ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 29

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
1 ta' Frar 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Bank Ċentrali Ewropew

2008/C 029/01

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta' Jannar 2008 lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Suomen Pankki (BĊE/2008/1)

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 029/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4779 — Akzo Nobel/ICI) ( 1 )

2

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2008/C 029/03

Rata tal-kambju ta' l-euro

3

 

Bank Ċentrali Ewropew

2008/C 029/04

Ftehim tal-31 ta' Diċembru 2007 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u s-Central Bank of Cyprus rigward il-klejm ikkreditata lis-Central Bank of Cyprus mill-Bank Ċentrali Ewropew skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew

4

2008/C 029/05

Ftehim tal-31 ta' Diċembru 2007 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bank Ċentrali ta' Malta rigward il-klejm ikkreditata lill-Bank Ċentrali ta' Malta mill-Bank Ċentrali Ewropew skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew

6

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 029/06

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/22/KE ( 1 )

8

2008/C 029/07

Tneħħija minn Franza ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi bl-ajru skedati bejn Dijon, minn naħa, u Londra, Clermont-Ferrand, Bordeaux u Toulouse, min-naħa l-oħra ( 1 )

10

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni

2008/C 029/08

Sejħa għall-proposti — DĠ ENTR — ENT/CIP/08/C/N02S00/1 — Approċċi settorjali globali: Approċċi settorjali bħala parti ta' qafas ta' wara l-2012

11

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Kummissjoni

2008/C 029/09

Avviż ta' bidu ta' proċedura ta' l-antidumping li tirrigwarda l-importazzjonijiet ta' prodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f'fuljetti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea, u t-Tajwan

13

 

ATTI OĦRAJN

 

Kummissjoni

2008/C 029/10

Notifika dwar talba skond l-Artikolu 30 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kusill 2004/17/KE — Talba min-naħa ta' Stat Membru

18

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Bank Ċentrali Ewropew

1.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 29/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-28 ta' Jannar 2008

lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Suomen Pankki

(BĊE/2008/1)

(2008/C 29/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'mod partikolari l-Artikolu 27.1,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Eurosistema huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrikkmandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat ta' l-awdituri esterni ta' bħalissa tas-Suomen Pankki jispiċċa wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2007. Jinħtieġ għalhekk li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2008.

(3)

Is-Suomen Pankki għażel lill-KPMG Oy Ab bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2008 sa 2012,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrikkmandat li KPMG Oy Ab għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tas-Suomen Pankki għas-snin finanzjarji 2008 sa 2012.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-28 ta' Jannar 2008.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

1.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 29/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4779 — Akzo Nobel/ICI)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 29/02)

Fit-13 ta' Diċembru 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4779. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

1.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 29/3


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

Il-31 ta' Jannar 2008

(2008/C 29/03)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4870

JPY

Yen Ġappuniż

157,93

DKK

Krona Daniża

7,4528

GBP

Lira Sterlina

0,74770

SEK

Krona Żvediża

9,4725

CHF

Frank Żvizzeru

1,6051

ISK

Krona Iżlandiża

96,78

NOK

Krona Norveġiża

8,0760

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,070

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

259,46

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6978

PLN

Zloty Pollakk

3,6244

RON

Leu Rumen

3,7170

SKK

Krona Slovakka

33,775

TRY

Lira Turka

1,7483

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6682

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4846

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,5951

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8960

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1078

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 404,03

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,1115

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,6793

HRK

Kuna Kroata

7,2284

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 749,55

MYR

Ringgit Malażjan

4,8112

PHP

Peso Filippin

60,224

RUB

Rouble Russu

36,3140

THB

Baht Tajlandiż

46,450

BRL

Real Brażiljan

2,6241

MXN

Peso Messikan

16,1087


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Bank Ċentrali Ewropew

1.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 29/4


FTEHIM

tal-31 ta' Diċembru 2007

bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u s-Central Bank of Cyprus rigward il-klejm ikkreditata lis-Central Bank of Cyprus mill-Bank Ċentrali Ewropew skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew

(2008/C 29/04)

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW U S-CENTRAL BANK OF CYPRUS,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22 tal-31 ta' Diċembru 2007, dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta' l-assi barranin ta' riżerva u l-kontribuzzjonijiet mis-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta' Malta għar-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), l-ammont aggregat ekwivalenti għall-euro ta' assi barranin ta' riżerva li s-Central Bank of Cyprus għandu jittrasferixxi lilll-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) b'effett mill-1 ta' Jannar 2008, skond l-Artikolu 49.1 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa 'l quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) huwa ta' EUR 73 400 447,19.

(2)

Skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, b'effett mill-1 ta' Jannar 2008, il-BĊE għandu jikkredita lis-Central Bank of Cyprus bi klejm iddenominata fl-euro ekwivalenti għall-ammont aggregat u ddenominat fl-euro tal-kontribuzzjoni tas-Central Bank of Cyprus ta' assi barranin ta' riżerva, skond l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dik id-Deċiżjoni. Il-BĊE u s-Central Bank of Cyprus jaqblu li jistabbilixxu l-klejm tas-Central Bank of Cyprus għall-ammont ta' EUR 71 950 548,51, sabiex jiġi żgurat li l-proporzjon bejn l-ammont fl-euro tal-klejm tas-Central Bank of Cyprus u l-ammont aggregat iddenominat fl-euro tal-klejms ikkreditati lill-banek ċentrali nazzjonali l-oħra ta' l-Istati Membri li diġà adottaw l-euro (minn issa 'l quddiem “il-BĊNi parteċipanti”) ikun indaqs mal-proporzjon bejn il-piż tas-Central Bank of Cyprus fl-iskema kapitali tal-BĊE u l-piż aggregat tal-BĊNi parteċipanti l-oħra f'din l-iskema.

