ISSN 1725-5198 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 14 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 51 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet |
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
|
2008/C 014/01 |
||
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
Kummissjoni |
|
2008/C 014/02 |
||
2008/C 014/03 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
2008/C 014/04 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
2008/C 014/05 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
2008/C 014/06 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4886 — Petroplus/Shell French Refineries) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA |
|
|
Kunsill |
|
2008/C 014/07 |
||
|
Kummissjoni |
|
2008/C 014/08 |
||
2008/C 014/09 |
Termini ta' referenza — Grupp ta' Esperti dwar it-Traffikar tal-Bnedmin |
|
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Kummissjoni |
|
2008/C 014/10 |
||
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
Kummissjoni |
|
2008/C 014/11 |
||
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Kummissjoni |
|
2008/C 014/12 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4941 — Henkel/Adhesives and Electronic Materials Business) ( 1 ) |
|
2008/C 014/13 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5003 — REWE/UAB Palink) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
2008/C 014/14 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4961 — Cookson/Foseco) ( 1 ) |
|
2008/C 014/15 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4968 — Reitan/SAS/NSB/Marked/Vizz/Travel) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet
OPINJONIJIET
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
19.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 14/1 |
Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' trasportatur bit-triq
(2008/C 14/01)
IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (1),
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-talba għal opinjoni b'konformità ma' l-Artikolu 28 (2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 li waslet fid-29 ta' Mejju 2007 mill-Kummissjoni;
ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:
1. Introduzzjoni
1. |
Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' trasportatur bit-triq intbagħtet mill-Kummissjoni mill-KEPD għal konsultazzjoni, skond l-Artikolu 28(2) tar-Regolament 45/2001/KE (minn hawn 'il quddiem “il-proposta”), u kienet riċevuta mill-KEPD fid-29 ta' Mejju 2007. Kienet riċevuta verżjoni riveduta tal-proposta fis-6 ta' Lulju 2007. Il-KEPD jilqa' li l-preambolu tar-Regolament, kif propost mill-Kummissjoni, isemmi li huwa jiġi kkonsultat. |
2. |
L-għan tal-proposta huwa li tissostitwixxi d-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE tad-29 ta' April 1996 dwar kif dħul għall-impjieg ta' operatur ta' trasport ta' merkanzija bit-triq u operatur ta' trasport ta' passiġġieri bit-triq u r-rikonoxximent reċiproku ta' diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta' kwalifiki formali intenzjonati li jiffaċilitaw għal dawn l-operaturi d-dritt tal-libertà li jistabbilixxu ħidmiet ta' trasport nazzjonali jew internazzjonali (3), sabiex ikunu rettifikati n-nuqqasijiet ta' dik id-Direttiva. Id-Direttiva tistabbilixxi kondizzjonijiet minimi relatati ma' reputazzjoni tajba, sitwazzjoni finanzjarja u kompetenza professjonali li l-kumpanniji jridu jissodisfaw. Kif tispjega l-proposta tal-Memorandum ta' Spjega, id-Direttiva 96/26/KE hija parti minn qafas leġislattiv li tifforma s-suq intern għat-trasport bit-triq. Il-Memorandum ta' Spjega jiddikjara li d-direttiva mhijiex applikata u infurzata uniformament, bħala riżultat ta' dispożizzjonijiet legali li mhumiex ċari, huma inkompleti jew li m'għadhomx adatti ma' l-iżvilupp tas-settur. Bħala riżultat, dan huwa kkunsidrat bħala ta' ħsara għal kompetizzjoni ġusta. Huma meħtiġin regoli ġodda għal-iffunzjonar bla xkiel tas-suq intern fis-settur tat-trasport bit-triq. |
3. |
Il-proposta tiġbor diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/26/KE u tinkludi wkoll xi elementi ġodda li huma elenkati fil-paragrafu 3.1 tal-Memorandum ta' Spjega. Il-KEPD, waqt li jwettaq il-kompitu tiegħu li jagħti parir lil-istituzzjonijiet u lill-korpi Komunitarji dwar il-kwistjonijiet kollha rigward l-ipproċessar tad-data, mhux ser jiddiskuti dawn l-elementi kollha iżda ser jikkonċentra fuq l-elementi tal-proposta li huma ta' importanza speċifika għall-protezzjoni tad-data personali. B'mod partikolari, il-proposta tintroduċi reġistri elettroniċi interkonnessi bejn l-istati membri kollha, li jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, il-proposta tintroduċi obbligu għall-awtoritajiet li jalertjaw lill-operatur meta jsibu li operatur tat-trasport ma jissodisfax aktar il-kondizzjonijiet dwar il-kondotta tajba, il-kapaċità finanzjarja u l-kompetenza professjonali. Dan l-obbligu huwa wieħed minn numru ta' regoli li jiżgura li jintlaħqu dawn il-kondizzjonijiet. |
4. |
Il-proposta għalhekk tinkludi elementi li jitolbu l-ipproċessar ta' data personali. Ir-reġistri msemmijin hawn fuq jinkludu data personali (l-Artikolu 15 tal-proposta). F'dan il-kuntest, għandu jkun sottolinjat li l-proposta tinkludi drittijiet u obbligi għal impriżi, kif ukoll għal ġesturi tat-trasport. Mid-definizzjoni ta' l-Artikolu 1, il-paragrafu 2, (d) isegwi li mhux biss il-ġesturi tat-trasport, iżda wkoll l-impriżi jistgħu jkunu persuni fiżiċi. F'dawk il-każijiet, l-ipproċessar tad-data dwar l-impriżi jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data. |
5. |
F'din l-opinjoni l-KEPD jindirizza l-artikoli li ġejjin tal-proposta:
|
2. Artikolu 6
6. |
L-Artikolu 6 jistabbilixxi l-kondizzjonijiet f'relazzjoni mal-ħtieġa rigward il-kondotta tajba. Waħda mill-ħtiġiet, inkluża fl-Artikolu 6 (1) (b), jirrigwarda mid-definizzjoni tiegħu l-imġiba ta' persuni fiżiċi u jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-leġislazzjoni komunitarja dwar l-ipproċessar tad-data personali. Il-ħtiġiet l-oħrajn, elenkati fl-Artikolu 6 (1) (a) u (c), jistgħu jikkonċernaw l-imġiba ta' persuni fiżiċi. |
7. |
Id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 6 (1) (b) teħtieġ li l-ġestur tat-trasport ma kienx is-suġġett ta' sentenzi jew sanzjonijiet għal kontravenzjonijiet serji jew kontravenzjonijiet minuri ripetuti. Madankollu, il-proposta ma tiddefinix b'mod ċar id-differenza bejn kontravenzjonijiet serji u minuri. Indikazzjoni ta' din id-differenza tista' tinstab fil-Premessa (7). Hija ssemmi “kundanni kriminali serji jew sanzjonijiet serji, b'mod partikolari regoli Komunitarji relatati mat-trasport bit-triq”. Madankollu, din l-indikazzjoni ma tagħtix kjarifika suffiċjenti. Kundanna relatata mar-regoli Komunitarji dwar il-ħin tas-sewqan u l-perijodu ta' mistrieħ tax-xufiera hija, ngħidu aħna, “serja” jew le, jew, taħt liema kondizzjonijiet huma “serji” l-kundanni li mhumiex marbutin mar-regoli dwar it-trasport bit-triq? |
8. |
Din il-kwistjoni ser tkun iċċarata f'regolament implimentattiv stabbilit mill-Kummissjoni (assistita minn Proċedura Regolatorja b'Kumitat ta' Skrutinju kompost mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri) li jinkludi lista ta' kategoriji, tipi jew livelli ta' serjetà ta' ksur u l-frekwenza ta' l-okkorrenza li lil hinn minnha l-ksur minuri ripetut għandu jwassal għat-telf ta' kondotta tajba (Artikolu 6 (2)). Il-KEPD jissottolinja l-importanza tar-regolament implimentattiv. Il-Punt 4.2.2 tal-Memorandum ta' Spjega jiddikjara b'mod tajjeb li l-lista hija prekondizzjoni għal kull skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u għal limiti massimi komuni għall-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet (4). Barra minn hekk, skond il-KEPD huwa meħtieġ strument li jiżgura l-applikazzjoni tal-prinċipji relatati mal-kwalità tad-data (5), bħall-prinċipji li jeħtieġu li d-data personali tkun adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva għall-fini li għaliha nġabret u li d-data hija eżatta u li tinżamm aġġornata. Il-lista hija wkoll meħtieġa għaċ-ċertezza legali tal-persuni kkonċernati. Finalment, m'għandux jintesa li d-data dwar il-ksur hija essenzjali għal-valutazzjoni ta' l-adattabbiltà ta' persuni biex jeżerċitaw l-impjieg ta' ġesturi tat-trasport u l-ipproċessar ta' din id-data tippreżenta wkoll riskji ċari mill-perspettiva tal-protezzjoni tal-privatezza. Dan huwa wkoll importanti ħafna għaliex id-data ser tiddetermina l-kontenut tar-reġistri elettroniċi nazzjonali skond l-Artikolu 15 tal-proposta. |
