ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 308

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
19 ta' Diċembru 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Kunsill

2007/C 308/01

Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2007 dwar is-Segwitu tas-Sena Ewropea ta' Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd (2007)

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 308/02

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

6

2007/C 308/03

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

9

2007/C 308/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4939 — Uberior/L&R/Versailles Holdco) ( 1 )

13

2007/C 308/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4883 — PetroFina/Galactic/Futerro/JV) ( 1 )

13

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 308/06

Rata tal-kambju ta' l-euro

14

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Kummissjoni

2007/C 308/07

Avviż ta' bidu ta' reviżjoni temporanja parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjoni ta' pallet trucks ta' l-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

15

 

ATTI OĦRAJN

 

Kummissjoni

2007/C 308/08

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel

18

2007/C 308/09

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel

23

2007/C 308/10

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' oriġini għall-prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel

28

 

Rettifikazzjonijiet

2007/C 308/11

Rettifika għall-għajnuna ta' li Stat N 574/05 — Italja (ĠU C 133, 15.6.2007)

33

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Kunsill

19.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 308/1


RIŻOLUZZJONI TAL-KUNSILL

tal-5 ta' Diċembru 2007

dwar is-Segwitu tas-Sena Ewropea ta' Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd (2007)

(2007/C 308/01)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Waqt li jfakkar li:

1.

in-non-diskriminazzjoni u t-trattament ugwali, kif proklamati partikolarment fl-Artikoli 2, 3 u 13 tat-TKE, huma prinċipji fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom jitqiesu fil-linji politiċi kollha ta' l-Unjoni Ewropea;

2.

l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea jagħraf il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fuq għadd ta' bażijiet differenti u l-Artikolu 23 ta' dik il-Karta jagħraf il-ħtieġa li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa tkun żgurata fl-oqsma kollha;

3.

l-Aġenda Soċjali 2005-2010, li tikkomplementa u ssostni l-Istrateġija ta' Lisbona, għandha rwol importanti xi twettaq billi tippromwovi d-dimensjoni soċjali tat-tkabbir ekonomiku, inkluż l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, bħala mezz sabiex tinkiseb soċjetà aktar inklużiva soċjalment.

4.

il-programm PROGRESS (1) jappoġġa l-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni u jippromwovi l-integrazzjoni tiegħu fil-linji politiċi kollha tal-Komunità billi jtejjeb il-fehim tal-kunċett, isostni l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni, iqajjem għarfien u jiżviluppa l-kapaċità ta' netwerks ewlenin f'livell Ewropew;

5.

abbażi tar-reazzjonijiet għall-Green Paper ta' l-2004 dwar l-“Ugwaljanza u n-Non-diskriminazzjoni f'UE mkabbra”, il-Kummissjoni adottat strateġija qafas li inkwadrat l-azzjoni kontra d-diskriminazzjoni f'livell ta' UE matul dawn l-aħħar 3 snin;

6.

billi adottaw, rispettivament, il-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Kunsill Ewropew f'Marzu 2006 u r-“Roadmap” għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel, l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea ntrabtu li jimplimentaw linji politiċi u miżuri ta' ugwaljanza bejn is-sessi fil-livell Ewropew u f'dak nazzjonali.

Waqt li jqis li:

1.

minkejja li sar ħafna progress fil-promozzjoni ta' l-ugwaljanza u fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni grazzi, fost oħrajn, għall-adozzjoni ta' leġislazzjoni dwar l-ugwaljanza u għat-twaqqif ta' korpi nazzjonali għall-ugwaljanza, l-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni abbażi ta' sess, razza jew oriġini etnika, età, diżabilità, reliġjon jew twemmin, jew orjentament sesswali għadhom jeżistu fl-UE, bi prezz sostantiv għan-nisa u l-irġiel individwali kkonċernati u għas-soċjetajiet Ewropej b'mod ġenerali;

2.

il-faqar u l-esklużjoni soċjali huma ostakoli kbar għall-opportunitajiet indaqs;

3.

il-leġislazzjoni kontra d-diskriminazzjoni għadha m'hix magħrufa biżżejjed, kif joħroġ minn stħarriġ reċenti ta' l-Eurobarometer li wera li terz biss tal-persuni fl-UE jafu d-drittijiet tagħhom, jekk isiru vittmi ta' diskriminazzjoni jew molestja;

4.

Deċiżjoni Nru 771/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 li tistabbilixxi s-Sena Ewropea ta' Opportunitajiet Ugwali għal Kulħadd (2007) — Lejn Soċjetà Ġusta (2) kienet opportunità sabiex tiġġedded viżjoni kondiviża ta' Ewropa fejn il-bnedmin kollha jgawdu ħajja ħielsa mid-diskriminazzjoni, u sabiex jiġi rriaffermat li l-kisba ta' ugwaljanza sħiħa ta' l-opportunitajiet hija essenzjali għat-tkabbir, il-koeżjoni, il-prosperità u l-ġid ta' l-Ewropa u l-poplu tagħha;

5.

l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar indikaturi armonizzati fil-qasam tad-diżabilità bħala strument għall-monitoraġġ tal-linji politiċi Ewropej tissottolinja l-bżonn ta' definizzjoni, f'livell Ewropew, ta' sett ta' indikaturi affidabbli u koerenti fil-qasam tad-diżabilità sabiex jinkiseb progress sabiex l-opportunitajiet indaqs isiru realtà għall-persuni b'diżabilità u jkun jista' jseħħ skambju ta' soluzzjonijiet ta' l-aħjar prattika bejn l-Istati Membri, billi l-effettività ta' l-inizjattivi meħudin b'hekk tkun tista' titkejjel.

