|
ISSN 1725-5198 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 25 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 51 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
DIKJARAZZJONIJIET KOMUNI |
|
|
|
Kunsill |
|
|
2008/C 025/01 |
||
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Parlament Ewropew |
|
|
2008/C 025/02 |
||
|
|
Kummissjoni |
|
|
2008/C 025/03 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2008/C 025/04 |
Operat ta' servizzi ta' l-ajru skedati — Sejħa għall-offerti mill-Irlanda skond l-Artikolu 4 (1) (d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 fir-rigward ta' l-operat ta' servizzi ta' l-ajru skedati ġewwa l-Irlanda ( 1 ) |
|
|
|
Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) |
|
|
2008/C 025/05 |
||
|
|
Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
2008/C 025/06 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
DIKJARAZZJONIJIET KOMUNI
Kunsill
|
30.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 25/1 |
Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea
(2008/C 25/01)
IL-KUNSENS EWROPEW DWAR L-GĦAJNUNA UMANITARJA
L-isfida umanitarja
|
1. |
L-għajnuna umanitarja hija espressjoni fundamentali tal-valur universali ta' solidarjetà bejn in-nies u imperattiv morali. |
|
2. |
Il-kriżijiet umanitarji jinkludu kemm diżastri li joriġinaw mill-bniedem kif ukoll dawk naturali. L-impatt tagħhom huwa kontinwament sever, marbut ma' għadd ta' fatturi, bħan-natura li qed tinbidel tal-kunflitt, il-bidla fil-klima, żieda fil-kompetizzjoni għall-aċċess għall-enerġija u riżorsi naturali, faqar estrem, governanza fqira u sitwazzjonijiet ta' fraġilità. Il-vittmi ewlenin huma ċ-ċittadini, ħafna drabi l-aktar fqar u vulnerabbli fosthom, li prinċipalment jgħixu f'pajjiżi li qed jiżviluppaw. Il-kriżijiet umanitarji wasslu għal numri kbar ta' persuni spostati, kemm refuġjati kif ukoll persuni spostati internament. |
|
3. |
L-atturi umanitarji llum jiffaċċjaw għadd ta' sfidi maġġuri. Kien hemm tendenza dejjem tiżdied li l-Liġi Internazzjonali, inklużi l-Liġi Umanitarja Internazzjonali, l-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Liġi dwar ir-Refuġjati, ikunu injorati jew sfaċċatament miksura. L-'ispazju umanitarju' li huwa meħtieġ biex jiġu żgurat l-aċċess għal popolazzjonijiet vulnerabbli u s-sigurtà u s-sikurezza tal-ħaddiema umanitarji għandhom ikunu ppreżervati bħala pre-kondizzjonijiet essenzjali għat-twassil ta' l-għajnuna umanitarja, u biex l-Unjoni Ewropea (UE) u l-imsieħba tagħha fil-qasam umanitarju jkunu jistgħu jwasslu l-assistenza inkluża l-protezzjoni lin-nies milquta mill-kriżijiet, abbażi tar-rispett għall-prinċipji tan-newtralità, l-imparzjalità, l-umanità u l-indipendenza ta' azzjoni umanitarja, minquxa fil-Liġi Internazzjonali, partikolarment il-Liġi Umanitarja Internazzjonali. |
|
4. |
L-għajnuna umanitarja pprovduta mill-UE hija kompetenza kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Komunità Ewropea (1). Hija tibni fuq tradizzjoni qadima u tirrifletti d-diversità ta' l-atturi tagħha. L-azzjoni umanitarja ta' l-UE tagħmel parti minn approċċ intenazzjonali ġenerali li jiġbor flimkien lin-Nazzjonijiet Uniti, il-moviment tas-Salib Aħmar u dak tan-Nofs Qamar Aħmar, l-NGOs umanitarji u oħrajn, b'appoġġ għar-risponsi lokali għall-kriżijiet umanitarji permezz ta' approċċ ta' sħubija mal-komunitajiet affettwati. L-awtoritajiet nazzjonali f'pajjiżi ffaċċjati minn kriżijiet għandhom ir-responsabbiltà primarja li jipproteġu l-popolazzjonijiet li għandhom quddiemhom id-diżastru. |
|
5. |
Kollettivament l-UE tipprovdi l-akbar sehem ta' għajnuna umanitarja internazzjonali uffiċjali attwali, magħmula mill-kontributi bilaterali tal-Komunità u l-Istati Membri ta' l-UE. Għaldaqstant l-UE għandha kemm l-esperjenza kif ukoll id-dover li tiżgura li l-kontribut ġenerali tagħha lir-rispons umanitarju huwa effettiv u xieraq, jirfed l-isforz umanitarju internazzjonali għat-twassil ta' l-għajnuna lill-poplu fil-bżonn, u jindirizza b'mod adegwat l-isfidi li l-atturi umanitarji qed jiffaċjaw illum. |
|
6. |
Il-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja jipprovdi viżjoni komuni li tiggwida l-azzjoni ta' l-UE, kemm f'livell ta' l-Istati Membri tagħha kif ukoll f'dak Komunitarju, fl-għajnuna umanitarja f'pajjiżi terzi. Din il-viżjoni komuni hija s-suġġett ta' l-ewwel parti tad-Dikjarazzjoni; it-tieni parti tistabbilixxi l-approċċ ta' l-għajnuna umanitarja tal-Komunità Ewropea għall-gwida ta' l-implimentazzjoni ta' din il-viżjoni fil-livell Komunitarju u tispeċifika ulterjorment il-prijoritajiet għal azzjoni konkreta fil-livell Komunitarju. |
|
7. |
Il-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja huwa maqbul b'mod konġunt mill-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea. B'dan il-mod, aħna nfittxu li nikkonfermaw l-impenn tagħna għall-prinċipji li jirfdu l-għajnuna umanitarja ta' l-UE, li ntejbu l-impenji eżistenti għal prassi ta' donazzjoni tajba madwar l-UE, bi sħubija ma' partijiet interessati umanitarji oħrajn, u nistabbilixxu l-pedamenti għal ħidma aktar mill-qrib flimkien biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni l-aktar effettiva ta' għajnuna umanitarja ta' l-UE fis-snin li ġejjin. |
L-EWWEL PARTI — IL-VIŻJONI TA' L-UE TA' L-GĦAJNUNA UMANITARJA
1. Objettiv Komuni
|
8. |
L-objettiv ta' l-għajnuna umanintarja ta' l-UE huwa li tipprovdi rispons ta' emerġenza bbażat fuq il-ħtiġijiet immirat lejn il-preservazzjoni tal-ħajja, il-prevenzjoni u t-tnaqqis tas-sofferenza umana u ż-żamma tad-dinjità umana fejn ikun meħtieġ jekk il-gvernijiet u l-atturi lokali jinsabu f'diffikultà, ma jkunux jistgħu jew ma jkunux iridu jaġixxu. L-għajnuna umanitarja ta' l-UE tikkonsisti f'operazzjonijiet ta' assistenza, għajnuna u protezzjoni biex tiġi salvata u ppreżervata l-ħajja fi kriżijiet umanitarji jew immedjatament warajhom, iżda wkoll azzjonijiet immirati lejn il-faċilitar jew l-akkwist ta' aċċess għal nies fil-bżonn u l-fluss liberu ta' assistenza. L-assistenza umanitarja ta' l-UE hija pprovduta bħala rispons għal kriżijiet magħmulin mill-bniedem (inklużi emerġenzi kumplessi) u għal diżastri naturali kif meħtieġ. |
|
9. |
Ir-rispons lokali għal kriżijiet u t-tnaqqis ta' riskju ta' diżastri, inklużi t-tħejjija għal diżastri u l-irkupru minnhom, huma essenzjali biex jiġu salvati ħajjiet u biex jippermettu lill-komunitajiet iżidu r-reżistenza tagħhom għall-emerġenzi. L-attivitajiet tal-bini ta' kapaċità għall-prevenzjoni u t-tnaqqis ta' l-impatt tad-diżastri u għat-titjib tar-rispons umanitarju huma parti wkoll mill-għajnuna umanitarja ta' l-UE. |
2. Prinċipji Komuni u Prassi Tajba
2.1. Prinċipji umanitarji fundamentali
|
10. |
L-UE hija impenjata bis-sod biex tħares u tippromwovi l-prinċipji umanitarji fundamentali ta' l-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza. Dan l-approċċ bi prinċipju huwa essenzjali għall-aċċettazzjoni u l-abbiltà ta' l-UE, u l-atturi umanitarji b'mod ġenerali, biex joperaw fil-post f'kuntesti politiċi u ta' sigurtà spiss kumplessi. Il-perċezzjoni ta' l-UE u l-impennn tagħha għal dawn il-prinċipji fundamentali f'azzjoni umanitarja huma marbutin ma' l-imġiba u l-involviment fuq il-post ta' l-atturi ta' l-UE kollha. |
|
11. |
Il-prinċipju ta' l-umanità jfisser li s-sofferenza umana għandha tiġi indirizzata kull fejn tinstab, b'attenzjoni partikolari lill-aktar vulnerabbli fil-popolazzjoni. Id-dinjità tal-vittmi kollha għandha tiġi rrispettata u protetta. |
|
12. |
In-newtralità tfisser li l-għajnuna umanitarja m'għandha tiffavorixxi lill-ebda naħa f'konflitt armat jew tilwim ieħor. |
|
13. |
L-imparzjalità tfisser li l-għajnuna umanitarja għandha tiġi pprovduta biss abbażi tal-ħtieġa, mingħajr diskriminazzjoni bejn jew fost popolazzjonijiet affettwati. |
|
14. |
Ir-rispett lejn l-indipendenza jfisser l-awtonomija ta' l-objettivi umanitarji mill-objettivi politiċi, ekonomiċi, militari jew oħrajn, u sservi biex tiżgura li l-uniku għan ta' l-għajnuna umanitarja jibqa' t-tnaqqis u l-prevenzjoni tas-sofferenza tal-vittmi ta' kriżijiet umanitarji. |
|
15. |
L-għajnuna umanitarja ta' l-UE mhijiex għodda ta' maniġġar ta' kriżijiet. |
2.2. Liġi internazzjonali
|
16. |
L-UE ser tippromwovi b'qawwa u b'mod konsistenti ir-rispett lejn il-Liġi Internazzjonali, inklużi l-Liġi Umanitarja Internazzjonali, (2) il-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Liġi dwar ir-Refuġjati. Fl-2005, l-UE adottat Linji Gwida dwar il-promozzjoni tal-konformità mal-liġi umanitarja internazzjonali. L-UE hija impenjata li tirrendi aktar operattivi dawn il-Linji Gwida fir-relazzjonijiet esterni tagħha (3). |
|
17. |
L-UE tfakkar fl-impenn lejn ir-responsabbiltà tal-protezzjoni, skond ir-Riżoluzzjoni 60/1 ta' l-Assemblea Ġenerali tan-NU ta' l-24 ta' Ottubru 2005 (Riżultat tas-Summit Dinji 2005). Kull Stat individwali għandu r-responsabilità li jipproteġi l-popolazzjonijiet tiegħu minn ġenoċidu, krimini tal-gwerra, tindif etniku u krimini kontra l-umanità. Il-komunità internazzjonali, permezz tan-Nazzjonijiet Uniti, għandha wkoll ir-responsabbiltà li tipproteġi l-popolazzjonijiet minn dawk il-krimini. Fejn l-awtoritajiet nazzjonali qed ifallu manifestament milli jissodisfaw ir-responsabbiltà li jipproteġu, il-komunità intenazzjonali kkonfermat li hija lesta li tieħu azzjoni kollettiva permezz tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. |
2.3. Għoti ta' Għajnuna Umanitarja Tajba
|
18. |
Filwaqt li jirrikonoxxu diversità ta' kapaċità, skala u ta' modalitajiet speċifiċi applikabbli għall-għajnuna umanitarja fl-UE, bil-qbil ta' dan il-Kunsens Ewropew, id-donaturi ta' l-UE kollha qed jimpenjaw ruħhom għall-Prinċipji tad-Donazzjoni Umanitarja Tajba (GHD) u jintrabtu li jaħdmu flimkien, u ma' oħrajn, biex ifittxu li japplikaw l-aħjar prassi ta' donazzjoni (4). Dan jinkludi l-allokazzjoni ta' finanzjament umanitarju fi proporzjoni mal-ħtiġijiet u abbażi ta' valutazzjonijiet ta' ħtiġijiet. |
|
19. |
Bħala l-UE, aħna nimpenjaw ruħna li nippromwovu dibattitu sostantiv dwar elementi ta' l-aħjar prassi ta' donazzjoni biex jiġi żgurat li għoti tajjeb jinbidel f'assistenza aħjar għal nies li jiffaċjaw kriżijiet umanitarji. |
|
20. |
L-UE tirrikonoxxi li l-livell globali tal-ħtieġa umanitarja jeħtieġ approċċ internazzjonali konsolidat bi sħubija ma' oħrajn, inkluż it-tħeġġiġ tal-finanzjament ta' l-għajnuna minn donaturi uffiċjali ġodda u emerġenti u benefatturi privati li jirrispettaw il-prinċipji umanitarji. |
|
21. |
Is-sħubija hija fil-qalba ta' l-implimentazzjoni ta' l-għajnuna umanitarja u għalhekk l-UE tilqa' bil-qalb approċċ ta' sħubija intenazzjonali usa', li jlaqqa' flimkien lid-donaturi, lill-imsieħba li jimplimentaw u lil partijiet interessati oħrajn, biex tiġi żgurata azzjoni umanitarja effettiva, li tibni fuq il-korp eżistenti ta' standards u l-aħjar prassi. |
2.4. Relazzjoni ma' linji ta' politika oħrajn
|
22. |
