|
ISSN 1725-5198 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 26 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 51 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti ta’ l-Awdituri |
|
|
2008/C 026/01 |
||
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti ta’ l-Awdituri
|
30.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 26/1 |
RAPPORT SPEĊJALI Nru 9/2007
dwar “L-evalwazzjoni tal-programmi qafas ta' l-UE dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku — L-approċċ tal-Kummissjoni jista' jittejjeb?” flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni
(skond l-Artikolu 248(4), it-tieni sub-paragrafu, KE)
(2008/C 26/01)
WERREJ
|
I-V |
SOMMARJU EŻEKUTTIV |
|
1-14 |
INTRODUZZJONI |
|
1-7 |
Ir-rwol ta' l-Unjoni Ewropea fis-sostenn ta' l-attivitajiet tar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku |
|
8-14 |
L-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-Programmi Qafas |
|
15-18 |
L-AMBITU U L-APPROĊĊ TAL-VERIFIKA |
|
19-109 |
OSSERVAZZJONIJIET TAL-VERIFIKA |
|
19-37 |
Loġika ta' l-intervenzjoni, l-iffissar ta' l-objettivi u l-indikaturi tal-prestazzjoni |
|
38-49 |
L-istrateġija ta' l-evalwazzjoni |
|
50-68 |
L-organizzazzjoni ta' evalwazzjonijiet għall-Programmi Qafas |
|
69-97 |
Metodoloġiji u tekniki ta' evalwazzjoni |
|
98-109 |
Tixrid u użu tas-sejbiet ta' evalwazzjoni |
|
110-118 |
KONKLUŻJONI ĠENERALI |
Anness I: Kejl ta' l-impatt u tar-riżultati ta' l-intervenzjoni pubblika fir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku
Anness II: Dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni f'deċiżjonijiet leġiżlattivi għar-Raba' Programm Qafas sas-Seba' Programm Qafas
Anness III: Differenzi ewlenin fl-evalwazzjoni ex-post ta' programmi ta' riċerka bejn l-UE (FP4 — FP6), l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Kanada
Anness IV: Struttura possibbli għas-Seba' Programm Qafas
Ir-risposti tal-Kummissjoni
SOMMARJU EŻEKUTTIV
|
I. |
Il-programmi qafas (FPs) tal-Komunità dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku huma l-akbar għajn pubbliku ta' finanzjament tar-riċerka fl-Unjoni Ewopea. Il-Kummissjoni hija responsabbli mill-ġestjoni tal-Programmi Qafas u mill-evalwazzjoni tar-riżultati tagħhom. |
|
II. |
Il-verifika kopriet l-arranġamenti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni fis-seħħ sa mill-1995 għall-aħħar tliet perijodi ta' programmar (ir-Raba', il-Ħames u s-Sitt Programm Qafas) u tagħti ħarsa wkoll lejn is-Seba' Programm Qafas (2007-2013). Il-verifika twettqet mal-Bord ta' l-Awdituri ta' l-EFTA u bl-għajnuna ta' esperti esterni. |
|
III. |
Il-verifika indirizzat il-kwistjoni dwar jekk l-approċċ tal-Kummissjoni biex tevalwa r-riżultati tal-Programmi Qafas kienx xieraq. F'dan il-kuntest, il-Qorti ċċekkjat jekk il-Kummissjoni ssodisfatx ir-rekwiżiti legali għall-evalwazzjoni u aċċertatx jekk is-sistema tagħha biex tevalwa u timmonitorja kinitx tissodisfa l-aspettattivi tal-partijiet interessati. B'mod partikolari, il-Qorti staqsiet jekk:
|
|
IV. |
Is-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-Qorti kienu li ġejjin:
|
|
V. |
Il-Qorti tirrikmanda illi:
|
INTRODUZZJONI
Ir-rwol ta' l-Unjoni Ewropea fis-sostenn ta' l-attivitajiet tar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku
|
1. |
Ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (RTD) (1) huwa l-element prinċipali tal-progress xjentifiku u teknologiku u l-innovazzjoni u, bħala tali, huwa kontributur importanti għat-titjib fl-istandards ta' l-għajxien. L-intervenzjoni pubblika fl-RTD hija ġeneralment iġġustifikata bħala miżura ta' korrezzjoni 'l hekk imsejħa “nuqqasijiet tas-suq”, billi s-sostenn pubbliku jnaqqas l-inċertezza, u jipprovdi investiment fejn ir-riċerka hija benefiċċju pubbliku jew fejn hemm esternalitajiet sinifikanti. |
|
2. |
L-Artikolu 163 tat-Trattat KE jistabbilixxi r-rwol tal-Komunitajiet dwar is-sostenn RTD, li jistipula li “il-Komunità għandha taħdem bil-għan li ssaħħaħ il-bażi xjentifiċi u teknoloġiċi ta' l-industrija tal-Komunità u tħeġġiha biex issir aktar kompetittiva fuq livell internazzjonali, waqt li tippromwovi l-attività tar-riċerka meħtieġa …”. L-Artikoli 164 sa 173 jiddeterminaw l-attivitajiet li għandhom jitwettqu f'dan ir-rigward u l-ambitu u l-implimentazzjoni tal-programmi qafas (FPs) pluriannwali dwar ir-riċerka u l-iżvilupp. Il-Kummissjoni hija responsabbli milli tressaq proposti għall-Programmi Qafas, filwaqt li d-deċiżjonijiet tal-Programm Qafas u r-regoli ta' parteċipazzjoni u t-tixrid huma adottati b'ko-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dan ta' l-aħħar jadotta waħdu l-programmi speċifiċi. Il-Programmi Qafas huma implimentati b'mod konġunt minn sitt Direttorati-Ġenerali (DĠ), 'l hekk imsejħa “DĠs tar-riċerka” (2). |
|
3. |
Mill-firxa vasta ta' politika implimentata fl-Unjoni Ewropea biex tissaħħaħ l-innovazzjoni u l-kompetittività, il-Programmi Qafas huma l-istrument finanzjarju l-aktar importanti li jikkontribwixxi lejn l-istrateġija ta' Liżbona (3) u l-objettiv ta' Barċellona (4) fuq livell Komunitarju.
|
|
4. |
Permezz tal-Programmi Qafas, il-Komunità tipprovdi finanzjament lir-riċerkaturi fl-Unjoni Ewropea, pajjiżi msieħba u organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-baġits tagħhom żdiedu ħafna tul is-snin, u laħqu 7 217-il miljun euro fis-sena fis-Seba' Programm Qafas meta mqabbla ma' 2 761 miljun euro fir-Raba' Programm Qafas (ara l-Istampa 1). Fit-termini ta' approprijazzjonijiet tal-baġit, dawn jirrappreżentaw l-akbar qasam ta' tmexxija diretta ċentralizzata fil-Kummissjoni (5). |
|
5. |
Il-Programmi Qafas huma differenti minn ħafna programmi nazzjonali għax ikopru kemm riċerka bażika kif ukoll riċerka applikata bil-parteċipazzjoni ta' l-industrija u organizzazzjonijiet pubbliċi tar-riċerka (6). Dawn fihom programmi speċifiċi (u sub-programmi) li jitrattaw ma' oqsma xjentifiċi wiesa'. Dawn il-programmi tipikament jikkonsistu f'għadd ta' sferi li jikkonċentraw fuq oqsma xjentifiċi aktar speċifiċi. Dawn l-isferi mbagħad huma implimentati permezz ta' proġetti (imsejħa “azzjonijiet indiretti”) wara s-sejħiet għall-proposti. B'dan il-mod, mijiet ta' proġetti individwali huma ffinanzjati f'kull sfera. |
|
6. |
Is-sehem ġenerali tal-Programmi Qafas mill-finanzjament pubbliku totali ta' l-RTD fl-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jlaħħaq bejn 4 % u 5 %. Minkejja dan, l-impatt tiegħu fuq liema tip ta' attivitajiet ta' riċerka jitwettqu fl-Ewropa huwa akbar bil-bosta. Dan huwa minħabba li l-għotjiet Komunitarji ġeneralment jipprovdu biss parti tal-finanzjament totali għal proġett. Barra dan, meta japplikaw għall-finanzjament, ir-riċerkaturi jridu juru li l-proġetti tagħhom jindirizzaw l-objettivi speċifikati fis-sejħiet għall-proposti. B'dan il-mod, il-Programmi Qafas jiffissaw inċentivi biex jidderieġu l-attivitajiet RTD lejn objettivi speċifiċi ta' l-UE. |
|
7. |
Fis-snin reċenti saru bidliet sinifikanti fil-Programmi Qafas, minħabba:
|
L-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-Programmi Qafas
|
8. |
Il-Kummissjoni għandha responsabilità għall-implimentazzjoni tal-programmi u l-evalwazzjoni tar-riżultati tal-programmi (8). Fil-każ tal-Kummissjoni, l-evalwazzjoni hija deċentralizzata lejn id-DĠs, bis-servizzi ċentrali (b'mod partikolari d-DĠ Baġit u s-Segretarjat-Ġenerali) jipprovdu sostenn u koordinazzjoni. |
|
9. |
Dan ir-rapport juża d-definizzjonijiet tal-Kummissjoni stess ta' evalwazzjoni bħala ġudizzju ta' interventi skond ir-riżultati, l-impatti u l-ħtiġijiet li jimmiraw li jissodisfaw (9), u monitoraġġ bħala l-għoti ta' informazzjoni fuq l-implimentazzjoni ta' programmi kontinwi u proġetti biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-maniġment (10). Dan huwa wkoll kif iż-żewġ attivitajiet huma distinti fil-leġiżlazzjoni attwali tas-Seba' Programm Qafas. |
|
10. |
Minn hawn 'il quddiem, it-terminoloġija segwenti tintuża biex tiddeskrivi r-riżultati ta' l-attivitajiet tar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku:
Kaxxa 1Eżempju tas-Sistema Globali għall-Komunikazzjoni Mobbli (GSM):F'dan l-eżempju, il-“prodotti” tal-finanzjament Komunitarju kienu r-riżultati immedjati tal-proġett, bħall-iżvilupp ta' l-istandard tal-GSM. L-“eżitu” kien li ġie aċċettat bħala l-istandard tat-telefonijia ċellulari diġitali fl-Ewropa u lil hinn minnha, li kkontribwixxa ħafna lejn l-iżvilupp ta' l-industrija tat-telekomunikazzjoni. Fl-aħħar, l-“impatti” kienu l-konsegwenzi ekonomiċi, soċjali u politiċi ta' l-użu internazzjonali ta' din it-teknoloġija. Dan jinkludi l-kontribuzzjoni lejn il-ħolqien ta' l-impjiegi fit-telekomunikazzjoni u industriji relatati u l-kobor fl-importanza ta' dan is-settur industrijali għall-ekonomija Ewropea. Fl-aħħar nett, il-GSM ta mod ġdid li bih in-nies jistgħu jikkomunikaw ma' xulxin. |
|
11. |
Madanakollu, l-evalwazzjoni ta' dawk ir-riżultati fiha għadd ta' diffikultajiet metodoloġiċi (ara l-Anness I). Il-bidliet soċjo-ekonomiċi huma kumplessi u, b'mod aktar speċifiku, ir-relazzjoni bejn l-attività ta' riċerka u l-eżiti u l-impatti li jiġu osservati ta' sikwit hija diffiċli li tinstab. Filwaqt li jirrappreżentaw sfida konsiderevoli, dawn id-diffikultajiet metodoloġiċi mhux bilfors ifixklu evalwazzzjoni effettiva. |
|
12. |
Il-Kummissjoni kellha sistema biex timmonitorja u tevalwa l-Programmi Qafas fis-seħħ sa mis-snin tmenin (11). Bdiet bir-Raba' Programm Qafas f'nofs is-snin disgħin, is-sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni kienet tikkonsisti f'numru ta' attivitajiet parzjalment relatati, li kienu jinkludu
Iż-żewġ attivitajiet kellhom jitwettqu bl-għajnuna ta' esperti esterni (ara l-Istampa 2 u l-Anness II). Stampa 2 FP4 sa FP7 — Rekwiżiti prinċipali għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
13. |
Sal-ġurnata ta' llum, twettqu tliet evalwazzjonijiet fuq ħames snin (12), li wasslu għar-rapporti “Davignon”, “Majó” u “Ormala” (1997, 2000 u 2004 rispettivament). Barra dan, id-DĠ Soċjetà Informatika wettaq evalwazzjonijiet immirati għall-programm speċifiku tiegħu. Ta' min jinnota li l-evalwazzjonijiet fuq ħames snin ma tkomplewx bil-leġiżlazzjoni tas-Seba' Programm Qafas, b'hekk tneħħiet il-kundizzjoni li eżerċizzji ta' evalwazzjoni kbar kellhom jikkonċentraw fuq il-ħames snin preċedenti u, riżultat ta' dan, kellhom ikopru partijiet ta' żewġ perijodi ta' programmar suċċessivi. Fl-2004, ir-rapport “Marimón” (13), evalwazzjoni speċifika dwar l-effettività ta' l-istrumenti ġodda introdotti fis-Sitt Programm Qafas, kien ippubblikat ukoll. |
|
14. |
Il-qafas tal-Kummissjoni għall-attivitajiet ta' evalwazzjoni kien revedut fl-2000 u fl-2002 (14). Dawn il-komunikazzjonijiet ġew aġġornati fl-2007 u ttieħdu in konsiderazzjoni l-konsegwenzi tar-riforma amministrattiva tal-Kummissjoni u r-Regolament Finanzjarju l-ġdid (15). F'dawn id-dokumenti, ir-rwol u l-funzjoni ta' l-evalwazzjoni huwa deskritt fil-kuntest taċ-ċiklu ta' l-ippjanar, l-ipprogrammar u r-rappurtar ġenerali tal-Kummissjoni u sett ta' 21 standard ta' evalwazzjoni u 18-il mudell ta' “prattika tajba” huma speċifikati. Barra dan, dawn id-dokumenti jiddiskutu l-użu ta' l-evalwazzjoni fil-preparazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-UE. |
L-AMBITU U L-APPROĊĊ TAL-VERIFIKA
15. L-objettiv prinċipali tal-verifika kien li tiddetermina jekk il-Kummissjoni kelliex approċċ adegwat biex tevalwa r-riżultati tal-programmi qafas tar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku.
