ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
26ta' Jannar 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Qorti tal-Ġustizzja

2008/C 022/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU C 8, 12.1.2008

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-Ġustizzja

2008/C 022/02

Kawża C-453/04: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia) — Federconsumatori, Adiconsum, ADOC, Ercole Pietro Zucca (C-463/04) u Associazione Azionariato Diffuso dell'AEM SpA, Filippo Cuccia, Giacomo Fragapane, Pietro Angelo Puggioni, Annamaria Sanchirico, Sandro Sartorio (C-464/04) vs Comune di Milano (Artikolu 56 KE — Moviment liberu ta' kapitali — Restrizzjonijiet — Impriżi privatizzati — Dispożizzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-istatut ta' assoċjazzjoni tal-kumpanniji jista' jagħti lill-Istat jew lil korp pubbliku li għandhom ishma fil-kapital ta' din ta' l-aħħar id-dritt li jaħtru direttament membru wieħed jew iktar tal-bord tad-diretturi)

2

2008/C 022/03

Kawża C-280/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Iit-Tielet Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Għajnuniet mogħtija mill-Istat — Inkompatibbiltà mas-suq komuni — Obbligu ta' rkupru — Nuqqas ta' eżekuzzjoni)

2

2008/C 022/04

Kawża C-298/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Funanzgericht Münster — Il-Ġermanja) — Columbus Container Services BVBA & Co. vs Finanzamt Bielefeld-Innenstadt (Artikoli 43 u 56 KE — Taxxa fuq id-dħul u fuq il-patrimonju — Kundizzjonijiet ta' tassazzjoni tal-qligħ ta' stabbiliment li jinsab fi Stat Membru ieħor — Konvenzjoni bil-għan li tiġi evitata t-tassazzjoni doppja — Metodi ta' l-eżenzjoni jew ta' l-imputazzjoni tat-taxxa)

3

2008/C 022/05

Kawża C-393/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija (Regolament (KEE) Nru 2092/91 — Produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli — Entitajiet privati li jispezzjonaw — Rekwiżit ta' stabbiliment jew ta' infrastruttura permanenti fl-Istat Membru fejn jingħata s-servizz — Ġustifikazzjonijiet — Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju ta' l-awtorità pubblika — Artikolu 55 KE — Protezzjoni tal-konsumaturi)

3

2008/C 022/06

Kawża C-404/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Regolament (KEE) Nru 2092/91 — Produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli — Entitajiet privati li jispezzjonaw — Rekwiżit ta' stabbiliment jew ta' infrastruttura permanenti fl-Istat Membru fejn jingħata s-servizz — Ġustifikazzjonijiet — Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju ta' l-awtorità pubblika — Artikolu 55 KE — Protezzjoni tal-konsumaturi)

4

2008/C 022/07

Kawża C-456/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 43 KE — Psikoterapewti reġistrati — Sistema ta' kwoti — Regoli tranżitorji derogatorji — Proporzjonalità — Ammissibbiltà)

4

2008/C 022/08

Kawża C-7/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-29 ta' Novembru 2007 — Beatriz Salvador García vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Benefiċċju ta' espatrijazzjoni — Kundizzjoni prevista fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(1)(a) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti — Kunċett ta' xogħol li sar għal Stat ieħor)

5

2008/C 022/09

Kawża C-8/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Anna Herrero Romeu vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Benefiċċju ta' l-espatrijazzjoni — Kundizzjoni prevista fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(1)(a) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Kunċett ta' xogħol li sar [għal] Stat ieħor)

5

2008/C 022/10

Kawża C-9/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Tomás Salazar Brier vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Benefiċċju ta' l-espatrijazzjoni — Kundizzjoni prevista fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(1)(a) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Kunċett ta' xogħol li sar għal-Stat ieħor)

6

2008/C 022/11

Kawża C-10/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Rafael de Bustamente Tello vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (Appell — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Benefiċċju ta' l-espatrijazzjoni — Kundizzjoni prevista fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(1)(a) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti — Kunċett ta' xogħol li sar [għal] Stat ieħor)

6

2008/C 022/12

Kawża C-59/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Luigi Marcuccio vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew (Appell — Uffiċjal — Impjieg f'pajjiż terz — Assenjazzjoni mill-ġdid ta' l-impjieg u tan-nomina tiegħu — Prinċipju ta' osservanza tad-drittijiet tad-difiża — Portata — Oneru tal-prova)

7

2008/C 022/13

Kawża C-119/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tad-Direttiva 92/50/KEE relata mal-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' servizzi — Għoti ta' kuntratt mingħajr sejħa għal offerti — Għoti ta' servizzi ta' transport sanitarju)

7

2008/C 022/14

Kawża C-176/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH, Stadtwerke Tübingen GmbH, Stadtwerke Uelzen GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, E.ON Kernkraft GmbH, RWE Power AG, EnBW Energie Baden-Württemberg AG, Vattenfall Europe Nuclear Energy GmbH, li qabel kienet Hamburgische Electricitäts-WerkeAG (Appell — Għajnuna allegatament mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lil ċentri nukleari — Riżervi għall-għeluq ta' ċentri u għall-eliminazzjoni ta' skart radjuattiv — Inammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza — Motiv ta' ordni pubblika)

8

2008/C 022/15

Kawża C-262/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — Il-Ġermanja) — Deutsche Telekom AG vs Bundesrepublik Deutschland (Settur tat-telekomunikazzjonijiet — Servizz universali u drittijiet ta' l-utenti — Kunċett ta' obbligi li għandhom jinżammu fis-seħħ b'mod provviżorju — L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2002/21/CE (Direttiva Kwadru) u Artikolu 16(1)(a) tad-Direttiva 2002/22/CE (Direttiva Servizz Universali) — Tariffi applikati għall-provvista tas-servizz ta' telefonija bil-vuċi — Obbligu ta' awtorizzazzjoni amministrattiva)

8

2008/C 022/16

Kawża C-300/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — Il-Ġermanja) — Ursula Voß vs Land Berlin (Artikolu 141 KE — Prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa — Uffiċjali pubbliċi — Xogħol matul sigħat supplimentari — Diskriminazzjoni indiretta kontra ħaddiema nisa impjegati part time)

9

2008/C 022/17

Kawża C-328/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil — Spanja) — Alfredo Nieto Nuño vs Leonci Monlleó Franquet (Trade marks — Direttiva 89/104/KEE — Artikolu 4(2)(d) — Trade marks magħrufa sew fi Stat Membru fis-sens ta' l-Artikolu 6 bis tal-Konvenzjoni ta' Pariġi — Konoxxenza tat-trade mark — Estensjoni ġeografika)

9

2008/C 022/18

Kawża C-401/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — Sitt Direttiva tal-VAT — Provvista ta' servizzi — Eżekutur testamentarju — Post tal-provvista ta' servizzi — Artikoli 9(1) u (2)(e))

10

2008/C 022/19

Kawża C-417/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Ammissibbiltà — Fondi strutturali — Finanzjament ta' inizjattivi Komunitarji — Modifika ta' allokazzjonijiet indikattivi — Eżekuzzjoni tar-res judicata)

10

2008/C 022/20

Kawża C-435/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Korkein hallinto-oikeus — Il-Finlandja) — C (Kooperazzjoni ġudizzjarja f'materja ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Kamp ta' applikazzjoni ratione materiae u temporali — Kunċett ta' materji ċivili — Deċiżjoni dwar il-kura u t-tqegħid ta' tfal barra mill-familja originali — Miżuri ta' protezzjoni tat-tfulija li jirriżultaw mid-dritt pubbliku)

11

2008/C 022/21

Kawża C-451/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien — L-Awstrija) — Gabriele Walderdorff vs Finanzamt Waldviertel (Sitt Direttiva VAT — Artikolu 13B(b) — Eżenzjoni — Tranżazzjonijiet ta' kiri u ta' lokazzjoni ta' proprjetà immobbli — Lokazzjoni ta' drittijiet tas-sajd)

11

2008/C 022/22

Kawża C-486/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta' Dicembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen — Il-Belġju) — BVBA Van Landeghem vs Belgische Staat (Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura magħquda — Klassifikazzjoni tat-tariffi — Intestaturi 8703 u 8704 — Vettura bil-mutur tat-tip pick-up)

12

2008/C 022/23

Kawża C-508/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Malta (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 96/59/KE — Artikolu 11 — Ġestjoni ta' l-iskart — Rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls — Nuqqas ta' komunikazzjoni tal-pjanijiet u tal-qafas meħtieġa)

12

2008/C 022/24

Kawża C-516/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ferriere Nord SpA (Appell — Kompetizzjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Multa — Infurzar — Regolament (KEE) Nru 2988/74 — Perijodu ta' limitazzjoni — Att li jagħti lok għal dannu — Inammissibbiltà)

13

2008/C 022/25

Kawża C-6/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2002/74/KE — Protezzjoni ta' l-impjegati — Insolvenza ta' min iħaddem)

13

2008/C 022/26

Kawża C-34/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2003/109/KE — Ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul — Nuqqas ta' transpożizzjoni fit-terminu stabbilit)

14

2008/C 022/27

Kawża C-57/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2003/86/KE — Dritt għal riunifikazzjoni tal-familja — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu preskritt)

14

2008/C 022/28

Kawża C-67/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiza (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/24/KE — Prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali — Kodiċi tal-Komunità — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu preskritt)

15

2008/C 022/29

Kawża C-68/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-29 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen — L-Iżveżja) — Kerstin Sundelind Lopez vs Miguel Enrique Lopez Lizazo (Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Artikoli 3, 6 u 7 — Kompetenza ġurisdizzjonali — Għarfien u infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri — Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta' divorzju — Konvenut ċittadin u residenti ta' pajjiż terz — Regoli nazzjonali ta' ġurisdizzjoni li jipprovdu vantaġġ eżorbitanti)

15

2008/C 022/30

Kawża C-106/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2000/59/KE — Faċilitajiet fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija — Nuqqas ta' ħolqien u ta' implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' akkoljenza u ta' trattament ta' l-iskart għall-portijiet kollha)

16

2008/C 022/31

Kawża C-112/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/80/KE — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali — Kumpens għal vittmi ta' delitti — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

16

2008/C 022/32

Kawża C-258/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/18/KE — Proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

17

2008/C 022/33

Kawża C-263/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjon inkorretta — Direttiva 96/61/KE — Artikolu 9(4) — Artikolu 13(1) — Anness I — Prevenzjoni u kontroll integrat tat-tniġġis — Kunċetti ta' rikors għall-aħjar tekniki disponibbli u ta' kunsiderazzjoni mill-ġdid perjodikament tal-kundizzjonijiet tal-permess)

17

2008/C 022/34

Kawża C-457/06 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-4 ta' Ottubru 2007 — Ir-Repubblika tal-Finlandja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Rikors għal annullament — Inammissibbiltà — Att li m'għandux effetti ġuridiċi vinkolanti — Riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej — Proċedura ta' ksur — Artikolu 11 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 — Imgħax għal dewmien — Negozjati biex jintlaħaq ftehim dwar ħlas kundizzjonali — Ittra ta' rifjut)

18

2008/C 022/35

Kawża C-495/06 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Ottubru 2007 — Bart Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Promozzjoni — Proċedura ta' promozzjoni 2003 — Rapport ta' evalwazzjoni tal-karriera — Deċiżjoni li tistabbilixxi b'mod definittiv ir-rapport — Deċiżjoni li jiġi promoss uffiċjal ieħor għal grad ta' traduttur-reviżur — Talba għal kumpens tad- dannu — Appell li huwa in parti manifestamenti inammissibli u in parti manifestament mhux fondat)

18

2008/C 022/36

Kawża C-242/07 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Novembru 2007 — Ir-Renju tal-Belgju vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Terminu tar-rikors — Artikolu 43(6) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza — Oriġinal tar-rikors ippreżentat wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit — Inammissibbiltà — Kunċett ta' żball skużabbli — Kunċett ta' 'każ fortuwitu)

19

2008/C 022/37

Kawża C-502/06 P: Appell imressaq fit-13 ta' Diċembru 2007 minn Carlos Correia de Matos kontra d-digriet mogħti fis-27 ta' Settembru 2007 mill-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) fil-Kawża T-440/05, Carlos Correia de Matos vs Il-Parlament Ewropew

19

2008/C 022/38

Kawża C-440/07 P: Appell imressaq fl-24 ta' Settembru 2007 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba Awla Estiża) mogħtija fil-11 ta' Lulju 2007 fil-kawża T-351/03 (Schneider Electric SA vs Il-Kummissjoni)

19

2008/C 022/39

Kawża C-443/07 P: Appell imressaq fit-28 ta' Settembru 2007 minn Clara Centeno Mediavilla, Delphine Fumey, Eva Gerhards, Iona M. S. Hamilton, Raymond Hill, Jean Huby, Patrick Klein, Domenico Lombardi, Thomas Millar, Miltiadis Moraitis, Ansa Norman Palmer, Nicola Robinson, François-Xavier Rouxel, Marta Silva Mendes, Peter van den Hul, Fritz Von Nordheim Nielsen, Michaël Zouridakis kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla Estiża), fil-11 ta' Lulju 2007, fil-Kawża T-58/07, Centeno Mediavilla et. vs Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej

20

2008/C 022/40

Kawża C-471/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Il-Belġju) fl-24 ta' Ottubru 2007 — Association générale de l'industrie du médicament ASBL, Bayer SA, Servier Benelux SA, Janssen Cilag SA, Pfizer SA vs L-Istat Belġjan — Intervenjenti: Sanofi-Aventis Belgium SA

21

2008/C 022/41

Kawża C-472/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'Etat (Il-Belgju) fl-24 ta' Ottubru 2007 — Association générale de l'industrie du médicament ASBL, Bayer SA, Pfizer SA, Servier Benelux SA, Sanofi-Aventis Belgium SA vs L-Istat Belgjan

22

2008/C 022/42

Kawża C-473/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Kunsill ta' l-Istat) (Franza) fil-25 ta' Ottubru 2007 — Association nationale pour la protection des eaux et des rivières — TOS, Association OABA vs Ministère de l'écologie, du développement et de l'aménagement durables — Parti intervenjenti: Association France Nature Environnement

22

2008/C 022/43

Kawża C-475/07: Rikors imressaq fil-25 ta' Ottubru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

23

2008/C 022/44

Kawża C-476/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (Il-Ġermanja) fid-29 ta' Ottubru 2007 — M.C.O. Congres vs Suxess GmbH

23

2008/C 022/45

Kawża C-478/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (L-Awstrija) fil-25 ta' Ottubru 2007 — Budějovický Budvar vs Rudolf Ammersin GmbH

24

2008/C 022/46

Kawża C-485/07: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Centrale Raad van Beroep (L-Olanda) fil-5 ta' Novembru 2007 — Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen vs H. Akdas et

24

2008/C 022/47

Kawża C-486/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (L-Italja) fil-5 ta' Novembru 2007 — Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA) vs Consorzio Agrario di Ravenna Soc. Coop. arl

25

2008/C 022/48

Kawża C-489/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Lahr (Il-Ġermanja) fil-5 ta' Novembru 2007 — Pia Messner vs v Firma Stefan Krüger

25

2008/C 022/49

Kawża C-491/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht für Strafsachen Wien (L-Awstrija) fil-31 ta' Ottubru 2007 — Proċedura kriminali kontra Vladimir Turansky

26

2008/C 022/50

Kawża C-492/07: Rikors imressaq fis-7 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

26

2008/C 022/51

Kawża C-495/07: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Obersten Patent- und Markensenats (L-Awstrija) fl-14 ta' Novembru 2007 — Silberquelle GmbH vs Maselli-Strickmode GmbH

26

2008/C 022/52

Kawża C-497/07 P: Appell imressaq fis-16 ta' Novembru 2007 minn Philip Morris Products SA kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza (It-Tieni Awla) mogħtija fit-12 ta' Settembru 2007 fil-kawża T-140/06, Philip Morris Products vs L-UASI

27

2008/C 022/53

Kawża C-498/07 P: Appell imressaq fis-16 ta' Novembru 2007 minn Aceites del Sur-Coosur, S.A., li qabel kienet Aceites del Sur, S.A. kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) mogħtija fit-12 ta' Settembru 2007 fil-kawża T-363/04, Koipe Corporación, S.L. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni)

27

2008/C 022/54

Kawża C-499/07: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge (Il-Belġju) fis-16 ta' Novembru 2007 — S.A. Beleggen, Risicokapitaal, Beheer vs L-Istat tal-Belġju

29

2008/C 022/55

Kawża C-502/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Naczelny Sąd Administracyjny (Il-Polonja) fid-19 ta' Novembru 2007 — K-1 sp. z o.o. vs Izba Skarbowa w Bydgoszczy

30

2008/C 022/56

Kawża C-504/07: Talba għal domanda preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (Il-Portugall) fid-19 ta' Novembru 2007 — Associação Nacional de Transportes Rodoviários de Pesados de Passageiros (Antrop) et vs Conselho de Ministros et

31

2008/C 022/57

Kawża C-508/07 P: Appell imressaq fil-21 ta' Novembru 2007 minn Cain Cellars, Inc. kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tat-12 ta' Settembru 2007 fil-Kawża T-304/05 — Cain Cellars, Inc vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

32

2008/C 022/58

Kawża C-510/07: Rikors imressaq fil-21 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

32

2008/C 022/59

Kawża C-511/07: Rikors imressaq fil-21 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

33

2008/C 022/60

Kawża C-515/07: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesgerichtshof (Il-Ġermanja) fit-22 ta' Novembru 2007 — Vereniging Noordelijke Land- en Tuinbouw Organisatie vs Staatssecretaris van Financiën

33

2008/C 022/61

Kawża C-517/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (Ir-Renju Unit) fit-22 ta' Novembru 2007 — Afton Chemical Limited vs The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs

34

2008/C 022/62

Kawża C-520/07 P: Appell imressaq fit-22 ta' Novembru 2007 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza mogħtija fit-12 ta' Settembru 2007 mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla Estiża) fil-kawża T-196/02, MTU Friedrichshafen GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

34

2008/C 022/63

Kawża C-523/07: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Korkein hallinto-oikeus (Il-Finlandja) fit-23 ta' Novembru 2007 — A

35

2008/C 022/64

Kawża C-527/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court) (Ir-Renju Unit) tat-28 ta' Novembru 2007 — Generics (UK) Ltd, Regina vs Licensing Authority (li taġixxi permezz tal-Medicines and Healthcare products Regulatory Agency)

36

2008/C 022/65

Kawża C-528/07 P: Appell imressaq fid-29 ta' Novembru 2007 mill-Association de la presse internationale ASBL (API) kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Awla Manja) fit-12 ta' Settembru 2007 fil-Kawża T-36/04: Assocation de la presse internationale ASBL (API) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

36

2008/C 022/66

Kawża C-532/07 P: Appell imressaq fid-29 ta' Novembru 2007 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Awla Manja) fit-12 ta' Settembru 2007 fil-Kawża T-36/04: Association de la presse internationale ASBL vs Il-Kumissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

37

2008/C 022/67

Kawża C-541/07: Rikors imressaq fit-30 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

38

2008/C 022/68

Kawża C-548/07: Rikors ippreżentat fl-10 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

38

2008/C 022/69

Kawża C-20/07: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Ottubru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

39

2008/C 022/70

Kawża C-145/07: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni ta-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Isvezja

39

2008/C 022/71

Kawża C-223/07: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja

39

 

Qorti tal-Prim' Istanza

2008/C 022/72

Kawża T-307/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 — Pagliacci vs Il-Kummissjoni (Uffiċjali — Kompetizzjoni ġenerali — Nuqqas ta' tqegħid fuq il-lista ta' riżerva — Ksur ta' l-avviż ta' kompetizzjoni — Kwalifiki u esperjenza professjonali meħtieġa)

40

2008/C 022/73

Kawża T-66/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Diċembru 2007 — Sack vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjal — Rikors għal annullament — Allowance għal kariga — Kariga ta' kap ta' diviżjoni — Trattament ugwali — Obbligu ta' motivazzjoni — Sistema lingwistika)

40

2008/C 022/74

Kawża T-86/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 — K & L Ruppert Stiftung vs L-UASI — Lopes de Almeida Cunha et (CORPO livre) (Trade mark Komunitarja — Proċedura ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva CORPO livre — Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali LIVRE — Prova dwar l-użu tat-trade marks preċedenti li ġiet ippreżentata tard)

40

2008/C 022/75

Kawżi magħquda T-101/05 u T-111/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 — BASF u UCB vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji fis-settur tal-prodotti tal-vitamini — Kloru tal-kolin (vitamina B4) — Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta' l-Artikolu 81 KE u ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea — Multi — Effett dissważiv — Reċidività — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Ksur uniku u kontinwat)

41

2008/C 022/76

Kawża T-112/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 — Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji fis-settur tal-prodotti tal-vitamini — Kloru tal-kolin (vitamina B 4) — Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta' l-Artikolu 81 KE u ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea — Imputabbiltà ta' l-aġir illegali)

41

2008/C 022/77

Kawża T-113/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Diċembru 2007 — Angelidis vs Il-Parlament (Servizz Pubbliku — Uffiċċjali — Mili ta' kariga bil-grad A2 — Ċaħda ta' kandidatura — Ksur ta' rekwiżiti proċedurali essenzjali — Rikors għal annullament — Rikors għal kumpens)

42

2008/C 022/78

Kawża T-308/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 — L-Italja vs Il-Kummissjoni (Fondi Strutturali — Kofinanzjar — Regolamenti (KE) Nru 1260/1999 u Nru 1685/2000 — Kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà ta' ħlasijiet akkont magħmula minn korpi nazzjonali fil-kuntest ta' skemi ta' għajnuna mill-Istat jew b'relazzjoni ma' l-għoti ta' għajnuna — Prova ta' l-użu tal-fondi mid-destinatarji finali — Rikors għal annullament — Att li jista' jiġi kkontestat)

42

2008/C 022/79

Kawża T-10/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Diċembru 2007 — Portela & Companhia vs L-UASI — Torrens Cuadrado et Gilbert Sanz (Bial) (Trade mark Komunitarja — Proċedura ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva Bial — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BIAL — Raġuni relatata għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Prova ta' l-eżistenza tat-trade mark preċedenti — Koeżistenza ta' trade marks preċedenti — Motiv li jimmodifika s-suġġett tal-kawża — Provi ppreżentati għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza — Spejjeż sostnuti quddiem id-Diviżjoni ta' Oppożizzjoni)

43

2008/C 022/80

Kawżi magħquda T-50/06, T-56/06, T-60/06, T-62/06 u T-69/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 — L-Irlanda et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Direttiva 92/81/KEE — Dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali — Żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni ta' allumina — Eżenzjoni mogħtija mill-Awtoritajiet Franċiżi, Irlandiżi u Taljani — Għajnuna ġdida — Għajnuna eżistenti — Obbligu ta' motivazzjoni — Stħarriġ ex officio)

43

2008/C 022/81

Kawża T-117/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 — DeTeMedien Deutsche vs L-UASI (suchen.de) (Trade Mark Komunitarju — Talba għal trade mark komunitarja verbali suchen.de — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Nuqqas ta' karattru distintiv — Artikolu 7 (1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

44

2008/C 022/82

Kawża T-134/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Diċembru 2007 — Xentral vs L-UASI — Pages jaunes (PAGESJAUNES.COM) (Trade mark Komunitarja — Proċedura ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PAGESJAUNES.COM — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti LES PAGES JAUNES — Isem tad-domain pagesjaunes.com — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

44

2008/C 022/83

Kawża T-242/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Diċembru 2007 — Cabrera Sánchez vs L-UASI– Industrias Cárnicas Valle (el charcutero artesano) (Trade mark Komunitarja — Proċediment ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva el charcutero artesano — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti El Charcutero — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni — Nuqqas ta' xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

45

2008/C 022/84

Kawża T-326/07 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-4 ta' Diċembru 2007 — Cheminova et vs Il-Kummissjoni (Proċedura Sommarja — Direttiva 91/414/KEE — Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni — Ammissibbiltà — Nuqqas ta' urġenza)

45

2008/C 022/85

Kawża T-414/07: Rikors ippreżentat fid-19 ta' Novembru 2007 — Euro-Information vs L-UASI (Rappreżentazzjoni ta' id li żżomm karta bi tliet triangoli)

45

2008/C 022/86

Kawża T-421/07: Rikors ippreżentat fit-22 ta' Novembru 2007 — Deutsche Post vs Il-Kummissjoni

46

2008/C 022/87

Kawża T-425/07: Rikors ippreżentat fis-16 ta' Novembru 2007 — Agencja Wydawnicza Technopol vs L-UASI (100)

46

2008/C 022/88

Kawża T-426/07: Rikors ippreżentat fis-16 ta' Novembru 2007 — Agencja Wydawnicza Technopol vs L-UASI (300)

47

2008/C 022/89

Kawża T-427/07: Rikors ippreżentat fis-16 ta' Novembru 2007 — Mirto Corporación Empresarial vs L-UASI — Maglificio Barbara (Mirtillino)

47

2008/C 022/90

Kawża T-428/07: Rikors ippreżentat fit-22 ta' Novembru 2007 — Centre d'Étude u de Valorisation des Algues vs Il-Kummissjoni

48

2008/C 022/91

Kawża T-430/07: Rikors ippreżentat fit-23 ta' Novembru 2007 — Bodegas Montebello vs L-UASI — Montebello (MONTEBELLO RHUM AGRICOLE)

48

2008/C 022/92

Kawża T-432/07: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Novembru 2007 — Franza vs Il-Kummissjoni

49

2008/C 022/93

Kawża T-433/07: Rikors ippreżentat fit-22 ta' Novembru 2007 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

49

2008/C 022/94

Kawża T-436/07 P: Appell imressaq fit-30 ta' Novembru 2007 minn Nikos Giannopoulos kontra s-sentenza mogħtija fl-20 ta' Settembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-111/06, Giannopoulos vs Il-Kunsill

50

2008/C 022/95

Kawża T-440/07: Rikors ippreżentat fil-5 ta' Diċembru 2007 — Huta Buczek vs Il-Kummissjoni

50

2008/C 022/96

Kawża T-271/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Diċembru 2007 — Microsoft vs Il-Kummissjoni

51

 

Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2008/C 022/97

Kawża F-65/05: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Wandschneider vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Evalwazzjoni — Rapport dwar l-iżvilupp ta' karriera — Proċedura ta' evalwazzjoni għall-2003 — Rikors għal annullament — Motivazzjoni — Żball manifest ta' evalwazzjoni)

52

2008/C 022/98

Kawża F-95/05: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — N vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Aġenti temporanji — Reklutaġġ — Pożiżżjoni ta' Kap ta' Amministrazzjoni — Pajjiżi terzi — Opinjoni kuntrarja tas-servizz mediku)

52

2008/C 022/99

Kawża F-130/05: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Soares vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rikostituzzjoni tal-karriera — Nuqqas ta' rapport ta' evalwazzjoni — Eżami komparattiv tal-merti — Talba skond l-Artikolu 90 (1) ta' l-Istatut — Ammissibbiltà tar-rikors — Fatt ġdid u sostantiv)

53

2008/C 022/00

Kawża F-28/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Wandschneider vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Evalwazzjoni — Rapport dwar l-iżvilupp ta' karriera — Proċedura ta' evalwazzjoni għall-2004 — Rikors għal annullament — Motivazzjoni — Żball manifest ta' evalwazzjoni)

53

2008/C 022/01

Kawża F-42/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Sundholm vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Evalwazzjoni — Rapport ta' żvilupp ta' karriera — Eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2004 — Għanjiet u kriterji ta' evalwazzjoni — Danni)

53

2008/C 022/02

Kawża F-73/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Van Neyghem vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċċjali — Konkors ġenerali — Evalwazzjoni ta' l-eżami bil-miktub — Terminu li fih kellu jitressaq l-ilment — Ammissibbilità — Obbligu ta' motivazzjoni)

54

2008/C 022/03

Kawża F-108/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Basili vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċċjali — Rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera — Eżerċizzju ta' evalwazzjoni għas-sena 2004 — Rikors għal annullament — Rappreżentanti tal-persunal — Opinjoni tal-grupp ad hoc)