Il-prinċipji li japplikaw għall-għajnuna umanitarja huma speċifiċi u distinti minn forom oħrajn ta' għajnuna. L-għajnuna umanitarja ta' l-UE, inkluż l-irkupru kmieni, għandha tieħu kont ta' l-objettivi ta' l-iżvilupp għall-perijodu fit-tul fejn hu possibbli, u hija marbuta mill-qrib mal-kooperazzjoni ta' l-iżvilupp li l-prinċipji u l-prassi tagħha jinsabu mniżżlin fi 'Il-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp' (5). L-għajnuna umanitarja ta' l-UE titwassal f'sitwazzjonijiet fejn strumenti oħrajn relatati mal-maniġġar ta' kriżijiet, il-protezzjoni ċivili u l-assistenza konsulari jistgħu wkoll jidħlu fix-xena. Għaldaqstant, l-UE hija impenjata li tiżgura koerenza u kumplementarjetà fir-rispons tagħha għall-kriżijiet, billi tagħmel l-aktar użu effettiv ta' l-istrumenti varji mmobilizzati. Għalhekk l-UE għandha ttejjeb l-isforzi li tqajjem kuxjenza ta' u tieħu kont tal-prinċipji u l-konsiderazzjonijiet umanitarji aktar sistematikament fil-ħidma tagħha tul l-Istituzzjonijiet tagħha. |
2.5. Id-dimensjoni tas-sessi fl-Għajnuna Umanitarja
|
23. |
Filwaqt li tirrikonoxxi l-ħtiġijiet, il-kapaċitajiet u l-kontributi differenti tan-nisa, il-bniet, is-subien u l-irġiel, l-UE tenfasizza l-importanza li l-konsiderazzjonijiet dwar is-sessi jiġu integrati fl-għajnuna umanitarja. |
|
24. |
L-UE tirrikonoxxi li l-parteċipazzjoni attiva tan-nisa fl-għajnuna umanitarja hija essenzjali, u timpenja li tippromwovi dak l-involviment. |
3. Qafas Komuni għat-Twassil ta' l-Għajnuna Umanitarja ta' l-UE
3.1. Koordinazzjoni, Koerenza u Kumplementarjetà
|
25. |
L-UE tappoġġa bis-sħiħ ir-rwol ċentrali u ġenerali ta' koordinament tan-Nazzjonijiet Uniti, partikolarment l-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni ta' l-Affarijiet Umanitarji (OCHA), fil-promozzjoni ta' rispons internazzjonali koerenti għall-kriżijiet umanitarji. Dan ir-rwol huwa msaħħaħ konsiderevolement meta l-OCHA għandu preżenza attiva fuq il-post (u Koordinatur Umanitarju huwa maħtur u mibgħut). Koordinazzjoni aktar b'saħħitha ta' l-UE ttejjeb ir-rispons umanitarju internazzjonali ġenerali, inkluż l-isforzi konġunti għat-titjib tas-sistema umanitarja, u tirrinforza wkoll l-ambizzjoni ta' l-UE li taħdem mill-qrib ma' atturi umanitarji oħrajn. |
|
26. |
Għalhekk, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi u t-tradizzjonijiet rispettivi tagħhom, id-donaturi umanitarji ta' l-UE ser jaħdmu flimkien permezz ta' koordinazzjoni u promozzjoni ta' l-UE msaħħa ta' l-aħjar prassi bil-ħsieb li tiġi promossa l-viżjoni komuni ta' l-UE b'mod flessibbli u kumplimentari li jirrinforza l-isforzi internazzjonali. Dan ifisser li l-UE ser tfittex li taġixxi b'mod konġunt għall-protezzjoni ta' l-'ispazju umanitarju' għat-tisħiħ tar-risponsi umanitarju ġenerali, inkluża l-identifikazzjoni ta' nuqqasijiet u l-appoġġ għal twassil organizzat tajjeb ta' l-għajnuna fejn hija l-aktar meħtieġa. |
|
27. |
Id-donaturi umanitarji ta' l-UE ser jippruvaw jiżguraw prassi ta' donazzjoni tajba permezz tal-kondiviżjoni ta' l-intendiment dwar il-ħtieġa u r-risponsi adatti u permezz ta' sforzi konġunti biex tiġi evitata sovrappożizzjoni u jiġi żgurat li l-ħtiġijiet umanitarji huma valutati u jintlaħqu b'mod adatt. Għandu jkun hemm iffokar partikolari fuq il-koerenza ta' l-istrateġija ta' rispons għal kriżi partikolari, u fuq il-ħidma fi sħubija fil-post. |
|
28. |
L-UE ser tiffoka fuq:
|
|
29. |
L-UE ser tikkontribwixxi għat-tfassil ta' l-aġenda umanitarja internazzjonali, u taħdem flimkien f'fora internazzjonali u dwar l-isforzi ta' tisħiħ għall-kwistjonijiet umanitarji. |
|
30. |
Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji umanitarji ta' newtralità u indipendenza, l-UE timpenja ruħha li tiżgura koerenza tal-politika, kumplementarjetà u effettività billi tuża l-influwenza tagħha u l-firxa sħiħa ta' għodod fil-pussess tagħha biex tindirizza l-kawżi mill-għeruq tal-kriżijiet umanitarji. B'mod partikolari, l-għajnuna umanitarja u l-kooperazzjoni ta' l-iżvilupp, kif ukoll l-istrumenti diversi disponibbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta' stabbiltà, ser jintużaw b'mod koerenti u kumplimentari speċjalment f'kuntesti transizzjonali u f'sitwazzjonijiet ta' fraġilità, sabiex jintużaw il-potenzjal sħiħ ta' l-għajnuna u l-kooperazzjoni għall-perijodu qasir u dak twil. |
3.2. Il-provvediment ta' għajnuna adegwata u effettiva
|
31. |
L-għajnuna umanitarja għandha tkun allokata b'mod trasparenti abbażi ta' ħtiġijiet identifikati u l-livell ta' vulnerabbiltà.. Dan ifisser li riċevituri ta' l-għajnuna għandhom jiġu identifikati abbażi ta' kriterji oġġettivament verifikabbli u li l-għajnuna għandha titwassal b'tali mod li jintlaħqu l-ħtiġijiet ta' prijorità definiti b'fondi adegwati. |
|
32. |
Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni ta' għajnuna adegwata, effettiva, ekwitabbli u flessibbli għandu jiġi applikat approċċ ta' valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet kemm fil-livell globali kif ukoll f'dak lokali. B'kont meħud ta' l-inizjattivi eżistenti, l-UE ser tfittex li tippromwovi intendiment komuni ta' valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet fil-livell ta' l-UE sabiex jittejbu l-prassi attwali u l-applikazzjoni tagħhom. L-UE tikkonferma mill-ġdid l-importanza ta' ħidma mill-qrib ma' l-imsieħba internazzjonali dwar il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet. Analiżi tal-ħtiġijiet globali teħtieġ qbil dwar metodoloġija adatta u prinċipji ta' programmar. Valutazzjonijiet informati dwar il-ħtiġijiet lokali, partikolarment fl-ewwel stadji ta' kriżi li tfaqqa' minnufih, jeħtieġu preżenza u esperjenza xierqa fil-post, informazzjoni affidabbli u l-iffissar ta' prijorità ċara. It-timijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Valutazzjoni u Koordinazzjoni ta' Diżastri (UNDAC) għandhom rwol ċentrali fil-valutazzjoni fuq il-post meta jkunu skjerati. |
|
33. |
L-UE tafferma l-impenn tagħha biex jiġi żgurat bilanċ ta' rispons bejn kriżijiet differenti abbażi ta' ħtieġa, inkluża l-għajnuna għall-kriżijiet mtawla. Kriżijiet minsijin jew kriżijiet fejn l-intervent huwa partikolarment diffiċli u fejn ir-rispons umanitarju internazzjonali ġenerali mhuwiex adegwat, jeħtieġu attenzjoni speċjali mill-UE. Ħtiġijiet mitluqin bħala rispons għal kriżijiet speċifiċi jimmeritaw ukoll konsiderazzjoni partikolari. |
|
34. |
Fil-kuntest umanitarju, l-għajnuna f'emerġenza għall-ikel hija parti integrali u importanti ta' strateġija ta' rispons umanitarju għall-perijodu qasir biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-popolazzjonijiet vulnerabbli.. Konsegwentement l-għajnuna f'emerġenza għall-ikel għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-ħtiġijiet rigoruża u trasparenti, li tipprovdi analiżi ta' l-aktar taħlita adegwata u xierqa ta' għajnuna għall-ikel u risponsi li mhumiex għall-ikel, u tieħu kont tar-riskju li tħarbat is-swieq mingħajr bżonn. Ir-rabta bejn l-għajnuna għall-ikel ma' forom oħrajn ta' appoġġ għall-għixien tgħin it-titjib tal-mekkaniżmi biex ilaħħqu mal-bżonnijiet tal-popolazzjonijiet affettwati. |
|
35. |
Kull meta jkun possibbli, mingħajr ma' tħarbat is-swieq mingħajr bżonn, l-għajnuna inkluża l-għajnuna għall-ikel, għandha tuża' r-riżorsi u l-akkwisti lokali u reġjonali. L-użu ta' tali riżorsi u akkwisti mhux biss jevita spejjeż ambjentali u finanzjarji addizzjonali, iżda jinvolvi wkoll il-kapaċitajiet lokali u jippromwovi l-ekonomija lokali u reġjonali. Għandhom ikunu kkunsidrati wkoll modalitajiet innovattivi biex titwassal l-għajnuna, inkluż approċċi mhux ibbażati fuq il-komodità (bħal flus kontanti u kupuni). |
|
36. |
L-UE ser tiżgura li wegħdiet ta' għajnuna umanitarja jiġu trasformati f'impenji u sburżamenti f'waqthom u marbutin b'mod ċar mal-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet, aġġustati kif meħtieġ bħala rispons għaċ-ċirkostanzi li qed jevolvu. |
|
37. |
L-għajnuna umanitarja għandha tkun ibbażata il-ħtieġa valutata, milli miri speċifiċi. Madankollu, hemm nuqqas sostantiv ta' finanzjament fil-livell globali għar-rispons ta' ħtiġijiet umanitarji eżistenti. Huwa mistenni li l-ħtieġa għal assistenza umanitarja tista' fil-fatt tiżdied fil-perijodu qasir sa medju bħala riżultat ta' fatturi demografiċi, politiċi/ta' sigurtà u ambjentali (inkluża l-bidla fil-klima). It-tqabbil tal-ħtiġijiet umanitarji x'aktarx għalhekk ikun jeħtieġ mobilizzazzjoni ta' aktar riżorsi intenazzjonalment, inkluż minn bażi mwessa' ta' donazzjoni. |
|
38. |
B'mod kollettiv, l-UE diġà tipprovdi l-akbar sehem ta' għajnuna umanitarja internazzjonali uffiċjali. L-UE hija diġà impenjata f'żieda ta' l-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) ġenerali, li minnha joħorġu wkoll kontributi għall-għajnuna umanitarja. L-UE timmira li turi l-impenn tagħha għar-rispons umanitarju bil-mobilizzazzjoni ta' fondi adegwati għall-għajnuna umanitarja abbażi ta' ħtieġa valutata. F'dan ir-rigward, tkun xierqa valutazzjoni ta' l-adegwatezza tar-riżorsi disponibbli għall-għajnuna umanitarja tal-Komunità Ewropea fid-dawl tal-vantaġġ komparattiv tagħha. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ukoll il-kontributi bilaterali tagħhom għall-għajnuna umanitarja fi ħdan iż-żieda ta' l-ODA ġenerali. |
|
39. |
Fir-rispons għall-ħtiġijiet umanitarji għandu jittieħed kont ta' vulnerabbiltajiet partikolari. F'dan il-kuntest, l-UE ser tagħti attenzjoni partikolari lin-nisa, lit-tfal, lill-anzjani, lill-morda u lill-persuni b'diżabbiltà, u li tindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhhom. Barra minn hekk, l-istrateġiji ta' protezzjoni kontra l-vjolenza sesswali u dik abbażi ta' sessi għandhom jiġu nkorporati fl-aspetti kollha ta' l-assistenza umanitarja. |
3.3. Kwalità, effettività u responsabbiltà (6)
|
40. |
L-indirizzar tal-kwistjonijiet tal-veloċità u l-kwalità huma t-tnejn kritiċi fl-għoti ta' l-għajnuna umanitarja b'mod effettiv. Bħala donaturi aħna għandna r-responsabbiltà biex niżguraw li l-għajnuna mwassla tirrappreżenta l-aħjar għażla disponibbli u hi adatta għall-fini li għalih hija intiża. Għalhekk, l-azzjoni umanitarja għandha ssegwi sett ta' standards u prinċipji rikonoxxuti internazzjonalment. Dawn tniżżlu fil-'Kodiċi ta' Kondotta għall-Għaqda Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u l-Moviment tan-Nofs-Qamar l-Aħmar u Organizzazzjonijiet Non-Governattivi ta' Għajnuna fid-Diżastri (7) u nkorporati b'mod wiesa' fil-'Karta Umanitarja'. Standards minimi rikonoxxuti b'mod wiesa' dwar Rispons għad-Diżastri ġew stabbiliti b'mod ġenerali u għal kull settur inkluż permezz tal-Proġett Sphere (8). Dawn il-prinċipji għall-forniment ta' għajnuna jikkorelataw mal-kriterji ta' l-OECD/DAC aċċettati internazzjonalment għall-evalwazzjoni ta' l-Għajnuna Umanitarja (9). L-UE tinnota wkoll b'mod pożittiv il-ħidma dwar il-Liġijiet, ir-Regoli u l-Prinċipji Internazzjonali ta' Rispons għad-Diżastri (IDRL). |
|
41. |
L-UE hija sottoskritta b'mod sħiħ għal dawn is-settijiet ta' prinċipji, standards u kriterji ta' evalwazzjoni, li flimkien ma' l-inizjattiva tal-GHD, jikkostitwixxu l-qafas ġenerali biex jiġi żgurat approċċ ta' kwalità għall-provvediment ta' l-għajnuna umanitarja ta' l-UE. |
|
42. |