(3)

Id-differenza bejn l-ammonti msemmija fir-recitals 1 u 2 tirriżulta mill-applikazzjoni, għall-valur ta' l-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti diġà mis-Central Bank of Cyprus skond l-Artikolu 30.1 ta' l-Istatut tas-SEBĊ tar-'rati tal-kambju kurrenti' msemmija fl-Artikolu 49.1 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, u mill-effett fuq il-klejms bis-saħħa ta' l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ li l-BĊNi parteċipanti l-oħra kellhom, ta' l-aġġustament ta' l-iskema kapitali tal-BĊE fl-1 ta' Jannar 2004, skond l-Artikolu 29.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u t-tkabbir ta' l-iskema kapitali tal-BĊE fl-1 ta' Mejju 2004 u fl-1 ta' Jannar 2007, skond l-Artikolu 49.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ.

(4)

Minħabba din id-differenza hawn fuq imsemmija, il-BĊE u s-Central Bank of Cyprus jaqblu li l-klejm tas-Central Bank of Cyprus tista' titnaqqas billi jitpaċa kontriha l-ammont li s-Central Bank of Cyprus għandu jikkontribwixxi għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, fil-każ li l-klejm tas-Central Bank of Cyprus hija akbar mill-ammont ta' EUR 71 950 548,51.

(5)

Il-BĊE u s-Central Bank of Cyprus għandhom jaqblu dwar modalitajiet oħra għall-ikkreditar tal-klejm tas-Central Bank of Cyprus, waqt li jiġi kkunsidrat li, skond il-movimenti tar-rata tal-kambju, jista' jinħtieġ li l-klejm tiżdied aktar milli titnaqqas għall-ammont imsemmi fir-recital 2.

(6)

Il-Kunsill Governattiv approva li l-BĊE isir parti minn dan il-Ftehim, li jittratta deċiżjoni li għandha tittieħed skond l-Artikolu 30 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 10.3 ta' l-Istatut SEBĊ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Modalitajiet għall-ikkreditar tal-klejm tas-Central Bank of Cyprus

1.   Jekk l-ammont tal-klejm li l-BĊE għandu jikkredita lis-Central Bank of Cyprus skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22 (minn issa 'l quddiem “il-klejm tas-Central Bank of Cyprus” jew “il-klejm”) huwa akbar minn EUR 71 950 548,51 fid-data finali li fiha l-BĊE jirċievi l-assi barranin ta' riżerva mis-Central Bank of Cyprus skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, allura l-ammont tal-klejm għandu jitnaqqas b'effett minn dik id-data għal EUR 71 950 548,51. Dan it-tnaqqis għandu jsir billi, l-ammont li s-Central Bank of Cyprus għandu jikkontribwixxi għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE b'effett mill-1 ta' Jannar 2008, skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, jitpaċa kontra l-klejm. L-ammont paċut għandu jkun ittrattat bħala kontribuzzjoni minn qabel għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, li għandha titqies li tkun saret fid-data ta' dik it-tpaċija.

2.   Jekk l-ammont li għandu jiġi kkontribwit mis-Central Bank of Cyprus għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22 huwa anqas mid-differenza bejn: (a) l-ammont tal-klejm tas-Central Bank of Cyprus; u (b) EUR 71 950 548,51, allura l-ammont tal-klejm għandu jitnaqqas għal EUR 71 950 548,51: (i) billi jitpaċa skond il-paragrafu 1 hawn fuq; u (ii) billi l-BĊE iħallas lis-Central Bank of Cyprus ammont fl-euro daqs l-ammont tad-defiċit li jifdal wara din it-tpaċija. Kull ammont li jrid jitħallas mill-BĊE skond dan il-paragrafu għandu jkun dovut b'effett mill-1 ta' Jannar 2008. Il-BĊE għandu, sadanittant, jagħti struzzjonijiet għat-trasferiment ta' dan l-ammont, u ta' l-imgħax nett akkumulat fuq dan l-ammont, permezz tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET/TARGET2). L-imgħax akkumulat għandu jkun ikkalkulat kuljum, bl-użu tal-metodu ta' kalkulazzjoni “actual over 360-day” b'rata daqs ir-rata ta' l-imgħax marġinali wżata mill-Eurosistema fl-operazzjoni prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti tagħha.

3.   Jekk l-ammont tal-klejm tas-Central Bank of Cyprus huwa anqas minn EUR 71 950 548,51 fid-data finali li fiha l-BĊE jirċievi l-assi barranin ta' riżerva mis-Central Bank of Cyprus skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, allura l-ammont tal-klejm għandu jiżdied f'dik id-data għal EUR 71 950 548,51. Iż-żieda għandha ssir billi s-Central Bank of Cyprus iħallas lill-BĊE ammont fl-euro daqs id-differenza. Kull ammont li għandu jitħallas mis-Central Bank of Cyprus skond dan il-paragrafu għandu jkun dovut mill-1 ta' Jannar 2008, u għandu jitħallas skond il-proċeduri speċifikati fl-Artikolu 5(4) u (5) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet finali

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008.

2.   Dan il-Ftehim għandu jitħejja f'żewġ kopji oriġinali u ffirmati bl-Ingliż. Il-BĊE u s-Central Bank of Cyprus għandhom iżommu kopja oriġinali kull wieħed.

Magħmul fi Frankfurt am Main, fil-31 ta' Diċembru 2007.

Għall-Bank Ċentrali Ewropew

Jean-Claude TRICHET

President

Għas-Central Bank of Cyprus

Athanasios ORPHANIDES

Gvernatur


(1)  ĠU L 27, 1.2.2008.


