ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 19

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
25ta' Jannar 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kunsill

2008/C 019/01

Notifika mir-Rumanija dwar ir-reċiproċità tal-viża

1

2008/C 019/02

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2008 taħtar lill-membru Irlandiż tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali

2

 

Kummissjoni

2008/C 019/03

Rata tal-kambju ta' l-euro

3

2008/C 019/04

Taqsira tad-deċiżjonijiet tal-Komunità dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq fir-rigward ta' prodotti mediċinali mill-1 ta' Diċembru 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007 [Ppubblikat skond l-Artikolu 13 jew l-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill]

4

2008/C 019/05

Taqsira tad-deċiżjonijiet tal-Komunità dwar l-awtorizazzjoni għat-tqegħid fis-suq fir-rigward ta' prodotti mediċinali mill-1 ta' Diċembru 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007 [Deċiżjonijiet meħuda skond l-Artikolu 34 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/83/KE jew Artikolu 38 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE]

12

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 019/06

Proċeduri ta' stralċ — Deċizjoni biex jinfteħu proċeduri ta' stralċ fir-rigward ta' Hullberry Insurance Company Onderlinge Waarborgmaatschappij U.A. — Pubblikazzjoni skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-rijorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi ta' l-assigurazzjoni

13

2008/C 019/07

Il-proċedura nazzjonali ta' l-Italja għall-allokazzjoni tad-drittijiet limitati tat-traffiku ta' l-ajru

14

2008/C 019/08

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat għax-xogħol ( 1 )

17

2008/C 019/09

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju ( 1 )

19

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2008/C 019/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5015 — Sagard/BPEF/Fläkt Woods JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

21

 

ATTI OĦRAJN

 

Kummissjoni

2008/C 019/11

Pubblikazjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-ħarsien ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel

22

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kunsill

25.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 19/1


Notifika mir-Rumanija dwar ir-reċiproċità tal-viża (1)

(2008/C 19/01)

Brussell, 7 ta' Novembru 2007

Ref. Nru 9752

Ir-Rappreżentanza Permanenti tar-Rumanija għall-Unjoni Ewropea tifraħ lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u, b'segwitu għan-Nota Verbali Nru 1629 tar-Rappreżentanza Permanenti tal-21 ta' Frar 2007 u abbażi ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 851 tat-2 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 fir-rigward tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità, għandha l-unur tikkomunika li, wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Gvern tar-Rumanija u l-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar it-tneħħija tas-sistema tal-viża, mill-11 ta' Novembru 2007, iċ-ċittadini Rumeni huma eżenti mill-obbligu tal-viża għal transitu u żjajjar qosra.

Notifika simili ntbagħtet lill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Rappreżentanza Permanenti tar-Rumanija tieħu din l-opportunità sabiex iġġedded l-assigurazzjonijiet ta' l-ogħla stima tagħha lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.


(1)  Din in-notifika hija ppubblikata b'konformità ma' l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 851/2005 tat-2 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 141, 4.6.2005, p. 3) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).


25.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 19/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Jannar 2008

taħtar lill-membru Irlandiż tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali

(2008/C 19/02)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 ta' l-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),

Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-Gvern Irlandiż,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' Settembru 2006 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-perijodu mit-18 ta' Settembru 2006 sas-17 ta' Settembru 2009.

(2)

Post ta' membru fuq il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-Rappreżentanti ta' Min iħaddem sar vakanti minħabba r-riżenja tas-Sinjura Jenny HAYES,

(3)

Il-membru Irlandiż tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru msemmi hawn fuq għandu jinħatar għall-bqija tal-mandat, li jiskadi fis-17 ta' Settembru 2009.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura membru tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-bqija tal-mandat, li jiskadi fis-17 ta' Settembru 2009:

I.   RAPPREŻENTANT TA' MIN IĦADDEM

Irlanda: Is-Sur Tony DONOHOE

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2051/2004 (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 1).

(2)  ĠU C 240, 5.10.2006, p. 1.


Kummissjoni

25.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 19/3


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

L-24 ta' Jannar 2008

(2008/C 19/03)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4663

JPY

Yen Ġappuniż

156,3

DKK

Krona Daniża

7,4527

GBP

Lira Sterlina

0,74685

SEK

Krona Żvediża

9,486

CHF

Frank Żvizzeru

1,598

ISK

Krona Iżlandiża

96,62

NOK

Krona Norveġiża

8,036

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,974

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

257,52

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6978

PLN

Zloty Pollakk

3,6165

RON

Leu Rumen

3,7576

SKK

Krona Slovakka

33,525

TRY

Lira Turka

1,7525

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6763

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4893

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,447

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,9065

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0969

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 392,55

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,3191

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,5996

HRK

Kuna Kroata

7,2675

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 748,76

MYR

Ringgit Malażjan

4,7985

PHP

Peso Filippin

60,309

RUB

Rouble Russu

36

THB

Baht Tajlandiż

45,9

BRL

Real Brażiljan

2,6339

MXN

Peso Messikan

15,9973


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


25.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 19/4


Taqsira tad-deċiżjonijiet tal-Komunità dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq fir-rigward ta' prodotti mediċinali mill-1 ta' Diċembru 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007

[Ppubblikat skond l-Artikolu 13 jew l-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1)]

(2008/C 19/04)

—   Ħruġ ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq [Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004]: Aċċettat

Data tad-deċiżjoni

Isem tal-prodott mediċinali

INN

(Isem internazzjonal Mhux Proprjetarju)

Detentur ta' l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq

Numru tal-partita fir-Reġistru tal-Komunità

Forma Farmaċewtika

Kodiċi ATC

(Kodiċi Anatomiku Terapewtiku Kimiku)

Data tan-notifika

11.12.2007

NEVANAC

nepafenac

Alcon Laboratories (UK) Ltd

Boundary Way

Hemel Hempstead

Herts HP2 7UD

United Kingdom

EU/1/07/433/001

qtar għall-għajnejn, suspensjoni

S01BC10

13.12.2007

11.12.2007

Pioglitazone/metformin hydrochloride Takeda

Pioglitazone/metformin hydrochloride

Takeda Global Research and Development Centre (Europe) Ltd

Arundel Great Court

2 Arundel Street

London WC2R 3DA

United Kingdom

EU/1/07/421/001-009

Pillola

A10BD05

13.12.2007

12.12.2007

Olanzapine Teva

olanzapine

Teva Pharma B.V.

Computerweg 10

3542 DR Utrecht

Nederland

EU/1/07/427/001-022

Pilloli miksija b'rita

N05AH03

14.12.2008

EU/1/07/427023-037

Pilloli li jinħallu fil-ħalq

13.12.2007

Atripla

efavirenz/emtricitabine/tenofovir disoproxil fumarate

Bristol-Myers Squibb Gilead Sciences And Merck Sharp & Dohme Limited

Unit 13

Stillorgan Industrial Park

Blackrock, Co.Dublin

Ireland

EU/1/07/430/001

Pilloli miksija b'rita

J05AR06

18.12.2008

18.12.2007

Retacrit

Epoetin zeta

HOSPIRA Enterprises B.V.