Il-linji ta' politika fl-oqsma settorjali differenti ta' l-intervent ta' għajnuna umanitarja, bħas-saħħa, in-nutrimenti, l-ilma u s-sanità, appoġġ u protezzjoni ta' l-għixien, għandhom jiġu adattati għall-kuntest u għar-riċevituri sabiex ikollom impatt massimu. Il-“prinċipju tagħmilx ħsara” huwa r-rekwiżit minimu li huwa l-bażi ta' tali linji ta' politika u approċċi ta' għajnuna, li jfisser ukoll li għandu jittieħed kont tal-konsiderazzjonijiet ambjentali u oħrajn għall-perijodu fit-tul mill-bidunett anke f'interventi ta' emerġenza għall-perijodu qasir. |
|
43. |
Il-kontabbiltà fil-kuntest ta' l-għajnuna umanitarja tiġbor kemm il-kontabbiltà għaċ-ċittadini Ewropej dwar l-użu tajjeb ta' fondi pubbliċi, kif ukoll il-kontabbiltà lejn dawk fil-bżonn fil-pajjiżi li qed jiffaċċjaw kriżijiet umanitarji, biex jiġi żgurat li l-għajnuna hija adatta sewwa għaċ-ċirkostanzi u tiġi pprovduta b'mod li ttejjeb il-prospetti għall-irkupru. |
|
44. |
Kontribut kwalitattiv u indikaturi tal-prestazzjoni, kriterji ta' effettività ta' l-ispejjeż (eżempju l-pagi tan-nies fi proporzjoni ma' l-għajnuna għar-riċevituri), u, sa fejn hu possibbli, approċċ ta' parteċipazzjoni mal-popolazzjonijiet lokali fid-diversi stadji tal-programmi ta' assistenza, partikolarment fi kriżijiet mtawla, huma kollha elementi li l-UE ser tikkunsidra bir-reqqa. |
|
45. |
Il-kontabbiltà lil nies assistiti timpenja lill-fornitur ta' l-għajnuna biex jaħdem f'qafas ta' standards, prinċipji, linji ta' politika u linji gwida ta' kwalità, u tippromwovi attivitajiet ta' taħriġ u l-bini ta' kapaċità, fejn jiġi żgurat l-involviment ta' dawk assistiti. Approċċ ta' kwalità jitlob livell għoli ta' assikurazzjoni mill-imsieħba permezz ta' l-applikazzjoni ta' kriterji ta' eliġibilità ta' imsieħba u monitoraġġ tal-prestazzjoni matul l-implimentazzjoni ta' l-operazzjoni. Tali assikurazzjonijiet ta' kwalita għandhom jinkisbu mill-imsieħba, b'kont meħud tad-daqs u l-livell ta' speċjalizzazzjoni tagħhom. |
|
46. |
Għalhekk miżuri ta' kontabbiltà jinkludu l-kontroll finanzjarju u r-rappurtar dwar operazzjonijiet umanitarji, l-evalwazzjoni u l-kejl tar-riżultati u l-effettività, analiżi ta' spejjeż u impatt ta' għażliet differenti ta' rispons, assikurazzjoni ta' kwalità, trasparenza, approċċi ta' parteċipazzjoni għall-assistenza, u komunikazzjoni. |
|
47. |
Evalwazzjoni regolari u eżerċizzji ta' lezzjonijiet meħuda li jirrevedu r-rispons għal kriżijiet speċifiċi huma komponenti ta' valur li jsaħħu l-effettività ta' l-għajnuna umanitarja. L-UE tista' taħdem b'mod utli flimkien kemm dwar approċċi konġunti kif ukoll dwar l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-evalwazzjoni magħmula minn kull donatur individwali. Għalhekk l-UE ser tiskambja informazzjoni dwar l-ippjanar, ir-riżultati u r-risponsi ta' l-evalwazzjoni, inkluż dwar il-kwalità ta' sħubija u timpenja ruħha f'eżerċizzji konġunti ta' lezzjonijiet meħuda bħala rispons għal kriżijiet kbar li jinvolvu donaturi multipli. L-UE għandha kollettivament tirrevedi d-dispożizzjoni tagħha għal għajnuna umanitarja ġenerali regolarment, fejn possibbli kull sena. |
3.4. Diversità u kwalità fis-sħubija
|
48. |
Bħala appoġġ tal-kapaċitajiet lokali, rispons mgħaġġel u effiċjenti għall-kriżijiet umanitarji jiddependi fuq id-disponibbiltà ta' l-imsieħba fil-post, partikolarment is-soċjetà ċivili l-organizzazzjonijiet internazzjonali b'mandat, li l-leġittimità, l-esperjenza u r-riżorsi tagħhom jippermettulhom ilaħħqu ma' aspett partikolari ta' kriżi. |
|
49. |
In-NU u l-aġenziji ta' Għajnuna tagħha huma fil-qalba tas-sistema umanitarja internazzjonali bħala stabbilaturi ta' normi, bħala koordinatur u bħala l-akbar implimentatur ta' l-għajnuna umanitarja. B'mod simili, il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar għandu mandat speċjalizzat ibbażat fuq trattati internazzjonali u f'ħafna kuntesti, partikolarment f'sitwazzjonijiet ta' konflitt, huwa wieħed mill-ftit — xi drabi l-uniku wieħed — imsieħeb b'aċċess sabiex ikun jista' jipprovdi protezzjoni u jwassal l-assistenza umanitarja. Is-Soċjetajiet Nazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs-Qamar l-Aħmar appoġġati mill-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs-Qamar l-Aħmar għandhom għeruq partikolarment b'saħħithom f'komunitajiet lokali u spiss huma fl-aħjar sitwazzjoni biex jipprovdu rispons immedjat għal diżastri naturali. Organizzazzjonijiet Non-Governattivi (NGOs) huma essenzjali għar-rispons umanitarju peress li huma jwasslu l-maġġoranza ta' l-għajnuna umanitarja internazzjonali minħabba l-preżenza fil-post u l-flessibbiltà tagħhom, spiss b'livell għoli ta' speċjalizzazzjoni. Huma wkoll espressjoni diretta ta' ċittadinanza attiva għas-servizz tal-kawża umanitarja. |
|
50. |
L-UE tissottolinja l-appoġġġ intrinsiku tagħha għal pluralità ta' l-Imsieħba li jimplimentaw — in-NU, l-Moviment tas-Salib l-Aħmar u dak tan-Nofs-Qamar l-Aħmar u l-NGOs — u tirrikonoxxi li kull wieħed għandu vantaġġi komparattivi fir-rispons għal ċerti sitwazzjonijiet jew ċirkostanzi. Madankollu, l-UE tirrikonoxxi wkoll il-ħtieġa għal koordinazzjoni, koerenza u kumplimentarjetà mill-qrib bejn l-Imsieħba li jimplimentaw fil-post. |
|
51. |
Fl-UE u internazzjonalment hemm diversi approċċi għall-għażla u l-assikurazzjoni ta' kwalità ta' imsieħba li jimplimentaw il-provvediment ta' l-għajnuna umanitarja. Il-kriterji tad-donaturi ta' l-UE għall-għażla ta' imsieħba li jimplimentaw jinkludu l-professjonaliżmu u l-kapaċità ta' maniġġar, il-kapaċità għal rispons ta' ħtieġa identifikata (kapaċità teknika u loġistika, inkluż il-preżenza u l-aċċess), l-aderenza għall-prinċipji umanitarji u l-liġi internazzjonali, kif ukoll kodiċi ta' kondotta internazzjonali, linji gwida u l-aħjar prassi fit-twassil ta' l-għajnuna, għarfien speċjalizzat jew mandat, l-effiċjenza ta' l-ispejjeż, sħubija lokali u esperjenza f'kuntesti operattivi, disponibbiltà li wieħed jieħu sehem f'attivitajiet ta' koordinazzjoni stabbiliti għall-effettività operattiva ġenerali, kontabbiltà, inkluż ir-rappurtar trasparenti dwar riżultati, u kwalità tal-kapaċità ta' implimentazzjoni, inkluż ġestjoni finanzjarja soda. Abbażi tat-tradizzjonijiet diversi tagħhom, l-Istati Membri ta' l-UE u l-Kummissjoni ser jiskambjaw informazzjoni dwar il-prattika tagħhom ta' l-għażla ta' imsieħba li jimplimentaw. |
|
52. |
L-allokazzjoni ta' l-għajnuna teħtieġ proċeduri amministrattivi speċifiċi li jvarjaw minn donatur għal ieħor. Id-donaturi kollha ta' l-UE ser ifittxu li jimmassimizzaw l-opportunità għall-flessibbiltà fis-sistemi tagħhom u jirrazzjonalizzaw il-proċeduri sa l-aktar punt possibbli sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq organizzazzjonijiet li jimplimentaw, filwaqt li tiġi żgurata l-kwalità fis-sħubija u l-kontabbiltà b'saħħitha fit-twassil ta' l-għajnuna. |
|
53. |
Ir-rispons lokali dwar kif wieħed ilaħħaq mal-kriżijiet umanitarji huwa komponent vitali. L-atturi lokali huma fuq quddiem meta jinqala' diżastru minnufih u b'mod dejjem jiżdied ukoll fil-qalba tar-risponsi umanitarji f'emerġenzi kumplessi. L-UE ser teżamina kif tista' bl-aħjar mod toffri appoġġ għal attivitajiet ta' bini ta' kapaċità għat-tisħiħ sostenibbli tar-rispons għal diżastri lokali, u tinkoraġġixxi lill-imsieħba li jimplimentaw li jrawmu sħubija ma' organizzazzjonijiet lokali f'komunitajiet affettwati. |
3.5. Kapaċità u Rispons Rapidu
|
54. |
Fl-UE, jeżistu diġà kapaċitajiet varji għal skjerament rapidu ta' timijiet speċjalizzati u d-dispaċċ rapidu ta' għajnuna umanitarja jew oġġetti ta' għajnuna. L-UE tfittex li tevita d-dupplikazzjoni billi tirrinforza l-isforzi tagħha biex tindirizza n-nuqqasijiet ta' kapaċità billi tibni fuq sistemi eżistenti b'appoġġ ta' l-isforzi intenazzjonali, partikolarment iċ-ċentri loġistiċi reġjonali varji. |
|
55. |
Għalhekk l-UE ser teżamina metodi kif issaħħaħ ir-rispons rapidu tagħha għall-kriżijiet umanitarji billi taħdem flimkien fil-bini fuq setgħat komparattivi eżistenti, f'koordinazzjoni ma' l-isforzi magħmula mill-komunità umanitarja usa'. L-UE tfittex li tirfed l-isforzi internazzjonali biex tfassal stampa ċara u tneħħi l-vojt identifikat fir-rispons, bħalma huma dawk relatati mal-koordinazzjoni internazzjonali tal-loġistika, mat-trasport, mal-komunikazzjoni, u ma' l-arranġamenti ta' żieda għar-rispons rapidu fid-diżastri. L-UE ser tippromwovi l-aċċess għall-firxa wiesgħa ta' imsieħba għal servizzi umanitarji komuni. |
|
56. |
Fl-ewwel każ l-UE ser tikkontribwixxi permezz ta' tfassil trasparenti u komprensiv ta' l-elementi kollha tal-kapaċitajiet attwali tagħha, bil-għan li jkollha stampa ġenerali tal-kapaċitajiet eżistenti u potenzjali u l-aktar mod effiċjenti kif tagħmel użu minnhom. |
3.6. L-użu tal-protezzjoni ċivili u ta' assi u kapaċitajiet ta' protezzjoni ċivili u militari
|
57. |
L-użu ta' riżorsi tal-protezzjoni ċivili u assi militari b'rispons għal sitwazzjonijiet umanitarji għandu jkun f'konformità mal-Linji Gwida dwar l-Użu ta' l-Assi Militari u ta' Difiża Ċivili f'emerġenzi kumplessi (10) u l-Linji Gwida ta' Oslo dwar l-Użu ta' l-Assi Militari u ta' Difiża Ċivili f'Għajnuna Internazzjonali għal Diżastri (11), b'mod partikolari tiġi salvagwardjata l-konformità mal-prinċipji umanitarji ta' newtralità, umanità, imparzjalità u indipendenza. L-UE ser tippromwovi intendiment komuni ta' dawn il-linji gwida. L-UE ser tinkoraġġixxi wkoll taħriġ komuni dwar il-liġi internazzjonali u l-prinċipji umanitarji fundamentali. |
Protezzjoni Ċivili (12)
|
58. |
L-għajnuna umanitarja Ewropea tista' tkun ibbażata fuq diversi strumenti tal-Komunità u ta' l-Istati Membri, inklużi r-riżorsi tal-protezzjoni ċivili, li jkopru firxa wiesgħa ta' assi li huma proprjetà ta' l-istat u dawk li mhumiex. Dawn l-assi, meta skjerati f'kuntest umanitarju f'pajjiżi terzi, huma taħt il-kmand ċivili u fi prinċipju jiġu skjerati b'rispons għal talba formali mill-istat affettwat. Dawn jintbagħtu bilateralment, permezz tan-NU jew permezz taċ-Ċentru ta' Monitoraġġ u Informazzjoni (MIC) fil-qafas tal-Mekkaniżmu Komunitarju għall-Protezzjoni Ċivili. L-Istati Membri jużaw dejjem iktar il-kapaċitajiet tal-protezzjoni ċivili tagħhom fir-rispons għal diżastri f'pajjiżi terzi, prinċipalment f'diżastri naturali u emerġenzi teknoloġiċi u ambjentali. Meta skjerati fi kwalunkwe kriżi umanitarja, l-użu ta' riżorsi ta' protezzjoni ċivili għandu jkun immexxi skond il-ħtieġa u kumplimentari għal u koerenti ma' l-għajnuna umanitarja. Għalhekk, il-koordinazzjoni xierqa bejn l-atturi Ewropej differenti u l-istrumenti hija essenzjali, hekk kif huwa r-rispett għar-rwol ta' koordinament ġenerali tan-NU. F'livell ta' l-UE, l-użu tar-riżorsi tal-protezzjoni ċivili fil-qafas tal-Mekkaniżmu huwa soġġett għal kooperazzjoni mill-qrib mal-Presidenza. Persunal tal-protezzjoni ċivili skjerat għall-finijiet umanitarji ser ikun dejjem diżarmat. |
|
59. |