Waqt li jilqa':

1.

il-livell eċċezzjonalment għoli ta' mobilizzazzjoni u parteċipazzjoni tal-partijiet interessati fis-Sena Ewropea ta' Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd 2007 (minn hawn 'il quddiem “is-Sena Ewropea”), kif jidher mid-diversi mijiet ta' azzjonijiet bħal kampanji informattivi, promozzjonali u edukattivi, għotjiet lill-intrapriżi għal linji politiċi innovattivi ta' diversità, festivals mużikali u taż-żgħażagħ, programmi ta' taħriġ, stħarriġ u studji li ġew implimentati fl-UE kollha li taw kontribut lejn it-twettiq fir-realtà ta' l-ugwaljanza u li involvew lill-gvernijiet f'livell ċentrali, reġjonali u lokali, l-organizzazzjonijiet li jiddefendu jew jirrappreżentaw l-interessi ta' dawk potenzjalment esposti għad-diskriminazzjoni u t-trattament inugwali, l-iskejjel, l-intrapriżi, l-unjonijiet sindakali, il-korpi għall-ugwaljanza u bosta organizzazzjonijiet fil-livell ta' għeruq;

2.

l-impenn qawwi muri minn individwi, is-soċjetà ċivili, il-gvernijiet u l-amministrazzjonijiet pubbliċi, il-korpi għall-ugwaljanza u l-istituzzjonijiet Ewropej sabiex jiċċelebraw l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd tul l-2007 u sabiex jimplimentaw l-għanijiet ewlenin tas-Sena Ewropea — Drittijiet, Rappreżentazzjoni, Rikonoxximent u Rispett;

3.

il-ħolqien ta' Korpi Nazzjonali ta' Implimentazzjoni u l-adozzjoni ta' strateġiji u prijoritajiet nazzjonali għall-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea f'kull pajjiż parteċipant, li jkopru għall-ewwel darba l-bażijiet tad-diskriminazzjoni kollha ta' l-Artikolu 13;

4.

id-djalogu mġedded imwettaq bejn l-istituzzjonijiet pubbliċi, dawk li jsawru l-politika u l-partijiet interessati li huma attivi fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni tul is-Sena Ewropea, grazzi għas-Summit dwar l-Ugwaljanza ta' Jannar 2007 u l-mekkaniżmi stabbiliti f'livell nazzjonali sabiex jikkonsultaw fuq bażi regolari u jikkoperaw mill-qrib mas-soċjetà ċivili u partijiet interessati rilevanti oħrajn dwar it-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' l-istrateġiji nazzjonali fir-rigward tas-Sena Ewropea;

5.

id-djalogu trasversali mwettaq bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet interessati ewlenin oħrajn fil-livell nazzjonali meta jikkontribwixxu għat-tfassil, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-valutazzjoni ta' l-istrateġiji nazzjonali għas-Sena Ewropea, u l-iskambju ta' fehmiet regolari li jseħħ f'livell Ewropew;

6.

it-trattament bilanċjat tal-bażijiet kollha ta' diskriminazzjoni fl-azzjonijiet kollha tas-Sena Ewropea;

7.

il-ħolqien ta' l-Equinet, netwerk Ewropew ta' korpi nazzjonali għall-ugwaljanza, li ser isaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jwettqu l-funzjonijiet indipendenti tagħhom permezz ta' l-iskambju ta' esperti, taħriġ u appoġġ bejn il-pari, u jgħinhom jikkontribwixxu għall-bidliet istituzzjonali meħtieġa għal implimentazzjoni effettiva tal-leġislazzjoni dwar l-ugwaljanza u sabiex isostni djalogu bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u l-korpi speċjalizzati għall-ugwaljanza;

8.

l-iffirmar mill-Komunità u mill-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilitajiet (3), segwit bil-kunsens milħuq fil-laqgħa ministerjali informali dwar aspetti tad-diżabilità f'Ġunju 2007 (4) sabiex issir ħidma għal approċċ koerenti u koordinat għall-implimentazzjoni Ewropea tal-Konvenzjoni tan-NU.