1.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 29/6


FTEHIM

tal-31 ta' Diċembru 2007

bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bank Ċentrali ta' Malta rigward il-klejm ikkreditata lill-Bank Ċentrali ta' Malta mill-Bank Ċentrali Ewropew skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew

(2008/C 29/05)

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW U L-BANK ĊENTRALI TA' MALTA,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22 tal-31 ta' Diċembru 2007, dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta' l-assi barranin ta' riżerva u l-kontribuzzjonijiet mis-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta' Malta għar-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), l-ammont aggregat ekwivalenti għall-euro ta' assi barranin ta' riżerva li l-Bank Ċentrali ta' Malta għandu jittrasferixxi lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) b'effett mill-1 ta' Jannar 2008, skond l-Artikolu 49.1 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa 'l quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) huwa ta' EUR 36 553 305,17.

(2)

Skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, b'effett mill-1 ta' Jannar 2008, il-BĊE għandu jikkredita lill-Bank Ċentrali ta' Malta bi klejm iddenominata fl-euro ekwivalenti għall-ammont aggregat u ddenominat fl-euro tal-kontribuzzjoni tal-Bank Ċentrali ta' Malta ta' assi barranin ta' riżerva, skond l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dik id-Deċiżjoni. Il-BĊE u l-Bank Ċentrali ta' Malta jaqblu li jistabbilixxu l-klejm tal-Bank Ċentrali ta' Malta għall-ammont ta' EUR 35 831 257,94, sabiex jiġi żgurat li l-proporzjon bejn l-ammont fl-euro tal-klejm tal-Bank Ċentrali ta' Malta u l-ammont aggregat iddenominat fl-euro tal-klejms ikkreditati lill-banek ċentrali nazzjonali l-oħra ta' l-Istati Membri li diġà adottaw l-euro (minn issa 'l quddiem “il-BĊNi parteċipanti”) ikun indaqs mal-proporzjon bejn il-piż tal-Bank Ċentrali ta' Malta fl-iskema kapitali tal-BĊE u l-piż aggregat tal-BĊNi parteċipanti l-oħra f'din l-iskema.

(3)

Id-differenza bejn l-ammonti msemmija fir-recitals 1 u 2 tirriżulta mill-applikazzjoni, għall-valur ta' l-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti diġà mill-Bank Ċentrali ta' Malta skond l-Artikolu 30.1 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, tar-'rati tal-kambju kurrenti' msemmija fl-Artikolu 49.1 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, u mill-effett fuq il-klejms skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ li l-BĊNi parteċipanti l-oħra kellhom, ta' l-aġġustament ta' l-iskema kapitali tal-BĊE fl-1 ta' Jannar 2004, skond l-Artikolu 29.3 ta' l-Istatut SEBĊ u t-tkabbir ta' l-iskema kapitali tal-BĊE fl-1 ta' Mejju 2004 u fl-1 ta' Jannar 2007, skond l-Artikolu 49.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ.

(4)

Minħabba din id-differenza hawn fuq imsemmija, il-BĊE u l-Bank Ċentrali ta' Malta jaqblu li l-klejm tal-Bank Ċentrali ta' Malta tista' titnaqqas billi jitpaċa kontriha l-ammont li l-Bank Ċentrali ta' Malta għandu jikkontribwixxi għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, fil-każ li l-klejm tal-Bank Ċentrali ta' Malta hija akbar mill-ammont ta' EUR 35 831 257,94.

(5)

Il-BĊE u l-Bank Ċentrali ta' Malta għandhom jaqblu dwar modalitajiet oħra għall-ikkreditar tal-klejm tal-Bank Ċentrali ta' Malta, waqt li jiġi kkunsidrat li, skond il-movimenti tar-rata tal-kambju, jista' jinħtieġ li l-klejm tiżdied aktar milli titnaqqas għall-ammont imsemmi fir-recital 2.

(6)

Il-Kunsill Governattiv approva li l-BĊE isir parti minn dan il-Ftehim, li jittratta deċiżjoni li għandha tittieħed skond l-Artikolu 30 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 10.3 ta' l-Istatut SEBĊ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Modalitajiet għall-ikkreditar tal-klejm tal-Bank Ċentrali ta' Malta

1.   Jekk l-ammont tal-klejm li l-BĊE għandu jikkredita lill-Bank Ċentrali ta' Malta skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22 (minn issa 'l quddiem “il-klejm tal-Bank Ċentrali ta' Malta” jew “il-klejm”) huwa akbar minn EUR 35 831 257,94 fid-data finali li fiha l-BĊE jirċievi l-assi barranin ta' riżerva mill-Bank Ċentrali ta' Malta skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, allura l-ammont tal-klejm għandu jitnaqqas b'effett minn dik id-data għal EUR 35 831 257,94. Dan it-tnaqqis għandu jsir billi, l-ammont li l-Bank Ċentrali ta' Malta għandu jikkontribwixxi għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE b'effett mill-1 ta' Jannar 2008, skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, jitpaċa kontra l-klejm. L-ammont paċut għandu jkun ittrattat bħala kontribuzzjoni minn qabel għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, li għandha titqies li tkun saret fid-data ta' dik it-tpaċija.

2.   Jekk l-ammont li għandu jiġi kkontribwit mill-Bank Ċentrali ta' Malta għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22 huwa anqas mid-differenza bejn: (a) l-ammont tal-klejm tal-Bank Ċentrali ta' Malta; u (b) EUR 35 831 257,94, allura l-ammont tal-klejm għandu jitnaqqas għal EUR 35 831 257,94: (i) billi jitpaċa skond il-paragrafu 1 hawn fuq; u (ii) billi l-BĊE iħallas lill-Bank Ċentrali ta' Malta ammont fl-euro daqs l-ammont tad-defiċit li jifdal wara din it-tpaċija. Kull ammont li jrid jitħallas mill-BĊE skond dan il-paragrafu għandu jkun dovut b'effett mill-1 ta' Jannar 2008. Il-BĊE għandu, sadanittant, jagħti struzzjonijiet għat-trasferiment ta' dan l-ammont, u ta' l-imgħax nett akkumulat fuq dan l-ammont, permezz tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET/TARGET2). L-imgħax akkumulat għandu jkun ikkalkulat kuljum, bl-użu tal-metodu ta' kalkulazzjoni “actual over 360-day” b'rata daqs ir-rata ta' l-imgħax marġinali wżata mill-Eurosistema fl-operazzjoni prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti tagħha.