F'diżastri naturali u f'emerġenzi teknoloġiċi u ambjentali, ir-riżorsi tal-protezzjoni ċivili jistgħu jipprovdu kontribut importanti għall-azzjonijiet umanitarji bbażati fuq valutazzjonijiet ta' ħtiġijiet umanitarji u l-vantaġġi possibbli tagħhom f'termini ta' veloċità, speċjalizzazzjoni, effiċjenza u effettività, speċjalment fil-fażi bikrija tar-rispons ta' l-għajnuna. |
|
60. |
F'emerġenzi kumplessi r-rikors għall-assi tal-protezzjoni ċivili għandu pjuttost ikun l-eċċezzjoni. L-użu tagħhom f'emerġenzi kumplessi, inkluż f'sitwazzjonijiet ta' fraġilità, huwa speċjalment delikat u sensittiv peress li hemm ir-riskju li tiġi kompromessa l-perċezzjoni tan-newtralità u l-imparzjalità ta' l-isforz ta' l-għajnuna. Dan jista' jirriżulta fl-esponiment tal-ħaddiema ta' l-għajnuna kif ukoll il-popolazzjoni affettwata għal attakki minn partijiet fil-ġlied, u bl-aċċess irrifjutat għall-popolazzjoni affettwata mhux biss fl-emerġenzi attwali, iżda wkoll f'dawk tal-futur. Dawn ir-riskji jeħtieġ li jintiżnu sew kontra l-immedjatezza tal-ħtiġijiet tal-popolazzjoni u l-ħtieġa għar-riżorsi tal-protezzjoni ċivili biex ikopruhom. |
Assi militari
|
61. |
Taħt kondizzjonijiet speċifiċi ħafna, l-għajnuna umanitarja tista' tuża assi militari, notevolement għal appoġġ loġistiku u ta' infrastruttura prinċipalment fil-kuntest ta' diżastri naturali. L-UE żviluppat Qafas Ġenerali għall-użu ta' assi ta' trasport militari jew mikrijin mill-militar ta' l-Istati Membri u ta' għodod ta' koordinazzjoni tal-PESD b'appoġġ għar-rispons ta' l-UE għal diżastri (13). Ġew żviluppati proċeduri standard ta' l-operat. L-UE stabbiliet ukoll arranġamenti għal appoġġ militari għar-rispons ta' l-UE għal diżastri (identifikazzjoni u koordinazzjoni ta' assi u kapaċitajiet disponibbli) (14). Sabiex jiġi evitat in-nuqqas ta' ċarezza bejn l-operazzjonijiet militari u l-għajnuna umanitarja, huwa essenzjali li l-assi u l-kapaċitajiet militari jintużaw biss f'ċirkostanzi limitati ħafna b'appoġġ għall-operazzjoni ta' għajnuna umanitarja bħala l-“aħħar għażla”, jiġifieri fejn ma hemm l-ebda alternattiva ċivili komparabbli u l-użu ta' assi militari li huma uniċi f'kapaċità u disponibbiltà biss jistgħu jissodisfaw ħtieġa umanitarja kritika. |
|
62. |
Fejn f'tali ċirkostanzi jiġu skjerati assi jew kapaċitajiet militari, ir-responsabbiltà primarja ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat affettwat kif ukoll ir-rwol u r-responsabbiltà ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-koordinament ta' l-assistenza għal għajnuna internazzjonali f'pajjiżi terzi jeħtieġu li jiġu rrispettati. |
|
63. |
L-UE tafferma mill-ġdid li operazzjoni umanitarja li tagħmel użu ta' assi militari għandha żżomm in-natura u l-karattru ċivili tagħha. Dan ifisser li, filwaqt li l-assi militari jibqgħu taħt il-kontroll militari, l-operazzjoni umanitarja ġenerali għandha tibqa' taħt l-awtorità u l-kontroll ġenerali ta' l-organizzazzjoni umanitarja responsabbli, jiġifieri l-OCHA u l-Koordinatur Umanitarju (b'responsabbiltà ġenerali għall-isforz ta' l-għajnuna). Dan ma jagħti l-ebda kmand ċivili u status ta' kontroll fuq l-assi militari. |
|
64. |
L-UE tikkunsidra li l-koordinazzjoni ċivili-militari, bħala l-interazzjoni essenzjali bejn l-atturi ċivili/umanitarji u militari f'emerġenzi umanitarji, hija vitali għall-protezzjoni u l-promozzjoni tal-prinċipji umanitarji. Il-koordinazzjoni hija ffaċilitata bi djalogu, kollegament u taħriġ komuni. |
|
65. |
L-UE tafferma l-impenn tagħha li l-proviżjoni ta' assi ta' trasport militari jew mikrijin mill-militar u/jew ta' kapaċitajiet oħrajn għal azzjonijiet umanitarji li jsalvaw il-ħajja ta' l-Istati Membri għandhom jiġu pprovduti mingħajr spejjeż għall-Istat affettwat jew attur umanitarju riċevitur. L-UE tinkoraġġixxi sforzi miżjuda ta' atturi umanitarji u militari għat-titjib ta' l-intendiment reċiproku u r-rispett dwar mandati u rwoli rispettivi u għall-kollegament dwar approċċi potenzjali għar-rispons għal diżastru. Għal dan il-għan l-UE hija impenjata li fejn huwa meħtieġ u xieraq tibgħat uffiċjal(i) ta' kollegament ċivili-militari għall-faċilitar u l-impenn attiv ta' koordinazzjoni ċivili-militari. |
4. Azzjoni umanitarja internazzjonali
|
66. |
L-azzjoni umanitarja hija responsabbiltà kollettiva f'livell internazzjonali, li tinvolvi ħafna organizzazzjonijiet, gvernijiet, komunitajiet lokali u individwi differenti. Għall-UE, l-appoġġ għall-iżvilupp tal-kapaċità globali kollettiva għar-rispons ta' kriżijiet umanitarji huwa wieħed mis-sisien fundamentali ta' l-approċċ tagħna. L-UE timpenja ruħha li ma tiddupplikax il-mekkaniżmi internazzjonali eżistenti. |
|
67. |
Sforzi internazzjonali biex jiġi żgurat rispons umanitarju ġenerali adegwat ġew rinfurzati fis-snin reċenti b'riformi mmexxija min-NU tas-sistema umanitaja, f'kooperazzjoni ma' atturi u donaturi umanitarji oħrajn. L-UE ttenni l-appoġġ qawwi tagħha għar-riforma tas-sistema umanitarja bil-għan li jiġi żgurat rispons aħjar għal dawk fil-bżonn. |
|
68. |
Sfida waħda importanti hija ż-żieda tal-volum ġenerali tal-finanzjament għal azzjoni umanitarja biex tlaħħaq mal-ħtiġijiet dejjem jikbru. L-UE tappoġġa l-għan ta' tisħiħ tal-prevedibbiltà u l-flessibbiltà tal-finanzjament umanitarju kemm b'mekkaniżmi multilaterali kif ukoll b'mekkaniżmi diretti (bilaterali), it-tnejn b'vantaġġi komparattivi. Għal dan il-għan ġew stabbiliti mekkaniżmi finanzjarji ġodda, partikolarment il-Fond Ċentrali għal Rispons f'Emerġenza tan-NU (CERF) u l-Fondi Umanitarji Komuni (15). L-UE tilqa' dawn il-mekkaniżmi ġodda bħala suppliment utli għall-firxa ta' strumenti ta' finanzjament disponibbli. L-UE tfakkar li l-kontributi għas-CERF għandhom ikunu addizzjonali għal impenji attwali, (16) u m'għandhomx jieħdu post l-appoġġ finanzjarju disponibbli għal operazzjonijiet umanitarji oħrajn u għal firxa sħiħa ta' msieħba li jimplimentaw. |
|
69. |
L-UE tilqa' l-enfasi mogħtija min-NU għal kriżijiet “sotto-finanzjati” permezz ta' komponent speċifiku tas-CERF immirat li jindirizza r-riżorsi supplimentari għal dawk il-kriżijiet, partikolarment fejn dawn jikkorrispondu għal “kriżijiet minsijin”, (17) u tfakkar l-importanza ta' allokazzjoni trasparenti bbażata fuq il-ħtiġijiet tal-finanzjament tas-CERF. |
|
70. |
Fokus maġġuri ieħor għat-titjib ta-rispons globali għall-kriżijiet umanitarji huwa l-attentat biex jiġu żgurati koerenza u koordinazzjoni aħjar tad-diversi atturi, u prijoritizzazzjoni u identifikazzjoni ċari tal-vojt fir-rispons permezz ta' l-applikazzjoni tas-'sistema magħquda (18)' u t-tisħiħ tas-sistema tal-Koordinatur Umanitarju. L-UE tappoġġa bis-sħiħ dawn l-isforzi, waqt li tfakkar li huma għandhom jinkludu b'mod wiesa' l-atturi umanitarji kollha u għandhom iservu l-għan li jittejjeb it-twassil ta' l-għajnuna umanitarja fil-post lil dawk l-aktar fil-bżonn. |
|
71. |
Minbarra l-isforzi segwiti fl-UE dwar l-assistenza umanitarja, l-UE tirrikonoxxi bis-sħiħ il-ħtieġa li tirrinforza l-ħidma mill-qrib ma' oħrajn dwar kwistjonijiet ta' l-għoti tajjeb u rispons u t-tisħiħ umanitarji effettivi. L-UE tirriafferma li l-isforzi tagħha għandhom ikunu marbutin sewwa f'approċċi internazzjonali usa', bil-UN-OCHA fir-rwol ċentrali ta' koordinament. Ir-riżoluzzjoni 46/182 ta' l-Assemblea Ġenerali tan-NU tibqa' referenza ta' gwida f'dan ir-rigward. |
|
72. |
L-UE tirrikonoxxi li l-kontribut tagħha, bħala Unjoni ta' donaturi (governattivi) tradizzjonali ta' l-għajnuna umanitarja, jirrappreżenta biss parti żgħira tas-solidarjetà u l-umanità ġenerali ħafna drabi espressa permezz ta' donazzjonijiet privati, u appoġġ tal-familja estiża jew grupp għal dawk fil-bżonn. It-twessigħ tal-bażi ta' donaturi governattivi jista' jikkontribwixxi sinifikament biex jiġu sodisfatti l-ħtiġiet umanitarji dejjem jiżdiedu. Il-forom kollha ta' għajnuna umanitarja għandhom jingħataw skond il-prinċipji umanitarji. Biex jiġi żgurat li r-riżorsi jimxu mal-ħtiġijiet u biex il-kontabbiltà tiġi rrinfurzata, huwa importanti li d-donaturi kollha jirrappurtaw il-kontributi ta' l-għajnuna umanitarja tagħhom lis-Servizz ta' Traċċar Finanzjarju ġestit mill-UN-OCHA. Jistgħu jiġu esplorati b'mod utli mezzi għar-reġistrazzjoni aktar sħiħa tas-sorsi ta' finanzjament li ma jiġix mill-gvernijiet fis-sistema ta' Traċċar Finanzjarju sabiex tinżamm stampa preċiża tar-rispons umanitarju ġenerali. |
|
73. |
L-UE ser tkompli taħdem mill-qrib ma' donaturi maġġuri oħrajn ta' assistenza umanitarja uffiċjali kemm fl-inizjattiva ta' l-Għoti Umanitarju Tajjeb kif ukoll permezz tal-firxa wiesgħa ta' kuntatti bejn donaturi f'kuntest bilaterali kif ukoll dak multilaterali. L-UE ser tħeġġeġ ukoll sforzi mifruxa konġunti u bilaterali għall-espansjoni tal-bażi ta' donaturi lil hinn mil-limiti tradizzjonali tagħha. |
|
74. |
L-UE tirrikonoxxi li element ċentrali biex jiġu salvati ħajjiet — partikolarment f'diżastri naturali li jfaqqgħu minnufih — huwa l-kapaċità lokali. Għalhekk, hija ser issaħħaħ l-isforzi tagħha biex tipprovdi aktar bini ta' kapaċità lokali lil dawk fl-aħjar post biex jirrispondu meta jfaqqa' diżastru. |
5. Il-Continuum/contiguum ta' l-Għajnuna
5.1. Tnaqqis tar-Riskju u l-Vulnerabbiltà permezz ta' Tħejjija Msaħħa
|
75. |
L-UE tirrikonoxxi li t-tnaqqis tar-riskju u l-vulnerabbiltà permezz ta' tħejjija mtejba huwa essenzjali għallpreservazzjoni tal-ħajja, speċjalment f'żoni vulnerabbli għal diżastri naturali u t-tibdil fil-klima. L-UE hija impenjata fil-promozzjoni tat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri u t-tħejjija għal diżastri f'pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz ta' azzjoni koerenti u koordinata f'livell lokali, nazzjonali u reġjonali. Għalhekk l-UE ser tippromwovi l-isforzi internazzjonali fi ħdan il-Qafas Hyogo għall-Azzjoni kif ukoll tappoġġa r-rwol ta' koordinament ta' l-Istrateġija Internazzjonali għat-Tnaqqis tad-Diżastri, biex jiżdiedu l-kapaċitajiet fil-livelli kollha permezz ta' ppjanar u azzjoni strateġiċi. |
|
76. |
L-UE ser tistabbilixxi approċċ ta' politika globali ta' l-UE biex tappoġġa azzjoni f'dan il-qasam b'iffokar speċjali fuq il-pajjiżi u r-reġjuni li l-aktar jintlaqtu mid-diżastri u l-gruppi l-aktar vulnerabbli. L-UE ser tappoġġa attivitajiet ta' tħejjija abbażi komunitarja f'operazzjonijiet umanitarji u tinkludi t-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri fil-politika ta' żvilupp tagħha abbażi ta' appartenenza u strateġiji nazzjonali ta' pajjiżi li l-aktar jintlaqtu mid-diżastri (19) (20). |
5.2. Transizzjoni u Rkupru Bikri u żgurar tar-rabta ma' l-Għajnua għall-Iżvilupp
|
77. |
L-irkupru u r-rikostruzzjoni wara diżastru hija sfida kbira, li teħtieġ azzjoni strutturali u ta' żvilupp lil hinn mill-għajnuna ta' emerġenza immedjata. Għalhekk huwa importanti li jiġi żgurat li strumenti umanitarji, ta' l-iżvilupp u ta' għajnuna rilevanti oħrajn jaħdmu aħjar flimkien, partikolarment f'sitwazzjonijiet ta' fraġilità u fejn il-komunitajiet qed ifittxu li jirkupraw mill-effetti ta' kriżijiet. Il-ksib ta' rabta aħjar bejn Għajnuna, Rijabiltazzjoni u Żvilupp (LBRD) teħtieġ atturi umanitarji u ta' żvilupp biex jikkoordinaw mill-aktar fażijiet bikrija ta' rispons għal kriżi u biex jaġixxu b'mod paralLel bil-ħsieb li tiġi żgurata transizzjoni bla xkiel. Dan jeħtieġ għarfien reċiproku tal-modalitajiet, strumenti u approċċi differenti min-naħa ta' l-atturi kollha ta' l-għajnuna, u strateġiji ta' transizzjoni flessibbli u innovattivi. F'livell internazzjonali s-'sistema magħquda ta' rkupru kmieni' qed tħares speċifikament lejn l-indirizzar tar-rabta bejn l-għajnuna u l-għajnuna ta' l-iżvilupp fl-istadji l-aktar bikrija tar-rispons għal diżastru. |