Waqt li jinnota li:

1.

il-linji politiċi dwar l-ugwaljanza huma strumenti essenzjali għall-koeżjoni soċjali, it-tkabbir ekonomiku, il-prosperità u l-kompetittività u b'hekk għall-Istrateġija ta' Lisbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi;

2.

it-tliet Direttivi li jimplimentaw il-prinċipju ta' trattament ugwali adottati sa issa taħt l-Artikolu 13 huma: id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE (5) li tkopri d-diskriminazzjoni abbażi ta' razza jew oriġini etnika fl-oqsma ta' l-impjiegi, l-aċċess għal prodotti u servizzi, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali; id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (6) li tkopri l-bażijiet l-oħrajn kollha tad-diskriminazzjoni jiġifieri r-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentament sesswali fil-qasam ta' l-impjiegi u x-xogħol, u d-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE (7) li tkopri d-diskriminazzjoni abbażi ta' sess fil-qasam ta' l-aċċess għal u l-provvista ta' prodotti u servizzi;

3.

sabiex ikun hemm progress veru lejn il-kisba fil-prattika ta' l-ugwaljanza, jeħtieġ li jissaħħu l-għarfien u l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni, u jridu jiġu integrati l-opportunitajiet indaqs;

4.

kif intwera mis-Summit dwar l-Ugwaljanza li sar f'Jannar 2007 taħt il-Presidenza Ġermaniża tal-Kunsill u mill-konferenza ta' l-għeluq tas-Sena Ewropea li saret f'Novembru 2007 taħt il-Presidenza Portugiża, l-iżgurar tad-djalogu u ta' skambju ta' informazzjoni u ta' prattika tajba bejn partijiet interessati ewlenin u dawk li jsawru l-politika f'livell ta' UE huwa utli sabiex isir progress fil-promozzjoni ta' l-opportunitajiet indaqs;

5.

huwa essenzjali li l-azzjonijiet li jikkumbattu d-diskriminazzjoni abbażi tar-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentament sesswali jqisu l-modi differenti li bihom jesperjenzaw id-diskriminazzjoni n-nisa u l-irġiel;

6.

it-titjib tal-parteċipazzjoni fis-soċjetà tal-gruppi f'riskju ta' diskriminazzjoni u parteċipazzjoni bbilanċjata ta' rġiel u nisa huma aspetti essenzjali fil-progress lejn opportunitajiet indaqs, kif huwa wkoll is-sehem tagħhom fl-azzjonijiet imfasslin sabiex jikkumbattu d-diskriminazzjoni;

7.

il-benefiċċji tad-diversità, kemm għas-soċjetajiet kif ukoll għall-individwi Ewropej, għandhom jiġu evidenzjati permezz tal-kontribut pożittiv li jista' jingħata mill-persuni kollha, irrispettivament mis-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentament sesswali tagħhom;

8.

huwa essenzjali li jiġu eliminati l-vjolenza, il-preġudizzju u l-istereotipi, li ssir promozzjoni ta' relazzjonijiet tajbin bejn kulħadd fis-soċjetà u, partikolarment, fost iż-żgħażagħ, u li ssir promozzjoni u disseminazzjoni tal-valuri li jsejsu l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni;

9.

il-ġbir ta' data dwar id-diskriminazzjoni u l-ugwaljanza huwa għodda essenzjali l-ewwelnett sabiex issir valutazzjoni tajba ta' l-estent u t-tip ta' aspetti ta' diskriminazzjoni li jiffaċċjaw l-individwi u, it-tieni, għat-tfassil, l-adattament, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-linji politiċi;

10.

is-Sena Ewropea evidenzjat id-diffikultajiet aggravati li jirriżultaw mid-diskriminazzjoni multipla;

11.

id-diskriminazzjoni tista' twassal għall-faqar u l-esklużjoni soċjali billi timpedixxi l-parteċipazzjoni u l-aċċess għar-riżorsi;

12.

bosta Rom jiffaċċjaw sitwazzjoni diffiċli ħafna kkaratterizzata b'każijiet ta' diskriminazzjoni abbażi ta' l-oriġini etnika tagħhom, u bl-esklużjoni soċjali;

13.

ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar l-integrazzjoni soċjali u fis-suq tax-xogħol tal-minoranzi etniċi mistennijin jinħarġu fi tmiem is-Sena Ewropea;

14.

jista' jinkiseb aktar progress b'mod aktar effettiv jekk jiżżarmaw l-ostakoli strutturali u fiżiċi għall-integrazzjoni. Jistgħu jiġu pprovduti fondi permezz, fost oħrajn, tal-Fondi Strutturali għal miżuri li jikkontribwixxu għall-promozzjoni ta' l-aċċessibbiltà u l-integrazzjoni sħiħa fis-suq tax-xogħol, u b'hekk fis-soċjetà, tal-persuni f'riskju ta' diskriminazzjoni;

15.

il-medja għandhom rwol importanti xi jwettqu fil-ġlieda kontra l-preġudizzji u l-istereotipi u għalhekk fil-kontribut għat-titjib ta' l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd;

16.

l-intrapriżi qed jagħrfu dejjem iżjed li hemm benefiċċji sostanzjali x'jinkisbu mill-impjieg ta' forza tax-xogħol diversa;

17.

il-Parlament Ewropew u s-soċjetà ċivili appellaw sabiex il-protezzjoni legali kontra d-diskriminazzjoni tiġi estiża għal oqsma lil hinn mill-impjiegi u x-xogħol.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea, skond il-kompetenzi rispettivi tagħhom:

1.

biex jiżguraw l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni sħiħa u effettiva tal-liġijiet eżistenti ta' kontra d-diskriminazzjoni u tal-leġislazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi;

2.