9. |
Fil-fehma tal-KEPD ir-regolament implimentattiv ser jinkludi elementi essenzjali għas-sistema dwar id-dħul fl-impjieg ta' operatur ta' trasportatur bit-triq u l-iżvolġiment ta' dak l-impjieg, il-materja tal-proposta skond l-Artikolu 1 tiegħu. Kien għalhekk ikun preferibbli li ta' l-inqas ikunu stabbiliti fil-proposta nnifisha l-elementi prinċipali tal-lista msemmija fl-Artikolu 6 (2), possibbilment f'anness, b'mod aktar preċiż milli kien stabbilit fl-Artikolu 6 (2) (a-c). Il-KEPD jissuġġerixxi li tkun modifikata l-proposta f'dan is-sens, ukoll f'konformità mal-prinċipji relatati mal-kwalità tad-data. Huwa ma jaqbilx ma kwalunkwe suġġeriment li jsegwi mill-Artikolu 6 (2), jiġifieri li l-lista tinkludi biss elementi mhux essenzjali. |
10. |
Il-KEPD jirreferi wkoll għall-Artikolu 6 (1) (a) tal-proposta, li jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi jissodisfaw il-ħtieġa li mhemm l-ebda raġuni importanti biex tkun iddubitata l-kondotta tajba tagħhom. Il-proposta u l-memorandum ta' spjega ma jagħtux indikazzjonijiet dwar kif l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw din in-norma vaga, li — apparentament — tkopri sitwazzjonijiet fejn ma seħħet l-ebda kundanna jew sanzjoni lill-impriża jew lill-ġesturi tat-trasport, iżda fejn madankollu hija involuta l-kondotta tajba. Il-KEPD jissuġġerixxi li l-leġislatur Komunitarju jispeċifika s-sitwazzjonijiet li din id-dispożizzjoni timmira li tkopri, speċjalment fid-dawl ta' l-objettiv tal-proposta biex jissaħħaħ l-iffunzjonar bla xkiel tas-suq intern fit-trasport bit-triq. Mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-data dan huwa importanti aktar għaliex l-impriżi jistgħu jkunu persuni fiżiċi u li għalihom ser tkun applikabbli l-liġi dwar il-protezzjoni tad-data. |
3. Artikoli 9-14
11. |
L-Artikoli 9-14 dwar l-awtorizzazzjoni u l-immonitorar jistabbilixxu r-rwol ċentrali ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati membri fl-implimentazzjoni tas-sistema. Is-setgħat ta' l-awtoritajiet kompetenti huma stabbiliti fl-Artikolu 9 u jinkludu l-eżami ta' applikazzjonijiet minn impriżi għat-trasport bit-triq, l-għoti, is-sospensjoni u l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet, id-dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' idoneità relatati mal-ġestur tat-trasport u mal-verifiki. |
12. |
Il-KEPD jilqa' dan ir-rwol ċentrali ta' l-awtoritajiet kompetenti li jagħtihom ukoll responsabbiltajiet għall-ipproċessar ta' data personali, bħala element meħtieġ ta' l-attivitajiet tagħhom. F'dan il-kuntest, il-KEPD jinnota xi ambigwitajiet fil-proposta li jistgħu jissolvew faċilment mingħajr ma jinbidel xejn fis-sistema nnifisha. L-ewwelnett, l-Artikolu 10 jittratta, skond l-intestatura tiegħu, ir-reġistrazzjoni ta' l-applikazzjonijiet. Madankollu, l-Artikolu 10 (2) — il-paragrafu li jittratta r-reġistrazzjoni — jidher li jikkonċerna r-reġistrazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet. Jekk, madankollu, huwa kkunsidrat li l-leġislatur Komunitarju jirreġistra wkoll l-applikazzjonijiet — inkluż l-isem tal-ġestur tat-trasport — dan għandu jintagħmel espliċitu. it-tieninett, l-awtoritajiet kompetenti għandhom kompiti relatati mar-reġistrazzjoni fir-reġistri elettroniċi nazzjonali, iżda mhumiex espliċitament magħmulin responsabbli għal dawn ir-reġistri (ara l-punt 17 ta' din l-opinjoni). |
13. |
Kwistjoni separata f'dan il-kapitolu dwar l-awtorizzazzjoni u l-immonitorar huma l-miżuri ta' riabilitazzjoni. Skond l-Artikolu 6 (3) r-riabilitazzjoni jew kwalunkwe miżura oħra li għandha effett ekwivalenti hija meħtieġa biex tissostitwixxi kondotta tajba. L-Artikolu 14 (1) jiddikjara li l-miżuri ta' riabilitazzjoni għandhom ikunu speċifikati fid-deċiżjonijiet ta' l-Istati Membri dwar id-dħul fl-impjieg ta' ġestur tat-trasport bit-triq, dwar l-irtirar jew sospensjoni ta' dan id-dħul u dwar id-dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' idoneità. Madankollu, il-proposta tħalli għal kollox għad-diskrezzjoni ta' l-Istati Membri l-indikazzjoni tal-motivi u s-sustanza kif ukoll il-perijodu li fih għandha ssir ir-riabilitazzjoni. Kien ikun preferibbli li tkun illimitata d-diskrezzjoni ta' l-Istati Membri, u b'dan ikun hemm kontribut għall-iffunzjonar bla xkiel tas-suq intern fit-trasport bit-triq, kif ukoll rigward l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-kwalità tad-data u ċ-ċertezza legali tal-persuni kkonċernati. |
4. Artikolu 15
14. |
L-Artikolu 15 (1) jipprevedi li kull Stat Membru għandu jżomm reġistru nazzjonali ta' l-operaturi tat-trasport bit-triq awtorizzati. Dan ir-reġistru jinkludi d-data li hija elenkata fit-tieni parti ta' l-Artikolu 15 (1). Dan jinkludi d-data personali. Xi data personali fir-reġistri tippreżenta riskji speċifiċi għas-suġġett tad-data, bħal b'mod partikolari l-ismijiet ta' persuni ddikjarati li mhumiex idonei biex jiġġestixxu l-attività ta' trasport ta' impriża (6). |
15. |
Il-KEPD jilqa' li l-aċċess għal dawn ir-reġistri huwa b'mod ċar illimitat għal dawk l-awtoritajiet nazzjonali li għandhom setgħat relatati mal-materja tal-proposta. Il-fini tar-reġistri huwa wkoll illimitat b'mod ċar għall-implimentazzjoni tar-regolament, stabbilit fl-Artikoli 10-13 tal-proposta, kif ukoll għall-fini msemmi fl-Artikolu 26 tal-proposta, ir-rapporti li għandhom isiru dwar l-iffunzjonar tar-regolament. |
16. |
L-Artikolu 15 (2) jagħti perijodu ta' ħżin ta' sentejn għal data dwar sospensjonijiet u rtirar ta' awtorizzazzjonijiet u rigward persuni ddikjarati li mhumiex idonei għall-impjieg. Il-KEPD jilqa' li l-perijodu ta' ħżin huwa limitat għal perijodu fiss ta' sentejn. Madankollu, it-test għandu jiżgura wkoll li d-data li tikkonċerna persuni ddikjarati li mhumiex idonei għall-impjieg għandha titneħħa immedjatament mir-reġistru wara li tkun ittieħdet miżura ta' riabilitazzjoni skond l-Artikolu 6 (3). F'dan il-kuntest, tista' ssir referenza għall-Artikolu 6 (1) (e) tad-Direttiva 95/46/KE (7). |
17. |
Barra minn hekk, ir-responsabbiltà għaż-żamma tar-reġistru u għall-ipproċessar tad-data fir-reġistru għandha tkun iċċarata fit-test tar-regolament. Fit-terminoloġija tad-Direttiva 95/46/KE: liema entità tista' tkun ikkwalifikata bħala l-kontrollur? (8) Jidher loġiku li l-awtorità kompetenti għandha tkun ikkunsidrata bħala kontrollur, iżda l-proposta dan ma ssemmihx. Il-KEPD jissuġġerixxi l-iċċarar ta' dan fil-proposta. Hemm aktar raġuni għal kjarifika minħabba li r-regolament jipprevedi l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali sa l-aħħar ta' l-2010 u l-ħatra ta' punt tal-kuntatt għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri. Madankollu, mhux l-awtoritajiet nazzjonali kollha ser ikunu punti tal-kuntatt: ser ikun hemm punt tal-kuntatt wieħed f'kull Stat Membru, iżda jista' jkun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda. |
18. |
Dan iwassal għal osservazzjoni dwar l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali. L-Artikolu 15 (4) jipprevedi li l-interkonnessjoni għandha tiġi implimentata b'mod li awtorità kompetenti fi kwalunkwe Stat Membru tista' tikkonsulta reġistri elettroniċi ta' l-Istati Membri kollha. Fi kliem ieħor, il-proposta tipprevedi sistema ta' aċċess dirett. Kif kien spjegat mill-KEPD fl-opinjoni tiegħu dwar il-proposta għal Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar l-iskambju ta' informazzjoni skond il-prinċipju ta' disponibbiltà (9), l-aċċess dirett ser ikun awtomatikament ifisser li numru akbar ta' persuni ser ikollhom aċċess għal bażi tad-data u għalhekk tinkludi riskju dejjem jikber ta' użu ħażin. Fil-każ ta' aċċess dirett minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini m'għandhom l-ebda kontroll fuq l-aċċess u aktar użu tad-data. Kif tista', ngħidu aħna, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' oriġini tiżgura li awtorità fi Stat Membru ieħor hija informata b'modifiki fir-reġistru wara li din ta' l-aħħar tkun aċċessat id-data? |
19. |