|
78. |
L-UE ser taħdem flimkien dwar approċċi prattiċi ta' avvanz għal-LRRD. Dawn l-approċċi għandhom ikunu bbażati fuq l-esperjenzi u l-lezzjonijiet meħuda u jindirizzaw il-kooperazzjoni mtejba bejn l-aġenziji umanitarji u ta' żvilupp u atturi oħra ta' għajnuna, inkluż fil-komunità internazzjonali, partikolarment fil-livell tal-post u f'sitwazzjonijiet ta' emerġenzi fraġli jew kumplessi. F'ambjenti transitorji, tibqa' l-ħtieġa li jiġu żgurati sinerġiji bejn l-għajnuna umanitarja u l-għajnuna għall-iżvilupp filwaqt li jiġu rispettati l-objettivi, il-prinċipji u l-approċċi distinti tagħhom. |
IT-TIENI PARTI — IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-GĦAJNUNA UMANITARJA
|
79. |
Il-politika Komunitarja fil-qasam ta' l-għajnuna umanitarja hija rregolata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 1257/96 ta' l-20 ta' Ġunju 1996 (21) li jistabbilixxi l-objettivi prinċipali ta' l-għajnuna umanitarja Komunitarja lill-pajjiżi terzi. |
|
80. |
Il-Komunità ser tapplika l-prinċipji komuni u l-prassi tajba definiti fl-Ewwel Parti, fil-qafas komuni mfassal biex iwassal l-għajnuna umanitarja ta' l-UE. |
1. Vantaġġ komparattiv
|
81. |
Il-Komunità tista' tiġi distinta permezz tal-vantaġġ komparattiv u l-valur miżjud tagħha, li jippermettu l-kumplementarjetà mal-linji ta' politika bilaterali ta' l-Istati Membri u donaturi umanitarji oħrajn. |
|
82. |
F'isem il-Komunità, il-Kummissjoni tipprovdi valur miżjud permezz tar-rwoli li ġejjin: |
|
83. |
L-ewwel, preżenza globali. L-implimentazzjoni ta' l-għajnuna umanitarja Komunitarja hija appoġġata min-netwerk ta' esperti fil-qasam li jinsabu mad-dinja kollha, li jaħdmu minn uffiċċji fil-post, inklużi Uffiċċji Reġjonali ta' Appoġġ. Dan jagħmel lill-Komunità donatur wieħed minn ftit biss bi preżenza umanitarja speċjalizzata estensiva fil-livell ta' post. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tuża l-appoġġ tan-netwerk estensiv tagħha ta' Delegazzjonijiet. Dan jippermetti lill-Komunità biex taqdi b'mod effiċjenti l-funzjoni tagħha fl-allokazzjoni ta' l-għajnuna abbażi ta' preżenza, esperti (notevolment fil-ħtieġa ta' valutazzjoni), u r-rapidità tar-rispons, u biex tassisti l-imsieħba b'mod attiv fil-post għat-titjib tar-rispons umanitarju ġenerali. Barra minn hekk, il-Komunità hija f'pożizzjoni tajba li tikkumplimenta rapidament kif meħtieġ il-kontributi bilaterali ta' l-Istati Membri ta' l-UE fir-rispons għall-krizijiet. |
|
84. |
It-tieni, bl-appoġġ ta' l-Istati Membri, tiżgura koerenza fil-linji ta' politika Komunitarji, partikolarment fil-punti ta' laqgħa bejn il-linji ta' politika Komunitarji fil-qasam ta' l-għajnuna umanitarja, l-iżvilupp, is-sigurtà fl-ikel, is-saħħa pubblika u d-drittijiet tal-bniedem, inkluż permezz tar-Rabta bejn l-Għajnuna, ir-Riabilitazzjoni u l-Iżvilupp (LRRD), it-tnaqqis tar-riskju għad-diżastri u l-istrateġiji ta' tħejjija. |
|
85. |
It-tielet, il-promozzjoni ta' prassi umanitarjA tajBA. Matul is-snin, il-Komunità akkwistat livelli għolja ta' rikonoxximent bħala donatur ta' referenza u kontributur importanti għal azzjoni umanitarja. Il-Komunità tmexxi fit-triq ta' l-iżgurar li l-allokazzjonijiet ta' l-għajnuna umanitarja huma bbażati fuq il-ħtiġijiet u li l-ebda kriżi umanitarja ma tintesa fir-rispons umanitarju intenazzjonali. Il-Komunità hija wkoll fil-pożizzjoni unika li tista' tinkoraġġixxi donaturi umanitarji oħrajn biex jimplimentaw strateġiji ta' għajnuna umanitarja li huma effettivi u bi prinċipji. |
|
86. |
Ir-raba', il-Komunità spiss għandha vantaġġ komparattiv li tikun tista' tintervjeni f'sitwazzjonijiet politikament sensittivi b'aktar flessibbiltà. |
|
87. |
Il-ħames, fil-faċilità tal-koordinazzjoni. Il-Kummissjoni ser tkompli tippromwovi l-koordinazzjoni mill-qrib bejn l-attivitajiet tagħha stess u dawk ta' l-Istati Membri, kemm fil-livell ta' teħid ta' deċiżjonijiet kif ukoll fuq il-post. Il-Kummissjoni ser tappoġġa wkoll il-koordinazzjoni ma' donaturi oħrajn u taħdem mas-sistema tan-NU biex tiżgura koordinazzjoni strateġika kemm tar-risponsi speċifiċi għall-kriżijiet kif ukoll tal-kwistjonijiet ta' politika fil-livell ta' kwartieri ġenerali u dak fuq il-post. |
2. Tqegħid ta' għoti xieraq fil-prattika
|
88. |
Rigward il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet, il-Kummissjoni żviluppat metodoloġija speċifika għall-analiżi tal-vulnerabbiltà ġenerali u s-sitwazzjoni tal-kriżijiet f'livell komparattiv ta' pajjiż fuq bażi annwali — il-Valutazzjoni tal-Ħtiġijiet Globali. Dan huwa kondiviż pubblikament u infirex b'mod wiesa' bħala 'prassi tajba' fil-qafas ta' l-Għoti Umanitarju Tajjeb. Dan l-approċċ jinkwadra l-istrateġija Komunitarja annwali għall-ipprogrammar ta' l-għajnuna umanitarja. Qed jitwettqu valutazzjonijiet dettaljati tal-ħtiġijiet li jsawru risponsi speċifiċi għall-kriżijiet, bl-użu ta' esperjenza operattiva ta' valur u li jorbtu mill-qrib ma' l-imsieħba li jimplimentaw. |
|
89. |
Biex jiġi żgurat approċċ ekwitabbli li jagħti attenzjoni partikolari lill-kriżijiet li huma mwarrbin fir-rispons umanitarju ġenerali, il-Kummissjoni tapplika approċċ speċifiku għall-identifikazzjoni ta' “Kriżijiet Minsijin” u biex jiġi żgurat rispons ta' finanzjament xieraq. |
|
90. |
Il-Kummissjoni, permezz tal-finanzjament tagħha għat-tħejjija għad-diżastri, inkluż DIPECHO, appoġġata mill-baġit għall-għajnuna umanitarja, akkwistat esperjenza prattika konsiderevoli fit-tħejjija għad-diżastri bl-iffokar fuq attivitajiet b'bażi komunitarja, inkluż: li tqajjem kuxjenza, provi ta' emerġenza, sistemi lokali ta' allarm bikri, taħriġ u edukazzjoni. Tali attivitajiet iservu biex jitnaqqsu l-effetti tad-diżastri fuq popolazzjonijiet vulnerabbli. Dan l-approċċ b'bażi komunitarja ta' tħejjija għad-diżastri għandu jitkompla flimkien ma' aktar sforzi għall-inklużjoni tat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri f'għajnuna għall-iżvilupp għall-perijodu itwal. |
|
91. |
Il-Kummissjoni ser iżżomm rispons ta' kwalità għolja u l-abbiltà li tirreaġixxi malajr. Sabiex tagħmel dan hija tista' tirrinforza b'mod utli t-tlestija tagħha ta' qabel il-kriżi, inkluż valutazzjonijiet tas-sitwazzjoni u analiżi tal-kapaċitajiet għall-arranġamenti ta' rispons u ta' żieda, partikolarment li tagħmel użu mill-esperjenza u l-preżenza umanitarja estensiva tal-Kummissjoni fil-post (esperti ta' l-ECHO u l-Uffiċji Reġjonali ta' Appoġġ). L-arranġamenti tal-Kummissjoni ser ikomplu jipprovdu valur addizzjonali u għandhom jorbtu ma' dawk ta' l-Istati Membri u ta' l-imsieħba tagħha li jimplimentaw (inkluż it-timijiet tal-Valutazzjoni u l-Koordinazzjoni ta' Diżastri tan-Nazzjonijiet Uniti). |
|
92. |
Il-Kummissjoni taħdem fi sħubija mill-qrib ma' l-organizzazzjonijiet umanitarji — partikolarment l-aġenziji ta' għajnuna tan-NU, il-Moviment tas-Salib l-Aħmar u dak tan-Nofs-Qamar l-Aħmar u l-NGOs li qegħdin fl-aħjar pożizzjoni biex jimplimentaw l-għajnuna umanitarja fil-post. Approċċ qawwi ta' sħubija huwa minqux fil-ftehim li jirregolaw ir-relazzjonijiet ma' dawn l-organizzazzjonijiet. |
|
93. |
Kemm għall-protezzjoni ċivili kif ukoll għall-mekkaniżmi ta' rispons għall-kriżijiet il-Komunità teħtieġ tiżgura l-indipendenza ta' l-azzjoni umanitarja minn objettivi oħrajn bħal dawk politiċi u militari. |
|
94. |
Il-kontabbiltà finanzjarja dwar il-baġit Komunitarju hija stretta fil-livell ta' l-UE. Ir-rekwiżiti u l-proċeduri ta' rappurtar u proċeduri għall-għajnuna umanitarja ġestita mill-Kummissjoni huwa għalhekk attwalment fost l-aktar kompleti minn kwalunkwe donatur uffiċjali maġġuri. Din hija ħtieġa ċara f'termini ta' kontabbiltà għaċ-ċittadini Ewropej li hija sorveljata b'reqqa mill-istituzzjonijiet u riflessa bil-fatt li d-deċiżjonijiet Komunitarji kollha ta' finanzjament isiru pubbliċi. Il-Komunità timpenja ruħha li tkompli l-isforzi biex tirrazzjonalizza u tissimplifika l-proċeduri tagħha għall-għajnuna umanitarja sabiex tnaqqas il-piż amministrattiv minn fuq l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw fil-qafas tar-regoli applikabbli. L-armonizzazzjoni tar-rappurtar mill-Komunità fil-qasam umanitarju ser iseħħ skond id-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kontabbiltà u l-kontroll finanzjarji ġenerali. |
|
95. |
Sabiex jiġu garantiti u mtejba l-effettività u l-konsistenza tas-sistemi ta' għajnuna umanitarja tal-Komunità u l-Istati Membri, il-Kummissjoni topera s-“sistema ta' 14-il punt” għall-Istati Membri biex jirrappurtaw il-kontributi umanitarji tagħhom. Dan ir-rappurtar huwa armonizzat ma' u mressaq lis-Servizz ta' Traċċar Finanzjarju ta' l-OCHA, bil-kontribut għall-kwalità ġenerali ta' rappurtar umanitarju. |
|
96. |
L-Istati Membri u l-Parlament Ewropew iħeġġu lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' prassi ta' donazzjoni tajba u jimpenjaw ruħhom li jqisu bir-reqqa l-kwistjoni ta' l-adegwatezza ta' l-allokazzjoni tal-baġit għall-għajnuna umanitarja taħt Perspettivi Finanzjarji futuri. |
|
97. |
B'mod konkret, il-Komunità ser tfittex fil-perijodu medju li:
|
|
98. |
Għalhekk il-Komunità tfittex li żżid valur billi tpoġġi fil-prattika hija stess għotja tajba u sħubija b'saħħitha, filwaqt li tħeġġeġ oħrajn jgħamlu l-istess, bil-promozzjoni ta' risponsi ta' kwalità abbażi ta' ħtiġijiet li jassimilaw lezzjonijiet meħudin minn kriżijiet preċedenti, billi tkompli tistinka kontinwament għat-titjib tal-prestazzjoni u l-professjonaliżmu fit-twassil ta' l-għajnuna. |
IT-TIELET PARTI — DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
99. |
Bil-qbil ma' din id-Dikjarazzjoni, il-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea jimpenjaw ruħhom li jaħdmu għal aktar effettività ta' l-għajnuna umanitarja ta' l-UE. |
|
100. |
Il-Kummissjoni Ewropea ser tippreżenta pjan ta' azzjoni għal miżuri prattiċi għall-implimentazzjoni ta' din id-Dikjarazzjoni, f'konsultazzjoni mill-qrib ma' partijiet interessati rilevanti oħrajn u b'konsiderazzjoni debita tar-rwoli u l-kompetenzi rispettivi ta' l-atturi kollha involuti fid-dispożizzjoni ta' l-għajnuna umanitarja ta' l-UE. |
|
101. |
Il-progress ta' l-UE fl-implimentazzjoni ta' dan il-Kunsens dwar l-Għajnuna Umanitarja għandu jiġu diskuss regolarment fil-Kunsill u mal-Parlament Ewropew, u jiġi rivedut ħames snin wara l-firma. |
(1) L-għajnuna umanitarja Komunitarja hija bbażata fuq l-Artikolu 179 (Kooperazzjoni ta' l-Iżvilupp) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
(2) L-Istati Membri huma Partijiet għall-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra u l-Protokolli Addizzjonali tagħhom (1977).
(3) Il-Linji Gwida ta' l-UE dwar il-promozzjoni tal-konformità mal-liġi umanitarja internazzjonali, ĠU C 327, 23.12.2005, p. 4.