biex isaħħu l-isforzi sabiex jimpedixxu u jikkumbattu d-diskriminazzjoni abbażi ta' sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentament sesswali, ġewwa u barra mis-suq tax-xogħol;

3.

biex jippromwovu l-informazzjoni u l-għarfien dwar dawn il-liġijiet fost il-pubbliku ġenerali, il-partijiet interessati u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u sabiex jippromwovu l-benefiċċji ta' l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd bl-iżvilupp u d-disseminazzjoni ta' għodod u metodi ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni;

4.

biex jibnu fuq il-mekkaniżmi ta' governanza stabbiliti matul is-Sena Ewropea u sabiex ikomplu bl-iskambji kostruttivi bejn dawk li jsawru l-politika f'livell ta' UE sabiex iħejju u jwettqu segwitu għas-“Summits ta' l-Ugwaljanza”;

5.

biex jassoċjaw b'mod sħiħ lis-soċjetà ċivili, inkluż organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-persuni f'riskju ta' diskriminazzjoni, l-imseħbin soċjali u partijiet interessati fit-tfassil tal-linji politiċi u l-programmi mmirati għall-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni u l-promozzjoni ta' l-ugwaljanza u l-opportunitajiet indaqs, f'livell kemm Ewropew kif ukoll nazzjonali;

6.

biex jiżguraw u jsaħħu l-effettività ta' korpi speċjalizzati għall-ugwaljanza fit-twettiq tal-funzjonijiet indipendenti tagħhom billi jipprovdulhom, b'kont meħud tal-limiti baġitarji nazzjonali, ir-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jirreaġixxu b'mod xieraq, fil-pront u effettiv għal allegazzjonijiet ta' diskriminazzjoni, jappoġġaw il-vittmi u jagħtu kontribut attiv għall-kisba ta' ugwaljanza sħiħa fil-prattika;

7.

biex jiżguraw l-integrazzjoni ta' l-aspetti tan-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza fl-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, il-Linji Gwida għat-Tkabbir u l-Impjiegi u l-Objettivi għall-Inklużjoni Soċjali u l-Protezzjoni Soċjali;

8.

biex jieħdu kont sħiħ tal-kwistjonijiet speċifiċi li jirriżultaw mid-diskriminazzjoni multipla meta jfasslu l-liġijiet u jimmonitorjaw u jevalwaw il-linji politiċi u l-programmi ta' appoġġ;

9.

biex jagħmlu użu sħiħ mill-possibbiltajiet għat-teħid ta' azzjoni pożittiva sabiex jingħelbu l-inugwaljanzi eżistenti u tinkiseb ugwaljanza sħiħa fil-prattika, partikolarment fir-rigward ta' l-aċċess għall-edukazzjoni u l-impjiegi;

10.

biex jiġbru data statistika, kemm jista' jkun separata skond is-sess u, jekk meħtieġ, fuq bażi anonima, bħala għodda essenzjali għat-titjib tat-tfassil u l-monitoraġġ tal-linji politiċi u l-programmi mmirati li jipprovdu opportunitajiet indaqs għal kulħadd u li jittrattaw id-diskriminazzjoni multipla, u sabiex jinvolvu atturi oħrajn fil-ġbir tad-data dwar l-ugwaljanza; id-data eżistenti miġbura permezz ta' l-EUROSTAT u l-qafas tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing għandha tintuża b'mod sħiħ;

11.

biex iżidu l-isforzi sabiex jimplimentaw il-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u r-“Roadmap” tal-Kummissjoni għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel 2006-2010, kif ukoll id-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing, permezz ta' azzjonijiet speċifiċi u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri f'kull stadju tal-proċess tal-politika — it-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni — bil-ħsieb li jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

12.

biex isostnu u jirrinfurzaw l-integrazzjoni ta' l-aspetti tad-diżabilità fil-linji politiċi rilevanti kollha, b'kont meħud tal-fażijiet suċċessivi tal-Pjan ta' Azzjoni Ewropew dwar l-opportunitajiet indaqs għal persuni b'diżabilitajiet, u sabiex jippromwovu l-iżvilupp ta' sett ta' indikaturi u miri kwantitattivi armonizzati sabiex isegwu l-progress miksub f'dan il-qasam;

13.

biex ikomplu jippromwovu l-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa u l-irġiel fit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livelli kollha u l-involviment tal-gruppi f'riskju ta' diskriminazzjoni fis-soċjetà;

14.

biex ikomplu l-proċess ta' l-iffirmar, il-konklużjoni u r-ratifika tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilitajiet;

15.

biex jiżviluppaw koperazzjoni dwar sfidi u soluzzjonijiet komuni fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilitajiet, fir-rigward ukoll ta' statistiċi dwar id-diżabilità u indikaturi tal-parteċipazzjoni;

16.

biex jippromwovu l-aċċess għad-drittijiet tal-bniedem tal-popolazzjoni tar-Rom, sabiex jaċċelleraw il-proċess ta' l-inklużjoni soċjali tagħhom u sabiex jikkumbattu kull xorta ta' diskriminazzjoni kontrihom;

17.

biex jikkundannaw bis-saħħa kull forma ta' omofobija u sabiex jappellaw għal aktar monitoraġġ u riċerka dwar dan is-suġġett, partikolarment mill-Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali;