Taurusavenue 19-21b

2132 LS Hoofddorp

Nederland

EU/1/07/431/001-019

Soluzzjoni għall-injezzjoni

B03XA01

20.12.2007

18.12.2007

Silapo

Epoetin zeta

STADA Arzneimittel AG

Stadastraße 2-18

D-61118 Bad Vilbel

EU/1/07/432/001-019

Soluzzjoni għall-injezzjoni

B03XA01

20.12.2007

20.12.2007

ISENTRESS

raltegravir

Merck Sharp & Dohme Limited

Hertford Road

Hoddesdon

Hertfordshire EN11 9BU

United Kingdom

EU/1/07/436/001-002

Pilloli miksijin b'rita

J05AX08

2.1.2008

—   Modifika ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq [Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004]: Aċċettata

Data tad-deċiżjoni

Isem tal-prodott mediċinali

Detentur ta' l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq

Numru tal-partita fir-Reġistru tal-Komunità

Data tan-notifika

11.12.2007

RotaTeq

Sanofi Pasteur MSD, SNC

8, rue Jonas Salk

F-69007 Lyon

EU/1/06/348/001-002

13.12.2007

11.12.2007

TARGRETIN

Eisai Limited

3, Shortlands

London W6 8EE

United Kingdom

EU/1/01/178/001

13.12.2007

11.12.2007

Quintanrix

GlaxoSmithKline Biologicals s.a.

rue de l'Institut 89

B-1330 Rixensart

EU/1/04/301/001-005

13.12.2007

11.12.2007

Tandemact

Takeda Global Research and Development Centre (Europe) Ltd

Arundel Great Court

2 Arundel Street

London WC2R 3DA

United Kingdom

EU/1/06/366/005-016

13.12.2007

11.12.2007

Procomvax

Sanofi Pasteur MSD, SNC

8, rue Jonas Salk

F-69007 Lyon

EU/1/99/104/001

13.12.2007

11.12.2007

Prevenar

Wyeth-Lederle Vaccines S.A.

Rue du Bosquet 15

B-1348 Louvain-La-Neuve

EU/1/00/167/001-007

13.12.2007

12.12.2007

Quadramet

CIS bio international

Boite Postale 32

F-91192 Gif-sur-Yvette

EU/1/97/057/001

14.12.2007

12.12.2007

Sonata

Meda AB

Pipers väg 2A

S-170 09 Solna

EU/1/99/102/001-008

17.12.2007

Wyeth Europa Limited

Huntercombe Lane South

Taplow

Maidenhead

Berkshire SL6 0PH

United Kingdom

14.12.2007

14.12.2007

Avastin

Roche Registration Limited

6 Falcon Way

Shire Park

Welwyn Garden City AL7 1TW

United Kingdom

EU/1/04/300/001-002

18.12.2007

14.12.2007

Ariclaim

Eli Lilly Nederland B.V.

Grootslag 1-5

3991 RA Houten

Nederland

EU/1/04/283/008-012

18.12.2007

14.12.2007

Caelyx

Schering Plough Europe

Rue de Stalle, 73

B-1180 Bruxelles

Stallestraat, 73

B-1180 Brussel

EU/1/96/011/001-004

18.12.2007

14.12.2007

Diacomit

Biocodex

7, avenue Gallieni

F-94250 Gentilly

EU/1/06/367/001-012

18.12.2007

14.12.2007

RotaTeq

Sanofi Pasteur MSD, SNC

8, rue Jonas Salk

F-69007 Lyon

EU/1/06/348/001-002

18.12.2007

14.12.2007

Rebif

Serono Europe Limited

56, Marsh Wall

London E14 9TP

United Kingdom

EU/1/98/063/001-007

18.12.2007

14.12.2007

Velcade

Janssen-Cilag International NV

Turnhoutseweg, 30

B-2340 Beerse

EU/1/04/274/001

18.12.2007

18.12.2007

Tracleer

Actelion Registration Ltd

BSI Building 13th Floor

389 Chiswick High Road

London W4 4AL

United Kingdom

EU/1/02/220/001-005

20.12.2007

18.12.2007

Xelevia

Merck Sharp & Dohme Ltd

Hertford Road

Hoddesdon

Hertfordshire EN11 9BU

United Kingdom

EU/1/07/382/001-018

20.12.2007

18.12.2007

Infanrix Penta

GlaxoSmithKline Biologicals s.a.

rue de l'Institut 89

B-1330 Rixensart

EU/1/00/153/001-010

20.12.2007

18.12.2007

Lyrica

Pfizer Ltd

Ramsgate Road

Sandwich

Kent CT 13 9NJ

United Kingdom

EU/1/04/279/001-043

21.12.2007

18.12.2007

Prezista

Janssen-Cilag International NV

Turnhoutseweg, 30

B-2340 Beerse

EU/1/06/380/001

20.12.2007

18.12.2007

Betaferon

Bayer Schering Pharma AG

Müllerstraße 170-178

D-13342 Berlin

EU/1/95/003/003-006

20.12.2007

18.12.2007

Helixate NexGen

Bayer HealthCare AG

D-51368 Leverkusen

EU/1/00/144/004

20.12.2007

18.12.2007

KOGENATE Bayer

Bayer HealthCare AG

D-51368 Leverkusen

EU/1/00/143/010-011

20.12.2007

18.12.2007

Zonegran

Eisai Limited

3, Shortlands

London W6 8EE

United Kingdom

EU/1/04/307/001-013

20.12.2007

18.12.2007

NovoMix

Novo Nordisk A/S

Novo Allé

DK-2880 Bagsværd

EU/1/00/142/004-005

EU/1/00/142/009-010

20.12.2007

18.12.2007

Insuman

Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

D-65926 Frankfurt am Main

EU/1/97/030/028-109

EU/1/97/030/085-139

20.12.2007

18.12.2007

Truvada

Gilead Sciences International Limited

Cambridge CB21 6GT

United Kingdom

EU/1/04/305/001

20.12.2007

19.12.2007

CUBICIN

Novartis Europharm Limited

Wimblehurst Road

Horsham

West Sussex RH12 5AB

United Kingdom

EU/1/05/328/001-002

21.12.2007

19.12.2007

Humira

Abbott Laboratories Ltd

Queenborough

Kent ME11 5EL

United Kingdom

EU/1/03/256/001-010

21.12.2007

19.12.2007

Tygacil

Wyeth Europa Ltd

Huntercombe Lane South

Taplow

Maidenhead

Berkshire SL6 0PH

United Kingdom

EU/1/06/336/001

21.12.2007

19.12.2007

MabCampath

Genzyme Europe B.V.

Gooimeer 10

1411 DD Naarden

Nederland

EU/1/01/193/001-002

21.12.2007

19.12.2007

Lucentis

Novartis Europharm Limited

Wimblehurst Road

Horsham

West Sussex RH12 5AB

United Kingdom

EU/1/06/374/001

21.12.2007

19.12.2007

REYATAZ

Bristol-Myers Squibb Pharma EEIG

Uxbridge Business Park

Sanderson Road

Uxbridge UD8 1DH

United Kingdom

EU/1/03/267/001-007

21.12.2007

19.12.2007

Januvia

Merck Sharp & Dohme Ltd

Hertford Road

Hoddesdon

Hertfordshire EN11 9BU

United Kingdom

EU/1/07/383/001-018

21.12.2007

19.12.2007

Aptivus

Boehringer Ingelheim International GmbH

Binger Straße 173

D-55216 Ingelheim am Rhein

EU/1/05/315/001

21.12.2007

20.12.2007

Infanrix Hexa

GlaxoSmithKline Biologicals s.a.

rue de l'Institut 89

B-1330 Rixensart

EU/1/00/152/001-018

24.12.2007

20.12.2007

Aldurazyme

Genzyme Europe B.V.

Gooimeer 10

1411 DD Naarden

Nederland

EU/1/03/253/001-003

24.12.2007

20.12.2007

Insulin Human Winthrop

Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

D-65926 Frankfurt am Main

EU/1/06/368/001-087

27.12.2007

21.12.2007

Remicade

Centocor B.V.

Einsteinweg 101

2333 CB Leiden

Nederland

EU/1/99/116/001-003

27.12.2007

21.12.2007

Keppra

UCB Pharma SA.

Allée de la Recherche 60

B-1070 Bruxelles

Researchdreef, 60

B-1070 Brussel

EU/1/00/146/001-030

26.12.2007

21.12.2007

Mimpara

Amgen Europe B.V.

Minervum 7061

4817 ZK Breda

Nederland

EU/1/04/292/001-012

27.12.2007

21.12.2007

Macugen

Pfizer Ltd

Ramsgate Road

Sandwich

Kent CT 13 9NJ

United Kingdom

EU/1/05/325/002

2.1.2008

21.12.2007

Somavert

Pfizer Ltd

Ramsgate Road

Sandwich

Kent CT 13 9NJ

United Kingdom

EU/1/02/240/001-004

27.12.2007

21.12.2007

Parareg

Dompé Biotec S.p.A.