|
16. |
Sabiex tikseb dan l-objettiv, il-Qorti evalwat il-punt sa fejn:
|
|
17. |
Dan ir-rapport ikopri l-arranġamenti rilevanti għar-Raba' Programm Qafas (1995-1998), il-Ħames Programm Qafas (1999-2002) u s-Sitt Programm Qafas (2003-2006). Jiddiskuti wkoll ir-rekwiżiti legali attwalment fis-seħħ fis-Seba' Programm Qafas (2007-2013), imma ma jipprovdix analiżi ta' l-Evalwazzjoni ta' l-Impatt u l-evalwazzjoni ex-ante (16) tas-Seba' Programm Qafas tal-Kummissjoni. Il-fok tiegħu huwa fuq il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ex-post tal-programmi, u mhux l-evalwazzjoni ex-ante ta' proposti tal-proġetti jew l-evalwazzjonijiet ex-post tal-proġetti nnifishom. |
|
18. |
Il-verifika twettqet bil-parteċipazzjoni tal-Bord ta' l-Awdituri ta' l-EFTA u bl-għajnuna ta' esperti esterni. L-evidenza tal-verifika nġabret permezz ta':
|
OSSERVAZZJONIJIET TAL-VERIFIKA
Loġika ta' l-intervenzjoni, l-iffissar ta' l-objettivi u l-indikaturi tal-prestazzjoni
|
19. |
Evalwazzjoni u monitoraġġ effettivi jeħtieġu objettivi ċari u indikaturi tal-prestazzjoni rilevanti fil-livell tal-politika, programm u proġett biex ir-riżultati ta' intervent pubbliku jiġu evalwati b'paragun magħhom. Prattika tajba f'oqsma baġitarji oħra ta' l-UE u lil hinn mill-UE jissuġġerixxu li dawn għandom jiġu definiti fil-qafas ta' loġika ta' l-intervenzjoni. |
|
20. |
Il-loġika ta' l-intervenzjoni tista' tiġi definita bħala sett ta' rabtiet ipotetiċi bejn il-kawżi u l-effetti li jiddeskrivu kif intervent huwa mistenni li jikseb l-objettivi globali tiegħu (19). Il-linji ta' gwida tal-Kummissjoni għall-evalwazzjoni jgħidu li l-loġika ta' l-intervenzjoni tagħti r-rabta konċettwali mir-riżorsi ta' l-intervenzjoni sal-produzzjoni tal-prodotti u, sussegwentement, l-impatti tagħha fuq is-soċjetà fit-termini tar-riżultati u l-eżiti (20). Din id-defizzjoni tintuża tul ir-rapport kollu. |
|
21. |
Il-Qorti evalwat il-punt sa fejn il-loġika ta' l-intervenzjoni ġiet stabbilita għall-Programmi Qafas u l-programmi kostitwenti tagħhom, u b'hekk kellha bażi soda għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ. |
Il-loġika ta' l-intervenzjoni għall-Programmi Qafas ma kinitx espliċita
|
22. |
Id-definizzjoni ta' loġika ta' l-intervenzjoni għandha tkun element prinċipali tat-tfassil ta' programm mill-bidu. L-Artikolu 163 tat-Trattat, li jgħid li hemm bżonn li jissaħħu l-bażi xjentifiċi u teknoloġiċi u jħeġġeġ aktar kompetittività, għandu jagħti l-punt ta' bidu għal tali loġika ta' l-intervenzjoni għall-Programmi Qafas (ara l-paragrafu 2). Din tkun meħtieġa li ssir aktar speċifika fir-rigward ta' l-oqsma xjentifiċi differenti koperti mill-Programmi Qafas u l-istrumenti differenti użati. |
|
23. |
Madanakollu, mudell ta' loġika espliċitu li jispjega kif il-Programmi Qafas u l-programmi kostitwenti tagħhom jikkontribwixxu lejn progress xjentifiku u teknologiku u l-innovazzjoni huwa nieqes fil-livelli kollha. |
|
24. |
In-nuqqas ta' loġika ta' l-intervenzjoni għall-Programmi Qafas kienet enfasizzata wkoll mill-panel ta' l-evalwazzjoni fuq ħames snin ta' l-2004, li kien jgħid li panels bħalu huma mitluba jimlew il-vojt bejn, min-naħa waħda, l-evidenza prinċipalment miġbura fil-livell tal-proġett u, min-naħa l-oħra, l-għanijiet soċjo-ekonomiċi ta' livell aktar għoli tal-politika tar-riċerka. Madanakollu, bħalissa r-rabta hija diffiċli li ssir minħabba l-mod li bih huwa ppjanat il-Programm Qafas. Huwa nieqes minn loġika espliċita li torbot l-ogħla objettivi ma' l-għanijiet speċifiċi tar-riċerka u tat-tagħrif (21). |
|
25. |
F'xi Stati Membri jittieħed approċċ differenti (eż. l-Olanda, il-Finlandja) u fl-Istati Uniti ta' l-Amerika (ara l-Istampa 3), fejn id-definizzjoni ta' loġika ta' l-intervenzjoni hija aktar komuni u fil-Kanada fejn hija mandatorja għall-programmi kollha (ara l-Anness III). Fil-fatt l-użu tal-loġika ta' l-intervenzjoni fit-tfassil ta' programm hemm jirriżulta fi programmi aktar iffukati u strutturati aħjar. Qed tiġi introdotta ukoll mill-Kummissjoni f'oqsma oħra tal-politika tal-Komunità (eż. l-għajnuna esterna) (22). Stampa 3 Definizzjoni ta' ġerarkija ta' objettivi bbażata fuq mudelli tal-loġika — eżempju tar-riċerka agrikola fl-Istati Uniti
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
26. |
Li l-bażi loġika għal intervent pubbliku u r-rabtiet ta' kawżalità issoponuti (li skond dawn il-programm huwa mbagħad ippjanat fid-dettall, eżegwit u evalwat) ma jiġux speċifikati b'mod li joħolqu rabta legali ifixkel l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ effettiv tal-Programmi Qafas. Dan huwa partikolarment minħabba l-mod li bih l-objettivi tal-programm u l-indikaturi tal-prestazzjoni jiġu definiti. |
Mingħajr mudell tal-loġika espliċitu huwa aktar diffiċli li jiġu ffissati objettivi tal-programm koerenti
|
27. |
Jekk il-bażi loġika ta' intervent pubbliku ma tkunx espliċita jkun aktar diffiċli li l-objettivi tal-programm jiġu ffissati u strutturati b'mod koerenti. Dan jintwera mill-fatt li:
|
|
28. |
Il-Kummissjoni ppruvat tiffissa objettivi operattivi fil-programmi ta' xogħol ibbażati fuq l-objettivi ta' programm definiti fil-leġiżlazzjoni tal-Programm Qafas. Iżda, kważi fil-każijiet kollha, dawn l-inizjattivi naqqsu milli jiċċaraw il-loġika li fuqha huma bbażati l-programmi u l-objettivi mniżżla fil-programmi ta' xogħol ma kinux speċifiċi, miżurabbli, li jistgħu jinkisbu, rilevanti u fil-ħin (SMART). Fl-2003, dan sar rekwiżit legali skond ir-Regolament Finanzjarju (23). |
|
29. |
Il-punt sa fejn l-objettivi tal-politika jistgħu jiġu traċċati mill-programmi speċifiċi, mill-programmi ta' xogħol u mis-sejħiet għall-proposti għall-proġetti individwali ko-finanzjati mill-Komunità mhux ċar. Jekk dawn ir-rabtiet ma jiġux ikkjarifikati, il-kontribuzzjoni tal-Programmi Qafas u l-programmi kostitwenti tagħhom lejn il-kisba ta' dawn l-objettivi tal-politika ma tistax tiġi evalwata. Il-verifika sabet illi l-Kummissjoni ma tat l-ebda jew inkella ftit evidenza konvinċenti dwar il-kisba ta' l-objettivi ta' terminu ta' żmien itwal, kemm fil-livell tal-proġett u kif ukoll tal-programm, fl-evalwazzjonijiet tagħha (ara l-paragrafu 82). |
In-nuqqas ta' loġika ta' l-intervenzjoni espliċita u objettivi ċari jagħmluha aktar diffiċli li jiġu żviluppati indikaturi tal-prestazzjoni
|
30. |
In-nuqqas ta' mudell ta' loġika espliċitu u spjegazzjoni ċara ta' l-objettivi tal-programm fixkel ukoll l-iżvilupp ta' indikaturi tal-prestazzjoni għall-monitoraġġ u l-kisba ta' l-objettivi tal-programm f'termini ta' prodotti, eżiti u impatti, sal-punt fejn, sa llum, tali indikaturi ta' “effettività” ma ġewx definiti għall-Programmi Qafas kollha (ara l-paragrafu 73). |
|
31. |
F'din is-sitwazzjoni, ir-reviżjoni ta' proġetti kontinwi ffinanzjati minn dawn il-programmi u l-evalwazzjoni ex-post ta' dawk ikkompletati ssir aktar diffiċli u tikkontribwixxi għad-diffikultajiet fl-aggregazzjoni ta' l-evalwazzjonijiet mill-livell tal-proġett għal dak tal-programm (ara l-Anness I u l-paragrafu 84). |
L-ABB/ABM kif implimentata attwalment mhix għodda xierqa biex tkejjel il-prestazzjoni tal-Programmi Qafas
|
32. |
Xi indikaturi li jittraċċaw l-effiċjenza ta' l-implimentazzjoni ta' programmi (eż. iż-żmien biex isir il-kuntrattar, iż-żmien biex jitwettaq il-pagament) jinstabu fir-rapporti ta' monitoraġġ annwali tal-Kummissjoni u wkoll fil-kuntest tas-sistema ta' Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività (ABM) tal-Kummissjoni. |
|
33. |
Iżda, s'issa, “id-DĠs tar-riċerka”, anke meta qed jimplimentaw l-istess programm speċifiku (jew sub-programm), ma applikawx nomenklatura ta' l-Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività (ABB) u indikaturi relatati standard jew komparabbli. Għalhekk, dawn l-indikaturi ma jistgħux jintużaw biex jqabblu l-prestazzjoni bejn u fil-programmi. Kaxxa 2ABB/ABM kif implimentata attwalment “mid-DĠs tar-riċerka”Fis-sistema ta' l-ABB/ABM, il-Programmi Qafas huma koperti minn żewġ oqsma tal-politika differenti fejn l-attivitajiet tal-Programm Qafas huma ppreżentati fihom skond nomenklatura differenti speċifika għad-DĠ (24). Din tapplika wkoll għal dawk il-programmi u sub-programmi speċifiċi implimentati minn aktar minn DĠ wieħed. L-objettivi ta' l-ABM ġew definiti skond prinċipji ta' bażi differenti (25) u, kif indikat mis-servizz tal-verifika interna tal-Kummissjoni (26), ġew ifformulati l-aktar f'termini ġenerali, li jiddeskrivu l-aspirazzjonijiet jew l-attivitajiet. L-indikaturi ġeneralment ġew orjentati skond ir-riżorsi (eż. in-numru ta' laqgħat, eċċ.). Xi wħud kienu relatati ma' l-effiċjenza tal-proċess (eż. iż-żmien biex isir l-ikkuntrattar, iż-żmien biex jitwettaq il-pagament), imma ma kinux kumparabbli bejn il-programmi u minn DĠs għall-ieħor minħabba d-differenzi fin-nomenklatur ta' l-ABB, fis-suppożizzjonijiet speċifiċi għad-DĠ (bħall-bidu u t-tmiem ta' proċessi amministrattivi speċifiċi) u fil-popolazzjoni li huma bbażati fuqha (eż. it-tip ta' ftehim ta' l-għotja, it-tip tal-pagament) li ġie ikkunsidrat għall-komputazzjoni tagħhom. |
Rakkomandazzjonijiet
34. Fil-proposti leġiżlattivi futuri lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi loġika ta' l-intervenzjoni espliċita għall-Programm Qafas sħiħ u l-partijiet kostitwenti tiegħu. 35. Għas-Seba' Programm Qafas, il-Kummissjoni għandha — tiddeskrivi biċ-ċar l-objettivi tal-Programm Qafas u l-programmi speċifiċi (u sub-programmi) kostitwenti u kif dawn għandhom jinkisbu; — tiċċara r-rabta bejn l-objettivi xjentifiċi u soċjo-ekonomiċi għal kull programm speċifiku (u sub-programm); u — tiddefinixxi objettivi operattivi rilevanti. 36. Għas-sistema ta' monitoraġġ tas-Seba' Programm Qafas tagħha, il-Kummissjoni għandha tpoġġi fis-seħħ sett limitat, imma bilanċjat, ta' indikaturi tal-prestazzjoni, biex titkejjel l-effiċjenza u l-effettività ta' l-implimentazzjoni tal-programm għal kull programm speċifiku (u sub-programm). 37. “Id-DĠs tar-riċerka” għandhom jarmonizzaw in-nomenklatura ta' l-ABM/ABB tagħhom biex jagħmlu l-indikaturi tal-prestazzjoni kumparabbli kemm fuq perijodu ta' żmien u, fejn possibbli, bejn programmi speċifiċi (u sub-programmi).
L-istrateġija ta' l-evalwazzjoni
|
38. |
Strateġija ta' l-evalwazzjoni tipprovdi l-qafas konċettwali li fih l-attivitajiet ta' evalwazzjoni huma mfassla, ippjanati, imwettqa u użati. Prattika tajba f'oqsma baġitarji oħra ta' l-UE u lill hinn mill-UE tissuġġerixxi li tali strateġija għandha tikkunsidra l-kwistjonijiet legali, organizzattivi u metodoloġiċi prinċipali relatati ma' l-evalwazzjoni ta' programmi. Din tinkludi x'evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu, minn min u meta, kif għandha tinġabar id-dejta, x'approċċi metodoloġiċi għandhom jintużaw u kif is-sejbiet għandhom jiġu kkomunikati u segwiti. |
|
39. |
Li tali strateġija tkun fis-seħħ, u l-assigurazzjoni li tiġi implimentata, huwa pre-rekwiżit biex l-evalwazzjoni tissawwar fil-kultura organizzattiva u fil-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. Il-Qorti tirrikonoxxi, madanakollu, li minħabba d-diversità ta' l-oqsma xjentifiċi koperti mill-programmi qafas, tali strateġija għandha tipprovdi grad xieraq ta' flessibilità lil kull DĠs responsabbli u m'għandiex tkun preskrettiva żżejjed. |
|
40. |
Il-Qorti ċċekkjat il-punt sa fejn il-Kummissjoni kellha fis-seħħ tali strateġija ta' evalwazzjoni għall-Programmi Qafas. |
Nuqqas ta' strageġija ta' evalwazzjoni komprensiva għall-Programmi Qafas
|
41. |
Għall-Programmi Qafas, l-ewwel darba li l-Kummissjoni għamlet l-approċċ ta' evalwazzjoni tagħha pubbliku kien fis-snin tmenin (27). Dan ġie aġġornat fl-1996, meta l-Kummissjoni infurmat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dak li kienet tqis bħala prinċipji ta' bażi rilevanti għall-monitraġġ u l-evalwazzjoni u ffissat l-approċċ intiż tagħha wara l-adozzjoni tar-Raba' Programm Qafas (28). Dan, iżda, ma kienx jikkostitwixxi strateġija ta' evalwazzjoni komprensiva kif imsemmija fuq (ara l-paragrafi 38 u 39). Barra dan, mill-1996 sa l-2006, il-Kummissjoni ma reġgħetx fundamentalment eżaminat mil-ġdid l-approċċ tagħha biex tevalwa l-Ħames Programm Qafas u s-Sitt Programm Qafas, minkejja l-fatt li dawn tbiddlu kemm fl-ambitu kif ukoll fl-orjentazzjoni (ara l-paragrafu 7). B'mod partikolari, “id-DĠs tar-riċerka” ma qablux fuq approċċ konsistenti għall-evalwazzjoni tal-Programmi Qafas u l-programmi kostitwenti tagħhom lil hinn mir-rekwiżiti leġiżlattivi adottati fl-1999 (għall-Ħames Programm Qafas), fl-2002 (għas-Sitt Programm Qafas) u fl-2006 (għas-Seba' Programm Qafas) (29). |
|
42. |
Għall-perijodu ta' programmar attwali, in-nuqqas ta' tali approċċ strateġiku għall-evalwazzjoni f'dan il-qasam huwa problema partikolari minħabba l-implimentazzjoni konġunta tas-Seba' Programm Qafas minn varji Direttorati Ġenerali, l-ERC u l-aġenziji eżekuttivi, u r-rotazzjoni mandatorja tal-persunal f'karigi sensittivi imposta mir-Regolament Finanzjarju. Dan jikkuntrasta wkoll mal-prattika kurrenti fil-qasam ta' l-għajnuna esterna (li hija t-tieni l-akbar qasam ta' ġestjoni diretta mill-Kummissjoni). F'dan il-qasam id-DĠs, sa mill-2002, ftehmu fuq strateġiji ta' evalwazzjoni pluri-annwali komuni marbuta ma' perijodi ta' programmar (ara l-paragrafu 52). |
|
43. |
Dan in-nuqqas ta' tfassil ta' strateġija ta' evalwazzjoni ċara jikkuntrasta bis-saħħa mas-sitwazzjoni fl-Istati Uniti ta' l-Amerika u fil-Kanada, minħabba li l-qafas regolartorju jitlob li jkun hemm strateġija (ara l-Anness III). |
|
44. |
Kif muri hawn taħt, hemm differenzi sinifikanti dwar xi tkopri u l-intensità ta' l-evalwazzjoni fil-Programmi Qafas. Kien hemm ukoll nuqqasijiet oħra, bħal problemi ta' koordinazzjoni, differenzi fl-approċċi metodoloġiċi, problemi ta' twaqqit u nuqqasijiet fil-komunikazzjoni u s-segwitu tas-sejbiet ta' l-evalwazzjoni diskussi f'sezzjonijiet aktar 'il quddiem f'dan ir-rapport. Dan jirrifletti n-nuqqas ta' strateġija ta' evalwazzjoni komprensiva għall-Programmi Qafas. |
Differenzi f'dak li tkopri u fl-intensità ta' l-evalwazzjoni fil-Programmi Qafas
|
45. |
Il-Programmi Qafas huma komposti min-numru ta' programmi speċifiċi u (sub-programmi) li jistgħu jvarjaw sinifikament f'termini ta' l-għan, dinamiċi ta' bażi u approprijazzjonijiet baġitarji tagħhom (għas-Seba' Programm Qafas, ara l-Anness IV). Meħuda flimkien, id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-varji deċiżjonijiet tal-Programm Qafas u r-Regolament Finanzjarju (30) (li jeħtieġ l-evalwazzjoni ta' programmi u attivitajiet li jeħtieġu infiq sinifikanti) ifissru li rekwiżit legali biex jiġi evalwat kemm il-Programm Qafas sħiħ kif ukoll bosta mill-programmi speċifiċi kostitwenti tiegħu kien fis-seħħ sa mir-Raba' Programm Qafas. |
|
46. |
Il-Kummissjoni ma stabbilitx regola dwar meta programmi jew sub-programmi speċifiċi tal-Programm Qafas għandhom jiġu evalwati jew grad komuni li 'l fuq minnu din għandha titwettaq. Dan wassal għal interpretazzjonijiet inkonsistenti dwar x'għandu jiġi evalwat, u sa liema livell ta' dettall:
|
|
47. |
Riżultat ta' dan, għas-sena ta' evalwazzjoni fuq ħames snin ta' l-2004, partijiet sinifikanti tar-Raba' u l-Ħames Programm Qafas ma kinux evalwati (li jikkorrispondu għal 30 % ta' l-approprijazzjonijiet baġitarji kollha għar-Raba' Programm Qafas u 50 % għall-Ħames Programm Qafas). Dan ifisser li l-Kummissjoni ma kkonformatx mar-rekwiżiti ta' l-evalwazzjoni speċifikati fl-Artikolu 27 tar-Regolament Finanzjarju. |
|
48. |
Dawn l-interpretazzjonijiet diverġenti fir-rigward tar-rekwiżiti legali minimi dwar l-evalwazzjoni, u l-evalwazzjoni insuffiċjenti tal-Programmi Qafas li tirriżulta fil-passat, juru n-nuqqas ta' koordinazzjoni u l-effett tan-nuqqas ta' approċċ strateġiku mill-Kummissjoni għall-evalwazzjoni tal-Programmi Qafas. |
Rakkomandazzjonijiet
49. “Id-DĠs tar-riċerka” għandhom jiżviluppaw u jiftehmu urġentement fuq strateġija ta' evalwazzjoni komuni għall-Programmi Qafas. Mingħajr ma tkun wisq preskrittiva, din l-istrateġija għandha tinvolvi approċċ konsistenti f'dak li huwa relatat ma' l-evalwazzjoni tal-Programmi Qafas u l-programmi kostitwenti tagħhom. Tali strateġija għandha tagħti wkoll gwida f'dak li għandu x'jaqsam mal-livell minimu li fih għandha sseħħ l-evalwazzjoni dettaljata sabiex tieħu in konsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet ta' kull qasam xjentifiku.
L-organizzazzjoni ta' evalwazzjonijiet għall-Programmi Qafas
|
50. |
L-evalwazzjoni tal-Programmi Qafas teħtieġ li tkun sostnuta minn arranġamenti organizzattivi xierqa, li għandhom joħorġu mill-orjentazzjoni strateġika għall-evalwazzjoni tal-Programmi Qafas tal-Kummissjoni. Il-Qorti ċċekkjat il-punt sa fejn l-istruttura organizzattiva assigurat li s-sistema ta' evalwazzjoni kienet ikkoordinata b'mod xieraq, b'riżorsi adegwati u wkoll ikkunsidrata mill-partijiet interessati bħala indipendenti biżżejjed. |
Il-Kummissjoni
Il-Programmi Qafas huma implimentati b'mod konġunt minn bosta DĠs filwaqt li r-responsabilità għall-evalwazzjoni hija deċentralizzata
|
51. |
Fil-Kummissjoni, ir-responsabilità għall-evalwazzjoni tal-programmi ta' nfiq hija tad-DĠs individwali (ara l-paragrafu 8) u unitajiet ta' evalwazzjoni ġew imwaqqfa f'kull DĠ. Dawn l-unitajiet ta' evalwazzjoni huma responsabbli mill-ippjanar, il-koordinazzjoni u l-eżekuzzjoni ta' l-evalwazzjonijiet. |
|
52. |
In-nuqqas ta' korp ta' koordinazzjoni speċifiku jew entità waħda għall-evalwazzjoni tal-Programmi Qafas totali, bħall-uffiċċju konġunt ta' evalwazzjoni għad-“DĠs tar-riċerka”, huwa ta' kuntrast ma' oqsma tal-politika oħra. Fil-qasam ta' l-għajnuna esterna, ġiet stabbilita unità konġunta ta' evalwazzjoni għal tliet DĠs (Żvilupp, Relazzjonijiet Esterni u EuropeAid) biex tieħu ħsieb l-evalwazzjoni tal-programmi ta' żvilupp tal-Kummissjoni f'pajjiżi terzi (ara l-paragrafu 42). |
|
53. |
Id-DĠ Riċerka, permezz tan-netwerk intern ta' evalwazzjoni ta' l-RTD tal-Kummissjoni, jassigura skambju ta' tagħrif bejn l-unitajiet ta' evalwazzjoni tad-DĠs differenti, imma m'għandux l-awtorità li jiffissa rekwiżiti minimi ta' evalwazzjoni. Iżda, dan il-mekkaniżmu kien insuffiċjenti biex jassigura l-koordinazzjoni xierqa ta' l-evalwazzjoni tal-Programmi Qafas mill-Kummissjoni. |
|
54. |
Il-Kummissjoni rrevediet l-approċċ ġenerali tagħha għall-evalwazzjoni fl-2000 u fl-2002, u għall-darba oħra fl-2007 (ara l-paragrafu 14). Għalkemm ma ġie osservat l-ebda titjib prinċipali fil-mod li bih l-evalwazzjonijiet għall-Programmi Qafas u l-programmi kostitwenti tagħhom kienu ppjanati, imfassla u implimentati, f'termini ġenerali, id-“DĠs tar-Riċerka” ikkonformaw mal-ħtiġijiet formali fil-Kummissjoni. |
Is-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni: l-iffissar ta' l-istandards, imma l-ebda rwol ta' infurzar
|
55. |
Is-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni (b'mod partikolari d-DĠ Baġit u s-Segratarjat-Ġenerali) jipprovdu konsulenza metodoloġika, jiddefinixxu standards komuni fil-Kummissjoni kollha u jimmonitorjaw kif id-DĠs u s-servizzi japplikaw l-istandards (ara l-paragrafi 14 u 70). Ma jistgħux jimponu kif l-evalwazzjonijiet għandhom isiru fil-prattika. |
|
56. |
L-esperjenza fl-Istati Uniti ta' l-Amerika u fil-Kanada tindika li l-infurzar mill-korpi li jiffissaw l-istandards huwa strumentali biex jassigura l-operat effettiv tas-sistema ta' evalwazzjoni. Fiż-żewġ pajjiżi, id-dipartimenti federali jistabbilixxu u jinfurzaw il-qafas li fih is-suċċess ta' programm jiġi finalment iġġudikat (ara l-Anness III). Filwaqt li l-isfond huwa differenti, minkejja dan, is-sistemi huma bbażati fuq l-istess prinċipju ta' bażi li korp separat minn dak li jimplimenta l-programm għandu jevalwa t-tfassil tas-sistema ta' evalwazzjoni f'ċertu dettall u jistudja fil-fond l-effettività tagħha. L-istess jista' jiġi osservat f'xi Stati Membri (eż. fi Franza (31), fi Spanja (32), fil-Ġermanja (33)), fejn korpi esterni jissorveljaw l-evalwazzjonijiet imwettqa minn aġenziji li jiffinanzjaw jew anke jwettqu dawn l-evalwazzjonijiet huma stess. |
Panels
Panels ta' esperti esterni: meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Programm Qafas sa mir-Raba' Programm Qafas
|
57. |
Sa mir-Raba' Programm Qafas, l-eżerċizzji ta' evalwazzjoni prinċipali kollha (u l-monitoraġġ annwali) tal-Programmi Qafas kellhom jitwettqu minn (jew bl-għanjuna ta') panels ta' esperti esterni (ara l-Anness II). Minkejja diffikultajiet biex jinstabu esperti adattati, tali panels għandhom il-potenzjal li jipprovdu trasparenza, joffru grad ta' indipendenza, jiffaċilitaw l-involviment ta' partijiet interessati u jużaw tagħrif dwar il-programmi qafas innifishom, l-evalwazzjoni u l-kwistjonijiet xjentifiċi ta' bażi. |
|
58. |
Dan ġie kkonfermat mill-istħarriġ tal-Qorti, li wera li l-persuni li wieġbu jqisu li s-sistema tal-Kummissjoni ta' evalwazzjoni bbażata fuq panels tipprovdi garanzija ta' indipendenza (ara l-Istampa 4).