18.

biex jikkundannaw bis-saħħa kull forma ta' razziżmu u ksenofobija u sabiex jirrinfurzaw il-monitoraġġ u r-riċerka dwar dan is-suġġett, partikolarment mill-Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali;

19.

biex jikkundannaw bis-saħħa u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jimpedixxu kull forma ta' diskriminazzjoni kontra l-persuni abbażi tar-reliġjon jew tat-twemmin tagħhom;

20.

biex iħeġġu lill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u lill-Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, bħala ż-żewġ aġenziji msejħin sabiex jappoġġaw l-attivitajiet ta' l-UE li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u jikkumbattu d-diskriminazzjoni, sabiex jieħdu sehem attiv fl-iżgurar tas-segwitu ta' l-objettivi prinċipali tas-Sena Ewropea, u sabiex jutilizzaw ir-riżultati u l-istudji li twettqu taħt is-Sena Ewropea;

21.

biex ikomplu jimmobilizzaw l-istrumenti kollha disponibbli taħt, fost oħrajn, il-Fondi Strutturali sabiex jappoġġaw miżuri li jiffaċilitaw l-integrazzjoni sħiħa tal-persuni li jsofru minn diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà;

22.

biex jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jippromwovu l-użu tal-possibbiltajiet kollha previsti mill-programm PROGRESS;

23.

biex jippromwovu aktar id-diversità tal-forza tax-xogħol u sabiex irawmu u jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' għodod kummerċjali rilevanti, inkluż charters volontarji;

24.

biex iżidu d-diversità u jtejbu l-ġestjoni ta' l-opportunitajiet indaqs fl-amministrazzjonijiet kollha tas-servizz pubbliku f'livell ta' l-UE u f'dak nazzjonali.

Jistieden lis-soċjetà ċivili u lill-imseħbin soċjali:

1.

biex jipparteċipaw attivament fl-iżvilupp u l-promozzjoni ta' linji politiċi u miżuri dwar non-diskriminazzjoni u ugwaljanza, u sabiex jippromwovu linji politiċi ta' diversità u opportunitajiet indaqs fi ħdan l-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati, kif ukoll fl-intrapriżi;

2.

biex jintegraw miżuri kontra d-diskriminazzjoni u ta' azzjoni pożittiva fin-negozjati tagħhom;

3.

biex ikomplu d-djalogu trasversali kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew;

4.

biex jikkoperaw mal-gvernijiet u l-amministrazzjonijiet pubbliċi, il-korpi għall-ugwaljanza u l-istituzzjonijiet Ewropej fil-bini ta' sħubija globali sabiex jikkumbattu d-diskriminazzjoni fuq kull bażi.


(1)  ĠU L 315, 24.10.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 146, 31.5.2006, p. 1.

(3)  http://www.un.org/esa/socdev/enable.

(4)  f'Berlin, 11 ta' Ġunju 2007.

(5)  ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.

(6)  ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

(7)  ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

19.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 308/6


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(2007/C 308/02)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

19.6.2007

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

NN 39/04

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Lazio

Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Piano di smaltimento delle carcasse

Bażi legali

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Għan

Għajnuna għall-ħlas ta' l-ispejjeż tal-ġbir u r-rimi tal-bhejjem mejta

Forma ta' l-għajnuna

Sussidju dirett

Baġit

Madwar 10 000 000 EUR

Intensità

Taħt il-100 %

Tul ta' żmien

2002-2006

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Regione Lazio

Via Rosa Raimondi Garibaldi, 7

I-00145 Roma

Informazzjoni oħra

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

21.9.2007

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 17/07

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Dopłaty do składek z tytułu ubezpieczeń upraw rolnych i zwierząt gospodarskich (zmiana pomocy nr N 260/05, ostatnio zmodyfikowanej przez pomoc nr N 591/06)

Bażi ġuridika

Ustawa z dnia 7 marca 2007 r. o zmianie ustawy o dopłatach do ubezpieczeń upraw rolnych i zwierząt gospodarskich

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Għan

Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' assigurazzjoni

Forma ta' għajnuna

Sussidji għall-primjums

Baġit

ieda fil-baġit annwali b' 210 miljun PLN

Intensità

Intensità massima ta' 50 % u 60 % jekk l-assigurazzjoni tkopri biss it-telf ikkawżat minn diżastri naturali jew avvenimenti klimatiċi ħżiena li jistgħu jiġu assimilati ma' diżastri naturali

Tul ta' żmien

31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura

Isem u indirizz l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Ministerstwo Rolnictwa i Rozwoju Wsi

ul. Wspolna 30

PL-00-930 Warszawa

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

21.9.2007

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 437/07

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Calabria

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Interventi per la capitalizzazione delle imprese. Decreto legislativo n. 102/2004, articolo 17

Bażi ġuridika

Decreto legislativo n. 102/2004

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Għan

Is-sistema ta' garanziji tfasslet b'tali mod li tista' titqies li ma tikkostitwix element ta' għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta' l-Artikolu 87(1) tat-Trattat