Via San Martino, 12

I-20122 Milano

EU/1/04/293/001-012

2.1.2008

21.12.2007

GONAL-F

Serono Europe Limited

56, Marsh Wall

London E14 9TP

United Kingdom

EU/1/95/001/001

EU/1/95/001/003-005

EU/1/95/001/009

EU/1/95/001/012

EU/1/95/001/021-022

EU/1/95/001/025-028

EU/1/95/001/031-035

2.1.2008

21.12.2007

HBVAXPRO

Sanofi Pasteur MSD, SNC

8, rue Jonas Salk

F-69007 Lyon

EU/1/01/183/001

EU/1/01/183/004-005

EU/1/01/183/007-008

EU/1/01/183/011

EU/1/01/183/013

EU/1/01/183/015

EU/1/01/183/018-029

26.12.2007

—   Irtirar ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq [Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004]

Data tad-deċiżjoni

Isem tal-prodott mediċinali

Detentur ta' l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq

Numru tal-partita fir-Reġistru tal-Komunità

Data tan-notifika

18.12.2007

Levviax

Aventis Pharma S.A

20, avenue Raymond Aron

F-92165 Antony Cedex

EU/1/01/192/001-005

20.12.2007

—   Modifika ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq [Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004]: Aċċettata

Data tad-deċiżjoni

Isem tal-prodott mediċinali

Detentur ta' l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq

Numru tal-partita fir-Reġistru tal-Komunità

Data tan-notifika

14.12.2007

Suprelorin

Cyton Biosciences Ltd

Hyland Mews

21 High Street

Clifton

Bristol BS8 2YF

United Kingdom

VIRBAC S.A.

1ère Avenue 2065 m L.I.D

F-06516 Carros

EU/2/07/072/001-002

18.12.2007

19.12.2007

Aivlosin

ECO Animal Health Ltd

78 Coombe Road

New Malden

Surrey KT3 4QS

United Kingdom

EU/2/04/044/001-006

21.12.2007

Kull min jixtieq jikkonsulta r-rapport ta' evalwazzjoni pubblika fuq il-prodotti mediċinali inkwistjoni u d-deċiżjonijiet marbuta magħhom għandu jikkuntattja lil:

L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini

7, Westferry Circus

Canary Wharf

London E14 4HB

United Kingdom


(1)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.


25.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 19/12


Taqsira tad-deċiżjonijiet tal-Komunità dwar l-awtorizazzjoni għat-tqegħid fis-suq fir-rigward ta' prodotti mediċinali mill-1 ta' Diċembru 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007

[Deċiżjonijiet meħuda skond l-Artikolu 34 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/83/KE (1) jew Artikolu 38 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE  (2)]

(2008/C 19/05)

—   Ħruġ, manteniment jew modifikazzjoni ta' l-awtorizazzjonijiet nazzjonali tat-tqegħid fis-suq

Data tad-deċiżjoni

Isem(ijiet) tal-prodott mediċinali

Detentur(i) ta' l-awtorizazzjoni għat-tqegħid fis-suq

Stat Membru konċernat

Data tan-notifika

18.12.2007

Tracleer

Actelion Registration Ltd

BSI Building 13th Floor

389 Chiswick High Road

London W4 4AL

United Kingdom

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri

19.12.2007

18.12.2007

Silapo

STADA Arzneimittel AG

Stadastraße 2-18

D-61118 Bad Vilbel

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri

19.12.2007

18.12.2007

Retacrit

HOSPIRA Enterprises B.V.

Taurusavenue 19-21b

2132 LS Hoofddorp

Nederland

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri

19.12.2007

19.12.2007

MabCampath

Genzyme Europe B.V.

Gooimeer 10

1411 DD Naarden

Nederland

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri

20.12.2007


(1)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(2)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

25.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 19/13


Proċeduri ta' stralċ

Deċizjoni biex jinfteħu proċeduri ta' stralċ fir-rigward ta' Hullberry Insurance Company Onderlinge Waarborgmaatschappij U.A.

Pubblikazzjoni skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-rijorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi ta' l-assigurazzjoni

(2008/C 19/06)

Impriża ta' l-assigurazzjoni

Hullberry Insurance Company Onderlinge Waarborgmaatschappij U.A., bl-uffiċju rreġistrat tagħha f'Amsterdam

Keizersgracht 62

1015 CS Amsterdam

Nederland

Data, dħul fis-seħħ u natura tad-deċiżjoni

Il-Qorti Distrettwali ta' Amsterdam, b'deċiżjoni tal-31 ta' Awwissu 2007 dwar Hullberry Insurance Company Onderlinge Waarborgmaatschappij U.A. (minn hawn 'il quddiem Hullberry), li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha f'Amsterdam, niedet proċedura interim fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(161) et seq. tal-Liġi dwar is-sorveljanza finanzjarja (minn hawn 'il quddiem: Lsf). Il-proċedura interim, li hija proviżorjament infurzabbli, nbdiet mill-Qorti Distrettwali ta' Amsterdam fuq talba tal-kontrollur, id-De Nederlandsche Bank N.V., minħabba li l-interessi tal-kredituri kollettivi fl-istralċ ta' l-impriża ta' l-assigurazzjoni Hulberry jeħtieġu arranġamenti speċjali. Il-Qorti Distrettwali ta' Amsterdam ħatret lis-Sur A.A.M Spliet, Postbus 236 te 7200 AE Zutphen, bħala amministratur. Skond l-Artikolu 3(163) (1), il-paragrafu introduttorju u (c) ta' l-Lsf, l-amministratur huwa awtorizzat jittrasferixxi, totalment jew parzjalment, l-impenji ta' Hulberry li ġejjin minn ftehimiet ta' assigurazzjoni kif ukoll li jillikwida, totalment jew parzjalment, il-portafoll ta' Hulberry. Il-proċedura interim se ddum 18-il xahar. Is-Sur R.H.C Jongeneel, membru tal-Qorti Distrettwali ta' Amsterdam inħatar bħala mħallef delegat.

Awtoritajiet responsabbli

Appell kontra d-deċiżjoni tal-Qorti Distrettwali ta' Amsterdam jista' jiġi ppreżentat inizjalment sat-Tnejn, l-10 ta' Settembru 2007 quddiem il-Qorti Distrettwali ta' Amsterdam, Parnassusweg 220, 1076 AV Amsterdam, u sussegwentement quddiem il-Qorti Reġjonali ta' l-Appell, Prinsengracht 436, 1017 KE Amsterdam, filwaqt li jiġi indikat is-suġġett tad-deċiżjoni u l-bażi ġuridika.

Awtorità ta' superviżjoni

De Nederlandsche Bank N.V.

Postbus 929

7301 BD Apeldoorn

Nederland

Likwidatur

mr. A.A.M. Spliet,amministratur

Postbus 236

7200 AE Zutphen

Nederland

Liġi applikabbli

Il-proċedura interim hija soġġetta għal-liġi Olandiża.

Il-proċedura interim taqa' taħt l- Artikolu 3(161) et seq. tal-Liġi dwar is-sorveljanza finanzjarja.


25.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 19/14


Il-proċedura nazzjonali ta' l-Italja għall-allokazzjoni tad-drittijiet limitati tat-traffiku ta' l-ajru

(2008/C 19/07)

F'konformità ma' l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 847/2004 dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimijiet dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, il-Kummissjoni Ewropea tippubblika l-proċedura nazzjonali li ġejja bil-għan li tixxerred fost id-detenturi kollha Komunitarji tad-drittijiet tat-traffiku kkonċernati, skond kif ikunu ristretti bil-ftehimiet dwar servizzi ta' l-ajru stipulati ma' pajjiżi terzi.