|
Nuqqasijiet ta' l-approċċ tal-panel kif implimentat mill-Kummissjoni
|
59. |
Minkejja l-impressjoni pożittiva, kif urew il-membri tal-panels u l-partijiet interessati waqt il-verifika tal-Qorti, l-użu ta' panels ta' evalwazzjoni tal-Programmi Qafas mill-Kummissjoni kien ikkaratterizzat min-nuqqasijiet li ġejjin:
|
Riżorsi
L-ebda riżorsi assenjati b'mod speċifiku għall-evalwazzjoni tal-Programmi Qafas
|
60. |
Il-finanzjament għall-evalwazzjoni jingħata fuq bażi annwali, skond il-ħtiġijiet speċifikati mid-DĠs li qegħdin jimplimentaw il-Programmi Qafas. Is-sorsi tiegħu bħalissa huma taħlita ta' riżorsi tal-Kummissjoni mid-DĠ Baġit ta' l-UE u riżorsi mill-parti amministrattiva tal-baġit fil-livell tad-DĠs ikkonċernati. Barra dan, miżuri speċifiċi huma ffinanzjati bħala azzjonijiet indiretti mill-baġit operattiv tal-Programmi Qafas. Dan ifisser li m'hemm l-ebda ammont imwarrab speċifikament għall-evalwazzjoni. |
|
61. |
Fl-2006, il-medja fil-Kummissjoni għall-persunal impjegati fil-qasam ta' l-evalwazzjoni u fil-ġestjoni bbażata fuq l-attività kienet stmata għal madwar 1 % tat-total tal-persunal (37). Iċ-ċifri korrispondenti għall-attivitajiet ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tal-programmi qafas tar-Riċerka u l-Iżvilupp fid-DĠ Riċerka u fid-DĠ Soċjetà Informatika kienu 1,2 % u 1,3 % rispettivament. Fil-każ tad-DĠ Riċerka, aktar minn żewġ terzi ta' dawn ir-riżorsi tal-persunal kienu, madankollu, allokati għad-dipartimenti tal-programm operattivi aktar milli għall-unità ta' l-evalwazzjoni, u l-evalwazzjoni kienet biss waħda mill-ħafna kompiti assenjati lilhom. |
Il-finanzjament għall-evalwazzjoni tal-Programmi Qafas aktar baxx milli rrakkomandat mill-Kummissjoni
|
62. |
Riżorsi ddedikati għall-evalwazzjoni jistgħu jkunu wkoll espressi bħala persentaġġ ta' l-approprijazzjonijiet tal-baġit ġenerali allokati għall-programm. Ċifri miksuba matul il-verifika jindikaw li l-prattika għal programmi ta' riċerka fi ħdan l-Istati Membri ta' l-UE jinsabu bejn 0,1 % u 2 %. Il-linji gwida tal-Kummissjoni jissuġġerixxu li 0,5 % ta' baġit ta' programm għandu jkun iddedikat għall-evalwazzjoni (38). Madankollu, għal programmi akbar, ekonomiji ta' skala jfissru li sehem iżgħar tal-baġits tagħhom jista' jkun biżżejjed. |
|
63. |
Paragun taċ-ċifri tal-Kummissjoni għan-nefqa fuq l-evalwazzjoni fil-perijodu 2003-2006 ma' l-approprijazzjonijiet tal-baġit għal kull Direttorat-Ġenerali juri li l-medja ġenerali qiegħda madwar 0,15 %, li hija sinifikament taħt il-livell suġġerit mill-Kummissjoni. Analiżi eqreb għas-sena 2006 turi li d-DĠ Soċjetà Informatika nefaq erba' darbiet aktar bejn wieħed u ieħor mid-DĠ Riċerka fuq l-evalwazzjoni meta mqabbla ma' l-approprijazzjonijet taħt ir-responsabbiltajiet rispettivi. Barra dan, fid-DĠ Riċerka, 0,7 % biss ta' uffiċjal wieħed full-time huwa ddedikat għall-evalwazzjoni għal kull baġit annwali ta' miljun euro. Meta mqabbel ma' dan, id-DĠ Soċjetà Informatika jiddedika d-doppju ta' dak l-ammont. |
|
64. |
Kif muri f'dan ir-rapport, dan l-isforz addizzjonali ddedikat mid-DĠ Soċjetà Informatika rriżulta f'kopertura ta' l-evalwazzjoni aktar komprensiva (ara l-paragrafi 13 u 46) u, kif muri fil-kampjun ta' studji ta' evalwazzjoni rreveduti mill-Qorti, fl-użu ta' metodoloġiji li huma aktar adattati sabiex jindirizzaw ħtiġijiet ta' l-evalwazzjoni (ara l-paragrafu 84). |
|
65. |
Stima ta' l-ispejjeż magħmula mill-Qorti abbażi ta' dejta mogħtija mill-Kummissjoni turi li sistema ta' evalwazzjoni bbażata fuq il-proposti magħmula f'dan ir-rapport kieku, bejn wieħed u ieħor, tirrappreżenta anqas minn 0,4 % ta' l-approprijazzjonijiet tal-baġit tas-Seba' Programm Qafas. Dan kieku jkopri l-ispejjeż ta' panels, studji sub-kuntrattati, persunal kemm ta' l-uffiċċju konġunt ta' l-evalwazzjoni kif ukoll ta' l-unitajiet ta' evalwazzjoni speċifiċi tad-DĠ kurrenti kif ukoll spejjeż oħra varji (39). |
Rakkomandazzjonijiet
66. Id-“DĠs Riċerka” għandhom jikkunsidraw it-twaqqif ta' uffiċċju konġunt ta' l-evalwazzjoni flimkien ma' l-unitajiet ta' evalwazzjoni eżistenti fi ħdan kull DĠ. Skond il-prattika kurrenti f'oqsma ta' politika oħra, dan l-uffiċċju jkun jista' jikkoordina l-attivitajiet ta' evalwazzjoni tal-Kummissjoni għall-Programm Qafas fit-totalità tiegħu. Tali funzjonijiet ta' sostenn komuni kienu rrakkomandati fil-passat għad-DĠs li implimentaw il-Programmi Qafas (40) u għandhom mnejn isiru aktar importanti aktar 'il quddiem bil-ħolqien ta' l-ERC u d-delega ta' l-implimentazzjoni ta' programmi lill-aġenziji eżekuttivi. 67. Panels ta' evalwazzjoni għandhom ikomplu jintużaw mill-Kummissjoni biex jgħinuha fl-attivitajiet tagħha ta' evalwazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kif għandha tallinja l-istruttura ta' panel ma' l-istruttura ġenerali ta' programm tal-Progamm Qafas. Dan jista' jsir billi jkun hemm panels għal programmi speċifiċi u, fejn huwa xieraq, sub-programmi (ara l-Anness IV). Barra dan, dawn il-panels għandhom jitwaqqfu kmieni biżżejjed sabiex jagħtu sostenn effettiv lill-Kummissjoni, u jkomplu jagħmlu dan matul il-perijodu ta' programmar u wara. 68. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra mill-ġdid ir-riżorsi li se jintużaw għall-evalwazzjoni tal-Programmi Qafas u l-programmi kostitwenti tagħhom.
Metodoloġiji u tekniki ta' evalwazzjoni
|
69. |
Evalwazzjoni effettiva teħtieġ l-użu ta' metodoloġiji u tekniki xierqa. Il-Qorti ċċekkjat safejn jeżistu linji gwida speċifiċi għall-evalwazzjoni tal-Programmi Qafas, jekk ħtiġijiet ta' informazzjoni kinux analizzati tajjeb fuq bażi mwaqqta u jekk dejta relevanti kinitx magħmula disponibbli għall-evalwaturi. Filwaqt li kkunsidrat l-istudji ta' evalwazzjoni mwettqa mill- (jew f'isem il-) Kummissjoni, il-Qorti rrevediet jekk it-tekniki użati għall-istudji individwali tawx bażi biżżejjed sabiex ikunu indirizzati l-ħtiġijiet ta' evalwazzjoni stabbiliti għall-evalwazzjonijiet fuq ħames snin. Kienet ikkunsidrata wkoll il-kontribuzzjoni potenzjali li tista' ssir lill-evalwazzjoni tal-Programmi Qafas minn evalwazzjonijiet fil-livell nazzjonali. |
Użu ta' standards u linji gwida speċifiċi għall-Programmi Qafas
|
70. |
Id-DĠ Baġit ħareġ bosta Komunikazzjonijiet fejn iffissa l-politika tiegħu ta' evalwazzjoni u ta regoli għall-implimentazzjoni tagħha u waqqaf sett ta' standards tal-Kummissjoni (ara l-paragrafi 14 u 55) (41). Għal oqsma oħra ta' politika, id-DĠs kompetenti żviluppaw ukoll gwidi ta' evalwazzjoni speċifiċi (42). |
|
71. |
Dan, madankollu, mhuwiex il-każ għall-Programmi Qafas. Hemm għadd ta' gwidi u programmi metodoloġiċi għal attivitajiet ta' evalwazzjoni fil-qasam tar-riċerka li ġew ippubblikati (jew iffinanzjati) mill-Kummissjoni (43). Madankollu, dawn la jagħtu gwida speċifika dwar kif l-evalwazzjonijiet għall-Programmi Qafas għandhom jitwettqu u lanqas ma jiddefinixxu kif kunċetti ewlenin jew terminoloġija għandhom jintużaw mill-persunal tal-Kummissjoni jew minn esperti esterni. Dan ikkontribwixxa għall-problemi diskussi hawn taħt. |
Dejta meħtieġa u ġbir tad-dejta
Analiżi insuffiċjenti ta' l-informazzjoni meħtieġa
|
72. |
Ma ngħatatx biżżejjed attenzjoni mid-“DĠs Riċerka” biex jifhmu liema dejta tinħtieġ għal skopijiet ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ. Minflok ma wettqet analiżi sistematika u komprensiva ta' l-informazzjoni meħtieġa, il-Kummissjoni speċifikat id-dejta meħtieġa tard fil-perijodu ta' programmar u mingħajr konsiderazzjoni xierqa għal ħtiġijiet ta' evalwazzjoni ġenerali. Il-kwestjonarju soċjo-ekonomiku tas-Sitt Programm Qafas kien l-uniku sforz komuni fost id-DĠs biex jaqblu fuq tali dejta (ara l-paragrafu 76). Madankollu, dan il-kwestjonarju kien finalizzat fl-2004 (tliet snin wara l-bidu tal-perijodu ta' programmar) u primarjament ikopri aspetti bħall-parteċipazzjoni tas-sessi u impatti ambjentali, minflok prodotti xjentifiċi (bħal kwistjonijiet dwar il-proprjetà intellettwali, pubblikazzjonijiet eċċ.), eżiti jew impatti. |
|
73. |
L-evalwazzjoni ta' programmi tiddependi ħafna fuq id-disponibbiltà ta' tliet tipi ta' dejta:
|
|
74. |
B'mod partikolari, l-aħħar tnejn għandhom ikunu disponibbli fil-Kummissjoni. Madankollu, minħabba problemi rigward is-sistemi interni ta' lT tal-Kummissjoni, li huma s-sors tal-biċċa l-kbira tad-dejta dwar it-treġija u l-parteċipanti tal-programmi (44), fil-prattika ġġarrbu problemi sinifikanti (45). |
|
75. |
Dan jintwera mid-dewmien konsiderevoli biex ir-Rapporti ta' l-Artikolu 173 u r-Rapporti ta' Monitoraġġ Annwali jsiru disponibbli (sa 16-il xahar tard għar-Rapporti ta' l-Artikolu 173 (46). Peress li din l-informazzjoni kienet tard b'mod konsistenti, kienet ta' użu limitat. |
Approċċ ineffettiv għat-teħid ta' dejta ta' evalwazzjoni mill-parteċipanti
|
76. |
Sa mill-Ħames Programm Qafas, il-Kummissjoni b'mod sistematiku kienet titlob mill-parteċipanti, b'kuntratt, li jagħtu dejta meħtieġa għall-kejl tal-kisba ta' objettivi tal-programmi f'termini ta' prodotti, eżiti u impatti, kif ġej:
|
|
77. |
Dawn ir-rekwiżiti kuntrattwali biex tingħata dejta poġġew piżijiet amministrattivi bla bżonn fuq il-parteċipanti. Per eżempju, rigward il-kwestjonarju annwali tas-Sitt Programm Qafas, tinġabar dejta aktar spiss milli meħtieġa u mill-popolazzjoni sħiħa ta' proġetti meta kampjun rappreżentattiv kien ikun biżżejjed. Dan x'aktarx li jwassal għal “evaluation fatigue”. Barra minn hekk, din l-informazzjoni nġabret fil-ħin ħażin, ħafna mill-kwistjonijiet ta' bażi li għalihom tinġabar dejta fin-natura tagħhom huma ta' terminu medju jew itwal, b'tali mod li l-ġbir ta' dejta tul iż-żmien kuntrattwali tal-proġett huwa prematur minnu (47). Għalhekk sar użu prattiku limitat biss ta' l-informazzjoni mogħtija minn dawn l-għodod għall-evalwazzjonijiet taħt il-Ħames Programm Qafas u s-Sitt Programm Qafas. |
|
78. |
Madankollu, l-ebda waħda mis-sistemi fis-seħħ ma fiha dispożizzjoni għall-ġbir ta' informazzjoni b'mod standardizzat fi tmiem (jew ftit wara) ħajjet proġett. Il-partijiet interessati intervistati ssuġġerew li tali informazzjoni tista' tinkludi l-kisba ta' objettivi tal-proġett, riżultati intiżi (u mhux ippjanati) u l-perċezzjoni tal-valur miżjud tal-Komunità mill-parteċipanti. Tali informazzjoni tista' wkoll tifforma l-bażi għal reviżjonijiet esterni ta' proġetti kompluti (48). |
|
79. |
Flimkien ma' użu aktar estensiv ta' approċċi xjentometriċi (bħall-analiżi ta' referenzi) għall-evalwazzjoni ta' riżultati ta' proġett (ara l-paragrafu 83), din tista' tagħti bażi għall-Kummissjoni biex timxi lejn sistema ta' finanzjament ibbażata fuq ir-riżultati għall-attivitajiet ta' l-RTD ko-finanzjati mill-Komunità (49). |
Sorsi ta' dejta oħra użati b'mod inadegwat
|
80. |
Ma jsirx użu biżżejjed ta' sorsi oħra eżistenti ta' dejta fi ħdan il-Kummissjoni u l-Istati Membri (eż. databases ta' programmi nazzjonali ta' l-RTD u aġenziji ta' finanzjament u s-“Servizz Komunitarju ta' Informazzjoni dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp” (CORDIS) imħaddem mill-uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet tal-Kummissjoni (50)). |
Studji ta' evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni
Rapporti rreveduti mill-Qorti
|
81. |
Il-Qorti rrevediet 86 studju ta' evalwazzjoni mwettqa mill- (jew f'isem il-) Kummissjoni sa mill-2000. Dawn kienu jinkludu s-36 studju kollha li ffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni fuq ħames snin ppubblikata fl-2004 u l-50 studju ieħor kompluti wara dik id-data. Minn dawn, 23 studju biss jistgħu jkunu kkunsidrati bħala evalwazzjonijiet ġenwini tal-FP u tal-programmi tiegħu (ara l-Istampa 5). Stampa 5 Ħarsa ġenerali lejn l-istudji ta' evalwazzjoni mwettqa mill- (jew f'isem il-) Kummissjoni fil-perijodu 2000 sa 2006
|
Evalwazzjonijet li jiffukaw fuq kwistjonijiet ta' monitoraġġ, aktar milli fuq l-eżiti u l-impatti
|
82. |
Żewġ osservazzjonijiet ewlenija jirriżultaw mill-meta-analiżi tal-Qorti ta' dawn l-istudji ta' evalwazzjoni speċifiċi:
|
Fokus insuffiċjenti fuq l-iżvilupp ta' metodoloġiji innovattivi
|
83. |
Jiddomina l-użu ta' metodoloġiji u tekniki tradizzjonali (b'mod partikolari stħarriġ, reviżjoni ta' dokumenti u intervisti) għall-evalwazzjonijiet mwettqa fil-perijodu bejn l-2000 u l-2006 (ara l-Istampa 6). Barra min hekk, għadd ta' metodoloġiji u tekniki oħra ta' l-evalwazzjoni sofistikati, imma madanankollu stabbiliti sew, ma ntużawx (jew inkella intużaw biss f'okkażżjonijiet rari), b'mod partikolari:
|
|
84. |
Studji ta' l-evalwazzjoni li ppruvaw jindirizzaw xi wħud mid-diffikultajiet metodoloġiċi fl-evalwazzjoni ta' l-intervenzjoni pubblika fir-riċerka (ara l-Anness I) intużaw biss f'għadd limitat ta' każijiet:
|
|
85. |
Partijiet interessati intervistati mill-Qorti kienu ta' l-opinjoni li l-utilità u r-relevanza ta' l-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni jistgħu jkunu mtejba. Dan juri l-ħtieġa għal aktar żvilupp metodoloġiku sabiex is-sistema ta' evalwazzjoni tista' tevolvi biex tieħu kont tal-karattur dejjem jinbidel tal-Programmi Qafas (ara l-paragrafu 7) (57). |
Sfidi mqajma fl-evalwazzjonijiet fuq ħames snin ma setgħux ikunu indirizzati abbażi ta' l-istudji ta' evalwazzjoni speċifiċi tal-Kummissjoni
|
86. |
Dan jintwera wkoll mill-problemi sinifikanti ffaċċjati mill-panel ta' evalwazzjoni fuq ħames snin ta' l-2004 (58) meta kienu qegħdin iwieġbu għall-mistoqsijiet dwar l-evalwazzjoni suġġeriti fit-termini ta' referenza. Ħafna minn dawn l-isfidi ma setgħux ikunu eżaminati, minħabba n-nuqqas ta' studji xierqa mwettqa mill- (jew f'isem il-) Kummissjoni minn qabel u l-impossibbiltà li l-membri tal-panel jikkummissjonaw tali studji f'ħin adegwat (ara l-Istampa 7). Stampa 7 Indirizzati l-mistoqsijiet dwar l-evalwazzjoni fl-evalwazzjonijiet fuq ħames snin ta' l-2004
|
|
87. |
Barra dan, huwa nnutat li għal dawk l-aspetti biss fejn objettivi ċari u kwantifikabbli kienu definiti fil-programmi (bħas-sehem ta' l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju li kienu qegħdin jipparteċipaw), il-membri tal-panel setgħu jwieġbu għall-mistoqsijiet speċifikati fit-termini ta' referenza. |
Evalwazzjonijiet mwettqa fil-livell nazzjonali għall-Programmi Qafas
|
88. |