Dawn il-kwistjonijiet għandhom ikunu ttrattati fid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-interkonnessjonijiet kif previst fl-Artikolu 15 (5) u (6) tal-proposta. Il-KEPD jilqa' b'mod partikolari r-regoli komuni dwar il-format u l-proċeduri tekniċi għal konsultazjoni awtomatika li għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, m'għandu jkun hemm l-ebda dubju dwar ir-responsabbiltajiet għall-aċċess u aktar użu tad-data. Il-KEPD jissuġġerixxi li tiżdied sentenza ma' l-Artikolu 15 (5) li tiddikjara kif ġej: “Dawn ir-regoli komuni għandhom jistabbilixxu liema awtorità hija responsabbli għall-aċċes, għal aktar użu u għall-aġġornament tad-data wara aċċess u għal dan il-għan għandhom jinkludu regoli dwar l-irreġistrar u immonitorar tad-data.” |
5. Artikolu 16
20. |
L-Artikolu 16 huwa artikolu dwar il-protezzjoni tad-data personali. Il-bidu ta' dan l-artikolu jikkonferma li d-Direttiva 95/46/KE hija applikabbli għal kollox għad-data personali inkluża fir-reġistri. Huwa jisħaq fuq l-importanza tal-protezzjoni tad-data u jista' jkun ikkunsidrat bħala introduzzjoni għad-dispożizzjonijiet aktar speċifiċi ta' l-Artikolu 16 (a), (b), (c) u (d). |
21. |
Skond il-KEPD, id-dispożizzjonijiet aktar speċifiċi ta' l-Artikolu 16 ma joffru l-ebda valur miżjud. Huma jfakkru d-drittijiet tas-suġġett tad-data mid-Direttiva 95/46/KE (kif inkluż fl-Artikoli 12 u 14 tagħha), f'forma simplifikata u mingħajr ma joffru ebda speċifikazzjoni (barra mill-element imsemmi fil-punt 23 ta' din l-opinjoni). Barra minn hekk, l-issimplifikar tad-drittijiet tas-suġġett tad-data jwassal għal inċertezza legali u għalhekk jista' jnaqqas il-protezzjoni tas-suġġett tad-data. L-Artikolu 16 tal-proposta huwa ambigwu dwar jekk japplikawx bis-sħiħ dispożizzjonijiet aktar speċifiċi tad-Direttiva 95/46/KE għal talbiet tas-suġġetti tad-data relatati ma' informazzjoni dwaru jew dwarha fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta. L-Artikolu 16 tal-proposta — lex specialis għall-Artikolu 12 u l-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46/KE — jistabbilixxi li huma żgurati b'mod partikolari l-elementi elenkati fl-Artikolu 16 (a), (b), (c) u (d). Skond il-KEPD dan għandu jfisser li l-elementi l-oħrajn mhumiex żgurati, iżda t-test mhuwiex ċar għal kollox. |
22. |
Alternattivament, l-Artikolu 16 jista' jkollu valur miżjud jekk jispeċifika d-drittijiet inklużi fid-Direttiva. Ngħidu aħna, l-Artikolu 16 jista';
|
23. |
L-Artikolu 16 (b) jinkludi limitazzjoni tad-dritt ta' aċċess skond l-Artikolu 12 tad-Direttiva 95/46/KE li mhijiex kompatibbli mad-direttiva. Huwa jiddikjara li l-aċċess ingħata mingħajr limitu, f'intervalli regolari u mingħajr dewmien jew spiża eċċessivi għall-awtorità pubblika responsabbli għall-ipproċessar tad-data jew għall-applikant. L-Artikolu 12 tad-Direttiva 95/46/KE madankollu jimmira li jipproteġi s-suġġett tad-data, fejn dan jitlob aċċess mingħajr limitu u mingħajr dewmien jew spiża eċċessiva. Il-KEPD jissuġġerixxi l-immodifikar ta' l-Artikolu 16 (b) u li jintagħmel kompatibbli mad-Direttiva 95/46, billi jinqatgħu il-kliem “għall-awtorità responabbli għall-ipproċessar tad-data”. Jekk mhemm l-ebda tħassib rigward spejjeż li ġejjin minn talbiet għal aċċess, għandu jkun innotat li n-nozzjoni ta' 'spiża eċċessiva' msemmija fl-Artikolu 12 tad-Direttiva ma tibbrojbixxix lill-kontrolluri tad-data li jitolbu ħlas żgħir (żgħir biżżejjed li ma jikkostitwix deterrent għall-eżerċizzju tad-dritt mis-suġġett tad-data). Barra minn hekk, skond il-liġi nazzjonali l-awtoritajiet normalment ser ikollhom possibbiltajiet legali biex jipprevjenu abbuż tad-drittijiet minn ċerti suġġetti tad-data. |
24. |
Il-KEDP jissuġġerixxi li l-Artikolu 16 jerġa' jinkiteb, b'kont meħud tal-punti preċedenti ta' din l-opinjoni. |
25. |
Finalment, id-Direttiva 95/46/KE u aktar speċifikament l-Artikolu 16 japplikaw għall-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri, li tikkostitwixxi l-materja ta' l-Artikolu 17 minħabba li l-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri ta' informazzjoni rigward ksur u sanzjonijiet relatati ma' persuni fiżiċi tikkwalifika bħala ipproċessar ta' data personali. Dan fost l-oħrajn ifisser li s-suġġetti tad-data għandhom ikunu infurmati, skond id-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 16 (a) tar-Regolament. |
6. Konklużjoni
26. |
Il-KEPD jissuġġerixxi li l-leġislatur Komunitarju jispeċifika s-sitwazzjonijiet li jimmira li jkopri l-Artikolu 6 (1), ukoll fid-dawl ta' l-objettiv tal-proposta biex jissaħħaħ l-iffunzjonar bla xkiel tas-suq intern fit-trasport bit-triq. Huwa jissuġġerixxi wkoll l-immodifikar tal-proposta, sabiex ikunu stabbiliti ta' l-inqas l-elementi prinċipali tal-lista msemmijin fl-Artikolu 6 (2) fil-proposta nnifisha, possibbilment f'anness, b'mod aktar preċiż milli kien stabbilit fl-Artikolu 6 (2) (a-c). |
27. |
Il-KEPD jilqa' r-rwol ċentrali ta' l-awtoritajiet kompetenti li jagħtihom ukoll responsabbiltajiet għall-ipproċessar ta' data personali, bħala element meħtieġ ta' l-attivitajiet tagħhom. F'dan il-kuntest, il-KEPD jinnota xi ambigwitajiet fil-proposta li jistgħu jissolvew faċilment mingħajr ma jinbidel xejn fis-sistema nnifisha. |
28. |
Il-KEPD jilqa' li l-aċċess għal u l-fini tar-reġistri elettroniċi nazzjonali huma limitati b'mod ċar. Huwa jilqa' wkoll li l-perijodu ta' ħżin huwa limitat għal perijodu fiss ta' sentejn. Madankollu, it-test għandu jiżgura wkoll li d-data li tikkonċerna persuni ddikjarati li mhumiex idonei għall-impjieg għandha titneħħa immedjatament mir-reġistru wara li tkun ittieħdet miżura ta' riabilitazzjoni skond l-Artikolu 6 (3). |
29. |
Ir-responsabbiltà għaż-żamma tar-reġistru elettroniku u għall-ipproċessar tad-data fir-reġistru għandha tkun iċċarata fit-test tar-regolament. Safejn jirrigwarda l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali, għandha tiżdied din is-sentenza li ġejja fl-Artikolu 15 (5): “Dawn ir-regoli komuni għandhom jistabbilixxu liema awtorità hija responsabbli għall-aċċes, għal aktar użu u għall-aġġornament tad-data wara aċċess u għal dan il-għan għandhom jinkludu regoli dwar illoggjar u immonitorar tad-data.” |
30. |
Il-KEDP jissuġġerixxi li l-Artikolu 16 dwar il-protezzjoni tad-data jerġa' jinkiteb, b'kont meħud tal-ħtiġijiet għal:
|
Magħmul fi Brussell, 12 ta' Settembru 2007
Peter HUSTINX
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(3) ĠU L 124, 23.5.1996, p. 1.
(4) Ukoll il-Premessa (8) tikkonferma l-ħtieġa ta' definizzjoni konġunta.
(5) Kif stabbilit fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(6) Din id-data hija wkoll imsemmija speċifikament fil-Premessa (13) tal-proposta.
(7) Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi li d-data personali għandha “tinżamm f'forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal mhux aktar minn dak li hu meħtieġ għall-finijiet li għalihom inġabret id-data jew li għalihom hija ipproċessata ulterjorment”.
(8) L-Artikolu 2 (d) tad-Direttiva 95/46/KE jiddefinixxi “kontrollur” bħala persuna naturali jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li waħdu jew flimkien ma' oħrajn jiddetermina l-finijiet u l-mezzi ta' l-ipproċessar ta' data personali.
(9) ĠU C 116, 17.5.2006, p. 8.
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
19.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 14/6 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont
(2008/C 14/02)
(Din il-komunikazzjoni tieħu post l-avviżi preċedenti dwar il-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont)
IR-RATI TA' REFERENZA U TA' SKONT
Fi ħdan il-qafas tal-kontroll Komunitarju ta' l-għajnuna statali, il-Kummissjoni tagħmel użu minn rati ta' referenza u ta' skont. Ir-rati ta' referenza u ta' skont huma applikati bħala sostitut għar-rata tas-suq u sabiex titkejjel l-ekwivalenti ta' għotja ta' għajnuna partikolarment meta titħallas bin-nifs, u biex jiġi kkalkulat l-element ta' għajnuna li jirriżulta minn skemi ta' sussidju fuq l-imgħax. Dawn jintużaw ukoll biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regola de minimis u mar-regolamenti dwar l-eżenzjoni ta' kategorija.
L-ISFOND TAR-RIFORMA
Ir-raġuni ewlenija għaliex qed terġa' tiġi kkunsidrata l-metodoloġija li tistabbilixxi rati ta' referenza u ta' skont hija li l-parametri finanzjarji meħtieġa mhux dejjem ikunu disponibbli fl-Istati Membri kollha, speċjalment f'dawk ġodda (1). Barra minn hekk, il-metodu attwali jista' jitjieb b'mod li jikkunsidra l-kredibilità ta' kreditu u l-kollaterali tad-debitur.