“Il-Ministro dei Trasporti

Att li jistabbilixxi linji gwida għan-nomina ta' servizzi ta' l-ajru għal destinazzjonijiet barra mill-Unjoni Ewropea relatati mat-talbiet ippreżentati mill-kumpaniji ta' l-ajru

Wara li ġie kkunsidrat ir-Regolament Komunitarju (KE) Nru 847/2004 ta' l-29 ta' April 2004, dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimijiet dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi;

Wara l-osservazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta' l-opportunità li tiġi emendata d-Direttiva tal-Ministeru tat-Trasport, bid-data tas-7 ta' Lulju 2000, dwar l-att li jistabbilixxi linji ta' gwida għan-nomina tas-servizzi ta' l-ajru għal destinazzjonijiet barra mill-Unjoni Ewropea, relatati mat-talbiet ippreżentati mill-kumpaniji ta' l-ajru;

Minħabba li l-eżiġenza ta' l-allokazzjoni tad-drittijiet tat-traffiku għandha karattru ta' kontinwità;

Wara li ġiet ikkunsidrata li l-ħtieġa tal-konċessjoni tad-drittijiet tat-traffiku għal konnessjonijiet bl-ajru, regolati bil-ftehimiet tat-traffiku ma' Stati terzi, għandha tiġi implimentata abbażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti fl-interessi ta' l-utent u ta' l-industrija tat-trasport ta' l-ajru,

wara li ġiet ikkunsidrata l-ħtieġa li l-informazzjoni kollha tkun għad-dispożizzjoni tat-trasportaturi komunitarji permezz tal-pubblikazzjoni tagħha bit-trażmissjoni elettronika.

Qed jinħareġ

dan l-att li jistabbilixxi linji ta' gwida għan-nomina tas-servizzi ta' l-ajru, relatati mat-talbiet ippreżentati mill-kumpaniji ta' l-ajru, li jħassar u jissostitwixxi d-Direttiva preċedenti tas-7 ta' Lulju 2000.

Dan l-att, il-programm previst ta' konsultazzjonijiet, il-korp sħiħ tad-drittijiet tat-traffiku u l-proċeduri relatati ta' assenjazzjoni għandhom ikunu disponibbli għall-kumpaniji ta' l-ajru ta' l-Unjoni Ewropea permezz tat-trażmissjoni elettronika u dawn għandhom isiru skond il-kriterji ta' non-diskriminazzjoni, abbażi tal-parametri li ġejjin:

1.   Għanijiet ġenerali

(a)

l-izvilupp ta' skambji kummerċjali u turistiċi;

(b)

il-promozzjoni ta' l-industrija tat-trasport ta' l-ajru u tas-sistema ġenerali ta' l-avjazzjoni ċivili;

(c)

il-pluralizmu ta' l-imprizi;

(d)

l-izvilupp tas-sistema ta' l-ajruporti.

2.   Il-qafas ta' referenza:

(a)

koerenza ma' l-istruttura u l-kompozizzjoni ġenerali tas-servizzi offruti mill-industrija tat-trasport ta' l-ajru;

(b)

tħaddim tar-rotot f'relazzjoni ma' l-interkonnessjonijiet fost id-diversi ftehimiet tat-traffiku ezistenti u l-possibbiltajiet konkreti u raġonevolament prevedibbli ta' zvilupp;

(c)

possibbiltà ta' integrazzjoni ta' konnessjonijiet ma' rotot ulterjuri potenzjali, abbazi ta' antiċipazzjoni ta' evoluzzjoni tar-rapporti internazzjonali.

3.   Kriterji ġenerali relatati ma' l-imprizi f'konnessjoni mat-talbiet li ġew ifformulati:

(a)

kapaċità finanzjarja;

(b)

kapaċità teknika;

(c)

kapaċità ta' organizzazzjoni, li għandha tiġi vvalutata abbazi ta':

1.

il-missjoni tan-negozju;

2.

in-netwerk kummerċjali, attwali jew ippjanat;

3.

il-pjan tan-negozju.

4.   Persuni legali

Il-persuni legali interessati kollha għandhom id-dritt li jiksbu l-informazzjoni, jesprimu l-interess tagħhom u jipprezentaw talbiet li għandhom jiġu vvalutati b'mod ugwali u ekwu.

5.   Il-kriterji speċifiċi tar-rotta (il-kwalità tas-servizz propost minn dawk li jagħmlu t-talba) li għandhom jiġu vvalutati abbazi ta' l-elementi li ġejjin:

(a)

il-benefiċċji għall-konsumaturi u l-promozzjoni tal-kompetittività tas-suq;

(b)

it-twettiq dirett min-naħa tat-trasportatur;

(c)

il-firxa tal-kopertura taz-zmien (sena — staġun — parti ta' l-istaġun);

(d)

il-livell ta' utilizzazzjoni tad-drittijiet tat-traffiku ezistenti, f'termini ta':

1)

il-punt tal-bidu u tad-destinazzjoni u tal-kapaċità;

(e)

id-distribuzzzjoni u l-għadd ta' frekwenzi;

(f)

it-tħaddim ta' rotta li tkopri t-territorju nazzjonali b'mod l-aktar wiesa' u dettaljat b'servizzi ta' l-ajru minn/għal pajjizi terzi;

(g)

l-artikolazzjoni tas-servizz (il-waqfiet tal-bidu u tad-destinazzzjoni, non-stop, dirett ma' waqfa/iet intermedju/i, waqfa/iet oħra/jn, bdil ta' l-ajruplan);

(h)

in-netwerk attwali u l-ippjanar ta' konnessjonijiet li jitwettqu indipendentament u/jew permezz ta' trasportaturi oħra;

(i)

it-tipoloġija ta' l-inġenji ta' l-ajru;

l)

il-livell tas-servizz offrut;

(m)

it-tariffi maqsuma skond l-istaġun (għoli, baxx u intermedju); is-sistemi ta' bejgħ miftuħa għall-konsumaturi;

(n)

l-indikazzjoni dwar id-disponibbiltà immedjata u konkreta ta' l-inġenji ta' l-ajru jew inkella dwar il-modalità ta' akkwist u/jew ta' finanzjament;

(o)

id-data tal-bidu tas-servizzi;

(p)

tħaddim indirett (modalità operattiva, riskju kummerċjali, rapporti kuntrattwali speċifiċi dwar ir-rotta);

(q)

is-servizzi jew operazzjonijiet eventwali li diġà jsiru fuq ir-rotta (linja u/jew charter u/jew permezz ta' code sharing, franchising, wet lease).

6.   Deċizjoni

Kull deċizjoni għandha tiġi adottata sa mhux aktar tard minn sittin ġurnata wara l-aħħar ġurnata tal-prezentazzjoni tat-talbiet.

7.   Salvagwardji:

(a)

l-applikazzjoni tal-prinċipju ‘use or lose it’ minħabba attivazzjoni li ma seħħitx, dewmien ta' attivazzjoni, attivazzjoni parzjali jew sospensjoni ta' servizz, li ma jiddependux fuq raġunijiet ta' force majeure u li jkunu rikonoxxuti mill-amministrazzjoni, mill-uffiċċju jew wara li tkun intalbet min-naħa ta' partijiet interessati oħra;

(b)

possibbiltà ta' sospensjoni jew revoka tan-nomina minħabba nuqqas ta' konformità ma' l-istandards stipulati;

(c)

projbizzjoni ta' ċessjoni tal-konċessjonijiet, ħlief fil-kaz ta' awtorizzazzjoni preventiva mill-amministrazzjoni konċedenti;

L-attivazzjoni mdewma jew li ma seħħx, bħall-interruzzjoni tas-servizz għal staġun sħiħ ta' traffiku, għandhom jitqiesu bħala elementi negattivi għall-valutazzjoni ta' l-assenjazzjonijiet suċċessivi ta' rotot ulterjuri.

Din id-Direttiva għandha tiġi mibgħuta lill-organi kompetenti ta' kontroll għall-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni.