54

2008/C 022/04

Kawża F-27/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Sundholm vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Evalwazzjoni — Rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera — Eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2001/2002 — Assenza għal raġuni medika — Eżekuzzjoni ta' sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza — Artikolu 233 KE)

54

2008/C 022/05

Kawża F-40/06: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Talba ta' informazzjoni fuq l-effetti personali ttrasportati mill-post ta' l-impieg lejn il-post ta' residenza — Ebda lok għal deċiżjoni — Talba għad-danni manifestament infondata)

55

2008/C 022/06

Kawża F-23/07: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-19 ta' Ottubru 2007 — M vs L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMEA) (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Invalidità — Kumitat ta' l-Invalidità — Rifjut ta' konvokazzjoni — Inammissibbiltà manifesta)

55

2008/C 022/07

Kawża F-99/07: Rikors ippreżentat fit-28 ta' Settembru 2007 — Bernard vs Europol

55

2008/C 022/08

Kawża F-108/07: Rikors ippreżentat fil-15 ta' Ottubru 2007 — Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri

56

2008/C 022/09

Kawża F-124/07: Rikors ippreżentat fit-23 ta' Ottubru 2007 — Behmer vs Il-Parlament

56

2008/C 022/10

Kawża F-126/07: Rikors ippreżentat fit-30 ta' Ottubru 2007 — Van Beers vs Il-Kummissjoni

57

2008/C 022/11

Kawża F-127/07: Rikors ippreżentat fit-30 ta' Ottubru 2007 — Coto Moreno vs Il-Kummissjoni

57

2008/C 022/12

Kawża F-3/07: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-5 ta' Diċembru 2007 Moschonaki vs Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (FEACVT)

58

2008/C 022/13

Kawża F-71/07: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-28 ta' Novembru 2007 — Karatzoglou vs L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER)

58

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Qorti tal-Ġustizzja

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/1


(2008/C 22/01)

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU C 8, 12.1.2008

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 315, 22.12.2007

ĠU C 297, 8.12.2007

ĠU C 283, 24.11.2007

ĠU C 269, 10.11.2007

ĠU C 247, 20.10.2007

ĠU C 235, 6.10.2007

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

 

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-Ġustizzja

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia) — Federconsumatori, Adiconsum, ADOC, Ercole Pietro Zucca (C-463/04) u Associazione Azionariato Diffuso dell'AEM SpA, Filippo Cuccia, Giacomo Fragapane, Pietro Angelo Puggioni, Annamaria Sanchirico, Sandro Sartorio (C-464/04) vs Comune di Milano

(Kawża C-453/04) (1)

(Artikolu 56 KE - Moviment liberu ta' kapitali - Restrizzjonijiet - Impriżi privatizzati - Dispożizzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-istatut ta' assoċjazzjoni tal-kumpanniji jista' jagħti lill-Istat jew lil korp pubbliku li għandhom ishma fil-kapital ta' din ta' l-aħħar id-dritt li jaħtru direttament membru wieħed jew iktar tal-bord tad-diretturi)

(2008/C 22/02)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Federconsumatori, Adiconsum, ADOC, Ercole Pietro Zucca Zucca (C-463/04) u Associazione Azionariato Diffuso dell'AEM SpA, Filippo Cuccia, Giacomo Fragapane, Pietro Angelo Puggioni, Annamaria Sanchirico, Sandro Sartorio (C-464/04)

Konvenuta: Comune di Milano

Intervenjent in sostenn tar-rikorrenti: Comune di Milano

Intervenjenti in sostenn tal-partijiet fil-kawża prinċipali: AEM SpA (C-463/04 u C-464/04), Edison SpA (C-463/04),

Suġġett

Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 56 KE — Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — Liġi nazzjonali li tippermetti lill-entitajiet pubbliċi li jaħtru diretturi jew awdituri ta' intrapriżi privatizzati — Applikazzjoni minn entità lokali li għandha sehem sinjifikattiv fl-intrapriża privatizzata

Dispożittiv

L-Artikolu 56 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħalma hija l-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili Taljan, li biha l-istatut ta' assoċjazzjoni ta' kumpannija jista' jagħti lill-Istat jew lil korp pubbliku li għandhom sehem fil-kapital ta' din il-kumpannija d-dritt li jaħtru direttament direttur jew diretturi li, waħdedhom jew, bħal fil-kawża prinċipali, flimkien ma' dispożizzjoni, bħalma hija l-Artikolu 4 tad-Digriet Liġi Nru 332, tal-31 ta' Mejju 1994, li saret, b'xi emendi, Nru 474, tat-30 ta' Lulju 1994, kif emendata bil-Liġi Nru 350, ta' l-24 ta' Diċembru 2003, li tagħti lill-imsemmi Stat jew korp id-dritt li jieħu sehem fl-elezzjoni b'votazzjoni bil-lista ta' diretturi mhux maħtura direttament minnu, hija tali li tippermetti lil dan l-Istat jew lil dan il-korp li jkollu setgħa ta' kontrol sproporzjonata meta mqabbla ma' l-ishma tiegħu fil-kapital ta' l-imsemmija kumpannija.


(1)  ĠU C 249, 14.10.2006.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Iit-Tielet Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-280/05) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Għajnuniet mogħtija mill-Istat - Inkompatibbiltà mas-suq komuni - Obbligu ta' rkupru - Nuqqas ta' eżekuzzjoni)

(2008/C 22/03)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Righini, aġent]

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana [rappreżentanti: I. M. Braguglia, aġent u D. Del Gaizo, avukat]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/800/KE, tat-30 ta' Marzu 2004, li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni s-sistema ta' għajnuniet implimentata mill-Italja li tieħu miżuri urġenti favur l-impjieg f'impriżi f'diffikultà, li huma s-suġġett ta' proċedura ta' insolvenza u li jimpjegaw aktar minn elf persuna (Għajnuna Nru CR 62/2003, ex NN 7/2003 — Italja) (ĠU L 352, p. 10) — Nuqqas li jittieħdu, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jinġabru lura għajnuniet li ġew iddikjarati inkompatibbli mas-suq komuni

Dispożittiv

1)

Peress li ma ħaditx, fit-termini previsti, il-miżuri neċessarji sabiex tiġbor lura mingħand il-benefiċċjarji l-għajnuniet li ġew iddikjarati illegali u inkompatibbli mas-suq komuni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/800/KE, tat-30 ta' Marzu 2004, dwar is-sistema ta' għajnuniet mogħtija mill-Istat implimentata mill-Italja fir-rigward tad-dispożizzjonijiet urġenti fil-qasam ta' l-impjiegi, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 2 u 3 ta' din id-deċiżjoni.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 229, 17.9.2005.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Funanzgericht Münster — Il-Ġermanja) — Columbus Container Services BVBA & Co. vs Finanzamt Bielefeld-Innenstadt

(Kawża C-298/05) (1)

(Artikoli 43 u 56 KE - Taxxa fuq id-dħul u fuq il-patrimonju - Kundizzjonijiet ta' tassazzjoni tal-qligħ ta' stabbiliment li jinsab fi Stat Membru ieħor - Konvenzjoni bil-għan li tiġi evitata t-tassazzjoni doppja - Metodi ta' l-eżenzjoni jew ta' l-imputazzjoni tat-taxxa)

(2008/C 22/04)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Funanzgericht Münster

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Columbus Container Services BVBA & Co

Konvenuta: Finanzamt Bielefeld-Innenstadt

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Münster — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 43, 56, 57 u 58 tat-Trattat KE — Libertà ta' stabbiliment u moviment liberu tal-kapital — Dħul minn kapital investit magħmul minn stabbiliment barra ta' persuna li hija taxxabbli b'mod illimitat fil-Ġermanja — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għat-tpaċija ta' taxxi miġbura fuq dan id-dħul barra mill-pajjiż mat-taxxa nazzjonali, kuntrarjament għad-dispożizzjonijiet tal-konvenzjoni dwar il-prevenzjoni tat-tassazzjoni doppja konkluża mal-Belġju, li tipprovdi għall-użu tal-metodu ta' l-eżenzjoni mit-taxxa

Dispożittiv

L-Artikoli 43 KE u 56 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprojbixxux leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li bis-saħħa tagħha d-dħul ta' resident nazzjonali, li jirriżulta minn kapital investit fi stabbiliment li għandu s-sede tiegħu fi Stat Membru ieħor, mhuwiex, minkejja l-eżistenza ta' konvenzjoni dwar il-prevenzjoni tat-tassazzjoni doppja konkluża ma' l-Istat Membru tas-sede ta' dan l-istabbiliment fl-Istat Membru l-ieħor, eżentat mit-taxxa fuq id-dħul nazzjonali, iżda huwa suġġett għat-taxxa nazzjonali li magħha hija paċuta t-taxxa miġbura fl-Istat Membru l-ieħor.


(1)  ĠU C 271, 29.10.2005.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

(Kawża C-393/05) (1)

(Regolament (KEE) Nru 2092/91 - Produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli - Entitajiet privati li jispezzjonaw - Rekwiżit ta' stabbiliment jew ta' infrastruttura permanenti fl-Istat Membru fejn jingħata s-servizz - Ġustifikazzjonijiet - Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju ta' l-awtorità pubblika - Artikolu 55 KE - Protezzjoni tal-konsumaturi)

(2008/C 22/05)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: E. Traversa u G. Braun, aġenti]

Konvenuta: Ir-Repubblika ta' l-Awstrija [rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 49 KE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Rekwiżit ta' stabbiliment jew ta' infrastruttura permanenti fl-Awstrija għall-entitajiet li jispezzjonaw fil-qasam tal-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli, li huma approvati fi Stat Membru ieħor.

Dispożittiv

1)

Billi tirrikjedi mill-entitajiet privati li jispezzjonaw prodotti ġejjin mill-biedja organika approvati fi Stat Membru ieħor li jkollhom stabbiliment fit-territorju Awstrijak sabiex ikunu jistgħu jipprovdu servizz ta' spezzjoni hemmhekk, ir-Repubblika ta' l-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 49 KE.

2)

Ir-Repubblika ta' l-Awstrija hija ordnata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 10 ta' l-14.1.2006.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-404/05) (1)

(Regolament (KEE) Nru 2092/91 - Produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli - Entitajiet privati li jispezzjonaw - Rekwiżit ta' stabbiliment jew ta' infrastruttura permanenti fl-Istat Membru fejn jingħata s-servizz - Ġustifikazzjonijiet - Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju ta' l-awtorità pubblika - Artikolu 55 KE - Protezzjoni tal-konsumaturi)

(2008/C 22/06)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: E. Traversa u G. Braun, aġenti]

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja [rappreżentanti: M. Lumma u C. Schulze-Bahr, aġenti]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 49 KE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Rekwiżit ta' stabbiliment jew ta' infrastruttura permanenti fil-Ġermanja għall-entitajiet li jispezzjonaw fil-qasam tal-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli, li huma approvati fi Stat Membru ieħor.

Dispożittiv

1)

Billi tirrikjedi mill-entitajiet privati li jispezzjonaw prodotti ġejjin mill-biedja organika approvati fi Stat Membru ieħor li jkollhom stabbiliment fit-territorju Ġermaniż sabiex ikunu jistgħu jipprovdu servizz ta' spezzjoni hemmhekk, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 49 KE.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hi ordnata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 10 ta' l-14.1.2006.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-456/05) (1)

(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 43 KE - Psikoterapewti reġistrati - Sistema ta' kwoti - Regoli tranżitorji derogatorji - Proporzjonalità - Ammissibbiltà’)

(2008/C 22/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u S. Grünheid, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u U. Forsthoff, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 43 tat-Trattat KE — Leġiżlazzjoni tranżitorja dwar awtorizzazzjoni tal-psikoterapewti li tipprevedi, għall-ksib ta' l-awtorizzazzjoni, attività preliminari eżerċitata fil-kuntest ta' skema ta' l-assigurazzjoni nazzjonali tal-mard.

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi li hija għandha skond l-Artikolu 43 KE meta rriżervat id-dispożizzjonijiet tranżitorji jew id-“drittijiet miksuba”, li jippermettu lill-psikoterapewti li jibbenefikaw minn awtorizzazzjoni jew minn approvazzjoni mogħtija indipendentement mir-regoli dwar ir-reġistrazzjoni li huma fis-seħħ, għall-dawk il-psikoterapewti biss li jkunu wettqu l-attività tagħhom fi reġjun fil-Ġermanja f'kuntest ta' fondi Ġermaniżi ta' assigurazzjoni tal-mard, u meta ma ħaditx in kunsiderazzjoni l-attività professjonali paragunabbli jew simili eżerċitata mill-psikoterapewti fi Stati Membri oħrajn.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 86, 8.4.2006.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-29 ta' Novembru 2007 — Beatriz Salvador García vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-7/06 P) (1)

(Appell - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Benefiċċju ta' espatrijazzjoni - Kundizzjoni prevista fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(1)(a) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti - Kunċett ta' “xogħol li sar għal Stat ieħor’)

(2008/C 22/08)

Lingwa tal-proċedura: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Beatriz Salvador García (rappreżentanti: R. García-Gallardo Gil-Fournier, D. Domínguez Pérez, A. Sayagués Torres, avukati)

Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, aġent, J. Gutiérrez Gisbert, J. Rivas u M. Canal, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tal-25 ta' Ottubru 2005, Salvador García vs Il-Kummissjoni (T-205/02), li tiċħad rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2002 li tiċħad lir-rikorrenti l-għoti tal-benefiċċju ta' espatrijazzjoni previst fl-Artikolu 4(1)(a) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll xi benefiċċji marbuta miegħu

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Is-Sinjura Salvador Garcia għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 60, 11.3.2006.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Anna Herrero Romeu vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-8/06 P) (1)

(Appell - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Benefiċċju ta' l-espatrijazzjoni - Kundizzjoni prevista fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(1)(a) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Kunċett ta' “xogħol li sar [għal] Stat ieħor’)

(2008/C 22/09)

Lingwa tal-proċedura: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Anna Herrero Romeu (rappreżentanti: J.-R. García-Gallardo Gil-Fournier, D. Domínguez Pérez, A. Sayagués Torres, abogados)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, aġent, J. Rivas Andrés u M. Canal, abogados)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tal-25 ta' Ottubru 2005, Herrero Romeu vs Il-Kummissjoni (T-298/02), li tiċħad rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Ġunju 2002 li tirrifjuta lir-rikorrenti l-għoti tal-benefiċċju ta' l-espatrijazzjoni previst fl-Artikolu 4 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll tal-benefiċċji marbuta miegħu

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Is-Sinjura Herrero Romeu għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 60, 11.3.2006.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Tomás Salazar Brier vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-9/06 P) (1)

(Appell - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Benefiċċju ta' l-espatrijazzjoni - Kundizzjoni prevista fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(1)(a) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Kunċett ta' “xogħol li sar għal-Stat ieħor’)

(2008/C 22/10)

Lingwa tal-proċedura: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Tomás Salazar Brier [rappreżentanti: R. García-Gallardo Gil-Fournier, D. Domínguez Pérez u A. Sayagués Torres, abogados]

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: J. Currall, aġent, J. Gutiérrez Gisbert, J. Rivas Andrés u M. Canal, abogados]

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tal-25 ta' Ottubru 2005, Salazar Brier vs Il-Kummissjoni (T-83/03), li tiċħad rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li, impliċitament, tiċħad it-talba tar-rikorrent ta' l-24 ta' Frar 2003 u, espressament, tiċħad it-talba tiegħu ta' l-24 ta' Marzu 2003, li tirrifjutalu l-benefiċċju ta' l-allowance ta' l-espatrijazzjoni previst fl-Artikolu 4 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll ta' l-allowances marbuta miegħu

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Is-Sur Salazar Brier għandu jbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 60, 11.3.2006.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Rafael de Bustamente Tello vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

(Kawża C-10/06 P) (1)

(Appell - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Benefiċċju ta' l-espatrijazzjoni - Kundizzjoni prevista fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(1)(a) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti - Kunċett ta' “xogħol li sar [għal] Stat ieħor’)

(2008/C 22/11)

Lingwa tal-proċedura: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Rafael de Bustamante Tello (rappreżentanti: R.García-Gallardo, D. Domínguez Pérez u A. Sayagués Torres, abogados)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Sims u D. Canga Fano, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tal-25 ta' Ottubru 2005, De Bustamante Tello vs Il-Kunsill (T-368/03), li tiċħad rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Lulju 2003 li tiċħad l-għoti tal-benefiċċju ta' l-espatrijazzjoni previst fl-Artikolu 4(1) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll tal-benefiċċji marbuta miegħu

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud

2)

Is-Sur Bastamente Tello għandu jbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 60, 11.3.2006.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Luigi Marcuccio vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew

(Kawża C-59/06 P) (1)

(Appell - Uffiċjal - Impjieg f'pajjiż terz - Assenjazzjoni mill-ġdid ta' l-impjieg u tan-nomina tiegħu - Prinċipju ta' osservanza tad-drittijiet tad-difiża - Portata - Oneru tal-prova)

(2008/C 22/12)

Lingwa tal-proċedura: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio [rappreżentant: L. Garofalo, avvocato]

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew [rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, A. Dal Ferro, avvocato]

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) ta' l-24 ta' Novembru 2005, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (T-236/02) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li assenjat mill-ġdid lir-rikorrent mid-delegazzjoni tal-Kummissjoni f'Luanda (l-Angola) għas-sede fi Brussell, kif ukoll talba għal danni.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropew ta' l-24 ta' Novembru 2005, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (T-236/02) hija annullata.

2)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropew.

3)

L-ispejjeż huma riżervati.


(1)  ĠU C 96, 22.4.2006.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-119/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ksur tad-Direttiva 92/50/KEE relata mal-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' servizzi - Għoti ta' kuntratt mingħajr sejħa għal offerti - Għoti ta' servizzi ta' transport sanitarju)

(2008/C 22/13)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis u D. Recchia, aġenti, M. Mollica, avukat)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia, aġent, G. Fiengo u S. Varone, avukati)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 11, 15 u 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta' Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' servizzi (ĠU L 209, p.1) — Għoti ta' kuntratt mingħajr pubblikazzjoni ta' l-avviż xieraq — Għoti ta' servizzi ta' trasport sanitarju fit-Toscana.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 131, 3.6.2006.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH, Stadtwerke Tübingen GmbH, Stadtwerke Uelzen GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, E.ON Kernkraft GmbH, RWE Power AG, EnBW Energie Baden-Württemberg AG, Vattenfall Europe Nuclear Energy GmbH, li qabel kienet Hamburgische Electricitäts-WerkeAG

(Kawża C-176/06 P) (1)

(Appell - Għajnuna allegatament mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lil ċentri nukleari - Riżervi għall-għeluq ta' ċentri u għall-eliminazzjoni ta' skart radjuattiv - Inammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza - Motiv ta' ordni pubblika)

(2008/C 22/14)

Lingwa tal-proċedura: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH, Stadtwerke Tübingen GmbH, Stadtwerke Uelzen GmbH (rappreżentanti: D. Fouquet u P. Becker, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: V. Kreuschitz, aġent), E.ON Kernkraft GmbH, RWE Power AG, EnBW Energie Baden-Württemberg AG, Vattenfall Europe Nuclear Energy GmbH, li qabel kienet Hamburgische Electricitäts-WerkeAG (rappreżentanti: U. Karpenstein u D. Sellner, Rechtsanwälte)

Suġġett

Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tas-26 ta' Jannar 2006, Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH et vs Il-Kummissjoni (T-92/02), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2001)3967 finali tal-Kummissjoni, tal-11 ta' Diċembru 2001, li tikkonstata li l-iskema Ġermaniża ta' eżenzjoni mit-taxxa ta' riżervi stabbiliti miċ-ċentri nukleari għall-finijiet ta' l-eliminazzjoni ta' l-iskart radjuattiv tagħhom u ta' l-għeluq definittiv ta' l-impjanti tagħhom ma tammontax għal għajnuna mogħtija mill-Istat fis-sens ta' l-Artikolu 87(1) KE — Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja fis-sens ta' l-Artikolu 88(2) KE f'każ ta' diffikultà ta' evalwazzjoni jew ta' dubju

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-26 ta' Jannar 2006, Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH et vs Il-Kummissjoni (T-92/02) hija annullata.

2)

Ir-rikors ippreżentat minn Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH, Stadtwerke Tübingen GmbH u Stadtwerke Uelzen GmbH quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2001)3967 finali tal-Kummissjoni, tal-11 ta' Diċembru 2001, li tikkonstata li l-iskema Ġermaniża ta' eżenzjoni mit-taxxa ta' riżervi stabbiliti miċ-ċentri nukleari għall-finijiet ta' l-eliminazzjoni ta' l-iskart radjuattiv tagħhom u ta' l-għeluq definittiv ta' l-impjanti tagħhom ma tammontax għal għajnuna mogħtija mill-Istat fis-sens ta' l-Artikolu 87(1) KE huwa miċħud bħala inammissibbli.

3)

Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH, Stadtwerke Tübingen GmbH u Stadtwerke Uelzen GmbH huma kkundannati jbatu l-ispejjeż taż-żewġ istanzi.


(1)  ĠU C 131, 3.6.2002.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — Il-Ġermanja) — Deutsche Telekom AG vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-262/06) (1)

(Settur tat-telekomunikazzjonijiet - Servizz universali u drittijiet ta' l-utenti - Kunċett ta' “obbligi’ li għandhom jinżammu fis-seħħ b'mod provviżorju - L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2002/21/CE (Direttiva Kwadru) u Artikolu 16(1)(a) tad-Direttiva 2002/22/CE (Direttiva Servizz Universali) - Tariffi applikati għall-provvista tas-servizz ta' telefonija bil-vuċi - Obbligu ta' awtorizzazzjoni amministrattiva)

(2008/C 22/15)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deutsche Telekom AG

Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht — Interpretazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 27 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/21/KE tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, p.33), kif ukoll ta' l-Artikolu 16(1)(a) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, p.51) — Kunċett ta' “obbligi” li għandhom jinżammu fis-seħħ b'mod provviżorju mill-Istati Membri — Sistema li kienet teżisti qabel ta' awtorizzazzjoni għat-tariffi għall-provvista ta' servizzi ta' telefonija bil-vuċi applikati fil-konfront tal-klijenti aħħarin minn impriża li għandha pożizzjoni dominanti

Dispożittiv

L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) u l-Artikolu 16(1)(a) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) għandhom jiġu interpretati fis-sens li għandu jinżamm provviżorjament fis-seħħ obbligu legali sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni għat-tariffi għall-provvista ta' servizzi ta' telefonija bil-vuċi applikati fil-konfront tal-klijenti aħħarin minn impriżi li għandhom pożizzjoni dominanti f'dan is-suq kif previst fl-Artikolu 25 tal-liġi dwar it-telekomunikazzjoni (Telekommunikationsgesetz) tal-25 ta' Lulju 1996, stabbilita mid-dritt nazzjonali qabel il-kwadru regolatorju ġdid, kif ukoll l-atti amministrattivi li jikkonfermaw n-natura obbligatorja ta' l-awtorizzazzjoni.


(1)  ĠU C 212, 2.9.2006.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — Il-Ġermanja) — Ursula Voß vs Land Berlin

(Kawża C-300/06) (1)

(Artikolu 141 KE - Prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa - Uffiċjali pubbliċi - Xogħol matul sigħat supplimentari - Diskriminazzjoni indiretta kontra ħaddiema nisa impjegati part time)

(2008/C 22/16)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ursula Voß

Konvenut: Land Berlin

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 141 tat-Trattat KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, kemm fir-rigward tal-ħaddiema full time kif ukoll fir-rigward ta' dawk part time, tnaqqis fir-remunerazzjoni għas-sigħat supplimentari meta mqabbla ma' dik imħallsa għall-ħin normali tax-xogħol — Remunerazzjoni ta' għalliem, li huwa uffiċjal pubbliku u li jaħdem part time, u li barra minn hekk jaħdem sigħat supplementari, li hija inqas minn dik imħallsa għall-istess numru ta' sigħat ta' xogħol fil-kuntest ta' impjieg full time — Diskriminazzjoni indiretta kontra ħaddiema nisa

Dispożittiv

Konsegwentement, jeħtieġ li r-risposta għad-domanda magħmula tkun li l-Artikolu 141 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tar-remunerazzjoni ta' l-uffiċjali pubbliċi li, minn naħa, tiddefinixxi s-sigħat supplimentari maħduma kemm mill-uffiċjali pubbliċi impjegati full time kif ukoll minn dawk impjegati part time bħala sigħat li huma jaħdmu iktar mill-ħin normali tax-xogħol tagħhom u li, min-naħa l-oħra, tipprovdi li r-remunerazzjoni għal dawn is-sigħat għandha tkun skond rata inqas mir-rata fis-siegħa applikata għas-sigħat maħduma sal-limitu tal-ħin normali tax-xogħol ta' individwu, b'mod li l-uffiċjali pubbliċi part time huma mħallsa inqas tajjeb mill-uffiċjali pubbliċi full time għal dak li jikkonċerna s-sigħat li jaħdmu iktar mill-ħin normali tax-xogħol tagħhom u sal-limitu ta' sigħat li huwa obbligat jaħdem uffiċjal pubbliku full time fil-ħin normali tax-xogħol tiegħu, fil-każ li:

fost il-ħaddiema kollha suġġetti għal-leġiżlazzjoni in kwistjoni, huwa affettwat perċentwali kunsiderevolment ikbar ta' ħaddiema nisa milli rġiel;

u

id-differenza fit-trattament mhijiex iġġustifikata minn fatturi oġġettivi li mhumiex relatati ma' diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess.


(1)  ĠU C 96 tat-22.4.2006.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil — Spanja) — Alfredo Nieto Nuño vs Leonci Monlleó Franquet

(Kawża C-328/06) (1)

(Trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Artikolu 4(2)(d) - Trade marks “magħrufa sew’ fi Stat Membru fis-sens ta' l-Artikolu 6 bis tal-Konvenzjoni ta' Pariġi - Konoxxenza tat-trade mark - Estensjoni ġeografika)

(2008/C 22/17)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Alfredo Nieto Nuño

Konvenut: Leonci Monlleó Franquet

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Mercantil — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, p. 1) — Kunċett ta' “magħrufa sew” — Possibbiltà ta' konoxxenza u ta' użu ristretti għal territorju limitat bħal komunità autonoma, reġjun, “żona” jew belt skond il-prodott jew is-servizz ikkonċernat u skond il-pubbliku destinatarju tat-trade mark

Dispożittiv

L-Artikolu 4(2)(d) ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trade mark preċedenti għandha tkun magħrufa sew fit-territorju kollu ta' l-Istat Membru ta' reġistrazzjoni jew f'parti sostanzjali minnu.


(1)  ĠU C 237, 30.9.2006.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-401/06) (1)

(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Sitt Direttiva tal-VAT - Provvista ta' servizzi - Eżekutur testamentarju - Post tal-provvista ta' servizzi - Artikoli 9(1) u (2)(e)’)

(2008/C 22/18)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentant: Triantafyllou, aġent]

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja [rappreżentant: M. Lumma, aġent]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145 tat-13 ta' Ġunju 1977, p. 1) — Servizzi mogħtija mill-eżekuturi testamentarji lil persuni stabbiliti barra mill-Komunità jew lil individwi stabbiliti fil-Komunità iżda barra mill-pajjiż tal-fornitur tas-servizz — Post tal-provvista tas-servizzi — Definizzjoni ta' l-attività ta' eżekutur testamentarju

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.


(1)  ĠU C 294 tat-2.12.2006.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-417/06 P) (1)

(Appell - Ammissibbiltà - Fondi strutturali - Finanzjament ta' inizjattivi Komunitarji - Modifika ta' allokazzjonijiet indikattivi - Eżekuzzjoni tar-res judicata)

(2008/C 22/19)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana [rappreżentanti: I. Braguglia, aġent, D. Del Gaizo u G. Albenzio, avvocati dello Stato]

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: E. de March u L. Flynn, aġenti, A. Dal Ferro, avvocato]

Suġġett

Appell kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tat-13 ta' Lulju 2006, L-Italja vs Il-Kummissjoni (T-225/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2003) 3971 finali, tas-26 ta' Novembru 2003, li tistabbilixxi allokazzjoni indikattiva bejn l-Istati Membri ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenn fil-kuntest ta' l-inizjattivi Komunitarji għall-perijodu 1994-1999, kif ukoll ta' l-atti konnessi u preċedenti.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.