Forma ta' l-għajnuna

Garanzija

Baġit

3,9 miljun EUR

Intensità

Il-miżura ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat

Tul ta' żmien

Sa tmiem l-2008

Setturi ekonomiċi

L-Agrikoltura

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità inkarigata mill-għajnuna

Regione Calabria

Assessorato Agricoltura

Via Lucrezia Della Valle

I-88100 Catanzaro

Tagħrif ieħor

Miżura ta' applikazzjoni ta' skema approvata mill-Kummissjoni fil-qafas tal-fajl ta' l-għajnuna mill-Istat NN 54/A/04 (Ittra lill-Kummissjoni C(2005) 1622 fin, tas-7 ta' Ġunju 2005)

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


19.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 308/9


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 308/03)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

10.10.2007

Għajnuna Nru

N 597/06

Stat Membru

Il-Greċja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Μεταρρύθμιση της οργάνωσης του καθεστώτος επικουρικής σύνταξης του τραπεζικού τομέα

Metarruthmisi tis organosis tou kathestotos epikourikis suntaksis tou trapezikou tomea

Il-bażi legali

Nόμου 3371/2005 — Κεφάλαιο Η- Θέματα ασφάλισης του προσωπικού των Πιστωτικών Ιδρυμάτων (Φύλλο Εφημερίδας της Κυβερνήσεως, ΦΕΚ, αρ. 178, τεύχος Α, 14 Ιουλίου 2005), όπως τροποποιήθηκε με το άρθρο 26 του Νόμου 3455/2006 (Φύλλο Εφημερίδας της Κυβερνήσεως, ΦΕΚ, αρ. 84, τεύχος Α, 18 Απριλίου 2006)

It-tip tal-miżura

Miżura li mhix għajnuna

L-għan

Il-forma ta' l-għajnuna

Miżura li mhix għajnuna

L-Estimi

L-intensità

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

13.6.2007

Għajnuna Nru

N 856/06

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Freistaat Sachsen

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Plastic Logic Limited

Il-bażi legali

Investitionszulagengesetz 2007 und 35. GA-Rahmenplan

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta, Allowance fiskali

L-Estimi

Baġit globali: 32,7 miljun EUR

L-intensità

35,88 %

It-tul ta' żmien

1.1.2007-31.12.2009

Setturi ekonomiċi

It-tagħmir elettriku u ottiku

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Finanzamt Dresdner und Sächsische Aufbaubank — Förderbank

Pirnaische Straße 9

D-01069 Dresden

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

10.10.2007

Għajnuna Nru

NN 50/07

Stat Membru

L-Awstrija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Übernahme staatlicher Haftungen für österreichische Bundesmuseen

Il-bażi legali

Bundesfinanzgesetz

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kultura

Il-forma ta' l-għajnuna

Garanzija

L-Estimi

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.1.2004-31.12.2007

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Republik Österreich

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

10.10.2007

Għajnuna Nru

N 293/07

Stat Membru

Il-Portugall

Reġjun

Madeira

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Regime especial específico para a cerveja producida e consumida na Região Autónoma da Madeira

Il-bażi legali

N.o 2 do art. 299.o do TCE

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma ta' l-għajnuna

Tnaqqis tar-rata tat-taxxa

L-Estimi

Baġit globali: 10,85 miljun EUR

L-intensità

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

L-industrija tal-manifattura

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Governo Regional da Madeira

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

13.11.2007

Għajnuna Nru

N 481/07

Stat Membru

Spanja

Reġjun

País Vasco

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Programa de ayudas a producciones audiovisuales dobladas/subtituladas al euskera y su distribución comercial en DVD

Il-bażi legali

Orden de 23 de mayo de 2007, de la Consejera de Cultura del Gobierno Vasco, por la que se regula la concesión de subvenciones destinadas a fomentar los estrenos de producciones audiovisuales dobladas y/o subtituladas al euskera, así como su distribución comercial en soporte DVD; Boletín Oficial del País Vasco de 13 de junio de 2007

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp settorjali, Kultura, Żvilupp reġjonali

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit annwali: 0,678 miljun EUR; Baġit globali: 0,678 miljun EUR

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2008

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Dirección de Promoción de la Cultura, Departamento de Cultura, Gobierno Vasco

C/ Donostia, 1

E-01010 Vitoria-Gasteiz, Álava, País Vasco

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


19.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 308/13


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4939 — Uberior/L&R/Versailles Holdco)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 308/04)

Fit-12 ta' Diċembru 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4939. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


19.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 308/13


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4883 — PetroFina/Galactic/Futerro/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 308/05)

Fit-13 ta' Diċembru 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4883. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

19.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 308/14


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

It-18 ta' Diċembru 2007

(2007/C 308/06)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4416

JPY

Yen Ġappuniż

163,44

DKK

Krona Daniża

7,462

GBP

Lira Sterlina

0,71485

SEK

Krona Żvediża

9,4381

CHF

Frank Żvizzeru

1,6602

ISK

Krona Iżlandiża

90,69

NOK

Krona Norveġiża

8,026

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,585274

CZK

Krona Ċeka

26,353

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

253,8

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6964

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,6115

RON

Leu Rumen

3,5397

SKK

Krona Slovakka

33,561

TRY

Lira Turka

1,7146

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6703

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4503

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,2456

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,9034

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1035

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 354,31

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,9649

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,6465

HRK

Kuna Kroata

7,303

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 543,83

MYR

Ringgit Malażjan

4,833

PHP

Peso Filippin

60,547

RUB

Rouble Russu

35,613

THB

Baht Tajlandiż

44,075


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Kummissjoni

19.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 308/15


Avviż ta' bidu ta' reviżjoni temporanja parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjoni ta' pallet trucks ta' l-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(2007/C 308/07)

Il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni temporanja parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1).

