ISSN 1725-5015

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 18

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
24ta' Jannar 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2008/C 018/01

Notifikazzjonijiet taħt l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen – Penali skond il-liġi nazzjonali għall-qsim ta' fruntieri esterni mhux awtorizzat f'postijiet li mhumiex punti ta' qsim jew f'ħinijiet li mhumiex il-ħinijiet tal-ftuħ stabbiliti – l-Artikolu 4(3)

1

2008/C 018/02

Notifikazzjonijiet taħt Artikolu 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarja dwar regoli li jirregolaw iċ-ċaqliq ta' persuni tul il-fruntieri il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen – Kontrolli konġunti tal-fruntieri komuni esterni ta' l-art skond l-Artikolu 17

10

2008/C 018/03

Notifikazzjonijiet taħt Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju li jirregola l-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntieri il-Kodiċi tal-Fruntiera ta' Schengen – Il-possibiltà ta' Stat Membru li bil-liġi jipprovdi għal obbligu li jżomm jew iġorr karti u dokumenti skond l-Artikolu 21 (c)

15

2008/C 018/04

Notifikazzjonijiet taħt Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 talParlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen – L-obbligu li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jirreġistraw il-preżenza tagħhom fit-territorju ta' kwalunkwe Stat Membru skond l-Artikolu 21 (d)

25

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

24.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 18/1


Notifikazzjonijiet taħt l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera “Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen”

Penali skond il-liġi nazzjonali għall-qsim ta' fruntieri esterni mhux awtorizzat f'postijiet li mhumiex punti ta' qsim jew f'ħinijiet li mhumiex il-ħinijiet tal-ftuħ stabbiliti – l-Artikolu 4(3)

(2008/C 18/01)

IL-BELĠJU

Il-pieni huma previsti fl-Artikolu 3 tal-Liġi tal-25 ta' April 2007, li temenda l-Liġi tal-15 ta' Diċembru 1980 dwar l-aċċess għat-territorju, is-soġġorn, l-istabbiliment u r-ritorn tal-barranin. Il-liġi ġiet ippubblikata fil-Moniteur Belge ta' l-10 ta' Mejju 2007 u tintroduċi artikolu ġdid – l-Artikolu 4 a – fil-liġi tal-15 ta' Diċembru 1980.

Dawn l-emendi għadhom ma daħlux fis-seħħ. L-Artikolu 48 ta' l-imsemmija liġi jipprevedi li għandhom jidħlu fis-seħħ f'data li għandha tiġi stabbilita mir-Re, l-aktar tard, fl-ewwel jum tat-tlettax-il xahar ta' wara x-xahar li fih kienet ġiet ippubblikata fil-Moniteur Belge.

“L-Artikolu 4 a.

1.   Dwar il-fruntieri esterni fit-tifsira tal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar il-moviment ta' persuni bejn il-fruntieri esterni li jorbtu lil-Belġju, jew il-Leġiżlazzjoni Ewropea, id-dħul u l-ħruġ mir-Renju għandhom isiru minn post ta' qsim awtorizzat, matul is-sigħat ta' ftuħ stabbiliti, kif indikati fil-punti ta' qsim awtorizzati.

2.   Il-persuna barranija għandha tippreżenta minnufih id-dokumenti ta' ivjaġġar tiegħu kemm fid-dħul kif ukoll fil-ħruġ mir-Renju.

3.   Il-Ministru jew id-delegat tiegħu jista' jimponi multa amministrativa ta' EUR 200 fuq il-persuna barranija li ma tirrispettax l-obligu stabbilit fl-ewwel inċiż.

Jekk il-ksur ta' l-obligu stipulat fl-ewwel inċiż ikun seħħ minħabba nuqqas ta' l-operatur tat-trasport, dan ikun obbligat b'mod konġunt mal-persuna barranija li jħallas il-multa imposta.

Id-deċiżjoni li timponi l-multa amministrativia trid tiġi eżegwita immedjatament, minkejja kull appel.

L-entità ġuridika għandha r-responsabilità ċivili li tħallas il-multa amministrativa imposta fuq il-manaġers, il-membri tad-direttorat, il-persunal eżekuttiv, l-impjegati jew l-aġenti tagħha.

Il-multa amministrativa tista' titħallas permezz ta' depożitu ta' l-ammont dovut lill-Uffiċċju tad-Depożiti u Kunsinnji [Caisse des Dépôts et Consignations].

4.   Il-persuna barranija jew l-operatur tat-trasport li jixtieq jikkontesta d-deċiżjoni tal-Ministru jew tar-rappreżentant tiegħu għandu jagħmel talba lill-Qorti tal-Prim' Istanza mhux iktar tard minn xahar minn-notifika tad-deċiżjoni.

Jekk il-Qorti tal-Prim' Istanza tikkunsidra l-appell bħala ammissibbli u fondat, l-ammont imħallas jew konsenjat għandu jintradd lura.

Il-Qorti tal-Prim'Istanza għandha tagħti deċiżjoni fi żmien xahar li jibda jiddekorri mill-preżentata ta' l-appell bil-miktub imsemmi fl-ewwel inċiż hawn fuq.

It-test ta' l-ewwel inċiż għandu jitniżżel fid-deċiżjoni li timponi l-multa amministrativa.

5.   Jekk il-persuna barranija jew l-operatur tat-trasport ma jħallasx il-multa, id-deċiżjoni ta' l-awtorità competenti jew id-deċiżjoni tal-Prim' Istanza li tkun saret res judicata tiġi nnotifikata lill-Amministration du Cadastre, de l-Enregistrement et des Domaines, bil-għan li tiġi rkuprata s-somma tal-multa amministrativa.

6.   Jekk il-persuna barranija, l-operatur tat-trasport jew ir-rappreżentant tiegħu ikun ħallas is-somma tal-multa amministrativa lill-Uffiċju tad-Depożiti u Kunsinnji, u jekk ma jsir l-ebda appell lill-Qorti tal-Prim' Istanza fil-limitu ta' żmien imsemmi hawn fuq, is-somma depożitata ssir proprjetà ta' l-Istat.”

IL-BULGARIJA

Skond l-Artikolu 279(1) tal-Kodiċi Kriminali “Kull persuna li tidħol fil-pajjiż jew toħroġ minnu billi taqsam il-fruntiera mingħajr awtorizzazzjoni mis-servizz tal-Gvern responsabbli jew ikollha din l-awtorizzazzjoni iżda taqsam il-fruntiera f'post mhux intiż għal dan l-iskop hija soġġetta għall-piena ta' priġunerija sa ħames snin u għal multa li ma tkunx anqas minn mitt lev u mhux aktar minn tliet mitt lev”.

Li tkun reċidiv huwa ċirkostanza aggravanti. Fil-każ ta' reċidiv ir-reat għandu piena ta' priġunerija minn sena sa sitt snin u multa minn mitt lev sa tliet mitt lev.

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Ir-Repubblika Ċeka introduċiet fil-leġiżlazzjoni tagħha penali għall-qsim tal-fruntiera mhux awtorizzat f'postijiet li ma jkunux punti tal-qsim tal-fruntiera jew f'ħinijiet li ma jkunux il-ħinijiet tal-ftuħ stabbiliti. Dawn il-penali huma elenkati fi § 157 Nru ta' l-Att 326/1999 Coll., dwar il-Waqfien ta' Frustieri fit-Territorju tar-Repubblika Ċeka.

§ 157

(1)   Frustier jagħmel reat jekk huwa/hija:

a)

jaqsam/taqsam il-fruntiera ta' l-istat f'post li ma jkunx punt tal-qsim tal-fruntiera;

b)

juża/tuża ħażin dokument tas-safar (§ 108) maħruġ għal frustier ieħor jew dokument tas-safar maħruġ skond regolament legali speċjali (dispożizzjonijiet,21);

c)

jevita/tevita l-kontroll tar-residenza jew il-verifika fuq il-fruntiera;

n)

jaqsam/taqsam il-fruntiera ta' l-istat minn punt tal-qsim tal-fruntiera f'ħinijiet li ma jkunux il-ħinijiet tal-ftuħ stabbiliti jew b'mod li jikkonfliġġi ma' l-għan tal-punt tal-qsim tal-fruntiera;

(2)   Penali ta' mhux aktar minn 10 000 CZ kroni tista' tiġi imposta għal kwalunkwe mir-reati speċifikati fis-subartikolu (1)(a) sa (1)(e); penali ta' mhux aktar minn 5 000 CZK tista' tiġi imposta għal kwalunkwe mir-reati speċifikati fis-subartikolu (1)(f) sa (1)(n); u penali ta' mhux aktar minn 3 000 CZK tista' tiġi imposta għal kwalunkwe mir-reati speċifikati fis-subartikolu (1)(o) sa (1)(w).

ID-DANIMARKA

Taħt l-Artikolu 38(3) ta' l-Att dwar il-Frustieri, id-dħul f'pajjiż u t-tluq minn pajjiż li ma jkunx aċċeda għall-Ftehim ta' Schengen jistgħu b'mod ġenerali jsiru biss f'punti tal-qsim tal-fruntiera matul il-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom.

Taħt il-punt 1 ta' l-Artikolu 59(1), frustier li jidħol mingħajr ma jgħaddi mill-kontroll tal-passaporti jew f'ħin li ma jkunx fil-ħinijiet tal-ftuħ tal-punt tal-qsim tal-fruntiera huwa soġġett għal multa jew priġunerija ta' mhux aktar minn 6 xhur.

IL-ĠERMANJA

Art. 98 (3)(2) b'rabta ma'. l-Art. 13(1) u l-Art. 98(5) tal-Liġi ta' reżidenza.

Art. 98 – Dispożizzjonijiet dwar multi

(1)   Ikun ħati ta' kontravenzjoni minn jikkommetti negliġenza fir-rigward ta' dak li hu stipulat fl-Artikolu 95(1)(1) 95 (2), jew (2)(1)(b).

(2)   Ikun ħati ta' kontravenzjoni min

1.

ma jippreżentax prova skond l-Art. 4(5)(1),

2.

ma jippreżentax ruħu għall-kontrolli tal-fruntiera tal-pulizija skond l-Art. 13(1)(2), jew inkella

3.

ma jurix, ma jippreżentax, ma jagħtix f'idejn, jew ma jippreżentax fil-ħin, ċertifikat jew dokument imsemmi fl-Art. 48(1) jew (3).

(3)   Ikun ħati ta' kontravenzjoni min intenzjonalment jew inkella bi traskuraġni

1.

jikser ordni infurzabbli skond l-Art. 12(2) jew l-Art. 4 jew ma josservax limitazzjoni territorjali skond l-Art. 54a(2) jew l-Art. 61(1)(1),

2.

jidħol jew joħroġ mill-pajjiż f'kull post ieħor barra minn punt awtorizzat għall-qsim jew barra l-ħinijiet iffissati tal-ftuħ jew min ma jkollux passaport jew dokument ta' l-ivvjaġġar maħruġ minflok passaport, bi ksur ta' l-Art. 13(1),

3.

jikser ordni infurzabbli maħruġa skond l-Art. 46(1), l-Art. 54a(1)(2) jew (3) jew l-Art. 61 (1)(2),

3a.

ma jirreġistrax, jirreġistra ħażin jew idum biex jirreġistra, bi ksur ta' l-Art. 54a(1)(1),

4.

ma jissottomettix applikazzjoni li tkun meħtieġa skond l-Art. 80(4) jew

5.

ma josservax obbligi legali skond l-Art. 99(1)(7) jew (10) fejn għandhom x'jaqsmu ma' multi f'każ speċifiku.

(4)   Kull attentat ta' twettiq ta' kontravenzjoni msemmija fil-paragrafi 2(2) u 3(2) tiġi wkoll ikkastigata.

(5)   Il-kontravenzjonijiet skond il-paragrafu 2(2) għandhom ikunu punibbli b'multa ta' mhux aktar minn EUR 5 000, skond il-paragrafi 1 u 2(1) u (3) u l-paragrafu 3(2) b'multa ta' mhux aktar minn EUR 3 000 u fil-każijiet l-oħra kollha b'multa ta' mhux aktar minn EUR 1 000.

(6)   Dan kollu mingħajr preġudizzju għall-Art. 31(1) tal-Konvenzjoni dwar l-Istat ta' Refuġjat.

Art. 13 – Qsim tal-Fruntiera

(1)   Id-dħul fit-territorju Federali u l-ħruġ minnu huwa permess biss fil-postazzjonijiet approvati ta' fejn tinqasam il-fruntiera, u fil-ħinijiet stabbiliti, sakemm minħabba regolamenti oħra, jew ftehimiet konklużi bejn l-istati, jkunu permessi eċċezzjonijiet. Iċ-ċittadini barranin għandhom l-obbligu li fil-mument tad-dħul u tal-ħruġ ikollhom magħhom passaport jew dokument li jservi minfloku, skond l-Artikolu 3(1), u juruh fil-mument meta jsiru l-kontrolli tal-pulizija fuq dawk li jkunu qed jaqsmu l-fruntiera.

(2)   F'postazzjoni fejn hu approvat li tinqasam il-fruntiera, ċittadin barrani jkun meqjus li daħal meta jkun qasam il-fruntiera u jkun għadda mill-postazzjoni. Ma jkunx meqjus li daħal fis-sens tal-para. 1 hawn fuq, jekk l-awtoritajiet li jkunu inkarigati mill-kontroll ta' dawk li jkunu qed jaqsmu l-fruntiera jħallu, qabel deċiżjoni dwar jekk dan għandux jintbagħat lura (para. 15 ta' din il-liġi, para. 18, 18a tal-liġi dwar l-ażil), liċ-ċittadin barrani, għal xi skop partikolari minħabba pproċessar, passi ta' sigurtà jew it-twettiq ta' dawn il-miżuri jgħaddi, sakemm ikun għad fadlilhom il-possibbiltà li jikkontrollaw il-waqfa taċ-ċittadin barrani. Barra minn dan il-każ, ċittadin barrani jitqies li jkun daħal fit-territorju Federali, meta jkun qasam il-fruntiera.

L-ESTONJA

Il-qsim illegali ta' fruntiera ta' l-Istat jew linja temporanja tal-fruntiera tar-Repubblika ta' l-Estonja huwa punibbli skond l-Artikolu 258 tal-Kodiċi Penali (pubblikat fir-Riigi Teataja (Gazzetta ta' l-Istat) I 2001, 61, 364; 2007, 2, 7).

Il-Kodiċi Penali

§ 258. Il-qsim illegali tal-fruntiera ta' l-Istat jew linja temporanja tal-fruntiera tar-Repubblika ta' l-Estonja

(1)   Il-qsim illegali tal-fruntiera ta' l-Istat jew linja temporanja tal-fruntiera tar-Repubblika ta' l-Estonja, jekk magħmul:

1)

b'mod kuntrarju għal sinjal ta' waqfien jew ordni mogħti minn uffiċjal tal-Gwardja tal-Fruntiera;

2)

minn grupp;

3)

b'mezz tat-trasport f'post mhux intiż għall-qsim;

4)

u piena għal reat (misdemeanour) tkun ġiet imposta fuq l-imputat għall-istess att huwa punibbli b'piena ta' ħlas ta' flus jew bi priġunerija li ma tkunx aktar minn sena.

(2)   L-istess att, jekk magħmul:

1)

bl-użu ta' vjolenza, jew

2)

bi ħsara serja lis-saħħa;

huwa punibbli bi priġunerija minn erba' snin sa tnax-il sena.

Għall-ksur tar-reġim tal-fruntiera kif ukoll għall-qsim illegali tal-fruntiera ta' l-Istat jew linja temporanja tal-fruntiera tar-Repubblika ta' l-Estonja l-pieni huma stipulati permezz ta' l-Artikoli 17 (1) sa 17 (2) ta' l-Att dwar il-Fruntieri ta' l-Istat (pubblikat fir-Riigi Teataja (Il-Gazzetta ta' l-Istat) I 1994, 54, 902; 2006, 26, 191):

§ 17. Ksur tar-reġim tal-fruntiera

Il-ksur tar-reġim tal-fruntiera huwa punibbli b'multa sa 200 fine units.

§ 17. Il-qsim illegali tal-fruntiera ta' l-Istat jew ta' linja temporanja tal-fruntiera tar-Repubblika ta' l-Estonja

Il-qsim illegali tal-fruntiera ta' l-Istat jew ta' linja temporanja tal-fruntiera tar-Repubblika ta' l-Estonja huwa punibbli b'multa sa 200 unità.

IL-GREĊJA

L-Artikolu 83 tal-Liġi 3386/2005 jipprovdi għall-impożizzjoni ta' penali għall-qsim illegali ta' fruntieri. Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jidħlu jew jippruvaw jidħlu fit-territorju tal-Greċja mingħajr ma' jkunu konformi mal-formalitajiet legali huma soġġetti għall-piena ta' priġunerija ta' tliet xhur bħala minimu u multa ta' EUR 1 500.

SPANJA

Il-liġi Spanjola tirregola dawn is-sitwazzjonijiet u tipprovdi għall-pieni xierqa fit-testi li ġejjin.

1)   Ċittadini frustieri miżmuma meta jkunu qed jippruvaw jidħlu fil-pajjiż b'mod illegali f'punt mhux awtorizzat tal-qsim tal-fruntiera jew f'ħinijiet li ma jkunux dawk tal-ftuħ stabbiliti

F'dawn is-sitwazzjonijiet, l-Artikolu 58 tal-Liġi Organika 14/2003 ta' l-20 ta' Novembru 2003 li temenda l-Liġi Organika 4/2000 tal-11 ta' Jannar 2000 dwar id-drittijiet u l-libertajiet ta' ċittadini frustieri fi Spanja u l-integrazzjoni soċjali tagħhom, kif emendata mil-Liġi Organika 8/2000 tat-22 ta' Diċembru 2000, jipprovdi għal qafas legali ta' refoulement; dan huwa meqjus li jkun il-penali applikabbli għal sitwazzjonijiet li fihom ċittadini frustieri jippruvaw jidħlu fil-pajjiż b'mod illegali skond it-tifsira ta' l-Article 157 1(B) tad-Digriet Irjali 2393/2004, jiġifieri, ċittadini frustieri misjuba fuq il-fruntiera jew viċin il-fruntiera.

Ir-refoulement ta' ċittadini frustieri tikkonsisti fit-treġġigħ lura tal-persuni kkonċernati lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom jew lejn il-pajjiż minn fejn ġew, bl-użu ta' proċedura amministrattiva li hija differenti u aktar mgħaġġla minn dik użata għad-deportazzjoni.

2)   Ċittadini frustieri li jkunu daħlu b'mod illegali fil-pajjiż u jiġu misjuba fit-territorju Spanjol

Taħt l-Artikolu 53 tal-Liġi Organika 14/2003, dan huwa reat punibbli bid-deportazzjoni mit-territorju Spanjol, skond l-Artikolu 57 ta' l-istess liġi.

FRANZA

Il-leġiżlazzjoni Franċiża dwar dawk is-sanzjonijiet hija pprovduta taħt l-Artikoli L. 621-1 u L.621-2 u R. 621-1 tas-CEDESA (Code de l'entrée et du séjour des étrangers et du droit d'asile), li b'mod ġenerali hija intiża għall-każ taċ-ċittadin ta' pajjiż terz li ma jkunx ikkonforma mal-kundizzjonijiet tad-dħul u l-waqfien fit-territorju Franċiż.

Dawk l-Artikoli jipprovdu għal piena ta' priġunerija ta' sena u multa ta' EUR 3 750. Barra minn hekk, il-frustier li jinstab ħati jista' jkun soġġett għal interdizzjoni tat-territorju għal żmien massimu ta' sena.

L-ITALJA

L-Artikolu 1 tal-liġi ta' l-24 ta' Lulju 1930 Nru 1278, jimponi piena fuq kull min, sabiex jevita l-kontrolli, jitlaq mill-pajjiż minn post li ma jkunx punt awtorizzat tal-qsim tal-fruntiera b'“sanzjoni” unika, u dan minkejja li jkollu fil-pussess tiegħu passaport jew dokument ekwivalenti.

Il-liġi Nru 1185/67 li tirregola l-ħruġ ta' passaporti tipprovdi fl-Artikolu 24, sanzjonijiet amministrattivi għal kull min jitlaq mit-territorju nazzjonali mingħajr passaport jew dokument ekwivalenti validu (espatrijazzjoni klandestina).

Dan l-Artikolu jipprovdi wkoll żewġ ċirkostanzi aggravanti:

espatrijazzjoni mingħajr dokumenti validi jekk il-passaport ikun ġie miċħud jew irtirat;

espatrijazzjoni mingħajr dokumenti validi jekk il-persuna ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet għall-espatrijazzjoni, punibbli b'arrest jew sanzjoni amministrattiva.

ĊIPRU

L-Artikolu 19(2) tal-Liġi dwar il-Frustieri u l-Immigrazzjoni (L.178 (I)/2004), Kap. 105, jipprovdi li kull immigrant li jidħol b'mod mhux awtorizzat fir-Repubblika ta' Ċipru jkun ħati ta' reat u jkun soġġett għall-priġunerija għal żmien li ma jkunx aktar minn tliet snin jew għal multa li ma tkunx aktar minn ħamest elef lira Ċiprijotta jew għall-priġunerija u l-multa flimkien, sakemm ma jġibx provi:

(a)

li huwa daħal b'mod legali fir-Repubblika qabel il-bidu ta' l-applikazzjoni ta' din il-Liġi,

(b)

li, wara li jkun daħal fir-Repubblika bl-ajru u billi ma jkunx persuna li qabel kien instab li huwa immigrant projbit, huwa kien fil-proċess li jippreżenta lilu nnifsu lill-uffiċjal ta' l-immigrazzjoni l-aktar qrib,

(c)

li għandu liċenzja jew permess mogħti taħt din il-Liġi jew kwalunkwe Regolamenti magħmula taħt l-istess Liġi jew Liġi oħra, sabiex jibqa' fir-Repubblika, jew

d)

li, wara l-iskadenza jew ir-revoka tal-liċenzja jew il-permess tiegħu, ma kellux opportunità raġonevoli sabiex jitlaq mir-Repubblika.

IL-LATVJA

L-Artikolu 194 tal-Kodiċi dwar Reati Amministrattivi tar-Repubblika tal-Latvja jipprevedi, li għall-ksur tar-reġim tal-fruntiera ta' l-Istat, iż-żona tal-fruntiera, il-kontroll tal-fruntiera jew tal-punt tal-qsim tal-fruntiera hemm imposta multa f'ammont li ma jkunx aktar minn 150 lats (LVL) jew tista' tiġi applikata kustodja amministrattiva sa 15-il jum.

Għall-qsim illegali intenzjonat tal-fruntiera ta' l-Istat hemm imposta multa minn 50 sa 250 lats (LVL).