(4) Il-Prinċipji u l-prassi Tajba ta' l-Għoti Umanitarju, Stokkolma, 17 ta' Ġunju 2003; endorsjat mill-OECD — DAC f'April 2006.
(5) Dikjarazzjoni konġunta mill-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika ta' Żvilupp ta' l-Unjoni Ewropea: “Il-Konsensus Ewropew”, ĠU C46, ta' l-24.2.2006, p. 1.
(6) Il-prinċipji, l-istandards u l-kriterji ta' evalwazzjoni għall-għajnuna umanitarja huma mniżżlin fl-Anness għal din id-Dikjarazzjoni Konġunta.
(7) “Prinċipji ta' Kondotta għall-Għaqda Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u l-Moviment tan-Nofs-Qamar l-aħmar u NGOs fil-Programmi ta' Rispons għad-Diżastri” (1994).
(8) “Karta Umanitarja” SPHERE u Standards Minimi.
(9) Gwida OECD/DAC għall-Evalwazzjoni ta' l-Assistenza Umanitarja f'Emerġenzi Kumplessi.
(10) Il-Linji Gwida dwar l-Użu ta' l-Assi Militari u ta' Difiża Ċivili bħala appoġġ għall-Attivitajiet Umanitarji tan-Nazzjonijiet Uniti f'Emerġenzi Kumplessi (Marzu 2003).
(11) Il-Linji Gwida dwar l-Użu ta' l-Assi Militari u ta' Difiża Ċivili fl-Għajnuna Internazzjonali għal Diżastri — “Il-Linji Gwida ta' Oslo” (imnedija mill-ġdid mill-UN OCHA f'Novembru 2006).
(12) F'dan il-kuntest, it-terminu “protezzjoni ċivili” jirreferi għall-operazzjonijiet ta' għajnuna biss. Minbarra operazzjonijiet ta' għajnuna, il-protezzjoni ċivili tista' wkoll tintuża bħala għodda għall-maniġġar ta' kriżijiet taħt it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'appoġġ għall-assistenza konsulari.
(13) Qafas Ġenerali għall-użu ta' assi ta' trasport militari jew mikrijin mill-militar ta' l-Istati Membri u ta' għodod ta' koordinazzjoni tal-PESD b'appoġġ għar-rispons ta' l-UE għal diżastri, dok 8976/06.
(14) Appoġġ militari għar-rispons ta' l-UE għal diżastri — identifikazzjoni u koordinazzjoni ta' assi u kapaċitajiet disponibbli, dok. 9462/3/06 REV 3 u dok. 14540/06 + COR 1.
(15) Fondi miġbura bbażati fuq il-pajjiż aċċessibbli għall-imsieħba umanitarji li jimplimentaw u amministrati mill-Koordinatur Residenti/Koordinatur Umanitarju tan-NU.
(16) Riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tan-NU 60/124 tal-15 ta' Diċembru 2005.
(17) Kriżijiet Umanitarji identifikati mill-Valutazzjoni ta' Kriżijiet Minsijin tal-Kummissjoni (DG ECHO) bħala li għandhom rispons ta' donazzjonijiet limitat, skarsezzi ta' finanzjament ġenerali u livell baxx ta' attenzjoni mill-medja.
(18) “Nota ta' Gwida dwar l-użu tas-sistema magħquda għat-tisħiħ tar-rispons umanitarju” tal-Kumitat Permanenti Inter-Aġenzija, 23 ta' Novembru 2006. Is-sistema magħquda topera fuq żewġ livelli. Fil-livell globali, is-sistema tibni l-kapaċità f'oqsma 'nieqsa' ewlenin identifikati. Fil-livell tal-post, is-sistema magħquda ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kapaċità ta' rispons billi timmobilizza għaqdiet ta' aġenziji u atturi umanitarji biex jirrispondu f'oqsma partikolari ta' attività, kull għaqda b'mexxej ċar maħtur u responsabbli.
(19) Il-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp, il-paragrafu 21.
(20) F'dan il-kuntest, l-UE tinnota pożittivament il-prinċipji tal-Bini mill-Ġdid Aħjar elenkati fil-“Proposti ċentral għall-Bini mill-Ġdid Aħjar” — Rapport mill-Mibgħut Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-irkupru mit-Tsunami, William J. Clinton, Diċembru 2006.
(21) ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1.
ANNESS
Prinċipji, standards u kriterji ta' evalwazzjoni għall-għajnuna umanitarja
|
— |
L-għajnuna u l-protezzjoni għandhom jiġu pprovduti skond ir-rispett għad-Dinjità Umana, il-valuri umanitarji u d-drittijiet tal-bniedem, kif stabbilit fil-liġi internazzjonali. Dan jeħtieġ li d-dispożizzjoni għall-għajnuna m'għandhiex tiġi influwenzata b'interessi speċifiċi sew jekk ekonomiċi, politiċi, kulturali jew reliġjużi. Il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għandha fil-każijiet kollha tkun is-sisien fundamentali tal-programm umanitarju. Dan jirreferi għall-prinċipji umanitarji ta' l-imparzjalità, in-newtralità u l-indipendenza minn kwalunkwe aġenda politika, ekonomika jew reliġjuża, inkluż il-politika barranija ta' kwalunkwe gvern jew grupp ta' Gvernijiet. (--> Kriterji ta' l-OECD-DAC dwar l-impatt, il-kopertura u l-effettività) |
|
— |
Għandha tiġi pprovduta għajnuna ta' emerġenza ta' kwalità mill-qrib kemm jista' jkun possibbli ta' l-ikbar għadd ta' nies possibbli affettwati, rapidament kemm jista' jkun, bir-riżorsi disponibbli. Dan jeħtieġ l-iżvilupp ta' tħejjija għall-emerġenzi u kapaċitajiet ta' rispons xierqa u fil-ħin. (--> Kriterji ta' l-OECD-DAC dwar il-ħin, il-kopertura u l-effettività) |
|
— |
Amministraturi ta' l-għajnuna għandhom ikunu responsabbli għar-riżultati u l-impatt li huma jiksbu, u mhux biss dwar kif jiġu ġestiti r-riżorsi. Huma għandhom ikunu responsabbli lejn in-nies affettwati u lejn id-donaturi li jħallsu t-taxxa. L-ippjanar, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-verifika professjonali huma l-għodod għall-kisba tal-kontabbiltà u t-trasparenza. (--> Kriterji ta' l-OECD-DAC dwar l-impatt, is-sostenibbiltà, il-kopertura u l-effettività) |
|
— |
In-nies kollha affettwati għandhom jiġu ttrattati bħala bnedmin kapaċi u b'dinjità, aktar milli bħala nies bla ħila. Il-mod kif tiġi pprovduta l-għajnuna jista' jkun daqstant importanti daqs l-għajnuna nfisha. Popolazzjonijiet affettwati għandhom jipparteċipaw fit-teħid ta' deċiżjonijiet li jaffettwaw lill-ħajjithom. Il-parteċipazzjoni hija kemm dritt universali kif ukoll prassi tajjeb ta' ġestjoni. (--> Kriterji ta' l-OECD-DAC dwar l-adattament u r-rilevanza) |
|
— |
L-għajnuna għandha tiġi pprovduta b'tali mod li tieħu kont tal-kumplessità u l-varjetà tal-vulnerabbilitajiet umani u għandha tinkludi kwistjonijiet trasversali bħall-ugwaljanza bejn is-sessi u l-impatt immedjat u għall-perijodu fit-tul fuq l-ambjent. Il-ħtiġijiet ta' l-irġiel mhumiex identiċi ma' dawk tan-nisa. L-anqas ma huma l-istess id-drittijiet u l-ħtiġijiet tat-tfal bħal dawk ta' żgħażugħ jew adult. B'mod simili, gruppi etniċi jew reliġjużi speċifiċi jistgħu jeħtieġu approċċi, konsiderazzjonijiet u sensittivitajiet partikolari, rigward per eżempju t-tip ta' ikel ipprovdut għall-konsum tagħhom. (--> Kriterji ta' l-OECD-DAC dwar l-adattament u r-rilevanza) |
|
— |
Filwaqt li l-ħtiġijiet immedjati sostenibbli u li jsalvaw il-ħajja huma prijorità assoluta, l-għajnuna għal emerġenza għandha tkun il-pedament solidu għall-iżvilupp tal-bniedem għall-perijodu fit-tul, inkluż l-iżvilupp kulturali u ambjentali. Huwa meħtieġ ippjanar u l-koordinazzjoni għall-perijodu itwal ma' donaturi ta' l-iżvilupp biex jinkisbu programmi integrati li jorbtu l-programmi ta' emerġenza ma' programmi ta' nofs it-teminu, partikolarment programmi ta' riabilitazzjoni, rikostruzzjoni u ta' l-iżvilupp. Dan għandu jimmira biex jiġu assistiti popolazzjonijiet biex jirristabbilixxu u jsaħħu l-mekkaniżmi tradizzjonali tagħhom stess dwar kif ilaħħqu. (--> Kriterji ta' l-OECD-DAC dwar l-impatt, il-kollegament, il-koerenza u is-sostenibbiltà) |
|
— |
Riżorsi ta' emerġenza għandhom jiġu ġestiti professjonalment u b'attenzjoni sħiħa għall-ispejjeż implikati. Prassi tajba fil-ġestjoni u l-appoġġ għall-persunal hija funzjoni ċentrali ta' ġestjoni, fejn is-sigurtà, il-benesseri, id-drittijiet, id-dinjità u l-effettività tal-persunal huma prijorità. (--> Kriterji ta' l-OECD-DAC dwar l-effiċjenza (ta' l-ispejjeż) u l-effettività) |
|
— |
L-effetti ta' ħsara mhux intenzjonati potenzjali tar-rispons umanitarju (eżempju l-estensjoni tal-konflitt) jew l-effetti li jippromwovu n-nuqqas ta' ekwità fost ir-riċevituri ta' l-għajnuna għandhom jiġu identifikati mill-istadji tal-bidu tat-tfassil tal-programm u għandhom jiġu evitati pro-attivament. (--> Kriterji ta' l-OECD-DAC dwar l-effettività, l-adattament, ir-rilevanza u l-impatt) |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Parlament Ewropew
|
30.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 25/13 |
Konferenza tal-Kumitat għall-Affarijiet Komunitarji u Ewropej tal-Parlamenti ta' l-Unjoni Ewropea (COSAC)
Kontribuzzjoni adottata mill-XXXVIII COSAC
Estoril, 14-16 ta' Ottubru 2007
(2008/C 25/02)
1. L-IGC u l-Futur ta' l-Ewropa
|
1.1. |
COSAC tilqa' l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew li ltaqa' fi Brussell fil-21 u t-22 ta' Ġunju, fejn intalaħaq ftehim biex titlaqqa' Konferenza Intergovernattiva (IGC), taħt it-termini ta' Artikolu 48 tat-TEU (Trattat dwar l-Unjoni Ewropea). |
|
1.2. |
COSAC tappoġġja l-pożizzjoni soda meħuda mill-Presidenza dwar il-metodoloġija u l-iskeda tal-ħin għall-IGC, biex hija jirnexxilha tagħmel il-ħidma kollha tagħha bi qbil mal-mandat ċar u preċiż deċiż mill-Kunsill Ewropew. COSAC tilqa' l-fatt li l-mandat ta' l-IGC jantiċipa iktar żvilupp ta' l-irwol tal-Parlamenti Nazzjonali fl-Unjoni Ewropea filwaqt li jħares is-sustanza ta' l- IGC 2004 f'dan ir-rigward. |
|
1.3. |
COSAC tesprimi l-appoġġ tagħha għall-għan tal-Presidenza li tlesti l-ħidma ta' l-IGC malajr kemm jista' jkun. Għalhekk il-COSAC tixtieq li r-Riforma tat-Trattat tkun approvata matul il-Laqgħa Informali tal-Kapijiet ta' l-Istat u l-Gvern fit-18 u d-19 ta' Ottubru, biex l-arranġamenti istituzzjonali ġodda, hekk kif ratifikati, ikunu f'posthom qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li għandhom iseħħu f'Ġunju 2009. |
|
1.4. |
COSAC temmen li l-irwol kemm tal-Parlamenti Nazzjonali kif ukoll tal-Parlament Ewropew fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet jikber u jissaħħaħ bħal riżultat tal-proċeduri ġodda ta' sussidjarjità u dispożizzjonijiet addizzjonali fit-Trattat il-Ġdid tar-Riforma. Dawn il-mekkaniżmi għandhom jikkontribwixxu biex jassiguraw li Parlamenti Nazzjonali jkunu involuti aktar mill-qrib fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet fl-UE u jkollhom rwol iktar importanti vis-à-vis il-gvernijiet tagħhom f'affarijiet ta' l-UE. |
|
1.5. |
COSAC tapprezza kjarifika fl-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2 għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (Protokoll dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tas-Sussidjarjità u Proporzjonalità) b'effett li l-qafas ta' żmien ta' tmien ġimgħat għall-iċċekkjar għal sussidjarjità għandu jibda' biss meta abbozz ta' att leġiżlattiv ikun trasmess lill-Parlamenti Nazzjonali fil-lingwi uffiċjali kollha ta' l-Unjoni. |
|
1.6. |
Barra minn hekk, il-COSAC tagħraf li l-implimentazzjoni tad-drittijiet ġodda tal-Parlamenti Nazzjonali fil-kuntest tat-Trattat il-Ġdid tar-Riforma ma jinħtieġx biss iktar djalogu bejn Parlamenti Nazzjonali, iżda wkoll kooperazzjoni sħiħa minn istituzzjonijiet Ewropej biex jiġi assigurat skambju ta' informazzjoni ma' Parlamenti Nazzjonali li jippromwovi trasparenza, demokrazija u leġittimità tal-leġiżlazzjoni ta' l-UE. Għalhekk, il-proċess ta' l-IGC li bħalissa qed jiġi iffurmat, għandu jipprovdi opportunità tajba biex isaħħaħ il-kanali ta' komunikazzjoni ma' Parlamenti Nazzjonali, biex huma jkunu involuti aktar fil-qrib u l-fehmiet tagħhom jiġu ikkonsidrati. COSAC tixtieq li l-Parlamenti Nazzjonali jkunu assoċjati ma' Konferenzi Intergovernattivi. |
2. Kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea
|
2.1. |
F'Settembru 2006 il-Kummissjoni bdiet tittrasmetti l-proposti ġodda u papers ta' konsultazzjoni direttament lill-Parlamenti Nazzjonali u tistedinhom biex jirreaġixxu sabiex itejbu il-proċess tal-formulazzjoni tal-politika. COSAC tinnota li bejn wieħed u ieħor sena wara, il-valutazzjoni ta' dan il-mekkaniżmu huwa ġeneralment wieħed pożittiv. Dan il-mekkaniżmu ġab miegħu dimensjoni ġdida fil-kooperazzjoni ta' Parlamenti Nazzjonali mal-Kummissjoni u jiffaċilita l-moniteraġġ ta' affarijiet ta' l-UE minn Parlamenti Nazzjonali. |
|