1.   Talba għal reviżjoni

It-talba tressqet minn Yale (Hangzhou) Industrial Products Co., Ltd (“l-applikant”), esportatur mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

It-talba hija limitata fl-ambitu għall-eżami ta' dumping sa fejn għandu x'jaqsam l-applikant.

2.   Il-prodott

Il-prodott li dwaru qed issir reviżjoni huwa pallet trucks ta' l-idejn u l-parts essenzjali tagħhom, jiġifieri xażi u hajdroliks, li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”), bħalissa kklassifikati fi ħdan il-kodiċijiet NM ex ex 8427 90 00 u ex ex 8431 20 00. (Kodiċi TARIC 8427 90 00 10 u 8431 20 00 10). Dawn il-kodiċi NM qed jingħataw biss għat-tagħrif.

3.   Il-miżuri attwali

Il-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ huma dazju definittiv ta' l-anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1174/2005 (2) dwar l-importazzjoni ta' pallet trucks ta' l-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

4.   Ir-raġunijiet għar-reviżjoni

It-talba skond l-Artikolu 11(3) tissejjes fuq evidenza prima facie, ipprovduta mill-applikant, li ċ-ċirkustanzi li fuqhom ġew stabbiliti l-miżuri nbidlu u li dawn il-bidliet huma ta' natura dejjiema.

Għalhekk, l-applikant jipprovdi biżżejjed evidenza li t-tkomplija ta' l-impożizzjoni tal-miżura fil-livell attwali tagħha mhijiex aktar meħtieġa biex ikun ikkumpensat id-dumping. B'mod partikolari, l-applikant ipprovda evidenza prima facie li turi li tilħaq il-kriterji għat-trattament ta' l-ekonomija tas-suq. Barra minn hekk, paragun ta' valur normali maħdum imsejjes fuq l-ispejjeż ta' l-applikant tal-prezzijiet ta' produzzjoni u ta' esportazzjoni lill-Komunità, jindika li l-marġni ta' dumping jidher li huwa sostanzjalment aktar baxx mil-livell attwali tal-miżura. Għalhekk, l-impożizzjoni kontinwa ta' miżuri fil-livelli eżistenti, li kienu msejsa fuq il-livell tad-dumping li kien stabbilit qabel, tidħer li mhijiex aktar meħtieġa biex tikkumpensa għad-dumping.

5.   Proċedura għad-determinazzjoni tad-dumping

Wara li ddeterminat, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed provi biex ikun iġġustifikat il-bidu ta' reviżjoni temporanja parzjali, il-Kummissjoni b'dan qiegħda tagħti bidu għal reviżjoni skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tevalwa l-ħtieġa għat-tkomplija, it-tneħħija jew l-emenda tal-miżuri eżistenti fir-rigward ta' l-applikant.

(a)   Kwestjonarji

Biex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-applikant u lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur ikkonċernat. Dan it-tagħrif u din l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit fil-punt 6(a)(i).

(b)   Il-ġbir ta' tagħrif u s-smigħ ta' seduti

Il-partijiet kollha interessati qegħdin b'dan jiġu mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu tagħrif barra mit-tweġibiet għall-kwestjonarju u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Dan it-tagħrif u din l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit fil-punt 6(a)(i).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' l-partijiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba li fiha juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu. Din it-talba għandha ssir fiż-żmien stipulat fil-punt 6(a)(ii).

(c)   Trattament ta' l-ekonomija tas-suq

Fl-eventwalità li l-kumpanija tipprovdi biżżejjed evidenza li turi li hija topera taħt kondizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq, jiġifieri li tilħaq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, il-valur normali jkun iddeterminat skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, għandha tintbagħat talba ssostanzjata kif jixraq fil-limitu taż-żmien speċifikat stabbilit fil-punt 6(b) ta' dan l-avviż. Il-Kummissjoni se tibgħat formola tat-talba lill-kumpanija kif ukoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

(d)   L-għażla tal-pajjiż b'ekonomija tas-suq

Fl-eventwalità li l-kumpanija ma tiġix mogħtija trattament ta' ekonomija tas-suq, u skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, pajjiż adatt b'ekonomija tas-suq se jintuża bl-għan li jiġi stabbilit valur normali fir-rigward tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni tikkunsidra li terġa' tuża l-Kanada għal dan l-għan kif sar fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri attwali fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-partijiet interessati huma hawnhekk mistiedna biex jikkummentaw fuq l-adattabilità ta' din l-għażla fil-limitu taż-żmien speċifikat stabbilit fil-punt 6(c) ta' dan l-avviż.