L-Artikolu 284 tal-Liġi Kriminali tar-Repubblika tal-Latvja jiddetermina li għal persuna li intenzjonalment taqsam b'mod illegali l-fruntiera ta' l-Istat, jekk fi żmien sena jerġa' jseħħ dan l-għemil, is-sentenza applikabbli tkun it-tneħħija tal-libertà għal terminu ta' żmien li ma jkunx aktar minn tliet snin, jew arrest kustodjali, jew multa li ma tkunx akbar minn sittin darba l-paga mensili minima.

IL-LITWANJA

Is-sanzjonijiet dwar il-qsim illegali tal-fruntiera jvarjaw minn LTL 250 sa LTL 500 jew sa sentejn priġunerija skond id-diffikultà tar-reat.

Jekk il-qsim illegali tal-fruntiera ta' l-Istat ikun marbut mad-dħul illegali ta' bnedmin is-sanzjonijiet jistgħu jitilgħu sa għaxar snin priġunerija skond id-diffikultà tar-reat.

Estratt mill-Kodiċi dwar Reati Amministrattivi tar-Repubblika tal-Litwanja

L-Artikolu 205(2). Qsim illegali tal-fruntiera ta' l-Istat b'negliġenza

Multa minn 250 Litas sa 500 Litas hija imposta għall-qsim illegali tal-fruntiera b'negliġenza.

Estratti mill-Kodiċi Penali

L-Artikolu 291. Qsim illegali tal-fruntiera ta' l-Istat

1.   Persuna, li tkun qasmet b'mod illegali l-fruntiera ta' l-Istat għandha tiġi punita b'multa, jew b'arrest, jew bi priġunerija sa sentejn.

2.   Frustier, li jkun daħal fir-Repubblika tal-Litwanja b'mod illegali bil-ħsieb li japplika għall-ażil, għandu jiġi eżentat mir-responsabbiltà kriminali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.   Frustier, li jkun għamel att kontemplat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bil-ħsieb li jidħol b'mod illegali f'pajjiż terz mit-territorju tar-Repubblika tal-Litwanja, għandu jiġi eżentat mir-responsabbiltà kriminali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jekk skond l-ordni stabbilit huwa jitneħħa/hija titneħħa mir-Repubblika tal-Litwanja għall-pajjiż li mit-territorju tiegħu huwa jkun qasam/hija tkun qasmet b'mod illegali l-fruntiera ta' l-Istat tar-Repubblika tal-Litwanja, jew għall-pajjiż li tiegħu huwa/hija ċittadin/a.

L-Artikolu 292. It-traffikar illegali ta' persuni mill-fruntiera ta' l-Istat

1.   Persuna, li ttrasportat b'mod illegali frustier mingħajr post permanenti ta' residenza fir-Repubblika tal-Litwanja mill-fruntiera ta' l-Istat tar-Repubblika tal-Litwanja, jew ittrasportat jew laqgħet frustier, li qasam b'mod illegali l-fruntiera ta' l-Istat tar-Repubblika tal-Litwanja, fit-territorju tar-Repubblika tal-Litwanja, hija punita b'multa, jew b'arrest, jew bi priġunerija sa sitt snin.

2.   Piena ta' priġunerija sa tmien snin għandha tiġi imposta fuq persuna li għamlet l-att imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għal raġunijiet immorali jew jekk l-att ipperikola l-ħajja.

3.   Piena ta' priġunerija minn erba' snin sa għaxar snin hija imposta fuq persuna għall-organizzazzjoni ta' l-atti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

4.   Persuna ġuridika għandha tkun responsabbli għall-atti stipulati f'dan l-Artikolu.

IL-LUSSEMBURGU

Peress li l-unika fruntiera esterna tal-Lussemburgu hija l-ajruport, il-Lussemburgu ma ppreveda ebda sanzjonijiet f'dan ir-rigward.

L-UNGERIJA

Persuni li jidħlu fit-territorju nazzjonali b'mod illegali jagħmlu reat amministrattiv.

Espulsjoni u projbizzjoni tad-dħul u l-waqfien jew projbizzjoni indipendenti tad-dħul u l-waqfien jistgħu jiġu ordnati bħala sanzjoni amministrattiva fil-proċedura tal-kontroll tal-frustieri kontra frustier li kiser jew ipprova jikser ir-regoli tad-dħul u l-ħruġ.

Barra minn hekk, multa b'massimu ta' HUF 100 000 tista' tiġi imposta mill-awtorità li tittratta r-reati amministrattivi fuq frustier li jaqsam il-fruntiera ta' l-Istat tar-Repubblika ta' l-Ungerija mingħajr awtorizzazzjoni jew b'mod mhux awtorizzat. Aktar minn hekk is-soġġorn ta' frustier imkeċċi fit-territorju ta' l-Ungerija mingħajr permess jikkwalifika bħala reat (misdemeanour) punibbli bi priġunerija sa sena taħt il-liġi kriminali tagħna.

Leġiżlazzjoni msemmija:

L-Att XXXIX ta' l-2001 dwar id-Dħul u l-Waqfien ta' Frustieri (minn issa 'l quddiem: ESF Entry and Stay of Foreigners), Artikolu 32, Subartikolu 2, Punt a);

L-Att IV ta' l-1978 dwar il-Kodiċi Kriminali (minn issa 'l quddiem: CrC), Artikolu 214;

Id-Digriet Governattiv Nru 218/1999 dwar Reati Amministrattivi, Artikolu 22, Subartikolu 1.

Persuni, li huma involuti, li jgħinu/jiffaċilitaw id-dħul/il-ħruġ illegali jkunu qed jagħmlu reat kriminali.

Il-faċilitar tal-qsim tal-fruntiera mhux awtorizzat huwa reat u huwa punibbli bi priġunerija sa 3 snin.

Il-piena tkun sa ħames snin priġunerija jekk il-faċilitatur jaġixxi għal gwadann finanzjarju jew jiffaċilita aktar minn persuna waħda.

Il-piena tkun 2 sa 8 snin ta' priġunerija jekk il-faċilitatur juża trattament inuman jew jekk il-faċilitatur ikun armat jew jekk il-faċilitatur jipprovdi għajnuna għall-qsim illegali tal-fruntiera b'mod simili għal attività kummerċjali.

Il-preparazzjoni għall-faċilitazzjoni tal-qsim illegali tal-fruntiera hija wkoll reat u hija punibbli bi priġunerija sa sentejn.

Espulsjoni għall-finijiet tal-kontroll tal-frustieri għandha tiġi ordnata kontra l-frustier li jorganizza jew jiffaċilita d-dħul jew il-ħruġ illegali (il-qsim tal-fruntiera) jew il-waqfien illegali ta' persuni jew gruppi jew ikun involut fit-traffikar ta' persuni; barra minn hekk, espulsjoni għall-finijiet tal-kontroll tal-frustieri tista' tiġi ordnata kontra frustier li d-dħul u l-waqfien tiegħu jiksru jew ikunu ta' theddida għas-sigurtà pubblika.

Leġiżlazzjoni msemmija:

CrC l-Artikolu 218, Traffikar ta' Persuni.

MALTA

Huwa pertinenti li jiġi nnotat li l-Artikolu 5(1) ta' l-Att dwar l-Immigrazzjoni (Kap. 217) jispeċifika li:

“Kull persuna, li tkun waħda li ma jkollhiex id-dritt ta' dħul, jew ta' dħul u residenza, jew ta' moviment jew tranżitu taħt it-Taqsimiet preċedenti, tista' tiġi rifjutata milli tidħol, u jekk hija tiżbarka jew tkun qiegħda f'Malta mingħajr il-permess ta' l-Uffiċjal Prinċipali ta' l-Immigrazzjoni, hija tkun immigrant projbit.”

Barra minn hekk, l-Artikolu 32 ta' l-Att dwar l-Immigrazzjoni jipprovdi:

“Kull persuna li tikser xi dispożizzjoni ta' dan l-Att li dwarha mhux stabbilit reat taħt xi Artikolu ieħor ta' dan l-Att tkun ħatja ta' reat u teħel, meta tinstab ħatja mill-Qorti tal-Maġistrati, multa ta' mhux iżjed minn ħamest elef lira Maltija jew priġunerija għal żmien ta' mhux aktar minn sentejn jew dik il-multa u priġunerija flimkien, kemm-il darba mhix stabbilita għal dak ir-reat piena akbar b'liġi oħra.”

L-OLANDA

L-Artikolu 108(1) ta' l-Att dwar il-Frustieri flimkien ma' l-Artikolu 46(2) jispeċifikaw li l-ksur jew l-aġir kuntrarja għar-rekwiżit huwa punibbli b'massimu ta' sitt xhur priġunerija jew multa tal-kategorija numru 2. Il-multi fil-kategorija numru 4 huma sa massimu ta' 16 750 EUR.

Ir-rekwiżit li l-qsim tal-fruntiera jsir f'punt tad-dħul tal-fruntiera jista' jinstab fl-Artikolu 4.4, Digriet dwar il-Frustieri [Vreemdelingenbesluit].

L-Artikolu 108(1), (2) u (3), l-Att dwar il-Frustieri 2000

1.

Il-ksur ta' kundizzjoni stabbilita taħt jew skond l-Artikoli 5.1, 5.2, 46.2 (preambolu u fil-b), u l-azzjoni li tikkonfliġġi ma' l-Artikolu 56.1, l-azzjoni li tikkonfliġġi ma' obbligu impost taħt jew permezz ta' l-Artikolu 6.1, 54, 55, 57.1 58.1, jew 65.3 huma punibbli b'massimu ta' sitt xhur priġunerija jew piena ta' ħlas ta' flus fil-kategorija numru 2.

2.

Il-ksur ta' kundizzjoni imposta taħt jew permezz ta' l-Artikolu 4.1 jew 4.2 huwa punibbli b'massimu ta' sitt xhur priġunerija jew penali ta' ħlas ta' flus fil-kategorija numru 4.

3.

L-infrazzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 huma meqjusa bħala reati.

L-AWSTRIJA

Mingħajr ħsara għall-eċċezzjonijiet ipprovduti fil-paragrafu (2) jew għall-obbligi tagħhom tal-protezzjoni internazzjonali, l-Artikolu 4(3) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen jirrikjedi li l-Istati Membri jintroduċu penali, skond il-liġi nazzjonali tagħhom, għall-qsim mhux awtorizzat ta' fruntieri esterni f'postijiet li ma jkunux il-punti tal-qsim tal-fruntiera jew f'ħinijiet li ma jkunux dawk tal-ftuħ stabbiliti. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi.

§ 120 ta' l-Att Federali Awstrijak dwar il-ħatra ta' pulizija tal-frustieri, il-ħruġ ta' dokumenti għall-frustieri u l-ħruġ ta' dokumenti ta' dħul (l-Att dwar il-Pulizija tal-Frustieri 2005 – FPG), Il-Gazzetta tal-Liġi Awstrijaka Federali Nru I 100/2005

Residenza mhux awtorizzata

(1)   Kull ċittadin frustier li

1.

jidħol fit-territorju tar-Repubblika Federali ta' l-Awstrija b'mod illeġittimu jew

2.

jibqa' fit-territorju tar-Repubblika Federali ta' l-Awstrija b'mod illeġittimu, jagħmel reat amministrattiv u jkun soġġett għal piena finanzjarja sa EUR 2 180 jew, fil-każ li din ma titħallasx, għal priġunerija sa tliet ġimgħat. Il-punt tad-dħul jew l-aħħar post magħruf tar-residenza għandu jiġi meqjus bħala l-post fejn ikun sar ir-reat; fejn id-dħul isir permezz ta' trasport pubbliku, dan għandu jkun fil-punt ta' l-inżul l-aktar qrib, fejn skond l-iskeda tal-kumpannija tat-trasport ikun possibbli li wieħed jinżel mill-mezz tat-trasport pubbliku.

(2)   Kull min iwettaq ir-reat skond il-paragrafu (1) għalkemm huwa jkun/hija tkun diġà ġie punit/ġiet punita b'effett finali u li jorbot għal reat simili, għandu jkun/għandha tkun soġġetta għall-multa sa EUR 4 360 jew, fin-nuqqas tal-ħlas tagħha, sa sitt ġimgħat priġunerija.

(3)   Ma jkunx hemm reat amministrattiv skond il-paragrafi (1) (2),

1.

jekk ikun possibbli l-ħruġ mill-pajjiż għal pajjiż ieħor li għalih id-deportazzjoni hija biss mhux permessa (§ 50);

2.

jekk il-frustier ikun ingħata sospensjoni tad-deportazzjoni;

3.

fil-każijiet ta' residenza temporanja ta' ċittadin benefiċjarju ta' stat terz mingħajr viża jew

4.

meta l-frustier/a jitlef/titlef il-libertà personali tiegħu/tagħha.

(4)   Is-sanzjoni skond (1) (2) għandha teskludi l-istess fir-rigward tar-reat amministrattiv magħmul skond (1) (1) fl-istess ħin.

(5)   Reat amministrattiv skond (1) ma jkunx jirriżulta jekk il-frustier ikun għamel talba għall-protezzjoni internazzjonali u huwa jkun ġie/hija tkun ġiet rikonuxxut/a li jkollu/jkollha d-dritt għall-ażil jew li jkun/tkun intitolat/a għall-protezzjoni sussidjarja fl-Awstrija. Il-proċedura tal-penali amministrattiva għandha tiġi sospiża sakemm tkun għaddejja l-proċedura ta' l-ażil.

§ 16 l-Att Awstrijak Federali li jirregola l-mod kif isiru l-kontrolli tal-passaporti fil-punti tal-qsim tal-fruntiera (l-Att dwar il-Kontrolli tal-Fruntiera – GrekoG), Federal Austrian Law Gazette 1996/435 fil-verżjoni tal-Gazzetta tal-Liġi Awstrijaka Federali 2004/151:

Dispożizzjonijiet kriminali

(1)   Kull persuna li

1.

tneħħi, taħbi jew temenda waħda mis-sinjali pprovduti f'§ 5 mingħajr awtorizzazzjoni jew

2.

taqsam il-fruntiera bi ksur ta' l-ispeċifikazzjoni stipulata f'§ 10 jew

3.

bħala parti soġġetta għall-kontrolli tal-fruntiera, tevadi l-kontrolli tal-fruntiera jew

4.

tintendi tagħmel jew tagħmel qsim tal-fruntiera li jkun soġġett għall-kontrolli tal-fruntiera u ma ssegwix dawk ir-rotot provduti għall-qsim tal-fruntiera jew

5.

minkejja tfakkira, tirrifjuta li tipprovdi informazzjoni dwar jekk hija tkunx għamlet jew intendiet li tagħmel qsim tal-fruntiera jew tipprovdi din l-informazzjoni b'mod mhux veritjer jew

6.

minkejja talba sabiex tadempixxi, tonqos milli tikkonforma ma' arranġament skond § 11(2)(3) u għalhekk tkun responsabbli għal tfixkil fil-kontrolli tal-fruntiera jew għal dewmien għal mod ta' trasport li jopera skond l-iskeda tal-ħin,

kemm-il darba l-att ma jkunx jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' reat kriminali li jaqa' fil-kompetenza tal-qrati jew ikun soġġett taħt speċifikazzjoni legali differenti għall-penali ta' l-istess severità jew severità akbar, tkun ħatja ta' reat amministrattiv u tkun soġġetta għal sanzjoni mill-awtoritajiet amministrattivi reġjonali jew, fl-isfera lokali ta' l-influwenza ta' awtorità tal-pulizija federali, għal piena fil-forma ta' multa sa EUR 2 180 jew għal terminu ta' priġunerija sa sitt ġimgħat. Minbarra l-każi fil-5 u s-6, l-intenzjoni hija soġġetta għal sanzjoni.

(2)   (1) (5) ma japplikawx jekk il-parti soġġetta għall-obbligu sabiex tipprovdi informazzjoni tirrifjuta li tipprovdi informazzjoni jew tipprovdi din l-informazzjoni b'mod inveritjer peress li altrimenti hija tinkrimina lilha nnifisha fir-rigward ta' reat punibbli.

IL-POLONJA

Fil-Polonja dawn il-penali huma introdotti u speċifikati fl-Artikolu 264 tal-Kodiċi Penali tal-Polonja. Dawn huma penali li jikkonċernaw persuni li jkunu qasmu b'mod illegali l-fruntiera tal-Polonja.

Dawn il-persuni jistgħu jiġu puniti bi tliet modi differenti: multa, restrizzjoni tal-libertà jew priġunerija sa sentejn.

Jekk persuna taqsam b'mod illegali l-fruntiera tal-Polonja bl-użu ta' vjolenza, theddid, tqarriq jew b'kooperazzjoni ma' persuni oħra, din tkun soġġetta għal piena ta' priġunerija sa tliet snin.

Jekk persuna torganizza qsim illegali tal-fruntiera, din tkun soġġetta għal piena minn sitt xhur sa tmien snin.

IL-PORTUGALL

L-Artikolu 9 tal-Liġi-Digriet 244/98 tat-8 ta' Awwissu 1998 li jistipula li “Kull min jidħol fit-territorju Portugiż jew joħroġ minnu għandu jagħmel dan bl-użu tal-punti tal-qsim tal-fruntiera maħsuba għal dan l-iskop u matul il-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom, mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet dwar il-moviment ħieles ta' persuni pprovduti fil-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta' Schengen”.

L-Artikolu 136(1) ta' l-istess Liġi-Digriet jistipula li “id-dħul ta' frustieri fit-territorju Portugiż bi ksur ta' l-Artikolu 9 huwa meqjus kontra l-liġi”.

L-Artikolu 148 (2) jistipula li “in-nuqqas ta' konformità ma' l-Artikolu 9 huwa punibbli b'multa minn EUR 200 sa EUR 400”.

IR-RUMANIJA

L-Art. 70, al.1 tal-GEO Nru 105/2001 dwar il-fruntiera ta' l-Istat tar-Rumanija jistipula li:

“Id-dħul fil-pajjiż u l-ħruġ minnu permezz ta' qsim illegali tal-fruntiera jirrappreżenta reat punibbli bi priġunerija minn 3 xhur sa sentejn.

Fejn l-att imsemmi hawn fuq jitwettaq bil-għan ta' ħarba minn korrezzjoni, l-att ikun punibbli bi priġunerija minn 6 xhur sa 3 snin. It-tentattiv li jitwettqu r-reati previsti huwa punibbli wkoll.”

IS-SLOVENJA

Id-dħul fir-Repubblika tas-Slovenja huwa meqjus illegali jekk il-frustieri:

jidħlu fil-pajjiż minkejja li d-dħul tagħhom ikun ġie rifjutat;

jevadu l-kontroll tal-fruntiera;

jużaw dokument tas-safar jew dokument ieħor meħtieġ għad-dħul li jkun falsifikat jew b'xi mod ieħor modifikat, jew jekk jagħtu informazzjoni falza lill-korpi tal-kontroll tal-fruntiera (l-Article 11 Ztuj).

Multa ta' bejn SIT 20 000 u 100 000 (EUR 83,46 u 417,29) tiġi imposta fuq frustieri li jagħmlu reat billi jidħlu b'mod illegali fir-Repubblika tas-Slovenja (l-Artikolu 98 Ztuj).

Multa b'minimu ta' SIT 100 000 (EUR 417,29) tiġi imposta fuq persuni naturali li jagħmlu reat billi jaqsmu il-fruntiera ta' l-Istat f'post li ma jkunx punt tal-qsim tal-fruntiera jew b'mod kuntrarju għall-użu maħsub tal-punt tal-qsim tal-fruntiera, barra mill-ħinijiet operattivi jew miż-żona tal-punt tal-qsim tal-fruntiera (l-Artikolu 43(1), it-tielet inċiż, l-Att dwar il-Kontroll tal-Fruntiera ta' l-Istat, Ur. l. RS No 20/2004).

L-għajnuna lil frustieri fid-dħul, tranżitu jew residenza mhux awtorizzat

Persuni li jgħinu lil frustier jew jagħmluha possibbli li frustier jidħol, jirrisjedi jew jgħaddi mit-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja ma jistgħux jaġixxu b'mod kuntrarju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Att li jistipulaw il-kundizzjonijiet tad-dħul, ir-residenza jew it-tranżitu ta' frustieri mit-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja (l-Artikoli 13a sa 13b Ztuj).

Persuni li jgħinu lil frustieri jew jagħmulha possibbli li frustieri jidħlu, jgħaddu jew jirrisjedu fit-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja b'mod kuntrarju għall-paragrafu preċedenti, jew li jippruvaw jagħmlu dan, ikunu soġġetti għal multa ta' bejn SIT 100 000 u 240 000 (EUR 417,20 u 1 001,5).

Entitajiet ġuridiċi li jagħmlu ksur kif speċifikat hawn fuq ikunu soġġetti għal multa bejn SIT 500 000 u 1 000 000 (EUR 2 086,46 u EUR 4 172,93) u l-persuna responsabbli ta' l-entità ġuridika għal multa bejn SIT 150 000 u 300 000 (EUR 625,94 u 1 251,88).

IS-SLOVAKKJA

Skond l-Artikolu 76 ta' l-Att Nru 48/2002 Coll. dwar il-waqfien ta' frustieri, il-qsim mhux awtorizzat tal-fruntiera ta' l-Istat huwa meqjus bħala ksur li għalih tista' tiġi imposta multa sa SKK 50 000 (l-Artikolu 76(2)). Kull frustier li jkun daħal fit-territorju tar-Repubblika Slovakka mingħajr awtorizzazzjoni jiġi espult b'mod amministrattiv minn dipartiment tal-pulizija u jiġi rifjutat dħul mill-ġdid għal perjodu sa ħames snin, b'minimu ta' sena (l-Artikolu 57(1) ta' l-Att dwar il-waqfien ta' frustieri).

L-Att Nru 300/2005 Coll. (“Kodiċi Kriminali”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2006; l-Artikolu 354 ta' dan l-Att (qsim vjolenti tal-fruntieri ta' l-Istat) jistipula li “Kull min jaqsam il-fruntiera ta' l-Istat bi vjolenza jew theddida ta' vjolenza immedjata għandu jiġi punit b'terminu ta' priġunerija ta' bejn tliet snin u tmien snin.”

L-Artikolu 357 tal-Kodiċi Kriminali jistipula li “Kull min jidħol fit-territorju tar-Repubblika Slovakka b'mezz tat-trasport ta' l-ajru bi ksur tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-titjiriet internazzjonali għandu jiġi punit b'terminu ta' priġunerija ta' bejn sitt xhur u tliet snin.”