2.2. |
COSAC tilqa' l-impenn mill-Kummissjoni biex tqis il-fehmiet ippreżentati mill-Parlamenti Nazzjonali. Dan il-mekkaniżmu għandu jkun ippriservat b'mod parallel ma' l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet inklużi fit-Trattat tar-Riforma fir-rigward ta' Parlamenti Nazzjonali. Huwa ħeġġeġ ħafna Parlamenti Nazzjonali biex jassumu rwol iktar attiv fil-fażi pre-leġiżlattiva tat-teħid ta' deċiżjonijiet ta' l-UE li għalhekk iżidilhom il-possibbilitajiet ta' parteċipazzjoni effettiva fi stadju bikri tal-proċess. |
|
2.3. |
COSAC temfasizza l-importanza tad-djalogu li qed jiġi żviluppat bejn il-Kummissjoni u l-Parlamenti Nazzjonali u tixtieq li dan ikun jinkludi azzjoni konkreta li tinforma lill-Parlamenti Nazzjonali fi stadju bikri dwar il-proġetti ta' politika tal-Kummissjoni. F'dan il-kuntest, COSAC ittenni x-xewqat diġà espressi fl-okkażjoni tal-XXXVII COSAC f'Berlin li l-pożizzjonijiet tal-Parlamenti Nazzjonali jiġu ikkunsidrati mill-Kummissjoni fil-formulazzjoni tal-Programm Leġiżlattiv u ta' Ħidma għall-2008. |
|
2.4. |
Rigward il-proposti trasmessi mill-Kummissjoni lill-Parlamenti Nazzjonali, COSAC titlob lill-Kummissjoni biex tibgħat lill-IPEX il-kummenti differenti li rċeviet mingħand il-Parlamenti Nazzjonali. COSAC tinkoraġġixxi wkoll lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-Parlamenti Nazzjonali b'valutazzjoni ta' kif hija qisithom jew qed tippjana li tqishom f'formulazzjonijiet oħra ta' politika. |
3. Moniteraġġ Parlamentari ta' l-Istrateġija ta' Lisbona
|
3.1. |
COSAC tinnota li Parlamenti Nazzjonali huma diġà involuti b'mod attiv fl-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' Lisbona, jiġifieri fl-irwoli tagħhom bħala leġiżlaturi. COSAC tixtieq li jseħħu xi żviluppi fir-rigward tal-moniteraġġ minn parlamenti tal-metodu miftuħ ta' kordinazzjoni ta' l-Istrateġija ta' Liżbona. |
|
3.2. |
COSAC tinkoraġġixxi parlamenti biex jippruvaw jinfluwenzaw l-istadji bikrija tal-proċess minħabba li dan jipprovdi r-rabta mal-fażi ta' l-implimentazzjoni sussegwenti, fejn il-parlamenti huma involuti. COSAC temfasizza l-importanza ta' Parlamenti Nazzjonali fl-istrateġija ta' Liżbona, l-iktar fir-rigward tal-pussess nazzjonali u l-viżibilità. |
|
3.3. |
COSAC temfasizza li żieda fl-iskambju elettroniku ta' informazzjoni interparlamentari u prattika tajba rigward il-moniteraġġ ta' l-istrateġija ta' Liżbona jkompli jikkontribwixxi biex isaħħaħ l-irwol li jista' jkollhom il-parlamenti f'dan il-qasam. F'dan il-kuntest, COSAC tilqa' l-fatt li Parlamenti Nazzjonali u l-Parlament Ewropew ikomplu l-kooperazzjoni fil-qafas tal-Laqgħat Parlamentari Konġunti li kienu organizzati sa mill-2005 qabel il-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa. |
|
3.4. |
COSAC issejjaħ lill-Parlamenti Nazzjonali biex janalizzaw din il-kwistjoni, jiġifieri qabel ir-reviżjoni li ġejja ta' l-Istrateġija ta' Lisbona fil-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa 2008, taħt il-Presidenza Slovenja, u temfasizza l-importanza li l-Parlamenti Nazzjonali jkunu informati bil-preparazzjonijiet li jinsabu għaddejjin għaċ-ċiklu ta' tliet snin ta' implimentazzjoni 2008-2011. |
4. Id-Dimensjoni Mediterranja ta' l-UE
|
4.1. |
COSAC temfasizza l-importanza strateġika tar-reġjun tal-Mediterran għall-UE. Il-politika ta' l-UE lejn l-imsieħba Mediterranji għandha tikkontribwixxi b'mod attiv għall-promozzjoni ta' stabilità politika, sigurtà kif ukoll għall-iżvilupp ta' qasam ta' prosperità maqsuma. COSAC tinkoraġġixxi t-tkabbir ta' skambji soċjali u kulturali, li jippromwovu ftehim aħjar bejn popli u reliġjonijiet differenti. |
|
4.2. |
COSAC tinkoraġġixxi lil Stati Membri ta' l-UE biex jagħmlu użu mill-istrumenti tal-politika li jeżistu, jiġifieri s-Sħubija Ewro-Mediterranja u l-Politika ta-Viċinat Ewropew, b'mod iktar koerenti u razzjonalizzat, biex is-sett estensiv ta' preskrizzjonijiet ta' politika tal-Ftehimiet ta' l-Assoċjazzjoni ta' Barċellona ikun marbut kif meħtieġ mal-programmi ta' politika domestika ta' l-Istati Membri individwali. COSAC temfasizza li r-rabta bejn it-tliet oqsma ta' kooperazzjoni — paċi, negozju u soċjetà ċivili — għandha tkun emfasizzata. COSAC tixtieq li t-tisħiħ ta' kooperazzjoni kulturali u ta' l-università tkun inkluża fl-aġenda Ewro-Mediterranja biex tiżviluppa qasam speċifiku li huwa ikkonċernat fuq id-dimensjoni ta' identitajiet nazzjonali. |
|
4.3. |
COSAC temfasizza l-importanza kruċjali tad-Dimensjoni Parlamentari tas-Sħubija Ewro-Mediterranja, jiġifieri fil-valutazzjoni ta' x'għandhom ikunu l-prijoritajiet fid-dimensjonijiet bilaterali u multilaterali. Hija tilqa' wkoll il-kuntatti u l-iskambji li jseħħu fil-qafas ta' gruppi ta' ħbiberija, viżti u missjonijiet. COSAC temfasizza li dawn kollha jistgħu jikkontribwixxu ħafna għall-viżibilità tas-Sħubija u jistgħu wkoll jrawwmu idea ta' pussess mill-atturi kollha involuti f'dan il-proċess. |
|
4.4. |
COSAC titlob lill-imsieħba kollha involuti biex jikkoperaw mill-qrib biex isibu politika komprensiva u integrata fil-qasam tal-migrazzjoni li tkun kapaċi tipprovdi r-rabta meħtieġa bejn l-istennija taż-żewġ naħat, u tivvaluta b'liema modi l-immigrazzjoni tista' ġġib benefiċċji għall-partijiet kollha involuti. COSAC temfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata l-kwistjoni serja ta' l-immigrazzjoni irregolari, filwaqt li tassigura rispett sħiħ għad-drittijiet umani; inkluż il-ħtieġa li t-traffikar tal-bnedmin, li qed jikkawża imwiet u ħafna tbatija, jiġi opponut bil-qawwa, u li jiżdied l-għarfien li hemm rabta qawwija bejn l-immigrazzjoni u l-iżvilupp. Huwa wkoll importanti ħafna li wieħed jirrikonoxxi l-benefiċċji ta' l-immigrazzjoni illegali, partikolarment ta' dawk li jidħlu bi kwalifika fis-suq Ewropew tax-xogħol. |
5. Moniteraġġ Parlamentari tal-programmi finanzjarji ta' l-UE
|
5.1. |
COSAC titlob lill-istituzzjonijiet Ewropej involuti fil-ftehim inter-istituzzjonali meta jkun qiegħed jiġi definit il-qafas multi-annwali ta' l-UE (“l hekk imsejħa 'perspettivi finanzjarji”) biex tinforma lill-Parlamenti Nazzjonali bil-prijoritajiet u l-għanijiet strateġiċi ta' dak il-qafas. |
|
5.2. |
COSAC tħeġġeġ lill-Parlamenti Nazzjonali biex ikomplu jiżviluppaw l-iskrutinju tagħhom f'dawn l-oqsma speċifiċi, jiġifieri l-qafas multi-annwali, il-programmi speċifiċi ta' infiq u l-baġit annwali. Din l-istruttura mibnija fuq tliet punti tista' tagħti ħarsa iktar wiesgħa u fil-fond fuq l-istruttura tal-programmi finanzjarji ta' l-UE. |
|
5.3. |
Fl-iskop tar-reviżjoni tal-Baġit 2008-2009, COSAC tistieden lill-Parlamenti Nazzjonali biex jesprimu il-fehmiet tagħhom qabel il-konklużjoni tar-reviżjoni, jiġifieri permezz ta' involviment attiv fil-konferenza li għandha tkun organizzata mill-Kummissjoni wara li l-perjodu ta' konsultazzjoni imniedi minn din l-istutuzzjoni jkun spiċċa. Parlamenti Nazzjonali huma wkoll imħeġġa biex jiskambjaw informazzjoni dwar ir-riżultati ta' l-iskrutinju tagħhom u dwar jekk huma bagħtux direttament l-opinjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni. |
Kummissjoni
|
30.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 25/16 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
Id-29 ta' Jannar 2008
(2008/C 25/03)
1 euro=
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,4773 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
158,02 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4524 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,74295 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,4487 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,6154 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
95,60 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,0350 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,903 |
|
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
258,23 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,6975 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
3,6173 |
|
RON |
Leu Rumen |
3,7350 |
|
SKK |
Krona Slovakka |
33,659 |
|
TRY |
Lira Turka |
1,7402 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6641 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4759 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
11,5299 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,8988 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,0979 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 395,61 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,5927 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
10,6284 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,2496 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
13 772,87 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7828 |
|
PHP |
Peso Filippin |
59,860 |
|
RUB |
Rouble Russu |
36,1630 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
46,300 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,6226 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,0413 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Kummissjoni
|
30.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 25/17 |
Operat ta' servizzi ta' l-ajru skedati
Sejħa għall-offerti mill-Irlanda skond l-Artikolu 4 (1) (d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 fir-rigward ta' l-operat ta' servizzi ta' l-ajru skedati ġewwa l-Irlanda
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 25/04)
1. Daħla
L-Irlanda emendat l-obbligi ta' servizz pubbliku ppubblikati fil-ĠU C 39, 16 ta' Frar 2005 skond l-Artikolu 4 (1) (a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 Lulju 1992 dwar aċċess għal operaturi tat-trasport bl-ajru Komunitarji, fir-rigward ta' l-operat tas-servizzi ta' l-ajru skedati fuq ir-rotot li ġejjin, b'seħħ mit-22 ta' Lulju 2008.
|
— |
Galway-Dublin |
|
— |
Kerry-Dublin |
|
— |
Knock-Dublin |
|
— |
Derry-Dublin |
|
— |
Donegal-Dublin |
|
— |
Sligo-Dublin |
L-istandards meħtieġa mill-obbligi ta' servizz pubbliku huma dawk ippubblikati fil-ĠU C 39, 16 ta' Frar 2005 kif ġew emendati bl-avviż ippubblikat fil-ĠU C 24, 29.1.2008.
Sakemm sa xahar wara l-pubblikazzjoni, l-ebda operatur tat-trasport bl-ajru ma jkun beda jew ma jkun se jibda jopera dawn is-servizzi ta' l-ajru f'konformità ma' l-obbligi ta' servizz pubbliku u mingħajr ma jitlob kumpens finanzjarju, l-Irlanda ddeċidiet, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 4(1)(d) ta' dan l-istess Regolament, li mit-22 ta' Lulju 2008 tibqa' tillimita l-aċċess għal kull rotta individwali minn dawn ir-rotot għal operatur wieħed u li, wara sejħa għall-offerti, tagħti d-dritt li dawn is-servizzi jibdew joperaw.
2. L-għan tas-sejħa għall-offerti
Mit-22 ta' Lulju 2008 l-operat tas-servizzi ta' l-ajru skedati diretti fuq waħda jew aktar mir-rotot elenkati hawn fuq skond l-obbligu ta' servizz pubbliku impost fuq ir-rotta/rotot fi kwistjoni u ppubblikat fil-ĠU C 39, 16 ta' Frar 2005, kif emendat bl-avviż ippubblikat fil-ĠU C 24, 29.1.2008.
Minbarra l-offerti indipendenti għal kull rotta, il-linji ta' l-ajru jistgħu wkoll jippreżentaw offerti flimkien għal kwalunkwe mill-kombinazzjonijiet elenkati hawn taħt. Offerti bħal dawn jintlaqgħu fejn il-livell ta' kumpens propost ikun aktar baxx mis-somma taż-żewġ offerti indipendenti rilevanti flimkien (minħabba ekonomiji skond il-kobor eċċ.)
|
— |
Derry-Dublin flimkien ma' Knock-Dublin |
|
— |
Derry-Dublin flimkien ma' Donegal-Dublin |
|
— |
Knock-Dublin flimkien ma' Sligo-Dublin |
|
— |
Donegal-Dublin flimkien ma' Sligo-Dublin. |
F'kull każ għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet ta' l-obbligu ta' servizz pubbliku impost fuq ir-rotot magħżula kif ġew ippubblikati fil-ĠU C 39, 16 ta' Frar 2005 u emendati bl-avviż tal-pubblikazzjoni fil-ĠU C 24 ta' 29.1.2008.