Bosta Stati Membri u pajjiżi assoċjati jwettqu l-evalwazzjonijiet nazzjonali tagħhom stess dwar il-FPs, li jindirizzaw mistoqsijiet relevanti u interessanti mill-perspettiva tagħhom stess (59). Fl-aħħar 8 snin, 14-il studju ta' din ix-xorta kienu prodotti għal 9 Stati Membri u pajjiż wieħed assoċjat. |
|
89. |
Filwaqt li l-Kummissjoni ħeġġet approċċi standardizzati fejn dan kien possibbli, dawn l-istudji ta' impatt nazzjonali huma eteroġeni ħafna (60). B'riżultat ta' dan, peress li ma jsegwux metodoloġija armonizzata, il-possibbiltajiet għall-aggregazzjoni, taħlit jew tqabbil ta' riżultati huma limitati. Barra minn hekk, minħabba l-karattru nazzjonali tagħhom, dawn l-istudji jistgħu jaqbdu biss parti tad-dimensjoni koperattiva Ewropea. |
|
90. |
Fil-“Green paper” ta' l-ERA għall-2007 il-Kummissjoni argumentat li kien importanti li analiżi preċiżi jkunu disponibbli fil-livell ta' l-ERA dwar l-impatt u l-effettività ta' attivitajiet u politiki tar-riċerka, inklużi dawk ta' l-Istati Membri u ta' l-UE. Irrikonoxxiet ukoll li l-arranġamenti kurrenti ma kinux adegwati biex jindirizzaw din l-isfida għax kull livell ta' intervenzjoni wettaq evalwazzjonijiet separatament mill-oħrajn (61). |
Rakkomandazzjonijiet
91. Il-Kummissjoni għandha tfassal manwal għall-evalwazzjoni ta' attivitajiet iffinanzjati mill-Programmi Qafas, li jagħti definizzjonijiet ta' kunċetti ewlenija u terminoloġija u li jidentifika l-firxa ta' metodoloġiji xierqa għal ċerti attivitajiet ta' evalwazzjoni. Dan il-manwal għandu jkun ibbażat fuq gwidi u programmi eżistenti u għandu jkun aġġornat fuq bażi regolari. 92. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-informazzjoni li teħtieġ, filwaqt li tieħu kont tal-ħtieġa li tillimita l-piż amministrattiv fuq il-parteċipanti. 93. Il-Kummissjoni għandha tagħti informazzjoni ta' monitoraġġ dwar l-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas b'mod imwaqqat. Kif meħtieġ mir-“Regoli għall-Parteċipazzjoni” tas-Seba' Programm Qafas, problemi dwar is-sistemi ta' l-IT tal-Kummissjoni li jamministraw id-dejta fuq it-treġija tal-programmi u l-parteċipanti għandhom ikun indirizzati b'mod urġenti. 94. L-obbligi ta' rappurtar tal-parteċipanti lejn il-Kummissjoni għandhom jitnaqqsu b'mod sinifikanti u l-istħarriġ għandu jitwettaq fuq bażi ta' kampjun biss. Ir-rekwiżit kuntrattwali biex wieħed jippreżenta dejta dwar l-impatt ibbażata fuq l-indikatur għal kull proġett għandu jkun sostitwit bi stima personali malli jitlesta l-proġett. 95. Il-Kummissjoni għandha tagħmel użu aktar estensiv għall-evalwazzjonijiet tagħha ta' sorsi komplementari eżistenti ta' dejta relevanti (kemm fi ħdan il-Kummissjoni kif ukoll fl-Istati Membri). 96. Il-Kummissjoni għandha tuża l-firxa sħiħa ta' tekniki ta' evalwazzjoni disponibbli. Barra dan, għandha ssostni l-iżvilupp ta' approċċi innovattivi biex tindirizza d-diffikultajiet metodoloġiċi inerenti għall-evalwazzjoni ta' l-intervenzjoni pubblika fir-riċerka (ara l-Anness I) u tuża dawn l-approċċi fl-evalwazzjonijiet tagħha stess. 97. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma' l-Istati Membri dwar kif għandha tisfrutta sa l-aħħar il-benefiċċji ta' l-evalwazzjonijiet tal-Programmi Qafas fil-livell nazzjonali.
Tixrid u użu tas-sejbiet ta' evalwazzjoni
|
98. |
L-evalwazzjoni għandha tagħti informazzjoni u analiżi relevanti li jistgħu jintużaw b'mod effettiv għat-treġija ta' programmi u għat-tiswir ta' politika. B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tagħti bażi għar-riflessjoni infurmata dwar il-punti tajbin u l-punti dgħajfin ta' intervenzjoni pubblika li tinħtieġ sabiex isir it-tagħlim. Il-Qorti ċċekkjat safejn l-evalwazzjonijiet twaqqtu tajjeb, is-sejbiet kienu kkomunikati u mifruxa lill-partijiet interessati barra l-Kummissjoni u ttieħed kont ta' rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni għal reviżjoni ta' programmi kontinwi (“programmi ta' tagħlim”). |
It-twaqqit ta' evalwazzjonijiet ma ħax kont tat-tip ta' informazzjoni li wieħed seta' jistenna b'mod realistiku
|
99. |
Il-Qorti tirrikonoxxi li ċerti tipi ta' analiżi jeħtieġu perspettiva fuq perijodu fit-tul (eż. l-evalwazzjoni ta' eżiti u impatti soċjo-ekonomiċi) u li xi aspetti huma relatati ma' perijodu ta' programmar speċifiku (eż. objettivi tal-programm, saħansitra fi ħdan qasam xjentifiku partikolari), filwaqt li oħrajn le (ara l-Istampa 8). Madankollu, il-Kummissjoni m'addottatx approċċ fl-attivitajiet tagħha ta' evalwazzjoni li jieħu kont ta' dawn l-iskadenzi. |
|
100. |
Il-leġiżlazzjoni talbet lill-attivitajiet ewlenija ta' evalwazzjoni tal-Kummissjoni jiffukaw b'mod esklussiv fuq il-ħames snin li ġew qabel l-evalwazzjonijiet fuq ħames snin u b'hekk ikopru partijiet minn żewġ perijodi ta' programmar suċċessivi. Riżultat ta' dan, eżiti u impatti fuq perijodi medji u fit-tul bilkemm ġew indirizzati. Konsegwenza ta' dan, l-evalwazzjonijiet fuq ħames snin ġeneralment iffukaw l-aktar fuq aspetti ta' monitoraġġ, kwistjonijiet ta' tfassil ta' programmi fuq perijodu qasir u osservazzjonijiet ġenerali dwar l-orjentazzjoni tal-Programmi Qafas. Il-Qorti tilqa' l-fatt li l-leġiżlazzjoni tas-Seba' Programm Qafas m'għadhiex teħtieġ evalwazzjonijiet fuq ħames snin, jew kwalunkwe perijodu ieħor ta' kopertura pre-definit. Stampa 8 Kwistjonijiet ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni skond l-iskadenzi
|
||||||||||||||||||||||||||
|
101. |
In-nuqqasijiet ta' l-evalwazzjonijiet fuq ħames snin li jevalwaw ir-riżultati u l-impatti tal-Programmi Qafas kien innutat ukoll mill-esperti tal-Kummissjoni:
|
|
102. |
Il-kwistjoni ta' twaqqit tolqot ukoll evalwazzjonijiet speċifiċi meħtieġa mil-leġiżlazzjoni. Per eżempju, ir-rapport Marimón għall-2004, li analizza l-istrumenti ġodda mdaħħla fis-Sitt Programm Qafas (2003-2006), intalab kmieni wisq, u b'riżultat ta' dan, kien hemm ftit li xejn esperjenza prattika u provi empiriċi li fuqhom wieħed seta' jibbaża l-konklużjonijiet tiegħu (65). |
Komunikazzjoni u tixrid
|
103. |
Waħidha, il-Kummissjoni tista' tiżviluppa u tadatta programmi ta' ħidma operazzjonali skond ċikli ta' perijodi qosra, soġġetti għal approvazzjoni mill-kumitat ta' programm relevanti. Dan jista' jirrapreżenta opportunità biex isiru aġġustamenti għat-treġija ta' programm, u wkoll għal allokazzjonijiet mill-ġdid ta' baġits fi ħdan is-sub-programmi. Ma nstabet l-ebda prova li l-Kummissjoni tagħmel użu minn din il-possibbiltà (ara l-paragrafu 107). |
|
104. |
Barra minn hekk, minħabba l-mod kif il-Programmi Qafas huma mfassla u adottati, huwa kwazi impossibbli għall-Kummissjoni biex hi tagħmel bidliet sinifikanti, bħal modifikazzjonijiet ta' objettivi tal-programmi jew l-allokazzjoni mill-ġdid ta' baġits bejn sub-programmi. Il-leġiżlatur biss jista' jippromulga tali modifikazzjonijiet fuq firxa wiesgħa matul reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Programm Qafas (bħal fl-2010 għas-Seba' Programm Qafas) jew l-adozzjoni tal-Programm Qafas sussegwenti. Għal din ir-raġuni, il-leġiżlazzjoni tipikament stipulat li l-eżerċizzji ewlenija ta' evalwazzjoni għandhom jitwaqqtu sabiex ikun jista' jittieħed kont tar-riżultati tagħhom b'mod siewi ħafna għat-tiswir tal-politika. |
|
105. |
Għalhekk, xi wħud mill-utenti ewlenija ta' l-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni huma d-“DĠs Riċerka” infushom (66). Madankollu, il-leġiżlazzjoni tal-Programm Qafas teħtieġ ukoll b'mod espliċitu li l-evalwazzjonijiet ikunu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
106. |
Fl-istħarriġ tal-Qorti dwar il-kumitat ITRE tal-Parlament Ewropew u l-kumitat CREST tal-Kunsill, il-biċċa l-kbira ta' dawk li wieġbu, madankollu, indikaw li ma ħassewhomx infurmati biżżejjed dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-Programmi Qafas (ara l-Istampa 9) (67).
|
Segwitu tas-sejbiet ta' evalwazzjoni
|
107. |
Fir-Reviżjonijiet ta' l-Evalwazzjoni Annwali tagħha, il-Kummissjoni tipprovdi sommarju tas-sejbiet u l-azzjonijiet meħuda bħala riżultat ta' l-evalwazzjonijiet tagħha (68). Rigward is-segwitu, il-Kummissjoni tat ukoll tweġibiet formali għas-sejbiet u għar-rakkomandazzjonijiet ta' l-evalwazzjoni fuq ħames snin u għall-evalwazzjonijiet speċifiċi meħtieġa mil-leġiżlazzjoni u, safejn possibbli, ħadet miżuri xierqa biex tindirizza n-nuqqasijiet identifikati hemmhekk. Dan, madankollu, ma kienx il-każ għal ħafna mir-rapporti l-oħra ta' evalwazzjoni rreveduti u ma nstabet l-ebda prova li kien qiegħed jittieħed kont tas-sejbiet u tar-rakkomandazzjonijiet tagħhom għal emendi fil-programmi ta' ħidma. Bl-istess mod, ir-rendikonti baġitarji ABB tad-DĠs u r-Rapporti ta' Attività Annwali tagħhom ma jindikawx safejn ittieħdet azzjoni fuq is-sejbiet ta' l-evalwazzjoni. |
Rakkomandazzjonijiet
108. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi t-tip u l-ambitu ta' evalwazzjoni li wieħed jista' jistenna b'mod raġonevoli għad-dati speċifikati fil-leġiżlazzjoni (2008, 2010 u 2015), tfiehem kif l-evalwazzjonijiet jistgħu jintużaw biex il-programmi (“programmi ta' tagħlim”) ikunu adattati u tispeċifika x'kontribuzzjoni jistgħu jagħtu l-evalwazzjonijiet lil deċiżjonijiet ta' politika. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tiċċara l-approċċ intiż tagħha fir-rigward ta' l-evalwazzjoni tar-riżultati fuq perijodu itwal ta' Programmi Qafas tal-passat u tal-preżent, minħabba li tali riżultati jistgħu jieħdu bejn 7 u 10 snin biex jitwettqu (ara l-Istampa 8). 109. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-prattika tagħha dwar il-komunikazzjoni u t-tixrid tas-sejbiet ta' evalwazzjoni biex tiżgura li l-partijiet interessati jirċievu l-informazzjoni meħtieġa. B'mod partikolari, id-“DĠs Riċerka” għandhom jagħtu tweġiba formali għall-evalwazzjonijiet kollha u jagħmlu dawn l-istudji pubbliċi fil-ħin, flimkien mat-tweġibiet tagħhom. Id-“DĠs Riċerka” għandhom ukoll jirrappurtaw fir-rendikonti baġitarji ABB tagħhom u fir-Rapporti ta' Attività Annwali tagħhom dwar is-segwitu mogħti u jagħmlu użu mir-rakkomandazzjonijiet meta jaġġornaw programmi ta' ħidma u jfasslu programmi futuri.
KONKLUŻJONI ĠENERALI
|
110. |
Il-Qorti tirrikonoxxi li l-evalwazzjoni ta' programmi tar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku, u b'mod partikolari l-evalwazzjoni tar-riżultati tagħhom fuq perijodu twil, hija diffiċli b'mod inerenti u huwa diffiċli biex wieħed jiddefinixxi l-aħjar prattika. |
|
111. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, l-evalwazzjoni hija essenzjali għat-treġija ta' programm, għall-ippjanar għall-quddiem u għat-tiswir ta' politika. L-evalwazzjoni tagħti wkoll bażi għar-responsabbiltà. Hija tagħti informazzjoni ta' valur dwar liema riżultati intiżi (jew mhux intiżi) inkisbu, il-punt safejn inkisbu l-objettivi tal-programmi, ir-relevanza u l-utilità tal-programmi u l-effiċjenza u l-effettività ta' l-implimentazzjoni tal-programmi. Peress li huwa l-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jiddeċiedu dwar l-orjentazzjoni ġenerali, affarijiet baġitarji u tfassil ta' programmi għall-Programmi Qafas, tinħtieġ sistema ta' evalwazzjoni trasparenti, kredibbli u robusta biex tagħtihom l-informazzjoni xierqa. |
|
112. |
Il-Kummissjoni waqqfet qafas ta' evalwazzjoni ġenerali fl-2000 u fl-2002 u rrevedietu wara fl-2007. Għalkemm matul il-perijodu verifikat mill-Qorti ma kien osservat l-ebda titjib prinċipali fil-mod kif l-evalwazzjonijiet tal-Programmi Qafas u l-programmi kostitwenti tagħhom kienu ppjanati, mfassla u implimentati, f'termini ġenerali, id-“DĠs Riċerka” kkonformaw mar-rekwiżiti formali tal-Kummissjoni. |
|
113. |
Għall-perijodu kopert minn dan ir-rapport, kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-Programm Qafas, id-“DĠs Riċerka” kellhom sistema ta' evalwazzjoni fis-seħħ u l-Kummissjoni tista' tirreferi għal ammont imdaqqas ta' studji ta' evalwazzjoni. Madankollu, jibqa' l-fatt li ftit li xejn huwa magħruf dwar il-kisba ta' objettivi ta' programmi u r-riżultati tal-Programmi Qafas. Dan għaliex l-evalwazzjonijiet ġeneralment iffukaw fuq kwistjonijiet ta' implimentazzjoni tal-programm ta' perijodu qasir. B'riżultat ta' dan, l-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni kienu ta' utilità limitata għal min jagħmel il-politika, għall-partijiet interessati u saħansitra għall-Kummissjoni nfisha. |
|
114. |
Minħabba l-importanza ta' l-evalwazzjoni għat-treġija ta' programmi u t-tiswir ta' politika, l-approċċ tal-Kummissjoni lejn l-evalwazzjoni tal-Programmi Qafas u tal-programmi kostitwenti tagħhom għandha tkun eżaminata mill-ġdid fid-dawl ta' sfidi politiċi ġodda, finanzjament miżjud, twessigħ ta' l-orjentazzjoni tal-politika tar-riċerka tal-Komunità u r-riforma reċenti tal-Kummissjoni. Dan kien ukoll irrakkomandat mill-EURAB fir-rapport tiegħu ta' l-2007. |
|
115. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, l-użu ta' loġika ta' intervenzjoni espliċita fit-tfassil ta' programmi tal-Programmi Qafas futuri kieku jwassal għal programmi aktar iffukati u strutturati aħjar. Jikkontribwixxi wkoll għal politika ta' “regolament aħjar” tal-Kummissjoni, li timmira għal ambjent regolatorju mfassal aħjar, aktar sempliċi, aktar effettiv u mifhum aħjar (69). |
|
116. |
L-evalwazzjoni tal-Programmi Qafas u tal-programmi kostitwenti jkunu aktar effettivi kieku l-objettivi u l-indikaturi tal-programmi kienu aktar ċari mill-bidunett, kieku kien hemm ftehim dwar strateġija ta' evalwazzjoni robusta, iżda mhux preskrittiva żżejjed, mid-“DĠs Riċerka” li qegħdin jimplimentaw il-Programmi Qafas u kieku ntużaw metodoloġiji ta' evalwazzjoni aktar avvanzati, inklużi approċċi kwantitattivi. |
|
117. |
Il-Qorti nnutat ukoll għadd ta' każijiet fejn hemm ambitu għall-Kummissjoni biex tikkunsidra mill-ġdid l-arranġamenti organizzattivi ezistenti tagħha għall-evalwazzjoni tal-Programmi Qafas. Jista' jkun hemm vantaġġi jekk,
|
|
118. |
Ir-rakkomandazzjonijiet li hemm f'dan ir-rapport huma bbażati jew fuq prattiċi eżistenti fi ħdan il-Kummissjoni jew fuq prattika internazzjonali tajba. Fir-rigward ta' riżorsi, huwa ċar li d-daħla ta' l-approċċ suġġerit għall-evalwazzjoni tal-programmi tkun tinvolvi spejjeż ogħla. Madankollu, fl-opinjoni tal-Qorti, probbabbilment li din se tipproduċi riżultat finali pożittiv ta' mill-anqas l-istess xorta. |
Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-22 ta' Novembru 2007.