L-Artikolu 355 tal-Kodiċi Kriminali jipprovdi għal piena li għandha tiġi imposta fuq persuni li jagħmlu r-reat tat-traffikar tal-persuni:

Kull min jorganizza qsim mhux awtorizzat tal-fruntiera ta' l-Istat ikun punit bi terminu ta' priġunerija ta' bejn sena u ħames snin (l-Artikolu 355(1));

Kull min jorganizza qsim mhux awtorizzat tal-fruntiera ta' l-istat bil-ħsieb li jikseb gwadann finanazjarju jew gwadann materjali ieħor jew kull min jipproduċi, jipprokura, jipprovdi jew ikollu dokument falz tas-safar jew dokument falz ta' l-identità għall-finijiet tal-qsim mhux awtorizzat tal- fruntiera ta' l-Istat ikun punit b'terminu ta' priġunerija ta' bejn tliet snin u tmien snin (l-Artikolu 355(2));

L-atti li għalihom il-piena imposta fir-rigward ta' l-atti ta' hawn fuq tista' tiġi miżjuda (sa għoxrin sena priġunerija) huma msemmija fl-Artikoli 355(3)-(5).

IL-FINLANDJA

Il-Kodiċi Penali tal-Finlandja (39/1889) u l-emendi tiegħu l-Artikolu 7 Reat tal-Fruntiera (563/1998) jispeċifika:

(1)   Persuna li:

(1)

taqsam il-fruntiera tal-Finlandja mingħajr passaport jew dokument tas-safar ieħor validu, jew altrimenti minn post li ma jkunx punt tat-tluq skond il-liġi jew għal post li ma jkunx punt tal-wasla skond il-liġi, jew b'mod kuntrarju għal projbizzjoni statutorja, jew tipprova tagħmel dan,

(2)

altrimenti tikser id-dispożizzjonijiet dwar il-qsim tal-fruntiera, jew

(3)

mingħajr permess għall-waqfien, tgħaddi jew altrimenti tagħmel miżuri projbiti fiż-żona tal-fruntiera, kif imsemmi fl-Att taż-Żona tal-Fruntiera (403/1947)

tingħata sentenza għal reat tal-fruntiera ta' multa jew priġunerija sa massimu ta' sena.

(2)   Frustier li jiġi rifjutat id-dħul jew li jiġi deportat bħala riżultat ta' l-att imsemmi fis-subartikolu 1 jew frustier li jfittex l-ażil jew japplika għal permess tar-residenza bħala refuġjat fil-Finlandja ma jingħatax sentenza għal reat tal-fruntiera. Frustier li jagħmel l-att imsemmi fis-subartikolu 1 minħabba il-fatt li huwa jkun ġie soġġett/hija tkun ġiet soġġetta għat-traffikar tal-bnedmin imsemmi fil-kapitolu 25(3) jew 25(3a) għandu wkoll ma jingħatax sentenza għal reat tal-fruntiera. (650/2004).

L-Artikolu 7a – Reat kontravvenzjonali tal-Fruntiera (756/2000)

(1)   Jekk ir-reat tal-fruntiera, minħabba ż-żmien qasir tal-waqfien jew tal-moviment mhux awtorizzat, in-natura ta' l-att projbit, jew iċ-ċirkostanzi l-oħra tar-reat, ikun wieħed żgħir meta evalwat b'mod globali, min jagħmel ir-reat jingħata sentenza għal reat kontravvenzjonali tal-fruntiera ta' multa.

(2)   Id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 7(2) japplikaw għall-atti msemmija fil-paragrafu (1).

L-IŻVEZJA

Il-pieni huma definiti fil-Kaptilou 20, § 4 ta' l-Att dwar il-Frustieri.

§ 4. Frustier li bil-ħsieb jaqsam fruntiera esterna skond it-tifsira tal-Ftehim ta' Schengen b'mod illeċitu jkun soġġett għal multa jew sentenza ta' piena kustodjali li ma tkunx aktar minn sena.

L-IŻLANDA

Dispożizzjoni penali ġenerali hija stipulata fl-Artikolu 57 ta' l-Att dwar il-Frustieri Nru 96/2002.

Skond il-Paragrafu numru 1 għandhom jiġu ordnati multi jew priġunerija sa sitt xhur jekk inter alia persuna tikser, bil-ħsieb jew b'mod negliġenti, id-dispożizzjonijiet ta' l-Att, jew kwalunkwe regoli, projbizzjoni, ordni jew kundizzjoni stipulati skond l-Att. Il-pieni għall-qsim mhux awtorizzat ta' fruntieri esterni f'postijiet li mhumiex punti ta' qsim tal-fruntiera jew f'ħinijiet li mhumiex il-ħinijiet tal-ftuħ stabbiliti għandhom ikunu bbażati fuq din id-dispożizzjoni. Dawn il-pieni, kif ukoll oħrajn, għandhom ikunu effettivi u disważivi kif ukoll proporzjonali.

IN-NORVEĠJA

Fin-Norveġja din il-kwistjoni hija rregolata permezz ta' l-Att dwar l-Immigrazzjoni (l-Att fir-rigward tad-dħul ta' ċittadini barranin fir-Renju tan-Norveġja u l-preżenza fis-Saltna ta' l-24 ta' Ġunju 1988 Nru 64) l-Artikolu 47, l-ewwel paragrafu a), cf. l-Artikolu 23 it-tieni paragrafu, l-Att dwar il-Fruntieri (l-Att dwar diversi miżuri għall-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-fruntieri ta' l-14 ta' Lulju 1950 Nru 2) l-Artikolu 4, cf. l-Artikolu 4 l-ewwel paragrafu nru 3, cf. ir-Regolament tas-7 ta' Novembru 1950 Nru 4 Artikolu 4, c).

Fir-rigward tal-Pieni, l-ewwel paragrafu ta l-Artikolu 47 ta' l-Att dwar l-Immigrazzjoni tal-Pieni jiddikjara:

“Kwalunkwe persuna ser tkun suġġetta għal multi jew impriġunerija għal perjodu li ma jaqbiżx is-6 xhur, jew għaż-żewġ pieni, jekk

a)

dolożament jew bi traskuraġni jikser l-Att preżenti, jew ir-regolamenti, il-projbizzjonijiet, l-ordnijiet jew il-kundizzjonijiet li joħorġu minn dan l-Att (...)”.

It-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 23 ta' l-Att dwar l-Immigrazzjoni fir-rigward tal-Qsim tal-Fruntieri u l-kontroll tal-fruntieri jgħid hekk:

“Id-dħul u l-ħruġ għandu jseħħ fil-punti tal-qsim tal-fruntieri approvati sakemm mhux previst mod ieħor (...)”.

Pieni skond l-Att dwar il-Fruntieri

L-Artikolu 4 ta' l-Att dwar il-Fruntieri tirregola l-pieni. Huwa ddikjarat li:

“Kwalunkwe persuna li dolożament jew bi traskuraġni tikser jew tikkoopera fil-ksur tad-dispożizzjonijiet li joħorġu minn dan l-Att hija suġġetta għal multi jew impriġunerija għal perjodu li ma jaqbiżx it-tliet xhur sakemm ma tkunx applikabbli dispożizzjoni oħra aktar severa. Attentat jingħata l-istess piena bħal fil-każ ta' reat imwettaq.

Fil-każ ta' ksur imtenni jew meta hemm diversi atti kif imsemmi fl-ewwel paragrafu jew f'ċirkostanzi aggravanti l-piena tkun tikkonsisti f'multi jew impriġunerija għal perjodu li ma jaqbiżx is-sena”.

L-ewwel paragrafu Nru 3 ta' l-Artikolu 3 ta' l-Att dwar il-Fruntieri jiddikjara li:

“Fir-rigward tal-fruntiera kollha jew parti, ir-re jista' joħroġ dispożizzjonijiet jew projbizzjonijiet kontra:

(…)

3.

Il-qsim tal-fruntiera fuq l-art, bil-baħar jew bl-ajru mingħajr il-permess ta' l-awtorità rilevanti (...)”

L-Artikolu 4 c) tar-Riżoluzzjoni dwar il-kwistjonijiet diversi fir-rigward tal-fruntiera tas-7 ta' Novembru 1950 Nru 4, maħruġa skond l-Att imsemmi aktar 'il fuq jiddikjara:

“Fuq jew ħdejn il-fruntiera bejn in-Norveġja u l-Unjoni Sovjetika (ir-Russja) m'huwiex permess li:

(…)

b)

tinqasam il-fruntiera fuq l-art, bil-baħar jew bl-ajru mingħajr il-permess tal-Kummissarju dwar il-Fruntiera Norveġiż għall-Fruntiera bejn in-Norveġja u l-Unjoni Sovjetika (ir-Russja) (...)”


24.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 18/10


Notifikazzjonijiet taħt Artikolu 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi kodiċi Komunitarja dwar regoli li jirregolaw iċ-ċaqliq ta' persuni tul il-fruntieri “il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen”

Kontrolli konġunti tal-fruntieri komuni esterni ta' l-art skond l-Artikolu 17

(2008/C 18/02)

IL-BELĠJU

Dawn l-arranġamenti ma japplikawx għall-Belġju.

IL-BULGARIJA

Ftehim dwar kontroll konġunt fuq il-fruntieri kien iffirmat fil-21 ta' Diċembru 2006 bejn ir-Repubblika tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Rumanija u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Ġie ffirmat ftehim bejn ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar faċilitazzjoni ta' spezzjonijiet fuq il-fruntieri fit-traffiku tal-ferroviji, tat-toroq u fuq l-ilmijiet fid-19 ta' Mejju 1995 f'Furth im Wald (daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 1996, imħabbar taħt in-Nru 157/1996 tal-Kollezzjoni tat-Trattati Internazzjonali)

Ġie ffirmat ftehim bejn ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika tal-Polonja dwar kooperazzjoni fl-ispezzjonijiet mal-fruntieri fi Praga fil-25 ta' Mejju 1999 (daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2002, imħabbar taħt in-Nru 140/2002 tal-Kollezzjoni tat-Trattati Internazzjonali)

Ġie ffirmat Ftehim bejn ir-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka u r-Repubblika ta' l-Awstrija dwar faċilitazzjoni ta' spezzjonijiet fuq il-fruntieri fit-traffiku tal-ferroviji, tat-toroq u fuq l-ilmijiet fi Vjenna fis-17 ta' Mejju 1991 (daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 1992, imħabbar taħt in-Nru 27/1994 tal-Kollezzjoni tat-Trattati Internazzjonali)

Ġie ffirmat Ftehim bejn ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka dwar faċilitazzjoni ta' spezzjonijiet fuq il-fruntieri fit-traffiku tal-ferroviji, tat-toroq u fuq l-ilmijiet fi Bratislava fl-24 ta' Mejju 1999 (daħal fis-seħħ fit-12 ta' Marzu 2001, imħabbar taħt in-Nru 24/1996 tal-Kollezzjoni tat-Trattati Internazzjonali)

ID-DANIMARKA

Dawn l-arranġamenti ma japplikawx għad-Danimarka.

IL-ĠERMANJA

Ftehim bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Ċeka dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet meta l-fruntiera tinqasam bil-ferrovija, fuq it-triq, u bil-vapur

Ftehim bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Polonja dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet tal-fruntiera

L-ESTONJA

L-arranġamenti dwar organizzazzjoni għall-kontroll konġunt fuq il-fruntieri bejn il-Gvern ta' l-Estonja u l-Gvern tal-Latvja ġew konklużi u daħlu fis-seħħ fit-30 ta' Awissu 1994 (ippubblikati fir-Riigi Teataja (Gazzetta ta' l-Istat) II 1994, 24, 81).

IL-GREĊJA

Il-Greċja m' għandiex arranġamenti ma' Stati Membri oħra dwar kontroll konġunt.

SPANJA

Bħalissa Spanja għadha ma ffirmat l-ebda ftehim ta' dan it-tip.

FRANZA

Franza mhijiex ikkonċernata minn dan l-Artikolu.

L-ITALJA

Saru negozjati mill-Italja mar-Repubblika Slovena

ĊIPRU

L-Artikolu 17 ma japplikax għar-Repubblika ta' Ċipru għax ma għanha l-ebda fruntiera ta' l-art konġunta/komuni ma' Stat Membru ieħor.

IL-LATVJA

Ir-Repubblika tal-Latvja temmet ftehimiet dwar kontroll konġunt fuq il-fruntieri ma':

1.

Ir-Repubblika tal-Litwanja

Ftehim bejn il-gvernijiet tar-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika tal-Latvja dwar kooperazzjoni fit-twettiq ta' spezzjonijiet fuq il-fruntieri f'postijiet ta' kontroll konġunt fuq il-fruntieri. Konkluż fid-9 ta' Ġunju 1995;

2.

Ir-Repubblika ta' l-Estonja

Ftehim bejn il-gvernijiet tar-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika ta' l-Estonja dwar l-organizzazzjoni ta' kontroll konġunt fuq il-fruntieri. Konkluż fit-30 ta' Awwissu 2006.

IL-LITWANJA

Saru l-arranġamenti bilaterali konklużi skond l-Art 17 mal-Latvja u mal-Polonja.

IL-LUSSEMBURGU

Dawn l-arranġamenti ma japplikawx għal-Lussemburgu.

L-UNGERIJA

L-Ungerija twettaq kontrolli konġunti ma':

Is-Slovakkja

fuq il-bażi tad-Digriet tal-Gvern Nru 91/2005. (V.6.) dwar il-promulgazzjoni tal-ftehim iffirmat fi Bratislava, fid-9 ta' Ottubru 2003, bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' l-Ungerija u l-Gvern tar-Repubblika tas-Slovakkja dwar kontrolli fuq il-fruntieri ta' traffiku fuq toroq pubbliċi, linji tal-ferroviji u ilmijiet;

L-Awstrija

fuq il-bażi tad-Digriet tal-Gvern Nru 124/2004. (IV.29.) dwar il-promulgazzjoni tal-ftehim iffirmat fi Vjenna, fid-29 ta' April 2004, bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' l-Ungerija u l-Gvern tar-Repubblika ta' l-Awstrijadwar kontrolli fuq il-fruntieri ta' traffiku fuq toroq pubbliċi, linji tal-ferroviji u ilmijiet.

Is-Slovenja

fuq il-bażi tad-Digriet tal-Gvern Nru 148/2004. IV.7.) dwar il-promulgazzjoni tal-ftehim iffirmat fil-Ljubljana, fis-16 ta' April 2004, bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' l-Ungerija u l-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja dwar kontrolli fuq il-fruntieri ta' traffiku fuq toroq pubbliċi, linji tal-ferroviji u ilmijiet.

L-Ungerija tikkoopera ma' l-Awstrija f'servizz ta' għassa konġunt fiż-żoni ta' fuq il-fruntiera fuq il-bażi ta' l-Att XXXVII ta' l-2006 dwar il-promulgazzjoni tal-Ftehim iffirmat f'Heiligenbrunn, fis-6 ta' Ġunju 2004, bejn ir-Repubblika ta' l-Ungerija u r-Repubblika ta' l-Awstrija dwar kooperazzjoni fil-prevenzjoni ta' kriminalità transkonfinali u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata.

Ftehimiet bħal dan ġew iffirmati mas-Slovakkja u s-Slovenja f'Ottubru u daħlu fis-seħħ fl-2007.

MALTA

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 17(1) ma japplikawx għal Malta minħabba li m'għandhiex fruntieri ta' l-art.

L-OLANDA

L-Olanda kkonkludiet żewġ trattati fil-kuntest ta' kontrolli konġunti:

1.

It-Trattat ta' Enschede. Dan hu trattat bilaterali mal-Ġermanja.

2.

It-Trattat tal-Benelux.

L-AWSTRIJA

ir-Repubblika tas-Slovakkja

Ftehim bejn ir-Repubblika ta' l-Awstrija u r-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka dwar faċilitazzjoni ta' rilaxx mid-dwana għat-trasport bil-ferrovija, fuq it-toroq u marittimu fil-verżjoni murija fl-iskambju tan-noti tat-22 ta' Diċembru 1993 u l-14 ta' Jannar 1994, il-Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru 561/1992

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali ta' l-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika tas-Slovakkja dwar il-kostruzzjoni ta' postijiet għal rilaxx mid-dwana u dwar il-kondotta tar-rilaxx mid-dwana fi tranżitu għat-trasport bil-ferrovija, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru III 36/2004

Ir-Repubblika tas-Slovenja

Ftehim bejn ir-Repubblika ta' l-Awstrija u r-Repubblika tas-Slovenja dwar faċilitazzjoni ta' rilaxx mid-dwana għat-trasport bil-ferrovija u fuq it-toroq, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru III 36/2004

Ftehim bejn ir-Repubblika ta' l-Awstrija u r-Repubblika tas-Slovenja dwar il-kostruzzjoni ta' postijiet għal rilaxx mid-dwana, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru III 39/2004

Ir-Repubblika Ċeka:

Ftehim bejn ir-Repubblika ta' l-Awstrija u r-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka dwar faċilitazzjoni għar-rilaxx mid-dwana għat-trasport bil-ferrovija, bit-toroq u marittimu, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru 561/1992

Ftehim skond l-Artikolu 2(4) tal-Ftehim tas-17 ta' Ġunju 1991 bejn ir-Repubblika ta' l-Awstrija u r-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka dwar faċilitazzjoni ta' rilaxx mid-dwana għat-trasport bil-ferrovija, bit-toroq u marittimu mal-kostruzzjoni ta' post Awstrijaku għar-rilaxx minn qabel mid-dwana fil-punt transkonfinali tal-fruntiera ta' Reintal-Postorná, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru 710/1993

Ftehim skond l-Artikolu 2(4) tal-Ftehim tas-17 ta' Ġunju 1991 bejn ir-Repubblika ta' l-Awstrija u r-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka dwar faċilitazzjoni ta' rilaxx mid-dwana għat-trasport bil-ferrovija, bit-toroq u marittimu mal-kostruzzjoni ta' post Awstrijaku għar-rilaxx minn qabel mid-dwana fil-punt transkonfinali tal-fruntiera ta' Mitterretzbach-Hnánice, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru 711/1993

Ftehim skond l-Artikolu 2(4) tal-Ftehim tas-17 ta' Ġunju 1991 bejn ir-Repubblika ta' l-Awstrija u r-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka dwar faċilitazzjoni ta' rilaxx mid-dwana għat-trasport bil-ferrovija, bit-toroq u marittimu mal-kostruzzjoni ta' post Ċek għar-rilaxx minn qabel mid-dwana fil-punt transkonfinali tal-fruntiera ta' Guglwald-Prední Výton, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru 712/1993

Ftehim skond l-Artikolu 2(4) tal-Ftehim tas-17 ta' Ġunju 1991 bejn ir-Repubblika ta' l-Awstrija u r-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka dwar faċilitazzjoni ta' rilaxx mid-dwana għat-trasport bil-ferrovija, bit-toroq u marittimu mal-kostruzzjoni ta' post Ċek għar-rilaxx minn qabel mid-dwana fil-punt transkonfinali tal-fruntiera ta' Schöneben-Zadní Zvonková, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru 713/1993

Ftehim skond l-Artikolu 2(4) tal-Ftehim tas-17 ta' Ġunju 1991 bejn ir-Repubblika ta' l-Awstrija u r-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka dwar faċilitazzjoni ta' rilaxx mid-dwana għat-trasport bil-ferrovija, bit-toroq u marittimu mal-kostruzzjoni ta' postijiet għar-rilaxx minn qabel mid-dwana fl-istazzjon ċentrali ta' Linz u fl-istazzjonijiet tal-ferrovija ta' Freistadt, Summerau, Horní Dvoriste, Kaplice u Ceske Budejovice u għar-rilaxx mid-dwana fi tranżitu tal-linja bejn l-istazzjon ċentrali ta' Linz u l-istazzjonijiet ta' Ceske Budejovice, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru 386/1994

Ftehim skond l-Artikolu 2(4) tal-Ftehim tas-17 ta' Ġunju 1991 bejn ir-Repubblika ta' l-Awstrija u r-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka dwar faċilitazzjoni ta' rilaxx mid-dwana għat-trasport bil-ferrovija, bit-toroq u marittimu mal-kostruzzjoni ta' post Ċek għar-rilaxx minn qabel mid-dwana fil-punt transkonfinali tal-fruntiera ta' Gmünd-Bleylebenstraße/Ceské, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru 384/1993

Ftehim skond l-Artikolu 2(4) tal-Ftehim tas-17 ta' Ġunju 1991 bejn ir-Repubblika ta' l-Awstrija u r-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka dwar faċilitazzjoni ta' rilaxx mid-dwana għat-trasport bil-ferrovija, bit-toroq u marittimu mal-kostruzzjoni ta' post Ċek għar-rilaxx minn qabel mid-dwana fil-punt transkonfinali tal-fruntiera Schlag/Chlum u Trebone, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru 385/1994

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali ta' l-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika Ċeka dwar il-kostruzzjoni ta' post Awstrijaku għar-rilaxx minn qabel mid-dwana fil-punt transkonfinali tal-fruntiera Pyhrabruck – Nové Hrady, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru III 135/2000

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' l-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika Ċeka dwar il-kostruzzjoni ta' post Ċek għar-rilaxx minn qabel mid-dwana fil-punt transkonfinali tal-fruntiera ta' Gmünd – Ceské Velenice, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru III 136/2000

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali ta' l-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika Ċeka dwar il-kostruzzjoni ta' postijiet għar-rilaxx minn qabel mid-dwana fl-istazzjonijiet tal-ferrovija ta' Gmünd u Ceské Velenice u għar-rilaxx mid-dwana fi tranżitu bejn l-istazzjonijiet ta' Schwarzenau u Veselí fil-linja lejn Luznicí u Schwarzenau u Ceske Budejovice, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru III 166/2002

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali ta' l-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika Ċeka dwar il-kostruzzjoni ta' postijiet għar-rilaxx minn qabel mid-dwana fl-istazzjon tal-ferrovija tan-Nofsinhar ta' Vjenna u l-istazzjonijiet ċentrali ta' Hohenau, Breclav und Brno – hlavní nádrazí/Brünn u għar-rilaxx mid-dwana fi tranżitu fil-linja bejn l-istazzjon tal-ferrovija tan-Nofsinhar ta' Vjenna u l-istazzjonijiet ċentrali Brno – hlavní nádrazí/Brünn, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru III 71/2006

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali ta' l-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika Ċeka dwar il-kostruzzjoni ta' postijiet għar-rilaxx minn qabel mid-dwana fil-post transkonfinali tal-fruntiera ta' Fratres – Slavonice, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru III 70/2006

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali ta' l-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika Ċeka dwar il-kostruzzjoni ta' postijiet għar-rilaxx minn qabel mid-dwana fil-post transkonfinali tal-fruntiera ta' Grametten – Nová Bystrice, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru III 72/2006

Ir-Repubblika ta' l-Ungerija

Ftehim bejn ir-Repubblika ta' l-Awstrija u r-Repubblika ta' l-Ungerija dwar ir-rilaxx mid-dwana għat-trasport bil-ferrovija, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru III 134/1992

Ftehim bejn ir-Repubblika ta' l-Awstrija u r-Repubblika ta' l-Ungerija dwar ir-rilaxx mid-dwana għat-trasport bit-toroq u bil-vapur u għat-trasport bil-ferrovija, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru 794/1992

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' l-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika ta' l-Ungerija dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar ir-rilaxx mid-dwana għat-trasport bil-ferrovija, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru 327/1993

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' l-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika ta' l-Ungerija li jemenda l-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' l-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika ta' l-Ungerija dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' l-14 ta' April 1993 dwar ir-rilaxx mid-dwana għat-trasport bil-ferrovija, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru 636/1995

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali ta' l-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika ta' l-Ungerija dwar il-kostruzzjoni ta' post transkonfinali fuq il-fruntiera bejn l-awtoritajiet lokali ta' Lutzmannsburg u Zsira u dwar il-kostruzzjoni ta' post transkonfinali fuq il-fruntiera komuni fit-territorju ta' l-Awstrija, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru III 245/2001

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali ta' l-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika ta' l-Ungerija dwar il-kostruzzjoni ta' post transkonfinali marittimu fuq il-fruntiera f'Fertorákos fuq il-Lake Neusiedel u dwar post transkonfinali għar-rilaxx mid-dwana komuni fit-territorju ta' l-Ungerija, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru III 96/2002

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali ta' l-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika ta' l-Ungerija dwar il-kostruzzjoni tal-post komuni għar-rilaxx mid-dwana fil-punt transkonfinali fuq il-fruntiera ta' Mörbisch-Fertörakos, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru III 97/2002

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali ta' l-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika ta' l-Ungerija dwar il-kostruzzjoni ta' postijiet għar-rilaxx mid-dwana u dwar kooperazzjoni fil-qasam tas-sorveljanza ta' traffiku fuq il-fruntieri, Gazzetta Federali tal-Liġi Awstrijaka Nru III 31/2004

IL-POLONJA

Il-Polonja ffirmat ftehimiet bilaterali dwar kontroll simplifikat fuq il-fruntieri mal-pajjiżi ġirien tagħha.