3. Parteċipazzjoni
Il-parteċipazzjoni hija miftuħa għall-operaturi kollha tat-trasport bl-ajru li għandhom liċenzja valida maħruġa minn Stat Membru skond ir-Regolament (KEE) Nru 2407/92. Is-servizzi se joperaw lejn l-ajrudromi taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Awtorità ta' l-Avjazzjoni Irlandiża.
4. Proċedura ta' l-offerti
Is-sejħa għall-offerti preżenti hija soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-punti (d), (e), (f), (g), (h) u (i) ta' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92.
5. Informazzjoni għal Offerenti
Il-fajl sħiħ ta' l-offerta, inkluż il-formola tal-Proposta għall-Offerta, ir-rekwiżiti ta' tagħrif finanzjarju, nota dwar il-karatteristiċi demografiċi u soċjoekonomiċi ta' kull żona ta' ġbir ta' l-ajruport, nota dwar kull ajruport (iċ-ċifri dwar il-passiġġieri tal-passat, it-tariffi ta' nżul, il-faċilitajiet tekniċi, eċċ.) u l-kundizzjonijiet kollha tal-kuntratt, jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas minn: Department of Transport, 44 Kildare Street, Dublin 2, Ireland. Kuntatt is-Sur Denis Murphy Tel. (353-1) 604 15 94; Feks (353-1) 604 16 81; Posta elettronika: airports@transport.ie
6. Tagħrif meħtieġ mingħand l-Offerenti
Minbarra li jimlew kompletament il-formola tal-Proposta għall-Offerta, l-offerenti huma meħtieġa jissodisfaw l-awtorità ta' l-għoti fir-rigward tar-rekwiżit li s-servizzi jibdew fit-22 ta' Lulju 2008 u tar-rewiżiti għall-affidabbiltà u l-kontinwità tas-servizzi, u li għandhom:
|
(a) |
il-qagħda finanzjarja u l-kapaċità li jieħdu f'idejhom u joperaw is-servizzi speċifikati; |
|
(b) |
il-liċenzji validi u ċ-ċertifikati meħtieġa (il-Liċenzja Valida u ċ-Ċertifikat ta' l-Operatur ta' l-Ajru, maħruġin skond il-ftehim komuni tal-JAR-OPS), kif ukoll |
|
(c) |
esperjenza pprovata fil-passat ta' operat ta' servizzi tal-passiġġieri skedati. |
Soġġett għas-sodisfar ta' kull wieħed mir-rekwiżiti (a), (b) u (c) hawn fuq, l-offerti jiġu mbagħad ivvalutati skond liema offerta tkun tagħti l-aħjar vantaġġ ekonomiku, filwaqt li titqies ukoll il-kapaċità ta' l-operatur ta' l-ajru li jwettaq l-operat tas-servizzi ta' l-ajru PSO għat-tul ta' żmien tal-kuntratt. Madankollu, l-awtorità ta' l-għoti mhix obbligata li taċċetta kwalunkwe offerta. F'ċerti ċirkostanzi, il-Ministru jirriserva d-dritt li jinnegozja ma' l-offerenti dwar prezz relatat ma' l-offerti tagħhom, iżda billi jqis ukoll it-telf previst ibbażat fuq l-ispejjeż ta' l-operat, ir-rendimenti previsti eċċ.
L-awtorità ta' l-għoti tirriserva d-dritt li titlob aktar informazzjoni dwar ir-riżorsi finanzjarji u/jew tekniċi u l-kapaċitajiet ta' kwalunkwe applikant, u mingħajr preġudizzju għal dan, li titlob jew tindaga għal aktar informazzjoni, kemm minn parti terz kif ukoll mill-applikant, fir-rigward tal-kapaċità ta' l-applikant li jieħu f'idejh u jopera s-servizzi ta' l-ajru skedati rilevanti.
L-offerti għandhom isiru bi prezzijiet f'Euro u d-dokumenti kollha li jakkumpanjawhom għandhom ikunu bl-Ingliż. Il-kuntratt se jkun ikkunsidrat bħala kuntratt li sar skond il-Liġi Irlandiża u soġġett għall-ġurisdizzjoni esklussiva tal-Qrati Irlandiżi.
7. Kumpens finanzjarju
L-offerti għandhom jiddikjaraw b'mod espliċitu l-ammont ta kumpens finanzjarju meħtieġ għall-operat ta' l-obbligu ta' servizz pubbliku fuq ir-rotta (rotot) fi kwistjoni għal kull waħda mit-tliet snin mid-data tal-bidu skedata. Il-kumpens għandu jiġi kkalkolat skond l-istandards minimi meħtieġa.
L-ammont tal-kumpens li attwalment għandu jitħallas mid-Dipartiment tat-Trasport għandu jiġi determinat kull sena fuq bażi ex-post, u għandu jkun limitat għat-telf attwali li jkun sar, billi l-offerent li jikseb l-operat tas-servizzi jqis l-ispejjeż attwali, id-dħul u jekk japplika, il-marġni tal-gwadann, soġġett, bħala massimu, għal-limitu ta' l-ammont iddikjarat għal kull sena fl-offerta.
Il-ħlasijiet jistgħu jintalbu mill-operatur tat-trasport fuq bazi ta' pagamenti regolari, bi qbil mal-proċeduri stabbiliti fil-fajl imsemmi f'5 hawn fuq. Ħlas ta' bbilanċjar ikun pagabbli fi tmiem kull sena kuntrattwali, soġġett għal riċevuta mill-awtorità ta' l-għoti ta' klejms dokumentati kif jixraq u akkumpanjati ma' ċertifkazzjoni mill-awdituri ta' l-operatur tat-trasport, skond il-kundizzjonijiet tal-kuntratt.
Il-kuntratt għandu jinkludi dispożizzjoni tal-limitu massimu ta' kumpens fi kwalunkwe sena(snin) li għandu jiżdied f'ċerti ċirkustanzi, skond id-diskrezzjoni ta' l-awtorità ta' l-għoti, fil-każ ta' tibdiliet straordinarji fil-kundizzjonijiet ta' l-operat, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-terminazzjoni tal-kuntratt. Talbiet għal żieda fil-limitu massimu ta' sussidju fi kwalunkwe sena(snin) jitqiesu biss mill-awtorità ta' l-għoti f'ċirkostanzi fejn l-iżviluppi fi kwistjoni ma kinux jew ma setgħux ikunu previsti mill-offerent jew li jirriżultaw minħabba fatturi li jaqgħu kompletament barra mill-kontroll ta' l-offerent. Il-kumpens għal żidiet fl-ispejjeż tal-fjuwil għandu jkun limitat għal ċirkostanzi ta' żieda eċċezzjonali fl-ispejjeż (ta' aktar minn 30 % fil-medju) tul perjodu ta' sena tal-kuntratt u għandu jiġi determinat skond formula billi:
A tirrappreżenta dik il-parti ta' l-ispiża tal-fjuwil verifikabbli tal-kumpens finanzjarju fil-perjodu tal-kuntratt rilevanti ta' tnax-il xahar;
B tirrappreżenta kwalunkwe żieda perċentwali fil-medja fil-prezz tal-pitrolju għall-ġettijiet matul l-istess 12-il xahar tal-kuntratt kif ġie rrapportat mill-Osservatorju tal-Prezz tal-Fjuwil tal-Ġettijiet ippubblikat mill-IATA, nieqsa 30 punti perċentwali; u
C tirrappreżenta l-kumpens addizzjonali permess u għandu jiġi kkalkolat kif ġej: C = A x B
Il-ħlasijiet kollha li jsiru skond il-kuntratt għandhom isiru f'Euro.
8. Perjodu ta' validità, emendi u terminazzjoni tal-kuntratt
Il-kuntratt jingħata mill-Ministru għat-Trasport Il-kuntratt ikun validu għal perjodu ta' 3 snin mit-22 ta' Lulju 2008. Issir sejħa ġdida għall-offerti, jekk tkun tapplika, qabel tmiem il-perjodu massimu ta' 3 snin mit-22 ta' Lulju 2008. Kwalunkwe emenda u terminazzjoni tal-kuntratt trid issir skond il-kundizzjonijiet tal-kuntratt. Tibdiliet fl-istandards meħtieġa skond l-obbligu ta' servizz pubbliku jkunu permessi biss bil-kunsens minn qabel ta' l-awtorità ta' l-għoti.
Fil-każ li tinqala' sitwazzjoni fejn l-offerent rebbieħ ma jibqax fil-pożizzjoni li jipprovdi s-servizz(i) ikkuntrattati, l-awtorità ta' l-għoti tirriserva d-dritt li tagħti l-kuntratt(i) fi kwistjoni, għall-bqija tal-perjodu kuntrattwali u soġġett għall-istess kundizzjonijiet u livelli ta' kumpens, lit-tieni offerent ikklassifikat li jmiss li jkun ġie identifikat fil-proċess oriġinali ta' valutazzjoni.
9. Penali fl-eventwalità ta' nuqqas ta' konformità mal-kuntratt min-naħa ta' l-operatur tat-trasport bl-ajru
Meta titjira tiġi kkanċellata minħabba raġunijiet ġejjin direttament mill-operatur tat-trasport bl-ajru, il-kumpens li għandu jitħallas ikun biss għall-ispejjeż, jekk ikun hemm, li attwalment saru mill-operaturi fl-ipproċessar tal-passiġġieri li ġie interrott minħabba n-nuqqas ta' l-operat ta' titjiriet bħal dawn. L-awtorità ta' l-għoti tirriserva d-dritt li tagħti avviż ta' terminazzjoni ta' kuntratt, jekk fir-rigward ta' l-adegwatezza tas-servizz ipprovdut mill-operatur tat-trasport u b'mod partikolari ta' l-għadd ta' titjiriet li ġew ikkanċellati u/jew ittardjati għal raġunijiet li għalihom ikun direttament responsabbli l-operatur tat-trasport, tkun ta' l-opinjoni li l-istandards mitluba mill-obbligu ta' servizz pubbliku ma ntlaħqux jew mhux qed jintlaħqu b'mod sodisfaċenti.
10. Id-data ta' l-għeluq għall-preżentazzjoni ta' l-offerti
Wieħed u tletin (31) jum kalendarju mill-pubblikazzjoni ta' din il-komunikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropej.
11. Proċedura għall-applikazzjoni
L-offerti għandhom jiġu ppreżentati permezz ta' ittra rreġistrata, id-data skond it-timbru tal-posta, jew imwassla għand:
Department of Transport, 44 Kildare Street, Dublin 2, Ireland, sa n-12.00 (ħin Irlandiż) fid-data fil-punt 10, f'enveloppi mmarkati “EASP Tender”.
12. Validità tas-sejħa għall-offerti
F'konformità ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92, il-validità ta' kull sejħa għall-offerti hija soġġetta għall-kundizzjoni li l-ebda operatur ta' l-ajru tal-Komunità ma jippreżenta, qabel id-data ta' l-iskadenza, programm ta' operat fuq ir-rotta(rotot) kkonċernata(i) fi kwistjoni skond l-obbligu ta' servizz pubbliku mingħajr l-ebda kumpens finanzjarju.
13. Att dwar il-Libertà ta' l-Informazzjoni, 1997
Id-Dipartiment tat-Trasport jimpenja ruħu li jagħmel l-aħjar li jista' biex iżomm il-kunfidenzjalità dwar kwalunkwe informazzjoni mogħtija mill-offerenti, soġġett għall-obbligi tad-Dipartiment taħt il-liġi, inkluż l-Att dwar il-Libertà ta' l-Informazzjoni (FOI) ta' l-1997 kif ġie emendat bl-Att dwar il-Libertà ta' l-Informazzjoni ta' l-2003. Jekk l-offerenti jkunu jixtiequ li ma tiġix żvelata kwalunkwe parti mill-informazzjoni mogħtija lilhom fl-offerti tagħhom minħabba s-sensittività kummerċjali tagħha, għandhom, filwaqt li jagħtu l-informazzjoni, jidentifikaw dan u jispeċifikaw ir-raġunijiet għas-sensittività tagħha. Id-Dipartiment għandu jikkonsulta ma' l-offerenti dwar din l-informazzjoni sensittiva qabel ma jieħu deċiżjoni dwar ir-rilaxx ta' l-informazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Att dwar il-Libertà ta' l-Informazzjoni. Jekk l-offerenti jikkunsidraw li l-ebda informazzjoni mogħtija minnhom tkun sensittiva kummerċjalment, għandhom jiddikjaraw dan u t-tali informazzjoni tista' tiġi rilaxxata bi tweġiba għal talba mill-FOI.
Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)
|
30.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 25/20 |
AVVIŻI TA' KOMPETIZZJONI ĠENERALI EPSO/AD/118-123/08
(2008/C 25/05)
L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Personal (EPSO) qed jorganizza dawn il-kompetizzjonijiet ġenerali:
|
|
EPSO/AD/118/08 — LINGWA ĊEKA (CS) |
|
|
EPSO/AD/119/08 — LINGWA LITWANA (LT) |
|
|
EPSO/AD/120/08 — LINGWA LATVJANA (LV) |
|
|
EPSO/AD/121/08 — LINGWA MALTIJA (MT) |
|
|
EPSO/AD/122/08 — LINGWA SLOVAKKA (SK) |
|
|
EPSO/AD/123/08 — LINGWA SLOVENA (SL) |
għal Amministraturi (AD5) fil-qasam tat-traduzzjoni.
L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat esklussivament bil-Ġermaniż, bl-Ingliż u bil-Franċiż fil-Ġurnal Uffiċjali C 25 A tat-30 ta' Jannar 2008.
L-informazzjoni kollha tinsab fuq is-sit ta' l-internet ta' l-EPSO http://europa.eu/epso
Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
|
30.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 25/21 |
Avviż tar-rettifika ta' post battal ta' Segretarju Ġenerali (Grad AD 16-Kategorija Speċjali) — [Artikolu 2 (a) u Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej]
(2008/C 25/06)
Il-persunal ta' l-Istituzzjonijiet Ewropej huwa mgħarraf li l-post battal ta' Segretarju Ġenerali tal-KESE (Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew) ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea bil-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Ingliż (ĠU C 316 A, 28.12.2007) ġie emendat (ara ĠU C 25 A, 30.1.2008).