Għalhekk il-Kummissjoni tressaq metodu rivedut sabiex jiġu stabbiliti r-rati ta' referenza u ta' skont. Il-metodu propost jibni fuq l-arranġament kurrenti, li huwa aċċettat mill-Istati Membri kollha u b'applikazzjoni prattika, għall-iżvilupp ta' metodu ġdid li jnaqqas in-nuqqasijiet kurrenti, huwa kompatibbli ma-diversi sistemi finazjarji fl-UE (partikolarment fl-Istati Membri ġodda) u jista' jiġi implimentat b'mod sempliċi.
STUDJU
Studju tad-Deloitte & Touche (2), ikkummissjonat mid-DĠ għall-Kompetizzjoni, jipproponi sistema msejsa fuq żewġ pilastri: metodu “standard” u metodu “avvanzat”.
Il-metodu standard
B'dan il-metodu, il-Kummissjoni tippubblika, kull erba' xhur, rata bażi kkalkulata fuq bosta maturitatjiet — 3 xhur, sena, 5 snin u 10 snin — u għal muniti varji. Rati ta' l-IBOR (3) u swap rates jintużaw jew, fin-nuqqas ta' dawn il-parametri, rati tal-bonds tal-gvern. Il-primjum applikat għall-ksib tar-rata ta' referenza għal-self huwa kkalkolat skond il-kredibilità ta' kreditu tad-debitur u l-kollaterali. Skond il-kategorija ta' klassifika tal-kumpanija (“klassifika” mogħtija minn aġenziji ta' klassifika fil-każ ta' kumpaniji ewlenin jew mill-banek fil-każ ta' l-SMEs) il-marġini applikabbli għall-każ normali (il-klassifikazzjoni normali u l-kapital ta' garanzija normali (4)) jirrapreżenta 220 punt bażi. Din iż-żieda tista' titla' sa 1 650 fil-każ ta' kredibilità ta' kreditu baxxa u kapital ta' garanzija baxx.
Il-metodu avvanzat
Dan il-metodu jippermetti lill-Istati Membri sabiex jaħtru aġent indipendenti sabiex jagħmel il-kalkolu — bħal per eżempju bank ċentrali — responsabbli mill-pubblikazzjoni regolari ta' rata ta' l-imgħax ta' referenza ġusta, għal numru ikbar ta' maturitajiet fuq bażi iktar frekwenti minn tal-metodu standard. Dan il-metodu jkun iġġustifikat bl-għarfien u l-approssimazzjoni tad-data finanzjarja u bankarja li tkun disponibbli għal din l-istituzzjoni f'paragun mal-Kummissjoni. F'dak il-każ, il-Kummissjoni u awditur estern jivvalidaw il-metodi tal-kalkolu. Permezz ta' dan il-metodu, jista' jkun li f' ċerti każi jiġi kkunsidrat opting out.
Nuqqasijiet
Minkejja r-rilevanza ekonomika taż-żewġ metodi, jistgħu jiġu enfasizzati xi diffikulatijiet.
Il-metodu standard:
— |
Ma jsolvix il-problema ta' nuqqas ta' data finanzjarja fl-Istati Membri ġodda u jżid parametri ġodda li mhumiex faċilment aċċessibbli. |
— |
Dan il-metodu standard jista' jiffavorixxi lill-kumpaniji l-kbar ghad-detriment ta' kumpaniji zgħar u medji li jew m'hemmx klassifika disponibbli għalihom jew għandhom waħda inqas vantaġġjuża (partikolarment minħabba informazzjoni asimmetrika fir-rigward ta' min jislef). Jista' toħloq diversi kwistjonijiet dwar is-suġġett tal-metodi ta' kalkolu tal-primjum li għandu jiġi applikat skond il-kredibilita' ta' kreditu u livelli tal-kollaterali. |
— |
Ma jissimplifikax ir-responsabilità ta' l-Istati Membri, partikolarment fir-rigward ta' kalkoli għall-verifika tal-konformità mar-regola de minimis u r-regolamenti dwar l-eżenzjoni ta' kategorija. |
Il-metodu avvanzat:
— |
Il-metodu avvanzat jista' jkun problematiku meta jiġi applikat fuq skemi ta' għajnuna: il-volatilità tar-rati tas-suq tista' tagħmel id-differenza bejn ir-rata ta' skema ta' self sottastanti u r-rata ta'referenza tant vantaġġjuza għal min jissellef li xi miżuri jistgħu jsiru inkompatibbli mar-regoli ta' għajnuna ta' l-Istat. |
— |
L-aġġustament tar-rati ta' kull tliet xhur jista' jikkomplika t-trattament tal-każi ladarba l-ammonti ta' għajnuna kkalkolati jistgħu jvarjaw konsiderevolment bejn il-bidu tal-fażi ta' valutazzjoni u d-data tad-deċiżjoni finali meħuda mill-Kummissjoni. |
— |
Dawn l-arranġamenti jidhru kkumplikati wisq u jistgħu jfallu milli jiżguraw trattament kostantement ġust fl-Istati Membri. |
METODOLOĠIJA ĠDIDA
Sabiex jiġu evitati dawn id-diffikultaijiet, il-Kummissjoni tipproponi metodu li:
— |
jkun applikat b'faċilità (partikolarment għall-Istati Membri meta jittrattaw għajnuniet taħt ir-regolamenti de minimis jew ta' l-eżenzjoni ta' kategorija); |
— |
jiżgura t-trattament ugwali madwar l-Istati Membri b'devjazzjonijiet minimi mill-prattiċi attwali u li jiffaċilita l-applikazzjoni tar-rati ta' referenza għall-Istati Membri ġodda; |
— |
jagħmel użu minn kriterji ssimplifikati li jikkunsidraw il-kredibilità ta' kreditu tal-kumpaniji minflok id-daqs ta' l-intrapriżi biss, li jidher li hu kriterju simplistiku wisq. |
Barra minn hekk, dan il-metodu jagħmilha possibbli li tiġi evitata ż-żieda ta' inċertezza u kumplessità fil-metodi ta' kalkolu f'ambjent bankarju u finanzjarju, li dejjem għaddej minn tibdil, minħabba fl-implimentazzjoni tal-qafas Basle II, li jista' jħalli impatt sinifikanti fuq l-allokazzjoni tal-kapital kif ukoll fuq l-imġiba tal-banek. (Il-Kummissjoni ser tkompli ssegwi dan l-ambjent li qed jinbidel u, jekk ikun meħtieġ, tipprovdi gwida ulterjuri)
AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI
Ir-raġuni ewlenija għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-metodoloġija li tistabbilixxi rati ta' referenza u ta' skont hi li l-parametri finanzjarji meħtieġa mhux dejjem ikunu disponibbli fl-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, il-metodu attwali jista' jitjieb b'mod li jikkunsidra l-kredibilità ta' kreditu u l-kollaterali tad-debitur.
Għalhekk il-Kummissjoni tadotta l-metodoliġija li ġejja sabiex jiġu stabbiliti rati ta' referenza:
— |
Kalkolu bażi: IBOR ta' sena waħda Ir-rata bażi hija msejsa fuq ir-rati tas-suq tal-flus fuq medda ta' sena, disponibbli fi kważi l-Istati Membri kollha, bil-Kummissjoni żżomm id-dritt li tuża maturitajiet iqsar jew itwal addottati għal ċerti każi. Fejn dawk ir-rati ma jkunux disponibbli, ser tintuża r-rata tas-suq tal-flus fuq medda ta' 3 xhur. Fin-nuqqas ta' data affidabbli jew ekwivalenti jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali l-Kummissjoni tista', b'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-Istat(i) Membru/i kkonċerant(i) u fuq prinċipju bbażat fuq data mill-Bank Ċentrali ta' l-Istat Membru, tiddeċiedi dwara bażi oħra tal kalkolu. |
— |
Marġni (5) Fil-prinċipju, il-marġni li ġejjin għandhom jiġu applikati skond il-klassifikazzjoni ta' l-impriża kkonċernata u l-kollaterali offruti (6).
Normalment, 100 punt bażi jiżdiedu mar-rata bażi. Dan jassumi (i) self lil impriżi fi klassifikazzjoni sodisfaċenti u kollaterali għolja, jew (ii) self lil impriżi bi klassifikazzjoni tajba u kollaterali normali. Għal debituri li ma jkollhomx storja ta' kreditu jew klassifikazzjoni ibbażati fuq il-metodu ta' karta tal-bilanċ, bħal ċerti kumpaniji b'għanijiet speċjali (special-purpose companies) jew kumpaniji li għadhom jinbdew, ir-rata bażi għandha tiżdied b'mill-anqas 400 punt bażi (skond il-kollaterali disponibbli) u l-marġni qatt ma jista' jinżel anqas minn dak li jkun applikabbli għall-kumpanija parent. Il-klassifikazzjoni mhux bilfors tingħata minn aġenziji speċifiċi ta' l-ikklasifikar — is-sistemi nazzjonali tal-klassifikazzjoni jew is-sistemi ta' kklasifikazzjoni użati mill-banek sabiex jirreflettu r-rati ta' kontumaċja huma aċċettabbli wkoll (8). Il-marġni t'hawn fuq jistgħu jiġu riveduti minn żmien għal żmien sabiex tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni tas-suq. |
— |
Aġġornament Ser isir aġġornament tar-rata ta' referenza kull sena. Ir-rata bażi tiġi kkalkolata fuq il-bażi ta' l-IBOR ta' sena rreġistrat f'Settembru, Ottubru u Novembru tas-sena preċedenti. Ir-rata bażi li tiġi stabbilita tidħol fis-seħħ mill-ewwel ta' Jannar. Għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2008 sal-31 ta' Diċembru 2008, ir-rata ta' referenza ser eċċezzjonalment tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta' l-IBOR ta' sena waħda rreġistrat fi Frar, Marzu u April 2008, skond l-applikazzjoni tal-paragrafu li ġej. Barra minn hekk, sabiex jittieħdu in konsiderazzjoni l-varjazzjonijiet sinifikanti u għall-għarrieda, ser isir aġġornament kull darba li r-rata medja, ikkalkolata fuq it-tliet xhur preċedenti, tiddevja b'iktar minn 15 % mir-rata fis-seħħ. Din ir-rata ġdida tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara x-xhur li fuqhom jinħadem il-kalkolu. |
— |
Rata ta' skont: Kalkolu ta' valur nett kurrenti Ir-rata ta' referenza għandha tintuża wkoll bħala rata ta' skont, sabiex isir il-kalkolu tal-valuri kurrenti. Għalhekk fil-prinċipju, ser tintuża r-rata bażi miżjuda b'marġni fiss ta' 100 punt bażi. |
— |
Il-metodoloġija preżenti ser tidħol fis-seħħ mill-1 ta' Lulju 2008. |
(1) Ir-rati ta'referenza attwali għal dawn l-Istati Membri huma dawk ikkomunikati mill-Istati Membri li jirreflettu rata xierqa tas-suq. Il-metodoloġija li twassal għal dawn ir-rati tvarja bejn Stat Membru u ieħor.