1.

Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar kontroll fuq il-fruntieri faċilitat, magħmul f'Varsavja fid-29 ta' Lulju 1992

2.

Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika Ċeka dwar kontroll fuq il-fruntieri faċilitat, magħmul fi Praga fil-25 ta' Mejju 1999

3.

Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika Slovakka dwar kontroll fuq il-fruntieri faċilitat, magħmul fi Stara Lubownia fid-29 ta' Novembru 2002

4.

Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika tal-Litwanja dwar kwistjonijiet marbuta mal-fruntieri, magħmul f'Vilnjus fl-14 ta' Settembru 1997.

Skond id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet hawn fuq imsemmija u skond il-protokolli tal-laqgħat bilaterali (li attendew għalihom il-Gwardja tal-Fruntiera Pollakka u rappreżentanti tas-servizzi ta' fuq il-fruntieri tal-pajjiżi ġirien), l-awtoritajiet kompetenti tal-partijiet tal-ftehimiet jistgħu jikkontrollaw it-traffiku fuq il-fruntieri komuni b'mod konġunt fit-territorji tagħhom. Il-Polonja tieħu sehem f'dawn il-kontrolli konġunti tat-traffiku fuq il-fruntieri.

IL-PORTUGALL

Il-Portugall japplika l-Artikolu 20 tal-Kodiċi.

IR-ROMANIJA

Ir-Rumanija – l-Ungerija

Fis-27 ta' April 2004, ġiet konkluża l-Konvenzjoni bejn ir-Rumanija u r-Repubblika ta' l-Ungerija dwar il-kontroll tat-traffiku fuq it-toroq u bil-ferrovija. Il-Ftehim bejn ir-Rumanija u l-Ungerija biex tiġi implimentata din il-Konvenzjoni ġie ffirmat fil-21 ta' Diċembru 2006.

Rumanija – Bulgarija

Il-Ftehim dwar kontroll konġunt fuq il-fruntiera bejn iż-żewġ Stati ġie ffirmat fil-21 ta' Diċembru 2006.

IS-SLOVENJA

Ftehimiet bilaterali dwar kontrolli simplifikati fuq il-fruntieri.

Ftehim mar-Repubblika ta' l-Awstrija:

Ftehim bejn ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika ta' l-Awstrija dwar kontroll simplifikat fuq il-fruntiera tat-trasport bil-ferrovija u fuq it-toroq (Ur. l. RS No 82/1989)

Arranġament dwar it-twaqqif ta' uffiċji konġunti għall-kontolli fuq il-fruntieri (Ur. l. RS Nru 48/2004).

Ftehim mar-Repubblika ta' l-Ungerija:

Ftehim bejn ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika ta' l-Ungerija dwar kontrolli fuq il-fruntiera għat-trasport bil-ferrovija u fuq it-toroq (Ur. l. RS Nru 125/2000)

Arranġament bejn il-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja u l-Gvern tar-Repubblika ta' l-Ungerija dwar l-implimentazzjoni fit-trasport bil-ferrovija tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika ta' l-Ungerija dwar kontrolli fuq il-fruntiera għat-trasport bil-ferrovija u fuq it-toroq

Arranġament bejn il-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja u l-Gvern tar-Repubblika ta' l-Ungerija dwar l-implimentazzjoni fit-trasport fuq it-toroq tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika ta' l-Ungerija dwar kontrolli fuq il-fruntiera għat-trasport bil-ferrovija u fuq it-toroq .

Il-kontrolli fuq il-fruntieri jsiru fuq bażi ta' kontroll b'waqfa waħda fuq il-fruntieri ta' l-Istat bejn is-Slovenja u l-Awstrija, u s-Slovenja u l-Ungerija.

IS-SLOVAKKJA

Ftehim bejn ir-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka u r-Repubblika ta' l-Awstrija dwar faċilitazzjoni ta' proċeduri ta' rilaxx fuq il-fruntiera għat-trasport bil-ferrovija, bit-toroq jew fuq l-ilma, iffimat fi Vjenna fis-17 ta' Ġunju 1991;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Slovakka u l-Gvern Federali Awstrijak dwar it-twaqqif ta' postijiet ta' rilaxx fuq il-fruntiera u għar-rilaxx fuq il-fruntiera għat-trasport bil-ferrovija waqt l-ivvjaġġar, iffimat fit-28 ta' April 2004;

Trattat bejn ir-Repubblika Slovakka u r-Repubblika ta' l-Ungerija dwar ir-rilaxx fuq il-fruntiera għat-trasport bit-toroq, bil-ferrovija u fuq l-baħar, iffirmat fi Bratislava fid-9 ta' Ottubru 2003;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Slovakka u l-Gvern tar-Repubblika ta' l-Ungerija dwar l-implimentazzjoni tat-Trattat bejn ir-Repubblika Slovakka ur-Repubblika ta' l-Ungerija dwar ir-rilaxx fuq il-fruntieri għat-trasport bil-ferrovija, bit-toroq u fuq l-ilma, iffirmat fi Bratislava fid-9 ta' Ottubru 2003;

Ftehim bejn ir-Repubblika Slovakka u r-Repubblika tal-Polonja dwar il-faċilitazzjoni tar-rilaxx fuq il-fruntiera għat-trasport bit-toroq u bil-ferrovija, iffirmat fi Stará Ľubovňa fid-29 ta' Lulju 2002;

Trattat bejn ir-Repubblika Slovakka u r-Repubblika Ċeka dwar il-faċilitazzjoni tal-proċeduri ta' rilaxx fuq il-fruntiera għat-trasport bit-toroq, bil-ferrovija u fuq l-ilma, iffirmat fi Bratislava fl-24 ta' Mejju 1999.

IL-FINLANDJA

Il-Finlandja ma għandiex fruntieri ta' l-art komuni ma' Stati Membri li ma japplikawx l-Artikoli 20.

L-IŻVEZJA

L-Iżvezja m'għandha l-ebda ftehim bilaterali skond l-Artikolu 17.1 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

L-IŻLANDA

L-Iżlanda m'għandiex fruntieri ta' l-art komuni ma' Stati Membri oħra u għalhekk, din id-dispożizzjoni ma tapplikax.

IN-NORVEĠJA

In-Norveġja ma kkonkludiet l-ebda ftehim bilaterali bħal dan.


24.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 18/15


Notifikazzjonijiet taħt Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju li jirregola l-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntieri “il-Kodiċi tal-Fruntiera ta' Schengen”

Il-possibiltà ta' Stat Membru li bil-liġi jipprovdi għal obbligu li jżomm jew iġorr karti u dokumenti skond l-Artikolu 21 (c)

(2008/C 18/03)

IL-BELĠJU

Dan l-obbligu hu stabbilit f'sezzjoni 38 tad-Digriet Irjali tat-8 ta' Ottubru 1981 dwar l-aċċess għat-territorju, ir-residenza, is-sistemazzjoni u d-deportazzjoni ta' persuni li mhumiex ċittadini:

“Kull persuna ta' 'l fuq minn 15-il sena li ma tkunx ċittadin trid iġġorr permess għar-residenza jew permess ta' sistemazzjoni f'kull ħin u tipproduċi dan id-dokument meta tkun mitluba li tagħmel dan minn uffiċjal ta' l-awtorità kompetenti.”

IL-BULGARIJA

L-obbligu li persuna tkun fil-pussess ta' dokumenti partikolari jew li ġġorrhom fuqha huma regolati mil-liġi dwar id-dokumenti ta' identità Bulgari u mil-liġi dwar id-dħul, ir-residenza u t-tluq mir-Repubblika tal-Bulgarija għal ċittadini ta' l-UE u membri tal-familji tagħhom:

1.   Liġi dwar id-dokumenti ta' identità Bulgari

L-Artikolu 6: “Iċ-ċittadini għandhom jippreżentaw evidenza ta' l-identità tagħhom meta jkunu mitluba jagħmlu dan minn uffiċjali li jkunu debitament awtorizzati bil-liġi”.

L-Artikolu 29(1): “Kull ċittadin Bulgaru li jgħix fil-Bulgarija għandu japplika għall-karta ta' l-identità fi żmien 30 jum wara li jagħlaq l-eta ta' 14-il sena”

L-Artikolu 55(1): “Kull ċittadin barrani li jkun għalaq l-14-il sena u li jkun ġie mogħti d-dritt li joqgħod fir-Repubblika tal-Bulgarija għal perjodu ta' tliet xhur jew iżjed għadu jinħariġlu dokument ta' identità għar-residenti barranin”.

L-Artikolu 57(1): “Id-dokumenti ta' identità Bulgari għaċ-ċittadini barranin għandhom ikunu validi fit-territorju tar-Repubblika Bulgara flimkien mad-dokumenti internazzjonali għall-ivvjaġġar għaċ-ċittadini barranin”.

L-Artikolu 57(2): “Persuni bla stat u persuni barranin li japplikaw jew li jkunu mogħtija protezzjoni taħt il-Liġi dwar l-ażil u r-refuġjati jistgħu jippruvaw l-identità tagħhom biss permezz tad-dokument ta' identità Bulgaru”.

L-Artikolu 58: “Ċittadini barranin li joqogħdu fit-territorju tar-Repubblika Bulgara għal perjodu ta' 3 xhur jew inqas għandhom jippruvaw l-identità tagħhom permezz tad-dokumenti internazzjonali għall-ivvjaġġar li bihom ikunu daħlu fil-pajjiż, bl-eċċezzjoni ta' ċittadini barranin li jkollhom ċertifikat temporanju ta' refuġjati”.

2.   Liġi biex tidħol, toqgħod u titlaq mir-Repubblika tal-Bulgarija għaċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea u l-familji tagħhom.

L-Artikolu 4(1): “Iċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea għandhon jidħlu u jitilqu mit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija bil-karta ta' l-identità jew bil-passaport tagħhom”.

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

L-obbligu għall-persuni barranin li jippreżentaw dokument ta' l-ivvjaġġar (prova ta' identità) meta jiġu mitluba jagħmlu dan hu stipulat minn § 103 lit. d) Att Nru 326/1999 Coll., dwar is-Soġġorn ta' Persuni Barranin fit-Territorju tar-Repubblika Ċeka. Skond dan l-Att il-persuni barranin huma obbligati li jippreżentaw dokument ta' l-ivvjaġġar meta jiġu mitluba jagħmlu dan minn pulizija.

ID-DANIMARKA

Taħt is-Sezzjoni 39(1) ta' l-Att dwar il-Persuni Barranin, persuna barranija hi mitlulba biex meta tidħol, toqgħod, jew tħalli l-pajjiż ikollha fil-pussess tagħha passaport jew dokument ta' l-ivvjaġġar, u taħt is-Sezzjoni 39(3) punt 1, waqt li l-persuna barranija tkun għadha fil-pajjiż, il-passaport jew id-dokument ta' l-ivvjaġġar għandu jkun ippreżentat meta jiġi mitlub dan mill-awtoritajiet pubbliċi.

Taħt is-Sezzjoni 39(4), punt 1, ċittadini ta' pajjiż Nordiku huma eżentati minn dawn l-obbligi u taħt il-punt 2 ta' l-istess Taqsima, il-Ministeru għall-Integrazzjoni jista' jeżenta persuni oħra barranin mill-obbligu li jġorru l-passaport jew dokument ieħor ta' l-ivvjaġġar tagħhom (ara t-Taqsima 5(2) ta' l-Ordni dwar il-Persuni Barranin). Id-disopżizzjonijiet adottati taħt is-Sezzjoni 5(2) ta' l-ordni dwar il-Persuni Barranin huma ppubblikati darba fis-sena mill-Gazzetta Uffiċjali Daniża (Statstidende).

IL-ĠERMANJA

Art. 3(1), 13(1)(2), Art. 48 u 82 tal-Liġi dwar id-Dritt ta' Soġġorn (Aufenthaltsgesetz (AufenthG)):

Art. 3 Obbligu ta' l-użu tal-Passaport

(1)   Ċittadini barranin jistgħu jidħlu jew joqogħdu għal perjodu ta' zmien fit-territorju tar-Repubblika Federali biss meta jkollhom Passaport rikonoxxut u validu, jew dokument ekwivalenti, sakemm huma ma jkunux eżenti minn dan l-obbligu bis-saħħa tal-liġi.

(2)   Il-Ministeru Federali ta' l-Intern, jew awtorità maħtura minnu, jista' f'ċerti każi individwali, għal raġunijiet partikolari, u qabel id-dħul taċ-ċittadin barrani, jagħmel eċċezzjoni mill-obbligu tal-pussess ta' passaport għall-qsim tal-fruntiera u għal soġġorn ta' mhux aktar minn sitt xhur.

Art 13 – Qsim tal-fruntieri

(1)   Id-dħul fit-territorju Federali u l-ħruġ minnu huma permessi biss fil-postijiet approvati għall-qsim tal-fruntiera, fil-ħinijiet meta dawn ikunu miftuħa, sakemm ma jkunux permessi eċċezzjonijiet abbażi ta' regolamenti oħra jew ftehimiet bejn l-istati. Iċ-ċittadini barranin għandhom l-obbligu li fil-mument li fih jidħlu u li fih joħorġu jkollhom fuqhom passaport rikonoxxut u validu jew inkella dokument ieħor ekwivalenti skond l-Art. 3(1) u li jissottomettu ruħhom għall-kontrolli tal-pulizija fuq min jaqsam il-fruntiera.

(2)   F'post fejn huwa permess qsim il-fruntiera, ċittadin barrani jkun meqjus li daħal fil-pajjiż meta huwa jkun qasam il-fruntiera u jkun għadda mill-postazzjoni fejn tinqasam il-fruntiera. F'każ li l-awtoritajiet li jkunu inkarigati mill-kontroll ta' min ikun qed jaqsam il-fruntiera jippermettu ċittadin barrani, qabel ma tittieħed deċiżjoni jekk dan għandux jintbagħat lura (para. 15 ta' din il-liġi, para. 18a tal-liġi dwar l-ażil), jew waqt il-proċess, il-verifika jew it-twettiq ta' dawn il-miżuri, li jgħaddi mill-post fejn tinqasam il-fruntiera għal skop preċiż, ma jkunx seħħ dħul skond it-tifsira tal-para. 1, sakemm tibqa' l-possibbiltà li jsir kontroll tal-permess li jkollu ċ-ċittadin barrani li jidħol fil-pajjiż. Ħlief għal każ bħal dan, ċittadin barrani jkun daħal meta jkun qabeż il-fruntiera.

Art. 48 – Obbligi legali dwar prova ta' l-identità

(1)   Ċittadin barrani għandu l-obbligu li juri, jippreżenta u temporanjamaent jagħti f'idejn l-awtoritajiet li jkunu inkarigati mit-twettiq jew l-assikurazzjoni ta' miżuri skond din il-liġi, il-passaport tiegħu jew inkella dokument ieħor ekwivalenti, kif ukoll il-permess tas-soġġorn tiegħu jew inkella ċertifikat li jindika li l-ordni tat-tkeċċija tiegħu tkun sospiża sakemm dan ikun meħtieġ għat-twettiq jew it-tħaddim tad-dispożizzjonijiet stipulati f'din il-liġi..

(2)   Ċittadin barrani, li la għandu passaport, u lanqas jinsab fil-pożizzjoni raġjonevoli li jkollu wieħed, ikun meqjus li ssoddisfa l-obbligu li jagħti prova ta' l-identità tiegħu permezz ta' ċertifikat li jipprova d-dritt ta' soġġorn li għandu, jew is-sospensjoni tat-tkeċċija, meta dan ikollu informazzjoni dwar il-persuna, flimkien ma' ritratt u li jkun meqjus bħala ekwivalenti għal prova ta' identità.

(3)   Meta ċ-ċittadin barrani ma jkollux passaport validu, jew dokument ieħor li jkun qed iservih ta' passaport, huwa għandu l-obbligu li jikkoopera biex jinkisbu d-dokumenti ta' l-identità kif ukoll iċ-ċertifikati u dokumenti oħra li jistgħu jkunu ta' siwi biex tiġi stabbilita l-identità u ċ–ċittadinanza tiegħu, kif ukoll biex tkun stabbilita u vvalidata possibbiltà ta' ripatrijazzjoni lejn stat ieħor. Huwa għandu juri, jippreżenta u jagħti f'idejn l-awtoritajiet inkarigati mit-twettiq ta' din il-liġi dawn id-dokumenti. F'każ li ċ-ċittadin barrani ma jissodisfax l-obbligi tiegħu skond il-para. 1, u jkun hemm x'jindika li huwa fil-fatt għandu fil-pussess tiegħu dawn id-dokumenti, tista' ssir tfittxija fuq il-persuna tiegħu kif ukoll fuq dak li jkun qed iġorr miegħu. Iċ-ċittadin barrani għandu jaċċetta dawn il-miżuri.

82 – Kooperazzjoni miċ-ċittadin barrani

(1)   Iċ-ċittadin barrani għandu l-obbligu li mingħajr dewmien jagħti t-tagħrif meħtieġ dwar l-interessi tiegħu, kif ukoll taċ-ċirkostanzi kollha favorevoli għalih sakemm dawn ma jkunux diġà magħrufa jew ovvji, billi jagħti dettalji viżibbli u l-evidenza meħtieġa dwar is-sitwazzjoni personali tiegħu, u mingħajr dewmien għandu jippreżenta kull ċertifikat jew permess li jista' jkollu fil-pussess tiegħu.

L-awtoritajiet ta' l-immigrazzjoni jistgħu jagħtu liċ-ċittadin barrani perjodu raġjonevoli ta' żmien għal dan il-għan. Il-fatt li jsiru magħrufa, u l-evidenza li tinġieb, wara li jkun għadda l-limitu ta' żmien stabbilit mhux neċessarjament ikunu kkunsidrati.

(2)   Il-paragrafu 1 japplika mutatis mutandis f'kull każ ta' appell.

(3)   Iċ-ċittadin barrani għandu jkun imgħarraf bl-obbligi tiegħu skond il-para. 1 kif ukoll dwar id-drittijiet u l-obbligi bażiċi tiegħu skond din il-liġi, speċjalment l-obbligi fl-Artikoli 44a, 48, 49 u 81, kif ukoll dwar il-possibbiltà li jissottometti applikazzjonijiet skond l-Art. 11(1)(3). Fil-każ ta' l-impożizzjoni ta' perjodu ta' żmien, huwa għandu jiġi mgħarraf bil-konsegwenzi jekk ma jonorax dan il-perjodu.

(4)   Safejn ikun meħtieġ għat-twettiq u l-operazzjoni tal-miżuri skond din il-liġi, u skond liġijiet oħra li jikkonċernaw ċittadini barranin, iċ-ċittadin barrani jista' jiġi mitlub jippreżenta ruħu personalment għand l-awtoritajiet kompetenti jew inkella għand ir-rappreżentanza ta' l-istat li tiegħu presumibbilment hu ċittadin, kif ukoll li jissottometti ruħu għal eżami mediku sabiex jiġi ppruvat li huwa jista' jivvjaġġa. Meta ċ-ċittadin barrani ma jissottomettix ruħu għal dan, l-ordnijiet jistgħu jiġu infurzati. L-Art. 40 (1) u (2), l-Art. 41, 42 (1)(1) u (3) tal-liġi federali tal-pulizija tkun f'dan il-każ applikata.

L-ESTONJA

Il-ħtiġiet ta' dokumenti ta' identità, il-validità u l-verifikazzjoni tad-Dokumenti huma stipulati mill-Att dwar id-Dokumenti ta' Identità (ippubblikati fir-Riigi Teataja (Ġurnal ta' l-Istat) I 1999, 25, 365; 2006, 29, 221), l-Artikoli 5-8 u 7-18 (1).

Ħtiġiet għal dokumenti ta' identità meta tkun ser tinqasam il-fruntiera huma stipulati mill-Att dwar il-Qsim tal-Fruntiera (ippubblikati fir-Riigi Teataja (Ġurnal ta' l-Istat) I 1994, 54, 902; 2006, 26, 191), l-Artikoli 11 (1) sa 11 (2).

In-notifika u l-verifika dwar persuni barranin huma stipulati mill-Att dwar Persuni Barranin (ippubblikati fir-Riigi Teataja (Ġurnal ta' l-Istat) 2007, 9, 44), l-Artikoli 15 sa 15 (1).