Għall-Qorti ta' l-Awdituri
Hubert WEBER
President
(1) Skond l-OECD, ir-riċerka u l-iżvilupp jistgħu jiġu definiti bħala x-xogħol kreattiv imwettaq fuq bażi sistematika sabiex iżid ir-riżerva ta' l-għarfien, inkluż l-għarfien uman, kulturali u tas-soċjetà u l-użu ta' din ir-riżerva ta' l-għarfien biex jinħolqu applikazzjonijiet ġodda (ara l-OECD, Manwal Frascati — Standard ta' prattika propost għall-istħarriġ fuq ir-riċerka u l-iżvilupp sperimentali, Pariġi, 2002, p. 30). Fil-kuntest Komunitarju, l-akronimu RTD huwa użat, u jkopri t-teknoloġija kif ukoll ir-riċerka u l-iżvilupp.
(2) Id-DĠ Riċerka huwa d-Direttorat-Ġenerali principali li jamministra u jikkoordina l-Programmi Qafas. Ħames DĠs oħra li jamministraw ukoll (partijiet) mill-programmi speċifiċi fosthom l-aktar importanti d-DĠ Soċjetà Informatika u Media (l-oħrajn huma d-DĠ Enerġija u Trasport, id-DĠ Intrapriżi u Industrija, id-DĠ Sajd u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni).
(3) Fl-2000, il-Kunsill Ewropew ta' Liżbona ffissa l-objettiv li jagħmel l-UE l-ekonomija l-aktar dinamika, kompetittiva, b'bażi sostenibbli ta' tagħrif sa l-2010, li tgawdi sitwazzjoni mingħajr qgħad u koeżjoni ekonomika u soċjali msaħħa.
(4) Fl-2002, il-Kunsill Ewropew ftehem li l-infiq b'mod ġenerali fuq l-RTD u l-innovazzjoni fl-Unjoni Ewropea għandu jiżdied bil-għan li jqarreb it-3 % tal-Prodott Gross Domestiku sa l-2010. Barra dan, ikkjarifika li tnejn minn tlieta ta' dan l-investiment il-ġdid għandu jiġi mis-settur privat (ara l-Kummissjoni Ewropea, Investiment fir-riċerka: pjan ta' azzjoni għall-Ewropa; Komunikazzjoni mill-Kumissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, COM(2003) 226 finali, p. 7).
(5) F'każijiet ta' tmexxija diretta, il-Kummissjoni teżegwi l-operazzjonijiet meħtieġa biex twettaq l-attivitajiet ta' implimentazzjoni tal-baġit tagħha mingħajr l-ebda involviment mill-Istati Membri jew pajjiżi terzi li d-destinatarji ta' l-infiq huma residenti fihom.
(6) Sa mill-2006, aktar minn 22 000 entità pubblika u legali kienu pparteċipaw fis-Sitt Programm Qafas biss, generalment f'konsorzji ta' imsieħba.
(7) Dan huwa metodu ta' koperazzjoni bbażat fuq il-prinċipju ta' koperazzjoni intergovernattiva volontarja. Dan jibbaża b'mod partikolari fuq it-tagħlim reċiproku, l-iffissar tal-livelli (benchmarking) u l-qsim ta' l-aħjar prattika.
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1), l-Artikoli 27, 48, 59 u 60.
(9) Il-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ Baġit, Komunikazzjoni lill-Kummissjoni mis-Sinjorina Grybauskaitė bi qbil mal-President, Inwieġbu għall-bżonnijiet strateġiċi: rinfurzar ta' l-użu ta' valutazzjoni, SEC(2007) 213, 21 ta' Frar 2007; Il-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ Baġit, Komunikazzjoni lill-Kummissjoni mis-Sinjura Schreyer, Fok fuq ir-Riżultati: it-Tisħiħ ta' l-Evalwazzjoni ta' l-Attivitajiet tal-Kummissjoni, SEC(2000) 1051, is-26 ta' Lulju 2000.
(10) Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007 sa 2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1): l-Artikolu 7(1); l-informazzjoni ta' monitoraġġ li għandha tingħata mill-Kummissjoni lill-Kumitati ta' Programmar hija definita fid-deċiżjonjiet tal-programm speċifiċi (ara per eżempju d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar Koperazzjoni tal-Programm Speċifika li timplimenta s-Seba' Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007 sa 2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86): l-Artikolu 8(4) u l-Anness V).
(11) Il-Kummissjoni Ewropea, Komunikazzjoni lill-Kunsill dwar Pjan ta' Azzjoni Komunitarju dwar l-Evalwazzjoni ta' l-attivitajiet Komunitarji tar-riċerka u l-iżvilupp għas-snin 1987 sa 1991, COM(86) 660 finali, 20 ta' Novembru 1986, bi tweġiba għar-riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1983.
(12) Il-Kummissjoni Ewropea, Evalwazzjoni fuq ħames snin tal-Programmi ta' Żvilupp ta' l-Unjoni Ewropea dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku, 1992-1996. Rapport tal-Panel ta' Esperti indipendenti ppresedut mill-Viskonti Davignon (1997); Il-Kummissjoni Ewropea, Evalwazzjoni fuq ħames snin tal-Programmi ta' Żvilupp ta' l-Unjoni Ewropea dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku, 1995-1999; Rapport tal-Panel ta' Esperti indipendenti ppresedut minn Joan Majó (Lulju 2000); Il-Kummissjoni Ewropea, Evalwazzjoni ta' ħames snin tal-Programmi ta' Żvilupp ta' l-Unjoni Ewropea dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku, 1999-2003; Rapport tal-Panel ta' Esperti indipendenti ppresedut minn Erkki Ormala (15 ta' Diċembru 2004).
(13) Il-Kummissjoni Ewropea, Evalwazzjoni ta' l-effettività ta' l-Istrumenti l-Ġodda tas-Sitt Programm Qafas, 21 ta' Ġunju 2004, Rapport ta' Panel ta' Esperti ta' livell għoli bil-presidenza tal-Professur Ramon Marimón.
(14) Il-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ Baġit, Komunikazzjoni lill-Kummissjoni mis-Sinjura Schreyer, Fok fuq ir-Riżultati: it-Tisħiħ ta' l-Evalwazzjoni ta' l-Attivitajiet tal-Kummissjoni, Lulju 2000, SEC(2000) 1051; Il-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ Baġit, Komunikazzjoni lill-Kummissjoni mingħand il-President u s-Sinjura Schreyer, Standards ta' l-Evalwazzjoni u Prattika Tajba, C(2002) 5267, 23.12.2002.
(15) Il-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ Baġit, Komunikazzjoni lill-Kummissjoni mis-Sinjorina Grybauskaitė bi qbil mal-President, Inwieġbu għall-bżonnijiet strateġiċi: rinfurzar ta' l-użu ta' valutazzjoni, SEC(2007) 213, 21 ta' Frar 2007.
(16) Il-Kummissjoni Ewropea, Dokument ta' Ħidma tal-Persunal, Evalwazzjoni ta' l-Impatt u evalwazzjoni ex-ante, SEC(2005) 430.
(17) Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (ITRE) tal-Parlament Ewropew huwa (b'mod partikolari) responsabbli għall-politika industrijali, il-politika tar-riċerka (inkluża t-tixrid u l-isfruttar tas-sejbiet tar-riċerka), il-politika ta' l-ispazju, l-attivitajiet taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, it-Trattat Euratom, u s-soċjetà informatika u l-informazzjoni teknoloġika.
(18) Il-CREST (“Comité de la Recherche Scientifique et Technique” — Il-Kumitat Xjentifiku u ta' Riċerka Teknika) ġie stabbilit minn Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Jannar 1974 u huwa magħmul minn rappreżentanti ta' awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għall-politika xjentifika u teknoloġika ta' l-Istati Membri. Il-CREST għandu rwol konsultattiv, li jinforma lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, b'mod partikolari dwar suġġetti relatati mal-koordinazzjoni tal-politika tar-Riċerka u l-Iżvilupp nazzjonali u l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Programmi Qafas.
(19) Il-mudelli tal-loġika li juru kif ir-riżorsi fl-attivitajiet differenti jwasslu għal riżultati mistennija huma l-mod l-aktar xieraq biex tintwera l-loġika ta' l-intervenzjoni. Dawn il-mudelli għandhom il-kapaċità li jispjegaw b'mod ċar is-suppożizzjonijiet li fuqhom huwa bbażat it-tfassil ta' programm u kif l-objettivi ġenerali jiġu maqsuma f'objettivi operattivi.
(20) Il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Baġit, Evalwazzjoni ta' l-attivitajiet ta' l-UE: linja ta' ġwida prattika għas-servizzi tal-Kummissjoni, Lulju 2004, p. 87 u 106.
(21) Evalwazzjoni fuq ħames snin tal-Programmi Qafas tar-Riċerka ta' l-Unjoni Ewropea, 1999-2003, Rapport tal-Panel ta' Espert Indipendenti bil-presidenza ta' Erkki Ormala (15 ta' Diċembru 2004): Sezzjoni 6 Evalwazzjoni tal-Programm Qafas, p. 19.
(22) Pajjiżi li jirċievu għajnuna esterna huma meħtieġa li jippreżentaw mudelli tal-loġika għall-iffinanzjar tagħhom mill-Komunità (Il-Kummissjoni Ewropea, Metodi ta' għoti ta' għajnuna, Volum 1, Linji ta' gwida dwar it-tmexxija taċ-ċiklu ta' progett, Marzu 2004, is-Sezzjoni 5: L-approċċ tal-qafas loġiku).
(23) Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, l-Artikolu 27(3).
(24) Fl-2006, il-qasam tal-politika “08 riċerka” kien strutturat abbażi ta' programmi speċifiċi (u sub-programmi) tal-perijodu ta' programmar għas-Sitt Programm Qafas (u b'konsegwenza mibdul minn struttura differenti fl-2007), filwaqt li fil-qasam tal-politika “09 Soċjetà Informatika” il-programm speċifiku kurrenti u l-preċedenti tpoġġew flimkien bħala attività ABB waħda (il-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ Riċerka, Direttorat A: Koordinazzjoni ta' l-attivitajiet Komunitarji, Ippjanar, Programmar, Evalwazzjoni, Pjan ta' Ġestjoni Annwali 2006, 20.12.2005; il-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ Soċjetà Informatika u Media, Pjan ta' ġestjoni annwali 2006, 23.12.2005).
(25) Fil-każ tad-DĠ Riċerka, l-objettivi ta' l-ABM (u l-indikaturi użati biex ikejlu l-kisba tagħhom) tbiddlu minn sena għall-oħra. Id-DĠ Soċjeta Informatika, min-naħa uża objettivi pluriannwali, iżda li, ma kinux l-istess bħall-objettivi tal-programm (jew dawk speċifikati fil-livell tal-programm ta' xogħol).
(26) Il-Kummissjoni Ewropea, Servizz tal-verifika interna, Reviżjoni ta' l-effettività u l-effiċjenza taċ-ċiklu SPP/ABM — SĠ u DĠ Baġit, 2005: paragrafu 4.1, p. 31.
(27) Il-Kummissjoni Ewropea, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar pjan ta' azzjoni Komunitarju dwar l-evalwazzjoni tal-programmi ta' riċerka u l-iżvilupp tal-Komunità, COM(83) 1 finali, 19 ta' Jannar 1983.
(28) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, Monitoraġġ u evalwazzjoni esterna indipendenti ta' l-attivitajiet tal-Komunità fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, 22.5.1996 (COM(1996) 220 finali).
(29) Kull DĠ li jimplimenta l-Programmi Qafas jiddokumenta l-evalwazzjonijiet ippjanati tiegħu fi pjanijiet ta' evalwazzjoni annwali (u pluriannwali). Iżda, wieħed ma jistax jgħid li dawn id-dokumenti ta' l-ippjanar jirrappreżentaw strateġija ta' l-evalwazzjoni.
(30) Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, l-Artikolu 27(4).
(31) “Loi de programme pour la recherche no 2006-450” tat-18.4.2006 u “Décret no 2006-1334 relatif à l'organisation et au fonctionnement de l'Agence d'évaluation de la recherche et de l'enseignement supérieur (AERES)” tat-3.11.2006.
(32) Agencia Nacional de Evaluación y Prospectiva under the Ministerio de Educación y Ciencia: Orden ECI/1252/2005 ta' l-4 ta' Mejju 2005 li tistabbilixxi l-“Comisión Asesora de Evaluación y Prospectiva” (Kummissjoni Konsultattiva ta' l-Evalwazzjoni u l-Previżjoni).
(33) Fl-2004 d-“Deutsche Forschungsgemeinschaft” (DFG) waqqfet stitut speċjalizzat, l-“Institut für Forschungsinformation und Qualitätssicherung” (IFQ), u tatu r-responsabilità biex jiżviluppa u jistandardizza l-metodoloġiji ta' l-evalwazzjoni, l-assigurazzjoni tal-kwalità u t-twettiq ta' evalwazzjonijiet ta' attivitajiet RTD iffinanzjati mid-DFG.
(34) Fis-Seba' Prorgramm Qafas, 15-il Grupp ta' Konsulenza Esperta twaqqfu mill-Kummissjoni meta mqabbla ma' 12-il Grupp ta' Konsulenza Esterna fis-Sitt Programm Qafas u 17-il Grupp ta' Konsulenza Esperta fil-Ħames Programm Qafas. Dawn il-Gruppi ta' Konsulenza Esperta jagħtu pariri lill-Kummissjoni fuq kwistjonijiet ta' politika u tal-programm relatati mal-Programmi Qafas. Iżda, wieħed għandu jinnota li dawn il-Gruppi ta' Konsulenza Esperta ma jagħmlux kompletament parti mill-istruttura tal-programm fil-Programmi Qafas. Fi kliem ieħor, m'hemmx Grupp ta' Konsulenza Esperta għal kull programm speċifiku (jew sub-programm).
(35) Fil-Kanada kważi d-dipartimenti governattivi federali kollha waqqfu kumitati ta' evalwazzjoni permanenti, li jinvolvu uffiċjali dipartimentali anzjani u ta' sikwit partijiet interessati esterni wkoll, biex jissorveljaw is-sistema ta' evalwazzjoni (“Social Sciences and Humanities Research Council of Canada”: Evaluation Standing Committee — Mandate and Membership).
(36) Il-Kummissjoni Ewropea, Rapport ta' Monitoraġġ 2004: L-implimentazzjoni ta' l-Attivitajiet taħt il-qafas tal-KE u l-Euratom u programmi speċifiċi korrispondenti, Awwissu 2005, p. 5.
(37) Il-Kummissjoni Ewropea, L-ippjanar u l-aħjar użu tar-riżorsi umani tal-Kummissjoni biex iservu l-prijoritajiet ta' l-UE, SEC(2007) 530, l-24 ta' April 2007.
(38) Il-Kummissjoni Ewropea, Komunikazzjoni lill-Kummissjoni mill-President u s-Sinjura Schreyer, Standards ta' evalwazzjoni u prattika tajba, C(2002) 5267, 23.12.2002; Il-Kummissjoni Ewropea, Dokument tal-Ħidma tal-Persunal, “Evalwazzjoni ta' l-Impatt u evalwazzjoni ex-ante”, SEC(2005) 430, is-6 ta' April 2005, l-Anness 1, in-nota ta' qiegħ 209.
(39) Fl-2007, il-Bord Konsultattiv Ewropew għar-Riċerka (EURAB) irrikkmanda wkoll żjieda fir-riżorsi allokati għall-evalwazzjoni tal-Programmi Qafas (EURAB, “Recommendations on Ex-Post Impact Assessments”, Lulju 2007).
(40) Ir-Rapport Speċjali Nru 1/2004 dwar l-amministrazzjoni ta' azzjonijiet tar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku indiretti taħt il-ħames programm qafas (FP5) għar-riċerka u żvilupp teknoloġiku (1998 sa 2002) (ĠU C 99, 23.4.2004), il-paragrafi 116 u 122.
(41) Il-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ Baġit, Komunikazzjoni lill-Kummissjoni mis-Sinjura Grybauskaitė bi qbil mal-President, “Inwieġbu għall-bżonnijiet strateġiċi: rinfurzar ta' l-użu ta' valutazzjoni”, SEC(2007) 213, il-21 ta' Frar 2007; Kummissjoni Ewropea, Standards ta' evalwazzjoni u prattika tajba, C(2002) 5267, 23.12.2002.
(42) 14-il DĠ għandhom tali manwali ta' evalwazzjoni għall-oqmsa ta' politika u programmi taħt ir-responsabbiltà tagħhom (il-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ Baġit — Unità ta' Evalwazzjoni, Ħarsa ġenerali lejn il-Gwidi ta' l-Evalwazzjoni fil-Kummissjoni, Ottubru 2004).
(43) Fahrenkrog, G. et al, RTD Evaluation Toolbox — Assessing the Socio-Economic Impact of RTD-Policies, IPTS-JRC, 2002; PREST et al.; “Assessing the Socio-economic Impacts of the Framework Programme”; Università ta' Manchester; 2002.
(44) Filwaqt li l-Kummissjoni ġeneralment ikollha tali informazzjoni dwar il-parteċipanti, sikwit ma tkunx tista' tintuża faċilment għal analiżi dettaljata minħabba li dejta dwar parteċipant partikolari la tinżamm f'post uniku u lanqas ma tiġi bilfors irreġistrata f'forma kumpatibbli. Dan jagħmilha diffiċli li l-involviment tal-parteċipant jiġi traċċat tul iż-żmien, per eżempju għall-evalwazzjoni tar-raġunijiet ta' nuqqas ta' parteċipazzjoni, u relazzjoniiet bejn parteċipanti, per eżempju għall-istudju ta' l-effetti ta' networking (ara l-paragrafu 84).
(45) Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2006, it-tabella 2.3, ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2005, il-paragrafu 7.13; ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2004, il-paragrafi 6.8 u 6.10; ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2003, il-paragrafi 6.9 u 6.70; ir-Rapport Speċjali Nru 1/2004, il-paragrafi 105-108; l-Opinjoni Nru 1/2006 dwar il-proposta għar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-parteċipazzjoni ta' l-intrapriżi, iċ-ċentri tar-riċerka, u l-universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Qafas tal-Komunità Ewropea u għat-tifrix tar-riżultati tar-riċerka (2007 sa 2013) (ĠU C 203, 25.8.2006), il-paragrafu 57.