Alessandro BIANCHI

Ruma, ...”


25.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 19/17


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat għax-xogħol

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 19/08)

Għajnuna Nru

XE 30/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Cataluña

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna

Programa de incentivos para la creación de ocupación ligada a proyectos de nueva inversión empresarial considerados estratégicos para la economía catalana

Bażi legali

Resolución IUE/1254/2007, de 17 de abril, por la que se aprueban las bases reguladoras del programa de incentivos para la creación de ocupación vinculada a proyectos de inversión empresarial considerados estratégicos para la economía catalana y se abre la convocatoria para el año 2007 (DOGC núm. 4876 de 4.5.2007)

L-Estimi

Baġit annwali: EUR 3 miljun

Baġit globali: —

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(5) 5 u 6 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

5.5.2007

Tul ta' l-iskema

30.6.2008

L-objettiv ta' l-għajnuna

Art. 4: Ħolqien ta' xogħol

Is-Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha tal-Komunità  (1)eliġibbli għal għajnuna għall-impjieg

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Centro de Innovación y Desarrollo Empresarial (CIDEM)

Paseo de Grácia, 129

Tel. (34) 934 767 200

E-08008 Barcelona

cidem@cidem.gencat.net


Għajnuna Nru

XE 31/07

Stat Membru

L-Ungerija

Reġjun

Az őszes régió

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna

Foglalkoztatási támogatás az EGT és Norvég Finanszírozási Mechanizmusból

Bażi legali

242/2006 Korm. rendelet 92/N-92/O. §

201/2005 Korm rendelet

L-Estimi

Baġit annwali: HUF 335,4 miljun

Baġit globali: —

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(5) 5 u 6 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

15.10.2007

Tul ta' l-iskema

30.4.2011

L-objettiv ta' l-għajnuna

Art. 4: Ħolqien ta' xogħol; Art. 5: Reklutaġġ ta' ħaddiema żvantaġġati u b'diżabilità; Art. 6: Impjieg ta' ħaddiema b'diżabilità:

Is-Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha tal-Komunità  (2)eliġibbli għal għajnuna għall-impjieg

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Nemzeti Fejlesztési Ügynökség

Pozsonyi út 56

H-1133 Budapest


(1)  Bl-eċċezzjoni tas-settur tal-bini tal-vapuri u setturi oħrajn suġġetti għal regoli speċjali f'regolamenti u direttivi li jirregolaw l-għajnuna Statali fi ħdan is-settur.

(2)  Bl-eċċezzjoni tas-settur tal-bini tal-vapuri u setturi oħrajn suġġetti għal regoli speċjali f'regolamenti u direttivi li jirregolaw l-għajnuna Statali fi ħdan is-settur.


25.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 19/19


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 19/09)

Għajnuna Nru

XS 197/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Galicia

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

IG107: Proyectos de creación de empresas promovidas por nuevos emprendedores con una inversión en activos fijos subvencionables no superior a 600 000 EUR

Bażi legali

Resolución de 9 de marzo de 2007 (DOG no 59, de 23 de marzo) por la que se da publicidad al acuerdo del Consejo de Dirección del Instituto Gallego de Promoción Económica (Igape) que aprueba las bases reguladoras de los incentivos económicos del Igape y se procede a la convocatoria de determinadas líneas de ayuda.

Resolución de 10 de abril de 2007 (DOG no 74, de 17 de abril) por la que se procede a la convocatoria de esta línea de ayudas

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

L-Estimi

Baġit annwali: EUR 1,3685 miljun

Baġit globali: —

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

2.10.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Objettiv ta' l-għajnuna

Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Manifattura oħra

Servizzi oħra

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Għall-għoti ta' sussidji fl-ammont ta' EUR 3 000 000 jew inqas huwa kompetenti d-Direttur Ġenerali ta' l-IGAPE u għal sussidji ta' aktar minn EUR 3 000 000 l-President ta' l-IGAPE

Instituto Gallego de Promoción Económica (Igape)

Complejo Administrativo de San Lázaro, s/n

E-15703 Santiago de Compostela (A Coruña)


Għajnuna Nru

XS 284/07

Stat Membru

Il-Latvja

Reġjun

Visa Latvijas teritorija

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

SIA “Latvijas Garantiju aģentūra” garantiju valsts atbalsta programma

Bażi legali

1)

Latvijas vienotais programdokuments 2004.–2006. gadam. (www.esfondi.lv)

2)

Papildinājumi Latvijas vienotam programdokumentam 2004.–2006. gadam. (www.esfondi.lv)

3)

SIA “Latvijas Garantiju aģentūra” valdes sēdes lēmums Nr. 21, 29.5.2003. par garantēšanas noteikumu grozījumiem.

4)

SIA “Latvijas Garantiju aģentūra” valdes sēdes lēmums Nr. 57, 23.5.2003. par garantēšanas noteikumu grozījumiem.

5)

SIA “Latvijas Garantiju aģentūra” valdes sēdes lēmums Nr. 79, 6.6.2006. par garantēšanas noteikumu grozījumiem.

6)

SIA “Latvijas Garantiju aģentūra” valdes sēdes lēmums Nr. 81, 21.6.2006. par garantēšanas noteikumu grozījumiem.

7)

SIA “Latvijas Garantiju aģentūra” valdes sēdes lēmums Nr. 84, 20.7.2006. par garantēšanas noteikumu grozījumiem.

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

L-Estimi

Baġit annwali: LVL 3,618072 miljun

Baġit globali: —

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikoli 4(2)-(6) u 5 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

18.6.2003

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.8.2008

Objettiv ta' l-għajnuna

Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għall-għajnuna għall-intrapriżi żgħar jew medji

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

SIA “Latvijas Garantiju aģentūra”

Tirgoņu iela 11

LV-1050 Rīga


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

25.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 19/21


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5015 — Sagard/BPEF/Fläkt Woods JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 19/10)

1.

Fil-11 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)li permezz tagħha l-impriżi Sagard SAS (“Sagard”, Franza) li tappartjeni għall-grupp Power Corporation of Canada (“PCC”, il-Kanada) u Barclays Private Equity France SAS (“BPEF”, Franza) indirettament proprjetà ta' Barclays Bank PLC (“Barclays”, ir-Renju Unit) jakkwistaw fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriża kollha Fläkt Woods (Lussemburgu) Sàrl (“Fläkt Woods”, Lussemburgu) permezz ta' ftehim ġdid ta' l-azzjonisti li jidħlu fih Sagard u BPEF.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal PCC: servizzi ta' assigurazzjoni, servizzi finanzjarji, servizzi ta' komunikazzjoni, teknoloġija u bijoteknoloġija,

għal Sagard: ġestjoni ta' fondi ta' investiment,

għal Barclays: servizzi finanzjarji,

għal BPEF: ġestjoni ta' fondi ta' investiment,

għal Fläkt Woods: manifatura ta' ventilazzjoni ta' l-arja, u sistemi ta' mmaniġġjar ta' l-arja, sistemi ta' tmexxija ta' l-arja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5015 — Sagard/BPEF/Fläkt Woods JV, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠUC 56, 5.3.2005, p. 32.


ATTI OĦRAJN

Kummissjoni

25.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 19/22


Pubblikazjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-ħarsien ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel

(2008/C 19/11)

Din il-pubblikazzjoni tippermetti li jsiru oġġezzjonijiet għal proposta skond l- Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). L-oġġezzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SOMMARJU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“LAPIN PORON LIHA”

Nru tal-KE: FI/PDO/005/0352/15.07.2004

DPO ( X ) IĠP ( )

Dan is-sommarju jippreżenta l-karatteristiċi ewlenin tas-sommarju tal-prodott għal skopijiet informattivi.

