-kapaċità teknika u finanzjarja tiegħu biex iwettaq il-Programm ta' Ħidma tal-perjodu inizjali, li għandu jinkludi impenn sod f'dak il-mument li jħaffer talanqas bir wieħed, jew li jwettaq attività fondamentali ekwivalenti miftiehma. Il-Programm ta' Ħidma tal-perjodu inizjali għandu jitwettaq f'erba' snin.

10.

Għal aktar dettalji dwar din l-offerta u l-punti ta' hawn fuq, tista' żżur il-websajt ta' l-Energy Development Unit (EDU): http://www.og.berr.gov.uk/

Liċenzji

11.

Fejn is-Segretarju ta' l-Istat joffri liċenzja skond din l-istedina, l-offerta ssir fi żmien tnax-il xahar mid-data ta' dan l-Avviż.

12.

Is-Segretarju ta' l-Istat ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà għal kwalunkwe spiża mġarrba mill-applikant meta dan iqis jew iressaq l-applikazzjoni tiegħu.

Valutazzjonijiet Ambjentali

13.

Il-BERR ħejja Evalwazzjoni Ambjentali Strateġika taż-żona kollha li se tkun offruta skond l-istandard rikjest mid-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent. Ir-riżultati tal-valutazzjoni jinsabu fil-websajt ta' l-Energy Development Unit (EDU): http://www.og.berr.gov.uk/

14.

Liċenzji skond din l-istedina se jiġu offruti biss jekk (a) ma jkunx hemm impatt sinifikanti fuq Żona Speċjali ta' Konservazzjoni (“SAC”) jew Żona Speċjali ta' Protezzjoni (“SPA”), jew inkella jekk (b) valutazzjoni xierqa skond id-Direttivi dwar il-Ħabitats u l-Għasafar Selvaġġi tikkonkludi li ma jkunx hemm impatt negattiv fuq tali SACs jew SPAs.

15.

Licence Administration: Energy Development Unit (EDU), Department for Business, Enterprise and Regulatory Reform, 1 Victoria Street, London SW1H 0ET (tel. (44-207) 215 50 32, feks (44-207) 215 50 70).

Il-websajt ta' l-Energy Development Unit (EDU): http://www.og.berr.gov.uk/


Rettifikazzjonijiet

20.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 47/25


Rettifika għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/22/KE

( Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, C 29 ta' l-1 ta' Frar 2008 )

(2008/C 47/08)

Il-pubblikazzjoni ta' din il-komunikazzjoni giet imħassra.