(2) Disponibbli mill-websajt tad-DĠ Kompetizzjoni.
http://ec.europa.eu/comm/competition/state_aid/others/.
(3) Ir-rata offruta mill-Inter-Bank fuq is-suq tal-flus.
(4) Każi fejn ir-riċevitur juri klassifikar sodisfaċenti (BB) u rata ta' telf bejn il-31 % u l-59 %.
(5) Kif joħroġ mill-istudju, il-marġini huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu indipendenti mill-maturazzjoni tas-self.
(6) Il-kapital ta' garanzija normali għandu jitiqies li hu l-kapital ta' garanzija li normalment jintalab mill-istituzzjonijiet finanzjarji bħala garanzija għall-għoti b'self tagħhom. Il-livell tal-kollaterali jista' jitkejjel bħala t-telf f'każ ta' kontumaċja (Loss Given Default — LGD), li huwa t-telf mistenni f'perċentwal tal-kopertura tad-debitur filwaqt li jiġu kkunsidrati l-ammonti rekuperabbli mill-assi tal-kollaterali u tal-falliment; konsegwentement it-telf f'każ ta' kontumaċja (LGD) huwa proporzjonalment invers għall-validità tal-kapital ta' garanzija. Għall-komunikazzjoni preżenti qed jiġi meqjus li l-kapital ta' garanzija “Għoli” jimplika telf f'każ ta' kontumaċja (LGD) ta' 30 % jew inqas, il-kapital ta' garanzija “Normali” jimplika telf f'każ ta' kontumaċja (LGD) ta' bejn il-31 % u d-59 %, filwaqt li l-kapital ta' garanzija “Baxx” jimplika telf f'każ ta' kontumċja (LGD) ta' 60 % jew iktar. Għal aktar dettalji, dwar il-kunċett LGD, ara Basel II: Konverġenza Internazzjonali ta' Kejl tal-Kapital u Standards tal-Kapital: Qafas Rivedut — Verżjoni Komprensiva, disponibbli fuq
http://www.bis.org/publ/bcbs128.pdf.
(7) Skond l-applikazzjoni tad-dispożizjonijiet speċifiċi għas-salvataġġ u r-ristrutturar, kif stipulat attwalment fil-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna ta' l-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' kumpaniji f'diffikultà, (ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2) u partikolarment l-Artikolu 25 (a), li jirreferi għal “rata li għallinqas tkun tikkumpara mar-rati osservati fuq self lil kumpaniji b'saħħithom, u partikolarment bir-rati ta' referenza addottati mill-Kummissjoni”. Għalhekk, għal każi ta' għajnuna ta' salvataġġ, għandha tiġi applikata l-ewwel sena IBOR miżjuda b'mill-anqas 100 punt bażi.
(8) Għal paragun bejn l-aktar mekkaniżmi komuni ta' kklassifikar tal-kreditu, ara pereżempju Tabella 1 fid-Dokument ta' Ħidma Nru 207 tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali:
http://www.bis.org/publ/work207.pdf.
19.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 14/10 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 14/03)
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
23.10.2007 |
Għajnuna Nru |
N 522/06 |
Stat Membru |
Franza |
Reġjun |
Départements d'outre-mer (DOM) |
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Loi de programme pour l'outre-mer |
Il-bażi legali |
Articles 199 A et B undecies et 217 undecies du code général des impôts (CGI) |
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
L-għan |
Żvilupp reġjonali |
Il-forma ta' l-għajnuna |
Tnaqqis tal-bażi tat-taxxa |
L-Estimi |
Baġit annwali: EUR 360 miljun |
L-intensità |
— |
It-tul ta' żmien |
Sal-31.12.2013 |
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Direction générale des impôts |
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
23.10.2007 |
Għajnuna Nru |
N 524/06 |
Stat Membru |
Franza |
Reġjun |
Départements d'outre-mer de la Guadeloupe, de la Martinique et de la Réunion |
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
TVA non perçue récupérable |
Il-bażi legali |
Articles 295-1-5o du code général des impôts, articles 50 undecies et duodecies de l'annexe IV du même code |
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
L-għan |
Żvilupp reġjonali |
Il-forma ta' l-għajnuna |
Tnaqqis tar-rata tat-taxxa |
L-Estimi |
Baġit annwali: EUR 200 miljun |
L-intensità |
— |
It-tul ta' żmien |
Sal-31.12.2013 |
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Direction générale des impôts |
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
23.10.2007 |
Għajnuna Nru |
N 529/06 |
Stat Membru |
Franza |
Reġjun |
Départements d'outre-mer (DOM) |
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Octroi de mer |
Il-bażi legali |
Décision du Conseil de l'Union européenne du 10 février 2004 |
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
L-għan |
Żvilupp reġjonali |
Il-forma ta' l-għajnuna |
Tnaqqis tar-rata tat-taxxa |
L-Estimi |
Baġit annwali: EUR 165 miljun |
L-intensità |
— |
It-tul ta' żmien |
Sal-31.12.2013 |
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Direction générale des douanes et des droits indirects |
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
28.11.2007 |
||||||
Għajnuna Nru |
N 385/07 |
||||||
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
||||||
Reġjun |
Freistaat Sachsen |
||||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
ARISE Technologies Corporation |
||||||
Il-bażi legali |
35. GA-Rahmenplan |
||||||
It-tip tal-miżura |
Għajnuna individwali |
||||||
L-għan |
Żvilupp reġjonali |
||||||
Il-forma ta' l-għajnuna |
Għotja diretta |
||||||
L-Estimi |
Baġit globali: EUR 7 440 000 miljun |
||||||
L-intensità |
15 % |
||||||
It-tul ta' żmien |
1.11.2006-31.10.2009 |
||||||
Setturi ekonomiċi |
It-tagħmir elettriku u ottiku |
||||||
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
30.11.2007 |
Għajnuna Nru |
N 496/07 |
Stat Membru |
L-Italja |
Reġjun |
Lombardia |
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Fondo NEXT |
Il-bażi legali |
Convenzione con Finlombarda SpA per la gestione del fondo di garanzia istituito a supporto del fondo di investimento NEXT |
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
L-għan |
Kapital ta' riskju |
Il-forma ta' l-għajnuna |
Provvista ta' kapital ta' riskju |
L-Estimi |
Baġit globali: EUR 12,23 miljun |
L-intensità |
— |
It-tul ta' żmien |
20.8.2007-10.10.2016 |
Setturi ekonomiċi |
— |
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Regione Lombardia |
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
19.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 14/14 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 14/04)
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
23.10.2007 |
Għajnuna Nru |
N 540/06 |
Stat Membru |
Franza |
Reġjun |
Départements d'outre-mer (DOM) |
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Contrat d'accès à l'emploi (CAE-DOM) |
Il-bażi legali |
Articles L. 832-2, R. 831-1 à 9 et D. 7831-1 à 4 du code du travail Circulaire DAESC/ASC/DEFI no 2004/100 du 26 mars 2004 |
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
L-għan |
Żvilupp reġjonali |
Il-forma ta' l-għajnuna |
Tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali |
L-Estimi |
Baġit annwali: EUR 32 miljun |
L-intensità |
— |
It-tul ta' żmien |
Sal-31.12.2013 |
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Directeurs des agences locales pour l'emploi |
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
23.10.2007 |
Għajnuna Nru |
N 542/06 |
Stat Membru |
Franza |
Reġjun |
Départements d'outre-mer (DOM) |
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Exonération des charges sociales patronales |
Il-bażi legali |
Articles L. 752-3-1, R. 752-19 à R. 752-25 et D. 752-6 du code de la sécurité sociale |
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
L-għan |
Żvilupp reġjonali |
Il-forma ta' l-għajnuna |
Tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali |
L-Estimi |
Baġit annwali: EUR 850 miljun |
L-intensità |
— |
It-tul ta' żmien |
Sal-31.12.2013 |
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Caisse générale de sécurité sociale |
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
23.10.2007 |
Għajnuna Nru |
N 559/06 |
Stat Membru |
Franza |
Reġjun |
Départements d'outre-mer (DOM) |
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Abattement d'un tiers sur les résultats des bénéfices réalisés dans les DOM |
Il-bażi legali |
Article 217 bis du code général des impôts |
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
L-għan |
Żvilupp reġjonali |
Il-forma ta' l-għajnuna |
Tnaqqis tal-bażi tat-taxxa |
L-Estimi |
Baġit annwali: EUR 75 miljun |
L-intensità |
— |
It-tul ta' żmien |
Sal-31.12.2013 |
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Direction générale des impôts |
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
23.10.2007 |
Għajnuna Nru |
N 560/06 |
Stat Membru |
Franza |
Reġjun |
Départements d'outre-mer (DOM) |
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Taxe réduite sur les salaires |
Il-bażi legali |
Article 231 du code général des impôts |
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
L-għan |
Żvilupp reġjonali |
Il-forma ta' l-għajnuna |
Tnaqqis tar-rata tat-taxxa |
L-Estimi |
Baġit annwali: EUR 105 miljun |
L-intensità |
— |
It-tul ta' żmien |
Sal-31.12.2013 |
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Direction générale des impôts |
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
23.10.2007 |
Għajnuna Nru |
N 627/06 |
Stat Membru |
Franza |
Reġjun |
Départements d'outre-mer (DOM) |
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Fonds de garantie «Fonds DOM» |
Il-bażi legali |
Convention nationale relative au fonds DOM entre l'État, l'AFD et Sofaris (15.9.1999) Convention cadre entre l'État et Sofaris (17.5.1999) |
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
L-għan |
Żvilupp reġjonali |
Il-forma ta' l-għajnuna |
Garanzija |
L-Estimi |
Baġit annwali: EUR 8,1 miljun |
L-intensità |
— |
It-tul ta' żmien |
Sal-31.12.2013 |