1.   Awtorità kompetenti fl-istat membru:

Isem:

Maa- ja metsätalousministeriö

Indirizz:

PL 30

FI-00023 Valtioneuvosto

Tel.:

(358-9) 1605 42 78

Feks:

(358-9) 1605 34 00

Posta elettronika:

Maija.Heinonen@mmm.fi

2.   Grupp:

Isem:

Paliskuntain yhdistys

Indirizz:

Koskikatu 33 A

FI-96100 Rovaniemi

Tel.:

(358-16) 331 60 00

Feks:

(358-16) 331 60 60

Posta elettronika:

Matti.Sarkela@paliskunnat.fi

Kompożizzjoni:

Produtturi/proċessaturi ( X ) Oħra ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.1: Laħam frisk (u l-intern)

4.   Speċifikazzjoni:

(sommarju tar-rekwiżiti skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem: “Lapin Poron liha”

4.2.   Deskrizzjoni: L-isem Lapin Poron liha jiġi użat biex jindika prodotti tal-laħam tar-renni fil-kummerċ ta' l-ikel u l-kummerċjalizzazzjoni ta' l-ikel. Id-denominazzjoni tirreferi għall-karkassi ta' l-għoġiela tar-renni li għandhom inqas minn sena u l-karkassi tar-renni adulti (renni nisa, renni rġiel u l-gniedes tar-renni) li għandhom aktar minn sena, kif ukoll il-partijiet tagħhom (qatgħat). Il-laħam tar-renni ta' Lapland jinbiegħ sabiex jintuża direttament jew għal ħażna bħala karkassi sħaħ, nofs karkassi jew kwart ta' karkassi jew jitqatta' f'biċċiet ta' karkassi jew partijiet ta' muskoli.

Ir-renni (Rangifer tarandus tarandus L.) huma annimali nofshom selvaġġi ta' utilità u ta' proprjetà privata u li jitrabbew b'mod tradizzjonali fiż-żona Finlandiża tat-trobbija tar-renni. Ir-renni għandhom riġlejn twal u erbat iswaba u jappartienu lill-familja taċ-ċriev (Cervidae) u huma annimali erbivori u li jixtarru.

Il-laħam tar-renna huwa teneru, skur u b'togħma ta' laħam tal-kaċċa. Il-fibri tal-laħam tar-renna huma aktar irqaq mill-fibri tal-laħam ta' l-elk u ċ-ċanga. Il-valur enerġetiku tal-laħam delikat tar-renna huwa għoli, u huwa simili għaċ-ċanga li hija aktar xaħmija. L-ammont ta' xaħam fil-laħam tar-renna huwa baxx. L-ammont ta' xaħam fil-qatgħat mill-kustilji tal-flett (mingħajr il-membrana) jew fil-qatgħat ta' l-għolja tal-koxxa huwa estremament baxx. Ix-xaħam huwa saff li jidher fuq id-dahar u fuq l-għolja tal-koxxa. Ix-xaħam tar-renna huwa għoli fl-aċidi grassi mhux saturati. Ix-xaħmijiet tal-laħam tar-renna jistgħu jitqabblu max-xaħmijiet tal-ħut f'termini ta' l-effetti pożittivi tagħhom. Ix-xaħam tar-renna, u d-demm ukoll, fih ħafna aċidi grassi mhux saturati. Il-laħam tar-renna fih sa bejn 50 u 60 % ta' aċidi oleiċi mhux saturati, li huma magħrufin li jnaqqsu l-kolesterol “ħażin” tat-tip LDL.

Il-kontenut ta' proteina tal-laħam tar-renna huwa għoli (madwar 23 %) u fih hemm ħafna aċidi amminiċi liberi. Il-laħam tar-renna fih ħafna vitamini; l-aktar importanti huma l-ħafna vitamini tal-grupp B. Il-laħam fih ħafna vitamini A u E wkoll. L-ammont ta' vitamina E huwa ta' madwar 0,5 μg/100 g. Il-laħam tar-renna fih minn 4-5 darbiet aktar vitamina Ċ miċ-ċanga.

L-ammonti ta' elementi minerali u dawk li jinsabu fi kwantitajiet ta' traċċa huma ogħla fil-laħam tar-renna milli f'laħmijiet ta' annimali oħra. Il-laħam tar-renna fih ħafna potassju, kalċju, manjesju, fosfru, kubrit, silikon, manganiż, żingu u ram. Meta mqabbel maċ-ċanga u mal-majjal, l-ammont ta' ħadid fil-laħam tar-renna huwa partikolarment għoli i.e. 3-5 mg/100 g. Il-laħam tar-renna fih ħafna ram u silenju, u fih minn 5-10 darbiet aktar silenju miċ-ċanga.

L-ammont ta' vitamini fil-laħam ta' renni żgħar huwa ogħla mill-ammont ta' vitamini fil-laħam ta' renni adulti bl-ammonti jilħqu l-ogħla livelli tagħhom fil-ħarifa fi żmien il-qtil. Matul il-ħarifa, il-laħam tar-renni żgħar ikun fih minn 2-3 % aktar proteina mil-laħam tar-renna mara. L-ammonti ta' rmied, manjesju u potassju fil-laħam ta' renni żgħar huma kemmxejn ogħla minn dawk li jinsabu fir-renni nisa. Il-laħam tar-renni żgħar fih kontenut ta' xaħam inqas minn dak ta' l-annimali adulti u l-kontenut ta' enerġija tiegħu huwa inqas. L-ammont ta' ilma fil-laħam jiddependi mill-età, l-istat nutrittiv ta' l-annimal u ż-żmien tal-qtil. L-ammont medju ta' ilma fil-laħam tar-renni adulti huwa 69 %, filwaqt li fil-każ ta' renni żgħar huwa ta' 71-75 %.

Il-karatteristiċi differenti ta' tipi ta' laħam kummerċjali huma stipulati fil-klassifika tal-laħam tar-renna (2005) ta' l-Assoċjazzjoni tar-Rgħajja tar-Renni, għall-industrija tar-renni (PE-P5) u fiha l-laħam ta' renni adulti u ta' renni żgħar huwa kklassifikat skond l-użijiet tiegħu l-aktar adattati.

4.3.   Żona ġeografika: Iż-żona ta' produzzjoni tradizzjonali tal-Lapin Poron lilha hija ż-żona Finlandiża tat-trobbija tar-renni, li tinsab fit-Tramuntana mbiegħda mhux ħażin, f'latitudni bejn 65 u 70 grad Tramuntana. Skond l-Att Finlandiż dwar it-Trobbija tar-Renni (Nru 848/1990), iż-żona tkopri l-Provinċja ta' Lapland, (minbarra l-bliet ta' Kemi u Tornio u l-muniċipalità ta' Keminmaa); il-muniċipalitajiet ta' Hyrynsalmi, Kuivaniemi, Kuusamo, Pudasjärvi, Suomussalmi, Taivalkoski u Yli-Ii fil-Provinċja ta' Oulu u ż-żoni fit-Tramuntana tax-xmara Kiiminkijoki u t-triq Puolanka-Hyrynsalmi fil-muniċipalitajiet ta' Puolanka, Utajärvi u Ylikiiminki.

4.4.   Prova ta' l-oriġini: Sabiex ikollu t-tikketta “Lapin Poron liha”:

Il-laħam tar-renna li jaqa' taħt id-denominazzjoni jrid joriġina minn renni li twieldu u trabbew fiż-żona definita fit-taqsima 4.3 u li jirgħu liberament fil-mergħat naturali matul ir-rebbiegħa, is-sajf, il-ħarifa u, għal xi wħud minnhom, il-bidu tax-xitwa qabel il-qtil.

Skond ir-regoli, l-istruzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta' l-industrija, il-produzzjoni u l-immaniġġar ta' laħam tar-renna jinkludu t-trobbija tar-renni, il-qtil, it-trasport, l-ipproċessar (qtugħ), l-imballaġġ u l-ħżin.

L-ipproċessar (qtugħ) u l-imballaġġ tal-laħam tar-renni miż-żona Finlandiża ta' trobbija tar-renni jeħtieġlu jsir f'żona ġeografka ristretta, i.e. iż-żona ta' trobbija tar-renni.