IL-GREĊJA

L-obbligu għal persuni barranin li huma ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkollhom jew iġorru fuqhom karti u dokumenti hu stabbilit fl-Artikoli 6 u 8 tal-Liġi 3385/2005, li tirregola d-dħul u r-residenza ta' persuni barranin fil-Greċja. B'mod partikolari, l-Artikolu 6(1) u (2) jipprovdi li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jidħlu fil-Greċja għandu jkollhom passaport u viża, sakemm dawn ikun mitluba mill-konvenzjonijiet internazzjonali fis-seħħ, mil-liġi Komunitarja u mid-dispożizzjonijiet nazzjonali. Kif ukoll, l-Artikolu 8(2) tal-Liġi 3386/2005 tipprojbixxi ċittadini ta' pajjiżi terzi milli jidħlu fil-Greċja jekk ma jkollhomx passaport jew dokument ieħor ta' l-ivvjaġġar li jiggarantixxi r-ritorn tagħhom lejn pajjiżhom jew lejn pajjiż in trażitu, kif ukoll id-dokumenti neċessarji li jiġġustifikaw l-għan taż-żjara tagħhom.

SPANJA

Is-sistema ġuridika Spanjola ma tistipulax obbligi, kemm għaċ-ċittadini Spanjoli kif ukoll għaċ-ċittadini barranin, li jkollhom u juru dokumenti li jipprovaw l-identità tagħhom. Dawn iż-żewġ preċetti huma stipulati f'dawn it-testi leġiżlattivi li ġejjin:

a)   Għaċ-ċittadini Spanjoli:

L-Artikolu 2 tad-Digriet Irjali 1553/2005 tat-23 ta' Diċembru 2005 li jirregola l-ħruġ tad-Dokument ta' Identità Nazzjonali u ċ-ċertifikati bil-fima elettronika tiegħu jipprovdu kif ġej:

1.

“Iċ-ċittadini Spanjoli li għandhom 14-il sena għandhom ikunu obbligati li jiksbu d-Dokument ta' Identità Nazzzjonali”.

2.

“Il-persuni kollha li huma obbligati li jiksbu d-Dokument ta' Identità Nazzjonali għadhom ikunu wkoll obbligati li juruh meta jkunu mitluba li jagħmlu dan mill-Awtorità jew mill-aġenti tagħha”.

L-Artikolu 9 tal-Liġi Organika 1/1992 tal-21 ta' Frar 1992 dwar il-Protezzjoni tas-Sigurtà taċ-Ċittadini jagħti d-dritt liċ-ċittadini Spanjoli kollha li jinħarġilhom Dokument ta' Identità Nazzjonali mill-età ta' 14-il sena, u jobbligahom li jiksbu dan id-dokument.

L-Artikolu 20 ta' l-istess Liġi Organika tagħti d-dritt lill-aġenti tal-forzi u lill-korpi tas-sigurtà li jġiegħlu persuni li jidentifikaw lilhom infushom fit-toroq bl-iskop li ma jħallux isiru u li jinvestigaw attivitajiet kriminali. F'każ ta' reżistenza jew rifjut, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali u tal-Kodiċi dwar Proċedura Kriminali.

b)   għaċ-ċittadini barranin:

L-Artikolu 4(1) tal-Liġi Organika 14/2003 tal-21 ta' Novembru 2003 li temenda l-liġi Organika 4/2000 tal-11 ta' Jannar 2000 dwar id-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini barranin u l-integrazzjoni soċjali tagħhom fi Spanja, kif emendata mil-liġi organika 8/2000 tat-22 ta' Diċembru 2000, tistipula l-obbligi għaċ-ċittadini barranin fit-territorju Spanjol li jkollhom dokumentazzjoni li tipprova l-identità tagħhom u s-sitwazzjoni legali tagħhom fi Spanja.

“Ċittadini barranin f'territorju Spanjol għandu jkollhom id-dritt u l-obbligu li jkollhom dokumenti li juru l-identità tagħhom li jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta' l-oriġini jew tal-pajjiż li ġejjin minnu, u dokumenti li juri s-sitwazzjoni tagħhom fi Spanja”.

L-Artikolu 100(2) tad-Digriet Irjali 2393/2004 tat-30 ta' Diċembru 2004 li jadotta u jimplimenta r-Regoli tal-Liġi Organika 4/2000 tal-11 ta' Jannar 2000 dwar id-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini barranin u l-integrazzjoni tagħhom fi Spanja jistipula:

“Ċittadini barranin għandhom ikunu obbligati li juru d-dokumenti bl-identità u s-sitwazzjoni legali tagħhom fi Spanja meta jiġu mitluba li jagħmlu dan mill-awtoritajiet jew minn aġenti tagħhom”.

L-Artikolu 11 tal-Liġi Organika 1/1992 tal-21 ta' Frar 1992 tal-Protezzjoni tas-Sigurtà taċ-Ċittadini jistipula li ċ-ċittadini barranin li joqogħdu fit-territorju Spanjol huma obbligati li jkollhom dokumenti li juru l-identità u s-sitwazzjoni legali tagħhom fi Spanja.

FRANZA

Il-leġiżlazzjoni Franċiża tipprovdi dan l-obbligu skond l-Artikolu L.611-1 tal-Kodiċi dwar id-dħul u l-permanenza ta' ċittadini barranin u d-dritt ta' l-ażil (Code de l'entrée et du séjour des étrangers et du droit d'asile, CESEDA), li jistipula li esklussivment għal spezzjoni jew wara li ssir spezzjoni, persuna ta' ċittadinanza barranija għandha tippreżenta l-karti jew dokumenti li bihom tkun awtorizzata li tivvjaġġa jew li toqgħod fit-territorju Franċiż fuq talba ta' l-uffiċjali tal-politika ġudizzjarja u taħt superviżjoni ta' dawn ta' l-aħħar, aġenti jew viċi-aġenti tal-politika ġudizzjarja.

L-ITALJA

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali fl-Artikolu 3 tat-“Testo Unico Leggi di Pubblica Sicurezza” tat-18 ta' Ġunju 1931 Nru 773 (T.U.L.P.S.) tipprovdi l-possibbiltà li wieħed ikollu dokument ta' identità. L-Artikolu msemmi aktar 'il fuq jgħid li “f'konformità mal-mudell stabbilit mill-Ministeru ta' l-Intern, is-Sindku għandu joħroġ karta ta' l-identità lill-persuni ta' 'l fuq minn 15-il sena li jkollhom ir-residenza tagħhom fil-miniċipalità, meta jagħmlu l-applikazzjoni”

Dwar l-obbligu li jġorru d-dokument ta' l-identità, l-Art. 4 ta' l-imsemmi T.U.L.P.S. jipprovdi li Awtorità tal-Pulizija, fil-ġuridizzjoni tagħha, tista' tordna lill-persuna perikoluża jew taħt suspett li tipprovdi karta ta' l-identità u li turiha kull darba li l-Uffiċjali tal-Pulizija jitlobuha.

Bl-eżami ta' dawn l-Artikoli, aħna niddeduċu li l-obbligu li d-dokumenti msemmija aktar 'il fuq jinġarru jikkonċerna biss lill-pesuni perikolużi jew taħt suspett; Il-persuni l-oħra (mhux perikolużi jew taħt suspett) kif provdut mill-Artikolu 651 tal-Kodiċi Kriminali, għandhom l-obbligu li jagħtu lill-uffiċjal pubbliku l-informazzjoni dwar l-identità, il-kondizzjoni jew il-kwalitajiet personali tagħhom meta l-uffiċjali jitlobhom jagħmlu dan.

Fir-rigward ta' persuna barranija li tkun qed tgħix fil-pajjiż, din għandha d-dritt li tkun irreġistrata ma' l-uffiċju ta' l-istat ċivili tal-muniċipalità li fiha tkun toqgħod u d-dritt li jkollha karta ta' l-identità li ma tkunx valida għall-espatrijazzjoni.

ĊIPRU

Tar-Regolament KE) Nru 562/2006, jipprovdi li t-tneħħija tal-kontroll fil-fruntieri interni m'għandux jeffettwa l-possibiltà għal Stat Membru li jipprovdi bil-liġi għall-obbligu ta' pussess jew il-ġarr ta' karti jew passaporti.

Ir-Repubblika ta' Ċipru għandha din id-dispożizzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha. Permezz tal-Liġi dwar ir-Reġistrazzjoni u r-Residenza ta' l-2006 (L.13(I)/2006) kwalunkwe membru tal-pulizija li jkun fuq xogħlu, kwalunkwe membru ta' awtorità mill-uffiċċju ta' l-istat ċivili jew kull persuna oħra li tkun awtorizzata bil-miktub mid-Direttur ta' l-Immigrazzjoni u mid-Dipartiment tar-Reġistru Ċivili, jista' jitlob lil kwalunkwe persuna biex tipproduċi l-karta ta' l-identità tagħha. Jekk din il-persuna tonqos milli tipprovdi dan id-dokument fi żmien speċifiku, għandha tkun ħatja u tista' tintbagħat il-ħabs għal perjodu ta' mhux aktar minn sena jew teħel multa li ma taqbiżx l-elf lira jew tintbagħat il-ħabs kif ukoll teħel multa. Barra dan, skond il-Liġi tal-Pulizija (L.73(I)/2004), Sezzjoni 28, kwalunkwe membru tal-korp tal-pulizija jista' jwaqqaf, jarresta u jfittex kwalunkwe persuna, i) li jara/tara tagħmel kwalunkwe att jew ħaġa ii) li jissuspetta/tissuspetta li tkun qed tagħmel kwalunkwe att jew ħaġa jew li tkun f'pussess ta' kwalunkwe ħaġa jew (iii) li jara/tara fil-pussess ta' kull ħaġa li għaliha tkun meħtieġa liċenzja skond id-dispożizzjonijiet ta' kwalunkwe liġi u tista' titlob lil din il-persuna biex tipproduċi din il-liċenzja.

IL-LATVJA

Ir-Regoli tal-Kabinett tal-Ministri fir-Repubblika tal-Latvja Nru 499 mill-4 ta' Novembru, 2002“Regoli dwar iż-żona tal-Fruntiera u r-reġim ta' l-art tal-fruntiera fir-Repubblika tal-Latvja” jiddeterminaw li l-persuni kollha mill-età ta' 15-il sena jridu jżommu fuqhom dokumenti ta' identifikazzjoni waqt li jkunu jinsabu fiż-żona tal-fruntiera (li mhux wiesgħa aktar minn 2 km li jibdew mill-bidu tal-linja tal-fruntiera) tul l-art li tmiss mal-fruntiera tal-Latvja. F'każijiet oħra l-leġiżlazzjoni fir-Repubblika tal-Latvja ma tirrikjedix li persuni jkollhom fuqhom dokumenti permanenti.

IL-LITWANJA

Skond il-leġiżlazzjoni Litwana mhemm l-ebda ħtieġa għaċ-ċittadini Litwani jew ta' l-UE li jġorru karti jew dokumenti personali.

Skond l-Artikolu 17(5) tal-liġi dwar il-Funtiera ta' l-Istat u l-Protezzjoni tagħha, iċ-ċittadini kollha fiż-żona tal-fruntieri jridu jġorru fuqhom id-dokumenti ta' l-identità.

Iċ-ċittadini kollha Litwani ta' 'l fuq minn 16-il sena jridu jiksbu u jkollhom karta ta' l-identità jew passaport. Skond il-Liġi dwar l-Istat Legali tal-persuni barranin, iċ-ċittadini kollha barranin ta' l-UE jrid ikollhom dokument ta' l-identità u ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi kollha huma obbligati li jkollhom u li jġorru magħhom dokumenti ta' l-identità.

IL-LUSSEMBURGU

Ċittadini barranin huma obbligati li jġorru dejjem il-permess ta' residenza.

L-UNGERIJA

L-Artikolu 61 (3) ta' l-Att XXXIX ta' l-2001 dwar id-dħul u l-permanenza ta' persuni barranin jistipula li l-persuni barranin kollha – meta jintalbu mill-awtoritajiet – iridu jippreżentaw d-dokumenti ta' l-ivvjaġġar tagħhom, il-permessi ta' residenza jew dokumenti li huma tajba għall-identifikazzjoni tal-persuna barranija.

MALTA

Tajjeb li wieħed jinnota li l-Att dwar l-Immigrazzjoni (Cap. 217) bħalissa jipprovdi għall-ħtieġa li jkun ippreżentat il-passaport jew dokument ieħor relevanti mad-dħul fil-pajjiż. Madanakollu, mhemm l-ebda dispożizzjoni ġuridika li tispeċifika li dawn id-dokumenti jridu jinġarru fi kwalunkwe ħin.

Fil-prattika, madanakollu, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbu liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi biex jipproduċu d-dokumenti relevanti jekk ikun meħtieġ. Għalhekk dawn huma mitluba li dejjem iżommu fuqhom dawn id-dokumenti waqt iż-żjara tagħom f'Malta.

L-OLANDA

Fl-Olanda, persuni li jagħlqu l-14-il sena jew aktar huma obbligati skond l-Att dwar il-Ħtiġiet ta' Identifikazzjoni [Wet op de identificatieplicht] li jipprovdu evidenza ta' identità għal spezzjoni meta jiġu mitluba l-ewwel darba (ħtiġiet għal identifikazzjoni). Dan jgħodd ukoll għall-persuni barranin.

L-Artikolu 4.21 tad-Digriet dwar Persuni Barranin [Vreemdelingenbesluit, or “Vb”] jispeċifika liema dokumenti jistgħu jintużaw fl-Olanda minn persuni biex jidentifikaw lilhom infushom skond it-Taqsima 50.1 ta' l-Att dwar il-Persuni Barranin. Dan l-Artikolu jagħmel distinzjoni bejn il-gruppi li ġejjin:

ċittadini barranin li joqogħdu legalment f'termini ta' permess ta' residenza għal perjodu speċifikat jew li mhux speċifikat;

ċittadini barranin li joqogħdu legalment bħala ċittadini tal-Komunità;

persuni li applikaw biex jingħataw permess ta' residenza għal persuni li jfittxu ażil għal perjodu speċifiku;

ċittadini barranin minn barra dawk speċifikati hawn fuq.

F'termini speċifiċi, il-kategoriji li ġejjin huma involuti:

a.

ċittadini barranin li joqogħdu legalment f'terminu ta' permess għar-residenza temporanja jew permanenti (Taqsima 8, a-d, l-Att dwar Persuni Barranin) irċevew bħala dokument ta' identità dokument ieħor separat ta' residenza bi qbil ma' l-Appendiċi 7a sa 7d, tar-Regolamenti dwar Persuni Barranin;

b.

għaċ-ċittadini ta' l-UE/ŻEE u l-Iżvizzera, li joqogħdu legalment kif speċifikat f'Taqsima 8.e, ta' l-Att dwar Persuni Barranin, passaport nazzjonali validu jew karta ta' l-identità valida. Għaċ-ċittadini barranin li huma membri tal-familja ta' ċittadini ta' l-UE/ŻEE jew ta' l-Iżvizzera, iżda li għandhom ċittadinanza differenti, li joqogħdu legalment kif definit fit-Taqsima 8e, ta' l-Att dwar Persuni Barranin:

passaport nazzjonali validu bil-viża meħtieġa għad-dħul fil-pajjiż, jekk għaddew anqas minn tliet xhur mid-dħul;

passaport nazzjonali validu bit-timbru biex tidħol, jekk mhemmx ħtieġa għall-viża u jekk għaddew anqas minn tliet xhur mid-dħul fil-pajjiż;

passaport validu bi stqarrija maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti li tindika li saret applikazzjoni għall-karta tar-residenza, jekk għaddew anqas minn sitt xhur mill-ħruġ ta' l-istqarrija;

karta tar-residenza bi qbil ma' l-appendiċi 7e, tar-Regolament dwar Persuni Barranin

ċ.

persuni barranin li għamlu applikazzjoni għal permess ta' residenza għal persuni li qed ifittxu ażil għal perjodu speċifikat għandhom ikunu pprovduti b'dokument ta' identità bi qbil ma' l-appendiċi 7f, tar-Regolament dwar Persuni Barranin, fiċ-ċentru ta' reċezzjoni;

d.

ċittadini barranin li qed joqogħdu legalment f'termini tat-Taqsima 8j, ta' l-Att dwar Persuni Barranin, minħabba li jkun hemm ostakoli biex jitkeċċew kif definit fit-Taqsima 64, ta' l-Att dwar Persuni Barranin, u persuni li joqogħdu legalment b'riżultat tal-moratorju fuq it-tluq mill-pajjiż għandhom jakkwistaw, bħala prova ta' identità, dokument ta' residenza bi qbil ma' l-Appendiċi 7f2, tar-Regolamenti dwar Persuni Barranin (dokument W2), sakemm ma jkollhomx diġà fil-pussess tagħhom dokument validu biex jaqsmu l-fruntieri;

e.

vittmi (suspettati) ta' traffikar uman b'residenza legali kif definit fit-Taqsima 8.k, Vw, għandhom ikunu pprovduti b'dokument ta' residenza bi qbil ma' l-appendiċi 7f2, ta' l-Att dwar Persuni Barranin (dokument W2), sakemm ma jkollhomx diġà fil-pussess tagħhom dokument validu biex jaqsmu l-fruntieri;

f.

ċittadini barranin minuri mhux akkompanjati, li jkunu qed jistennew deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-estensjoni ta' validità jew emenda għall-permess ta' residenza maħruġ fi stadju aktar bikri soġġett għal dawk ir-restrizzjonijiet, għandhom ikunu provduti b'dokument ta' residenza bi qbil ma' l-appendiċi 7f2, ta' l-Att dwar Persuni Barranin (dokument W2), sakemm ma jkollhomx diġà fil-pussess tagħhom dokument validu biex jaqsmu l-fruntieri;

g.

cittadini barranin oħra.

Għal ċittadini oħra barranin, id-dokument ta' identità xieraq hu dokument validu għall-qsim tal-fruntieri kif rikjest taħt il-Vb għall-aċċess għall-Olanda, jew inkella dokument validu għall-qsim tal-fruntieri li jinkorpora viża valida. Id-dokumenti transkonfinali meħtieġa biex tidħol fl-Olanda huma ddiżinjati f'termini ta' l-Artikolu 2.3, Vb. Din id-dispożizzjoni tapplika mhux biss għal ċittadini barranin li għandhom permess għar-residenza għall-perjodu ħieles, iżda wkoll għal ċittadini barranin li joqogħdu illegalment f'pajjiżna. Dokument W2 jista' jinħareġ biss f'ċirkustanzi eċċezzjonali, jekk b'mod partikolari wieħed iżomm f'moħħu l-fatt li l-parti involuta kienet diġà eżentata mill-ħtieġa ta' passaport.

Ir-regola speċjali skond l-Artikolu 2.4,Vb, tapplika għal passiġġieri li jkunu fi tranżitu. Il-pożizzjoni fir-rigward ta' ċittadini barranin li jkollhom fil-pussess tagħhom dokument ta' residenza minn Stat Membru ieħor ta' Schengen hi li dawn iċ-ċittadini jistgħu jivvjaġġaw fit-territorju tax-Schengen mingħajr il-viża għal massimu ta' tliet xhur. F'dawn il-każijiet iridu jkunu fil-pussess ta' dokument ta' l-ivvjaġġar validu.

Taqsima 50, l-Att dwar il-Frustieri,

1.   L-uffiċjali responsabbli għal kontroll ta' mal-fruntiera inkarigati mis-sorveljanza ta' ċittadini barranin huma awtorizzati li jarrestaw individwi sabiex jistabbilixxu l-identità, in-nazzjonalità u l-pożizzjoni tagħhom f'rabta mad-dritt għar-residenza, jew fuq il-bażi ta' fatti u ċirkostanzi li, ikkunsidrati oġġettivament, jipprovdu suspett raġonevoli ta' residenza illegali, jew biex jiġġieldu kontra residenza illegalment wara l-qsim tal-fruntieri. Kull min jiddikjara ċ-ċitttadinanza Olandiża, izda ma jistax jippruvaha jista' jkun soġġett għal miżuri dixxiplinari speċifikati fil-paragrafi 2 u 5. Id-dokumenti li jridu jkunu għand persuna barranija sabiex tkun stabbilita l-identità, in-nazzjonalità u l-pożizzjoni tagħha, skond il-liġi dwar ir-residenza għandhom ikunu indikati f'termini ta' Ordni fil-Kunsill.

2.   Jekk l-identità tal-persuna arrestata ma tkunx tista' tiġi stabbilita immedjatament, din tista' tittieħed għal post apposta għall-interrogazzjoni. Din il-persuna tinżamm għal mhux aktar minn sitt sigħat, sakemm dan ma jinkludix kwalunkwe ħin bejn nofs il-lejl u d-9 ta' filgħodu.

3.   Jekk l-identità tal-persuna arrestata tkun tista' tiġi stabbilita immedjatament, u jekk ikun jidher li din mhix intitolata għal residenza legali, jew jekk ma jkunx immedjatament jidher li għandha residenza legali, din tista' tittieħed f'post apposta għall-interrogazzjoni. Din il-persuna tinżamm għal mhux aktar minn sitt sigħat, sakemm dan ma jinkludix kwalunkwe ħin bejn nofs il-lejl u d-9a.m.

4.   Jekk ikun għad hemm lok għal suspett li l-persuna arrestata ma għandhiex id-dritt għal residenza legali, il-limitu tal-ħin speċifikat f'paragrafi 2 u 3 jista', fl-interess ta' l-investigazzjoni, jiġi estiż għal massimu ta' 48 siegħa mill-uffiċjal kmandant tar-Royal Marechaussee jew mill-Kummissarju tal-pulizija b'awtorità fuq il-post fejn tkun qiegħda l-persuna.

5.   L-uffiċjali speċifikati fil-paragrafu 1 huma awtorizzati li jfittxu fil-ħwejjeġ u fuq il-persuna ta' min hu arrestat, kif ukoll li jfittxu f'dak kollu li tipposedi l-persuna.

6.   Aktar regolamenti dettaljati jkunu pprovduti mill-Ordni tal-Kunsill f'rabta ma' l-applikazzjoni tal-paragrafi preċedenti ta' din it-Taqsima.