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Agence Française de Développement (AFD) et OSEO Sofaris (Société Française de Garantie des Financements des Petites et Moyennes Entreprises) |
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
19.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 14/18 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 14/05)
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
23.10.2007 |
Għajnuna Nru |
N 667/06 |
Stat Membru |
Franza |
Reġjun |
Départements d'outre-mer (DOM) |
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Soutien à l'emploi des jeunes diplômés (SEJD) |
Il-bażi legali |
Articles L. 832-7-1, L. 322-4-6 à L. 322-4-6-5, D.832-1 à D. 832-8 du code du travail Circulaire DAESC/DGEFP no 2004/200 du 10 juin 2004 |
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
L-għan |
Żvilupp reġjonali |
Il-forma ta' l-għajnuna |
Tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali |
L-Estimi |
Baġit annwali: EUR 0,957 miljun |
L-intensità |
— |
It-tul ta' żmien |
Sal-31.12.2013 |
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Direction du travail, de l'emploi et de la formation professionnelle |
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
23.10.2007 |
Għajnuna Nru |
N 668/06 |
Stat Membru |
Franza |
Reġjun |
Départements d'outre-mer (DOM) |
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Prime à la création d'emploi |
Il-bażi legali |
Articles L. 832-7, R. 831-20 et R. 831.21, D.831-5 du code du travail |
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
L-għan |
Żvilupp reġjonali |
Il-forma ta' l-għajnuna |
Għotja diretta |
L-Estimi |
Baġit annwali: EUR 0,867 miljun |
L-intensità |
— |
It-tul ta' żmien |
Sal-31.12.2013 |
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Direction du travail, de l'emploi et de la formation professionnelle |
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
28.11.2007 |
Għajnuna Nru |
N 388/07 |
Stat Membru |
Ir-Renju Unit |
Reġjun |
— |
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Post Office Ltd: Transformation Programme |
Il-bażi legali |
Postal Services Act 2000 |
It-tip tal-miżura |
Għajnuna individwali |
L-għan |
Servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali |
Il-forma ta' l-għajnuna |
Għotja diretta, self b'rata ta' imgħax baxxa |
L-Estimi |
Baġit annwali: GBP 334 miljun; baġit globali: GBP 634 miljun |
L-intensità |
100 % |
It-tul ta' żmien |
1.4.2008-31.3.2011 |
Setturi ekonomiċi |
Il-posta u t-telekomunikazzjonijiet, servizzi ta' bejgħ bl-imnut |
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Department of Business, Enterprise and Regulatory Reform |
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
19.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 14/20 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.4886 — Petroplus/Shell French Refineries)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 14/06)
Fil-11 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
— |
mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32008M4886. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA
Kunsill
19.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 14/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Ottubru 2007
li taħtar lill-membru tar-Renju Unit tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali
(2008/C 14/07)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 ta' l-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),
Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-Gvern tar-Renju Unit,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' Settembru 2006 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-perijodu mit-18 ta' Settembru 2006 sas-17 ta' Settembru 2009. |
(2) |
Post ta' membru fuq il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-Rappreżentanti tal-Gvern sar vakanti minħabba r-riżenja tas-Sinjura Pauline CHARLES, |
(3) |
Il-membru tar-Renju Unit tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru msemmi hawn fuq għandu jinħatar għall-bqija tal-mandat, li jiskadi fis-17 ta' Settembru 2009. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura membru tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-bqija tal-mandat, li jiskadi fis-17 ta' Settembru 2009:
I. RAPPREŻENTANT TAL-GVERN
RENJU UNIT: Is-Sinjura Nicola SAMS
Magħmul fil-Lussemburgu, 15 ta' Ottubru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
L. AMADO
(1) ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2051/2004 (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 1).
(2) ĠU C 240, 5.10.2006, p. 1.
Kummissjoni
19.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 14/22 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
It-18 ta' Jannar 2008
(2008/C 14/08)
1 euro=
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,4674 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
157,70 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4539 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,74810 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,4283 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,6144 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
95,41 |
NOK |
Krona Norveġiża |
7,9915 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
26,118 |
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
HUF |
Forint Ungeriż |
256,13 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,6988 |
PLN |
Zloty Pollakk |
3,6165 |
RON |
Leu Rumen |
3,6749 |
SKK |
Krona Slovakka |
33,693 |
TRY |
Lira Turka |
1,7341 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6697 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5024 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
11,4550 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,9127 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
2,1050 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 383,90 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,2954 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
10,6266 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,3367 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
13 863,26 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7999 |
PHP |
Peso Filippin |
59,723 |
RUB |
Rouble Russu |
35,9230 |
THB |
Baht Tajlandiż |
45,450 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,6026 |
MXN |
Peso Messikan |
16,0269 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
19.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 14/23 |
Termini ta' referenza — Grupp ta' Esperti dwar it-Traffikar tal-Bnedmin
(2008/C 14/09)
B'dan li ġej il-Kummissjoni tilqa' applikazzjonijiet minn individwi bil-ħsieb li tistabbilixxi lista ta' esperti li jkunu mistiedna jipparteċipaw fil-grupp ta' esperti li jittrattaw kwistjonijiet b'rabta mal-politika Ewropea għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin.
1. Sfond
Bil-għan li tissaħħaħ il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fuq il-livell Ewropew u skond id-Dikjarazzjoni ta' Brussell (1) (2002) li wriet il-ħtieġa sabiex il-Kummissjoni tistabbilixxi grupp ta' esperti dwar it-traffikar tal-bnedmin, il-grupp inħoloq bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/209/KE. Il-grupp konsultattiv għandu jkun magħruf bħala “Il-Grupp ta' Esperti dwar it-Traffikar tal-Bnedmin” (2).
Fid-dawl tal-ħidma siewja li saret mill-grupp ta' esperti dwar it-traffikar tal-bnedmin sa mill-2003, li permezz tagħha l-Kummissjoni kompliet tiżviluppa l-politika tagħha f'dan il-qasam, u meta wieħed jikkunsidra l-importanza dejjem tiżdied fuq livell globali tal-qasam ta' politika tat-traffikar tal-bnedmin, il-grupp ta' esperti għandu jkompli bil-ħidma tiegħu. Hija meħtieġa Deċiżjoni (3) ġdida tal-Kummissjoni sabiex jittieħed f'kunsiderazzjoni t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, l-ambitu ta' ħidma tal-grupp ta' esperti għandu wkoll jinfirex u għandu jkun possibbli għalih li jibbenifika minn firxa ta' kompetenza akbar li hija mitluba mill-fenomenu dejjem jinbidel tat-traffikar tal-bnedmin.
2. Grupp ta' Esperti
Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta lill-grupp dwar kull materja li jkollha x'taqsam mat-traffikar tal-bnedmin.
Il-kompitu tal-grupp għandu jkun:
(a) |
li jistabbilixxi kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, partijiet oħra kif elenkat fl-Artikolu 3 paragrafu 2(b) u l-Kummissjoni dwar il-firxa ta' kwistjonijiet relatati mat-traffikar tal-bnedmin; |
(b) |
li jassisti lill-Kummissjoni, billi joħroġ opinjonijiet marbuta mat-traffikar tal-bnedmin, u jara li jkun hemm metodu koerenti dwar dan is-suġġett; |
(c) |
li jgħin lill-Kummissjoni tevalwa l-evoluzzjoni tal-politika fil-qasam tat-traffikar tal-bnedmin fuq il-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali; |
(d) |
li jassisti lill-Kummissjoni tidentifika u tiddefinixxi miżuri possibbli rilevanti, u azzjonijiet, fuq livell Ewropew u nazzjonali fuq il-medda tal-politika kontra t-traffikar; |
(e) |
il-Grupp ta' esperti għandu joħroġ opinjonijiet jew rapporti lill-Kummissjoni fuq talba ta' din ta' l-aħħar jew b'inizjattiva tiegħu stess, filwaqt li jikkunsidra b'mod xieraq l-implimentazzjoni u aktar żvilupp fuq livell ta' l-UE tal-Pjan ta' l-UE dwar l-aħjar prattiċi, standards u proċeduri fil-ġlieda u l-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin (4), u suriet oħra relatati ta' sfruttament. Għandu wkoll jikkunsidra d-dimensjoni ta' l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. |
3. L-għamla
Il-grupp għandu jkun magħmul minn 21 membru. Il-membri għandhom jinħatru mill-Kummissjoni. Il-grupp ta' esperti jiġi stabbilit għal perjodu ta' tliet snin li jista' jiġi estiż mill-Kummissjoni.