(1)  ĠU C 310 tas-16.12.2006.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Korkein hallinto-oikeus — Il-Finlandja) — C

(Kawża C-435/06) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f'materja ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Kamp ta' applikazzjoni ratione materiae u temporali - Kunċett ta' “materji ċivili’ - Deċiżjoni dwar il-kura u t-tqegħid ta' tfal barra mill-familja originali - Miżuri ta' protezzjoni tat-tfulija li jirriżultaw mid-dritt pubbliku)

(2008/C 22/20)

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Parti fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: C

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein hallinto-oikeus — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 1(1)(b) u (2)(d) u ta' l-Artikolu 64 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta' Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, p.1) — Kamp ta' applikazzjoni ratione materiae — Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' deċiżjoni amministrattiva, ikkonfermata b'deċiżjoni, dwar it-tqegħid ta' tfal barra mill-familja originali — Regoli tad-dritt pubbliku dwar il-protezzjoni tat-tfal

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta' Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2116/2004, tat-2 ta' Diċembru 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa' taħt il-kunċett ta' “materji ċivili”, fis-sens ta' din id-dispożizzjoni, deċiżjoni unika li tordna t-teħid immedjat taħt kura u t-tqegħid ta' minuri barra mill-familja oriġinali tiegħu għal ma' familja tar-rispett, meta dik id-deċiżjoni tkun adottata fil-kuntest tar-regoli tad-dritt pubbliku dwar il-protezzjoni tat-tfulija.

2)

Ir-Regolament Nru 2201/2003, kif emendat bir-Regolament Nru 2116/2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali armonizzata dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet amministrattivi ta' kura u ta' tqegħid ta' persuni barra mill-familja oriġinali, adottata fil-kuntest tal-kooperazzjoni Nordika, ma tistax tiġi applikata għal deċiżjoni ta' kura ta' minuri li taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-regolament.

3)

Bla ħsara għall-evalwazzjoni tal-fatti li għalihom il-qorti tar-rinviju biss hija kompetenti, ir-Regolament Nru 2201/2003, kif emendat bir-Regolament Nru 2116/2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa applikabbli ratione temporis fi kwistjoni bħal dik fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 236, 30.12.2006.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien — L-Awstrija) — Gabriele Walderdorff vs Finanzamt Waldviertel

(Kawża C-451/06) (1)

(Sitt Direttiva VAT - Artikolu 13B(b) - Eżenzjoni - Tranżazzjonijiet ta' kiri u ta' lokazzjoni ta' proprjetà immobbli - Lokazzjoni ta' drittijiet tas-sajd)

(2008/C 22/21)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gabriele Walderdorff

Konvenut: Finanzamt Waldviertel

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 13B(b) tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Eżenzjoni mill-VAT — Kunċett ta' provvista ta' servizzi konnessi ma' proprjetà immobbli — Lokazzjoni u ċessjoni tad-drittijiet tas-sajd bi ħlas

Dispożittiv

L-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konċessjoni ta' drittijiet tas-sajd, bi ħlas, permezz ta' kuntratt ta' lokazzjoni konkluż għal perijodu ta' għaxar snin, mis-sid tal-medda ta' ilma li fir-rigward tagħha ngħataw dawn id-drittijiet, kif ukoll mid-detentur tad-drittijiet tas-sajd f'medda ta' ilma li tinsab fi proprjetà pubblika, la tikkostitwixxi kiri u lanqas lokazzjoni ta' proprjetà immobbli, billi din il-konċessjoni ma tagħtix id-dritt li wieħed jokkupa l-proprjetà immobbli kkonċernata u li jeskludi lil kull persuna oħra mit-tgawdija ta' dan id-dritt.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta' Dicembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen — Il-Belġju) — BVBA Van Landeghem vs Belgische Staat

(Kawża C-486/06) (1)

(Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura magħquda - Klassifikazzjoni tat-tariffi - Intestaturi 8703 u 8704 - Vettura bil-mutur tat-tip “pick-up’)

(2008/C 22/22)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hof van beroep te Antwerpen

Konvenuta: Belgische Staat

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van beroep te Antwerpen — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, p. 1) — Sub-titoli 8703 u 8704 — Klassifikazzjoni ta' vettura b'mutur tat-tip “pick-up” li tikkonsisti f'kabina magħluqa li sservi bħala spazju għall-passiġġieri u sodda-qiegħ ta' inqas minn 50 ċm għoli, mgħammra b'intern lussuż, b'sistema ta' brejkijiet ABS, b'magna tal-petrol minn 4 sa 8 litri, bi trazzjoni 4 × 4 u b'roti ta' l-aluminju ta' karozza sportiva lussuża.

Dispożittiv

Pick-ups bħal dawk in kwistjoni fil-kawża prinċipali, li huma magħmula, minn naħa, minn kabina magħluqa li sservi bħala spazju għall-passiġġieri u li fiha jkun hemm sedili li jingħalqu jew li jitneħħew, b'ċinturini ta' sigurtà bi tliet punti għat-twaħħil li jinsabu wara s-sedil jew il-bank tas-sewwieq u, min-naħa l-oħra, minn parti għat-tagħbija li l-għoli tagħha ma jaqbiżx il-50 ċentimetru u li tista' tinfetaħ biss min-naħa ta' wara u li m'għandha ebda faċilitajiet għall-irbit ta' tagħbija, li għandhom finitura interna lussuża ħafna u li jiġu b'diversi alternattivi (b'mod partikolari, sedili tal-ġilda rregolati bl-elettriku, mirja u twieqi kkontrollati bl-elettriku, kif ukoll stereo li jaqra s-CDs), u huma mgħammra b'sistema ta' brejkijiet kontra l-ibblokkar tar-roti (ABS), b'magna petrol ta' 4 sa 8 litri ta' ċilindrata b'gearbox awtomatika u li għandha konsum għoli ħafna ta' karburant, bi drive b'erba' roti kif ukoll b'rimmijiet “sportivi” lussużi, għandhom jiġu kklassifikati, minħabba l-aspett ġenerali tagħhom u l-karatteristiċi tagħhom kollha, taħt l-intestatura 8703 tan-Nomenklatura Magħquda, li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta' Dwana, kif emendat mill-Annessi tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 3115/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1994, (KE) Nru 3009/95, tat-22 ta' Diċembru 1995, u (KE) Nru 1734/96, tad-9 ta' Settembru 1996.


(1)  ĠU C 20 tas-27.1.2007.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Malta

(Kawża C-508/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 96/59/KE - Artikolu 11 - Ġestjoni ta' l-iskart - Rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls - Nuqqas ta' komunikazzjoni tal-pjanijiet u tal-qafas meħtieġa)

(2008/C 22/23)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Konstantinidis u D. Lawunmi, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta' Malta (rappreżentanti: S. Camilleri u L. Farrugia, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE, tas-16 ta' Settembru 1996, dwar ir-rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT) (ĠU L 243, p. 31) — Nuqqas li jiġu ppreparati u kkomunikati lill-Kummissjoni, fit-terminu preskritt, il-pjanijiet, il-qafas u s-sommarji ta' inventarji previsti mid-Direttiva

Dispożittiv

1)

Billi ma kkomunikatx il-pjanijiet u l-qafas meħtieġa mill-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE, tas-16 ta' Settembru 1996, dwar ir-rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT), ir-Repubblika ta' Malta naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11, moqri flimkien ma' l-Artikolu 54 ta' l-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea.

2)

Ir-Repubblika ta' Malta hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 56, 10.3.2007.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ferriere Nord SpA

(Kawża C-516/06 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Multa - Infurzar - Regolament (KEE) Nru 2988/74 - Perijodu ta' limitazzjoni - Att li jagħti lok għal dannu - Inammissibbiltà)

(2008/C 22/24)

Lingwa tal-proċedura: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci u F. Amato, aġenti)

Parti l-oħra fil-kawża: Ferriere Nord SpA (rappreżentanti: W. Viscardini u G. Donà, avukati)

Suġġett

Appell kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tas-27 ta' Settembru 2006, Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni (T-153/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza annullat id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni kkomunikati b'ittra tal-5 ta' Frar 2004 u b'faks tat-13 ta' April 2004, dwar il-bilanċ mhux imħallas tal-multa imposta fuq Ferriere Nord Spa permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/515/KEE, tat-2 ta' Awwissu 1989, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 85 tat-Trattat KEE (IV/31.553 — Materjali wweldjati)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-27 ta' Settembru 2006, Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni (T-153/04), hija annullata.

2)

Ir-rikors għal annullament ta' Ferriere Nord SpA kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, innotifikati b'ittra tal-5 ta' Frar 2004 u b'faks tat-13 ta' April 2004, dwar il-bilanċ mhux imħallas tal-multa imposta fuq Ferriere Nord SpA permezz tad-Deċiżjoni 89/515/KEE tal-Kummissjoni, tat-2 ta' Awwissu 1989, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 85 tat-Trattat KEE (IV/31.553 — Materjali wweldjati), huwa inammissibbli.

3)

Ferriere Nord SpA hija ordnata tbati l-ispejjeż relatati maż-żewġ istanzi.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-6/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/74/KE - Protezzjoni ta' l-impjegati - Insolvenza ta' min iħaddem)

(2008/C 22/25)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Enegren u R. Vidal Puig, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2002/74/KE tat-23 ta' Settembru 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill Nru 80/987/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni ta' l-impjegati f'każ ta' l-insolvenza ta' min iħaddimhom (ĠU L 270, p. 10)

Dispożittiv

1)

Peress li naqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonjiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2002/74/KE tat-23 ta' Settembru 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill Nru 80/987/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni ta' l-impjegati f'każ ta' l-insolvenza ta' min iħaddimhom, ir-Renju ta' Spanja naqas mill-obbligi imposti fuqu minn din id-direttiva.

2)

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 56, 10.3.2007.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-34/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/109/KE - Ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul - Nuqqas ta' transpożizzjoni fit-terminu stabbilit)

(2008/C 22/26)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Condou-Durande, aġent)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003, dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU L 16, p. 44)

Dispożittiv

1)

Billi m'adottax, fit-terminu stabbilit, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003, dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond din id-Direttiva.

2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa ordnat ibati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 69, 24.3.2007.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-57/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/86/KE - Dritt għal riunifikazzjoni tal-familja - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu preskritt)

(2008/C 22/27)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Condou-Durande, aġent)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE tat-22 ta' Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU L 251, p. 12).

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE tat-22 ta' Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi imposti fuqu skond din id-direttiva.

2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiza

(Kawża C-67/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/24/KE - Prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali - Kodiċi tal-Komunità - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu preskritt)

(2008/C 22/28)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u R. Loosli-Surrans, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004, li temenda, fir-rigward ta' prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali, id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 136, p. 85)

Dispożittiv

1)

Billi m'adottatx, fit-terminu preskritt, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad- Direttiva 2004/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004, li temenda, fir-rigward ta' prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali, id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, ir-Repubblika Franċiża naqset li twettaq l-obbligi imposti fuqha skond l-Artikolu 2 ta' din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-29 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen — L-Iżveżja) — Kerstin Sundelind Lopez vs Miguel Enrique Lopez Lizazo

(Kawża C-68/07) (1)

(Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikoli 3, 6 u 7 - Kompetenza ġurisdizzjonali - Għarfien u infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri - Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta' divorzju - Konvenut ċittadin u residenti ta' pajjiż terz - Regoli nazzjonali ta' ġurisdizzjoni li jipprovdu vantaġġ eżorbitanti)

(2008/C 22/29)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Kerstin Sundelind Lopez

Konvenut: Miguel Enrique Lopez Lizazo

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Högsta domstolen — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 3, 6 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, (ĠU L 338, p. 1) — Ġurisdizzjoni fil-kuntest ta' proċedura ta' divorzju, mhuwiex domiċiljat fit-territorju ta' Stat Membru u lanqas ċittadin ta' Stat Membru

Dispożittiv

L-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2116/2004, tat-2 ta' Diċembru 2004, fir-rigward ta' Trattati mas-Santa Sede, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta' proċedura ta' divorzju, fejn il-konvenut ma jkollux ir-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru u ma jkunx ċittadin ta' Stat Membru, il-qrati ta' Stat Membru ma jistgħux, sabiex jiddeċiedu fuq din it-talba, jibbażaw il-ġurisdizzjoni tagħhom fuq id-dritt nazzjonali jekk qrati ta' Stat Membru ieħor ikollhom il-ġurisdizzjoni skond l-Artikolu 3 ta' l-imsemmi regolament.


(1)  ĠU C 82, 14.4.2007.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-106/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2000/59/KE - Faċilitajiet fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija - Nuqqas ta' ħolqien u ta' implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' akkoljenza u ta' trattament ta' l-iskart għall-portijiet kollha)

(2008/C 22/30)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Bordes u K. Simonsson, aġenti)

Konvenuat: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues et A. Hare, agenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/59/KE, tas-27 ta' Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta' l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (ĠU L 332, p. 81)

Dispożittiv

1)

Billi ma ħolqotx u ma implimentatx, fit-terminu preskritt, il-pjanijiet ta' akkoljenza u ta' trattament ta' l-iskart għall-portijiet kollha tagħha, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi tagħha skond l-Artikolu 5(1) u 16(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/59/KE, tas-27 ta' Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta' l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95 tat-28.4.2007.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-112/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/80/KE - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali - Kumpens għal vittmi ta' delitti - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

(2008/C 22/31)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: M. Condou-Durande u E. De Persio, aġenti]

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana [rappreżentanti: I. Braguglia, aġent, D. Del Gaizo, avukat]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, tad-29 ta' April 2004, li għandha x'taqsam ma' ku[m]pens għal vittmi ta' delitti (ĠU L 261, p. 15)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mad- Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, tad-29 ta' April 2004, li għandha x'taqsam ma' ku[m]pens għal vittmi ta' delitti, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 117, 26.5.2007.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja

(Kawża C-258/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/18/KE - Proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

(2008/C 22/32)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Kukovec u Nyberg, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' l-Iżvezja (rappreżentant: A. Falk, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18/KE, tal-31 ta' Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, p.114)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax fit-terminu previst il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18 /KE, tal-31 ta' Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, ir-Renju ta' l-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond din id-direttiva.

2)

Ir-Renju ta' l-Iżvezja għandu jbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 183, 4.8.2007.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-263/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Traspożizzjon inkorretta - Direttiva 96/61/KE - Artikolu 9(4) - Artikolu 13(1) - Anness I - Prevenzjoni u kontroll integrat tat-tniġġis - Kunċetti ta' rikors għall-“aħjar tekniki disponibbli’ u ta' “kunsiderazzjoni mill-ġdid perjodikament tal-kundizzjonijiet tal-permess’)

(2008/C 22/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u J.-B. Laignelot, aġenti]

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu [rappreżentant: C. Schiltz, aġenti]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni inkorretta ta' l-Artikoli 9(4) u 13(1) kif ukoll ta' l-Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, ta' l-24 ta' Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU L 257, p. 26) — Kunċetti ta' rikors għall-“aħjar tekniki disponibbli” u “kunsiderazzjoni mill-ġdid perjodikament” tal-kundizzjonijiet tal-permess

Dispożittiv

1)

Billi ma ttrasponiex korrettement l-Artikoli 9(4) u 13(1) kif ukoll l-Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, ta' l-24 ta' Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi li huwa għandu skond din id-Direttiva.

2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-4 ta' Ottubru 2007 — Ir-Repubblika tal-Finlandja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-457/06 P) (1)

(Appell - Rikors għal annullament - Inammissibbiltà - Att li m'għandux effetti ġuridiċi vinkolanti - Riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej - Proċedura ta' ksur - Artikolu 11 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 - Imgħax għal dewmien - Negozjati biex jintlaħaq ftehim dwar ħlas kundizzjonali - Ittra ta' rifjut)

(2008/C 22/34)

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: E. Bygglin, aġent)

Parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Wilms u P. Aalto, aġenti)

Suġġett

Appell immressaq kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tal-5 ta' Settembru 2006, Ir-Repubblika tal-Finlandja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (T-350/05), li bih il-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet bħala inammissibbli rikors li għandu bħala suġġett talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-8 ta' Lulju 2005, li tirrifjuta l-bidu ta' negozjati mar-Repubblika tal-Finlandja dwar il-possibbiltà li tħallas provviżorjament dazji doganali fuq tagħmir ta' difiża mitluba mill-Kummissjoni fil-kuntest ta' proċedura għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu — Atti li jistgħu jiġu kkontestati

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Finlandja hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  GU C 326, 30.12.2006.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Ottubru 2007 — Bart Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-495/06 P) (1)

(Appell - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2003 - Rapport ta' evalwazzjoni tal-karriera - Deċiżjoni li tistabbilixxi b'mod definittiv ir-rapport - Deċiżjoni li jiġi promoss uffiċjal ieħor għal grad ta' traduttur-reviżur - Talba għal kumpens tad- dannu - Appell li huwa in parti manifestamenti inammissibli u in parti manifestament mhux fondat)

(2008/C 22/35)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bart Nijs [rappreżentant: F. Rollinger, avocat]

Parti oħra fil-kawża: Il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentant: T. Kennedy, aġent]

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) tat-3 ta' Ottubru 2006, Bart Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri (T-171/05) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet — safejn hija bbażat ruħha fuq motivi oħra minbarra n-nuqqas ta' motivazzjoni — ir-rikors li għandu bħala suġġett, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi b'mod definittiv ir-rapport ta' evalwazzjoni tar-rikorrent għall-proċedura 2003, tad-deċiżjoni li tattribwixxi punti ta' mertu tar-rikorrent għall-proċedura 2003 u tad-deċiżjoni li dan ma jiġix promoss fl-2004 kif ukoll tad-deċiżjoni ta' ċaħda ta' l-ilment imressaq kontra dawn id-deċiżjonijiet u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens tad-dannu subit.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

B.Nijs huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Novembru 2007 — Ir-Renju tal-Belgju vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-242/07 P) (1)

(Appell - Terminu tar-rikors - Artikolu 43(6) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Oriġinal tar-rikors ippreżentat wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit - Inammissibbiltà - Kunċett ta' “żball skużabbli’ - Kunċett ta' 'każ fortuwitu)

(2008/C 22/36)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: L. Van den Broeck, aġent, J.-P. Buyle u C. Steyaert, avukati)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tal-15 ta' Marzu 2007, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (T-5/07), li permezz tiegħu il-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet bħala inammissibbli, minħabba li ġie mressaq tard, ir-rikors ta' l-appellant għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ottubru 2006, li tirrifjuta li tagħtih lura s-somma prinċipali mħallsa minnu u l-interessi imħallsa fir-rigward ta' dejn mal-Fond Soċjali Ewropew — Termini ta' rikors u termini sabiex jiġi ppreżentat l-oriġinal mibgħut minn qabel permezz ta' faks — Kunċetti ta' każ fortuwitu u ta' żball skużabbli

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa ordnat ibati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 170, 21.7.2007.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/19


Appell imressaq fit-13 ta' Diċembru 2007 minn Carlos Correia de Matos kontra d-digriet mogħti fis-27 ta' Settembru 2007 mill-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) fil-Kawża T-440/05, Carlos Correia de Matos vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-502/06 P)

(2008/C 22/37)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Carlos Correia de Matos

Parti oħra fil-kawża: Il-Parlament Ewropew

Permezz tad-digriet tal-21 ta' Novembru 2007, tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) iddeċidiet li r-rikors huwa inammissibbli.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/19


Appell imressaq fl-24 ta' Settembru 2007 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba Awla Estiża) mogħtija fil-11 ta' Lulju 2007 fil-kawża T-351/03 (Schneider Electric SA vs Il-Kummissjoni)

(Kawża C-440/07 P)

(2008/C 22/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Petite u F. Arbault, aġenti)

Partijiet oħra fil-kawża: Schneider Electric SA, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej fil-11 ta' Lulju 2007, fil-kawża T-351/03, Schneider Electric SA vs Il-Kummissjoni;

tikkundanna lil Schneider Electric SA tbati l-ispejjeż kollha sostnuti mill-Kummissjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Billi tfakkar, l-ewwel nett, li tliet kundizzjonijiet kumultattivi huma neċessarji sabiex ikun hemm responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità, jiġifieri, rispettivament, l-eżistenza ta' nuqqas, dik ta' dannu reali u ċert u rabta kawżali bejn in-nuqqas u d-dannu, ir-rikorrenti tqajjem seba' motivi in sostenn ta' l-appell tagħha.

Permezz ta' l-ewwel motiv tagħha, il-Kummissjoni ssostni li, billi kkonstatat, minn naħa, li hija “naqset” milli tifformula l-ilment ta' l-appoġġar tal-pożizzjonijiet ta' Schneider u ta' Legrand fid-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet tat-3 ta' Awwissu 2001 u, min-naħa l-oħra, li din il-formulazzjoni ma kienet tippreżenta “ebda diffikultà teknika partikolari”, il-Qorti tal-Prim'Istanza injorat l-awtorità tar-res judicata, għamlet konstatazzjonijiet materjalment ineżatti, għawġet l-elementi ta' prova mressqa għall-evalwazzjoni tagħha u naqset mill-obbligu li timmotiva s-sentenzi tagħha.

Permezz tat-tieni motiv tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza kkwalifikat b'mod żbaljat il-fatti, wettqet żball ta' liġi u naqset milli twettaq l-obbligu tagħha ta' motivazzjoni billi ddeċidiet li l-iżball proċedurali kkonstatat fis-sentenza tat-22 ta' Ottubru 2002, Schneider Electric vs Il-Kummissjoni (T-310/01) jikkostitwixxi ksur “suffiċjentement serju” tar-regoli tad-dritt li għandhom bħala għan li jikkonferixxu drittijiet lill-individwi.

Permezz tat-tielet motiv tagħha, il-Kummissjoni tallega li l-Qorti tal-Prim'Istanza għamlet konstatazzjonijet materjalment żbaljati, għawġet elementi ta' prova, ikkwalifikat b'mod żbaljat il-fatti in kwistjoni u wettqet żball ta' liġi billi ddeċidiet li teżisti “rabta kawżali suffiċjentement diretta” bejn in-nuqqas u t-tieni kap tad-dannu identifikat, jiġifieri l-konklużjoni antiċipata tan-negozjati ta' Schneider ma' Wendel-KKR fuq il-prezz tat-trasferiment ta' Legrand SA.

Permezz tar-raba' motiv tagħha, il-Kummissjoni tindika ksur, mill-Qorti tal-Prim'Istanza, ta' l-obbligu ta' motivazzjoni li hija għandha minħabba kontradizzjoni ta' motivi li tivvizja r-raġunament tagħha dwar ir-rabta kawżali li teżisti bejn in-nuqqas u d-differenti kapijiet tad-dannu identifikati.

Permezz tal-ħames motiv tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza għamlet konstatazzjonijet ta' fatt materjalment ineżatti, għawġet l-elementi ta' prova u wettqet żball ta' liġi billi ma kkonkludietx li Schneider ikkontribwiet għat-tieni kap kollu tad-dannu identifikat. Din l-impriża, fil-fatt, naqset b'diversi modi mid-dmir tagħha ta' diliġenza raġonevoli sabiex tevita d-dannu jew tillimita l-portata tiegħu, b'mod partikolari billi ma ressqitx azzjoni sommarja fir-rigward ta' l-obbligu ta' trasferiment ta' Legrand li hija ssostni li kienet is-suġġett tiegħu u billi għażlet li tittrasferixxi din l-impriża f'data fejn hija ma kienet madankollu suġġetta għal ebda obbligu f'dan is-sens.

Peremzz tas-sitt motiv tagħha, il-Kummissjoni tilmenta li l-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet ultra petita, injorat ir-regoli li jiregolaw l-oneru tal-prova u kisret id-drittijiet tad-difiża billi identifikat kap tad-dannu li ma kienx invokat mill-impriża rikorrenti.

Fl-aħħar nett, permezz tas-seba' u l-aħħar motiv tagħha, il-Kummissjoni tallega li l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' liġi billi tat lil Schneider interessi kumpensatorji mill-akkumulazzjoni ta' mgħax tat-tieni kap tad-dannu, fl-10 ta' Diċembru 2002.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/20


Appell imressaq fit-28 ta' Settembru 2007 minn Clara Centeno Mediavilla, Delphine Fumey, Eva Gerhards, Iona M. S. Hamilton, Raymond Hill, Jean Huby, Patrick Klein, Domenico Lombardi, Thomas Millar, Miltiadis Moraitis, Ansa Norman Palmer, Nicola Robinson, François-Xavier Rouxel, Marta Silva Mendes, Peter van den Hul, Fritz Von Nordheim Nielsen, Michaël Zouridakis kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla Estiża), fil-11 ta' Lulju 2007, fil-Kawża T-58/07, Centeno Mediavilla et. vs Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej

(Kawża C-443/07 P)

(2008/C 22/39)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Isabel Clara Centeno Mediavilla, Delphine Fumey, Eva Gerhards, Iona M. S. Hamilton, Raymond Hill, Jean Huby, Patrick Klein, Domenico Lombardi, Thomas Millar, Miltiadis Moraitis, Ansa Norman Palmer, Nicola Robinson, François-Xavier Rouxel, Marta Silva Mendes, Peter van den Hul, Fritz Von Nordheim Nielsen, Michaël Zouridakis (rappreżentanti: G. Vandersanden u L. Levi, avukati)

Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej, Il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-11 ta' Lulju 2007 fil-Kawża T-58/05;

konsegwentement, tagħti lir-rikorrenti l-benefiċċju tat-talbiet li ressqu fl-ewwel istanza, u għaldaqstant

tannulla l-klassifikazzjoni fil-grad mogħti lir-rikorrenti fid-deċiżjonijiet relattivi għall-impjieg tagħhom safejn il-klassifikazzjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 12(3) ta' l-Anness XIII tar-Regolament tal-Persunal il-ġdid;

terġa' tistabbilixxi l-karriera tar-rikorrenti (li jinkludi l-iżvilupp ta' l-esperjenza tagħhom fil-grad kif irrettifikat, id-drittijiet għal promozzjoni tagħhom u d-drittijiet għal pensjoni tagħhom), mill-grad li fih kellhom jiġu maħtura abbażi ta' l-avviż tal-kompetizzjoni abbażi ta' liema huma ġew imniżżla fuq il-lista ta' riżerva tal-ħatra, kemm fil-grad imsemmi f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni jew inkella fil-grad li jikkorrispondi għall-ekwivalent tiegħu skond il-klassifikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġdid (u fl-iskala xierqa b'mod konformi mar-regoli li kienu japplikaw qabel l-1 ta' Mejju 2004), b'effett mid-Deċiżjoni tal-ħatra tagħhom;

tagħti lir-rikorrenti l-benefiċċju ta' interessi għad-dewmien abbażi tar-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew fuq it-total tas-somom li jikkorrispondu għad-differenza bejn it-trattament li jikkorrispondi għall-klassifikazzjoni tagħhom skond id-deċiżjoni tal-ħatra u l-klassifikazzjoni li għaliha kellhom ikunu intitolati sad-data ta' meta tingħata d-deċiżjoni ta' klassifikazzjoni regolari fil-grad.

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż kollha tal-prim'istanza u ta' l-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Wara li osservaw, b'mod preliminari, li fis-sentenza kkontestata l-Qorti tal-Prim'Istanza kkunsidrat lir-rikorrenti b'mod globali, mingħajr ma ħadet in kunsiderazzjoni s-sitwazzjoni partikolari ta' kull wieħed minnhom, u li din ibbażat ruħha fuq il-premessa, li huma jikkontestaw, li tgħid li l-legalità tal-klassifikazzjoni fil-grad tagħhom tista' biss tiġi evalwata b'effett mid-data tal-ħatra tagħhom, ir-rikorrenti invokaw żewġ motivi in sostenn ta' l-appell tagħhom.