Artikolu 4.21, Digriet dwar il-Frustieri tas-sena 2000

1.   Id-dokumenti indikati kif definiti fit-Taqsima 50.1, l-aħħar sentenza ta' l-Att, huma:

a)

għal ċittadini nazzjonali li qed joqogħdu legalment kif iddefini fit-Taqsima 8.a sa 8.d ta' l-Att: dokument maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti li jagħti prova ta' dan, li l-mudell tiegħu ikun iddeterminat minn regolamenti ministerjali;

b)

għal ċittadini barranin li qed joqogħdu legalment kif iddefinit fit-Taqsima 8.e ta' l-Att: Passaport nazzjonali jew karta ta' l-identità valida, jekk huma ċittadini ta' stat kif iddefinit fit-Taqsima 8.7.1 jew, jekk ma għandhomx dik iċ-ċittadinanza:

1o.

passaport nazzjonali validu bil-viża meħtieġa għad-dħul, jekk għaddew anqas minn tliet xhur mid-dħul fil-pajjiż;

2o.

passaport nazzjonali validu bit-timbru għad-dħul, jekk mhemmx ħtieġa ta' viża u jekk għaddew anqas minn tliet xhur mid-dħul fil-pajjiż;

3o.

passaport validu bi stqarrija maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti kif indikat fit-Taqsima 8.13, fil-paragrafu 4, jekk għaddew anqas minn sitt xhur mill-ħruġ ta' l-istqarrija;

4o.

dokument ta' residenza maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti, kif iddefinit fit-Taqsima 8.13, il-paragrafu 5 jew it-Taqsima 8.20, il-paragrafu 1;

ċ)

għal ċittadini nazzjonali li għamlu applikazzjoni għall-għoti ta' permess għal residenza għal dawk li jfittxu ażil, kif iddefinit fit-Taqsima 28 ta' l-Att: dokument maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti li jagħti prova ta' dan, li l-mudell tiegħu ikun iddeterminat minn regolamenti ministerjali;

d)

għal ċittadini nazzjonali minbarra dawk speċifikati taħt ċ, li jgawdu residenza legali kif iddefinit fit-Taqsima 8 f, g, h, j jew k ta' l-Att u meta ma jkunux f'pussess ta' dokument validu f'termini ta' l-Att dwar il-qsim tal-fruntieri: dokument maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti li l-mudell tiegħu ikun iddeterminat minn regolamenti ministerjali, fornut b'folja supplimentari kif iddefinit fit-Taqsima 4.29, il-paragrafu 3, li dwarha kienet innotatata l-pożizzjoni skond il-liġi dwar ir-residenza;

e)

għal ċittadini nazzjonali oħra, dokument validu għal qsim tal-fruntiera meħtieġ għad-dħul fl-Olanda skond l-Att, jew inkella dokument għall-qsim tal-fruntiera li għalih il-viża meħtieġa tkun reġistrata jew li għalih tkun saret notifika marbuta mal-pożizzjoni skond il-liġi dwar ir-residenza.

2.   L-ebda dokument ħlief dawk speċifikati fil-paragrafu 1 a jew b m'għandu jinħareġ għal tfal taħt it-12-il sena, sakemm fl-opinjoni tal-Ministru dawn ikollhom interess raġonevoli biex jingħataw dan id-dokument.

3.   Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 f'a sa d, ikollu notifika li tindika jekk iċ-ċittadin nazzjonali għandux permess biex jaħdem u wkoll jekk permess għax-xogħol hux meħtieġ għal dan ix-xogħol skond l-Att dwar ix-Xogħol għall-Frustieri [Wet arbeid vreemdelingen].

4.   Jekk ir-residenza għal ċittadin barrani speċifikata fil-paragrafu 1 f'a jew b hi soġġetta għal kwalunkwe restrizzjoni kif speċifikata fit-Taqsima 3.4, il-paragrafu 4, issir notifika fuq id-dokument li tgħid “id-dipendenza fuq ir-riżorsi pubbliċi jista' jkollha konsegwenzi fuq id-drittijiet ta' residenza” [“beroep op de publieke middelen kan gevolgen hebben voor verblijfsrecht”]

L-AWSTRIJA

§ 2 ta' l-Att Federali dwar is-sistema tal-passporti għaċ-ċittadini Awstrijaċi (l-Att dwar il-Passporti ta' l-1992), il-Gazzetta tal-Liġi Federali Awstrijaka (BGBl.) 1992/839 fil-verżjoni BGBl. I 2006/44

Id-dħul u l-ħruġ mill-pajjiż

(1)   Fin-nuqqas ta' speċifikazzjoni fi ftehimiet intergovernattivi jew għal kuntrarju ta' prattiċi internazzjonali, iċ-ċittadini Awstrijaċi (ċittadini) jeħtieġu dokument ta' l-ivvjaġġar validu (passaport jew sostitut għal passaport) sabiex jidħlu jew joħorġu mit-territorju tar-Repubblika Federali.

Minkejja r-responsabbiltà tiegħu skond § 24 (1), ċittadin li ma jkunx fil-pussess ta' dokument validu ta' l-ivvjaġġar iżda li jkun jista' juri ċ-ċittadinanza u l-identità tiegħu ma jistax jiċċaħħad milli jidħol fil-pajjiż.

(2)   Jekk u safejn hu awtorizzat il-Gvern Federali biex jikkonkludli l-ftehimiet intergovernattivi skond l-Artikolu 66 (2) tal-Kostituzzjoni Federali Awstrijaka (B-VG), biex jiffaċilita l-ivvaġġar barra l-pajjiż, biex jikkonkludi ftehimiet internazzjonali li jagħtu d-dritt liċ-ċitttadini li jivvjaġġaw fi stati oħra u li jidħlu fit-territorju tar-Repubblika Federali fuq il-bażi ta' dokumenti minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1. Sakemm jiffaċilitaw l-ivvjaġġar ma' żoni ta' mal-fruntiera ta' pajjiżi ġirien tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ftehimiet ta' din in-natura jistgħu jinkludu speċifikazzjonijiet bl-effett li din il-faċilitazzjoni għandha tapplika għal ċittadini li għandhom il-post tar-residenza jew li joqogħdu biss f'żoni ta' mal-fruntiera tar-Repubblika

Ftehimiet skond it-tifsira ta' § 2 (2) PassG:

Ftehim bejn ir-Repubblika ta' l-Awstrija u r-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja dwar traffiku lokali ta' mal-fruntiera (issa r-Repubblika tas-Slovenja), il-Gazzetta tal-Liġi Federali Awstrijaka Nru § 2 (2) PassG: fil-verżjoni tal-Gazzetta tal-Liġi Federali Awstrijaka – Ara l-Artikoli 3, 4 u 7 (fil-preżent taħt reviżjoni).

Ftehim bejn ir-Repubblika ta' l-Awstrija u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar qsim mal-fruntiera ta' passiġġieri fi traffiku lokali ta' mal-fruntiera Gazzetta tal-Liġi Federali Awstrijaka – Ara l-Artikoli 2 sa 4 u 7 sa 9.

§ 15 ta' l-Att Federali Awstrijak dwar l-iskjerament tal-pulizija tal-frustieri, il-ħruġ ta' dokumenti għal frustieri u l-ħruġ ta' dokumenti għad-dħul (l-Att dwar il-Pulizija Barranin ta' l-2005 – FPG), Gazzetta tal-Liġi Federali Awstrijaka I Nru 100/2005

Kondizzjoni għal dħul leġittimu fit-territorju tar-Repubblika Federali

(1)   Fl-assenza ta' dispożizzjoni għall-kuntrarju fil-liġi federali jew fil-ftehimiet internazzjonali jew ta' prattiċi internazzjonali kuntrarji, il-frustieri huma meħtieġa li jkollhom dokument ta' l-ivvjaġġar validu għal dħul leġittimu fit-territorju tar-Repubblika Federali (obbligu ta' passaport).

Dokumenti oħra għall-ivvjaġġar skond it-tifsira ta' § 15 (1) FPG:

Passaport għal Frustieri (§ § 88 sa 93 FPG)

Dokumenti ta' l-ivvjaġġar għal konvenzjonijiet (§ 94 FPG)

Karti ta' l-identità fotografiċi għad-detenturi tal-privileġġi u l-immunitajiet (§ 95 FPG)

Dokument għal ivvjaġġar ta' emerġenza għal ċittadini ta' Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (§ 96 FPG)

Dokument ta' l-ivvjaġġar għar-ripatrijazzjoni ta' ċittadini ta' stati terzi (§ 97 FPG)

§ 16 Att dwar l-Intervent tal-Pulizija tal-Frustieri ta' l-2005 (FPG), Gazzetta tal-Liġi Federali Awstrijaka Nru 100/2005

Kundizzjonijiet ġenerali dwar l-obbligu għall-passaport

(1)   Jekk ikun fl-interess pubbliku, b'referenza partikolari għall-pulizija tal-passaporti u tal-frustieri u għall-politika barranija, il-Ministru Federali għall-Affarijiet Interni hu awtorizzat, b'konsultazzjoni mal-Ministru Federali għall-Affarijiet Barranin, li joħroġ Regolament li jindika ċerti forom ta' dokumenti għall-ivvjaġġar maħruġa minn stati minbarra dawk li huma parti mit-Trattat bħala mhux konformi ma' l-obbligu tal-passaport.

(2)   Frustieri rreġistrati fuq dokumenti ta' l-ivvjaġġar konġunti jistgħu jidħlu jew iħallu l-pajjiż biss fil-kumpanija tad-detentur ta' dak id-dokument ta' l-ivvjaġġar li fuqu jkun rreġistrati. Dan m'għandux japplika fil-każ ta' miżuri li jittieħdu permezz tad-deportazzjoni jew ta' trasport barra l-pajjiż skond il-Kapitoli 5 sa 10.

(3)   Frustieri li jkun inħarġilhom passaport kollettiv jissodisfaw l-obbligu dwar il-passaport, iżda jistgħu jidħlu jew iħallu l-pajjiż flimkien biss. Kull membru tal-grupp li jkun qed jivvjaġġa jeħtieġ dokument maħruġ mill-awtoritajiet li juri l-identità tiegħu. Dan m'għandux japplika fil-każ ta' miżuri li jittieħdu permezz ta' deportazzjoni jew ta' trasport barra l-pajjiż skond il-Kapitoli 5 sa 10.

§ 17 l-Att dwar il-Pulizija tal-Frustieri ta' l-2005 (FPG), Gazzetta tal-Liġi Federali Awstrijaka Nru. 100/2005

Restrizzjoni ta' l-obbligu għall-passaport

(1)   Jekk u safejn hu awtorizzat il-Gvern Federali biex jikkonkludi ftehimiet intergovernattivi skond l-Artikolu 66 (2) tal-Kostituzzjoni Federali Awstrijaka (B-VG), għandu d-dritt, soġġett għar-reċiproċità li jiftiehem biex frustieri li huma soġġetti għall-obbligu tal-passaport għandhom dritt li jidħlu fil-pajjiż, li joqogħdu temporanjament fit-territorju tar-Repubblika Federali u li jħallu l-pajjiż fuq il-bażi ta' dokumenti ta' l-ivvjaġġar minbarra dawk imsemmija f'§ § 15 (1) u 16 (3). Dawn il-frustieri jissodisfaw l-obbligu għall-passaport.

(2)   Il-ftehimiet skond il-paragrafu 1, li huma intiżi biex jiffaċilitaw l-ivvjaġġar fiż-żoni ta' mal-fruntiera tar-Repubblika ta' l-Awstrija, jistgħu jispeċifikaw li l-persuni barranin li jkunu daħlu fil-pajjiż fuq il-bażi ta' dokument ta' l-ivvjaġġar ta' din ix-xorta jkollhom permess li jibqgħu fiż-żoni ta' mal-ftuntieri tar-Repubblika ta' l-Awstrija. F'dawn il-każijiet, il-ftehim internazzjonali jista' wkoll jispeċifika li d-dokument maħsub biex wieħed ikun jista' jidħol fil-pajjiż, ir-residenza temporanja fil-pajjiż u t-tluq mill-pajjiż għandhom ikunu attestati minn awtorità tal-Gvern Awstrijak.

(3)   Jekk l-interess pubbliku jkun jeħtieġ hekk, il-Ministru Federali għall-Affarijiet Interni hu awtorizzat, b'konsultazzjoni mal-Ministru Federali għall-Affarijiet Barranin, li joħroġ Regolament li jispeċifika li ċerti persuni barranin soġġetti għall-obbligu tal-passaport ikollhom permess li jidħlu fit-territorju tar-Repubblika Federali ta' l-Awstrija, biex joqogħdu f'residenza temporanja hemm u biex iħallu l-pajjiż fuq il-bażi ta' dokumenti oħra. Dawn il-persuni barranin jissodisfaw l-obbligu għall-passaport.

(4)   Ċittadini taż-ŻEE jew dawk Żvizzeri jistgħu jwettqu l-obbligu tagħhom għall-passaport b'karta ta' l-identità, joqogħdu f'residenza temporanja fit-territorju tar-Repubblika Federali u jħallu l-pajjiż fuq il-bażi ta' dokument ta' l-ivvjaġġar ta' din ix-xorta.

Ftehimiet skond it-tifsira ta' § 17(1) FPG:

Ftehimiet bejn il-membri ta' l-Organizzazzjoni tat-Trattat ta' l-Atlantiku ta' Fuq dwar l-istatus tal-forzi tagħhom (NATO Status of Forces Agreement) Gazzetta tal-Liġi Federali Awstrijaka III Nru 135/1998 fil-verżjoni tal-Gazzeetta tal-Liġi Federali Awstrijaka III Nru 96/1999 flimkien mal-Ftehim bejn l-istati li huma parti mill-Organizzazzjoni ta-Trattat ta' l-Atlantiku ta' Fuq u stati oħra li qed jieħdu sehem fil-partenarjat għall-paċi fuq l-istatus tal-forzi tagħhom (il-Ftehim PfP NATO), Gażżetta tal-Liġi Federali Awstrijaka Nru 136/1998 fil-verżjoni ppubblikata fil-Gazzetta tal-Liġi Federali Awstrijaka III Nru 178/1998 – ara l-Artikolu III (1) NATO Ftehim dwar l-Istatus tal-Forzi

Ftehimiet skond it-tifsira ta' § 17(2) FPG: (ara l-ftehimiet skond it-tifsira ta' § 2(2) l-Att dwar il-Passaporti Awstrijaċi (Pass G))

§ 18 l-Att dwar il-Pulizija tal-Frustieri ta' l-2005 (FPG), BGBl. I Nru. 100/2005

Eċċezzjonijiet għall-obbligu tal-passaporti

(1)   Il-frustieri m' għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligu tal-passaport f'każ ta'

1.

stqarrija ta' aċċettazzjoni (§ 19) li tinħareġ;

2.

dritt għal residenza temporanja li tinħareġ skond l-Att Awstrijak li jirregola d-dritt ta' stabbiliment u residenza temporanja, f'każijiet fejn il-frustier ma jkollux dokumenti ta' l-ivvjaġġar jew

3.

permezz tat-trasport (§ 48).

(2)   Frustieri b'rikonoxximent tad-dritt tagħhom ta' l-ażil jew li jkunu intitolati għall-protezzjoni sussidjarja fl-Awstrija u li ma jkollhomx dokument validu ta' l-ivvjaġġar iżda li prima facie jistgħu jagħtu prova ta' l-identità tagħhom ma jistgħux – irrispettivament mir-responsabbiltà tagħhom skond § § 120 u 121 – jiġu mċaħħda milli jidħlu fil-pajjiż.

§ 19 FPG – stqarrija ta' aċċettazzjoni

(1)   Fuq talba minn awtorità kompetenti ta' stat ieħor għandha ssir stqarrija ta' aċċettazzjoni ta' persuna barranija li tkun soġġetta li titneħħa bil-forza mit-territorju ta' l-imsemmi stat għat-territorju tar-Repubblika Federali Awstrijaka u li r-Repubblika Federali ta' l-Awstrija hi rikjesta li taċċettaha skond ftehim internazzjonali (il-para. 4), taħt konvenzjoni Komunitarja Ewropea jew permezz ta' prassi internazzjonali.

(2)   L-istqarrija ta' aċċettazzjoni trid tkun appożitament għalhekk; għandha turi l-identità u n-nazzjonalità tal-persuna barranija.

(3)   Fin-nuqqas ta' speċifikazzjoni kuntrarja fi ftehim internazzjonali jew f'konvenzjoni Komunitarja Ewropea, il-perjodu ta' validità ta' l-istqarrija ta' l-aċċettazzjoni għandha tkun imfassla għal tul ta' żmien konsistenti ma' dak meħtieġ għar-ritorn tal-persuna barranija; il-post fejn tinqasam il-fruntiera jew post fi stat li jkun parti mit-Trattat irid ikun speċifikat għad-dħul fil-pajjiż.

(4)   Jekk u safejn il-Gvern tar-Repubblika Federali hu awtorizzat li jikkonkludi ftehimet intergovernattivi skond l-Artikolu 66 (2) tal-Kostituzzjoni Federali Awstrijaka 66 (2) dan ikun intitolat, soġġett għall-kundizzjoni ta' reċiproċità, li jaċċetta li persuni li jkunu daħlu b'mod illeġittimu fit-territorju ta' stat ieħor jew li mhumiex, jew mhumiex aktar, konformi mal-kondizzjonijiet għad-dħul f'dak il-pajjiż jew għal residenza temporanja fih, ikollhom permess li jerġgħu jidħlu fir-Repubblika Federali (konvenzjoni dwar l-aċċettazzjoni mill-ġdid).

§ 23 l-Att dwar il-Pulizija tal-Frustieri ta' l-2005 (FPG), Gazzetta tal-Liġi Federali Awstrijaka Nru 100/2005

Ċertifikat Mediku

(1)   Sabiex is-saħħa pubblika ma tkunx fil-periklu, il-Ministru Federali Awstrijak għas-Saħħa u l-Affarijiet dwar in-Nisa hu intitolat li joħroġ Regolament dwar ċerti stati li fihom ikun hemm riskju sinifikanti akbar ta' infezzjoni b'

1.

marda notifikata, li tista' tittieħed malajr b'kuntatt normali soċjali (mard serju) skond it-tifsira ta' l-Att Awstrijak dwar l-Epidemija [Epidimiegesetz] 1950, Gazzetta tal-Liġi Federali Awstrijaka Nru 186/1950,

2.

kwalunkwe mard serju infettiv li nhux notifikat jew irrappurtat, jew

3.

tuberkulożi notifikabbli skond it-tifsira ta' § 3(a) ta' l-Att Awstrijak dwar it-Tuberkulożi Gazzetta tal-Liġi Federali Awstrijaka Nru127/1968,

u b'konsegwenza tagħha jkun hemm riskju ta' numru kbir ta' nies li jkunu soġġetti għal periklu serju u sostnut.

(2)   Frustieri li jkunu joqogħdu temporanjament f'dak l-istat indikat fir-Regolament (1) matul is-sitt xhur immedjatament qabel id-dħul tagħhom fit-territorju tar-Repubblika Federali għadhom ikunu intitolati li tinħarġilhom viża sakemm huma jippreżentaw ċertifikat mediku li jiċċertifika li huma ħielsa minn dak il-mard elenkat fir-Regolament (1)

(3)   Ir-Regolament għandu jidentifika dik il-marda li tkun konformi mal-kundizzjonijiet skond (1) u l-kontenut u l-perjodu ta' validità taċ-ċertifikat mediku.

IL-POLONJA

Il-Polonja ma introduċiet l-ebda regolament speċifiku dwar iż-żamma jew il-ġarr ta' karti jew dokumenti ta' identità.

IL-PORTUGALL

L-Artikolu 2(1) tal-Liġi Nru 5/95 tal-21 ta' Frar 1995 (il-Liġi li tobbliga l-ġarr ta' dokumenti ta' identità), li jistipula li “Dawk iċ-ċittadini li għandhom aktar minn 16-il sena jrid jġorru fuqhom dokumenti ta' identità kulmeta jkunu f'post pubbliku, post aċċessibbli għall-pubbliku jew post suġġett għas-sorveljanza mill-pulizija”.

Artikolu 2(2) ta' l-istess Liġi, li jistipula li “Għall-finijiet tal-paragrafu 1, dawn li ġejjin huma meqjusa bħala dokumenti ta' identità:

(a)

karta ta' l-identità jew passaport għal ċittadini Portugiżi;

(b)

permess ta' residenza, karta ta' l-identità jew passaport għal ċittadini ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea;

(ċ)

permess ta' residenza, karta ta' l-identità jew passaport għall-frustieri għal ċittadini ta' pajjiżi li mhumiex fl-UE”.

IS-SLOVENJA

Il-frustieri jridu juru prova ta' l-identità tagħhom permezz ta' dokument għall-ivvjaġġar għal persuni barranin jew dokument ieħor xieraq preskritt fil-pajjiż tal-persuna barranija u li jipprova l-identità tal-persuna barranija, dokument ta' l-ivvjaġġar għall-persuni barranin, karta ta' l-identità transkonfinali, jew dokument ieħor pubbliku maħruġ minn awtorità ta' l-Istat li tinkludi ritratt u fuq il-bażi li jkun possibbli li taċċerta mill-identità tal-persuna barranija, Fuq talba ta' uffiċjal tal-pulizija, il-persuni barranin iridu jipprovaw l-identità tagħhom permezz tad-dokumenti li ssemmew aktar 'il fuq u jridu jipproduċu permess li juri li daħlu u qed joqogħdu legalment fir-Repubblika tas-Slovenja (l-Artikolu 75 Ztuj-1-UPB3, Ur. l. RS (Gazzetta Uffiċjali Slovena) Nru 107/2006).

Il-persuni barranin huma soġġetti għal multa ta' SIT 20 000 (EUR 83,46) jekk jonqsu milli jipproduċu dan id-dokument li jipprova li huma legalment intitolati biex jidħlu u joqogħdu fil-pajjiż jew jekk, fuq talba ta' uffiċjal tal-pulizija, jonqsu milli jipprovaw l-identità tagħhom (l-Artikolu 97(3) u (4) Ztuj).

IS-SLOVAKKJA

Fil-każ tat-tneħħija ta' kontrolli mal-fruntiera fi fruntieri barranin, l-Istati Membri jistgħu, skond l-Artikolu 21(c) u (d) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, jipprovdu bil-liġi għal obbligu biex persuna jkollha jew iġġorr karti u dokumenti u għal obbligu biex ċittadini ta' pajjiżi terzi jirrapportaw il-preżenza tagħhom fit-territorju ta' kull Stat Membru skond l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni ta' Schengen Wara t-tneħħija tal-kontroll mal-fruntiera, probabbli ser jinżamm l-obbligu għal ċittadini ta' pajjiżi terzi (l-istess bħall-obbligu taċ-ċittadini Slovakki) li jkollhom dokument validu ta' l-ivvjaġġar (inklużi, jekk meħtieġa, viża, karta ta' l-identità jew permess għar-residenza waqt waqfa fit-territorju tar-Repubblika Slovakka. Ser jinżamm ukoll l-obbligu għar-reġistrazzjoni għal barranin skond it-tifsira tat-Taqsima 49 (2) ta' l-Att Nru 48/2002 Coll.

IL-FINLANDJA

L-Att dwar il-Persuni Barranin (301/2004) Taqsima 13 – Passaporti

Meta jidħlu jew joqogħdu fil-Finlandja, persuni barranin għandu jkollhom passaport validu maħruġ mill-awtoritajiet ta' pajjiżhom jew tal-pajjiż tar-residenza tagħhom, li għandu jkun ippreżentat lill-awtoritajiet ta' spezzjoni tal-fruntieri jew tal-pulizija.

Ma jeżistix l-obbligu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li jinġarru karti u dokumenti matul iż-żjara fil-pajjiż.