(46) It-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, l-Artikolu 173: “Fil-bidu ta' kull sena l-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar ir-riċerka u l-attivitajiet ta' żvilupp teknoloġiku, u d-disseminazzjoni tar-riżultati matul is-sena ta' qabel, u l-programm ta' xogħol għas-sena kurrenti.”
(47) Ma kien hemm l-ebda sforz sistematiku biex tinġabar dejta mill-parteċipanti wara t-tlestija tal-proġett, ħlief għal stħarriġ speċifiku fil-qafas ta' l-evalwazzjonijiet. L-użu ta' stħarriġ kien imxekkel mill-fatt li l-parteċipanti, b'differenza minn għadd ta' programmi tar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku nazzjonali (eż. il-Ġermanja), mhumiex legalment obbligati li jagħtu tali dejta analitika.
(48) Ir-Rapport Speċjali Nru 1/2004, il-paragrafu 94; l-Opinjoni Nru 1/2006, il-paragrafu 56.
(49) Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 7.33; ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2005, il-paragrafi 7.8 u 7.29; l-Opinjoni Nru 1/2006, il-paragrafi 58 sa 61.
(50) CORDIS hija l-unika database li tagħti informazzjoni dwar proposti, proġetti u riżultati li hija komuni għall-Programm Qafas kollu, tkopri bosta perijodi ta' programmar, u hija aċċessibbli minn barra l-Kummissjoni. Madankollu, dejta f'CORDIS għal proġetti individwali spiss ma tkunx aġġornata wara li tkun intgħażlet proposta. Sa u fis-Sitt Programm Qafas, il-parteċipanti tas-setturi pubbliċi u privati fil-Programmi Qafas ma kinux obbligati li jagħmlu r-riżultati tagħhom pubbliċi (Bord Konsultattiv Ewropew għar-Riċerka (EURAB), “Scientific publication: policy on open access”, Diċembru 2006).
(51) Hanne Foss Hansen, “Choosing evaluation models: A discussion on evaluation design,” Evalwazzjoni, il-Volum 11 Nru 4, 2005, p. 447-462.
(52) Sa u fis-Sitt Programm Qafas, il-parteċipanti tas-setturi pubbliċi u privati fil-Programmi Qafas ma kinux obbligati li jagħmlu r-riżultati tagħhom pubbliċi. F'Diċembru 2006, il-EURAB irrikkmanda l-garanzija ta' aċċess pubbliku b'xejn għar-riċerka ffinanzjata mill-Komunità billi wieħed jagħmel il-pubblikazzjoni mandatorja. Kien issuġġerit ukoll li l-Kummissjoni twaqqaf repositorju bbażat fuq il-web għal riżultati tal-proġetti ppubblikati (ara l-EURAB, “Scientific publication policy on open access”, Diċembru 2006).
(53) Huwa nnutat li ntużaw tali mudelli biex ibassru l-effetti mikro u makro-ekonomiċi tas-Seba' Programm Qafas ippjanat (ara l-Kummissjoni Ewropea, “Monitoring Report 2004: implementation of activities under the EC and Euratom framework and corresponding specific programmes”, Awwissu 2005, p. 23-25). Madankollu, m'hemmx provi li din l-evalwazzjoni ta' l-impatti ekonomiċi potenzjali tal-Programmi Qafas hija marbuta ma' xi pjan għal evalwazzjoni ex-post.
(54) Id-DĠ Soċjetà Informatika u Media, “IST-RTD Monitoring and Evaluation: Results and impact indicators (2003-2004)”, 2005; “Networks of innovation in information society development and deployment in Europe”, 2006.
(55) Id-DĠ Soċjetà Informatika u Media: ERAnets — “Evaluation of Networks of Collaboration among participants in IST research and their evolution to collaborations in the European Research Area” (Rapport Finali), 2005; “Evaluation of progress towards a European Research Area for information society technologies”, 2005; “Networks of innovation in information society development and deployment in Europe”, 2006.
(56) Id-DĠ Soċjetà Informatika u Media: “Framework contract for Impact Assessments for research in the field of Information Society Technologies”.
(57) EURAB, “Recommendations on Ex-Post Impact Assessment”, Lulju 2007.
(58) Il-Kummissjoni Ewropea, “Evalwazzjoni fuq Ħames Snin tal-Programmi ta' Qafas għar-Riċerka ta' l-Unjoni Ewropea, 1999-2003”. Rapport tal-Bord ta' l-Esperti Indipendenti mmexxi minn Erkki Ormala (il-15 ta' Diċembru 2004), l-Anness 1.
(59) Il-Kummissjoni Ewropea, “The impact of EC R&D policy on the European science and technology community; National impact studies synthesis final report” (1995).
(60) Il-Kummissjoni Ewropea, Tfassil ta' metodoloġija ta' studju dwar l-impatt armonizzat għall-Programmi Qafas ta' l-Unjoni Ewropea dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp, 1992.
(61) Il-Kummissjoni Ewropea, Dokument ta' ħidma tal-persunal, “Iż-Żona Ewropea tar-Riċerka: perspettivi ġodda”, SEC(2007) 412/2, l-4 ta' April 2007, it-taqsima 3.3.3, ERA u l-implikazzjonijiet għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni bbażati fuq l-evidenza, p. 93.
(62) Għandu jkun innutat li akkordji ta’ għotja għal proġetti huma ffirmati matul il-perijodu ta’ programmar, l-ewwel akkordji ġeneralment jiġu fis-seħħ fi tmiem l-ewwel sena ta’ programm. Il-perijodu ta’ żmien ta’ dawn l-akkordji huwa fil-biċċa l-kbira bejn tliet snin u ħames snin, riżultat ta’ dan wieħed jista’ jistenna li l-prodotti finali jaslu wara perijodu ta’ bejn erba’ sa sitt snin.
Sors: Il-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri.
(63) Il-Kummissjoni Ewropea, “Evalwazzjoni fuq Ħames Snin tal-Programmi ta' Qafas għar-Riċerka ta' l-Unjoni Ewropea, 1999-2003”, Rapport tal-Bord ta' l-Esperti Indipendenti mmexxi minn Erkki Ormala (il-15 ta' Diċembru 2004): It-Taqsima 6 “L-Evalwazzjoni tal-Programm ta' Qafas”, p. 19.
(64) Il-Kummissjoni Ewropea, “Evaluation Toolbox — Assessing the Socio-Economic Impact of RTD Policies”, l-hekk imsejjaħ “EPUB Toolbox” editjat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) — L-Istitut ta' l-Istudji Teknoloġiċi Prospettivi (IPTS) u Joanneum Research (Awwissu 2002), Sommarju Eżekuttiv, p. 9 u 12.
(65) Il-Kummissjoni Ewropea, Evalwazzjoni ta' l-Effettività ta' l-Istrumenti Ġodda tas-Sitt Programm ta' Qafas, il-21 ta' Ġunju 2004, Rapport ta' Panel ta' Esperti Indipendenti mmexxi mill-Professur Ramon Marimón, p. 20.
(66) Konsorzju Ewropew għall-Evalwazzjoni tal-Politika (EPEC), Technopolis Franza, Studju dwar l-użu tar-riżultati ta' evalwazzjonijiet fil-Kummissjoni:, Id-Dossier Nru 1 Rapport ta' sintesi u annessi, Mejju 2005.
(67) Il-livell ogħla ta' sodisfazzjon irrapurtat minn dawk li wieġbu mill-CREST, li spiss ikunu wkoll membri ta' Kumitati ta' Programmi, jista' jkun minħabba r-rwol formali tagħhom fil-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni ta' programmi.
(68) Il-Kummissjoni Ewropea, Dokument ta' Ħidma tal-Persunal, Reviżjoni ta' l-Evalwazzjoni Annwali 2004 — Ħarsa ġenerali lejn is-sejbiet u l-attivitajiet ta' evalwazzjoni tal-Kummissjoni, SEC(2005) 587, it-28 ta' April 2005.
(69) Il-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ Baġit, Komunikazzjoni lill-Kummissjoni mis-Sinjura Grybauskaitė bi qbil mal-President, “Inwieġbu għall-bżonnijiet strateġiċi: rinfurzar ta' l-użu ta' valutazzjoni”, SEC(2007) 213, 21 ta' Frar 2007, p. 4.
ANNESS I
KEJL TA' L-IMPATT U TAR-RIŻULTATI TA' L-INTERVENZJONI PUBBLIKA FIR-RIĊERKA U L-IŻVILUPP TEKNOLOĠIKU
Xi wħud mid-diffikultajiet metodoloġiċi ewlenija fil-kejl ta' l-impatt u tar-riżultati ta' l-intervenzjoni pubblika fir-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku huma:
|
— |
“problemi ta' attribuzzjoni”: Problemi ta' attribuzzjoni huma ċari fl-evalwazzjonijiet u fil-kejl tal-prestazzjoni. Huma marbuta mill-qrib mal-mistoqsija dwar l-“addizzjonalità”, li ssaqsi jekk bidliet ikunux seħħew xorta waħda. Id-diffikultà li wieħed jattribwixxi r-riżultati għal intervenzjoni pubblika speċifika hija influwenzata wkoll minn għadd kbir ta' fatturi esterni (bħal effetti ta' politika jew programmi oħra, bidliet fil-qafas legali, bidliet fis-soċjetà eċċ.). Barra minn hekk, fir-riċerka, il-fatt li wieħed ma jiksibx ir-riżultati mistennija jista' jkun ukoll suċċess. Kumplikazzjoni oħra hija d-diffikultà apparenti li wieħed jattribwixxi prodotti tar-riċerka, biex ma nsemmux eżiti u impatti, għal aspetti speċifiċi tal-proċess tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, jew saħansitra għal entitajiet individwali involuti f'attività tar-riċerka. |
|
— |
“Problemi ta' kejl”:
|
|
— |
“Problemi ta' twaqqit”: Xkiel ieħor huwa d-differenza konsiderevoli fiż-żmien bejn l-attività ta' riċerka u l-ġenerazzjoni ta' prodotti u eżiti, sabiex l-impatt jista' jkun evalwat. Id-dejta trid tinġabar fuq perijodu ta' żmien twil sabiex ikunu jistgħu jinkisbu konklużjonijiet sinifikanti u robusti. Tali skali ta' żmien għall-evalwazzjoni spiss mhumiex konsistenti ma' l-aspettattivi u l-ħtiġijiet ta' min jagħmel il-politika, u għandha ssir korrelazzjoni bejn it-twassil bikri tat-tiswir ta' politika u l-konċessjoni ta' ħin adegwat biex joħorġu l-effetti. |
|
— |
“Il-fallaċja ta' proġett”: l-evalwazzjoni ta' eżiti u ta' impatti ta' proġetti individiwali fi ħdan programm trid tieħu kont tad-dilemma li r-riżultati teknoloġiċi u xjentifiċi s-soltu nkisbu bl-użu ta' xogħol preċedenti. B'mod simili, qabel ma jseħħ il-pubblikazzjoni u l-isfruttar tar-riżultati xjentifiċi, ir-riżultati tal-proġett jistgħu jintużaw għal xogħol ieħor mill-parteċipant. Għalhekk, proġett fih innifsu mhux bilfors il-qafas ta' evalwazzjoni xieraq, b'mod partikolari għal eżiti u impatti fuq terminu ta' żmien itwal. |
|
— |
“Kredibbiltà, integrità u indipendenza”: Il-kwalità ta' evalwazzjoni tiddependi l-parti l-kbira fuq il-livell ta' impenn li l-evalwaturi jkollhom lejn is-suġġett, li tinvolvi korrelazzjoni bejn il-fehma u l-kompetenza minn banda waħda, u l-indipendenza u l-oġġettività mill-banda l-oħra. Tiddependi wkoll mis-suppożizzjonijiet u l-interessi ta' min jagħmel il-politika u mir-raġunijiet u l-iskopijiet ta' l-evalwazzjoni. |
ANNESS II
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-MONITORAĠĠ U L-EVALWAZZJONI F'DEĊIŻJONIJIET LEĠIŻLATTIVI GĦAR-RABA' PROGRAMM QAFAS SAS-SEBA' PROGRAMM QAFAS
|
FP 4 (1995 sa 1998) (1) |
FP 5 (1999 sa 2002) (2) |
FP 6 (2003 sa 2006) (3) |
FP 7 (2007 sa 2013) (4) |
||||||||||
|
Deċiżjoni dwar il-programm qafas — il-Kunsill u l-Parlament Ewropew |
|||||||||||||
|
Id-Deċiżjoni Nru 1110/1994/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' April 1994 rigward ir-raba' programm qafas (1994 sa 1998) fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni: L-Artikolu 4 |
Id-Deċiżjoni Nru 182/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 1998 dwar il-ħames programm qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (1998 sa 2002): L-Artikoli 5 u 6 |
Id-Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 dwar is-sitt programm qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni, li jikkontribwixxu għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u għall-innovazzjoni (2002 sa 2006): premessa (20), l-Artikoli 4 u 6, l-Anness III |
Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-seba' programm qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007 sa 2013): l-Artikolu 7 |
||||||||||
|
Monitoraġġ |
|||||||||||||
|
|
|
|
||||||||||
|
|
|
|
|
||||||||||
|
|
|
|
|
||||||||||
|
L-Artikolu 173 — Rapport annwali |
|||||||||||||
|
|
|
|
|
||||||||||
|
Evalwazzjoni interim |
|||||||||||||
|
|
|
|
|
||||||||||
|
|
|
|
|
||||||||||
|
|
|
|
|
||||||||||
|
Evalwazzjoni fuq perijodu ta' ħames snin (5YA) |
|||||||||||||
|
|
|
|
||||||||||
|
|
|
|
||||||||||
|
Evalwazzjoni finali |
|||||||||||||
|
[ara d-Deċiżjoni Speċifika dwar Programm] |
|
|
|
||||||||||
|
Esperti indipendenti |
|||||||||||||
|
|
|
|
|
||||||||||
|
Eżempju ta' Deċiżjoni speċifika dwar programm — il-Kunsill |
|||||||||||||
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/801/KE tat-23 ta' Novembru 1994: L-Artikolu 4 |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/168/KE tal-25 ta' Jannar 1999: l-Artikolu 4 u 6 |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/834/KE u 2002(835)/KE tat-30 ta' Settembru 2002 — l-Artikolu 8 |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku “Koperazzjoni”: L-Artikolu 8 |
||||||||||
|
Monitoraġġ |
|||||||||||||
|
|
|
|
||||||||||
|
L-Artikolu 173 — Rapport annwali |
|||||||||||||
|
|
|
|
|
||||||||||
|
Evalwazzjoni fuq perijodu ta' ħames snin (5YA) |
|||||||||||||
|
|
|
|
||||||||||
|
Evalwazzjoni finali |
|||||||||||||
|
|
|
|
||||||||||
|
Esperti indipendenti |
|||||||||||||
|
|
|
|
|
||||||||||
|
Informazzjoni bażika dwar l-istruttura tal-Programm Qafas |
|||||||||||||
|
|
|
|
||||||||||
|
|
|
|
||||||||||
|
|
|
|
||||||||||
(1) FP4: It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjonijiet (Teknoloġiji u Servizzi tal-Komunikazzjonijiet Avvanzati (ACTS); Teknoloġiji ta' l-Informatika (ESPRIT); Applikazzjonijiet Telematiċi); it-Teknoloġiji Industrijali (it-Teknoloġiji Industrijali u tal-Materjali (BRITE/EURAM); Standards, Kejl u Ttestjar (SMT)); l-Ambjent (l-Ambjent u l-Klima, ix-Xjenzi u t-Teknoloġiji Marini (MAST III)); ix-Xjenzi u t-Teknoloġiji tal-Ħajja (Bijoteknoloġija BIOTECH 2), il-Bijomedeċina u s-Saħħa (BIOMED 2), l-Agrikoltura u s-Sajd (FAIR), Aspetti Etiċi, Legali u Soċjali (ELSA)); l-Enerġija (Riċerka u Żvilupp (JOULE), Wiri (THERMIE)); it-Trasport (Programm tar-Riċerka tat-Trasport), ir-Riċerka Soċjo-Ekonomika Mmirata (ir-Riċerka Soċjo-Ekonomika Mmirata (TSER), Netwerk Ewropew ta' l-Evalwazzjoni tat-Teknoloġija (ETAN)); Koperazzjoni ma' Pajjiżi Terzi u ma' Organizzazzjonijiet Internazzjonali (Koperazzjoni Internazzjonali (INCO)); Tixrid u Sfruttar ta' Riżultati (Programm ta' Innovazzjoni); Stimulazzjoni tar-riċerkaturi tat-taħriġ u l-mobbiltà (Taħriġ u Mobbiltà tar-Riċerkaturi (TMR), Assoċjazzjoni tal-Fellowship Marie Curie).
(2) FP5: 4 Programmi Tematiċi (Kwalità ta' Ħajja u amministrazzjoni tar-riżorsi ħajjin (Kwalità ta' Ħajja); Soċjetà Informatika faċli għall-utenti (IST), Tkabbir kompetittiv u sostenibbli (GROWTH), L-Enerġija, l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli (EESD)); 3 Programmi Orizzontali (il-Konferma tar-rwol internazzjonali tar-riċerka Komunitarja (INCO 2), Promozzjoni ta' l-innovazzjoni u l-istimolu tal-parteċipazzjoni ta' l-SME (Innovazzjoni/SMEs), Titjib tal-potenzjal tar-riċerka umana u l-bażi tat-tagħrif soċjo-ekonomiku (Titjib)).