Permezz ta' l-ewwel motiv, dawn ir-rikorrenti jilmentaw li l-Qorti tal-Prim'Istanza ħadet żball meta ddeċidiet favur il-legalità ta' l-Artikolu 12(3) ta' l-Anness XIII tar-Regolament tal-Persunal. F'dan ir-rigward, huma jinvokaw, fl-ewwel lok, il-ksur min-naħa tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Persunal il-qadim, safejn din assimilat is-sostituzzjoni tal-gradi rilevanti f'dan il-każ ma' arranġament “puntwali” tad-dispożizzjonijiet tranżitorji lejn l-istruttura l-ġdida tal-karriera, li tiġġustifika in-nuqqas ta' konsultazzjoni ġdida tal-Kumitat tar-Regolament tal-Persunal, filwaqt li l-konsegwenzi, b'mod partikolari finanzjarji, ta' din is-sostituzzjoni tal-gradi fuq is-sitwazzjoni tal-persuni kkonċernati huma konsiderevoli u jiġġustifikaw ħafna l-konsultazzjoni ta' l-imsemmi Kumitat.

In sostenn ta' dan l-istess motiv, ir-rikorrenti jinvokaw, fit-tieni lok, ksur tal-prinċipju tad-drittijiet miksuba. Kuntrarjament għal dak li ddeċidiet il-Qorti tal-Prim'Istanza, il-kwistjoni rilevanti f'dan il-każ, ma kinitx dik ta' l-eżistenza ta' dritt miksub għal ħatra, iżda ta' dritt miksub għal klassifikazzjoni f'każ ta' ħatra. Għalkemm mhuwiex ikkontestat li avviż ta' kompetizzjoni u t-tniżżil f'lista ta' kandidati ma jagħtux id-dritt għall-ħatra, madankollu dan l-avviż u dan it-tniżżil joħolqu dritt għall-parteċipanti fil-kompetizzjoni u, a fortiori, għal dawk li huma mniżżla fil-lista tal-gradwati, li jiġu ttrattati b'mod konformi ma' l-avviż tal-kompetizzjoni. Dan id-dritt huwa l-kontroparti ta' l-obbligu li l-AIPN għandha li tirrispetta l-kuntest li tkun imponiet fl-avviż tal-kompetizzjoni u li jikkorrispondi mal-ħtiġiet tal-postijiet li għandhom jimtlew u ma' l-interess tas-servizz.

Fit-tielet lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-Qorti tal-Prim'Istanza kisret il-prinċipju ta' l-ugwaljanza fit-trattament meta għamlet distinzjoni bejn il-gradwati tal-kompetizzjoni maħtura qabel l-1 ta' Mejju 2004 u dawk li ġew maħtura wara din id-data peress li, f'kull każ, il-karattru ipotetiku tal-ħatra tal-gradwati ta' kompetizzjoni ma jiksirx id-dritt tagħhom li jibbażaw ruħhom, fil-każ ta' ħatra effettiva, fuq il-kriterji ta' klassifikazzjoni stabbiliti mill-avviż tal-kompetizzjoni u applikabbli, minħabba f'hekk, għall-ħatra tal-gradwati kollha ta' din il-kompetizzjoni. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim'Istanza bl-ebda mod ma għamlet evalwazzjoni tal-ġustifikazzjoni eventwali tad-differenza fit-trattament magħmulha bejn iż-żewġ kategoriji ta' uffiċjali in kwistjoni.

Fir-raba' lok, ir-rikorrenti jinvokaw ksur tal-prinċipju ta' l-aspettativi leġittimi kif ukoll żnaturament ta' l-elementi ta' prova min-naħa tal-Qorti tal-Prim'Istanza. Fil-fatt, il-fajl imressaq quddiem din il-Qorti kien fih ħafna elementi li kienu ta' natura tali li jsaħħu t-teżi li tgħid li r-rikorrenti effettivament irċevew assigurazzjonijiet preċiżi fir-rigward tal-ħatra tagħhom fil-grad imsemmi fl-avviż tal-kompetizzjoni.

Fl-aħħar, fil-ħames u s-sitt lok, ir-rikorrenti jilmentaw li l-Qorti tal-Prim'Istanza injorat il-portata ta' l-Artikoli 5, 7 u 31 tar-Regolament tal-Persunal, u li, f'dan ir-rigward, naqset ukoll mill-obbligu tal-motivazzjoni impost fuq il-Qrati Komunitarji.

Barra minn hekk, permezz tat-tieni motiv, ir-rikorrenti jikkontestaw is-sentenza kkontestata safejn din tiċħad l-appelli mressqa kontra d-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-ħatra ta' l-imsemmija rikorrenti minħabba li, għalkemm il-konvenuta naqset mill-obbligu tagħa ta' informazzjoni bil-quddiem, dan in-nuqqas mhuwiex ta' natura tali li jwassal, minnhu nnifsu, għall-illegalità tad-deċiżjonijiet ikkontestati. F'dan ir-rigward, huma jinvokaw il-ksur konġunt tal-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba, ta' premura, ta' trasparenza, ta' aspettativi leġittimi, ta' buona fede, ta' ugwaljanza fit-trattament u ta' ugwaljanza bejn l-impjieg u l-grad.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Il-Belġju) fl-24 ta' Ottubru 2007 — Association générale de l'industrie du médicament ASBL, Bayer SA, Servier Benelux SA, Janssen Cilag SA, Pfizer SA vs L-Istat Belġjan — Intervenjenti: Sanofi-Aventis Belgium SA

(Kawża C-471/07)

(2008/C 22/40)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Association générale de l'industrie du médicament ASBL, Bayer SA, Servier Benelux SA, Janssen Cilag SA, Pfizer SA.

Konvenut: L-Istat Belġjan.

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta' reviżjoni tal-kundizzjonijiet makro-ekonomiċi msemmi fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta' miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta' sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa (1) għandu jiġi estiż biss għall-eżami tal-kontroll ta' l-ispejjeż tas-saħħa pubblika, jew għandu jkopri anki kundizzjonijiet oħra makro-ekonomiċi, b'mod partikolari dawk tal-qasam ta' l-industrija farmaċewtika fejn il-prodotti jistgħu jkunu suġġetti għal friża tal-prezzijiet?

2)

Il-kunċett ta' reviżjoni tal-kundizzjonijiet makro-ekonomiċi msemmi fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, iċċitata aktar 'il fuq, jista' jkun ibbażat fuq tendenza jew tendenzi ġenerali, bħal per eżempju li jiġi assigurat bilanċ fir-rigward tal-kura tas-saħħa, jew għandu jkun ibbażat fuq kriterji aktar preċiżi?


(1)  ĠU L 40. p. 8.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'Etat (Il-Belgju) fl-24 ta' Ottubru 2007 — Association générale de l'industrie du médicament ASBL, Bayer SA, Pfizer SA, Servier Benelux SA, Sanofi-Aventis Belgium SA vs L-Istat Belgjan

(Kawża C-472/07)

(2008/C 22/41)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'Etat

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Association générale de l'industrie du médicament ASBL, Bayer SA, Pfizer SA, Servier Benelux SA, Sanofi-Aventis Belgium SA

Konvenut: L-Istat Belgjan

Domandi preliminari

1)

Billi t-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar it-trasparenza ta' miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta' sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa (89/105/KEE) (1) skada fil-31 ta' Diċembru 1989, l-Artikolu 4(1) ta' din id-direttiva għandu jkun ikkunsidrat direttament applikabbli fis-sistema legali interna ta' l-Istati Membri?

2)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 jista' jiġi interpretat fis-sens li t-tkomplija għal sena, wara assenza ta' 18-il xahar, ta' friża ġenerali tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali rimborsabbli li kienet damet għal 8 snin, teżenta lill-Istat Membru milli jwettaq eżami, meta titkompla l-friża, tal-kundizzjonijiet makro-ekonomiċi li huma affetwati minn din il-friża?

3)

Il-kunċett ta' reviżjoni tal-kundizzjonijiet makro-ekonomiċi previst fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, iċċitata iktar 'il fuq, għandu jinftiehem fis-sens li jirreferi biss għall-eżami tal-kontroll ta' l-ispejjeż tas-saħħa pubblika, jew għandu jestendi wkoll għal kundizzjonijiet makro-ekonomiċi oħra, b'mod partikolari dawk tas-settur ta' l-industrija farmaċewtika li l-prodotti tiegħu jistgħu jkunu suġġetti għal friża tal-prezzijiet?

4)

Il-kunċett ta' reviżjoni tal-kundizzjonijiet makro-ekonomiċi previst fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, iċċitata iktar 'il fuq, jista' jkun ibbażat fuq tendenza ġenerali waħda jew iktar, bħal per eżempju li jiġi assigurat il-bilanċ fil-kura tas-saħħa, jew għandu jkun ibbażat fuq kriterji aktar preċiżi?


(1)  ĠU L 40, p. 8.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Kunsill ta' l-Istat) (Franza) fil-25 ta' Ottubru 2007 — Association nationale pour la protection des eaux et des rivières — TOS, Association OABA vs Ministère de l'écologie, du développement et de l'aménagement durables — Parti intervenjenti: Association France Nature Environnement

(Kawża C-473/07)

(2008/C 22/42)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Association nationale pour la protection des eaux et des rivières — TOS, Association OABA.

Konvenut: Ministère de l'écologie, du développement et de l'aménagement durables.

Domandi preliminari

Il-punt 6.6(a) ta' l-Anness I tad-Direttiva 96/61/KE, ta' l-24 ta' Settembru 1996 (1), li japplika għall-installazzjonijiet għat-trobbija intensiva ta' tjur b'iktar minn 40 000 post, għandu jiġi interpretat fis-sens:

1)

li jinkludi taħt il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu s-summien, il-perniċi u l-ħamiem,

2)

f'każ ta' risposta affermattiva, li jawtorizza mekkaniżmu għall-kalkolu tal-limiti ta' awtorizzazzjoni abbażi ta' sistema ta' “annimali-ekwivalenti” li tagħti weighting lin-numru ta' annimali għal kull post skond l-ispeċji, sabiex jittieħed in kunsiderazzjoni l-ammont ta' nitroġenu effettivament prodott mill-ispeċji differenti?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, ta' l-24 ta' Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU L 257, p. 26).


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/23


Rikors imressaq fil-25 ta' Ottubru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-475/07)

(2008/C 22/43)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Mőlls u K. Hermann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tikkonstata li, billi fl-1 ta' Jannar 2006 s-sistema tagħha ta' tassazzjoni fuq l-enerġija elettrika ma kinitx konformi mal-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 21(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE (1) tas-27 ta' Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva,

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-perijodu tranżitorju mogħti lir-Repubblika tal-Polonja għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-1 ta' Jannar 2006.


(1)  ĠU L 283 tal-5 ta' Ottubru 2003, p. 51.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (Il-Ġermanja) fid-29 ta' Ottubru 2007 — M.C.O. Congres vs Suxess GmbH

(Kawża C-476/07)

(2008/C 22/44)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Berlin (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M.C.O. Congres

Konvenuta: Suxess GmbH

Domandia preliminari

L-Artikolu 9(2)(e) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (1) fil-verżjoni tagħha kif emendata mid-direttiva tat-22 ta' Ottubru 1999 (ĠU 1999 L 277, p. 34) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta' servizzi anċillari għal servizzi kulturali u sportivi, skond l-inċiż 4(a) ta' l-Artikolu 259A tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxi — li jikkonsistu fl-awtorizzazzjoni min-naħa ta' min jirċievi s-servizz li jitwaħħlu reklami fuq kartelluni, f'postijiet fejn isiru l-attivitajiet u fuq T-shirts — dawn huma servizzi ta' reklamar skond l-Artikolu 9(2) tas-Sitt Direttiva tal-VAT, b'tali mod li l-post ta' dawn is-servizzi jitqies li huwa dak fejn hija stabbilita l-attività ekonomika ta' min jirċievi s-servizz?


(1)  ĠU L 145, p. 1.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (L-Awstrija) fil-25 ta' Ottubru 2007 — Budějovický Budvar vs Rudolf Ammersin GmbH

(Kawża C-478/07)

(2008/C 22/45)

Lingwa tal-kawża: Il-Germaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Budějovický Budvar narodni podnik

Konvenuta: Rudolf Ammersin GmbH

Domandi preliminari

1)

Fir-rigward tal-kompatibbiltà ma' l-Artikolu 28 KE tal-protezzjoni ta' isem bħala indikazzjoni ġeografika li fil-pajjiż ta' oriġini la huwa l-isem ta' post u lanqas mhuwa l-isem ta' reġjun, il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tagħha tat-18 ta' Novembru 2003 (C-216/01), stabbiliet ir-rekwiżiti li skondhom isem bħal dan għandu

skond iċ-ċirkustanzi fattwali u

l-kunċetti prevalenti fil-pajjiż ta' oriġini, jindika reġjun jew post fit-territorju ta' dan l-Istat

u l-protezzjoni tiegħu għandha tkun iġġustifikata abbażi tal-kriterji ta' l-Artikolu 30 KE.

Dawn ir-rekwiżiti jfissru

1.1

li l-isem jissodisfa, bħala tali, funzjoni konkreta ta' indikazzjoni ġeografika ta' post speċifiku jew ta' reġjun speċifiku jew huwa biżżejjed li l-isem assoċjat mal-prodott li huwa kopert minnu jkun idoneu biex jindika lill-konsumaturi li dan il-prodott ġej minn post speċifiku jew minn żona speċifika tat-territorju tal-pajjiż ta' oriġini;

1.2

li t-tliet kundizzjonijiet jikkostitwixxu kundizzjonijiet kumulattivi li għandhom jiġu eżaminati separatament;

1.3

li jeħtieġ li jitwettaq sondaġġ mal-konsumaturi sabiex jiġu ddeterminati l-kunċetti prevalenti fil-pajjiż ta' oriġini u — fl-affermattiv — li għall-finijiet ta' protezzjoni huwa meħtieġ grad baxx, medju jew għoli ta' fama u ta' rikonoxximent;

1.4

li l-isem ġie effettivament użat bħala indikazzjoni ġeografika fil-pajjiż ta' oriġini minn diversi impriżi, u mhux minn waħda biss, u li l-użu ta' trade mark minn impriża waħda biss jipprekludi l-protezzjoni?

2)

Il-fatt li isem la jkun ġie nnotifikat fit-terminu ta' sitt xhur previst fir-Regolament (KE) Nru 918/2004 (1), u lanqas b'xi mod ma tkun saret xi applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tiegħu fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (2), għandu bħala effett li jinvalida protezzjoni nazzjonali eżistenti jew, f'kull każ, protezzjoni estiża bilateralment lil Stat Membru ieħor jekk l-isem jikkostitwixxi, skond id-dritt nazzjonali ta' l-Istat ta' oriġini, indikazzjoni ġeografika kkwalifikata?

3)

Il-fatt li, fil-kuntest tat-Trattat ta' Adeżjoni bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u Stat Membru ġdid, dan l-Istat Membru jkun talab il-protezzjoni ta' diversi indikazzjonijiet ġeografiċi kkwalifikati għal oġġett ta' l-ikel skond ir-Regolament (KE) Nru 510/2006, għandu bħala konsegwenza li protezzjoni nazzjonali mogħtija lil isem ieħor li jindika l-istess prodott jew, f'kull każ, protezzjoni estiża bilateralment lil Stat Membru ma tistax tinżamm iktar u li, f'dan ir-rigward, ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandu effett preklużiv?


(1)  ĠU L 163, p. 88.

(2)  ĠU L 93, p. 12.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/24


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Centrale Raad van Beroep (L-Olanda) fil-5 ta' Novembru 2007 — Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen vs H. Akdas et

(Kawża C-485/07)

(2008/C 22/46)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep (L-Olanda).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen.

Konvenuti: H. Akdas et

Domandi preliminari

1.

Fid-dawl tat-termini kif ukoll ta' l-għan u tan-natura tad-Deċiżjoni 3/80 (1) u tal-Ftehim (2), id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni 3/80 tikkostitwixxi obbligu ċar u preċiż li mhuwiex suġġett, fl-eżekuzzjoni jew fl-effetti tiegħu, għall-intervent ta' xi att ulterjuri ieħor, b'tali mod li din id-dispożizzjoni jista' jkollha effett dirett?

2.

Jekk l-ewwel risposta tingħata risposta affermattiva:

2.1

Fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni 3/80, għandhom jiġu kkunsidrati b'xi mod jew ieħor il-modifikazzjonijiet imwettqa lir-Regolament Nru 1408/71 (3) wara d-19 ta' Settembru 1980 fir-rigward ta' benefiċċji speċjali li mhumiex kontributorji?

2.2

L-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali (4) anness mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni huwa rilevanti f'dan ir-rigward?

3.

L-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta' leġiżlazzjoni ta' Stat Membru, bħall-Artikolu 4a tat-TW Olandiża, li twassal għal distinzjoni indiretta minħabba n-nazzjonalità,

l-ewwel nett, safejn in-numru ta' persuni ta' nazzjonalità mhux Olandiża, fosthom grupp kbir ta' ċittadini Torok, li m'għandhomx (jew li m'għadx għandhom) dritt għal benefiċċju supplimentari peress li m'għadhomx residenti fl-Olanda huwa ogħla minn dak ta' persuni ta' nazzjonalità Olandiża u

it-tieni nett, safejn il-benefiċċji supplimentari taċ-ċittadini Torok residenti fit-Turkija twaqqfu mill-1 ta' Lulju 2003 filwaqt li l-benefiċċji supplimentari ta' persuni ta' nazzjonalità ta' Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea u ta' pajjiżi terzi, sakemm huma residenti fit-territorju ta' l-Unjoni Ewropea, ma bdewx jitwaqqfu (gradwalment) qabel l-1 ta' Jannar 2007?


(1)  Deċiżjoni Nru 3/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, tad-19 ta' Settembru 1980, dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali ta' l-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej għall-ħaddiema Torok u għall-membri tal-familja tagħhom (ĠU 1983, C 110, p. 60).

(2)  Il-Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, iffirmat fit-12 ta' Settembru 1963 f'Ankara mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, kif ukoll mill-Istati Membri tal-KEE u l-Komunità, min-naħa l-oħra, u konkluż, approvat u kkonfermat f'isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-23 ta' Diċembru 1963 (ĠU 1964, 217, p. 3685).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, ta' l-14 ta' Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149, p. 2).

(4)  Protokoll Addizzjonali, iffirmat fit-23 ta' Novembru 1970 fi Brussell u konkluż, approvat u kkonfermat f'isem il-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72, tad-19 ta' Diċembru 1972 (ĠU L 293, p. 1).


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (L-Italja) fil-5 ta' Novembru 2007 — Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA) vs Consorzio Agrario di Ravenna Soc. Coop. arl

(Kawża C-486/07)

(2008/C 22/47)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA)

Konvenuta: Consorzio Agrario di Ravenna Soc. Coop. arl

Domandi preliminari

“Abbażi tar-Regolamenti KEE applikabbli fiż-żmien tal-fatti in kwistjoni (1994-1995) dwar il-bejgħ ta' ċereali miżmuma mill-aġenziji intervenjenti, it-tnaqqis fil-prezz previst għall-preżenza ta' grad ta' umidità għola meta mqabbel ma' dak ikkunsidrat għall-kwalità standard japplika anki fil-każ ta' bejgħ ta' qamħirrum?”.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Lahr (Il-Ġermanja) fil-5 ta' Novembru 2007 — Pia Messner vs v Firma Stefan Krüger

(Kawża C-489/07)

(2008/C 22/48)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Lahr

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pia Messner

Konvenuta: Stefan Krüger, SFK Laptophandel

Domanda preliminari

L-Artikolu 6(2), flimkien mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 6(1), tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/7/KE, ta' l-20 ta' Mejju 1997, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod (1) jista' jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li biha l-bejjiegħ ikun jista' jitlob, fil-każ ta' revoka fiż-żmien stipulat mill-konsumatur, kumpens għall-valur ta' l-użu tal-merkanzija pprovduta?


(1)  ĠU L 144, p. 19.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht für Strafsachen Wien (L-Awstrija) fil-31 ta' Ottubru 2007 — Proċedura kriminali kontra Vladimir Turansky

(Kawża C-491/07)

(2008/C 22/49)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht für Strafsachen Vjenna (l-Awstrija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatsanwaltschaft Wien

Konventut: Vladimir Turansky

Domanda preliminari

L-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li jimplementa l-Ftehim ta' Schengen, ta' l-14 ta' Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni (1) tagħhom, iffirmat fid-19 ta' Ġunju 1990, li jistabbilixxi l-prinċipju ta' ne bis in idem, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi proċedura kriminali fir-Repubblika ta' l-Awstrija meta proċedura kriminali mibdija fir-Repubblika Slovakka għall-istess fatti, wara l-adeżjoni ta' dan il-pajjiż fl-Unjoni Ewropea, tkun intemmet b'mod eżekuttiv, wara li l-awtorità tal-pulizija, wara eżami fil-mertu u mingħajr ebda penali oħra, tkun ordnat is-sospsensjoni tagħha?


(1)  ĠU L 239, p. 19.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/26


Rikors imressaq fis-7 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-492/07)

(2008/C 22/50)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Nijenhuis u K. Mojzesowicz, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma ggarantietx it-traspożizzjoni xierqa fid-dritt nazzjonali tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2002/21/KE (1) tas-7 ta' Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) u b'mod partikolari ta' l-Artikolu 2(k), li jirrigwarda d-definizzjoni ta' abbonat, ir-Repubblika tal-Polonja naqset mill-obbligi li għandha skond l-imsemmija direttiva,

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu mogħti għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-30 ta' April 2004.


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/26


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Obersten Patent- und Markensenats (L-Awstrija) fl-14 ta' Novembru 2007 — Silberquelle GmbH vs Maselli-Strickmode GmbH

(Kawża C-495/07)

(2008/C 22/51)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Obersten Patent- und Markensenats

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Silberquelle GmbH

Konvenuta: Maselli Strickmode GmbH

Domanda preliminari

L-Artikoli 10(1) u 12(1) ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks (id-Direttiva dwar it-trade marks) (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li trade mark hija użata b'mod ġenwin meta hija użata għal prodotti (f'dan il-każ, xorb non-alkoħoliku) li l-proprjetarju tat-trade mark joffri mingħajr ħlas, wara l-konklużjoni tal-kuntratt ta' bejgħ, lix-xerrejja ta' prodotti oħra li huwa jqiegħed fis-suq (f'dan il-każ, drapp)?


(1)  ĠU L 40, p. 1.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/27


Appell imressaq fis-16 ta' Novembru 2007 minn Philip Morris Products SA kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza (It-Tieni Awla) mogħtija fit-12 ta' Settembru 2007 fil-kawża T-140/06, Philip Morris Products vs L-UASI

(Kawża C-497/07 P)

(2008/C 22/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Philip Morris Products SA (rappreżentanti: T. van Innis u C. S. Moreau, avocats)

Parti oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (UASI)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla s-sentenza kkontestata

tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' l-appell tagħha, ir-rikorrenti tallega l-ksur, mill-Qorti tal-Prim'Istanza, ta' l-Artikoli 4 u 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (1). F'dan ir-rigward, hija tilmenta fl-ewwel lok, li l-Qorti tal-Prim'Istanza bbażat l-evalwazzjoni tagħha fuq preġudizzju sfavorevoli għall-kategorija ta' trade marks li taħtha taqa' t-trade mark mitluba. Fil-fatt, billi ddeċidiet li l-konsumaturi m'għandhomx l-abitudini li jippresumu l-oriġini tal-prodotti billi jibbażaw ruħhom fuq il-forma tagħhom jew dik ta' l-imballaġ tagħhom, il-Qorti tal-Prim'Istanza għamlet konstatazzjoni ta' natura fattwali li hija nieqsa minn kull bażi xjentifika u toħloq distorsjoni tal-perċezzjoni tal-bniedem tas-sinjali b'mod ġenerali u tal-forom b'mod partikolari.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tilmenta li l-Qorti tal-Prim'Istanza pproċediet għal analiżi ġuridika żbaljata tal-perċezzjoni tat-trade mark mill-pubbliku kkonċernat. Dan l-iżball jirriżulta minn naħa, mill-fatt li l-Qorti tal-Prim'Istanza pprevediet l-użu tat-trade mark biss permezz ta' l-inklużjoni tagħha f'pakkett ta' sigaretti, filwaqt li l-forma ta' l-imballaġġ għal prodott determinat tista' tiġi offruta lill-pubbliku f'diversi espressjonijiet oħra, bħar-rappreżentazzjonijiet grafiċi jew tri-dimensjonali tat-trade mark f'materjal promozzjonali. Min-naħa l-oħra l-iżball ta' evalwazzjoni mwettaq jirriżulta mill-fatt li l-Qorti tal-Prim'Istanza kienet naqqset il-kunċett ta' trade mark għall-parti perċepibbli tagħha minn kandidat xerrej fil-mument li jippreċedi immedjatament l-akkwist tiegħu, filwaqt li l-pubbliku kkonċernat minn trade mark huwa fformat minn dak kollu li jista' jiġi kkonfrontat bih waqt użu normali tat-trade mark, li ssib l-espressjoni tagħha kemm waqt il-promozzjoni tal-prodott qabel l-akkwist tiegħu u kemm waqt l-użu jew il-konsum tal-prodott wara l-akkwist tiegħu.

Fit-tielet u l-aħħar lok, ir-rikorrenti tinvoka kontradizzjoni fil-motivi tas-sentenza kkontestata.


(1)  ĠU 1994, L 11, p. 1.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/27


Appell imressaq fis-16 ta' Novembru 2007 minn Aceites del Sur-Coosur, S.A., li qabel kienet Aceites del Sur, S.A. kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) mogħtija fit-12 ta' Settembru 2007 fil-kawża T-363/04, Koipe Corporación, S.L. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni)

(Kawża C-498/07 P)

(2008/C 22/53)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Aceites del Sur-Coosur, S.A., li qabel kienet Aceites del Sur, S.A. (rappreżentant J.-M. Otero Lastres, abogado)

Partijiet l-oħra fil-kawża: Koipe Corporación, S.L. u L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni)

Talbiet tal-rikorrenti

li jitqies li ġie ppreżentat fit-termini u l-forom stipulati l-appell imressaq, minħabba ksur tad-dritt Komunitarju, kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tat-12 ta' Settembru 2007 fil-kawża T-363/07;

li, skond l-Artikolu 61 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Artikolu 113 tar-Regoli tal-Proċedura, jintlaqa' r-rikors u, b'konsegwenza, li d-deċiżjoni ċcitata tal-Qorti tal-Prim'Istanza tiġi annullata kollha kemm hi;

li, jekk iċ-ċirkustanzi tal-kwistjoni jippermettu, il-kontroversja tinqata' definittivament;

li sussidjarjament, il-kawża tiġi rrinvijata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex din tagħti deċiżjoni skond il-kriterji vinkolanti tal-Qorti tal-Ġustizzja u, jekk tikkunsidra neċessarju, tindika liema huma l-effetti tas-sentenza annullata li għandhom jitqiesu li huma definittivi għall-partijiet fil-kawża, filwaqt li tiddeċiedi, skond l-Artikolu 112 tar-Regoli tal-Proċedura, li r-rikorrenti, li hija l-kontropartiparti f'din il-kawża, tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-preżenti appell kontra s-sentenza ta' l-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembre 2007 huwa bbażat fuq iż-żewġ motivi li ġejjin:

1.   Ksur ta' l-Artikolu 8(1) u (2)(a)(i) u (ii) tar-Regolament Nru 40/94 (1)

L-ewwel ksur tad-dritt Komunitarju imwettaq mis-sentenza kkontestata jikkonsisti f'li tqieset “irrilevanti” il-kwistjoni li jiġi stabbilit li t-trade marks tat-tip opposti minn CARBONELL għall-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja LA ESPAÑOLA Nru 236588 ma kinux jissodisfaw il-kundizzjoni li jkunu trade marks “preċedenti”.

Peress li applikat l-Artikolu 8(1) u (2)(a)(i) u (ii) tar-Regolament Nru 40/94, is-sentenza kellha teskludi t-trade mark Komunitarja CARBONELL Nru 338681 ta' KOIPE mit-trade marks li ġew invokati peress li din ir-reġistrazzjoni Komunitarja mhijiex trade mark preċedenti skond l-Artikolu 8(2)(a)(i) tar-Regolament Nru 40/94. Kieku l-proċedura saret b'dan il-mod, l-uniċi trade marks preċedenti ta' KOIPE li jistgħu jopponu l-applikazjoni għal trade mark Komunitarja LA ESPAÑOLA Nru 236588 huma r-reġistrazzjonijiet Spanjoli tat-trade mark CARBONELL Nru 994364, 1238745 u 1698613.