4. L-eliġibbiltà
L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu minn persuni naturali li huma ċittadini ta' pajjiż ta' l-UE jew, jekk ikun xieraq, jew ta' pajjiż kandidat jew pajjiż miż-Żona Ekonomika Ewropea.
Il-membri tal-grupp ta' esperti għandhom jinħatru minn fost speċjalisti b'kompetenza u esperjenza fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, inkluż ta' dik id-dimensjoni tat-traffikar tal-bnedmin fejn jidħol ix-xogħol, u jkunu ġejjin minn:
(a) |
amministraturi ta' l-Istati Membri (sa 11-il membru); |
(b) |
organizzazzjonijiet intergovernattivi, internazzjonali u mhux governattivi attivi fil-livell Ewropew (sa 5 membri); |
(c) |
sħab soċjali u assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem li jkunu qed joperaw fil-livell Ewropew (sa 4 membri); |
(d) |
Europol (membru wieħed); |
(e) |
individwi li jkollhom esperjenza ġejja minn riċerka akkademika f'universitajiet pubbliċi jew privati jew istituzzjonijiet fl-Istati Membri (sa 2 membri). |
L-esperti prospettivi huma mistennija li attwalment ikunu f'kariga jew kellhom kariga fi ħdan parti interessata relevanti elenkata aktar 'il fuq. Huma mistennija jkollhom:
— |
il-kapaċitajiet u l-għarfien xierqa fl-oqsma ta' attivitajiet li dwarhom jistgħu jintalbu jgħinu, |
— |
livell għoli ta' kisbiet professjonali fil-qasam tal-ġlieda kontra t-traffikar u għandu jkollhom mill-anqas 5 snin ta' esperjenza relatata mal-ħidma, |
— |
ħiliet lingwistiċi xierqa, abbiltà dimostrabbli li ssir ħidma bl-Ingliż. |
Dawn ta' hawn fuq ser jiġu vvalutatu fuq il-bażi tas-CV u l-formola ta' l-applikazzjoni.
5. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet
L-applikazzjoni jistgħu jintbagħtu biss billi timtela l-kopja tal-formola ta' applikazzjoni (Anness 1) u l-kopja tas-CV (Anness 2) mehmuża mas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti huma mitluba jiddikjaraw b'mod ċar fl-applikazzjoni tagħhom il-qasam tat-traffikar tal-bnedmin li fir-rigward tiegħu għandhom kompetenza partikolari u għandha tintbagħat flimkien ma' materjali li jixhed li l-membri proposti jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' hawn fuq.
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu sa mhux aktar tard mill-15 ta' Frar 2008 permezz ta' email jew ittra fl-indirizz li ġej:
Kummissjoni Ewropea |
Direttorat Ġenerali Ġustizzja, Libertà u Sigurtà |
Unità D2 Segretarjat |
LX 46 3/131 |
B-1049 Brussell |
JLS-ANTITRAFFICKING@ec.europa.eu |
Kull applikazzjoni ser tiġi eżaminata fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fis-sejħa għall-applikazzjonijiet. Il-Kummissjoni ser tgħarraf lill-applikanti bir-riżultat tas-sejħa u partikolarment jekk ikunux ġew inklużi jew le fil-lista ta' esperti.
Minħabba l-politika ta' trasparenza ta' l-Istituzzjonijiet Ewropej u l-ħtieġa li l-pubbliku jkun informat bl-identità u l-kwalifiki ta' l-esperti li jagħtu pariri lill-Istituzzjoni, id-data personali ġenerali għandha ssir disponibbli pubblikament (5) skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (6) fir-reġistru tal-gruppi ta' esperti sakemm ikun għad hemm sħubija u/jew sakemm tiġi mitluba t-tneħħija mis-sit pubbliku.
6. Id-deċiżjoni finali dwar l-għamla tal-grupp
Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-għamla tal-grupp ta' esperti fuq il-bażi tal-proposti mressqa bħala tweġiba għas-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Il-Kummissjoni ser tqis il-kriterji li ġejjin meta tivvaluta l-applikazzjonijiet:
— |
rova tal-kompetenza u l-esperjenza, inkluż fil-livell Ewropew u/jew internazzjonali, f'oqsma relevanti għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, |
— |
il-ħtieġa li jintlaħaq bilanċ fi ħdan il-grupp ta' esperti f'termini tar-rappreżentanza ta' l-applikanti, is-sess u l-oriġini ġeografika, |
— |
il-ħtieġa li jintlaħaq bilanċ ta' għarfien dwar suriet differenti ta' traffikar inkluż għax-xogħol u l-isfruttament sesswali, dwar diversi aspetti bħall-prevenzjoni, il-prosekuzzjoni u l-għajnuna lill-vittmi, kif ukoll fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tat-tfal, il-liġi penali, l-impjiegi u l-migrazzjoni, |
— |
il-ħtieġa li tingħata preferenza għall-kontinwità tal-ħidma tal-grupp ta' esperti preċedenti dwar it-traffikar tal-bnedmin (stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Marzu 2003), |
— |
il-membri tal-grupp ta' esperti għandhom ikunu ċittadini ta' Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea jew, jekk xieraq, ta' pajjiż kandidat jew ta' pajjiż miż-Żona Ekonomika Ewropea. |
Il-membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fi żmien xieraq b'kull kunflitt ta' interessi li jista' jikkomprometti l-imparzjalità tagħhom.
Il-lista tal-membri tal-grupp ta' esperti ser tiġi ppubblikata fuq is-sit ta' l-Internet tad-DĠ JLS u fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, serje C. L-ismijiet tal-membri jinġabru, jiġu pproċessati u ppubblikati skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Il-membri għandhom jinħatru għal perjodu ta' tliet snin li jiġġedded u għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jiġu sostitwiti jew sakemm jintemm il-perjodu ta' ħatra tagħhom.
Il-membri jistgħu jinbidlu għall-bqija tal-perjodu tal-ħatra tagħhom fi kwalunkwe każ li ġej:
(a) |
meta l-membru jirreżenja; |
(b) |
meta il-membru mhux kapaċi aktar jikkontribwixxi b'mod effettiv fid-deliberazzjonijiet tal-grupp; |
(c) |
meta l-membru ma josservax l-Artikolu 287 tat-Trattat; |
(d) |
meta l-membru jonqos milli javża lill-Kummissjoni fi żmien xieraq dwar kunflitti ta' interess. |
7. Il-kunfidenzjalità
Sabiex tiġi żgurata s-sigurtà meħtieġa ta' informazzjoni sensittiva, l-esperti li jintgħażlu biex jipparteċipaw fi gruppi ta' esperti ser ikollhom jiffirmaw ftehim ta' kunfidenzjalità (NDA). Matul il-ħidma tagħhom huma għandhom josservaw kunfidenzjalità assoluta dwar l-informazzjoni u d-dokumenti li jitressqu quddiemhom.
8. Il-ħidma
Il-grupp għandu jaħtar President, u żewġ Viċi-Presidenti minn fost il-membri tiegħu, permezz ta' maġġoranza sempliċi.
Bi ftehim mal-Kummissjoni, jistgħu jitwaqqfu sottokumitati fi ħdan il-qafas tal-grupp biex jeżaminaw mistoqsijiet speċifiċi skond it-termini ta' referenza stabbiliti mill-grupp. Is-sottokumitati għandhom ikunu magħmula minn mhux aktar minn 9 membri u għandhom ikunu xolti hekk kif il-mandat tagħhom jitwettaq.
Il-grupp u s-sottokumitati tiegħu għandhom normalment jiltaqgħu fl-istabbilimenti tal-Kummissjoni skond il-proċeduri u l-iskeda stabbilita minnha. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi segretarjali għal-laqgħat tal-grupp u tas-sottokumitati tiegħu. Rappreżentanti ta' servizzi tal-Kummissjoni li jkunu interessati jistgħu jattendu laqgħat tal-grupp u tas-sottokumitati tiegħu.
Il-grupp għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu abbażi tar-regoli standard ta' proċedura adottati mill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tista' tippubblika, fil-lingwa oriġinali tad-dokument ikkonċernat, kull sommarju, konklużjoni, jew parti minn konklużjoni jew dokument ta' ħidma tal-grupp.
9. Il-kumpens
L-ispejjeż ta' l-ivjaġġar ta' l-esperti mistiedna li jipparteċipaw fil-grupp ta' esperti ser jintraddu lura mill-Kummissjoni.
L-ispejjeż tal-laqgħat jintraddu lura fil-limiti tal-baġit annwali allokat għall-grupp mis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni.
(1) Id-Dikjarazzjoni ta' Brussell ġiet adottata fil-Konferenza Ewropea dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin — Sfida globali għas-seklu 21 bejn it-18 u l-20 ta' Settembru 2002, ĠUC 137, 12.6.2003, p. 1.
(2) ĠU L 79, 26.3.2003, p. 25.
(3) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/675/KE tas-17 ta' Ottubru 2007 li tistabbilixxi grupp ta' esperti dwar it-traffikar tal-bnedmin (ĠU L 277, 20.10.2007, p. 29).
(4) ĠU C 311, 9.12.2005, p. 1.