3.   Jekk l-ammont tal-klejm tal-Bank Ċentrali ta' Malta huwa anqas minn EUR 35 831 257,94 fid-data finali li fiha l-BĊE jirċievi l-assi barranin ta' riżerva mill-Bank Ċentrali ta' Malta skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, allura l-ammont tal-klejm għandu jiżdied f'dik id-data għal EUR 35 831 257,94. Iż-żieda għandha ssir billi l-Bank Ċentrali ta' Malta jħallas lill-BĊE ammont fl-euro daqs id-differenza. Kull ammont li għandu jitħallas mill-Bank Ċentrali ta' Malta skond dan il-paragrafu għandu jkun dovut mill-1 ta' Jannar 2008, u għandu jitħallas skond il-proċeduri speċifikati fl-Artikolu 5(4) u (5) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet finali

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008.

2.   Dan il-Ftehim għandu jitħejja f'żewġ kopji oriġinali u ffirmati bl-Ingliż. Il-BĊE u l-Bank Ċentrali ta' Malta għandhom iżommu kopja oriġinali kull wieħed.

Magħmul fi Frankfurt am Main, fil-31 ta' Diċembru 2007.

Għall-Bank Ċentrali Ewropew

Jean-Claude TRICHET

President

Għall-Bank Ċentrali ta' Malta

Michael C. BONELLO

Gvernatur


(1)  ĠU L 27, 1.2.2008.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

1.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 29/8


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/22/KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(Pubblikazzjoni ta' titli u referenzi ta' standards armonizzati taħt id-direttiva)

(2008/C 29/06)

ESO  (1)

Referenza u titlu ta' l-istandard armonizzat

(u d-dokument ta' referenza)

Referenza ta' l-istandard li ġie sostitwit

Data tal-waqfa tal- presunzjoni tal-konformità ta' l-istandard li ġie sostitwit

(Nota 1)

CEN

EN 1359:1998

Miters tal-gas — Miters tal-gas bid-dijaframma

 

EN 1359:1998/A1:2006

 

 

CEN

EN 1434-1:2007

Miters tas-sħana — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

 

CEN

EN 1434-2:2007

Miters tas-sħana — Parti 2: Rekwiżiti tal-kostruzzjoni

 

CEN

EN 1434-4:2007

Miters tas-sħana — Parti 4: Testijiet għall-approvazzjoni tal-mudelli

 

CEN

EN 1434-5:2007

Miters tas-sħana — Parti 5: Testijiet għall-verifika tal-bidu

 

CEN

EN 12261:2002

Miters tal-gas — Miters tal-gas bit-turbina

 

EN 12261:2002/A1:2006

 

 

CEN

EN 12405-1:2005

Miters tal-gas — Apparat ta' bdil — Parti 1: Bdil ta' volum

 

EN 12405-1:2005/A1:2006

 

 

CEN

EN 12480:2002

Miters tal-gas — Miters tal-gas rotatriċi

 

EN 12480:2002/A1:2006

 

 

CEN

EN 14236:2007

Miters tal-gass għad-djar li jaħdmu b'ħoss ultrasoniku

 

CENELEC

EN 50470-1:2006

Tagħmir għall-kejl ta' elettriku (a.c.) — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali, testijiet u kondizzjonijiet tat-testijiet — Parti 21: Tagħmir għall-kejl ta' elettriku (indiċi ta' klassi A, B u Ċ)

CENELEC

EN 50470-2:2006

Tagħmir għall-kejl ta' elettriku (a.c.) — Parti 2: Rekwiziti ġenerali — Miters elettromekkaniċi għal enerġija attiva (indiċi ta' klassi A u B)

CENELEC

EN 50470-3:2006

Tagħmir għall-kejl ta' elettriku (a.c.) — Parti 2: Rekwiziti ġenerali — Miters statiċi għal enerġija attiva (indiċi ta' klassi A, B u Ċ)

Nota 1

Ġeneralment id-data ta' waqfa tal-preżunzjoni ta' konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-Organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-Istandardizzar, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f' ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista' jkun mod ieħor.

Nota 3

F' każ ta' emendi, l-istandard ta' referenza huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata. Għalhekk l-istandard li ġie sostitwit (kolonna 3) jikkonsisti f' EN CCCCC:YYYY u l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, iżda mingħajr l-emenda l-ġdida kkwotata. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit jieqaf milli jagħti l-preżużjoni ta' konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

Nota:

Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta' l-istandards tista' tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-Istandardizzar jew mill-korpi nazzjonali ta' l-istandardizzar li l-lista tagħhom hija annessa mad-Direttiva 98/34/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill emendata mid-Direttiva 98/48/KE (3).

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi kollha tal-Komunità.

Din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tiżgura l-aġġornament ta' din il-lista.

Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati tinstab fl-Internet f'

http://ec.europa.eu/enterprise/newapproach/standardization/harmstds/


(1)  ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-Istandardizzar

CEN: rue de Stassart 36, B-1050 Brussels, Tel.(32-2) 550 08 11; fax (32-2) 550 08 19 (http//www.cen.eu)

CENELEC: rue de Stassart 35, B-1050 Brussels, Tel.(32-2) 519 68 71; fax (32-2) 519 69 19 (http//www.cenelec.org)

ETSI: 650, route des Lucioles, F-06921 Sophia Antipolis, Tel.(33) 492 94 42 00; fax (33) 493 65 47 16 (http//www.etsi.eu)

(2)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(3)  ĠU L 217, 5.8.1998, p. 18.


1.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 29/10


Tneħħija minn Franza ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi bl-ajru skedati bejn Dijon, minn naħa, u Londra, Clermont-Ferrand, Bordeaux u Toulouse, min-naħa l-oħra

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 29/07)

Franza ddeċidiet li tneħħi l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti għall-operat ta' servizzi ta' l-ajru skedati bejn:

1)

Dijon u Londra, ppubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 240, 15 ta' Settembru 1995 u emendati fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 89, 14 ta' April 2004;

2)

Dijon u Clermont-Ferrand, ppubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 277, 18 ta' Novembru 2003;

3)

Dijon u Bordeaux, ppubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 151, 5 ta' Lulju 2007;

4)

Dijon u Toulouse, ppubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 151, 5 ta' Lulju 2007.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni

1.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 29/11


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI — DĠ ENTR — ENT/CIP/08/C/N02S00/1

Approċċi settorjali globali: Approċċi settorjali bħala parti ta' qafas ta' wara l-2012

(2008/C 29/08)

1.   Għanijiet u Deskrizzjoni

Approċċi settorjali joffru mezz 'il quddiem tajjeb kif jiġu indirizzati l-isfidi ta' l-enerġija u tal-bidla fil-klima mingħajr ma jikkompromettu t-tkabbir ekonomiku.

L-għan tas-sejħa hi li tikseb esperjenza fi u għarfien ta' l-approċċi settorjali li qegħdin jiżviluppaw mit-twettiq ta' proġetti fil-pajjiżi emerġenti ewlenin kif ukoll ta' proġetti transnazzjonali. Dan se jipprovdi xhieda ta' kunċett ta' kif l-approċċi settorjali jistgħu jaħdmu; kif l-approċċi settorjali jistgħu jaddattaw ruħhom f'qafas internazzjonali wara l-2012 dwar il-bidla fil-klima; liema azzjonijiet jinħtieġu għall-approċċi settorjali biex isiru għodda fit-tnaqqis ta' l-emissjonijiet tal-gass b'effett ta' serra u rabtiet meħtieġa għas-suq globali tal-karbonju.

2.   L-applikanti eliġibbli

L-applikanti jridu jkunu stabbiliti f'wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

is-27 pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea,

il-pajjiżi ta' l-EFTA u taż-ŻEE: L-Iżvizzera, l-Iżlanda, Liechtenstein, in-Norveġja,

Pajjiżi terzi oħra, fejn ftehimiet jippermettu hekk.

3.   Il-Baġit u tul tal-proġett

Il-baġit massimu allokat għall-operazzjoni hu: EUR 1 900 000.

L-ammont massimu għal kull proġett hu: EUR 1 900 000.

Rata tal-kofinanzjament Komunitarju ta' l-ispejjeż eliġibbli: 90 %.

Limitu tal-kofinanzjament Komunitarju: EUR 1 900 000.

It-tul massimu tal-proġetti huwa ta' 24 xahar.

4.   Data ta' l-għeluq

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lill-Kummissjoni mhux aktar tard mis-7 ta' Marzu 2008.

5.   Aktar tagħrif

It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti u l-formoli ta' applikazzjoni huma disponibbli fil-websajt li ġejja:

http://ec.europa.eu/enterprise/funding/index.htm

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fit-test sħiħ u għandhom jitressqu fil-formola pprovduta.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Kummissjoni

1.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 29/13


Avviż ta' bidu ta' proċedura ta' l-antidumping li tirrigwarda l-importazzjonijiet ta' prodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f'fuljetti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea, u t-Tajwan

(2008/C 29/09)

Il-Kummissjoni rċeviet ilment skond l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), li jallega li l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f'fuljetti, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan (“il-pajjiżi kkonċernati”), qegħdin ikunu l-oġġett ta' dumping u għalhekk qegħdin joħolqu ħsara materjali lill-industrija Komunitarja.

1.   L-ilment

L-ilment tressaq fil-21 ta' Diċembru 2007 minn EUROFER (“il-kwerelant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon prinċipali, f'dan il-każ aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Komunità tal-prodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f'fuljetti.

2.   Il-prodott

Il-prodott li allegatament huwa l-oġġett ta' dumping huma prodotti ta' l-azzar inossidabbli, mhux maħdum ulterjorment milli mgħattan mingħajr tisħin f'fuljetti (imraqqaq mingħajr tisħin), li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea, u t-Tajwan (“il-prodott ikkonċernat”), normalment iddikjarati fi ħdan il-kodiċi NM 7219 31 00, 7219 32 10, 7219 32 90, 7219 33 10, 7219 33 90, 7219 34 10, 7219 34 90, 7219 35 10, 7219 35 90, 7220 20 21, 7220 20 29, 7220 20 41, 7220 20 49, 7220 20 81 u 7220 20 89. Dawn il-kodiċijiet NM qed jingħataw biss bħala informazzjoni.

3.   L-allegazzjoni ta' dumping

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-kwerelant stabbilixxa l-valur normali għar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fuq il-bażi tal-prezz f'pajjiż b'ekonomija tas-suq, imsemmi fil-punt 5.1 (d). L-allegazzjoni ta' dumping hija bbażata fuq tqabbil tal-valur normali, ikkalkulat b'dan il-mod, mal-prezzijiet ta' esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lill-Komunità

L-allegazzjoni ta' dumping fir-rigward tar-Repubblika tal-Korea hija bbażata fuq tqabbil ta' valur normali stabbilit fuq il-bażi ta' prezzijiet domestiċi, bil-prezzijiet ta' esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

L-allegazzjoni ta' dumping fir-rigward tat-Tajwan hija bbażata fuq tqabbil ta' valur normali kostrutt flimkien mal-prezzijiet ta' esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Komunità.