Hekk kif iddefiniti, it-trade marks preċedenti li jistgħu jopponu l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja LA ESPAÑOLA Nru 236588 isibu ruħhom, għall-finijiet ta' l-Artikolu 8(1)(b) quddiem trade marks protetti fit-territorju Spanjol. Dan ifisser li l-kwistjoni ta' l-eżistenza tal-probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark Komunitarja LA ESPAÑOLA Nru 236588 u ta' trade marks preċedenti invokati minn KOIPE għandha tiġi eżaminata biss fir-rigward tal-pubbliku tat-territorju Spanjol, li huwa l-post fejn it-trade marks preċedenti ta' KOIPE huma protetti, u mhux tal-pubbliku tat-territorju Komunitarju kollu, peress li ma hemm ebda trade mark Komunitarja fost it-trade marks preċedenti.

2.   Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94

L-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 jirregola, kif inhu magħruf, ir-rifjut fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta' applikazzjoni għal trade mark Komunitarja minħabba l-eżistenza ta' probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark Komunitarja mitluba u waħda jew aktar mit-trade marks preċedenti invokati. Madankollu, is-sentenza kkontestata kisret dan il-prinċipju minħabba ż-żewġ motivi li ġejjin:

L-ewwel parti

Riperkussjonijiet ta' l-indebita delimitazzjoni tat-trade marks preċedenti li jistgħu jopponu l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja LA ESPAÑOLA Nru 236588.

L-ewwel ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) li qed jiġi ddenunzjat għandu bħala punt ta' tluq l-indebita delimitazzjoni tat-trade marks “preċedenti” li jistgħu jopponu l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja u jirreferi għar-riperkussjonijiet li din l-indebita delimitazzjoni tat-trade marks preċedenti invokati kellha fuq il-mod li bih is-sentenza kkontestata applikat l-Artikolu 8(1)(b) għall-kwistjoni li hija s-suġġett ta' din il-proċedura.

Minn dak kollu invokat f'din l-ewwel parti, għandu jiġi konkluż li s-sentenza kkontestata kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 peress li:

ma kkunsidratx unikament bħala trade marks precedenti opponibbli t-trade marks Spanjoli CARBONELL Nru 994364, 1238745 u 1698613;

ma eskludietx esplicitament it-trade mark Komunitarja suċċessiva CARBONELL Nru 338681 mit-trade marks invokati;

bħala konsegwenza taż-żewġ affermazzjonijiet preċedenti, ma għamlitx delimitazzjoni korretta ta' “publiku fit-territorju fejn it-trade mark preċedenti hija protetta” minħabba li peress li huma trade marks preċedenti esklużivament Spanoli, il-pubbliku tat-territorju rilevanti kien il-konsumatur Spanjol taż-żejt taż-żebbuġa;

għalkemm għamlet riferiment f'uħud mill-punti tal-motivi għas-“suq Spanjol taż-żejt taż-żebbuġa” hija kkunsidrat din il-informazzjoni b'mod parzjali u limitat ħafna, peress li ħaditha in kunsiderazzjoni biss meta evalwat il-karattru distintiv ta' l-elementi figurattivi tat-trade marks in kwistjoni;

b'konsegwenza, ma ħaditx in kunsiderazzjoni din l-informazzjoni la biex tevalwa l-fattur tax-xebh tas-sinjali kollu kemm hu (peress li ma jintqal xejn dwar is-“suq Spanjol taż-żejt taż-żebbuġa” sabiex jiġi evalwat, per eżempju, il-karattru distintiv ta' l-elementi verbali tas-sinjali in kwistjoni) u lanqas biex tikkunsidra fatturi oħra li wkoll huma rilevanti għal dan il-każ sabiex tagħti deċiżjoni dwar l-eżistenza jew le tal-probabbiltà ta' konfużjoni bejn is-sinjali in kwistjoni.

It-tieni parti

Impatt ta' l-indebita delimitazzjoni tat-trade marks invokati fil-parametru tal- pubbliku fit-territorju fejn it-trade mark preċedenti hija protetta. Determinazzjoni mhux preciża u evalwazzjoni sussegwenti tal-fatturi rilevanti sabiex il-probabbiltà ta' konfużjoni tiġi evalwata.

L-argumenti qed jiġu dedotti sabiex jiġi ġġustifikat il-ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) indikat f'din it-tieni parti huma bbażati fuq żewġ pilastri jew fundamenti. Minn naħa, fuq dak kollu li preċedentement kien ġie żviluppat rigward l-indebita delimitazzjoni tat-“trade marks preċedenti invokati” u l-influwenza tagħha fil-paramentru tal-“pubbliku fit-territorju fejn it-trade mark preċedenti hija protetta”. Min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' determinazzjoni mhux preċiża u l-evalwazzjoni li ssegwi tal-fatturi kollha li għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni sabiex jiġi evalwat jekk kinitx teżisti jew le probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark Komuntiarja li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni LA ESPAÑOLA Nru 236588 u t-trade marks preċedenti invokati, it-trade marks Spanjoli CARBONELL Nru 994364, 1238745 u 1698613.

L-argumenti li fuqhom din il-parti tibbaża l-argument tagħha li bihom is-sentenza kkontestata kisret l-Artikolu 8(1)(b) minħabba applikazzjoni indebita huma s-segwenti:

is-sentenza kkontestata ma eżaminatx is-sinjali in kwistjoni abbażi tal-kriterju ta' l-“evalwazzjoni globali” u ta' l-“impressjoni sħiħa” iżda skond viżjoni separata u suċċessiva u, għaldaqstant “analitika” ta' l-elementi li jikkostitwixxu t-trade marks komposti in kwistjoni, b'mod li għaldaqstant kisret l-Artikolu 8(1)(b) u l-ġurisprudenza Komunitarja li tipprovdi interpretazzjoni tiegħu;

is-sentenza kkontestata ma għamlitx dak li kellha l-obbligu li tagħmel fl-ewwel lok, jiġifieri li teżamina t-trade marks fid-dawl tal-kriterju ta' l-“evalwazzjoni globali” u ta' “l-impressjoni sħiħa” li kienu jipproduċu t-trade marks in kwistjoni. Mhux talli ma operatx b'dan il-mod, iżda s-sentenza kkontestata segwiet, sa mill-bidu, metodu analitiku u wara għamlet eżami separat u suċċessiv ta' l-elementi figurattivi, minn naħa (punti 75-87, it-tnejn inklużi), u verbali, min-naħa l-oħra (punti 88-93), fejn attribwixxiet piż deċiżiv fuq l-elementi figurattivi u ċaħdet kwalunkwe rilevanza, anki jekk minima, ta' l-elementi verbali. Huwa ċert li s-sentenza kkontestata tasal sabiex tirreferi għall-kriterju ta' l-evawlazzjoni globali u ta' l-impressjoni sħiħa (punt 99), iżda mhuwiex biżżejjed li jiġi ċċitat u rripetut kriterju ġurisprudenzjali sabiex ikun hemm għarfien tal-fatti tal-kawża, iżda jeħtieġ li jiġi segwit u applikat b'mod korrett fil-każ in eżami. U s-sentenza kkontestata m'għamlitx dan. Fil-fatt, meta evalwat il-fattur tax-xebh tas-sinjali in kwistjoni, is-sentenza kkontestata ma applikatx bħala kriterju primarju u prinċipali dak ta' l-evalwazzjoni globali u ta' l-imperssjoni sħiħa, iżda segwiet kriterju analitiku, billi pproċediet, fl-ewwel lok, għal qsim tat-trade marks fl-elementi figurattivi u verbali tagħhom, u wara għal evawlazzjoni separata, fl-ewwel lok, ta' l-elementi figurattivi tat-trade marks in kwistjoni; u sussegwentement ta' l-element verbali LA ESPAÑOLA billi naqset milli tagħmel kwalunkwe riferiment għall-element verbali ieħor tat-trade marks invokati, l-isem CARBONELL;

Min-naħa l-oħra, is-sentenza kkontestata kisret ukoll l-Artikolu 8(1)(b) billi naqset milli tevalwa żewġ fatturi rilevanti għall-każ in eżami, bħal dak tal-koeżistenza preċedenti għal żmien twil u dak tar-reputazzjoni, li kienu rilevanti sew sabiex tiġi evalwata l-probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark Komunitarja li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni LA ESPAÑOLA Nru 236588 u t-trade marks Spanjoli preċedenti opposti CARBONELL.

Il-perċezzjoni tal-konsumatur medju Spanjol taż-żejt taż-żebbuġa u l-preżunta probabbiltà ta' konfużjoni tat-trade marks in kwisjtoni.

Is-sentenza kkontestata, għalkemm tirreferi għall-profil tal-konsumatur medju żviluppat mill-ġurisprudenza Komunitarja, ma tutilizzax dan il-prototipu ta' konsumatur iżda tagħti bħala profil tal-konsumatur medju Spanjol taż-żejt taż-żebbuġa konsumatur li huwa aktar qrib għall-prototipu tal-konsumatur medju li għalih il-ġurisprudenza Ġermaniża tirreferi: “konsumatur negliġenti u li ma jirriflettix” — milli l-prototipu ta' konsumatur Ewropew magħżul mill-ġurisprudenza Komunitarja “konsumatur normalment informat u raġunevolment attent u prudenti”(sentenzi LLOYD, punt 26, u PICASSO, punt 38). Minbarra dan l-iżball gravi, is-sentenza kkontestata tagħmel ieħor li huwa rilevanti bl-istess mod, li huwa li “tieħu in kunsiderazzjoni l-livell ta' attenzjoni l-aktar minimu” li l-pubbliku jista' jagħti għat-trade marks taż-żejt taż-żebbuġa, minflok ma tieħu in kunsiderazzjoni l-livell ta' attenzjoni li normalment jagħti l-konsumatur medju Spanjol taż-żejt taż-żebbuġa normalment informat u raġunevolment attent u prudenti.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/91 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/29


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge (Il-Belġju) fis-16 ta' Novembru 2007 — S.A. Beleggen, Risicokapitaal, Beheer vs L-Istat tal-Belġju

(Kawża C-499/07)

(2008/C 22/54)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brugge (il-Belġju).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: S.A. Beleggen, Risicokapitall, Beheer.

Konvenuta: L-Istat tal-Belġju.

Domandi preliminari

1.

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta' Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni applikabbli fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (1), b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi li Stat Membru japplika l-eżenzjoni tal-profitti mqassma li kumpannija ta' dan l-Istat jiġbor mis-sussidjarja tagħha stabbilita fi Stat Membru ieħor, barra minn kull likwidazzjoni tas-sussidjarja, billi jiġu inklużi l-ewwel nett il-profitti kollha mqassma fil-bażi ta' stima sabiex imbagħad jitnaqqsu mill-bażi ta' stima għall-ammont ta' 95 % iżda billi jiġi limitat madankollu dan it-tnaqqis mill-ammont ta' profitti mis-sena fiskali li fih dawn il-profitti tqassmu (wara tnaqqis ta' ċerti affarijiet stabbiliti mil-liġi) (Artikolu 205(2) tal-Kodiċi tat-taxxa fuq id-dħul ta' l-1992, moqri flimkien ma' l-Artikolu 77 tas-sentenza rjali ta' eżekuzzjoni tal-Kodiċi tat-taxxi fuq id-dħul ta' l-1992) b'mod li l-ebda telf li jista' jiġi mressaq ma jseħħ jekk il-profitti tas-sena fiskali ikunu inferjuri għall-ammont ta' l-imsemmija profitti mqassma ?

2.

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, id-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta' Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni applikabbli fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti, b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tobbliga lil dan l-Istat Membru jippermetti li l-profitti mqassma, li kumpannija ta' dan l-Istat tiġbor mis-sussidjarja tagħha stabbilita fi Stat Membru ieħor, ikunu totalment deduċibbli mill-ammont ta' profitti tas-sena fiskali u li jippermettu li t-telf li jirriżulta jkun jista' jiġi mressaq fuq sena fiskali oħra ?

3.

Jekk l-imsemmija Direttiva 90/435/KEE għandha tiġi interpretata fis-sens li s-sistema Belġjana tmur kontra l-Artikolu 4(1) għall-profitti mqassma li l-kumpannija prinċipali Belġjana tiġbor minn sussidjarja fl-Unjoni Ewropea, għandu jiġi konkluż li din id-dispożizzjoni tad-direttiva tipprekludi wkoll l-applikazzjoni tas-sistema Belġjana għall-profitti mqassma li kumpannija prinċipali Belġjana tiġbor minn sissidjarja Belġjana meta, bħal f'dan il-każ partikolari, il-leġiżlatur Belġjan iddeċieda li jittrasponi d-direttiva fid-dritt Belġjan billi jiġu ttrattati s-sitwazzjonijiet purament interni bl-istess mod bħas-sitwazzjonijiet irregolati mid-direttiva u li b'hekk adatta wkoll il-leġiżlazzjoni Belġjana għad-direttiva għas-sitwazzjonijiet purament interni ?

4.

L-Artikolu 43 tat-Trattat KE jipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li tkun trid li, fit-tassazzjoni abbażi tat-taxxa fuq il-kumpanniji, l-eżenjoni tal-profitti mqassma li kumpannija tiġbor mis-sussidjarja tagħha stabbilita fi Stat Membru ieħor f'sena fiskali tiġi limitata fl-ewwel Stat Membru għal ammont tal-profitti tal-perijodu taxxabbli li fih il-profitti tqassmu (wara tnaqqis ta' ċertu ħruġ stabbilit skond il-liġi) b'mod li l-profitti mqassma jistgħu jkunu totalment eżenti jekk din il-kumpannija kienet waqqfet stabbiliment stabbli fl-Istat Membru l-ieħor?


(1)  ĠU L 225, p. 6.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Naczelny Sąd Administracyjny (Il-Polonja) fid-19 ta' Novembru 2007 — K-1 sp. z o.o. vs Izba Skarbowa w Bydgoszczy

(Kawża C-502/07)

(2008/C 22/55)

Lingwa tal-kawża: l-Pollak

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: K-1 sp. z o.o..

Konvenuta: Izba Skarbowa w Bydgoszczy.

Domandi preliminari

1)

L-ewwel u t-tieni paragrafi ta' l-Artikolu 2 ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tal-11 ta' April 1967 (1) fuq l-armonizazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ, meħuda flimkien ma' l-Artikoli 2, 10(1)(a) u 10(2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977 (2), fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, jipprekludu l-possibilità li, għall-fini ta' taxxa fuq merkanzija u servizzi, jiġi impost obbligu fuq persuna taxxabbli li tħallas taxxa addizzjonali skond il-provvedimenti ta' l-Artikolu 109(5) u (6) ta' l-Ustawa o Podatku od Towarów i Uslug (Liġi dwar it-taxxa fuq merkanzija u servizzi) tal-11 ta' Marzu 2004 … fil-każ li jiġi stabbilit li, għal finijiet ta' taxxa fuq merkanzija u servizzi, fid-dikjarazzjoni tat-taxxa mibgħuta, il-persuna taxxabbli indikat ammont tad-differenza fit-taxxa li għandha terġa' tiġi mħallsa jew tat-taxxa ta' l-input li għandha terġa' tiġi mħallsa li huwa akbar mill-ammont dovut ?

2)

“[M]iżuri speċjali” previsti fl-Artikolu 27(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, jistgħu jikkonsistu, b'kunsiderazzjoni għan-natura u l-għan tagħhom, fil-possibilità li jiġi impost fuq persuna taxxabli, għal finijiet ta' taxxa fuq merkanzija u servizzi, obbligu ta' taxxa addizzjonali stabbilita permezz ta' deċiżjoni ta' l-awtorità tat-taxxa fil-każ li jiġi stabbilit li l-persuna taxxabbli ddikjarat ammont akbar tad-differenza fit-taxxa li għandha terġa' tiġi mħallsa jew ammont akbar ta' taxxa ta' l-input li għandha terġa' tiġi mħallsa ?

3)

Is-setgħa mogħtija bis-saħħa ta' l-Artikolu 33 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, tinkudi d-dritt li jidaħħal l-obbligu ta' taxxa addizzjonali imsemmi fl-Artikolu 109(5) u 6(6) ta' l-Ustawa o Podatku od Towarów i Uslug tal-11 ta' Marzu 2004 …?


(1)  ĠU 71, p. 1301.

(2)  ĠU 1977 L 145, p. 1.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/31


Talba għal domanda preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (Il-Portugall) fid-19 ta' Novembru 2007 — Associação Nacional de Transportes Rodoviários de Pesados de Passageiros (Antrop) et vs Conselho de Ministros et

(Kawża C-504/07)

(2008/C 22/56)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Associação Nacional de Transportes Rodoviários de Pesados de Passageiros (Antrop) et

Konvenut: Conselho de Ministros et

Domandi preliminari

a)

Fid-dawl ta' l-Artikoli 73 KE, 87 KE u 88 KE tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 (1), l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jimponu obbligi ta' servizz pubbliku lil impriża pubblika inkarigata biex tassigura t-trasport pubbliku ta' passiġġieri f'muniċipalità?

b)

F'il-każ ta' risposta affermativa, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jikkumpensaw dawn l-obbligi?

c)

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom, f'sitwazzjoni fejn huma mhumiex obbligati jagħmlu sejħiet għal offerti għall-konċessjoni ta' l-operat ta' netwerk ta' trasport, jestendu l-obbligu ta' kumpens lill-impriżi kollha li huma kkunsidrati, fir-rigward tal-dritt nazzjonali u fl-istess żona, bħala li jipprovdu t-trasport pubbliku ta' passiġġieri?

d)

Fl-affermativ, liema għandu jkun il-kriterju għal kumpens?

e)

Fil-każ ta' impriżi ta' trasport ta' passiġġieri b'xarabank li, permezz ta' konċessjoni ta' servizz pubbliku, jeżerċitaw l-attività tagħhom skond sistema ta' esklużività fi ħdan perimetri urbani speċifiċi, iżda li jeżerċitaw ukoll din l-attività in kompetizzjoni ma' operaturi privati barra miż-żoni urbani li huma s-suġġett ta' sistema ta' esklużività, li lilhom l-Istat jagħti, sena wara sena, għajnuna intiża sabiex tkopri l-iżbilanċi permanenti ta' operat ta' dawn l-impriżi, din l-għajnuna tikkostitwixxi għajnuna ta' l-Istat li hija illegali skond l-Artikolu 87(1) KE, meta:

i)

mhuwiex possibbli li tiġi stabbilita, abbażi ta' data li tista' tiġi fdata tal-kompatibbiltà rispettiva tagħhom, id-differenza bejn l-ispejjeż imputabbli għall-parti ta' l-attività ta' dawn l-impriżi fiż-żona li hija s-suġġett tal-konċessjoni u l-benefiċċju korrispondenti, u li konsegwentement mhuwiex possibbli li tiġi kkalkulata l-ispiża addizzjonali li tirriżulta mill-eżekuzzjoni ta' l-obbligu ta' servizz pubbliku li, minħabba l-konċessjoni, jistgħu jkunu s-suġġett ta' għajnuna mill-Istat;

ii)

il-provvista ta' servizzi ta' trasport mill-impriżi in kwistjoni tista' b'hekk tinżamm jew tiżdied, b'mod illi l-possibilitajiet għall-impriżi l-oħra stabbiliti f'dan l-Istat Membru jew f'Stat Membru ieħor li jipprovdu s-servizzi tagħhom ta' transport huma mnaqqsa,

iii)

u dan minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 73 KE?

f)

Fid-dawl tal-kundizzjonijiet li l-Qorti tal-Ġustizzja toħroġ mill-Artikolu 87(1) KE (li qabel kien l-Artikolu 92(1) tat-Trattat), b'mod partikolari, fis-sentenza tagħha ta' l-24 ta' Lulju 2003 (Altmark Trans) (2), għall-kwalifikazzjoni ta' għajnuna ta' l-Istat (“L-ewwel nett, irid ikun hemm intervent ta' l-Istat jew permezz tar-riżorsi ta' l-Istat. It-tieni nett, dan l-intervent irid ikun kapaċi jaffettwa l-kummerċ bejn Stat Membri. It-tielet nett, irid jagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tiegħu. Ir-raba' nett, irid iwassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni”), x'inhuwa is-sinjifikat u l-portata ta' l-esspressjonijiet 1) għoti ta' vantaġġ li 2) joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, f'sitwazzjoni fejn il-benefiċjarji għandhom l-esklużività tas-servizz pubbliku tat-trasport tal-passiġġieri fl-ibliet ta' Lisbona u Porto, iżda jipprovdu l-iktar servizzi lejn dawn l-ibliet, f'żoni li fihom huma attivi wkoll operaturi oħra? Fi kliem ieħor, liema kriterji għandhom jiġu applikati sabiex ikun jista' jiġi konkluż li l-għoti ta' vantaġġ joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni? Għal dan il-għan, huwa rilevanti li jsir magħruf il-perċentwali ta' l-ispejjeż li, fi ħdan dawn l-impriżi, huma imputabbli għall-linji ta'xarabanks li jaħdmu 'l barra miż-żona ta' esklużivvità? Fil-qosor, huwa neċessarju li l-għajnuna jkollha riperkussjonijiet fuq l-attività eżerċitata barra miż-żona ta' esklużività (Lisbona u Porto) b'mod konkretament sinjifikattiv?

g)

L-intervent tal-Kummissjoni previst fl-Artikoli 76 KE u 88 KE huwa l-uniku mezz legali li jippermetti li jiġu rrispettati r-regoli tat-Trattat fil-qasam ta' l-għajnuna ta' l-Istat, jew l-effett utli tad-dritt Komunitarju jeżiġi iktar, jiġifieri l-possibiltà ta' applikazzjoni diretta tad-dispożizzjonijiet in kwistjoni mill-qrati nazzjonali fuq it-talba ta' individwi li jqisu lilhom infushom bħala effetwati negativament mill-għoti ta' sussidju jew ta' għajnuna li tikser ir-regoli tal-kompetizzjoni?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69, tas-26 ta' Ġunju 1969, dwar azzjoni mill-Istati Membri dwar l-obbligi inerenti fil-kunċett ta' servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 156, p. 1).

(2)  Kawża C-280/00, Ġabra p. I-7810.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/32


Appell imressaq fil-21 ta' Novembru 2007 minn Cain Cellars, Inc. kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tat-12 ta' Settembru 2007 fil-Kawża T-304/05 — Cain Cellars, Inc vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-508/07 P)

(2008/C 22/57)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Cain Cellars, Inc. (rappreżentant: J. Albrecht, Rechtsanwalt)

Il-parti l-oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla s-sentenza kkontestata tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007, fil-kawża T-304/05;

tiddikjara li l-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade marks ma tipprekludix ir-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni;

tordna li l-UASI għandha tbati l-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza, kif ukoll l-ispejjeż ta' l-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Deskrizzjoni sommarja ta' l-aggravji ta' l-appellanti fil-proċedura ta' appell kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Settembru 2007 fil-kawża T-304/05.

L-ewwel aggravju

Ksur ta' l-Artikolu 7 (1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94:

L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza, fl-evalwazzjoni tagħha tal-fatti fundamentali sabiex tiddeċiedi dwar il-funzjoni distintiva tat-trade mark f'forma ta' pentagonu li għaliha saret l-applikazzjoni, ma ħaditx in kunsiderazzjoni l-aspetti ġuridiċi u l-prinċipji tad-dritt rilevanti, inkwantu evalwat it-trade mark f'forma ta' pentagonu tar-rikorrenti abbażi ta' kunsiderazzjonijiet sempliċement teoriċi u astratti u ma ħaditx in kunsiderazzjoni l-prinċipji ta' evalwazzjoni oġġettivi fir-rigward tal-karattru distintiv tar-rappreżentazzjoni ta' pentagonu, b'mod partikolari l-uniċità tagħha (“uniqueness”) fis-settur ta' l-inbid, rilevanti f'dan il-każ. Il-Qorti tal-Prim'Istanza kkwalifikat dan is-sinjal bħala “figura ġeometrika elementari”, u eskludiet, a priori u b'mod astratt, in-natura distintiva għat-tali kategorija ta' sinjali sempliċi.

It-tieni aggravju

Ksur ta' l-Artikolu 67(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza:

a)

Skond l-Artikolu 67(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza, il-Qorti tal-Prim'Istanza għandha tieħu biss in kunsiderazzjoni dawk id-dokumenti u inkartamenti li l-avukati u l-aġenti tal-partijiet ikunu setgħu jikkonsultaw u li fuqhom ikunu setgħu jesprimu ruħhom. Il-punt 54 tas-sentenza kkontestata jirreferi għad-dokumenti li l-UASI ppreżenta għall-ewwel darba fir-replika tiegħu u fir-rigward tiegħu l-appellanti ma għamlitx l-osservazzjonijet tagħha (il-fażi bil-miktub tal-proċedura kienet konkluża wara l-preżentata tar-replika). B'hekk, is-sentenza hija fondata fuq elementi ta' prova inammissibbli. In-nuqqas ta' possibbiltà, għall-appellanti, li tieħu pożizzjoni, fil-fehma tagħha tikser il-prinċipju ta' audi alteram partem.

b)

Fl-aħħar nett, l-appellanti tilmenta li fil-fażi orali tal-proċedura, biex turi l-karattru distintiv tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, hija ppreżentat rappreżentazzjonijiet tal-prodott — li ġew ammessi mill-UASI fil-proċedura u li kienu ta' importanza partikolari għall-finijiet tal-kwistjoni tal-karattru distintiv tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni — li madankollu ma ssemmewx fis-sentenza kkontestata u ma ttieħdux in kunsiderazzjoni meta ġiet adottata d-deċiżjoni fir-rigward tal-karattru distintiv. Din iċ-ċirkustanza wkoll, skond l-appellanti, tikkostiwixxi ksur tal-prinċipju ta' audi alteram partem.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/32


Rikors imressaq fil-21 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-510/07)

(2008/C 22/58)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u B. Schima, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li, billi naqas milli jadotta d-dispożizzjonjiet leġiżlattivi, regolamentari jew amministrattivi xierqa sabiex, fit-territorju tal-Komunità, jinżamm b'mod permanenti l-livell ta' ħażniet ta' prodotti petroliferi għat-tieni kategorija ta' prodotti petroliferi elenkati fl-Artikolu 2, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi imposti fuqu mill-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 68/414/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1968, li timponi obbligu fuq l-Istati Membri tal-KEE li jżommu ħażniet minimi ta' prodotti taż-żejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi (1);

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni takkuża lill-konvenut li, b'mod regolari, naqas milli jissodisfa l-obbligu li jżomm ħażniet ta' prodotti petroliferi previst fid-Direttiva 68/414/KEE, kif emendata u sussegwentement ikkodifikata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/67/KE ta' l-24 ta' Lulju 2006 (2), f'dak li jirrigwarda l-prodotti tat-tieni kategorija prevista minn din id-direttiva, jiġifieri ż-żejt tal-gass, iż-żejt tad-dijżil, il-pitrolju u l-fjuwil tal-ġettijiet tat-tip tal-pitrolju. F'dan ir-rigward il-Kummissjoni tirrileva, b'mod partikolari, li teżisti diskrepanza kultant kbira bejn iċ-ċifri relattivi għall-konsum intern tal-prodotti in kwistjoni mogħtija mill-konvenut fil-kuntest tas-sommarji statistiċi ta' kull xahar u l-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha permezz tal-Eurostat.


(1)  ĠU L 308, p. 14.