(5) Id-data ser tiġi ppubblikata fir-reġistru tal-gruppi ta' esperti: http://ec.europa.eu/secretariat_general/regexp/
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta' din id-data (ĠU L 8 tat-12.1.2001, p. 1)
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Kummissjoni
19.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 14/27 |
Sejħa għal applikazzjonijiet dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/675/KE li tipprovdi għat-Twaqqif tal-Grupp ta' Esperti dwar it-Traffikar tal-Bnedmin
(2008/C 14/10)
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/675/KE (1) il-Kummissjoni waqqfet il-grupp ta' esperti dwar it-traffikar tal-bnedmin. Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta lill-grupp dwar kull materja li jkollha x'taqsam mat-traffikar tal-bnedmin.
Ix-xogħol tal-grupp ta' esperti, b'mod partikolari, huwa:
(a) |
li jistabbilixxi kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, partijiet oħra kif imfisser fl-Artikolu 3 paragrafu 2(b) u l-Kummissjoni dwar il-firxa ta' kwistjonijiet relatati mat-traffikar tal-bnedmin; |
(b) |
li jassisti lill-Kummissjoni, billi joħroġ opinjonijiet marbuta mat-traffikar tal-bnedmin, u jara li jkun hemm approċ koerenti għal dan is-suġġett; |
(c) |
li jgħin lill-Kummissjoni tevalwa l-evoluzzjoni tal-politika fil-qasam tat-traffikar tal-bnedmin fuq il-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali; |
(d) |
li jassisti lill-Kummissjoni tidentifika u tiddefinixxi miżuri possibbli rilevanti u azzjonijiet fuq livell Ewropew u nazzjonali madwar il-medda tal-politika kontra t-traffikar. |
(e) |
Il-Grupp ta' Esperti għandu joħroġ opinjonijjiet jew rapporti lill-Kummissjoni fuq talba ta' din ta' l-aħħar jew b'inizjattiva tiegħu stess, filwaqt li jikkonsidra l-implimentazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri fil-livell ta' l-UE tal-Pjan ta' l-UE dwar l-aħjar prattiċi, standards u proċeduri fil-ġlieda kontra, u l-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin (2), u forom oħra relatati ta' sfruttament. Għandu jieħu wkoll f'kunsiderazzjoni d-dimensjoni ta' l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. |
Għalhekk il-Kummissjoni qiegħda tagħmel din is-sejħa għall-applikazzjonijiet bl-iskop li jkollha lista ta' kandidati biex tgħaqqad dan il-grupp ta' esperti.
1. |
Il-grupp ta' esperti għandu jkun magħmul minn 21 membru maħtura fil-kapaċità personali tagħhom u, skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni msemmija hawn fuq, ikunu individwi kkwalifikati magħżula mill-Kummissjoni. Esperti prospettivi huma mistennija li kollhom jew li kellhom pożizzjoni fi ħdan operatur relevanti mil-lista li tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija huma mistennija li jkollhom:
Il-ħiliet imsemmija se jiġu eżaminati fuq il-bażi tas-CV mimlija u l-formola ta' l-applikazzjoni. |
2. |
Il-Kummissjoni ser tqis il-kriterji li ġejjin meta tivvaluta l-applikazzjonijiet:
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi biss billi wieħed jimla l-formola mudell ta' l-applikazzjoni (Anness 1) u s-CV mudell (Anness 2). L-applikanti huma mitluba li fl-applikazzjoni tagħhom jindikaw b'mod ċar dak il-qasam tat-traffikar tal-bnedmin li dwaru għandhom kompetenza partikolari. Minħabba l-politika ta' trasparenza ta' l-Istituzzjonijiet Ewropej u l-ħtieġa li l-pubbliku jkun informat bl-identità u l-kwalifiki ta' l-esperti li jagħtu pariri lill-Istituzzjoni, id-data ġenerali personali hawn fuq elenkata se ssir disponibbli pubblikament (3) skond il-provvedimenti tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (4) fir-reġistru tal-gruppi ta' esperti sakemm ikun għad hemm sħubija u/jew sakemm tintalab it-tneħħija mis-sit pubbliku. |
3. |
L-applikazzjonijiet iffirmati kif imiss għandhom jintbagħtu mhux aktar tard mill-15 ta' Frar 2008 permezz ta' email jew ittra f'dan l-indirizz:
|
4. |
Il-Kummissjoni għandha tagħżel il-membri fil-kapaċità personali tagħhom għal perjodu ta' 3 snin li jista' jiġi mġedded. Huma għandhom jagħtu lill-Kummissjoni opinjoni indipendenti, ħeilsa minn influwenza barranija u għandhom jirrispettaw il-kundizzjojijiet tal-kunfidenzjalità imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li pprovidiet għat-twaqqif tal-grupp ta' esperti. |
5. |
Il-Kummissjoni tirrifondi l-ispejjeż ta' l-ivjaġġar u sussistenza li jkollhom x'jaqsmu ma' l-attivitajiet tal-grupp ta' esperti skond il-provvedimenti li huma fis-seħħ fil-Kummissjoni. Il-Membri ma jirċievu l-ebda rimunerazzjoni għall-qadi ta' dmirijiethom. |
6. |
Il-lista tal-membri tal-grupp ta' esperti tiġi ppubblikata fuq is-sit ta' l-Internet tad-DĠ JLS u fil-Ġurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea. L-ismijiet tal-membri jinġabru, jiġu pproċessati u ppubblikati skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. |
7. |
Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lis-Sinjura Enikő FELFÖLDI, tel. (32-2) 29 54933, fax (32-2) 29 67633, email: eniko.felfoldi@ec.europa.eu |
(1) ĠU L 277, 20.10.2007, p. 29.
(2) ĠU C 311, 9.12.2005, p. 1.
(3) Id-data se tiġi ppubblikata fir-Reġistru tal-Gruppi ta' Esperti: http://ec.europa.eu/secretariat_general/regexp/.
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta' din id-data (ĠU L 8 tat-12.1.2001, p.1)
ANNESS 1
ANNESS 2
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Kummissjoni
19.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 14/34 |
Notifika dwar talba skond l-Artikolu 30 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kusill 2004/17/KE
Talba minn Stat Membru
(2008/C 14/11)
Fl-10 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni rċeviet talba skond l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u dawk postali (1). L-ewwel ġurnata tax-xogħol wara l-wasla tat-talba kienet il-11 ta' Jannar 2008.
Din it-talba, mir-Repubblika ta' l-Awstrija, tikkonċerna l-produzzjoni ta' l-elettriku f'dan il-pajjiż. L-Artikolu 30 imsemmi jistipula li d-Direttiva 2004/17/KE ma tapplikax meta l-attività kkonċernata tkun direttament esposta għall-kompetizzjoni fuq swieq li l-aċċess għalihom ma jkunx limitat. L-evalwazzjoni ta' dawn il-kundizzjonijiet issir biss skond id-Direttiva 2004/17/KE, u ma tippreġudikax l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tliet xhur mill-ġurnata tax-xogħol imsemmija hawn fuq biex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba. Id-data ta' l-għeluq hija għalhekk il-11 ta' April 2008.
Mhumiex applikabbli d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, it-tielet inċiż, imsemmi aktar 'il fuq. Għaldaqstant, iż-żmien li l-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha jista' eventwalment jiġi estiż bi tliet xhur. Estensjoni bħal din tiġi ppubblikata.
(1) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Kummissjoni
19.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 14/35 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4941 — Henkel/Adhesives and Electronic Materials Business)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 14/12)
1. |
Fil-11 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Henkel KgaA (“Henkel”, il-Ġermanja) takkwista fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll sħiħ tan-negozju ta' kolla u materjal elettroniku (“in-Negozju K&E”) li Akzo Nobel N.V. (“Akzo”, l-Olanda) reċentement akkwistat minn Imperial Chemical Industries PLC (“ICI”, ir-Renju Unit), permezz ta' xiri ta' ishma. Il-Negozji K&E attwalment jifformaw parti mill-Lamtu Nazzjonali u il-Kumpanija ta' l-Kimika, fi ħdan l-ICI. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (numri tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4941 — Henkel/Adhesives and Electronic Materials Business, fl-indirizz li ġej:
|
19.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 14/36 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5003 — REWE/UAB Palink)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 14/13)
1. |
Fl-10 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriża REWE-Beteiligungs-Holding International GmbH (“REWE International”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-Grupp REWE (“REWE”, il-Ġermanja) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' l-impriża sħiħa UAB Palink (il-Litwanja), permezz ta' xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5003 — REWE/UAB Palink, f'dan l-indirizz:
|
19.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 14/37 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4961 — Cookson/Foseco)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 14/14)
1. |
Fil-15 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika għal konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Cookson plc (“Cookson”, ir-Renju Unit) takkwista fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' l-impriża Foseco plc (“Foseco”, ir-Renju Unit) permezz ta' offerta pubblika mħabbra fil-11 ta' Ottubru 2007. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4961 — Cookson/Foseco, fl-indirizz li ġej:
|
19.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 14/38 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4968 — Reitan/SAS/NSB/Marked/Vizz/Travel)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 14/15)
1. |
Fis-7 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Reitan Servicehandel AS (“Reitan”, li tappartjeni għall-grupp Reitan, in-Norveġja), SAS AB (“SAS”, l-Iżvezja), Norges Statsbaner AS (“NSB”, in-Norveġja), Marked AS (“Marked”, in-Norveġja) u Vizz AS (“Vizz”, in-Norveġja) takkwista, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll konġunt ta' l-impriża Travel AS (“Travel”, in-Norveġja) permezz ta' xiri ta' ishma u mezzi oħra. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M. M.4968 — Reitan/SAS/NSB/Marked/Vizz/Travel, fl-indirizz li ġej:
|