Fuq din il-bażi, il-marġini kkalkulati ta' dumping huma sinifikanti għall-pajjiżi esportaturi kollha kkonċernati.

4.   L-allegazzjoni ta' ħsara

Il-kwerelant ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea, u t-Tajwan żdiedu b'mod ġenerali f'termini assoluti u f'termini ta' sehem mis-suq.

Qed jiġi allegat li l-volumi u l-prezzijiet tal-prodott importat ikkonċernat kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq is-sehem mis-suq miksub u l-livell ta' prezzijiet applikati mill-industrija Komunitarja, bir-riżultat li hemm effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni global, il-qagħda ta' kapaċità ta' qliegħ u l-qagħda ta' impjieg ta' l-industrija Komunitarja.

5.   Il-proċedura

Billi ġie ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li l-ilment sar mill-industrija Komunitarja jew f'isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta' proċedura, il-Kummissjoni permezz ta' dan qed tagħti bidu għal investigazzjoni skond l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

5.1.   Il-proċedura għad-determinazzjoni tad-dumping u l-ħsara

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott ikkonċernat li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea, u t-Tajwan huwiex qiegħed ikun l-oġġett ta' dumping u jekk dan id-dumping ikkawżax ħsara.

(a)   It-teħid ta' kampjuni

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta' partijiet involuti f'din il-proċedura, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tapplika t-teħid ta' kampjuni skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(i)   Teħid ta' kampjuni għal esportaturi/produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, fir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk iva, biex tkun tista' tagħżel kampjun, l-esportaturi/il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, b'dan qed jintalbu jippreżentaw lilhom infushom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom, fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u skond il-format indikat fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-fax u l-persuna ta' kuntatt,

il-fatturat f'munita lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat immanifatturat mill-kumpanija u mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Komunità matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007,

il-fatturat f'munita lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat immanifatturat mill-kumpanija u mibjugħ fis-suq domestiku matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (2) involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ (għall-esportazzjoni u/jew domestiku) tal-prodott ikkonċernat,

kull tagħrif ieħor rilevanti li jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Meta tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan se jimplika li trid twieġeb kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni tat-tweġibiet li tagħti li ssir fuq il-post. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, titqies li din ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.

Sabiex tikseb it-tagħrif li hija tqis meħtieġ għall-għażla tal-kampjun minn fost l-esportaturi/il-produtturi, il-Kummissjoni għandha, barra minn hekk, tikkuntattja l-awtoritajiet tal-pajjiżi esportaturi, u kull assoċjazzjoni magħrufa ta' esportaturi/produtturi.

Minħabba li kumpanija ma tistax tkun ċerta li tintgħażel fil-kampjun, il-produtturi/esportaturi li jixtiequ jitolbu marġini individwali (3) qed jingħataw il-parir biex jitolbu kwestjonarju fil-limitu ta' żmien previst fil-punt 6(a)(i) ta' dan l-avviż, u jirreġistrawha fil-limitu ta' żmien previst fil-punt 6 (a)(ii) l-ewwel paragrafu ta' dan l-avviż. Madankollu, qed tinġibed l-attenzjoni għall-aħħar sentenza tal-punt 5.1(b) ta' dan l-avviż.

(ii)   It-teħid ta' kampjuni għall-importaturi

Biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba li jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni u jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefon u tal-fax u l-persuna ta' kuntatt,

il-fatturat totali f'euro tal-kumpanija matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007,

l-għadd totali ta' impjegati,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott ikkonċernat,

il-volum f'tunnellati u l-valur f'euro ta' importazzjonijiet għal ġewwa s-suq tal-Komunità u l-bejgħ mill-ġdid magħmul fih matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007 tal-prodott importat ikkonċernat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (4) involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat,

kull tagħrif ieħor rilevanti li għandu jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Meta tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan se jimplika li trid twieġeb kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni tat-tweġibiet li tagħti li ssir fuq il-post. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli jew ma' l-inklużjoni tagħha fil-kampjun, jitqies li din ma kooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta' importaturi, minbarra dan, il-Kummissjoni se tikkuntattja kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi.

(iii)   It-teħid ta' kampjuni għal produtturi Komunitarji

Minħabba n-numru kbir ta' produtturi Komunitarji li appoġġjaw l-ilment, il-Kummissjoni biħsiebha tinvestiga l-ħsara lill-industrija Komunitarja billi tieħu kampjuni.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-produtturi kollha tal-Komunità jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom huma b'dan mitluba li jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-fax u l-persuna ta' kuntatt,

id-dawran totali f'ewro tal-kumpanija matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott ikkonċernat,

il-valur tal-bejgħ f'euro tal-prodott ikkonċernat magħmul fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sat-31 ta' Diċembru 2007,

il-volum ta' bejgħ f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat magħmul fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007,

il-volum ta' produzzjoni f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (4) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott ikkonċernat,

kull tagħrif ieħor rilevanti li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Meta tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan se jimplika li trid twieġeb kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni tat-tweġibiet li tagħti li ssir fuq il-post. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli jew ma' l-inklużjoni tagħha fil-kampjun, jitqies li din ma kooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.

(iv)   L-għażla finali tal-kampjuni

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu kwalunkwe informazzjoni rilevanti rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fit-terminu ffissat fil-punt 6(b)(ii).