(2)  ĠU L 217, p. 8.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/33


Rikors imressaq fil-21 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-511/07)

(2008/C 22/59)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u U. Wölker, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tikkonstata li, minħabba n-nuqqas ta' komunikazzjoni ta' l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 3(1)(f) tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Nru 280/2004/KE, tal-11 ta' Frar 2004, li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-moniteraġġ [ta'] l-emissjonijiet ta' gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta' Kyoto (1), flimkien ma' l-Artikoli 2 u 4(1)(b) u (d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2005/166/KE, ta' l-10 ta' Frar 2005, li tistabbilixxi r-regoli ta' implementazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (2), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi li huwa għandu skond dawn id-dispożizzjonijiet ;

tordna li l-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tallega li l-konvenut wettaq implementazzjoni inkompleta ta' l-obbligi li jinsabu fid-Deċiżjoni 280/2004/KE, moqrija flimkien mad-Deċiżjoni 2005/166/KE. Fil-fatt, minn naħa, il-konvenut ma pprovdiex fir-rapport annwali tiegħu informazzjoni kompleta rigward il-metodi użati u rigward it-tipi ta' data ta' attività u ta' fatturi ta' emissjoni użati fis-sorsi prinċipali tal-Komunità. Min-naħa l-oħra, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu lanqas ma kkomunika lill-Kummissjoni stima ġenerali ta' l-inċertezza li taffettwa l-elementi tar-rapport Lussemburgiż fuq l-inventarju nazzjonali.


(1)  ĠU L 49, p. 1.

(2)  ĠU L 55, p. 57.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/33


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesgerichtshof (Il-Ġermanja) fit-22 ta' Novembru 2007 — Vereniging Noordelijke Land- en Tuinbouw Organisatie vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-515/07)

(2008/C 22/60)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vereniging Noordelijke Land- en Tuinbouw Organisatie.

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën.

Domandi preliminari

1)

Fil-każ ta' tweġiba fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 6(2) tas-Sitt Direttiva (1) timplika li, fil-każ ta' servizzi u oġġetti li mhumiex kapitali, il-VAT għandha titħallas darba waħda matul il-perijodu li għalih it-tnaqqis attribwit għal dawn is-servizzi u oġġetti ġie applikat, jew għandha titħallas fuq firxa ta' diversi perijodi; u fil-każ affermattiv, kif għandha tiġi ddeterminata l-bażi tat-taxxa għal dawn l-oġġetti u servizzi li mhumiex suġġetti għall-benefiċċju kapitali?

2)

L-Artikoli 6(2) u 17(1),(2) u (6) tas-Sitt Direttiva tal-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna taxxabbli hija awtorizzata tuża fin-negozju tagħha mhux biss l-oġġetti kapitali, iżda wkoll it-totalità ta' l-oġġetti u s-servizzi kollha użati kemm għall-iskopjiet tan-negozju tagħha kif ukoll għal skopijiet estranji għal dan u li t-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta ma' l-akkwist ta' dawn l-oġġetti u s-servizzi għandha titnaqqas b'mod integrali u immedjat?


(1)  Is-Sitt Direttiva 77/388/KEE tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (Ir-Renju Unit) fit-22 ta' Novembru 2007 — Afton Chemical Limited vs The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs

(Kawża C-517/07)

(2008/C 22/61)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division) (Ir-Renju Unit).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Afton Chemical Limited.

Konvenuta: The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs.

Domandi preliminari

1)

Additivi għall-karburant bħal dawk in kwistjoni, li mhumiex intiżi sabiex jiġu użati, offerti għall-bejgħ jew użati bħala karburant iżda li huma miżjuda mal-karburant għal skopijiet għajr milli biex tiżdied is-saħħa tal-vettura li fiha l-karburant huwa użat, huma suġġetti għall-intaxxar skond l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 92/81/KE?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija pożittiva, dawn l-additivi jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' l-eżenzjoni skond l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 92/81/KE (1)?

3)

Additivi għall-karburant bħal dawk in kwistjoni, li mhumiex intiżi sabiex jiġu użati, offerti għall-bejgħ jew użati bħala karburant iżda li huma miżjuda mal-karburant għal skopijiet oħra għajr milli biex tiżdied is-saħħa tal-vettura li fiha l-karburant huwa użat, huma suġġetti għall-intaxxar skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2003/96/KE (2)?

4)

Jekk ir-risposta għat-tielet domanda hi pożittiva, dawn l-additivi huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/96/KE skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 4(b) tad-Direttiva?

5)

Id-dazju impost mir-Renju Unit fuq l-additivi għall-karburant imsemmija iktar 'il fuq huwa prekluż mid-dritt Komunitarju u b'mod partikolari, mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/12/KEE (3)?


(1)  ĠU L 316, p. 12.

(2)  ĠU L 283, p. 51.

(3)  ĠU L 76, p. 1.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/34


Appell imressaq fit-22 ta' Novembru 2007 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza mogħtija fit-12 ta' Settembru 2007 mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla Estiża) fil-kawża T-196/02, MTU Friedrichshafen GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-520/07 P)

(2008/C 22/62)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Gross, B. Martenczuk, aġenti)

Parti oħra fil-kawża: MTU Friedrichshafen GmbH

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla s-sentenza kkontestata, mogħtija fit-12 ta' Settembru 2007 mill-Qorti tal-Prim'Istanza fil-kawża T-196/02, MTU Friedrichshafen GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

tiddeċiedi definittivament fuq il-mertu u tiċħad ir-rikors bħala infondat,

tikkundanna lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali tbati kemm l-ispejjeż ta' dan l-appell kif ukoll l-ispejjeż ta' l-ewwel istanza fil-kawża T-196/02.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Qorti tal-Prim'Istanza wetqet żball meta bbażat ruħha fuq il-prinċipju li l-possibbiltà li tadotta deċiżjoni fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli ma tistax tiġi applikata sabiex jiġi ddeterminat il-benefiċjarju effettiv ta' l-għajnuna. Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw il-ħlas lura ta' għajnuniet illegali jipproċedu regolarment għad-determinazzjoni tal-benefiċjarju effettiv. Din id-determinazzjoni hija fil-fatt indispensabbli sabiex jiġi garantit ħlas lura effikaċi ta' l-għajnuna illegali. Għaldaqstant, il-fatt li tiġi eskluża l-possibbiltà li jiġi ddeterminat il-benefiċjarju ta' l-għajnuna fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli mhuwiex kompatibbli ma' l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

It-tieni nett, il-Qorti tal-Prim'Istanza kkunsidrat b'mod żbaljat li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ġiet stabbilita fuq il-bażi ta' sempliċi suppożizzjoni li ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti ta' deċiżjoni adottata fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli. Minn naħa, mhijiex meħtieġa ċertezza assoluta fil-kuntest ta' deċiżjoni meħuda fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli. Min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ġiet ibbażata fuq l-informazzjoni relattiva għall-infiq ta' żvilupp tal-kapaċità kkomunikati mill-kuratur ta' falliment ta' SKL-M. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kellha għad-dispożizzjoni tagħha elementi suffiċjenti li ppermettewlha tikkonkludi li t-trasferiment tal-kapaċità lil MTU irrapreżenta vantaġġ għal din l-impriża.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/35


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Korkein hallinto-oikeus (Il-Finlandja) fit-23 ta' Novembru 2007 — A

(Kawża C-523/07)

(2008/C 22/63)

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Korkein hallinto-oikeus

Konvenuta: A

Domandi preliminari

1

(a)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 (1), dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ir-Regolament Brussell IIa) japplika għall-infurzar ta' deċiżjoni bħal dik li ttieħdet fil-kawża preżenti, li tordna t-teħid immedjat taħt kura u t-tqegħid ta' minuri barra mill-familja oriġinali tiegħu għal ma' familja tar-rispett, meta dik id-deċiżjoni tieħu l-forma ta' deċiżjoni unika adottata fil-kuntest tar-regoli tad-dritt pubbliku dwar il-protezzjoni tat-tfulija?

(b)

Fin-nuqqas ta' dan, fid-dawl ta' l-Artikolu 1(2)(d) tar-regolament, japplikax biss għal dik il-parti mid-deċiżjoni dwar it-tqegħid barra mill-familja oriġinali għal ma' familja tar-rispett?

2

Il-kunċett tar-residenza abitwali fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament, bħal fl-Artikolu 13(1), għandu jiġi interpretat fil-liġi Komunitarja, b'mod partikolari fid-dawl tas-sitwazzjoni li fiha minuri għandu residenza permanenti fi Stat Membru iżda qiegħed joqgħod fi Stat Membru ieħor, fejn qed jgħix ħajja peripatetika?

3

(a)

Jekk huwa kkunsidrat li r-residenza abitwali tal-minuri mhijiex f'dan l-aħħar Stat Membru, madankollu f'liema kundizzjonijiet tista' tittieħed miżura urġenti (bħat-teħid immedjat taħt kura) f'dak l-Istat Membru abbażi ta' l-Artikolu 20(1) tar-regolament?

(b)

Miżura protettiva skond it-tifsira ta' l-Artikolu 20(1) tar-regolament hija biss miżura li tista' tittieħed skond il-liġi nazzjonali? u d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar din il-miżura jorbtu meta l-Artikolu jiġi applikat?

(ċ)

Wara li tittieħed il-miżura protettiva, il-każ għandu jiġi ttrasferit ex officio lill-qorti kompetenti ta' l-Istat Membru?

4

Jekk il-qorti ta' Stat Membru ma għandhiex ġurisdizzjoni, għandha tiċħad ir-rikors bħala inamissibbli jew għandha tittrasferixxi dan lill-qorti ta' l-Istat Membru l-ieħor?


(1)  ĠU L 338, p. 1.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/36


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court) (Ir-Renju Unit) tat-28 ta' Novembru 2007 — Generics (UK) Ltd, Regina vs Licensing Authority (li taġixxi permezz tal-Medicines and Healthcare products Regulatory Agency)

(Kawża C-527/07)

(2008/C 22/64)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Generics (UK) Ltd, Regina

Konvenuta: Licensing Authority (li taġixxi permezz tal-Medicines and Healthcare products Regulatory Agency)

Domandi preliminari

(1)

Meta prodott mediċinali li ma jkunx jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Anness tar-Regolament 2309/93 (1) jinħareġ fis-suq fi Stat Membru, (l-Awstrija) taħt il-proċedura nazzjonali ta' awtorizzazzjoni tiegħu qabel l-adeżjoni ta' dak l-Istat Membru maż-ŻEE jew mal-KE u:

(a)

dak l-Istat Membru jkun aderixxa sussegwentement maż-ŻEE u wara mal-KE, u bħala parti mill-kundizzjonijiet ta' l-adeżjoni tiegħu jkun ittraspona fil-liġi nazzjonali tiegħu d-dispożizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni tad-Direttiva 65/65 (illum id-Direttiva 2001/83 (2)), fejn ma japplikaw l-ebda dispożizzjonijiet tranżitorji f'dan ir-rigward;

(b)

il-prodott in kwistjoni baqa fis-suq ta' dak l-Istat Membru għal xi snin wara l-adeżjoni tiegħu maż-ŻEE u mal-KE;

(ċ)

wara l-adeżjoni ta' dak l-Istat Membru maż-ŻEE u mal-KE, l-awtorizzazzjoni għall-bejgħ tal-prodott in kwistjoni ġiet mibdula billi ġiet miżjuda indikazzjoni ġdida, u l-varjazzjoni kienet meqjusa mill-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru bħala konsistenti mar-rekwiżiti tad-dritt Komunitarju;

(d)

l-inkartament tal-prodott in kwistjoni ma ġiex aġġornat skond id-Direttiva 65/65 (illum id-Direttiva 2001/83) wara l-adeżjoni ta' dak l-Istat Membru maż-ŻEE u mal-KE; u

(e)

prodott li jikkontjeni l-istess ingredjent attiv ġie sussegwentement awtorizzat skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/83 u mqiegħed fis-suq fil-KE;

dak il-prodott mediċinali għandu jitqies bħala “prodott mediċinali ta' referenza li huwa jew li kien awtorizzat skond l-artikolu 6 […] fi Stat Membru” skond l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2001/83, u jekk dan ikun il-każ, liema mill-imsemmija kundizzjonijet hija/huma deċiżivi f'dan ir-rigward?

(2)

F'ċirkostanzi fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru in kwistjoni tirrifjuta b'mod żbaljat applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-bejgħ magħmula skond l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2001/83 fil-kuntest tal-proċedura ta' deċentralizzazzjoni stabbilita f'dik id-Direttiva, fuq il-bażi li l-prodott mediċinali li saret riferenza għalih fl-ewwel domanda iktar 'il fuq ma kienx “prodott mediċinali ta' referenza” skond l-Artikolu 10(1), fl-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja liema ċirkostanzi għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni mill-qorti nazzjonali meta jkollha tiddetermina jekk il-ksur tad-dritt Komunitarju huwiex ksur serju bizzejjed skond is-sentenza Brasserie du Pecheur u Factortame?


(1)  ĠU L 214, p. 1.

(2)  ĠU L 311, p. 67.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/36


Appell imressaq fid-29 ta' Novembru 2007 mill-Association de la presse internationale ASBL (API) kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Awla Manja) fit-12 ta' Settembru 2007 fil-Kawża T-36/04: Assocation de la presse internationale ASBL (API) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-528/07 P)

(2008/C 22/65)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Association de la presse internationale ASBL (API) (rappreżentanti: S. Völcker, Rechtsanwalt, F. Louis, avocat u C. O'Daly, Solicitor)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet ta' l-appellanti

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex:

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej fil-Kawża T-36/04, API vs Il-Kummissjoni, tat-12 ta' Settembru 2007 safejn il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet li l-Kummissjoni kellha d-dritt li ma tiżvelax l-atti ppreżentati mill-Kummissjoni f'kawżi fejn kienet għadha trid issir il-proċedura orali;

tannulla l-partijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D(2003) 30621 ta' l-20 ta' Novembru 2003 li ma ġewx annullati preċedentement mill-Qorti tal-Prim'Istanza fil-kawża T-36/04, jew sussidjarjament tirreferi l-kawża lill-Qorti tal-Prim'Istanza għal deċiżjoni ulterjuri fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja; u

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għall-motivi li ġejjin:

1.

L-ewwel nett, il-Qorti tal-Prim'Istanza interpretat b'mod żbaljat it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (l-“eċċezzjoni relatata mal-proċedimenti fil-qrati”) meta sostniet li l-Kummissjoni m'għandhiex għalfejn twettaq evalwazzjoni konkreta dwar jekk għandhiex tipprovdi aċċess għall-atti ppreżentati minnha qabel l-proċedura orali. Din l-interpretazzjoni (i) tmur kontra prinċipji stabbiliti sew fir-rigward ta' l-interpretazzjoni ta' l-eċċezzjoni relatata mal-proċedimenti fil-qrati li huma rikonoxxuti f'partijiet oħra tas-sentenza; (ii) hija bbażata fuq dritt ineżistenti tal-Kummissjoni li tiddefendi l-interessi tagħha “ħielsa minn kull influwenza esterna”; (iii) tiddependi fuq argumenti legali li huma manifestament żbaljati meta tinvoka l-“prinċipju ta' equality of arms”; (iv) teskludi b'mod żbaljat l-importanza tar-regoli ta' qrati oħra li jippermettu l-aċċess għall-atti qabel is-seduta; u (v) tiddependi b'mod żbaljat fuq il-ħtieġa li jiġi protett l-effet utile tal-qrati Komunitarji fi proċeduri in camera.

2.

Fit-tieni lok, il-Qorti tal-Prim'Istanza interpretat b'mod żbaljat il-frażi “interess pubbliku akbar” li tinsab fl-aħħar ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament billi sostniet li, meta l-kwistjoni tkun dwar l-atti ppreżentati quddiem il-qrati, l-interess pubbliku ġenerali fil-kontenut ta' proċeduri quddiem il-qrati Komunitarji ma jistax jitqies aktar importanti minn kwalunkwe interess protett mill-eċċezzjoni relatata mal-proċedimenti fil-qrati.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/37


Appell imressaq fid-29 ta' Novembru 2007 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Awla Manja) fit-12 ta' Settembru 2007 fil-Kawża T-36/04: Association de la presse internationale ASBL vs Il-Kumissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-532/07 P)

(2008/C 22/66)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliz

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Docksey u P. Aalto, aġenti)

Parti oħra fil-kawża: Association de la presse internationale ASBL (API)

Talbiet ta' l-appellanti

tannulla s-sentenza kkontestata parzjalment safejn din annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li fiha ġie rrifjutat l-aċċess għad-dokumenti mitlub mill-API sa mid-data tas-seduta li tirrigwarda l-kawżi kollha, ħlief dawk għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu;

tagħti deċiżjoni finali fir-rigward ta' l-oqsma kollha li huma s-suġġett ta' dan l-appell;

tordna lir-rikorrenti fil-kawża T-36/04 tħallas l-ispejjeż inkorsi mill-Kummissjoni f'dik il-kawża u f'dan l-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ssostni l-ewwel nett, li l-Qorti tal-Prim'Istanza għamlet żball ta' liġi meta interpretat l-eċċezzjoni relatata mal-proċedimenti fil-qrati b'mod li l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw talbiet ta' aċċess għall-atti f'kawżi li mhumiex għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu ta' Stat fuq il-bażi ta' każ b'każ mid-data tas-seduta. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni li l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza mhumiex konsistenti mar-raġunament tagħha, li l-Qorti tal-Prim'Istanza ma ħaditx in kunsiderazzjoni l-interess fl-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja jew l-interess ta' persuni oħra msemmija fil-proċedura. Filwaqt li d-dokumenti tal-qorti ppreżentati mill-istituzzjonijiet mhumiex esklużi mill-ambitu tar-Regolament 1049/2001 (1), il-konklużjoni milħuqa mill-Qorti tal-Prim'Istanza m'għandha l-ebda bażi fid-dritt Komunitarju jew fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Fit-tieni lok, il-Qorti tal-Prim'Istanza għamlet żball ta' liġi meta interpretat l-eċċezzjoni ta' l-investigazzjonijiet b'mod li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra talbiet ta' aċċess għall-atti f'kawżi ta' nuqqas ta' twettiq ta' obbligu ta' Stat taħt l-Artikolu 226 KE fuq bażi ta' każ b'każ mid-data tas-sentenza, inklużi kawżi li jkunu ġew deċiżi iżda li ma jkunux ġew solvuti, bir-riżultat li l-kapaċità tal-Kummissjoni, bħala gwardjana tat-Trattati, li tassigura li l-Istati Membri josservaw l-obbligi tagħhom taħt id-dritt Komunitarju tiddgħajjef.

Fit-tielet lok, il-Qorti tal-Prim'Istanza għamlet żball ta' liġi meta interpretat l- eċċezzjoni relatata mal-proċedimenti fil-qrati b'mod li l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw talbiet ta' aċċess għall-atti ppreżentati minnhom fuq bażi ta' każ b'każ f'kawżi li jkunu ġew deċiżi iżda li jkunu relatati ma' kawżi pendenti, u bir-riżultat li tiddgħajjef il-kapaċità tagħhom li jiddefendu l-interessi tagħhom quddiem il-qrati Komunitarji u tiddgħajjef ukoll l-kapaċità tal-Kummissjoni, bħala gwardjana tat-Trattati, li tinforza d-dritt Komunitarju.


(1)  ĠU L 145, p. 43.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/38


Rikors imressaq fit-30 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-541/07)

(2008/C 22/67)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Patakia)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-Repubblika Ellenika,billi tipprojbixxi, b'digriet tal-Ministru tat-Trasport tat-3 ta' Marzu 2004, Nru 12078/1343, kif interpretat fuq il-bażi taċ-ċirkulari tat-28 ta' Lulju 2004, Nru 45007/4795 maħruġa mid-Dipartiment għas-Siġurtà fuq it-toroq u ta' l-ambjent, it-twaħħil in ġenerali mal-ħġieġ tal-vetturi bil-mutur ta' stikers għall-ħġieġ legalment immanifatturati u/jew mibjugħa fis-suq ta' Stati Membri oħra ta' l-Unjoni Ewropea, kisret l-obbligi li għandha fis-sensi ta' l-Artikoli 28 u 30 tat-Trattat KE.

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

Fuq ilment, il-Kummissjoni eżaminat il-leġiżlazzjoni Griega li tipprojbixxi li jiġu jitwaħħlu stikers għall-ħġieġ mal-windscreen u in ġenerali fuq mal-ħġieġ tal-vetturi bil-mutur.

2.

Il-Kummissjoni tqis li l-projbizzjoni in kwistjoni ma taqax taħt l-iskop ta' applikazzjoni tad-Direttiva 92/22/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2001/92/KE u li, fin-nuqqas ta' armonizzazzjoni fuq livell Komunitarju, għandha tiġi eżaminata fid-dawl ta' l-Artikoli 28 u 30 KE.

3.

Din il-projbizzjoni tirriżulta f'miżura ta' effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva tal-moviment liberu tal-merkanzija, kuntrarja għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 28 KE, billi, fil-fatt, tikkostitwixxi ostaklu għall-kummerċ fil-Greċja ta' tali stikers, li jiġu legalment immanifatturati u mibjugħa fis-Stati Membri l-oħra.

4.

Barra minn dan, il-Kummissjoni tosserva li l-awtoritajiet Griegi ma rnexxilhomx iressqu provi suffiċjenti tal-fatt li l-provvediment kien iġġustifikat u fl-istess ħin proporzjonali.

5.

B'mod partikolari, ma ġiex ippruvat li jeżistu kriterji sabiex jiġi aċċertat, fl-iżvolġiment tal-verifiki, jekk l-istikers in kwistjoni jissodisfaw rekwiżiti minimi stabbiliti, kif jaffermaw l-awtoritajiet Griegi.

6.

Għaldaqstant il-Kummissjoni tqia li d-dispożizzjoni leġiżlattiva eżaminata tikkostitwixxi ksur ta' l-Artikolu 28 KE, li ma jistax jiġi ġġustifikat fuq il-bażi ta' l-Artikolu 30 KE u lanqas abbażi tal-motivi imperattivi ta' interess pubbliku, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/38


Rikors ippreżentat fl-10 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-548/07)

(2008/C 22/68)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u M. van Beck)

Konvenutai: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tiddikjara li r-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi li hija għandha skond id-Direttiva 96/34/KE (1) dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta' ETUC, b'mod partikolari skond il-klawżoli 1(2), 2(1) u (3)(b), 2(3)(e) u (f), 2(4) u (6) tal-ftehim qafas, anness ma' din id-Direttiva.

tordna lir-Repubblika Elleniku tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

Il-Kummissjoni wara li eżaminat kumplessivament il-leġiżlazzjoni Griega li ttrasponiet, fis-sistema legali Griega, id-Direttiva 96/34/KE dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta' ETUC, stabbiliet li t-traspożizzjoni ma kinitx kompluta u korretta fir-rigward ta' klawżoli speċifiċi ta' l-imsemmi ftehim qafas li ġie implementat permezz ta' l-imsemmija Direttiva, fir-rigward tal-ħaddiema tal-flotta merkantili.

2.

B'mod partikolari, il-leġiżlazzjoni Griega in kwistjoni li tirratifika l-ftehim kollettivi tas-settur għandha kamp ta' applikazzjoni limitat, peress li ma tapplikax għall-ħaddiema kollha tal-bastimenti merkantili.

3.

Minbarra dan, sabiex id-dritt tal-leave tal-ġenituri jiġi rikonoxxut lil dawn il-ħaddiema, jeħtieġ, skond il-leġiżlazzjoni Griega, li jiġu ssodisfatti, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-imsemmija Direttiva, anki l-kundizzjonijiet l-oħra li ġejjin:

servizz ta' tnax-il xahar fuq l-istess bastiment,

ekwipaġġ ta' mill-anqas 30 persuna fuq dan il-bastiment,

prova tal-fatt li l-konjugu l-ieħor jaħdem;

kwalifikazzjoni tad-dħul lura mill-leave tal-ġenituri bħala kuntratt ġdid ta'imbark u perijodu ta' xogħol minimu mitlub ex novo ta' 6 jew 7 xhur;

ħlas min-naħa tal-baħri ta' l-ispejjeż sabiex jintbagħat is-sostitut tiegħu;

applikazzjoni ta' l-imsemmija leġiżlazzjoni nazzjonali esklużivament għall-kuntratti ta' imbark konklużi wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim kollettivi;

il-kwalifikazzjoni ta' obbligi kummerċjali bħala kawża ta' force majeure li tiġġustifika n-nuqqas ta' għoti tal-leave tal-ġenituri.

4.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tiddikjara li la fil-ftehim kollettivi u lanqas fid-deċiżjonijiet Ministerjali li rratifikawhom ma teżisti l-ebda referenza għall-kwistjoni tal-protezzjoni tal-ħaddiema kontra tkeċċija mix-xogħol ikkawżata mit-talba għal, jew mill-għoti ta', leave tal-ġenituri.

5.

B'konsegwenza, il-Kummissjoni tikkonsidra li r-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi li hija għandha skond id-Direttiva 96/34/KE u, b'mod partikolari, skond il-klawżoli 1(2), 2(1) u (3)(b), 2(3)(e) u (f), 2(4) u (6) tal-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri, anness ma' din id-Direttiva.


(1)  ĠU L 145, 19.6.1996, p. 4.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/39


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Ottubru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

(Kawża C-20/07) (1)

(2008/C 22/69)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 56, 10.3.2007.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/39


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni ta-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Isvezja

(Kawża C-145/07) (1)

(2008/C 22/70)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 95 ta' 28.4.2007.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/39


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja

(Kawża C-223/07) (1)

(2008/C 22/71)

Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 140, 23.6.2007.


Qorti tal-Prim' Istanza

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/40


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 — Pagliacci vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-307/04) (1)

(“Uffiċjali - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta' tqegħid fuq il-lista ta' riżerva - Ksur ta' l-avviż ta' kompetizzjoni - Kwalifiki u esperjenza professjonali meħtieġa’)

(2008/C 22/72)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Carlo Pagliacci (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: l-ewwel S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, wara F. Schiaudone, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u H. Tserepa-Lacombe, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ġurija tal-kompetizzjoni COM/A/1/02 li tagħti lir-rikorrent marka insuffiċjenti fl-eżamijiet sabiex jitqiegħed fuq il-lista tal-kandidati magħżula.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-ġurija tal-kompetizzjoni COM/A/1/02 li tagħti lil Carlo Pagliacci marka insufficjenti fl-eżamijiet sabiex jitqiegħed fuq il-lista tal-kandidati magħżula hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 262, 14.5.2005.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/40


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Diċembru 2007 — Sack vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-66/05) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjal - Rikors għal annullament - Allowance għal kariga - Kariga ta' ‘kap ta' diviżjoni’ - Trattament ugwali - Obbligu ta' motivazzjoni - Sistema lingwistika’)

(2008/C 22/73)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Jörn Sack (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Lehmann-Brauns u D. Mahlo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u H. Krämer, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba ta' annullament tad-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-iffissar tal-ħlas ta' kull xahar tar-rikorrent minn Mejju 2004 sa Frar 2005, talba għal kalkolu ġdid ta' dan il-ħlas u talba ta' annullament tad-deċiżjoni espliċita ta' ċaħda tat-talba tar-rikorrent, innotifikata lilu fis-26 ta' Novembru 2004.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors hu miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 106, 30.4.2005.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/40


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 — K & L Ruppert Stiftung vs L-UASI — Lopes de Almeida Cunha et (CORPO livre)

(Kawża T-86/05) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva CORPO livre - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali LIVRE - Prova dwar l-użu tat-trade marks preċedenti li ġiet ippreżentata tard’)

(2008/C 22/74)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: K & L Ruppert Stiftung & Co. Handels-KG (Weilheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Spohn u A. Kockläuner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent.)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Natália Cristina Lopes de Almeida Cunha (Vila Nova de Gaia, il-Portugall); Cláudia Couto Simões (Vila Nova de Gaia); u Marly Lima Jatobá, (Vila Nova de Gaia)

Suġġett tal-kawża

Rikors kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-7 ta' Diċembru 2004 (kawża R 328/2004-1) rigward proċedura ta' oppożizzjoni bejn, minn naħa, K & L Ruppert Stiftung & Co. Handels-KG u, min-naħa l-oħra, Natália Cristina Lopes de Almeida Cunha, Cláudia Couto Simões u Marly Lima Jatobá,

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-rikorrenti, K & L Ruppert Stiftung & Co. Handels-KG, għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 155 tal-25.6.2005.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/41


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 — BASF u UCB vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-101/05 u T-111/05) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji fis-settur tal-prodotti tal-vitamini - Kloru tal-kolin (vitamina B4) - Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta' l-Artikolu 81 KE u ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea - Multi - Effett dissważiv - Reċidività - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Ksur uniku u kontinwat’)

(2008/C 22/75)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż u L-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: BASF AG (Ludwigshafen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Levy, barrister, J. Temple-Lang, solicitor, u C. Feddersen, avocat), u UCB SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Bourgeois, J.-F. Bellis u M. Favart, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: fil-kawża T-101/05, A. Whelan u F. Amato, u, fil-kawża T-111/05, l-ewwel O. Beynet u F. Amato, wara X. Lewis u F. Amato, aġenti)

Suġġett tal-Kawża

Talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/566/KE, tad-9 ta' Diċembru 2004, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 KE u ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-2/37.533 — Kloru tal-kolin), (riassunt fil-ĠU 2005, L 190, p. 22).