L-IŻVEZJA

Id-dispozizzjonijiet nazzjonali marbuta ma' l-Artikolu 21(c) huma pprovduti fil-Kapitolu 9 ta' l-Att dwar il-Persuni Barrani viz

Paragrafu 9

Persuna barranija li toqgħod l-iżvezja hi obbligata fuq talba ta' uffiċjal tal-pulizija li tipproduċi passaport jew dokument ieħor li juri li għandha d-dritt li toqgħod fl-Iżvezja. Il-persuna barranija hi obbligata wkoll li jekk tissejjaħ mill-Bord ta' l-Immigrazzjoni jew mill-awtoritajiet tal-pulizija, tippreżenta ruħha quddiem il-Bord jew l-awtoritajiet tal-pulizija u tagħtihom l-informazzjoni dwar il-preżenza tagħha fl-Iżvezja. Jekk il-persuna barranija tonqos milli tagħmel dan, din tista' tiġi arrestata mill-awtoritajiet tal-pulizija. Jekk, fid-dawl ta' ċirkostanzi personali tal-persuna barranija jew għal xi raġuni oħra, wieħed jista' jassumi li l-persuna barranija ma tkunx ser twieġeb għat-taħrika, din tista' tiġi arrestata mingħajr il-bżonn ta' taħrika minn qabel.

Il-gwardjan tal-kosta hu obbligat li jikkoopera fl-attivitajiet ta' kontroll tal-pulizija, primarjament permezz tal-kontrolli li jwettaq u f'konnessjoni mat-traffiku marittimu. Jekk il-kontroll ikun qed jitwettaq mill-gwardjan tal-kosta, irid jintwera passaport jew dokument ieħor lill-uffiċjal tal-gwardja tal-kosta.

Il-kontolli mwettqa taħt l-ewwel u t-tieni subparagrafi jistgħu isiru biss jekk ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jassumi li l-persuna barranija m' għandhiex dritt li toqgħod l-Iżvezja jew jekk ikun hemm raġunijiet oħra speċjali għal kontroll.

IR-ROMANIJA

L-Artikolu 104 ta' l-Att dwar Persuni Barranin Nru 194/2002 jistipula li:

(1)

Il-permess ta' residenza jipprova l-identità tal-persuna barranija u l-eżistenza tad-dritt tagħha li tibqa' fir-Rumanija, kif ukoll it-tul ta' żmien u l-għan li għalih dak id-dritt ikun ingħatalha,

(2)

Id-detentur tal-permess ta' residenza għandu l-obbligu li jżomm dan id-dokument dejjem fuqu, li ma jgħaddihx lil oħrajn u li jippreżentah lill-awtoritajiet kompetenti kull meta jintalab jagħmel dan.

L-IŻLANDA

Skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali ċittadini Iżlandiżi mhumiex obbligati bil-liġi li jġorru fuqhom karti ta' identifikazzjoni jew dokumenti. Madanakollu, skond l-Artikolu 15, il-Paragrafu 5 ta' l-Att dwar il-Pulizija, il-pulizija tista' titlob lil persuna (ta' nazzjonalità Iżlandiża jew barranija) biex tagħti isimha, in-numru ta' l-identità personali tagħha u l-indirizz, u li tippreżenta dokument ta' l-identità bħala prova ta' dan.

Skond l-Att dwar il-Persuni Barranin Nru 96/2002 l-Artikolu 5, il-Paragrafu 1, persuna barranija li tasal fl-Iżlanda, sakemm ma jkunx provdut arranġament ieħor f'regolamenti maħruġa mill-Ministru tal-Ġustizzja, għandu jkollha passaport jew dokument ieħor ta' identità rikonnoxxut bħala dokument ta' l-ivvjaġġar. Skond l-Artikolu 53 ta' l-istess Att kwalunkwe persuna barranija għandha turi d-dokumenti ta' l-identità tagħha u, jekk ikun hemm bżonn, tipprovdi l-informazzjoni meta tiġi mitluba tagħmel dan, sabiex tkun aċċertata l-legalità u l-identità waqt il-permanenza tagħha fl-Iżlanda.

Il-Ministru tal-Ġustizzja jista' jiddeċiedi li persuni barranin minbarra ċittadini Daniżi, Finlandiżi, Norveġiżi u Żvediżi, għandhom iġorru l-passaporti jew dokumenti oħra ta' identità l-ħin kollu fuqhom waqt li jkunu qed joqogħdu fl-Iżlanda. Il-Ministru jista' jeżenta persuni barranin oħra minn dan l-obbligu.

Kif issemma aktar 'il fuq, l-awtoriajiet Iżlandiżi għandhom biżżejjed possibiltajiet biex jobbligaw persuna barranija li jkollha jew iġġorr karti u dokumenti, kemm mal-wasla kif ukoll waqt il-permanenza tagħha fil-pajjiż. It-tneħħija tal-kontroll mal-fruntiera fil-fruntieri interni ma jaffettwax l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

IN-NORVEĠJA

L-Att dwar l-Imigrazzjoni (l-Att ta' l-24 ta' Ġunju 1988 Nru 64) it-Taqsima 44 l-ewwel paragrafu dwar id-dħul ta' ċittadini barranin fir-Renju tan-Norveġja u l-prezenzi tagħhom fir-Renju jikkonċerna din il-kwistjoni. F'din id-dispożizzjoni hemm stipulat li:

Meta l-pulizija tiddeċiedi hekk, kull persuna barranija għandha tipprova l-identità tagħha u jekk ikun hemm bżonn tipprovdi informazzjoni biex tistabbilixxi l-identità tal-persuna barranija u l-legalità tal-preżenza tagħha

Għaldaqstant, skond din id-dispożizzjoni hemm l-obbligu li persuna barranija jkollha u ġġorr fuqha dokumenti ta' identifikazzjoni. Għaċ-ċittadini tal-pajjiż mhemmx l-istess obbligu.


24.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 18/25


Notifikazzjonijiet taħt Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 talParlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera “Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen”

L-obbligu li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jirreġistraw il-preżenza tagħhom fit-territorju ta' kwalunkwe Stat Membru skond l-Artikolu 21 (d)

(2008/C 18/04)

IL-BELĠJU

Dan l-obbligu huwa stabbilit fid-dettall fil-miżuri li ġejjin:

It-Taqsima 5 ta' l-Att tal-15 ta' Diċembru 1980 dwar id-dħul fit-territorju, ir-residenza, l-istabbiliment u d-deportazzjoni ta' ċittadini barranin:

“Il-persuni li mhumiex ċittadini u li ma jirrisjedux fi stabbiliment li skond il-liġi għandu jirreġistrahom bħala vjaġġaturi, għandhom jirreġistraw għand l-amministrazzjoni tal-komun fejn jirrisjedu fi żmien tlett ijiem ta' xogħol wara l-wasla tagħhom fir-renju, sakemm ma jkunux jagħmlu parti minn waħda mill-kategoriji ta' ċittadini barranin li għalihom tkun tapplika eżenzjoni tar-re.

Ir-re għandu jiddeċiedi l-metodu tar-reġistrazzjoni u l-formola tad-dokument li jinħareġ meta ssir ir-reġistrazzjoni li jevidenza li r-reġistrazzjoni tkun tabilħaqq saret.”

It-Taqsima 18 tad-Digriet Irjali tat-8 ta' Ottubru 1981 dwar id-dħul fit-territorju, ir-residenza, l-istabbiliment u d-deportazzjoni ta' ċittadini barranin:

“L-obbligu tar-reġistrazzjoni ma' l-awtoritajiet lokali ma tapplikax għal:

1.

Ċittadini barranin li jingħataw permess għad-dħul għal trattament fi sptar jew fi stabbiliment simili matul iż-żjara tagħhom fil-Belġju;

2.

Ċittadin barrani li ma jitħalliex jitlaq u jinżamm f'faċilità korrettiva jew fi stabbiliment tas-sigurtà soċjali.”

It-Taqsima 27 tad-Digriet Irjali tat-8 ta' Ottubru 1981 dwar id-dħul fit-territorju, ir residenza, l-istabbiliment u d-deportazzjoni ta' ċittadini barranin:

“Missier jew omm ulied ta' anqas minn 15-il sena b'ċittadinanza barranija, jew kwalunkwe persuna jew istituzzjoni responsabbli minnhom, għandhom jirreġistraw lil dawn it-tfal ma' l-awtoritajiet lokali.”

It-Taqsima 28 tad-Digriet Irjali tat-8 ta' Ottubru 1981 dwar id-dħul fit-territorju, irresidenza, l-istabbiliment u d-deportazzjoni ta' ċittadini barranin:

“Ċittadini barranin li jgħixu f'karovani, karozzi jew dgħajjes għandhom jirreġistraw, fiż-żmien stipulat, fuq il-lista taċ-ċittadini barrarnin fil-komun fejn jixtiequ jirċievu l-komunikazzjonijiet uffiċjali. L-awtoritajiet lokali tal-komun huma responsabbli mill-ħruġ ta' ċertifikat li jirrikonoxxi l-preżenza tagħhom fuq il-lista ta' ċittadini barranin irreġistrati mal-komun in kwistjoni.”

IL-BULGARIJA

L-obbligu ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirreġistraw il-preżenza tagħhom fit-territorju ta' kwalunkwe Stat Membru skond l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni ta' Schengen huwa kkontrollat mil-Liġi dwar iċ-ċittadini barranin tar-Repubblika tal-Bulgarija:

L-Artikolu 18(1): “Meta jidħlu fir-Repubblika tal-Bulgarija, iċ-ċittadini barranin għandhom jimlew karta ta' indirizz skond il-mudell approvat mill-Ministru ta' l-Intern fejn jiddikjaraw lgħan taż-żjara u jindikaw bil-miktub l-indirizz tar-residenza tagħhom.”

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

L-obbligu taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirreġistraw il-preżenza tagħhom fit-territorju tar-Repubblika Ċeka skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni ta' Schengen huwa stipulat fl-Att Nru 326/1999 Coll., dwar iż-Żjara ta' Barranin fit-Territorju tar-Repubblika Ċeka (Kapitolu VII, § § 93 – 102 fir-rigward tar-reġistrazzjoni taż-żjara fit-territorju).

Skond dan il-Att il-barrani huwa obbligat jirreġistra l-preżenza tiegħu/tagħha fit-territorju tar-Repubblika Ċeka mal-Pulizija fi żmien 3 ijiem mill-wasla tiegħu/tagħha.

ID-DANIMARKA

Id-Danimarka għażlet li ma timplimentax l-Artikolu 22 tal-Ftehim ta' Shengen.

L-Att dwar il-Barranin u l-Ordni dwar il-Barranin ma jinkludu l-ebda dispożizzjoni dwar l-obbligu taċ-ċittadini barranin li javżaw dwar il-preżenza tagħhom fil-pajjiż meta jidħlu minn pajjiż ieħor ta' Schengen.

IL-ĠERMANJA

Ċittadini ta' pajjiżi terzi għandhom l-obbligu li jiddikjaraw il-preżenza tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru, skond l-Artikolu 22 tal-Ftehim ta' Applikazzjoni ta' Schengen. Obbligu ta' dikjarazzjoni bħal dan huwa regulat fil-Ġermanja bid-dispożizzjonijiet fil-para. 11, 14 u 16 tal-liġi ta' qafas dwar l-obbligi ta' reġistrazzjoni kif ukoll regolamenti rispettivi dwar l-obbligu ta' dikjarazzjoni fil-Länder.

Skond il-liġi ta' qafas dwar l-obbligi ta' reġistrazzjoni kif ukoll ir-regoli fil-Länder li għandhom l-istess effett, jeżisti obbligu ġenerali ta' reġistrazzjoni meta wieħed jidħol joqgħod f'post fil-pajjiż (Obbligu ta' reġistrazzjoni), kif ukoll obbligu meta wieħed jitlaq minn post biex imur jgħix barra l-pajjiż (Obbligu ta' tneħħija ta' reġistrazzjoni) L-obbligi ta' reġistrazzjoni għandhom jitwettqu fi żmien ġimgħa/ġimgħatejn wara d-dħul jew il-ħruġ minn post fil-pajjiż. Ir-responsabbiltà hija f'idejn l-awtoritajiet lokali.

L-obbligu ġenerali ta' reġistrazzjoni jgħodd sew għall-Ġermaniżi kif ukoll għal ċittadini barranin. Ma hemm l-ebda differenza bejn ċittadini barranin ta' l-UE, u dawk ta' pajjiżi terzi.

L-obbligu ta' reġistrazzjoni speċjali f'postijiet ta' akkomodazzjoni u fi sptarijiet jew homes mhux affettwat mill-obbligu ġenerali ta' reġistrazzjoni.

L-ESTONJA

Skond l-Artikolu 9 ta' l-Att dwar il-Fruntieri Statali (ippubblikat fir-Riigi Teataja (Gazzetta Statali) I 1994, 54, 902; 2006, 26, 191), il-fruntieri ta' l-Istat jistgħu jinqasmu minn punti ta' kontroll fuq il-fruntiera. Għal din ir-raġuni mhi meħtieġa l-ebda notifika fir-rigward talpreżenza tagħhom.

IL-GREĊJA

L-Artikolu 87(1) tal-Liġi 3386/2005 jipprevedi li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għandhom, minnufih mad-dħul tagħhom fil-Greċja, jirreġistraw il-wasla tagħhom mal-persuni li jipprovdulhom akkomodazzjoni billi jippreżentaw il-passport tagħhom, jew kwalunkwe dokument ta' l-ivvjaġġar rikonoxxut skond konvenzjonijiet internazzjonali, viża tad-dħul jew permess tar-residenza. Imbagħad, il-presuni li jipprovdu akkomodazzjoni jew residenza temporanja għandhom minnufih javżaw lid-Dipartiment tal-Pulizija u l-Uffiċċju kompetenti dwar il-Barranin u l-Immigrazzjoni dwar il-wasla u t-tluq tal-barranin li qegħdin iżommu. Tiġi imposta multa li tvarja bejn € 1 500 to € 3 000 fuq il-barranin u persuni oħrajn li jiksru d-dispożizzjonijiet rilevanti.

SPANJA

Taħt il-liġi Spanjola, f'ċerti każi ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi huma mitluba jiddikjaraw id-dħul tagħhom fil-pajjiż.

L-Artikolu 12 tad-Digriet Irjali 2393/2004 tat-30 ta' Diċembru 2004 li jadotta r-Regolamenti ta' implimentazzjoni dwar il-Liġi Organika 4/2000 tal-11 ta' Jannar 2000 fir-rigward tad-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini barranin fi Spanja u l-integrazzjoni soċjali tagħhom, jaqra kif ġej:

1.

“Ċittadini barranin li jaslu fit-territorju Spanjol minn pajjiż li miegħu Spanja ffirmat ftehim dwar it-tneħħija ta' kontrolli tal-fruntiera huma obbligati jiddikjaraw personalment id-dħul tagħhom lill-awtoritajiet tal-pulizija Spanjoli.”

2.

“Jekk mad-dħul ma ssirx din ix-xorta ta' dikjarazzjoni, għandha ssir fi żmien tlett ijiem ta' xogħol mid-data tad-dħul fi kwalunkwe għassa tal-Pulizija Nazzjonali jew f'Uffiċċju għall-Barranin.”

FRANZA

Il-leġiżlazzjoni Franċiżja tipprovdi dan l-obbligu, taħt l-Artikoli L. 531-2, R. 211-32, R.211-33, R.212-5 u R.212-6 tas-CESEDA (Code de l'entrée et du séjour des étrangers et du droit d'asile), li jiddikkjaraw li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għandhom jirreġistraw dikjarazzjoni mad-dħul tagħhom fit-territorju metropolitan.

L-ITALJA

L-informazzjoni ser tiġi ppubblikata aktar tard.

ĊIPRU

Ir-Regolamenti 242/72, kif emendati, maħruġa taħt il-Liġi dwar il-Barranin u l-Immigrazzjoni, Kap. 105, kif emendat, paragrafi 35 u 36, jipprovdu li l-barrani li jasal fir-Repubblika ta' Ċipru għandu, fi żmien sebat ijiem mill-wasla tiegħu, imur personalment fl-uffiċċji ta' l-uffiċjal tar-reġistrazzjoni tad-distrett tar-reġistrazzjoni fejn ikun fi ħsiebu jirrisjedi jew fir-residenza fejn ikun fi ħsiebu jirrisjedi u jinħariġlu, taħt din id-dispożizzjoni, ċertifikat ta' reġistrazzjoni.

IL-LATVJA

Meta ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi japplikaw għal permessi ta' residenza permanenti jew temporanji fir-Repubblika tal-Latvja, huma jridu jiddikkjaraw il-post tar-residenza tagħhom.

IL-LITWANJA

M'hemm l-ebda obbligu fuq iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi biex jirreġistraw il-preżenza tagħhom fil-Litwanja, b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni ta' Schengen.

IL-LUSSEMBURGU

Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għandhom jirreġistraw il-preżenza tagħhom fil-pajjiż mal-komun jew fil-lukanda fejn ikunu qegħdin joqogħdu fi żmien 3 ijiem.

L-UNGERIJA

L-Artikolu 88 ta' l-Att XXXIX ta' l-20001 dwar id-dħul u ż-żjara ta' Barranin jistipula li l-barranin għandhom l-obbligu li jirreġistraw il-post ta' l-akkomodazzjoni tagħhom ma' l-awtoritajiet tal-pulizija dwar il-Barranin.

MALTA

Bħalissa, iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi huma marbuta biss biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-dħul kif stipulat fl-Att dwar l-Immigrazzjoni (Kap. 217) u fil-leġiżlazzjoni sussidjarja. Il-leġiżlazzjoni kif stipulata fl-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni ta' Schengen għandha tkun ippromulgata qabel l-adeżjoni ta' Malta fiż-żona ta' Schengen

L-OLANDA

L-Artikolu 4.4 tad-Digriet dwar il-Barranin jispeċifika li ċittadin barrani li jidħol jew joħroġ mill-Olanda minn fuq xi fruntiera esterna għandu jirreġistra f'punt ta' qsim ta' fruntiera fuq il-fruntiera esterna matul il-ħinijiet tal-ftuħ u jirreġistra ma' uffiċjal responsabbli mill-kontroll tal-fruntiera. F'ċerti ċirkostanzi l-Ministru tagħna jista' joħroġ eżenzjoni fir-rigward ta' dan ir-rekwiżit. Dan ta' hawn fuq ma japplikax għaċ-ċittadini tal-pajjiżi tal-Benelux.

L-aċċess kondizzjonali jista' jkun marbut bil-ħtieġa tar-reġistrazzjoni. Fir-rigward tal-ħtieġa tar-reġistrazzjoni, fil-prinċipju din tkun tinvolvi: reġistrazzjoni fi żmien tlett ijiem mad-diviżjoni tal-Pulizija għall-Barranin tal-korp reġjonali tal-pulzija responsabbli mill-muniċipalità fejn iċ-ċittadin barrani jkun ser jirrisjedi. Jekk, minħabba li jkun is-Sibt, il-Ħadd jew xi jum ta' festa pubblika, iċ-ċittadin barrani ma jkunx jista' jissodisfa r-rekwiżit tar-reġistrazzjoni fi żmien tlett ijiem, issir l-emenda li ġejja fuq id-dokument ta' qsim tal-fruntiera: “irreġistra sa mhux aktar tard minn .... (data)”.

L-Artikoli 4.39 tad-Digriet dwar il-Barranin, jipprevedi wkoll li ċittadin barrani mingħajr residenza legali għandu minnufih jirreġistra personalment għand il-Kummissarju tal-Pulizija tal-korp tal-pulizija reġjonali responsabbli mill-muniċipalità fejn ikun jirrisjedi.

L-Artikolu 4.47 tad-Digriet dwar il-Barranin jispeċifika kif ġej:

1.

“Ċittadin barrani li jirrisjedi legalment, kif imfisser fit-Taqsima 8.i ta' l-Att, u li wasal fl-Olanda għal żjara ta' aktar minn tliet xhur, għandu jirreġistra fi żmien tlett ijiem wara l-wasla tiegħu fl-Olanda lill-Kummissarju tal-Pulizija tal-korp tal-pulizija reġjonali responsabbli mill-muniċipalità fejn ikun jinsab il-post tar-residenza tiegħu.

2.

Fl-ikkalkular tal-perjodu ta' tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 1 ser titqies ir-residenza preċedenti fl-Olanda fi żmien perjodu ta' sitt xhur immedjatament qabel il-wasla.

3.

Fil-każ li ċ-ċittadin barrani jkollu anqas minn 12-il sena, ir-reġistrazzjoni ssir mill-persuna li magħha jkun qed jgħix.”

L-Artikolu 4.48 tad-Digriet dwar il-Barranin jispeċifika kif ġej:

1.

“Ċittadin barrani li jirrisjedi legalment, kif imfisser fit-taqsima 8.i ta' l-Att, u li wasal fl-Olanda għal żjara sa massimu ta' tliet xhur, għandu jirreġistra fi żmien tlett ijiem mill-wasla tiegħu fl-Olanda mal-Kummissarju tal-Pulizija tal-korp tal-pulizija reġjonali responsabbli mill-muniċipalità fejn ikun jinsab il-post tar-residenza tiegħu.

2.

Kwalunkwe rekwiżit ta' reġistrazzjoni taħt il-paragrafu ta' hawn fuq, fir-rigward ta' ċittadin barrani li jkollu anqas minn 12-il sena, ser ikun responsabbli minnu l-individwu li miegħu ċ-ċittadin barrani jkun jgħix jew jirresjedi.

3.

Il-Paragrafu 1 ma japplikax għaċ-ċittadini barranin li jirrisjedu f'lukanda jew f'istituzzjoni fejn is-sid, l-okkupant jew il-maniġer ikunu obbligati minn regolamenti muniċipali sabiex jagħtu ħjiel dwar l-għoti ta' akkomodazzjoni matul il-lejl lill-awtoritajiet responsabbli.”

L-Artikolu 4.49 tad-Digriet dwar il-Barranin jispeċifika kif ġej:

1.

“Ċittadin barrani li jkollu fil-pussess tiegħu viża jew dokument għall-qsim tal-fruntieri li jkun fihom notifika mill-awtorità kompetenti xierqa biex jirreġistra mal-Pulizija għall-Barranin fl-Olanda, għandu jirreġistra personalment mal-Kummissarju tal-Pulizija talkorp tal-pulizija reġjonali responsabbli mill-muniċipalità speċifikata fl-emenda fi żmien tlett ijiem mill-wasla tiegħu fl-Olanda.

2.

Il-paragrafu 1 mhux applikabbli għaċ-ċittadini ta' Stat li jkun parti fit-Trattat dwar l-inkorporazzjoni tal-Komunità Ewropea, il-Ftehim relatat maż-Żona Ekonomika Ewropea jew għaċ-ċittadini ta' l-Iżvizzera.”