(3) FP6:“L-Iffukar u l-integrazzjoni tar-riċerka tal-Komunità”.
|
— |
7 prijoritajiet tematiċi li jirrappreżentaw 10 programmi: Xjenzi tal-ħajja, Il-ġenomiċi u l-bioteknoloġija għas-saħħa (inkl. il-ġenomiċi avvanzati u l-applikazzjoni tagħhom għas-saħħa, Il-ġlieda kontra l-mard ewlieni), Teknoloġiji tas-soċjetà ta' l-informazzjoni, Nanoteknoloġiji u nanoxjenzi, materjali multifunzjonali bbażati fuq it-tagħrif u l-proċessi u l-apparti ġodda tal-produzzjoni, L-Ajrunawtika u l-ispazju, Il-kwalità u s-sigurtà ta' l-ikel, Żvilupp sostenibbli, it-tibdil globali u l-ekosistemi (inkl. Sistemi ta' l-eneġija sostenibbli, Trasport sostenibbli ta' fuq l-art, It-tibdil globali u l-ekosistemi), Iċ-ċittadini u l-governanza f'soċjetà bbażata fuq it-tagħrif, |
|
— |
attivitajiet ta' riċerka transversali li jkopru firxa aktar wiesgħa ta' riċerka li tirrappreżenta 4 programmi: Appoġġ ta' l-istrateġija u l-antiċipazzjoni tal-ħtiġiet xjentifiċi u teknoloġiċi, Attivitajiet ta' riċerka oriżżontali li tinvolvi lill-SMEs, Miżuri speċifiċi b'appoġġ tal-koperazzjoni internazzjonali; Attivitajiet mhux-nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka; “L-istrutturar taż-Żona tar-Riċerka Ewropea” li tirrappreżenta 4 programmi: Riċerka u innovazzjoni, Riżorsi umani, Infrastruttura tar-riċerka, Ix-xjenza u s-soċjetà “It-Tisħiħ u l-pedamenti taż-Żona tar-Riċerka Ewropea” li tirrappreżenta 2 programmi: L-appoġġ għall-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet, L-appoġġ għal żvilupp koerenti ta' l-istrateġiji. |
(4) FP7: programm speċifiku “Koperazzjoni” li tirrapreżenta 10 sub-programmi (is-Saħħa; l-Ikel, l-Agrikoltura u l-Bijoteknoloġija; It-Teknoloġija tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni; In-Nanoxjenza, In-Nanoteknoloġija, Il-Materjali u Teknoloġiji tal-Produzzjoni ġodda; L-Enerġija; L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima); It-Trasport (inkluża l-Ajrunawtika); Ix-Xjenza Soċjo-ekonomika u l-Istudji Umanistiċi; Is-Sigurtà; l-Ispazju), programm speċifiku “Ideat” li jirrapreżenta sub-programm wieħed (Kunsill Ewropew ta’ Riċerka), programm speċifiku “Nies” li jirrapreżenta 5 sub-programmi (Taħriġ inizjali; Taħriġ tul il-ħajja; Industrija-akkademja; Id-dimensjoni internazzjonali; Azzjonijiet speċifiċi), programm speċifiku “Kapaċitajiet” li jirrapreżenta 8 sub-programmi (L-Infrastrutturi ta’ riċerka, Ir-riċerka għall-benefiċċju ta' l-SMEs; Reġjuni ta’ tagħrif; Il-potenzjal tar-riċerka; Ix-xjenza fis-soċjetà; L-iżvilupp koerenti tal-politika tar-riċerka; Il-koperazzjoni internazzjonali; Attivitajiet mhux nukleari tal-JRC).
ANNESS III
DIFFERENZI EWLENIN FL-EVALWAZZJONI EX-POST TA' PROGRAMMI TAR-RIĊERKA BEJN L-UE (FP4 — FP6), L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA U L-KANADA
|
|
UE (FP4 — FP6) |
l-Istati Uniti ta' l-amerika |
Il-Kanada |
|
Kwistjonijiet sistemiċi |
|||
|
Loġika ta' intervenzjoni |
mhix espliċita |
il-biċċa l-kbira fis-seħħ, meħtieġa b'mod impliċitu mill-PART (1) |
meħtieġa mill-RMAF (2) bħala parti minn proposta ta' programm |
|
Strateġija ta' evalwazzjoni |
mhix komprensiva |
meħtieġa mill-PART (1) |
meħtieġa mill-RMAF (2) bħala parti minn proposta ta' programm |
|
Speċifikazzjoni ta' riżultati mistennija |
le |
meħtieġa mill-PART (1) (inkluż l-użu ta' indikaturi kwantifikabbli) |
meħtieġa mill-RMAF (2) bħala parti minn proposta ta' programm |
|
Mistoqsijiet dwar l-evalwazzjoni mill- |
Kummissjoni bħala amministratur tal-programm |
aġenzija bħala amministratur tal-programm (evalwata fi ħdan qafas OMB) |
aġenzija bħala amministratur ta' programm (evalwata fi ħdan qafas TBS) |
|
Kwistjonijiet organizzattivi |
|||
|
Fażi ta' tfassil |
matul il-perijodu ta' programmar |
matul il-perijodu ta' programmar |
lesta qabel ma jibda l-programm |
|
L-użu ta' panels |
Panels ad hoc għal eżerċizzji ta' evalwazzjoni speċifiċi |
Skond l-aġenzija/programm |
Panels permanenti bħala kumitati permanenti |
|
Perjodiċità |
dati fissi (marbuta mal-perijodu ta' programmar, li jkopri l-5 snin ta' qabel) |
ċiklu ta' bejn sentejn u tlieta (marbut ma' l-approvazzjoni tal-baġit) |
wara t-tiġdid tal-programm |
(1) Programme Assessment Rating Tool (PART) sa mill-2002: ara l-Uffiċċju tal-Ġestjoni u tal-Baġit (OMB), l-Uffiċċju Eżekuttiv tal-President, l-Istati Uniti ta' l-Amerika.
(2) Results-based Management and Accountability Framework (RMAF): ara l-Bord tat-Teżor tas-Segretarjat tal-Kanada (TBS).
ANNESS IV
STRUTTURA POSSIBBLI TAL-PANEL GĦAS-SEBA' PROGRAMM QAFAS
IR-RISPOSTI TAL-KUMMISSJONI
|
I. |
Il-Programmi Qafas RTD tal-Komunità (Community RTD Framework Programmes) (FPs) żviluppaw matul l-aħħar għexieren ta’ snin f’sistema ta’ mekkaniżmi ta’ sostenn ferm mifruxa iżda koerenti għar-riċerkaturi fis-27 Stat Membru ta’ l-UE, fil-pajjiżi assoċjati u lilhinn minnhom. Illum l-FPs huma l-akbar sistema pubblika multinazzjonali mad-dinja kollha li tiffinanzja r-riċerka. Fil-preżent l-FP tirrappreżenta 5 % ta’ finanzjament pubbliku totali ta’ l-UE għar-riċerka. F’termini tal-parteċipazzjoni finanzjarja annwali tal-Komunità l-FP7 ser tkun madwar 60 % akbar minn ta’ FP6. Il-valutazzjoni ta’ skema unika bħal din hi sfida partikolari għal dawk kollha involuti. L-arranġamenti għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ għaddew minn tibdiliet sinifikanti matul is-snin riċenti, l-aktar riċenti bit-tnedija tal-FP7 fl-2007. Is-sistema ta’ valutazzjoni u monitoraġġ li qed tħaddem il-Kummissjoni hi bbażata fuq ir-responsabbiltà direttta tas-servizzi li jimplimentaw tal-Kummissjoni. Huwa hawn li l-ogħla livell ta’ kapaċità teknika huwa disponibbli. Il-valutazzjonijiet fuq il-livell tal-Programmi Qafas qed isiru permezz ta’ sforzi kkoordinati fid-Direttorati Ġenerali (DGs) kollha. |
|
IV. |
Il-Kummissjoni tilqa’ l-kummenti tal-Qorti li d-DGs li jimplimetaw l-FPs (“Direttorati Ġenerali għar-riċerka”) kienu konformi mar-rekwiżiti tal-Kummissjoni, li jinkludu dawk speċifikati fil-Komunikazzjonijiet dwar il-valutazzjoni tas-sena 2000 u ta’ l-2002. Ġew introdotti tibdiliet sinifikanti għall-valutazzjoni tal-FP, inkluż risrutturar kbir għall-FP7. Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li
|
|
V. |
Minħabba r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti, il-Kummissjoni
|
|
1-13. |
Il-Programmi Qafas RTD tal-Komunità (FPs) żviluppaw matul l-aħħar għexieren ta’ snin f’sistema ta’ mekkaniżmi ta’ sostenn mifruxa ħafna iżda koerenti għar-riċerkaturi fis-27 Stat Membru, fil-pajjiżi assoċjati u lilhinn minnhom. Illum l-FPs huma l-akbar sistema multinazzjonali ta’ finanzjament għar-riċerka mifruxa mad-dinja kollha (ara l-paragrafu 6 tat-test tal-Qorti). F’termini tal-parteċipazzjoni finanzjarja annwali tal-Komunità l-FP7 ser tkun madwar 60 % akbar minn ta’ FP6. (ara ċ-ċifra 1 tat-test tal-Qorti). Il-valutazzjoni ta’ skema unika bħal din hi sfida partikolari għal dawk kollha involuti. Il-modalitajiet tal-valutazzjoni għaddew minn tibdiliet sinifikanti matul is-snin riċenti (ara ċ-ċifra 2 tat-test tal-Qorti), l-aktar riċenti bit-tnedija ta’ l-FP7 fl-2007 (pereżempju ara t-tweġibiet għall-paragrafi 23, 30, 41, 46, 72, 76-78, 93). |
|
14. |
Id-DIRETTORAT ĠENERALI li jimplimentaw l-RTD FPs (“Direttorati Ġenerali għar-riċerka”) kienu formalment konformi mal-ħtiġiet tal-Kummissjoni għall-valutazzjoni, inklużi dawk speċifikati mill-Komunikazzjonijiet tas-sena 2000 u ta’ l-2002 dwar il-valutazzjoni (ara l-paragrafu 54 tat-test tal-Qorti). |
|
22. |
Il-Kummissjoni taqbel ma’ l-importanza ta’ loġika b’saħħitha ta’ intervent għat-tfassil tal-programm u taqbel ma’ l-opinjoni li l-mandat speċifikat fl-Artikolu 163 tat-Trattat hu element prinċipali f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, il-kontribuzzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ l-RTD iffinanzjati mill-Kummissjoni għall-politiki u għanijiet oħra tal-Komunità hi ta’ importanza kbira. Riċentement, kienet ippreżentata fid-dettal l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar i-rwol ta’ l-investiment ta’ l-RTD ta’ l-UE kemm fl-istrateġiji ta’ “Liżbona” u kemm dik dwar l-“Iżvilupp Sostenibbli” (1). |
|
23. |
L-FPs minn dejjem kienu bbażati fuq loġika b’saħħitha ta’ intervent. Fl-FP7 dan jidher aktar espliċitu (2), li ser ikompli jsaħħaħ is-sistema ta’ valutazzjoni u monitoraġġ tal-Kummissjoni. |
|
25. |
Numru ta’ pajjiżi inklużi wħud mill-Istati Membri qed jiżviluppaw dan l-approċċ, iżda dan ma jfissirx li hu approċċ uniformi. It-tagħlimiet mill-Istati Uniti u l-Kanada jistgħu jkunu anqas trasferibbli minn Stati membri ta’ l-UE. |
|
26. |
Il-Kummissjoni tikkonsidra li kellha sistema effettiva ta’ valutazzjoni u monitoraġġ matul il-perjodu vverifikat mill-Qorti (ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 23). |
|
28. |
B’mod partikolari, minħabba l-inċertezzi dwar ir-riċerka, hi sfida li jkun zgurat li l-għanijiet kollha jimxu id f’id mad-definizzjonijiet stretti tal-kriterji tas-SMART. Il-programmi kollha ta’ ħidma taħt l-FP7 fihom dikjarazzjonijiet mistennija ta’ impatt, li jikkorrispondu ma’ l-għanijiet, ir-raġunijiet u l-attivitajiet stabbiliti fil-Programmi Speċifiċi. |
|
29. |
Ingħatat attenzjoni akbar għall-kisbiet f’terminu ta’ żmien qasir matul il-perjodu verifikat mill-Qorti; Hemm lok għal aktar analiżi għat-tul ta’ żmien. |
|
30. |
Fuq il-livell ta’ FP sistema ta’ monitoraġġ qed tkun preżentement żviluppata mill-Kummissjoni għall-FP7 li għandha l-għan li tipprovdi użu aktar koerenti u sistematiku ta’ l-indikaturi ta’ prestazzjoni. Diversi inizzjattivi separati għall-iżvilupp ta’ indikaturi ta’ prestazzjoni għadhom ukoll għaddejjin fi ħdan is-servizzi differenti li jimplimentaw l-FP7. |
|
34. |
Il-Kummissjoni hi diġà kommessa li tiżgura kjarezza akbar fil-loġika ta’ programm ta’ intervent, li tibni fuq l-avvanzi li huma inklużi fil-leġiżlazzjoni ta’ l-FP7 u l-Valutazzjoni fuq l-Impatt u ser tikkonsidra r-rakkomandazzjoni tal-Qorti għall-proposti leġiżlattivi tal-futur. |
|
35. |
Il-Kummissjoni tilqa’ r-rakkomandazzjoni tal-Qorti biex tiċċara aktar l-għanijiet tal-programm FP7, u, ser taħdem biex tilħaq dan l-għan fil-limiti ta’ l-atti bażiċi rilevanti adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. |
|
36-37. |
Il-Kummissjoni tilqa’ r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u qed tieħu l-inizzjattivi għal żvilupp akbar tal-kejl tal-prestazzjoni u għall-modifika tan-nomenklatura ta’ l-ABM/ABB. |
|
38-39. |
Il-Kummissjoni tikkonsidra li l-istrateġija tal-valutazzjoni tagħha għall-FPs għandha tistabbilixxi prinċipji komuni għall-organizzazzjoni u l-iżvilupp tal-valutazzjoni u l-monitoraġġ ta’ l-FP. L-istrateġija għandha tipprovdi dikjarazzjoni ta’ skop, tiddefinixxi l-elementi prinċipali tas-sistema inklużi l-eżerċizzji prinċipali u telabora viżjoni għall-futur. Din għandha tibqa’ tiffoka fuq il-livell strateġiku minħabba s-sistema diċentralizzata tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni għall-FPs. |
|
41. |
L-elementi strateġiċi prinċipali ta’ l-approċċ tal-Kummissjoni għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ kienu definiti fl-atti bażiċi suċċessivi għall-FPs sa min-nofs is-snin 90 (ara l-Anness II). Minn mindu fl-1996 il-Kummissjoni adottat l-aħħar Komunikazzjoni tagħha dwar il-valutazzjoni tar-riċerka, seħħ proċess ta’rfinar kostanti ta’ l-approċċ tal-Kummissjoni għall-valutazzjoni ta’ l-FP, u saru tibdiliet sinifikanti għall-eċerċizzju tal-valutazzjoni (ara ċ-ċifra 2 tat-test tal-Qorti). Għall-perjodu kurrenti ta’ ipprogrammar, l-istrateġija ppjanata tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni hi stabbilita b’mod aktar espliċitu fil-Valutazzjoni ta’ l-Impatt ta’ l-FP7 ex ante (SEC(2005) 430). Din tkopri t-tfassil tas-sistema ta’ valutazzjoni, kif se tiġi implimentata u skeda dettaljata tal-valutazzjonijiet ippjanati fuq il-livell FP. Hu meħtieġ aktar xogħol biex din l-istrateġija tissarraf fi pjanijiet speċifiċi u għal dan l-iskop l-Kummissjoni ser tuża’ strutturi speċifiċi ta’ koordinazzjoni għal dan l-iskop. |
|
43. |
Filwaqt li tirrikonoxxi l-osservazzjonijiet tal-Qorti, il-Kummissjoni tinnota li s-sitwazzjoni fl-Istati Uniti u l-Kanada hi konsiderevolment aktar sottili milli tista’ tkun ippreżentata minn strateġiji uniċi ta’ valutazzjoni. |
|
44. |
Id-differenzi fl-użu u fl-approċċ għall-valutazzjoni ta’ l-FP jirriflettu s-sistema diċentralizzata tal-Kummissjoni, li tgħaqqad il-valutazzjoni mat-teħid tad-deċiżjonijiet. |
|
46. |
Minħabba l-organizzazzjoni diċentralizzata tal-Kummissjoni, il-kwistjoni tal-livell xieraq għall-attività tal-valutazzjoni hemm bżonn li tkun indirizzata mis-servizzi operattivi inkarigati (ara wkoll it-tweġibiet għall-paragrafi 41 u 49).