Dispożittiv

1)

Il-kawża T-112/05, Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni hija sseparata mill-kawżi T-101/05 u T-111/05 għall-finijiet tas-sentenza.

2)

L-Artikolu(1)(b) u (f) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/566/KE, tad-9 ta' Diċembru 2004, dwar proċedura għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 KE u ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/E-2/37.533 — Kloru tal-kolin), huwa annullat safejn jikkonstata li BASF AG u UCB SA wettqu ksur, għal perjodu ta' qabel id-29 ta' Novembru 1994 fir-rigward ta' BASF u ta' qabel l-14 ta' Marzu 1994 fir-rigward ta' UCB.

3)

Fil-kawża T-101/05, l-ammont tal-multa imposta fuq BASF huwa stabbilit għal EUR 35 024 miljun.

4)

Fil-kawża T-111/05, l-ammont tal-multa imposta fuq UCB huwa stabbilit għal EUR 1 870 miljun.

5)

Il-kumplament tar-rikorsi huma miċħuda.

6)

Fil-kawża T-101/05 kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

7)

Fil-kawża T-111/05, il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll 90 % ta' l-ispejjeż ta' UCB.


(1)  ĠU C 115, 14.5.2005.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/41


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 — Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-112/05) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji fis-settur tal-prodotti tal-vitamini - Kloru tal-kolin (vitamina B 4) - Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta' l-Artikolu 81 KE u ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea - Imputabbiltà ta' l-aġir illegali’)

(2008/C 22/76)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Akzo Nobel NV (Arnhem, l-Olanda); Akzo Nobel Nederland BV (Arnhem); Akzo Nobel Chemicals International BV (Amersfoort, l-Olanda); Akzo Nobel Chemicals BV (Amersfoort); u Akzo Nobel Functional Chemicals BV (Amersfoort) (rappreżentanti: l-ewwel C. Swaak u J. de Gou, wara C. Swaak, M. van der Woude u M. Mollica, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Whelan u F. Amato, aġenti.)

Suġġett tal-Kawża

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/566/KE tad-9 ta' Diċembru 2004, dwar proċedura għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 KE u ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/E-2/37.533 — Kloru tal-kolin) (Sunt fil-ĠU 2005, L 190, p. 22)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV u Akzo Nobel Functional Chemicals BV huma kkundannati jbatu l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 143, 11.6.2005.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/42


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Diċembru 2007 — Angelidis vs Il-Parlament

(Kawża T-113/05) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċċjali - Mili ta' kariga bil-grad A2 - Ċaħda ta' kandidatura - Ksur ta' rekwiżiti proċedurali essenzjali - Rikors għal annullament - Rikors għal kumpens)

(2008/C 22/77)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Angel Angelidis (Lussemburgu, Lussemburgu) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropej (rappreżentanti: A. Bencomo Weber, J.F. de Wachter u A. Lukošiūtė, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent għal kariga ta' Direttur tad-Direttorat “Affarjiet Baġitarji” fi ħdan id-Direttorat Ġenerali tal-Kumitati Responsabbli għall-Politika Interna tal-Parlament u li taħtar kandidat ieħor fl-imsemmija kariga u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens tad-danni allegatament sofruti mir-rikorrent minħabba ċ-ċaħda tal-kandidatura tiegħu.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2004, li taħtar lis-Sur Alfredo De Feo fil-kariga ta' Direttur ta' l-Affarjiet Baġitarji tad-Direttorat Ġenerali tal-Kumitati Responsabbli għall-Politika Interna tal-Parlament hija annullata.

2)

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Parlament huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 115, 14.5.2005.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/42


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-308/05) (1)

(“Fondi Strutturali - Kofinanzjar - Regolamenti (KE) Nru 1260/1999 u Nru 1685/2000 - Kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà ta' ħlasijiet akkont magħmula minn korpi nazzjonali fil-kuntest ta' skemi ta' għajnuna mill-Istat jew b'relazzjoni ma' l-għoti ta' għajnuna - Prova ta' l-użu tal-fondi mid-destinatarji finali - Rikors għal annullament - Att li jista' jiġi kkontestat’)

(2008/C 22/78)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: inizjalment A. Cingolo, u sussegwentement P. Gentili, avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u M. Velardo, aġenti, assistiti minn G. Faedo, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li allegatament jinsabu fl-ittri tal-Kummissjoni Nru 5272, tas-7 ta' Ġunju 2005, Nru 5453, tat-8 ta' Ġunju 2005, Nri 5726 u 5728, tas-17 ta' Ġunju 2005, u Nru 5952, tat-23 ta' Ġunju 2005.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 257, 15.10.2005.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/43


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Diċembru 2007 — Portela & Companhia vs L-UASI — Torrens Cuadrado et Gilbert Sanz (Bial)

(Kawża T-10/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva Bial - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BIAL - Raġuni relatata għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Prova ta' l-eżistenza tat-trade mark preċedenti - Koeżistenza ta' trade marks preċedenti - Motiv li jimmodifika s-suġġett tal-kawża - Provi ppreżentati għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza - Spejjeż sostnuti quddiem id-Diviżjoni ta' Oppożizzjoni’)

(2008/C 22/79)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Portela & Companhia, SA (S. Mamede do Coronado, il-Portugall) (rappreżentant: J. Conceição Pimenta, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Novais Gonçalves, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Juan Torrens Cuadrado u Josep Gilbert Sanz (Gava, Spanja)

Suġġett tal-kawża

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell tal-UASI ta' l-14 ta' Settembru 2005 (każ R 897/2004-1) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Juan Torrens Cuadrado u Josep Gilbert Sanz, minn naħa, u Portela & Companhia, SA, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fuq is-Suq Intern (Trade marks u disinni) (L-UASI) ta' l-14 ta' Settembru 2005 (każ R897/2004-1) hija annullata safejn tordna lir-rikorrenti tbati s-somma ta' EUR 600 għall-ispejjeż sostnuti minn Torres Caudrado u Gilbert Sanz għall-finijiet tal-proċedura ta' oppożizzjoni.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Portela & Companhia, SA għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-UASI.


(1)  ĠU C 60, 11.3.2006.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/43


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 — L-Irlanda et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-50/06, T-56/06, T-60/06, T-62/06 u T-69/06) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Direttiva 92/81/KEE - Dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali - Żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni ta' allumina - Eżenzjoni mogħtija mill-Awtoritajiet Franċiżi, Irlandiżi u Taljani - Għajnuna ġdida - Għajnuna eżistenti - Obbligu ta' motivazzjoni - Stħarriġ ex officio’)

(2008/C 22/80)

Lingwi tal-kawża: L-Ingliż, il-Franċiż u it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti fil-kawża T-50/06: L-Irlanda (D. O'Hagan, aġent, assistit minn P. McGarry, barrister)

Rikorrenti fil-kawża T-56/06: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u S. Ramet, aġenti)

Rikorrenti fil-kawża T-60/06: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Aiello, avvocato dello Stato)

Rikorrenti fil-kawża T-62/06: Eurallumina SpA (Portoscuso, l-Italja) (rappreżentanti: L. Martin Alegi, R. Denton u M. Garcia, solicitors)

Rikorrenti fil-kawża T-69/06: Aughinish Alumina Ltd (Askeaton, l-Irlanda) (rappreżentanti: J. Handoll u C. Waterson, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci, N. Khan, P. Stancanelli u K. Walkerová, aġenti)

Suġġett

Talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/323/KE, tas-7 ta' Diċembru 2005, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni ta' allumina fir-reġjun ta' Gardanne, fir-reġjun ta' Shannon u f' Sardinja, implementata rispettivament minn Franza, l-Irlanda u l-Italja (ĠU 2006, L 119, p.12).

Dispożittiv

1)

Il-kawżi T-50/06, T-56/06, T-60/06, T-62/06 u T-69/06 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/323/KE, tas-7 ta' Diċembru 2005, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni ta' allumina fir-reġjun ta' Gardanne, fir-reġjun ta' Shannon u f' Sardinja, implementata rispettivament minn Franza, l-Irlanda u l-Italja hija annullata.

3)

Ir-rikors fil-kawża T-62/06 huwa micħud fir-rigward tal-kumplament.

4)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi dawk relatati mal-proċedura sommarja fil-kawża T-69/06R.


(1)  ĠU C 86, 8.4.2006.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/44


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 — DeTeMedien Deutsche vs L-UASI (suchen.de)

(Kawża T-117/06) (1)

(“Trade Mark Komunitarju - Talba għal trade mark komunitarja verbali suchen.de - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7 (1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 22/81)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: DeTeMedien Deutsche Telekom Medien GmbH (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment, J. Fesenmair u I. Gehring, wara J. Fesenmair u T.M. Müller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors magħmul kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tat-30 ta' Jannar 2006, dwar talba għar-reġistrazzjoni ta' sinjal verbali suchen.de bħala marka komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

DeTeMedien Deutsche Telekom Medien GmbH hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 143, 17.6.2006.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/44


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Diċembru 2007 — Xentral vs L-UASI — Pages jaunes (PAGESJAUNES.COM)

(Kawża T-134/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PAGESJAUNES.COM - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti LES PAGES JAUNES - Isem tad-domain ‘pagesjaunes.com’ - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 22/82)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Xentral LLC (Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Bertrand, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Pages jaunes SA (Sèvres, Franza) (rappreżentanti: C. Bertheux Scotte, B. Potot u B. Corne, avukati)

Suġġett tal-kawża

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-15 ta' Frar 2006 (każ R 708/2005-1), li tikkonċerna proċedura ta' oppożizzjoni bejn Pages jaunes SA u Xentral LLC

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Xentral LLC hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 165, 15.7.2006.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/45


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Diċembru 2007 — Cabrera Sánchez vs L-UASI– Industrias Cárnicas Valle (el charcutero artesano)

(Kawża T-242/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċediment ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva el charcutero artesano - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti El Charcutero - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 22/83)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Miguel Cabrera Sánchez (Móstoles, Spanja) (rappreżentanti: J. Calderón Chavero u T. Villate Consonni, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. García Murillo, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Industrias Cárnicas Valle, SA (Madrid, Spanja)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-15 ta' Ġunju 2006 (każ R 790/2005-1) dwar proċediment ta' oppożizzjoni bejn Miguel Cabrera Sánchez u Industrias Cárnicas Valle, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Miguel Cabrera Sánchez għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 261, 28.10.2006.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/45


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-4 ta' Diċembru 2007 — Cheminova et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-326/07 R)

(“Proċedura Sommarja - Direttiva 91/414/KEE - Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni - Ammissibbiltà - Nuqqas ta' urġenza’)

(2008/C 22/84)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cheminova A/S (Harboøre, id-Danimarka); Cheminova Agro Italia Srl (Ruma, l-Italja); Cheminova Bulgaria EOOD (Sofia, il-Bulgarija); Agrodan, SA (Madrid, Spanja); u Lodi SAS (Grand-Fougeray, Franza) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Doherty u L. Parpala, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni 2007/389/KE tal-Kummissjoni, tas-6 ta' Ġunju 2007, dwar in-non-inklużjoni tal-malathion fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (ĠU L 146, p. 19), sakemm tingħata s-sentenza fil-kawża prinċipali.

Dispożittiv

1)

It-talba għal proċedura sommarja hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/45


Rikors ippreżentat fid-19 ta' Novembru 2007 — Euro-Information vs L-UASI (Rappreżentazzjoni ta' id li żżomm karta bi tliet triangoli)

(Kawża T-414/07)

(2008/C 22/85)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Société Européenne de traitement de l'Information (Euro-Information) (Strasburg, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe u M. Chaminade, avocats)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

annullament tad-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tas-6 ta' Settembru 2007, kawża R-290/2007-1, safejn rrifjutat ir-reġistrazzjoni ta' l-applikazzjoni tagħha għal trade mark Komunitarja Nru 5 225 776 għal parti mill-prodotti u servizzi mitluba fil-klassijiet 9, 35, 36, 38 u 42;

reġistrazzjoni ta' l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5 225 776 għal prodotti u s-servizzi kollha mitluba.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva komposta minn rappreżentazzjoni ta' id li żżomm karta segwita bi tliet triangoli suwed għal prodotti u servizzi tal-klassijiet 9,35, 36, 38 u 42 (applikazzjoni Nru 5 225 776)

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Rifjut parzjali ta' reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda tar-rikors

Motivi invokati: Ir-rikorrenti ssostni li, kuntrarjament għal dak li l-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI kkonstata fid-deċiżjoni kkontestata, il-komponenti tat-trade mark li r-reġistrazzjoni tagħha ġiet parzjalment irrifjutata huma distintivi u arbitrarji fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi mitluba u, għaldaqstant, l-użu flimkien tagħhom għandu wkoll jiġi kkunsidrat bħala distintiv u arbitrarju.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/46


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Novembru 2007 — Deutsche Post vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-421/07)

(2008/C 22/86)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Sedemund u T. Lübbig, Rechtsanwälte)

Konvenuta: il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Settembru 2007“Għajnuna mogħtija mill-Istat C 36/2007 (ex NN 25/2007) — Għajnuna mogħtija mill-Istat lill-Deutsche Post AG, stedina sabiex jissottomettu l-kummenti skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE”

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni sabiex tinbeda l-proċedura skond l-Artikolu 88(2) fir-rigward ta' Għajnuna mogħtija mill-Istat C 26/2007 (ex NN 25/2007). Din id-deċiżjoni ġiet innotifikata lill-Ġermanja b'ittra tat-12 ta' Settembru 2007 (ĠU C 245, p. 21). Il-proċedura li nbdiet permezz ta' din id-deċiżjoni hija intiża bħala stħarriġ addizzjonali għal-proċedura mibdija mill-Kummissjoni fit-23 ta' Ottubru 1999, u fil-kuntest ta' liema l-Kummissjoni adottat deċiżjoni negattiva finali fid-19 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 247, p. 27). F'din id-deċiżjoni negattiva, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-prezzijiet tad-Deutsche Post għas-servizzi tagħha ta' ġbir u ta' distribuzzjoni fir-residenzi ta' pakketti kienu inqas mill-ispejjeż marġinali li huma karatteristiċi ta' tali politika ta' skont aggressiv ma kinitx tagħmel parti mill-obbligi tagħha ta' s-servizz pubbliku.

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser prinċipi fundamentali ta' proċedura. B'mod partikolari, hemm ksur tal-prinċipju tal-protezzjoni ta' l-aspettativi leġittimi, peress li l-Kummissjoni kien ilha għal diversi snin taf bil-fatti rilevanti tal-każ u fid-19 ta' Ġunju 2002 adottat f'dan ir-rigward deċiżjoni finali ta' għeluq tal-proċedura. Minbarra dan, id-drittijiet tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-rikorrenti li jkunu parti fil-proċedura ġew miksura, peress li ma ingħatawx il-possibbiltà li jieħdu pożizzjoni qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. F'dan il-kuntest ir-rikorrenti ssostni, finalment, li jeżisti ksur tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (1), peress li mill-istruttura ta' din id-dispożizzjoni jirriżulta li deċiżjoni negattiva bħal dik tad-19 ta' Ġunju 2002 hija finali u li l-konvenuta ma tistax tirrepeti proċedura ta' verifika ta' l-għajnuna fuq każ li diġà kien is-suġġett ta' evalwazzjoni definittiva.

Minbarra dan, ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-konvenuta kisret l-obbligu ta' motivazzjoni skond l-Artikolu 253 KE u ta' l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 659/1999, peress li d-deċiżjoni kkontestata, minn naħa, ma jirriżultax b'mod ċar liema huma l-miżuri li l-Kummissjoni tixtieq tikklassifika bħala għajnuna mogħtija mill-Istat u, min-naħa l-oħra, ma tinkludi l-ebda evalwazzjoni legali f'dan ir-rigward.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tinvoka ksur ta' l-Artikolu 87(1) KE u 88 KE, peress li l-miżuri elenkati fid-deċiżjoni kkontestata ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala għajnuna mogħtija mill-Istat.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu [88 KE] (ĠU L 83, p. 1).


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/46


Rikors ippreżentat fis-16 ta' Novembru 2007 — Agencja Wydawnicza Technopol vs L-UASI (100)

(Kawża T-425/07)

(2008/C 22/87)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentant: D. Rzążewska, radca prawny)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-parti rikorrenti

tannulla kompletament id-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tat-3 ta' Settembru 2007, Nru R 1275/2006-4;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “100” għall-prodotti u s-servizi kklassifikati fil-klassijiet 16, 28 u 41 (talba Nru 3 875 416)

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: rifjut tar-reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors

Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 40/94 (1), għaliex skond ir-rikorrent is-sinjal “100” mhuwiex deskrittiv u ma għandux karattru distintiv għall-prodotti u s-servizzi indikati.


(1)  Regolament (KE) tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1993, Nru 40/93, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/47


Rikors ippreżentat fis-16 ta' Novembru 2007 — Agencja Wydawnicza Technopol vs L-UASI (300)

(Kawża T-426/07)

(2008/C 22/88)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentant: D. Rzążewska, radca prawny)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-parti rikorrenti

tannulla kompletament id-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tat-3 ta' Settembru 2007, Nru R 1275/2006-4;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “100” għall-prodotti u s-servizi kklassifikati fil-klassijiet 16, 28 u 41 (talba Nru 3 875 416)

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: rifjut tar-reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors

Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 40/94 (1), għaliex skond ir-rikorrent is-sinjal “100” mhuwiex deskrittiv u ma għandux karattru distintiv għall-prodotti u s-servizzi indikati.


(1)  Regolament (KE) tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1993, Nru 40/93, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/47


Rikors ippreżentat fis-16 ta' Novembru 2007 — Mirto Corporación Empresarial vs L-UASI — Maglificio Barbara (Mirtillino)

(Kawża T-427/07)

(2008/C 22/89)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Mirto Corporación Empresarial, S.L. (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Maglificio Barbara Srl

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta' Awwissu 2007 fil-Każ Nru R 875/2006-2;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja:Maglificio Barbara Srl

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Mirtillino” għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25 (Applikazzjoni Nru 3 252 467)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Creaciones Mirto, S.A.; ir-rikorrenti wara t-trasferiment tat-trade marks invokati in sostenn ta' l-oppożizzjoni

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark verbali “MIRTO” (Trade mark Komunitarja Nru 1 653 351) għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25 u diversi trade marks oħra verbali u figurattivi nazzjonali “MIRTO”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: L-oppożizzjoni ġiet milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Id-deċiżjoni kkontestata ġiet annullata u l-oppożizzjoni ġiet miċħuda

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) peress li teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/48


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Novembru 2007 — Centre d'Étude u de Valorisation des Algues vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-428/07)

(2008/C 22/90)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Centre d'Étude et de Valorisation des Algues SA (CEVA) (Pleubian, Franza) (rappreżentant: J.-M. Peyrical, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

prinċipalment, tikkonstata l-irregolarità proċedurali u l-ksur tal-prinċipju tal-kontradittorju u konsegwentament, tannulla n-nota ta' debitu Nru 3240908670 tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Settembru 2007 u tordna lill-Kummissjoni tirrifondi lura n-nota ta' debitu in kwistjoni lil CEVA;

sussidjarjament, tikkonstata li l-iżbalji fir-rapport ta' verifika mhumiex serji biżżejjed biex ikun jista' jiġi applikat l-Artikolu 3.5 ta' l-Anness II tal-kuntratt, tannulla n-nota ta' debitu Nru 3240908670 tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Settembru 2007 f'dak li jirrigwarda t-talba għar-rimbors sħiħ ta' l-ammonti mħallsa lil CEVA fil-kuntest tal-kuntratt SEAHEALTH u tordna lill-Kummissjoni tiġi ordnata tipproċedi għar-rimbors tan-nota ta' debitu in kwistjoni lil CEVA;

b'mod aktar sussidjarju, tappunta espert magħżul mill-Qorti tal-Prim'Istanza li bl-inkarigu li jerġa' jeżamina l-metodu tal-kalkolu ta' CEVA dwar il-ħin iddedikat għall-proġetti; li jqabbel dan il-metodu mal-kuntratt SEAHEALTH u ma' l-ispejjeż effettivament ippreżentati fid-dikjarazzjonijiet ta' l-ispejjeż; li jiddetermina, bħala perċentwali, id-diskrepanza bejn l-ammont ta' l-iżbalji tar-reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol kif ippreżentati lill-Kummissjoni u l-ammont tar-reġistrazzjoni ta' dawn il-ħinijiet tax-xogħol skond il-metodu ta' kalkolu li issa huwa applikat minn CEVA; li jevalwa l-ħin dirett tax-xogħol meħtieġ biex jitwettqu l-impenji li ħadet CEVA fil-kuntest tal-kuntratt SEAHEALTH; li jiddikjara jekk dan il-ħin tax-xogħol effettiv, biex jitwettqu dawn l-impenji, setax kien inqas mis-7,092.88 siegħa li ddikjara CEVA.

Motivi u argumenti prinċipali

B'dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament tan-nota ta' debitu li permezz tagħha l-Kummissjoni talbet ir-rimbors sħiħ tal-ħlasijiet mogħtija minn qabel lir-rikorrent fil-kuntest tal-kuntratt SEAHEALTH Nru QLK1-CT-2002-02433, fir-rigward tal-proġett “Ikel, nutrizzjoni u saħħa”, li jifforma parti mill-azzjoni prinċipali “Kwalità tal-ħajja u ġestjoni tar-riżorsi ħajjin” (1).

In sostenn tat-talba tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża, peress li l-Kummissjoni, bi ksur tal-prinċipju tal-kontradittorju, ibbażat it-talba għar-rimbors fuq l-iskedi tal-ħin u l-konklużjonijiet ta' OLAF, li r-rikorrent ma kien jaf xejn dwarhom.

Sussidjarjament, ir-rikorrent ikkontesta l-applikazzjoni mill-Kummissjoni ta' l-Artikolu 3.5 ta' l-Anness II u l-konstatazzjoni magħmula mill-Kummissjoni li l-fatti tal-kawża kienu serji biżżejjed biex jiġi applikat il-kunċett ta' irregolarità finanzjarja serja li tiġġustifika rimbors sħiħ tal-ħlasijiet mogħtija minn qabel.


(1)  Ħames Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għal azzjonijiet Komunitarji ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni 1998-2002.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/48


Rikors ippreżentat fit-23 ta' Novembru 2007 — Bodegas Montebello vs L-UASI — Montebello (MONTEBELLO RHUM AGRICOLE)

(Kawża T-430/07)

(2008/C 22/91)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Bodegas Montebello, S.A., (Montilla, Spanja) (rappreżentanti: T. Andrade Boué, M.I. Lehmann Novo, u A. Hernández Lehmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Montebello (limited company) (Guadalupe, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-UASI tas-7 ta' Settembru 2007 fil-kawża R 223/2007-2;

tiċħad it-trade mark Komunitarja Nru 2.666.386;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż inklużi dawk ta' l-intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Montebello (limited company)

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva “MONTEBELLO” Rhum Agricole (Applikazzjoni Nru 2.266.386) għal prodotti fil-klassi 33 (xorb alkoħoliku minbarra birer)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: L-applikant.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark verbali Spanjola “MONTEBELLO” Nru 1.148.196) għal prodotti fil-klassi 33.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Tilqa' l-oppożizzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni hija milqugħa u annullata.

Motivi invokati: Interpretazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/49


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Novembru 2007 — Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-432/07)

(2008/C 22/92)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u A. L. During, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/647/KE tat-3 ta' Ottubru 2007 li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti nefqiet magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG) (1) inkwantu din id-Deċiżjoni teskludi ċerti nefqiet magħmula mir-rikorrenti favur l-organizzazzjonijiet tal-produtturi ta' ħaxix u frott fir-rigward tas-snin finanzjarji 2003 u 2004;

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata għar-raġuni li l-Kummissjoni interpretat u applikat b'mod żbaljat l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2200/96 (2) meta kkunsidrat li l-Gvern Franċiż ma kienx osserva l-kundizzjonijiet stabbiliti minn din id-dispożizzjoni għar-rikonoxximent ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi ta' ħaxix u frott.


(1)  Notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4477, ĠU L 261, p. 28.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (ĠU L 297, p. 1).


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/49


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Novembru 2007 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-433/07)

(2008/C 22/93)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentant: E. Vahida, lawyer)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara skond l-Artikolu 232 KE li l-Kummissjoni naqset milli tieħu azzjoni skond l-obbligi li hija għandha taħt it-Trattat KE billi ma ħaditx pożizzjoni fir-rigward ta' l-ilment tar-rikorrenti ppreżentat lill-Kummissjoni fit-22 ta' Diċembru 2006, segwit b'ittra ta' notifika formali tat-2 ta' Awwissu 2007;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż kollha, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti anki jekk, wara l-preżentata tar-rikors, il-Kummissjoni tieħu azzjoni li fl-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tneħħi l-ħtieġa li tingħata d-deċiżjoni jew jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli;

tieħu kull azzjoni oħra li l-Qorti tal-Ġustizzja tista' tqis adatta.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset milli tieħu azzjoni billi ma ddefinixxitx il-pożizzjoni tagħha, wara li ġiet mistiedna tagħmel dan, taħt l-Artikolu 232 KE, fuq il-bażi ta' l-ilment tar-rikorrenti ppreżentat fit-22 ta' Diċembru 2006, dwar għajnuna illegali mogħtija mill-Greċja lil Olympic Airlines u Olympic Airways Services (“OA/OAS”) wara deċiżjoni ta' arbitraġġ tal-Qorti Suprema Griega, li biha ordnat lill-Istat Grieg iħallas lil OA/OAS EUR 563 milljun għal servizzi allegatament mhux imħallsa u għall-ispejjeż ta' installazzjoni mill-ġdid fl-ajruport il-ġdid ta' Ateni.

Ir-rikorrenti ssostni li d-differenza bejn l-ammonti dovuti mill-Istat Grieg lil OA/OAS kif approssimativament evalwati fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/372/KE (1) u l-kumpens għad-danni mogħti lil OA/OAS b'deċiżjoni ta' l-20 ta' Diċembru 2006 tikkostitwixxi vantaġġ fi ħdan it-tifsira tar-regoli ta' l-għajnuna mill-Istat, mogħti lill-kumpannija. Skond ir-rikorrenti, l-għoti ta' tali vantiaġġ huwa attribwibbli lill-Istat Grieg in kwantu l-Qorti ta' l-arbitraġġ aġixxiet bħala korp ta' l-Istat.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni kellha d-dmir twettaq eżami diliġenti u imparzjali ta' l-ilment riċevut sabiex jew tadotta deċiżjoni li tiddikjara li l-miżuri ta' l-Istat ma kinux jammontaw għal għajnuna fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 87(1) KE, jew li dawk il-miżuri kellhom jiġu kklassifikati bħala għajnuna fi ħdan it-tifsira ta' l-istess dispożizzjoni iżda kienu kompatibbli mas-suq komuni taħt l-Artikolu 87(2) u (3) KE, jew tibda proċedura taħt l-Artikolu 88(2) KE.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-perijodu ta' seba' xhur li skada bejn l-ilment tar-rikorrenti u l-ittra tagħha ta' notifika formali kien irraġonevolment twil, u n-nuqqas ta' azzjoni tal-Kummissjoni matul dan il-perijodu jikkostitwixxi nuqqas ta' teħid ta' azzjoni fis-sens ta' l-Artikolu 232 KE.