L-Artikolu 4.50 tad-Digriet dwar il-Barranin jispeċifika kif ġej:

1.

“Iċ-ċittadin barrani li jkun wasal l-Olanda biex ifittex impjieg bħala baħri abbord bastiment għandu, fi żmien tlett ijiem mill-wasla tiegħu fl-Olanda, jirreġistra personalment mal-Kummissarju tal-Pulizija tal-korp tal-pulizija reġjonali responsabbli mill-muniċipalità fejn ikun qed ifittex impjieg.

2.

Il-paragrafu 1 mhux applikabbli għaċ-ċittadini ta' Stat li jkun parti fit-Trattat dwar l-inkorporazzjoni tal-Komunità Ewropea, il-Ftehim relatat maż-Żona Ekonomika Ewropea jew għaċ-ċittadini ta' l-Iżvizzera.”

L-AWSTRIJA

§ 5 ta' l-Att Federali ta' l-Awstrija li jikkontrolla l-obbligu tar-reġistrazzjoni mal-pulizija (L-Att dwar ir-Reġistrazzjoni 1991 – MeldeG), Gazzetta tal-Liġi Federali ta' l-Awstrija 1992/9 fil-verżjoni tal-Gazzetta tal-Liġi Federali ta' l-Awstrija I 2006/45

Akkomodazzjoni f'lukandi

“(1)   Kull min jieħu akkomodazzjoni bħala klijent f'lukanda, irrispettivament mill-perjodu li hu/hi jagħmel/tagħmel użu minn tali akkomodazzjoni, għandu/ha jkun/tkun irreġistrat/a permezz ta' annotazzjoni fil-ktieb tal-viżitaturi mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 24 siegħa mill-wasla.

(2)   L-annotazzjoni tar-reġistrazzjoni ta' kull min jitlaq minn akkomodazzjoni f'lukanda għandha titħassar mill-kiteb tal-viżitaturi f'perjodu ta' żmien minn 24 siegħa qabel it-tluq sa immedjatament wara t-tluq.

(3)   Il-membri ta' żjarat fi gruppi (tour parties) li jinkludu mill-anqas tmien persuni għandhom jiġu esklużi, bl-eċċezzjoni tal-mexxej tal-grupp, mill-obbligu tar-reġistrazzjoni skond (1) u (2), jekk, mal-wasla fl-akkomodazzjoni, il-mexxej tal-grupp jissottometti lista kollettiva li turi l-ismijiet u ċ-ċittadinanza u – fil-każ ta' klijenti barranin – ix-xorta, in-numru u l-awtorità tal-ħruġ tad-dokument ta' l-ivvjaġġar ta' dan il-grupp ta' persuni, lil min jilqgħu jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu/tagħha. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika jekk il-grupp taż-żjara ma jkunx akkomodatat flimkien fl-istess lukanda għal aktar minn ġimgħa.

(4)   Fejn il-perjodu ta' l-akkomodazzjoni fil-lukanda jkun ta' aktar minn xahrejn, il-klijent għandu jiġi rreġistrat ukoll ma' l-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha ssir sa mhux aktar tard mit-tielet jum wara li jkunu skadew ix-xahrejn; inkella, id-dispożizzjonijiet ta' § § 3 and 4 għandhom japplikaw mutatis mutandis.”

§ 6 ta' l-Att Federali ta' l-Awstrija li jikkontrolla l-obbligu tar-reġistrazzjoni mal-pulizija (l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni 1991 – MeldeG), Gazzetta tal-Liġi Federali ta' l-Awstrija 1992/9 fil-verżjoni tal-Gazzetta tal-Liġi Federali ta' l-Awstrija I 2006/45

“Il-barranin li huma obbligati jirreġistraw u li jwettqu impjieg bi qligħ fit-territorju tar-Repubblika Federali ta' l-Awstrija li jeħtieġu permess uffiċjali għandhom, minkejja kwalunkwe obbligu ta' reġistrazzjoni skond il-§ 5, jkunu rreġistrati wkoll, u jħassru r-reġistrazzjoni tagħhom ma' l-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni. Id-dispożizzjonijiet ta' § § 3 u 4 għandhom japplikaw mutatis mutandis.”

§ 3 Att dwar ir-Reġistrazzjoni (MeldeG) – akkomodazzjoni f'appartamenti; reġistrazzjoni

“(1)   Kull min jieħu akkomodazzjoni f'appartament għandu jiġi rreġistrat ma' l-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni fi żmien tlett ijiem wara li jagħmel dan.

(2)   Il-formola ta' reġistrazzjoni għandha timtela kollha kif xieraq minn kull persuna li ser tiġi rreġistrata. Jekk l-appartament ikun jinsab f'bini b'għadd ta' indirizzi, għandha tintuża d-denominazzjoni ta' l-appartament skond il-§ 14 (2) ta' l-Uffiċċju Postali ta' l-Awstrija.

(3)   Il-formola ta' reġistrazzjoni, mimlija kif suppost, u att notarili pubbliku li juri d-data dwar l-identità (§ 1 (5a)) – ħlief in-numru fuq ir-Reġistru Residenzjali – tal-persuna li tieħu l-akkkomodazzjoni, huma meħtieġa għar-reġistrazzjoni; din il-persuna hija obbligata tikkollabora biex tiġi stabbilita l-identità tiegħu/tagħha. Jekk din il-persuna tirreġistra l-akkomodazzjoni bħala l-post ewlieni ta' residenza tiegħu/tagħha u jekk il-persuna li ser tiġi rreġistrata diġà jkollha post ewlieni ta' residneza fit-territorju tar-Repubblika Federali ta' l-Awstrija, kwalunkwe taħsira jew bidla fir-reġistrazzjoni ((§ 11 (2)) fir-rigward ta' din l-akkomodazzjoni għandha ssir fl-uffiċċju ta' reġistrazzjoni kompetenti tal-post ewlieni ta' residenza fl-istess żmien.

(4)   L-uffiċċju ta' reġistrazzjoni għandu jikkonferma r-reġistrazzjoni u fejn xieraq kwalunkwe bidla jew taħsira fir-reġistrazzjoni bil-miktub. Dan isir billi tiġi applikata n-nota ta' reġistrazzjoni ma' kopja waħda, li turi r-reġistrazzjonijiet minn database aggregata li jkunu nżammu jew – fuq talba mill-parti obbligata sabiex tirreġistra – ma' kopja waħda tad-data ta' reġistrazzjoni li tkun emendata l-aħħar. Jekk, waqt li tkun qed issir reġistrazzjoni, issir bidla fir-reġistrazzjoni f'uffiċċju ta' reġistrazzjoni kompetenti skond (3), dan l-uffiċċju ta' reġistrazzjoni għandu jkun responsabbli mill-emenda tar-Reġistru Residenzjali Ċentrali; l-uffiċċju ta' reġistrazzjoni effettwat (1) għandu jingħata l-opportunità ta' aċċess għar-Reġistru Residenzjali Ċentrali għall-finijiet ta' informazzjoni.”

§ 4 MeldeG – Akkomodazzjoni f'appartamenti; taħsira ta' reġistrazzjoni

“(1)   Kwalunkwe persuna li tkun ser titlaq minn appartament għandha tħassar ir-reġistrazzjoni tiegħu/tagħha fl-uffiċċju ta' reġistrazzjoni fi żmien tlett ijiem qabel huwa/hija tagħmel dan.

(2)   Sakemm tingħata evidenza dokumentata ta' l-identità tal-persuna bl-obbligu ta' reġistrazzjoni, ir-reġistrazzjoni tista' tiġi mħassra wkoll fl-uffiċċju ta' reġistrazzjoni responsabbli mir-reġistrazzjonijiet meta ssir reġistrazzjoni.

(3)   Għandha timtela formola ta' reġistrazzjoni b'mod sħiħ kif xieraq għal kull persuna li tkun se tħassar ir-reġistrazzjoni.

(4)   L-uffiċċju ta' reġistrazzjoni għandu jikkonferma t-taħsira bil-miktub fuq il-kopja taddatabase aggregata (§ 16) għall-persuna effettwata, jew fuq talba mingħand din ta' laħħar, fuq kopja tad-data ta' reġistrazzjoni li tkun emendata l-aħħar, permezz ta' l-applikazzjoni tan-nota ta' reġistrazzjoni li ser tingħata lill-persuna li tkun obbligata tirreġistra bħala evidenza dokumentata li r-reġistrazzjoni tħassret. Jekk it-taħsira tarreġistrazzjoni ssir f'uffiċċju ta' reġistrazzjoni kompetenti skond (2) jew § 3 (3), dan l-uffiċċju ta' reġistrazzjoni għandu jkun responsabbli mill-emenda tar-Reġistru Residenzjali Ċentrali; l-uffiċċju ta' reġistrazzjoni effettwat (1) għandu jingħata aċċess għar-Reġistru Residenzjali Ċentrali għall-finijiet ta' informazzjoni.”

§ 1 MeldeG – Tifsira tat-termini

“(5a)   Id-data ta' identifikazzjoni hija l-isem, is-sess, id-data tat-twelid (belt, data, provinċja, jekk tkun tinsab fl-Awstrija u l-Istat, jekk tkun tinsab f'pajjiż ieħor (numru tar-reġistru residnezjali ċentrali) u ċ-ċittadinanza; fil-każ ta barranin, ix-xorta, in-numru, l-uffiċċju u d-data tal-ħruġ u u kif ukoll l-istat fejn ikun inħareġ id-dokument ta' vvjaġġar.”

§ 11 MeldeG – Emenda tad-data rreġistrata

“(2)   Bidla fir-reġistrazzjoni għandha ssir fi żmien xahar jekk dawk l-emendi elenkati f'(1) u (1a) ikunu saru f'pajjiż ieħor jew jekk il-post ewlieni ta' residenza jiġi rilokat għal akkomodazzjoni jew rilokat 'il bogħod mill-akkomodazzjoni mingħajr ebda rabta ma' proċedura ta' lment. (§ 17). Fil-bidla tar-reġistrazzjoni tal-post il-ġdid ta' residenza, il-persuna obbligata li tirreġistra ruħha għandha tipprovdi evidenza dokumentata li turi li tkun saret bidla fir-reġistrazzjoni fir-rigward tal-post ewlieni ta' residenza preċedenti.”

IL-POLONJA

Skond l-Artikoli 23 sa 26 tal-Liġi dwar ir-Reġistru tal-Popolazzjoni u l-Karti ta' l-Identità ta' l-10 ta' April 1974 (Ġurnal tal-Liġijiet ta' 06.139.993 b'emendi sussegwenti), il-barranin li jirrisjedu fit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja huma obbligati jirreġistraw il-preżenza tagħhom skond ir-regoli stabbiliti fil-Liġi msemmija hawn fuq.

Il-barranin li ma jkunux jirrisjedu f'lukanda, iżda f'postijiet oħra bħal akkomodazzjoni pprovduta b'rabta ma' xogħol, edukazzjoni, trattament mediku jew vaganza huma obbligati jirreġistraw il-preżenza temporanja tagħhom sa mhux aktar tard minn erbat ijiem wara li jaqsmu l-funtiera tar-Repubblika tal-Polonja.

Jekk ir-raba' jum tal-preżenza tagħhom tkun vaganza, l-aħħar jum ta' reġistrazzjoni jkun il-jum ta' xogħol li jmiss.

Iż-żjara temporanja ta' grupp ta' turisti tiġi rreġistrata mill-mexxej tal-grupp li huwa obbligat jagħti l-lista tal-membri tal-grupp ta' turisti u d-dokumenti ta' vvjaġġar li jawtorizzaw iż-żjara tagħhom fit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja lill-maniġer tal-lukanda jew lil membru awtorizzat mill-persunal tal-lukanda.

1.

Meta jirreġistra l-preżenza permanenti tiegħu, il-barrani għandu jagħti d-data meħtieġa kollha kif ukoll il-karta ta' residenza tiegħu jew tagħha bħala riżultat ta' l-għoti jew il-permess ta' stabilizzazzjoni tiegħu jew tagħha, il-permess ta' residenza twila tal-KE, l istatus ta' refuġjat jew il-permess ta' żjara tollerata, jew il-permess ta' stabilizzazzjoni, il-permess ta' residenza twila tal-KE, id-deċiżjoni fir-rigward ta' l-għoti ta' l-istatus ta' refuġjat fir-Repubblika tal-Polonja jew id-deċiżjoni fir-rigward ta' l-għoti ta' permess għal żjara tollerata.

2.

Barrani li jirreġistra żjara temporanja li ma ttulx aktar minn 3 xhur għandu jipprovdi d-data meħtieġa u jippreżenta l-viża tiegħu jew tagħha meta huwa jew hija jkunu qasmu l-fruntiera skond ftehim li jneħħi jew jillimita r-rekwiżit ta' viża – dokument ta' vjaġġar, karta ta' l-identità temporanja tal-barrani, karta ta' residenza jew permess ta' residenza għal perjodu fiss, permess ta' stabilizzazzjoni jew il-permess ta' residenza twila tal-KE jew deċiżjoni li tintitolah/a għal status ta' refuġjat fir-Repubblika tal-Polonja jew deċiżjoni li tagħti permess għal żjara tollerata.

IL-PORTUGALL

L-Artikolu 26(1) tad-Digriet-Liġi 244/98 tat-8 ta' Awwissu 1998, kif emendat bid-Digriet-Liġi 34/2003 tal-25 ta' Frar 2003, tobbliga li d-dħul fil-pajjiż jiġi rreġistrat. “Il-barranin li jidħlu fil-pajjiż minn Stat Membru ieħor minn fuq fruntiera li mhix soġġetta għal kontroll ta' fuq il-fruntiera għandhom jintalbu jirreġistraw dan il-fatt fi żmien tlett ijiem ta' xogħol f'dan irrigward”.

IR-RUMANIJA

L-Art. 102 ta' l-Att dwar Persuni Barranin Nru 194/2002 jistipula li:

“(1)   Il-barrani li jidħol fit-territorju Rumen legalment għandu l-obbligu li javża b'dan lill-awtorità territorjali kompetenti, 3 ijiem wara d-data tad-dħul. Iċ-ċittadini ta' Stati Membri ta' lUE u taż-ŻEE huma eżentati minn dan l-obbligu.

(2)   Meta jmur joqgħod f'lukanda jew faċilità turistika oħra, il-barrani għandu jissodisfa l-formalitajiet ta' reġistrazzjoni permezz ta' l-uffiċċju ta' l-amministrazzjoni; dan ta' l-aħħar jikkomunika l-informazzjoni neċessarja lill-awtorità tal-pulizija territorjali kompetenti.”

IS-SLOVENJA

Il-metodi u l-proċeduri għar-reġistrazzjoni u t-tneħħija mir-reġistru ta' residenza permanenti jew temporanja u r-reġistrazzjoni u t-tneħħija mir-reġistru ta' mistednin huma rregolati mill-Att dwar ir-Reġistrazzjoni tar-Residenza (ZPPreb-UPB1, Ur. l. RS Nru 59/2006) li jistabilixxi l-obbligu tal-barranin biex jirreġistraw lihom infushom b'diversi modi skond ix-xorta ta' residenza li jkollhom.

1.   L-akkomodazzjoni fi stabbiliment turistiku jew lukanda:

L-istabbilimenti turistiċi jew il-lukandi huma faċilitajiet intiżi għall-ilqugħ ta' persuni għall-finijiet ta' akkomodazzjoni matul il-lejl jew għall-mistrieħ (lukandi, motels, stabbilimenti mediċi, boarding houses, guest houses, irziezet turistiċi, villaġġi ta' vaganza, siti ta' kampeġġ, djar alpini jew bini użat għall-akkomodazzjoni jew għall-finijiet ta' mistrieħ).

Il-barranin li jirrisjedu fi stabbiliment turistiku jew lukanda għandhom jiġu rreġistrati fl għassa tal-pulizija rilevanti minn min jipprovdilu akkomdazzjoni fi żmien 12-il siegħa minn meta jintlaqgħu u jitneħħew mir-reġistru fi żmien 12-il siegħa mit-tluq tagħhom (Artikolu 10(1) ZPPreb).

Min jagħti l-akkomodazzjoni għandu jkun persuna legali, imprenditur indipendenti jew persuna naturali li tirċievi klijenti bi ħlas għall-finijiet ta' akkomodazzjoni matul il-lejl jew ta' mistrieħ, jew li toffri akkomodazzjoni temporanja lil individwali bħala parti mill-attivitajiet tagħha.

2.   Residenza fi stabbilimenti ta' akkomodazzjoni

L-istabbilimenti ta' akkomodazzjoni jinkludu akkomodazzjoni għal persuna waħda, swali ta' l-istudenti ta' djar residenzjali jew ta' l-istudenti, djar għall-anzjani, djar ta' kura u faċilitajiet oħra bl-iskop ta' akkomodazzjoni komunali jew li jwettqu attivitajiet li jinvolvu r-residenza għal 24 siegħa.

Il-barranin mingħajr permess ta' residenza li jirrisjedu fi stabbiliment ta' akkomodazzjoni għandhom jiġu rreġistrati fl-għassa tal-pulizija rilevanti minn min jipprovdilhom akkomodazzjoni fi żmien tlett ijiem mill-wasla u jitneħħew mir-reġistru fi żmien tlett ijiem mit-tluq tagħhom (Artikolu 10(2) ZPPreb). Il-barranin li jkollhom permess ta' residenza li jirrisjedu fi stabbiliment ta' akkomodazzjoni għandhom jiġu rreġistrati fl-uffiċċji lokali tal-gvern minn min jipprovdilhom akkomodazzjoni fi żmien tlett ijiem mill-wasla u jitneħħew mir-reġistru fi żmien tlett ijiem mit-tluq tagħhom (Artikolu 11(2) ZPPreb).

3.   Residenza li ma ssirx fi stabbilimenti turistiċi, lukandi u fi stabbilimenti ta' akkomodazzjoni

Il-barranin mingħajr permess ta' residenza li ma jkunux jirrisjedu fi stabbiliment turistiku jew lukanda għandhom jirreġistraw f'għassa tal-pulizija rilevanti fi żmien tlett ijiem minn meta jaqsmu l-fruntiera nazzjonali jew minn meta jibdlu l-akkomodazzjoni, u jitneħħew mirreġistru qabel it-tluq (l-Artikolu 10(3) ZPPreb).

Il-barranin li jkollhom permess ta' residenza validu li ma jkunux irreġistraw il-post permanenti jew temporanju ta' residenza fir-Repubblika tas-Slovenja f'uffiċċju lokali tal-gvern għandhom jirreġistraw ir-residenza temporanja tagħhom f'uffiċċju lokali tal-gvern fi żmien tlett ijiem minn meta jittrasferixxu rwieħhom (l-Artikolu 12(3) ZPPreb). Il-barranin mingħajr permess ta' residneza għandhom jirreġistraw il-post ta' residenza temporanju f'uffiċċju lokali tal-gvern fi żmien tlett ijiem minn meta jittrasferixxu rwieħhom jekk ikollhom akkomodazzjoni temporanja jew jekk jirrisjedu 'l barra mill-post ta' residenza permanenti jew temporanja f'faċilitajiet bħal djar tal-vaganzi, appartamenti jew faċilitajiet oħra tali (ħlief f'akkomodazzjoni turistika, lodging jew lukanda) u bi ħsiebhom jirrisjedu hemmhekk għal aktar minn 60 jum u jkunu diġà rreġistraw post ta' residenza permanenti jew temporanju f'uffiċċju lokali tal-gvern (l-Artikolu 12(1) ZPPreb).

4.   Akkomodazzjoni fi stabbiliment tas-saħħa

L-istituzzjonijiet ta' kura tas-saħħa li jilqgħu barranin għat-trattament għandhom jinnotifikaw lill-entità kompetenti fi żmien 24 siegħa minn meta jilqgħuhom (l-Artikolu 84 Ztuj).

IS-SLOVAKKJA

L-informazzjoni ser tiġi ppubblikata aktar tard.

IL-FINLANDJA

L-Att dwar il-Barranin (301/2004) Taqsima 130 paragrafu 3

“Ċittadini ta' pajjiż barra mill-UE jew barrani kumparabbli għandu jirreġistra ma' l-awtoritajiet fi żmien tlett ijiem mid-dħul tiegħu jew tagħha fil-pajjiż. Il-Ministeru ta' l-Intern jista' jagħti dispożizzjonijiet ulterjuri dwar ir-reġistrazzjoni.”

L-IŻVEZJA

M'hemm l-ebda dispożizzjonijiet taħt l-Artikolu 21(d) ħlief il-Kapitolu 6, § 13 ta' l-Att dwar il-Barranin, li jinkludi dan li ġej:

“Kwalunkwe persuna li topera f'lukanda, boarding house f'negozju kummerċjali ta' l-akkomodazzjoni matul il-lejl, għandha tiżgura li tipprovdi dettalji dwarha nnifisha billi timla u tiffirma karta ta' reġistrazzjoni personalment. Il-Bord Nazzjonali tal-Pulizija jista' jistabbilixxi dispożizzjonijiet fir-rigward tad-dettalji li għandhom jingħataw.

Il-barrani għandu jagħti evidenza billi juri dokument ta' l-identità validu.”

L-IŻLANDA

Skond l-Artikolu 17, il-Paragrafu 1 ta' l-Att dwar il-Barranin Nru 96/2002, ċittadin ta' pajjiż terz, li jkun ingħata permess ta' residenza fl-Iżlanda, għandu jirreġistra l-preżenza tiegħu ma' l-awtoritajiet fi żmien ġimgħa. L-istess regola tapplika għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz li bi ħsiebu japplika għal permess ta' residenza jew li jkun mitlub ikun fil-pussess ta' tali permess.

IN-NORVEĠJA

Din il-kwistjoni hija rregolata permess ta' l-Att dwar l-Immigrazjoni Taqsima 23 l-ewwel paragrafu, fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta' preżenza wara l-qsim tal-fruntieri esterni, fejn jingħad li;

“Kwalunkwe persuna li tidħol fir-renju għandha tirreġistra minnufih ma' min jikkontrolla l-passport jew fl-eqreb awtorità tal-pulizija.”

Sussegwentement, it-Taqsima 14 l-ewwel paragrafu ta' l-Att dwar l-Immigrazzjoni li jirrigwarda r-reġistrazzjoni ma' l-awtoritajiet, tittratta l-obbligu taċ-ċittadini barranin li jirreġistraw il-preżenza tagħhom fit-territorju. Hawnhekk jiġi ddikjarat li:

“Kwalunkwe ċittadin barrani li jkun ingħata permess ta' residenza jew ta' xogħol qabel id-dħul għandu jirreġistra mal-pulizija lokali sa mhux aktar tard minn ġimgħa. L-istess japplika għal kwalunkwe ċittadin barrani li bi ħsiebu japplika għal tali permess, jew inkella jekk ikun jeħtieġu.”