Il-laħam tar-renni jiġi prodott minn rgħajja tar-renni professjonali li joqogħdu fiż-żona Finlandiża ta' trobbija tar-renni li huma familjari mal-leġiżlazzjoni dwar it-trobbija tar-renni u li jaħdmu b'mod organizzat kif titlob il-leġiżlazzjoni tar-renni Finlandiża.

Kontroll ta' l-oriġini

Skond il-leġiżlazzjoni Finlandiża dwar it-trobbija tar-renni, sid ir-renni għandu jimmarka widnet ir-renna jew eżatt wara t-twelid jew talanqas mhux aktar tard mill-wasla tar-renna għall-qtil.

Meta r-renni jintgħażlu għall-qatla u jiġu separati minn dawk l-annimali li jkunu se jinżammu ħajjin, huma jiġu mmarkati fil-mergħa tagħhom waqt il-proċess ta' l-għażla b'marka tal-qtil fuq widinthom, sabiex jingħata numru individwali lill-annimal għall-qtil. Dan in-numru jibqa' fuq il-karkassa sakemm jibda l-proċess tal-qtugħ. Il-laħam maqtugħ huwa nnumerat fil-proċess tal-qtugħ u l-ipproċessar, u n-numru jibqa' mal-prodott sal-konsumatur aħħari. L-impjanti ta' tqattigħ tal-laħam u tal-preparazzjoni tal-laħam għandhom jirreġistraw il-karakassi u kull laħam ieħor li jidħlu fl-istabbiliment, kif ukoll il-laħam li joħroġ mill-istabbiliment. Il-korpi muniċipali regolatorji jissorveljaw il-kmamar tal-qtugħ tal-laħam u l-impjanti tal-prodotti tal-laħam.

Id-direttur tal-biċċerija u l-ispettur veterinarju jimmonitorjaw il-qtil tar-renni fil-biċċeriji. Il-qtil isir skond ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u d-Digriet tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u l-Foresterija Nru 38/EEO/2006 dwar l-ispezzjonijiet tal-laħam. Il-laħam tar-renni jista' jinbiegħ direttament lill-konsumatur mill-biċċerija jew mis-sit ta' produzzjoni (eż. is-sit ta' separazzjoni jew fi stabbiliment agrikolu tar-renni).

L-annimali huma mrobbija, maqtula u pproċessati (mqattgħin) skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-leġiżlazzjoni sekondarja nazzjonali u parzjalment fuq il-bażi ta' rakkomandazzjonijiet ippubblikati mill-Assoċjazzjoni tar-Rgħajja tar-Renni. Is-sorveljanza ssir minn Evira, l-Awtorità Finlandiża dwar is-Sikurezza ta' l-Ikel, li taħdem taħt l-awtorità tal-Ministeri kompetenti. Il-kontrolli jaqgħu taħt ir-responsabilità ta' l-awtoritajiet ta' l-ikel lokali u kull Uffiċċju Provinċjali ta' l-Istat.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni: Matul is-sena ta' trobbija tar-renni 2005-2006, 200 196 renna tħallew jgħixu wara x-xitwa (renni tat-trobbija) fil-Finlandja. Dawn ipproduċew total ta' 116 488 għoġiela, li 94 115 minnhom inqatlu fil-ħarifa u fil-bidu tax-xitwa. Mir-renni adulti (renni nisa, gniedes tar-renni u renni rġiel) 30 038 inqatlu fil-ħarifa u fil-bidu tax-xitwa.

Madwar 70-75 % ta' l-annimali maqtula huma għoġiela ta' bejn 5 u 8 xhur, b'piż ta' qtil ta' madwar 22 kg. Il-piż medju ta' renna mara adulta maqtula huwa ta' madwar 35 kg; il-piż tal-qtil ta' l-akbar renna maskili adulta jista' jkun 70-80 kg.

Ir-rata ta' qtil fil-livelli massimi attwali awtorizzati hija ta' madwar 90 000 — 110 000 renna fis-sena. It-trobbija tar-renni tipproduċi 2-2,5 miljun kilo ta' laħam fis-sena, il-valur tal-produzzjoni għas-sidien tar-renni huwa ta' EUR 11-15-il miljun fis-sena.

It-trobbija tar-renni hija ppratikata permezz ta' sistema ta' kooperattivi ta' għassa tal-merħliet tar-renni. Kull ragħaj tal-merħla tar-renni huwa membru ta' kooperattiva li minnhom b'kollox hemm 56, 41 fil-provinċja ta' Lapland u 15 fil-provinċja ta' Oulu. L-unitajiet indipendenti tat-trobbija tar-renni għandhom limiti definiti b'mod strett u jvarjaw fid-daqs u n-numru ta' renni. Ir-rgħajja tal-merħliet tar-renni dejjem isegwu ir-ritmu naturali tat-Tramuntana meta jieħdu ħsieb ir-renni. Fit-trobbija tar-renni l-aktar biċċa xogħol li tieħu ħin hija l-ġabra flimkien tar-renni. Xogħlijiet oħra jinkludu l-immarkar tal-widna, l-għadd, is-separazzjoni, it-trasport u l-għassa tal-merħla, il-qtil għall-użu personali u l-għalf addizzjonali meta meħtieġ. Ir-renni jirgħu liberament fil-mergħat naturali waqt ir-rebbiegħa, is-sajf, il-ħarifa u l-bidu tax-xitwa qabel il-qtil. Matul dan iż-żmien jieħdu l-ikel kollu tagħhom minn sorsi naturali. L-għalf tas-sajf tar-renni jista' jinkludi 350 speċi ta' pjanta differenti jew aktar, l-aktar pjanti vaskulari. Il-pjanti ta' l-ikel l-aktar popolari fis-sajf jinkludu pjanti tal-bassasa kif ukoll ħaxix li jikber mal-mergħat u x-xmajjar. In-nutriment tas-sajf jiġi diġerit faċilment u fih ħafna proteini, vitamini kif ukoll minerali u elementi fi kwantitajiet ta' traċċa.

Għall-aħħar tas-sajf u speċjalment fil-ħarifa, ir-renni jħobbu jieklu l-faqqiegħ u jinfirxu fl-aħjar żoni tal-faqqiegħ. Ir-renni jieklu l-faqqiegħ sakemm tibda nieżla l-borra u anke fil-bidu tax-xitwa jibqgħu jħaffru għall-faqqiegħ li jkun baqa' taħt il-borra.

Il-likeni huma nutriment importanti għar-renni fix-xitwa. F'ħafna postijiet, il-likeni jammontaw għal 30-60 % ta' l-ikel tax-xitwa tagħhom. Fix-xitwa r-renni jieklu wkoll il-ħażiż kif ukoll ħafna rimi u jgerrmu z-zkuk tas-siġar u l-arbuxelli. Il-likeni 'horsehair' u beard', li jikbru fuq is-siġar, jagħmlu parti mill-ikel tagħhom tax-xitwa, speċjalment lejn l-aħħar tax-xitwa, meta minħabba gzuz tas-silġ iebsin li jinġemgħu bir-riħ it-tħaffir għall-likeni ma jkunx possibbli.

70-75 % ta' annimali għall-qtil huma għoġiela ta' bejn 5-8 xhur li ma jingħataw ebda ikel addizzjonali. Parti żgħira tar-renni adulti għall-qtil jingħataw ħuxlief li jiġi prodott fiż-żona tat-trobbija tar-renni bħala ikel addizzjonali, jew sabiex jinżammu fejn huma qabel ma jiġu trasferiti l-biċċerija jew waqt is-separazzjoni li tieħu aktar ħin mis-soltu. Fil-prattika, l-ikel addizzjonali jingħata lill-annimali tat-trobbija li jinżammu ħajjin wara li jinqatlu l-oħrajn u huwa importanti sabiex jiġi żgurat li jkollhom l-ikel meta jkun hemm il-borra u s-silġ. L-ikel addizzjonali jingħata lil 30-50 % ta' l-annimali tat-trobbija fuq perjodu ta' xahar sa 4 xhur, skond il-kundizzjonijiet fix-xitwa. F'termini numeriċi, l-ikel addizzjonali jingħata lil madwar 50 000 annimal tat-trobbija fil-kampanja miftuħa u lil madwar 75 000 annimal tat-trobbija f'kundizzjonijiet ta' għeluq filwaqt li 75 000 tar-renni tat-trobbija ma jirċievu l-ebda ikel addizzjonali. L-ikel addizzjonali jitwaqqaf fir-rebbiegħa, 6-9 xhur qabel ir-renni ma jinqatlu. Madwar 30 % ta' l-għalf fl-ikel addizzjonali jiġi minn barra ż-żona ta' trobbija tar-renni.