Il-Kummissjoni biħsiebha tagħmel l-għażla finali tal-kampjuni wara li tkun ikkonsultat lill-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jiġu inklużi fil-kampjun.

Il-kumpaniji inklużi fil-kampjun għandhom iwieġbu għall-kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stabbilit fil-punt 6(b)(iii) u għandhom jikkooperaw fi ħdan il-qafas ta' l-investigazzjoni.

Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista' ssejjes s-sejbiet tagħha, skond l-Artikoli 17(4) u 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-fatti disponibbli. Sejba msejsa fuq fatti disponibbli tista' tkun anqas vantaġġuża għall-parti kkonċernata, kif spjegat fil-punt 8.

(b)   Il-kwestjonarji

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-industrija Komunitarja magħżula għall-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' produtturi fil-Komunità, lill-esportaturi/produtturi magħżula għall-kampjun fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' esportaturi/produtturi, lill-importaturi magħżula għal kampjun, lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' importaturi msemmija fl-ilment, lil utenti magħrufa u lill-awtoritajiet tal-pajjiżi esportaturi kkonċernati.

Minħabba l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 17(3) u 9(6) tar-Regolament bażiku, l-esportaturi/il-produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan li qed jitolbu marġni individwali jridu jressqu kwestjonarju kompletament mimli fil-limitu ta' żmien stabbilit fil-punt 6(a)(ii) ta' dan l-avviż. Għalhekk għandhom jagħmlu talba għal kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(i). Madankollu, dawn il-partijiet għandhom ikunu konxji li jekk it-teħid ta' kampjuni jiġi applikat lill-esportaturi/produtturi, il-Kummissjoni tista' xorta waħda tiddeċiedi li ma tikkalkulax marġni individwali għalihom, jekk l-għadd ta' esportaturi/produtturi tant ikun kbir li eżami individwali jkun ta' piż bla bżonn u jxekkel it-tmiem fil-ħin ta' l-investigazzjoni.

(c)   Il-ġbir ta' tagħrif u s-smigħ ta' seduti

Il-partijiet kollha interessati qegħdin b'dan jiġu mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu tagħrif barra mit-tweġibiet għall-kwestjonarju u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Dan it-tagħrif u din l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta' żmien stipulat f'punt 6(a)(ii).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, sakemm jagħmlu talba fejn juru li hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. Din it-talba trid issir fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii).

(d)   L-għażla tal-pajjiż b'ekonomija tas-suq

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, huwa previst li l-Messiku jintgħażel bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq xieraq sabiex ikun stabbilit valur normali rigward ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. B'dan, il-partijiet interessati qed jiġu mistiedna jikkummentaw dwar kemm hija xierqa din l-għażla fil-limitu ta' żmien speċifiku stabbilit fil-punt 6(c).

(e)   It-trattament ta' ekonomija tas-suq

Għal dawk l-esportaturi/produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li jistqarru u jipprovdu biżżejjed evidenza li joperaw skond kundizzjonijiet ta' l-ekonomija tas-suq, jiġifieri li jilħqu l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, il-valur normali se jiġi stabbilit skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Il-produtturi/esportaturi li biħsiebhom iressqu talbiet sostanzjati b'mod xieraq għandhom jagħmlu dan fiż-żmien stipulat f'punt 6(d). Il-Kummissjoni se tibgħat formoli ta' talbiet lill-esportaturi/produtturi kollha fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li jew ġew inklużi fil-kampjun jew li ssemmew fl-ilment u lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' esportaturi/produtturi msemmija fl-ilment, kif ukoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

5.2.   Il-proċedura għall-evalwazzjoni ta' l-interess Komunitarju

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku u fil-każ li l-allegazzjonijiet ta' dumping u d-ħsara kkawżata minħabba f'hekk ikunu sostanzjati, se tittieħed deċiżjoni dwar jekk l-adozzjoni ta' miżuri ta' l-antidumping tmurx kontra l-interess Komunitarju. Għal din ir-raġuni, l-industrija Komunitarja, l-importaturi, l-assoċjazzjonijiet rappreżentanti tagħhom, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta' l-utenti u tal-konsumaturi, sakemm jipprovaw li hemm rabta oġġettiva bejn l-attività tagħhom u l-prodott ikkonċernat, fil-limiti ġenerali ta' żmien stabbiliti fil-punt 6(a)(ii), jistgħu jippreżentaw irwieħhom u jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni. Il-partijiet li aġixxew b'konformità mas-sentenza preċedenti jistgħu jitolbu smigħ billi jfissru r-raġunijiet partikulari għaliex għandhom jinstemgħu fi ħdan il-limitu ta' żmien stipulat f'punt 6(a)(iii). Għandu jiġi nnotat li kwalunkwe informazzjoni mressqa skond l-Artikolu 21 se titqies biss jekk tkun appoġġjata minn evidenza fattwali fiż-żmien meta titressaq.

6.   Il-limiti ta' żmien

(a)   Il-limiti ġenerali ta' żmien

(i)   Għall-partijiet biex jitolbu kwestjonarju jew formoli ta' talbiet oħrajn

Il-partijiet kollha interessati għandhom jitolbu kwestjonarju jew formoli oħrajn ta' talba malajr kemm jista' jkun, iżda mhux aktar tard minn għaxart ijiem mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(ii)   Għall-partijiet li jridu jagħmlu lilhom infushom magħrufa, biex jippreżentaw it-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull informazzjoni oħra

Il-partijiet interessati kollha, jekk l-ilmenti tagħhom iridu jitqiesu matul l-istħarriġ, għandhom jiddikjaraw lilhom infushom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom u jippreżentaw it-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. L-esportaturi/il-produtturi kollha kkonċernati minn din il-proċedura, li jixtiequ japplikaw għal eżami individwali skond l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, anki huma jridu jressqu tweġiba għall-kwestjonarju fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjal ta' l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. L-attenzjoni tinġibed għall-fatt li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi minn li l-parti tippreżenta ruħha matul il-perjodu msemmi qabel.