(1)  2003/372/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2002 dwar għajnuna mogħtija mill-Greċja lil Olympic Airways (notifikata taħt in-numru tad-dokument C(2002) 4831) (ĠU L 132, p. 1).


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/50


Appell imressaq fit-30 ta' Novembru 2007 minn Nikos Giannopoulos kontra s-sentenza mogħtija fl-20 ta' Settembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-111/06, Giannopoulos vs Il-Kunsill

(Kawża T-436/07 P)

(2008/C 22/94)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Nikos Giannopoulos (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avocats)

Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara dan l-appell ammissibbli;

tannulla s-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-20 ta' Settembru 2007, fil-kawża F-111/06;

tilqa' t-talbiet għal annullament u għal kumpens ippreżentati mir-rikorrent fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-konvenut fl-ewwel istanza għall-ispejjeż kollha relatati mar-rikors għal annullament u ma' l-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

In sostenn ta' l-appell tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-motivi bbażati fuq nuqqas ta' motivazzjoni u żbalji manifesti ta' evalwazzjoni fir-risposta mogħtija mit-Tribunal għall-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur ta' l-Artikolu 31(2) ta' l-Istatut invokat minn dan ta' l-aħħar fil-kuntest tal-kawża fl-ewwel istanza.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/50


Rikors ippreżentat fil-5 ta' Diċembru 2007 — Huta Buczek vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-440/07)

(2008/C 22/95)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Huta Buczek sp. z o.o. (Sosnowiec, il-Polonja) (rappreżentant: D. Szlachetko-Reiter, radca prawny)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikoli 1, 3(1) u 3(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat, Nru C23/2006 (ex NN 35/2006) mogħti mill-Polonja lill-produttur ta' l-azzar Grupy Technologie Buczek;

sussudjarjament, tannulla l-Artikoli 1, 3(1) u 3(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat, Nru C23/2006 (ex NN 35/2006) mogħti mill-Polonja lill-produttur ta' l-azzar Grupy Technologie Buczek, sa fejn il-Kummissjoni tgħid li sejra tipproċedi għall-irkupru mingħand il-kumpannija Huta Buczek sp. z o.o.;

tannulla l-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat, Nru C23/2006 (ex NN 35/2006) mogħti mill-Polonja lill-produttur ta' l-azzar Grupy Technologie Buczek, sa fejn tirrigwarda l-irkupru mingħand il-kumpannija Huta Buczek sp. z o.o.;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

In sostenn tat-talbiet li huma s-suġġett tar-rikors, ir-rikorrenti ssostni dan li ġej:

ksur ta' l-Artikolu 88(2) KE u ta' l-Artikolu 87(1) KE, minhabba preżunzjoni, fil-fehma tar-rikorrenti, żbaljata li l-għajnuna toħloq sitwazzjoni inkompatibbli ma l-eżistenza fi ħdan il-kumpannija Technologie Buczek S.A. ta' dewmien fil-ħlas lejn is-servizz Pubbliku. Ir-rikorrenti ssostni li din il-preżunzjoni żbaljata tirriżulta mis-suppożizzjoni żbaljata li l-korpi ta' dritt pubbliku naqsu milli jeżegwixxu l-infurzar kontra l-kumpannija Technologie Buczek S.A. Il-ksur ta' l-Artikolu 88(2) KE u ta' l-Artikolu 87(1) KE jirriżulta wkoll mill-impożizzjoni fuq l-Istat Pollakk ta' l-irkupru ta' għajnuna meqjusa imkompatibbli mas-suq komuni, minkejja li l-Polonja ma tat l-ebda għajnuna tas-somma indikata fid-deċiżjoni la lill-kumpannija Technologie Buczek S.A., u lanqas lill-grupp Technologie Buczek, kif ukoll mill-iffissar ta' somma ta' rkupru ta' l-għajnuna, ta' entità arbitrarja, mingħajr bażi legali u ġustifikazzjoni ekonomika. Ir-rikorrenti tressaq ukoll l-argument li tikkostitwixxi ksur ta' Artikolu 88(2) KE u ta' l-Artikolu 87(1) KE l-impożizzjoni fuq l-Istat Pollakk ta' l-irkupru ta' l-għajnuna mill-kumpannija Huta Buczek sp. z o.o., minkejja li m'hemmx bażi li biha wieħed jissuponi li din il-kumpannija fil-fatt tista' tkun waħda mill-benefiċjarji ta' l-għajnuna mogħtija lil Technologie Buczek S.A, u minkejja l-fatt li din l-għajnuna ma ngħatatx lilha, kif ukoll il-konstatazzjoni li benefiċjarji fil-fatt ta' din l-għajnuna preżunta huma esklużivament il-kumpannija Huta Buczek sp. z o.o. u Buczek Automotive z o.o., minkejja li dawn gawdew biss parzjalment mill-assi tal-kumpannija Technologie Buczek S.A.;

ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba msemmija fl-Artikolu 253 KE u fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali minħabba: nuqqas ta' motivazzjoni debita tad-deċiżjoni li tippermetti lir-rikorrenti tistabbilixxi r-raġunijiet ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni u, konsegwentement, ħruġ ta' deċiżjoni bil-kontenut inkomprensibbli għar-rikorrenti, kif ukoll determinazzjoni żbaljata u insuffiċjenti taċ-ċirkustanzi ta' fatt rilevanti għall-finijiet tal-kawża;

ksur tat-tielet inċiż ta' l-Artikolu 5 KE, kif ukoll tal-prinċipju ta' proporzjonalità minħabba l-impożizzjoni fuq il-kumpannija Huta buczek sp. z o.o. ta' obbligu ta' rimborż ta' l-għajnuna minkejja li dan mhuwiex xieraq u lanqas neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet tat-trattat; b'mod partikolari, mhuwiex ġustifikat bin-neċessità li titneħħa għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni;

ksur tal-prinċipju ta' ċertezza legali minħabba: impożizzjoni fuq il-kontroparti ta' parti, li għandha arretrati ta' ħlas lejn korpi pubbliċi, ta' obbligu ta' rimborż ta' għajnuna li ma rċieva qatt u li minnha ma gawda qatt; iffissar b'mod arbitrarju, skond ir-rikorrenti, tar-rapport li bih il-partijiet tal-grupp Technologie Buczek S.A. setgħu gawdew mill-għajnuna allegatament mogħtija; ksur tad-dritt ta' proprjetà minħabba l-impożizzjoni ta' rkupru ta' parti minn għajnuna mill-Istat minn parti li ma rċeviet qatt xi tip ta' għajnuna u li lanqas kienet fil-fatt benefiċjarja tagħha; abbuż ta' poter minħabba l-ħruġ ta' deċiżjoni għal skop differenti minn dik tat-tneħħija ta' għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/51


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Diċembru 2007 — Microsoft vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-271/06) (1)

(2008/C 22/96)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tas-Seba' Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 294, 2.12.2006.


Tribunal għas-Servizz Pubbliku

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/52


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Wandschneider vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-65/05) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport dwar l-iżvilupp ta' karriera - Proċedura ta' evalwazzjoni għall-2003 - Rikors għal annullament - Motivazzjoni - Żball manifest ta' evalwazzjoni)

(2008/C 22/97)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Paolo Sequeira Wandschneider (Brussell, il-Belġju) [rappreżentanti: inizjalment G. Vandersanden u C. Ronzi, avukati, u wara G. Vandersanden, C. Ronzi u L. Levi, avukati]

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: G. Berscheid u H. Tserepa-Lacombe, aġenti]

Suġġett tal-kawża

Min-naħa, l-annullament tar-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall- proċedura ta' evalwazzjoni 2003 u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 229, 17.9.2005, p.32 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropew taħt in-numru T-282/05 u trasferita għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea permezz tad-Digriet tal-15/12/2005).


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/52


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — N vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-95/05) (1)

(Servizz pubbliku - Aġenti temporanji - Reklutaġġ - Pożiżżjoni ta' Kap ta' Amministrazzjoni - Pajjiżi terzi - Opinjoni kuntrarja tas-servizz mediku)

(2008/C 22/98)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: N (Brussell) (rappreżentanti: l-ewwel K.H. Hagenaar, avocat, wara J. van Drooghenbroeck u T. Demaseure, avocats, fl-aħħar I. Kletzlen, avocate)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tirreklutax lir-rikorrenti bħala aġent temporanju fil-pożizzjoni ta' Kap ta' Amministrazzjoni fil-Ginea Conakry wara l-opinjoni kuntrarja tas-servizz mediku u, min-naħa l-oħra, talba għal danni.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Id-deċiżjoni tad-Direttur tad-Direttorat K “Servizzi Esterni” tad-Direttorat Ġenerali “Relazzjonijiet Esterni” tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tal-15 ta' April 2005, li tinforma lir-rikorrenit li mhux ser tiġi reklutata bħala Kap ta' Amministrazzjoni tad-delegazzjoni li tinsab f'Ginea hija annullata.

2)

Għall-kumplament ir-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 10 ta' 14.1.2006, p. 22 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej taħt in-numru T-377/05 u ttrasferita għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea b'digriet tal-15.12.2005).


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/53


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Soares vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-130/05) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikostituzzjoni tal-karriera - Nuqqas ta' rapport ta' evalwazzjoni - Eżami komparattiv tal-merti - Talba skond l-Artikolu 90 (1) ta' l-Istatut - Ammissibbiltà tar-rikors - Fatt ġdid u sostantiv)

(2008/C 22/99)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Carlos Alberto Soares (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Cooen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u K. Herrmann)

Suġġett tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) tad-19 ta' Settembru 2005 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent intiż għal reviżjoni favorevoli tal-karriera tiegħu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors għandu jiġi miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 60, 11.3.2006, p. 57.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/53


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Wandschneider vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-28/06) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport dwar l-iżvilupp ta' karriera - Proċedura ta' evalwazzjoni għall-2004 - Rikors għal annullament - Motivazzjoni - Żball manifest ta' evalwazzjoni)

(2008/C 22/100)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Paolo Sequeira Wandschneider (Brussell, il-Belġju) [rappreżentanti: inizjalment G. Vandersanden u C. Ronzi, avukati, u wara G. Vandersanden, C. Ronzi u L. Levi, avukati]

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: G. Berscheid u C. Berardis-Kayser, aġenti]

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tar-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent fir-rigward tal-proċedura ta' evalwazzjoni għall-2004 u, min-naħa l-oħra, talba għall-ħlas ta' kumpens għal danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 121, 20.5.2006, p. 19.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/53


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Sundholm vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-42/06) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta' żvilupp ta' karriera - Eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2004 - Għanjiet u kriterji ta' evalwazzjoni - Danni)

(2008/C 22/101)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Asa Sundholm (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u M. Velardo, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Minn naħa, l-annullament tar-rapport dwar l-iżvilupp ta' karriera tar-rikorrenti għas-sena 2004 u, min-naħa l-oħra, talba għal danni

Dispożittiv

1)

Ir-rapport ta' żvilupp tal-karriera tas-Sinjura Sundholm stabbilit għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2004 huwa annullat.

2)

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija ordnata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 131, 3.6.2006, p. 54.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/54


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Van Neyghem vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-73/06) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċċjali - Konkors ġenerali - Evalwazzjoni ta' l-eżami bil-miktub - Terminu li fih kellu jitressaq l-ilment - Ammissibbilità - Obbligu ta' motivazzjoni)

(2008/C 22/102)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Kris Van Neyghem (Vissenaken, il-Belgju) (rappreżentanti: l-ewwel S. Rodrigues, A. Jaume u C. Bernard-Glanz, avukati, u mbagħad S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u M. Velardo)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni ta' l-EPSO ta' l-1 ta' Ġunju 2005 li tirrifjuta lir-rikorrent aċċess għall-parti orali tal-konkors EPSO/A/19/04 minħabba r-riżultat insuffiċjenti tiegħu fil-parti bil-miktub, u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens ta' danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 190, 12.8.2006, p. 37.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/54


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Basili vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-108/06) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċċjali - Rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera - Eżerċizzju ta' evalwazzjoni għas-sena 2004 - Rikors għal annullament - Rappreżentanti tal-persunal - Opinjoni tal-grupp ad hoc)

(2008/C 22/103)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Tamara Diomede Basili (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: l-ewwel T. Bontinck u J. Feld, avukati, u mbagħad T. Bontinck, avukat]

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u H. Kraemer, aġenti)

Suġġett tal-kawża

L-annullament tar-Rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera nnotifikat lir-rikorrenti fl-10 ta' Novembru 2005, safejn ma jiħux in kunsiderazzjoni l-opinjoni tal-“grupp ad hoc ta' evalwazzjoni u ta' proposti għal promozzjoni tar-rappreżentanti tal-persunal”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 261, 28.10.2006, p. 37.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/54


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Sundholm vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-27/07) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera - Eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2001/2002 - Assenza għal raġuni medika - Eżekuzzjoni ta' sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Artikolu 233 KE)

(2008/C 22/104)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Asa Sundholm (Auderghem, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u M. Velardo, aġenti)

Suġġett tal-kawża

L-annullament tar-rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrenti għall-perijodu ta' bejn l-1 ta' Lulju 2001 u l-31 ta' Diċembru 2002, in eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' April 2005, Sundholm vs Il-Kummissjoni, T-86/04. Talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 117, 29.5.2007, p. 37.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/55


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-40/06) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Talba ta' informazzjoni fuq l-effetti personali ttrasportati mill-post ta' l-impieg lejn il-post ta' residenza - Ebda lok għal deċiżjoni - Talba għad-danni manifestament infondata)

(2008/C 22/105)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: V. Messa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-Kawża

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta' ċaħda tat-talba tar-rikorrent li jirċievi kopja tan-nota tal-kunsinna li tirrigwarda t-trasport ta' l-effetti personali tiegħu mill-Angola għall-Italja u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv tad-digriet

1)

Mhemmx iktar lok għal deċiżjoni fuq it-talbiet għal annullament.

2)

It-talbiet għad-danni huma miċħuda bħala manifestament infondati.

3)

L.Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u l-ispejjeż kollha sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.


(1)  ĠU C 143, tas-17.6.2006, p. 37.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/55


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-19 ta' Ottubru 2007 — M vs L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMEA)

(Kawża F-23/07) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Invalidità - Kumitat ta' l-Invalidità - Rifjut ta' konvokazzjoni - Inammissibbiltà manifesta’)

(2008/C 22/106)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: M (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, u É. Marchal, avocats)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMEA) (rappreżentanti: V. Salvatore u S. Vanlievendael, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni ta' l-EMEA tal-25 ta' Ottubru 2006 li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża sabiex jiġi kkostitwit Kumitat ta' l-Invalidità — Talba għal danni

Dispożittiv tad-digriet

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 117, 26.5.2007, p. 35.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/55


Rikors ippreżentat fit-28 ta' Settembru 2007 — Bernard vs Europol

(Kawża F-99/07)

(2008/C 22/107)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Marjorie Bernard (Woerden, l-Olanda) (rappreżentant: P. de Casparis, avukat)

Konvenut: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni meħuda dwar l-ilment tas-26 ta' Ġunju 2007, adottata fit-28 ta' Ġunju 2007, kif ukoll l-evalwazzjonijiet tal-5 ta' Frar 2007 u tal-25 ta' Lulju 2007;

tikkundanna lil Europol:

jagħti lir-rikorrenti żieda perijodika fil-paga b'effett mill-1 ta' Settembru 2006, flimkien ma' l-interessi;

jħallas id-danni għall-ammont ta' EUR 7 500 netti;

tikkundanna lil Europol jbati l-ispejjeż tal-kawża preżenti, inklużi l-ispejjeż tal-Kunsill.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-proċedura preżenti tikkonċerna l-evalwazzzjoni tax-xogħol tar-rikorrenti matul il-perijodu ta' bejn l-1 ta' Settembru 2005 u l-31 ta' Awwissu 2006. Ix-xogħol tar-rikorrenti ġie evalwat permezz ta' “2”, li jikkorrispondi għall-kwalifikazzjoni “ma tissodisfax kompletament l-eżiġenzi rikjesti”.

Ir-rikorrenti ressqet ilment kontra l-evalwazzjoni kif ukoll kontra n-nuqqas ta' deċiżjoni dwar l-għoti ta' żieda perijodika fis-salarju u, f'dan il-kuntest, hija invokat il-linji gwida ta' evalwazzjoni fis-seħħ fi ħdan il-Europol. Il-parti rikorrenti tenfasizza li din l-evalwazzjoni hija manifestament żbaljata.

B'mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni li l-ilmenti tagħha ġew iddikjarati infondati permezz tad-deċiżjoni tas-26 ta' Ġunju 2007 u tinvoka l-ksur ta' l-obbligu ta' motivazzjoni, peress li din iċ-ċaħda ma ġietx motivata. Madanakollu, id-Direttur tal-Europol jirrileva li l-evalwazzjoni ġiet irtirata u li kellha ssir evalwazzjoni ġdida. Din l-evalwazzjoni l-ġdida saret fil-25 ta' Lulju 2007.

Għaldaqstant, ir-rikors preżenti jirrigwarda kemm id-deċiżjoni meħuda fuq l-ilment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-25 ta' Lulju 2007.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/56


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Ottubru 2007 — Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri

(Kawża F-108/07)

(2008/C 22/108)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bart Nijs (Bereldange, il-Belġju) (rappreżentant: F. Rollinger, avocat)

Konvenuta: Il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej li ġġedded il-mandat tas-Segretarju Ġenerali tal-Qorti ta' l-Awdituri għal terminu ta' żmien ġdid ta' sitt snin mill-1 ta' Lulju 2007;

sussidjarjament, tannulla ż-żewġ atti li allegatament jikkostitwixxu “deċiżjonijiet ta' l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN)” rispettivament tat-8 ta' Diċembru 2006 rigward l-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Ottubru 2006 fil-kawża T-171/05, u tat-12 ta' Lulju 2007, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tat-12 ta' Marzu 2007.

tordna li l-konvenuta għandha tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka b'mod partikolari l-fatti li ġejjin: i) is-Segretarju Ġenerali tal-Qorti ta' l-Awdituri aġixxa illegalment minflok ma ressaq il-kwistjoni quddiem l-OLAF, huwa rrifjuta espliċitament li jieħu miżuri, jew li jeżamina l-kwistjoni meta huwa ġie avżat, b'dokumenti in sostenn ta' dan, bl-eżistenza ta' frodi bi ħsara għas-sistema ta' pensjoni għal invalidità; ii) uffiċjal wettaq il-funzjonijiet tiegħu b'mod illegali; iii) in-nuqqas ripetut ta' pubblikazzjoni ta' deċiżjonijiet ta' promozzjoni u d-dati tagħhom; iv) l-elezzjonijiet tal-Kumitat tal-Persunal ta' l-2004 u l-2006 huma illegali għal diversi raġunijiet; v) hemm numru kbir ta' każijiet ta' abbuż tal-proċedura ta' promozzjoni kif ukoll ta' eżerċizzju illegali tas-setgħa ta' ħatra konċessa lil kap ta' diviżjoni u ta' numru kbir ta' interessi personali li jistgħu jikkompromettu l-indipendenza ta' l-AIPN kważi fit-totalità tad-deċiżjonijiet tagħha; v) id-“deċiżjonijiet ta' l-AIPN” jirriżultaw mill-interessi personali tas-superjuri ġerarkiċi tar-rikorrent u mill-ħabi ta' talba lil kollega sabiex iwettaq funzjonijiet superjuri ad interim u n-nuqqas ta' referenza lill-OLAF; vii) l-AIPN ibbażat id-deċiżjonijiet ikkontestati fuq l-istess katina ta' żbalji manifesti tad-deċiżjonijiet inizjali li huma jikkonfermaw, fuq il-bażi tas-sentenza li m'għandhiex awtorità ta' res judicata u mingħajr ma ċaħdet l-iċken argument tar-rikorrent; vii) il-kumitati involuti fil-proċedura ta' evalwazzjoni u ta' promozzjoni ma ġewx avżati bl-indipendenza kompromessa tas-superjuri ġerarkiċi tar-rikorrent.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/56


Rikors ippreżentat fit-23 ta' Ottubru 2007 — Behmer vs Il-Parlament

(Kawża F-124/07)

(2008/C 22/109)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Joachim Behmer (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) tal-Parlament Ewropew li tagħti żewġ punti ta' mertu lir-rikorrent għas-sena 2005;

tannulla d-deċiżjoni ta' l-AIPN li ma tippromwovix lir-rikorrent għall-grad AD 13 fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2006;

tordna li l-konvenut għandu jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent, uffiċjal tal-Parlament Ewropew ta' grad AD 12, jeċċepixxi qabel kollox l-illegalità tad-deċiżjonijiet ta' l-AIPN, minn naħa, li tagħti żewġ punti ta' mertu lir-rikorrent għas-sena 2005 u min-naħa l-oħra, li ma tippromwovihx għall-grad AD 13 fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2006.

Ir-rikorrent jinvoka l-iżball manifest ta' evalwazzjoni, il-ksur ta' l-obbligu ta' motivazzjoni, il-ksur tal-punt I.6 tal-miżuri ta' applikazzjoni dwar l-għoti ta' punti ta' mertu u dwar il-promozzjoni kif ukoll tal-ksur tal-prinċipji ġenerali ta' prospetti ta' karriera u ta' trattament ugwali.

B'mod partikolari, huwa jsostni l-ksur ta' l-Artikolu 45 u ta' l-Artikolu 110(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, l-eċċezzjoni ta' illegalità u l-ksur tal-prinċipju ta' l-aspetattivi leġittimi.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrent isostni li huwa kien is-suġġett ta' diskriminazzjoni minħabba l-attivitajiet tiegħu ta' rappreżentanza tal-persunal, bi ksur ta' l-Artikolu 1d, u ta' l-Artikolu 24b tar-Regolamenti, tas-sitt sub paragrafu ta' l-Artikolu 1 ta' l-anness II tar-Regolamenti, kif ukoll ta' l-Artikolu 17 tal-Ftehim ta' Qafas tat-12 ta' Lulju 1990 bejn il-Parlament Ewropew u s-sindakati jew l-organizzazzjonijiet professjonali tal-persunal ta' l-istituzzjoni.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/57


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Ottubru 2007 — Van Beers vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-126/07)

(2008/C 22/110)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Isabelle Van Beers (Woluwe-St-Etienne, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. u E. Marchal, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrenti, fil-proċedura ta' ċertifikazzjoni 2006;

tosserva li l-Artikolu 4(2) tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' implementazzjoni (iktar 'il quddiem: id-“DĠI”) ta' l-Artikolu 45 A tar-Regolamenti tal-Persunal (iktar 'il quddiem: ir-“Regolamenti”), inkwantu huwa għandu l-effett jew li jeskludi t-teħid in kunsiderazzjoni tal-livell reali tal-kompiti mwettqa minn kandidat għaċ-ċertifikazzjoni, jew inkella li jżomm distinzjoni bejn il-kategoriji antiki C* u B* wara t-30 ta' April 2006, huwa illegali;

tordna li l-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti, uffiċjal tal-Kummissjoni ta' grad AST 6, ippreżentat il-kandidatura tagħha fil-kuntest tal-proċedura ta' ċertifikazzjoni 2006. Fid-29 ta' Marzu 2007 l-AIPN ikkonfermat id-deċiżjoni tagħha tat-22 ta' Frar 2007, wara appell tar-rikorrenti minn din id-deċiżjoni, li ma taċċettax il-kandidatura tagħha għall-proċedura ta' ċertifikazzjoni 2006, b'mod definittiv.

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka, l-ewwel nett, żball manifest ta' evalwazzjoni.

Barra minn hekk, hija tinvoka l-illegalità ta' l-Artikoli 4(2) tad-DĠI ta' l-Artikolu 45 tar-Regolamenti.

B'mod partikolari, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-prinċipji ta' trattament ugwali, ta' non diskriminazzjoni u ta' proporzjonalità, il-ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u ta' prospetti ta' karriera, kif ukoll il-prinċipju ta' l-aspettativi leġittimi.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/57


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Ottubru 2007 — Coto Moreno vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-127/07)

(2008/C 22/111)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Juana Maria Coto Moreno (Gaborone, Botswana) (rappreżentanti: K. Lemmens, C. Doutrelepont, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta' Frar 2007 li permezz tagħha l-bord ta' l-eżaminaturi fil-kompetizzjoni EPSO/AD/28/05 irrifjuta li jinkludi lir-rikorrenti fil-lista ta' riżerva ta' din il-kompetizzjoni, u għalhekk:

tingħata kumpens għad-danni morali fl-ammont ta' EUR 25 000;

tingħata kumpens sabiex tkopri d-drittijiet ta' l-avukat stmati fl-ammont ta' EUR 8 000 u ċċertifikati mis-sitwazzjoni komunikata;

tiddeċiedi, b'mod prinċipali, li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kull azzjoni sabiex ikun hemm rimedju ġust għad-dannu kkawżat mill-att annullat, jiġifieri li r-rikorrenti tiġi inkluża fil-lista ta' riżerva jew

sussidjarjament, fin-nuqqas ta' din l-inklużjoni, li r-rikorrenti tingħata kumpens għad-danni materjali fl-ammont ta' 384 000 EUR;

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti pparteċipat fil-kompetizzjoni EPSO/AD/28/05. Il-bord ta' l-eżaminaturi fil-kompetizzjoni rrifjuta li jinkludi r-rikorrenti fil-lista ta' riżerva ta' din il-kompetizzjoni permezz ta' deċiżjoni tat-12 ta' Frar 2007 li r-rikorrenti qed titlob li tiġi annullata.

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba' raġunijiet:

L-ewwel raġuni toħroġ, b'mod prinċipali, mill-iżball manifest ta' evalwazzjoni, waħdu jew flimkien ma' nuqqas ta' motivazzjoni u/jew ksur tal-prinċipju patere legem quam ipse fecisti. Il-bord ta' l-eżaminaturi, li l-pożizzjoni tiegħu f'dan il-kuntest hija ambigwa, ikkunsidra li r-rikorrenti tat risposti “suffiċjenti” li mandankollu kellhom xi mankanzi. Dan manifestament ma kienx il-każ, iktar u iktar meta wieħed jikkunsidra li r-rikorrenti rrispondiet b'mod konformi mar-regoli tal-Kummissjoni.

It-tieni raġuni toħroġ, dejjem b'mod prinċipali, mill-ksur ta' l-avviż tal-kompetizzjoni u tal-prinċipju ta' ugwaljanza waħdu jew flimkien mar-rispett tal-prinċipju ta' raġonevolezza.

It-tielet raġuni, dejjem b'mod prinċipali, tirriżulta mill-ksur ta' l-obbligu ta' motivazzjoni in kwantu r-rikorrenti talbet b'mod ċar li tingħata raġuni għaliex tweġiba li hija tat fl-eżami orali ġiet iġġudikata żbaljata jew ta' l-inqas insuffiċjenti. Ir-rikorrenti ma ngħatatx tweġiba minkejja l-obbligu ta' motivazzjoni.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tinvoka, sussidjarjament, żball manifest ta' evalwazzjoni, waħdu jew flimkien mal-prinċipju ta' ugwaljanza u l-prinċipju ta' proporzjonalità. Il-punteġġ li ngħatat kien fuq kollox sproporzjonat meta mqabbel mar-riżultati (hija ngħatat il-punteġġ ta' 25/50) u jimmina l-prinċipju ta' ugwaljanza peress li r-rikorrenti kellha tiġi ttrattata bħal kwalunkwe kandidat ieħor li jkun ta tweġibiet meqjusa suffiċjenti mhux biss fil-livell ta' għarfien iżda wkoll fuq livell ta' kriterji oħra.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/58


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-5 ta' Diċembru 2007 Moschonaki vs Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (FEACVT)

(Kawża F-3/07) (1)

(2008/C 22/112)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President ta' l-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża wara li ntlaħaq ftehim bonarju.


(1)  ĠU C 56, 10.3.2007, p. 43.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/58


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-28 ta' Novembru 2007 — Karatzoglou vs L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER)

(Kawża F-71/07) (1)

(2008/C 22/113)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President ta' l-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża wara li ntlaħaq ftehim bonarju.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007, p. 70.