Ir-renni jinqatlu fiż-żona tat-trobbija tar-renni f'biċċeriji tar-renni approvati li jissodisfaw ir-Regolamenti ta' l-UE, li erbatax-il biċċerija minn dawn huma tal-Kooperattiva, erbgħa huma privati u waħda tinsab f'faċilità ta' riċerka. Minn erbgħa sa ħamsa fil-mija tar-renni jinqatlu direttament fiż-żona tat-trobbija u jinbiegħu direttament lill-konsumatur.

It-trobbija tar-renni, it-trasport tar-renni ħajjin, il-qtil, is-sorveljanza tal-qtil, l-ispezzjoni tal-laħam u t-tkessiħ, it-trasport, il-ħażna ta' karkassi u l-ġestjoni ta' l-iskart kollha jsiru skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-leġiżlazzjoni nazzjonali u r-rakkomandazzjonijiet ippubblikati mill-industrija stess.

Il-laħam tar-Renni ta' Lapland jinbiegħ bħala karkassi sħaħ, nofs karkassi jew kwart ta' karkassi u f'partijiet ta' muskoli għal użu dirett jew għal ħażna. L-ipproċessar (il-qtugħ) u l-imballaġġ kollu tal-laħam tar-renni li jaqa' taħt id-denominazzjoni jitwettaq f'żona ġeografika ristretta i.e. fiż-żona Finlandiża ta' trobbija tar-renni. Ir-raġuni għaliex dawn l-attivitajiet jitwettqu fiż-żona ta' trobbija tar-renni hija sabiex ikun hemm garanzija ta' kwalità tal-prodott, speċjalment meta jitqies it-trasport fuq distanzi twal involut. Fl-istess waqt isiru sforzi sabiex tkun ikkontrollota l-oriġini tal-prodott u sabiex ikun żgurat li l-prodotti kollha li jitqiegħdu fis-suq bit-tabella Lapin Poron liha jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati.

4.6.   Kollegament: It-trobbija tar-renni hija sengħa antika. L-aktar tinqix qadim fil-ġebel juri li għandhom 'il fuq minn 3 000sena. L-ewwel informazzjoni ta' min joqgħod fuqha dwar it-trobbija tar-renni fl-Ewropa hija taż-żmien 892 AD. Ir-renni slavaġ kienu uħud mill-aktar annimali tal-kaċċa bikrija u importanti. Ir-renni fil-bidu kienu annimali li jgħixu fiż-żoni għoljin u kienu nofshom immansati mir-renni slavaġ li jgħix fiż-żoni għoljin Skandinavi. Il-kaċċa għar-renni eventwalment wasslet għat-trobbija tar-renni, li permezz tagħha n-nies li kienu jgħixu fiż-żoni li qegħdin fl-aktar parti tat-Tramuntana tal-Finlandja setgħu imantnu ruħhom mis-seklu 17 'il quddiem.

L-ewwel darba li saret referenza letterarja għar-renna bħala ikel u għall-eċċellenza tal-laħam tar-renna bħala ikel kienet mill-1555, f'deskrizzjonijiet dwar il-Finlandja fl-Istorja tal-Popli tat-Tramuntana ta' Olaus Magnus. Fiż-żona li tikkorispondi maż-żona attwali ta' trobbija tar-renni, ir-renni ilhom jitrabbew mis-seklu 18.

Il-laħam tar-renna jiġi prodott minn nies professjonali li jrabbu r-renni li joqgħodu fiż-żona Finlandiża ta' trobbija tar-renni, u li xogħolhom huwa msejjes fuq tagħrif dwar ir-renni miġbur matul is-sekli; attwalment hemm 5 037 sid ta' renni fil-Finlandja, li minnhom 800-1 000 huma Sámi.

Fis-sajf, qabel ma jaslu għall-qtil, ir-renni jirgħu fil-bassasa, fil-mergħat tul ix-xmajjar, fl-għoljiet u fl-ispazji vojta fil-foresti li minnhom ikunu tneħħew is-siġar. Dawn iż-żoni jipprovdu għar-renni forniment adegwat ta' ħxejjex, sogħda, ħuxlief u ħaxix. L-ikel tas-sajf jiġi diġerit faċilment u fih ħafna proteini, vitamini, minerali u elementi li jinsabu fi kwantitajiet ta' traċċa. Fil-ħarifa r-renni jħobbu jieklu l-faqqiegħ. Ir-renna hija l-uniku erbivoru kbir li jista' jipproċessa l-enerġija mil-likeni f'kundizzjonijiet fejn il-borra twaqqaf it-tkabbir għall-biċċa l-kbira tas-sena.

Il-laħam tar-renna huwa prodott ta' speċjalità unika miż-żona ta' trobbija tar-renni. Il-laħam tar-renni li jaqa' taħt id-denominazzjoni għandu jiġi magħmul minn renni mwielda u mrobbija fiż-żona Finlandiża ta' trobbija tar-renni u li jirgħu liberament f'mergħat naturali waqt ir-rebbiegħa, is-sajf, il-ħarifa u l-bidu tax-xitwa qabel il-qtil.

Il-kundizzjonijiet kiefra tat-Tramuntana, l-istaġuni li jintgħarfu sew (eż. ix-xemx ta' nofs il-lejl kontra x-xitwa kiesħa, twila u bil-borra) u l-ikel tas-sajf nutrittiv ħafna jagħmlu l-laħam tar-renna prodott uniku. Il-karatteristiċi taż-żona jagħmlu l-laħam tar-renna dak li hu: laħam b'togħma ta' laħam tal-kaċċa, iżda bit-togħma speċjali tiegħu, flimkien mal-karatteristiċi speċjali l-oħra tiegħu.

4.7.   Korp ta' spezzjoni:

Isem:

Elintarviketurvallisuusvirasto

Indirizz:

Mustialankatu 3

FI-00790 Helsinki

Tel.:

(358-20) 77 20 03

Feks:

(358-20) 772 43 50

Posta elettronika:

kirjaamo@evira.fi

4.8.   Tikkettar: Lapin Poron liha, li jinbiegħ bħala karkassi sħaħ, nofs karkassi jew kwart ta' karkassi, huwa mmarkat b'tikketta “Lapin Poron liha” imwaħħla mal-karkassa, u wara bil-kliem “soujattu alkuperänimitys” (denominazzjoni ta' oriġini protetta) jew is-simbolu Komunitarju uffiċjali li jikkorispondi. Hemm indikat ukoll jekk il-laħam joriġinax minn renna adulta jew renna żgħira. Il-karkassi u l-qatgħat tal-laħam jiġu ppakkjati għall-ħażna u għall-bejgħ f'pakketti li minnhom titneħħa l-arja per eżempju u l-imballaġġ jiġi mmarkat bid-denominazzjoni “Lapin Poron liha” (eż. timbru jew tikketta li titwaħħal) u wara bil-kliem “soujattu alkuperänimitys” (denominazzjoni ta' oriġini protetta) jew is-simbolu Komunitarju uffiċjali li jikkorispondi. Hemm indikat ukoll jekk il-laħam joriġinax minn renna adulta jew renna żgħira. Il-marki li jikkorrispondu huma meħtieġa fil-każ ta' laħam li jinbiegħ direttament.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.