Il-kumpaniji magħżula f'kampjun għandhom iressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarji fil-limiti ta' żmien speċifikati f'punt 6(b)(iii).

(iii)   Is-smigħ

Il-partijiet interessati kollha jistgħu wkoll japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 40 jum.

(b)   Il-limitu speċifiku ta' żmien fir-rigward tat-teħid ta' kampjuni

(i)

It-tagħrif speċifikat fil-punti 5.1(a)(i), 5.1(a)(ii) u 5.1(a)(iii) għandu jasal għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, dment li l-Kummissjoni biħsiebha tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jkunu inklużi fil-kampjun fl-għażla finali tagħha fi żmien perjodu ta' 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(ii)

Kull informazzjoni oħra rilevanti għall-għażla tal-kampjun kif imsemmi fil-punt 5.1(a)(iv) għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(iii)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-partijiet inklużi fil-kampjun għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika ta' l-inklużjoni tagħhom fil-kampjun.

(c)   Il-limitu ta' żmien speċifiku għall-għażla tal-pajjiż b'ekonomija tas-suq

Il-partijiet fl-investigazzjoni jistgħu juru x-xewqa li jikkummentaw dwar jekk il-Messiku huwiex adattat li, kif imsemmi fil-punt 5.1.(d), jitqies bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq bl-għan li jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(d)   Il-limitu ta' żmien speċifiku biex jintbagħtu t-talbiet għal status ta' ekonomija tas-suq u/jew għal trattament individwali

Stqarrijiet issostanzjati kif xieraq dwar l-istatus ta' ekonomija tas-suq, kif imsemmi fil-punt 5.1 (e) u/jew għat-trattament individwali skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

7.   Sottomissjonijiet, tweġibiet għall-kwestjonarju u korrispondenza, bil-miktub

Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-fax tal-parti interessata). Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f'dan l-avviż, ir-risposti tal-kwestjonarju u l-korrispondenza pprovduta minn partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Limitat” (5) u, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati b'verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni minn partijiet interessati”.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate General for Trade

Directorate H

Office: J-79 4/23

B-1049 Brussels

Fax (32-2) 295 65 05.

8.   In-nuqqas ta' kooperazzjoni

F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għal jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti ta' żmien, jew b'mod sinifikanti tfixkel l-investigazzjoni, is-sejbiet proviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li kwalunkwe parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew li tqarraq, l-informazzjoni għandha tiġi skartata u għandhom jintużaw il-fatti disponibbli. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

9.   L-iskeda ta' l-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tkun konkluża, skond l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Skond l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri proviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn 9 xhur mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

10.   L-ipproċessar ta' data personali

Għandek tkun taf li kull data personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tkun ittrattata skond ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 45/2001 tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (6).

11.   L-Uffiċjal għas-Smigħ

Ta' min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta' difiża tagħhom, ikunu jistgħu jitolbu l-intervent ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ tad-DĠ Trade. Hu jservi ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn hemm bżonn, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien ta' l-interessi tagħhom f'dan il-proċediment, b'mod partikolari, fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limitu taż-żmien u t-trattament ta' preżentazzjonijiet tal-fehmiet bil-fomm u/jew bil-miktub. Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni fuq l-internet ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fuq il-websajt tad-DĠ Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade).


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  Għal gwida dwar it-tifsira ta' kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(3)  Il-marġnijiet individwali jistgħu jintalbu skond l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku għal kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun, l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku dwar it-trattament individwali f'każijiet li jinvolvu pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq/bl-ekonomiji tagħhom fi tranżizzjoni, u l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku għal kumpaniji li qed jitolbu status ta' ekonomija tas-suq. Ta' min jinnota li talbiet għal trattamenti individwali jeħtieġu applikazzjoni skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku u li t-talbiet dwar l-istatus tas-suq ekonomiku jeħtieġu applikazzjoni skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku.

(4)  Għal aktar tagħrif dwar it-tifsira ta' kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

(5)  Dan ifisser li d-dokument huwa għal użu intern biss. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1049/2001tat-30 ta' Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tal-WTO dwar l-Implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Antidumping).

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ATTI OĦRAJN

Kummissjoni

1.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 29/18


Notifika dwar talba skond l-Artikolu 30 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kusill 2004/17/KE

Talba min-naħa ta' Stat Membru

(2008/C 29/10)

Fis-17 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni rċeviet talba skond l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). L-ewwel ġurnata tax-xogħol wara l-wasla tat-talba kienet it-18 ta' Jannar 2008.

Din it-talba, min-naħa ta' l-Italja, tirrigwarda s-servizzi tal-posta express, nazzjonali jew internazzjonali, f'dak il-pajjiż. L-Artikolu 30 imsemmi jistipula li d-Direttiva 2004/17/KE ma tapplikax meta l-attività kkonċernata tkun direttament esposta għall-kompetizzjoni fi swieq li l-aċċess għalihom ma jkunx limitat. L-evalwazzjoni ta' dawn il-kundizzjonijiet issir biss skond id-Direttiva 2004/17/KE, u ma tippreġudikax l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tliet xhur mill-ġurnata tax-xogħol imsemmija hawn fuq biex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba. Id-data ta' l-għeluq hija għalhekk it-18 ta' April 2008.

Huma applikabbli d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, it-tielet inċiż, imsemmi aktar 'il fuq. Għaldaqstant, iż-żmien li l-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha jista' eventwalment jiġi estiż b'xahar. Estensjoni bħal din tiġi ppubblikata.


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1874/2004 (ĠU L 326, 29.10.2004, p. 17).