|
|
47. |
Il-Valutazzjoni għal Ħames Snin ta’ l-2004 ipprovdiet valutazzjoni kkoordinata, komprensiva u fil-ħin fuq il-livell globali tal-FP, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju. Din twettqet minn esperti esterni distinti bir-riżultati jinxterdu b’mod wiesa’. |
|
48. |
Ara t-tweġibiet għall-paragrafi 41 u 46. |
|
49. |
Għall-perjodu kurrenti ta’ ipprogrammar, l-istrateġija ppjanata tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni hi stabbiliti b’mod aktar espliċitu fil-Valutazzjoni ex ante ta’ l-Impatt ta’ l-FP7 (SEC(2005) 430). Din tkopri t-tfassil tas-sistema ta’ valutazzjoni, kif set tiġi implimentata u skeda dettaljata tal-valutazzjonijiet ippjanati fuq il-livell FP. Il-Kummissjoni taċċetta li jeħtieġ isir aktar xogħol biex din l-istrateġija tissarraf fi pjanijiet speċifiċi u għal dan l-iskop il-Kummissjoni ser tuża’ strutturi speċifiċi ta’ koordinazzjoni. Madanakollu, il-Kummissjoni tikkonsidra li livell minimu ta’ valutazzjoni dettaljata ma tistax tkun stabbilita dejjem minħabba l-ħtieġa biex tinżamm il-flessibiltà għal ġestjoni biex tiddetermina l-ħtiġiet xierqa ta’ valutazzjoni. |
|
51. |
L-FPs huma implimentati b’mod konġunt mid-“Direttorati Ġenerali għar-riċerka”, li jaġixxu b’mod independenti u jikkooperaw fejn ikun meħtieġ. |
|
52. |
EuropeAid għandha responsabbiltajiet operattivi u ta’ ġestjoni li hi twettaq b’kollaborazzjoni ma’ delegazzjonijiet tal-Kummissjoni u mal-korpi li jimplimentaw fil-pajjiżi terzi. Dan jagħmilha diffiċli biex tikkonsidra din il-parti tal-Kummissjoni bħala eżempju peress li mhux komparabbli mas-sistema diċentralizzata tar-resposabbiltajiet u r-rwoli fil-qasam tar-riċerka. |
|
53. |
In-“netwerk intern tal-valutazzjoni RTD” tal-Kummissjoni jipprovdi mezzi informali għall-iżvilupp ta’ strateġija ta’ valutazzjoni u għal koordinament ta’ l-eżerċizzji ta’ valutazzjoni fuq il-livell ta’ l-FP. Dan il-mekkaniżmu flessibbli wera li kien ferm utli. |
|
55. |
Ir-reviżjoni riċenti ta’ l-istandards interni ta’ kontroll tal-Kummissjoni, adottati fis-16 ta’ Ottubru 2007 (SEC(2007) 1341) jinkludu l-21 standard ta’ valutazzjoni u l-konformità ma’ dawn l-istandards għaldaqstant ser ikunu inklużi fl-ambitu tar-rapport annwali ta’ attività tad-DirettoratĠenerali. Is-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni, u d-DIRETTORAT ĠENERALI għall-Baġit b’mod partikolari, jippartiċipaw b’mod attiv fl-istadji differenti relatati mal-proċess ta’ valutazzjoni. L-attivitajiet tal-valutazzjoni tas-servizzi jistgħu jkunu soġġetti għall-verifika permezz ta’ verifika interna u tas-servizz intern tal-verifika. Fil-futur, il-valutazzjoni tar-rekwiżiti minimi tal-kwalità ser tuża l-“Quality Assessment Framework” tal-Kummissjoni li kienet żviluppata riċentement (3). Mill-2007, il-kontroll tal-kwalità għal valutazzjoni prospettiva fuq l-impatt kienet mgħejjuna mill-“Bord tal Valutazzjoni fuq l-Impatt”. |
|
56. |
Il-paragun ipprovdut fl-Anness III ikopri l-perjodu verifikat mill-Qorti. Għalhekk, mhux ikkunsidrat it-titjib sinifikanti taħt l-FP7, l-aktar fir-rigward ta’ l-istateġija ġdida ta’ valutazzjoni, loġika aktar espliċita ta’ intervent u dikjarazzjonijiet ċari tar-riżultati mistennija fil-programmi ta’ ħidma. Il-Qorti tissottolinja ċerti Stati Membri fejn ir-responsabbiltà għal valutazzjoni u finanzjament huma separati. Bl-istess mod, jeżistu eżempji oħrajn (bħalma hu r-Renju Unit) fejn il-valutazzjoni hi parti mill-ġestjoni tal-programm (bħal fil-każ tal-Kummissjoni). Dwar il-kwistjoni ewlenija ta’ l-indipendenza, il-verifika tal-Qorti wriet li l-partijiet interessati esterni huma sodisfatti bil-ħidma tal-Kummissjoni fuq dan il-punt (ara l-paragrafu 58 u ċ-ċifra 4 tat-test tal-Qorti). |
|
59. |
|
|
62. |
Il-Kummissjoni tirrakkomanda li bħala medja għandha tkun allokata għal valutazzjoni l-mira ta’ 0.5 % ta’ baġit ta’ programm. Ir-riżorsi li huma fil-fatt allokati jiddependu ħafna min-natura tal-programm. |
|
66. |
Filwaqt li ma tikkunsidrax li hu neċessarju li jitwaqqaf uffiċju konġunt għall-valutazzjoni, il-Kummissjoni taqbel li tikkunsidra għażliet oħrajn biex tittejjeb il-koordinazzjoni. Ir-rabta bejn il-valutazzjoni u l-ġestjoni tat-teħid tad-deċiżjonijiet tista’ tintlaħaq minn funzjonijiet ta’ valutazzjoni li jinsabu f’kull DIRETTORAT ĠENERALI u billi tingħata spinta ġdida lin-“netwerk intern ta’ valutazzjoni RTD” eżistenti tal-Kummissjoni bis-sostenn tas-servizzi ċentrali. Dan hu konformi wkoll mal-proċessi leġiżlattivi u baġitarji, kif rikjest mir-Regolament Finanzjarju, mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-2007 dwar il-valutazzjoni u mill-proċeduri fil-kuntest ta’ l-ABM. |
|
67. |
Il-Kummissjoni taqbel li l-panels jista’ jkollhom rwol importanti fil-valutazzjoni. Filwaqt li taqbel ukoll li l-panels għandhom jitlaqqgħu fl-aktar mument kmieni possibbli biex isostnu valutazzjoni speċifika, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li hu xieraq li tistabbilixxi standing panels matul il-perjodu ta’ l-ipprogrammar. Panel iddedikat, li jitlaqqa’ għall-skopijiet speċifiċi, aktarx li jkun ta’ aktar benefiċċju f’termini ta’ kjarezza u ffokar. |
|
68. |
Il-Kummissjoni ser tivvaluta bir-reqqa l-ħtiġiet għar-riżorsi biex tagħmel il-valutazzjoni għall-FPs fis-snin li ġejjin. |
|
70-71. |
Il-gwida tad-Direttorat Ġenerali tal-Baġit (4) qed tipprovdi gwida metodoloġika, li tinkludi l-għodod u l-glossarju tat-termini u dawn is-servizzi, inklużi d-“DIRETTORAT ĠENERALIs għar-riċerka” bħalissa qed ikunu aġġornati. Barra minn hekk, gwida ta’ valutazzjoni speċifika fl-2002 kienet żviluppata mid-DIRETTORAT ĠENERALI għall-Intrapriżi li jkopru l-attivitajiet kollha li għalihom id-DIRETTORAT ĠENERALI hu responsabbli, inklużi l-FPs. Ser jiġu kkunsidrati aktar inizzjattivi ta’ sostenn għat-tnedija mill-ġdid tan-“Netwerk Ewropew ta’ Valutazzjoni RTD” (li jikkonsisti minn esperti mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati) u min-“Netwerk intern tal-Valutazzjoni RTD” tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ser tkompli tagħti sostenn għal studji indipendenti ta’ metododoloġija ta’ valutazzjoni u workshops. |
|
72. |
Il-Kummissjoni taqbel li l-proċess għall-ġbir ta’ rutina tad-data minn proġetti kien biss parzjalment effettiv. Il-proċeduri ta’ rappurtaġġ tal-proġetti kienu riveduti taħt l-FP6, u ser ikomplu jittejbu għall-FP7 (eż. rappurtaġġ perjodiku ser ikun simplifikat; il-kwestjonarji interim tneħħew; ir-rapportaġġ finali ser isir aktar utli, l-aktar fir-rigward tal-ġbir tad-data għall-implimentazzjoni tal-proġetti u r-riżultati). |
|
74. |
Id-“Direttorati Ġenerali għar-riċerka” bħalissa qed jiżviluppaw sistema ġdida ta’ l-IT għall-FP7 bl-appoġġ tad-Direttorat Ġenerali għall-informatika. Dan l-appoġġ imtejjeb għall-IT hu maħsub biex jipprovdi bażi aktar b’saħħitha għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ. |
|
76-78. |
Is-sorsi tad-data ta’ valutazzjoni kien biss parzjalment effettiv matul il-perjodu kopert mill-verifika. Il-Kummissjoni qed tintroduċi titjib taħt l-FP7 (ara t-tweġiba għall-paragrafu 72). |
|
79. |
Il-Kummissjoni għandha l-għan li tinkoraġġixxi l-kwalitajiet ta’ studji kwantitattivi proposti mill-Qorti. |
|
81. |
Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, riċentement saru ħafna valutazzjonijiet metodoloġiċi aktar interessanti (ara l-paragrafu 84) u għandha ssir distinzjoni bejn il-valutazzjonijiet fuq skala kbira u eżerċizzji aktar ta’ rutina. |
|
82. |
B’mod ġenerali, il-Kummissjoni taċċetta li xogħol ta’ valutazzjoni ta attenzjoni akbar għas-suċċessi f’terminu ta’ żmien qasir u taqbel li hemm lok għal aktar analiżi fir-rigward tar-riżultati u l-impatti. Madanakollu, dan l-approċċ jeħtieġ perspettivi ta’ żmien itwal u għalhekk il-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni jistgħu tipikament jitqabblu ma’ xogħol ieħor li sar fi bnadi oħra. |
|
83. |
Il-Kummissjoni tfittex li tirrispetta l-indipendenza ta’ l-esperti tal-valutazzjoni, speċjalment l-għażla tal-metodoloġiji xierqa. Għall-valutazzjoni ex post li jmiss ta’ l-FP6 fl-2008 hu propost li jsiru studji dwar l-addizzjonalità ta’ kif titmexxa l-analiżi tan-netwerk u l-użu ta’ approċċi xjentometriċi. |
|
84. |
Meta-analiżi ta’ l-istudji ta’ valutazzjoni preċedenti saru minn espert indipendenti għall-Valutazzjoni ta’ Ħames Snin ta’ l-2004 (1999-2003) (5).
|
|
85. |
Il-Kummissjoni taqbel li hemm aktar ħtieġa li jkunu żviluppati strateġiji ta’ metodoloġija ġdida biex tkun indirizzata n-natura li qed tinbidel ta’ l-FPs. Dawn l-iżviluppi metodoloġiċi huma, u ser ikomplu jkunu sostnuti mill-Kummissjoni. |
|
86. |
Peress li l-mistoqsijiet elenkati fit-Terminu ta’ Referenza għall-Valutazzjoni ta’ Ħames Snin ta’ l-2004 (1999-2003) kienu biss indikattivi, il-panel kien liberu li jagħżel l-oqsma li fihom kellu jiffoka u li jiddetermina l-modalitajiet tal-ħidma tiegħu. Il-membri tal-panel ikkumentaw dwar il-livell ferm għoli ta’ l-eżerċizzju (7). |
|
87. |
Il-natura proprja tal-programm ta’ riċerka, li jittratta dwar l-inċertezza, tfisser li hemm limiti safejn jistgħu jiġu speċifikati l-għanijiet kwantifikabbli. |
|
90. |
Fl-2007, il-Kummissjoni nediet mill-ġdid in-“Netwerk Ewropew tal-Valutazzjoni RTD”, li kien jikkonsisti minn uffiċjali u esperti fil-valutazzjoni ta’ l-Istati Membri, li qed tippjana li tuża’ biex tippromwovi aktar koerenza fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni tar-riċerka fl-UE, l-aktar fir-rigward ta’ l-istudji fuq l-impatt fuq livell ta’ Stat membru. |
|
91. |
Il-Kummissjoni ser tikkonsidra l-possibiltà ta’ manwal ġdid dwar il-valutazzjoni ta’ l-FP, billi tikkunsidra eżempji li kienu prodotti riċentement (8). |
|
92. |
Il-proċeduri ta’ rappurtaġġ tal-proġetti kienu riveduti taħt l-FP6, u ser ikomplu jittejbu għall-FP7 (ara t-tweġiba għall-paragrafu 72). |
|
93. |
Fuq il-livell ta’ FP sistema ta’ monitoraġġ qed tkun preżentement żviluppata mill-Kummissjoni għall-FP7 li għandha l-għan li tipprovdi użu aktar koerenti u sistematiku ta’ l-indikaturi ta’ prestazzjoni (ara t-tweġiba għall-paragrafu 30). Id-“Direttorati Ġenerali għar-riċerka” bħalissa qed jiżviluppaw sistema ġdida ta’ l-IT għall-FP7 bl-appoġġ tad-DIRETTORAT ĠENERALI għall-informatika. Dan l-appoġġ imtejjeb għall-IT hu maħsub biex jipprovdi bażi aktar b’saħħitha għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ. |
|
94. |
Il-Kummissjoni ukoll turi t-tħassib tal-Qorti fir-rigward tal-problema dwar il-piż tar-rappurtaġġ u kkunsidrat dan b’mod speċifiku meta speċifikat il-ħtiġiet tar-rapportaġġ fħall-FP7 (ara t-tweġiba għall-paragrafu 72). |
|
95. |
Bħalissa il-Kummissjoni qed tagħmel sforzi biex tisfrutta s-sorsi eżistenti u dawk ġodda tad-data għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ (ara t-tweġiba għall-paragrafu 72). |
|
96. |
Fi ħdan l-FP7, hemm linja speċifika ta’ azzjoni taħt it-tema 8 (ix-Xjenzi soċjali u l-umanistika) biex jindirizzaw l-istateġiji innovattivi għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ. |
|
97. |
Fl-2007 il-Kummissjoni nediet mill-ġdid in-Netwerk Ewropew għall-Valutazzjoni RTD (ara t-tweġiba għall-paragrafi 70-71 u 90), li qed tippjana li tużahom biex tippromwovi aktar koerenza fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni għar-riċerka fl-UE, speċjalment l-istudji fuq l-impatt ta’ l-Istati Membri Il-Kummissjoni bi ħsiebha wkoll iżżomm il-pożizzjoni tagħha fuq quddiem nett tas-sostenn għal netwerking internazzjonali u bl-iskambju tal-prattiċi tar-riċerka tal-valutazzjoni permezz ta’ workshops u avvenimenti oħra. |
|
99. |
It-tempestività tal-valutazzjoni hi deteminata mill-ħtiġiet speċifiċi fl-atti bażiċi adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Il-Kummissjoni taċċetta li ftit li xejn hu magħruf dwar l-impatti fit-tul taż-żmien u taqbel li hemm lok għal aktar ħidma f’dan il-qasam. |
|
100. |
Il-Kummissjoni taqbel li l-Valutazzjonijiet għal Ħames Snin kellhom it-tendenza li jiffokaw aktar fuq valutazzjoni għal tul iqsar ta’ żmien milli fuq dik għal tul itwal ta’ żmien. Dan hu spjegat minn fatturi li jinkludu l-interess tal-partijiet interessati esterni, bħalma huma l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, dwar ir-reazzjonijiet ta’ malajr għall-ħidma tal-FP, l-isfida ta’ l-impatti attribwenti għar-riċerka fuq perjodu twil ta’ żmien u l-iffokar magħżul mill-panels indipendenti li jwettqu l-eżerċizzji. Il-Kummissjoni taċċetta li madanakollu għandha tingħata aktar attenzjoni biex ikunu vvalutati l-effetti fuq tul ta’ żmien. |
|
108. |
Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li tippjana l-attivitajiet prinċipali tal-valutazzjoni taħt l-FP7 u ser tikkunsidra bir-reqqa r-rakkomandazzjoni tal-Qorti. Il-Kummissjoni taċċetta li ftit li xejn hu magħruf dwar l-impatti fuq tul ta’ żmien u taqbel li hemm lok għal aktar ħidma f’dan il-qasam. |
|
109. |
Kif kien innutat mill-Qorti fil-paragrafu 107, il-Kummissjoni tipprovdi sommarju tas-sejbiet u l-azzjonijiet kollha li ttieħdu mill-valutazzjonijiet tar-riċerka fir-Reviżjoni Annwali tal-Valutazzjoni. Il-Kummissjoni hi impenjata li turi trasparenza sħiħa għall-valutazzjoni tagħha u ser tadotta r-rakkomandazzjoni tal-Qorti biex tirrevedi l-mezzi għal komunikazzjoni u t-tixrid tas-sejbiet. |
|
110-111. |
Il-Kummissjoni taqbel mal-Qorti li l-valutazzjoni għar-riċerka, speċjalment għal programm hekk komprensiv bħall-FP, hu ta’ sfida kbira. Il-Kummissjoni tinnota li sar titjib sinifikanti fis-sistema matul l-aħħar 25 sena u li s-sistema globali kienet effettiva għal dawk li jfasslu l-politika, għall-maniġers tar-riċerka u għall-partijiet interessati l-oħra. |
|
112. |
Il-Kummissjoni tilqa’ l-kummenti tal-Qorti li d-Direttorati Ġenerali li jimplimetaw l-FPs kienu konformi mar-rekwiżiti tal-Kummissjoni, li jinkludu dawk speċifikati fil-Komunikazzjonijiet dwar il-valutazzjoni tas-sena 2000 u ta’ l-2002. Kienu introdotti tibdiliet sinifikanti għall-valutazzjoni tal-FPs, inkluż ir-ristrutturar kbir għall-FP7, kif stabbilit fl-istrateġija pprovduta mill-Valutazzjoni fuq l-Impatt (SEC(2005) 430). |
|
113. |
Dwar ir-rilevanza u l-utilità tal-valutazzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ tirreferi għar-reazzjoni pożittiva li rċeviet, speċjalment bl-eżerċizzji prinċipali riċenti bħalma hija l-Valutazzjoni għal Ħames Snin ta’ l-2004 (1999-2003). Kien hemm tixrid estensiv tas-sejbiet tal-Valutazzjoni għal Ħames Snin inkluża l-preżentazzjoni għal korpi prinċipali bħalma huma l-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-CREST u l-Kumitat tal-Programm ta’ l-FP. Minħabba li kien rekwiżit obbligatorju li dan l-eżerċizzju jitwettaq qabel il-proposta tal-Kummissjoni għall-Programm Qafas ġdid (f’dan il-każ l-FP7), l-adozzjoni eventwali ta’ l-FP7 indikat li dan kien globalment aċċettat. Dan ma jfissirx li ma jistax isir titjib u l-Kummissjoni taċċetta bis-sħiħ il-ħtieġa li jsiru tidiliet li jkunu kkunsidrati bir-reqqa li jibnu fuq l-elementi ta’ l-approċċ preżenti li diġà qed jiffunzjona tajjeb. |
|
114. |
Il-Kummissjoni tilqa’ r-rikonoxximent tal-Qorti dwar l-importanza għal valutazzjoni u monitoraġġ u, li tibni fuq it-titjib sinifikanti li diġà sar, u ser tkompli taġġorna l-prattiċi tagħha fid-dawl ta’ realtajiet politiċi u prattiċi ġodda. |
|
115. |
Il-Kummissjoni hi diġà impenjata li tiżgura kjarezza akbar fil-loġika ta’ programm ta’ intervent, li tibni fuq l-avvanzi li huma inklużi fil-leġiżlazzjoni tal-FP7 u l-Valutazzjoni fuq l-Impatt, u ser tikkonsidra r-rakkomandazzjoni tal-Qorti għall-proposti leġiżlattivi tal-futur. |
|
116. |
Il-Kummissjoni taqbel li għad hemm lok għal titjib inkluża kooperazzjoni eqreb fuq livell operattiv fost is-servizzi kkonċernati, billi tibni fuq it-titijib sinifikanti li diġà sar fuq il-valutazzjoni tal-FP. Il-Kummissjoni ser tkompli bl-isforzi tagħha biex issostni l-iżviluppi fil-metodoloġija tal-valutazzjoni. |
|
117. |
Fir-rigward ta’ l-arraġamenti organizzattivi, il-Kummissjoni tikkunsidra li
|
(1) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa — li jimplimenta l-Istrateġija mġedda ta’ Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi (Com(2006) 816).
(2) Pereżempju, il-proposta tal-Kummissjoni għall-FP7 kienet żviluppata fuq il-bażi ta’ valutazzjoni fuq l-impatt dettaljat ex ante, li kienet tinkludi mudell ekonometriku ta’ l-impatti potenzjali ta’ l-attività tar-riċerka dwar kwistjonijiet bħalma huma t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta’ l-impjiegi (ara l-Istaff Working Paper tal-Kummissjoni Ewropea, “Impact Assessment and Ex Ante Evaluation for the proposals for the Council and European Parliament decision on the 7th Framework Programme (KE u Euratom)”, SEC(2005) 430). Id-Deċiżjonijiet FP7 jipprovdu struttura ċara li tgħaqqad l-għanijiet, ir-raġunijiet u l-attivitajiet. Barra minn hekk, id-Deċiżjonijiet speċifiċi tal-ProgrammFP7 stabbilixxew għanijiet, approċċ u attivitajiet.
(3) Il-“Quality Assessment Framework” jinsab fuq http://ec.europa.eu/budget/documents/evaluation_en.htm.
(4) Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Baġit, “Evaluating EU Activities — A Practical Guide for the Commission services”, Lulju 2004, jinsab fuq http://ec.europa.eu/budget/publications/other_en.htm.
(5) E. Arnold, “What the Evaluation Record tells us about the Framework Programme Performance”, 2004.
(6) Id-DIRETTORAT ĠENERALI għar-Riċerka, “Structuring Effects of Community Research — The Impact of The Framework Programme on Research & Technological Development (RTD) Network Formation”, 2007; Id-DIRETTORAT ĠENERALI għas-Soċjetà ta’ l-Informatika u l-Midja “Effectiveness of IST-RTD Impacts on the EU Innovation System”, 2007.
(7) Ara C. Mandl, “Evaluating Evaluations or The Case for Action Research”, Austrian Platform Newsletter, Nru 30, Ġunju 2007.
(8) Pereżempju ara ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea, “Assessing the Socio-Economic Impact of RTD-Policies” (EPUB), 2002, u l-Università ta’ Manchester, “Assessing the Socio-economic Impacts of the Framework Programme” (ASIF), 2002, li t-tnejn jinsabu fuq http://circa.europa.eu/Public/irc/rtd/fiveyearasskb/library?l=/iii-knowledge_base/040-evaluation_methodolo&vm=detailed&sb=Title. Dawn ir-rapporti kienu mqassma b’mod mifrux u kienu disponibbli għall-kuntratturi u l-esperti li wettqu l-istudji tal-valutazzjoni f’isem il-Kummissjoni.