Barra minn hekk, fl-eventwalità li l-kumpanija tiġi mogħtija trattament ta' ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni tista', jekk huwa meħtieġ, anki tuża sejbiet li jikkonċernaw il-valur normali stabbiliti f'pajjiż adatt b'ekonomija tas-suq, e.ż. bl-għan li jinbidel kull prezz jew elementi ta' prezz li mhumiex affidabbli fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huma meħtieġa biex jiġi stabbilit il-valur normali, jekk data kredibbli meħtieġa mhijiex disponibbli fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-Kummissjoni tikkunsidra tuża lill-Kanada wkoll għal dan l-għan.

6.   Limiti ta' żmien

(a)   I-limiti ġenerali ta' żmien

(i)   Għall-partijiet biex jippreżentaw lilhom infushom, jibagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju u kull tagħrif ieħor

Il-partijiet interessati kollha, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom se jitqiesu matul l-investigazzjoni, għandhom jiddikjaraw lilhom infushom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw il-fehmiet tagħhom u jissottomettu t-tweġibiet għall-kwestjonarju jew kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Qed tinġibed l-attenzjoni li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta lilha nnifisha lill-Kummissjoni matul il-perjodu msemmi qabel.

(ii)   Seduti

Il-partijiet interessati kollha jistgħu wkoll japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 40 jum.

(b)   Limitu ta' żmien speċifiku għas-sottomissjoni ta' talbiet għal trattament ta' ekonomija tas-suq

It-talba tal-kumpanija ssostanzjata kif xieraq għal trattament ta' ekonomija tas-suq, kif imsemmi fil-punt 5(c) ta' dan l-avviż, għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(c)   Il-limitu ta' żmien speċifiku għall-għażla tal-pajjiż b'ekonomija tas-suq

Il-partijiet fl-investigazzjoni jistgħu jikkummentaw jekk il-Kanada hijiex adatta għaliex, kif imsemmi fil-punt 5(d) ta' dan l-avviż, hija titqies bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq bl-għan li jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni sa 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

7.   Sottomissjonijiet, tweġibiet għall-kwestjonarju u korrispondenza, bil-miktub

Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefon u tal-faks tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan l-avviż, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristretti (3)u skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tikun immarkata “GĦALL-ISPEZZJONI MILL-PARTIJIET INTERESSATI”.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate General for Trade

Directorate H

Office: J-79 4/23

B-1049 Brussels

Fax (32-2) 295 65 05

8.   Nuqqas ta' kooperazzjoni

F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta' żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b'mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieq, it-tagħrif għandu jitwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b'mod parzjali u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

9.   Skeda ta' l-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tiġi konkluża, skond l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

10.   Ipproċessar ta' tagħrif personali

Jekk jogħġbok kun af li kull data personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tkun ittrattata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (4).

11.   Uffiċjal għas-Smigħ

Kun af li jekk qed tħoss li qed tiltaqa' ma' diffikultajiet fl-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża tiegħek, tista' titlob l-intervent ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ tad-DĠ Trade. Huwa jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni u joffri, fejn meħtieġ, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien ta' l-interessi tiegħek f'dan il-proċediment, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limitu taż-żmien u t-trattament ta' preżentazzjonijiet tal-fehmiet oralment u/jew bil-miktub. Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, ikkonsulta l-paġni fuq l-internet ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fuq il-websjat tad-DĠ Trade (http://ec.europa.eu/trade).


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p 17).

(2)  ĠU L 189, 21.7.2005, p. 1.

(3)  Dan ifisser li d-dokument huwa għal użu intern biss. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2000 rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Anti-dumping).

(4)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ATTI OĦRAJN

Kummissjoni

19.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 308/18


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel

(2007/C 308/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“PRESUNTO DE SANTANA SERRA” jew “PALETA DE SANTANA DA SERRA”

Nru tal-KE: PT/PGI/005/0439/24.11.2004

DPO ( ) IĠP ( X )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Gabinete de Planeamento e Políticas

Indirizz:

Rua Padre António Vieira, n.o 1, 8o

P-1099-073 Lisboa

Tel.:

(351) 213 81 93 00

Faks:

(351) 213 87 66 35

Posta elettronika:

gppaa@gppaa.min-agricultura.pt

2.   Grupp:

Isem:

ACPA — Associação de Criadores de Porco Alentejano

Indirizz:

Rua Armação de Pêra, n.o 7

P-7670-259 Ourique

Tel.:

(351) 286 51 80 30

Faks:

(351) 286 51 80 37

Posta elettronika:

acpaourique@mail.telepac.pt

Kompożizzjoni:

Produtturi/proċessuri ( X ) Oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.2: Prodotti magħmulin mil-laħam (imsaħħnin, immelħin, affumikati, eċċ.)

4.   Speċifikazzjoni:

(sinteżi tar-rekwiżiti skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006):

4.1.   Isem: “Presunto de Santana da Serra” jew “Paleta de Santana da Serra”

4.2.   Deskrizzjoni: Presuntos u paletas miksubin, rispettivament, mill-koxox u mill-ispallejn ta' qżieqeż (għajr tar-refgħa) tar-razza Alentejo, imniżżlin fir-reġistru tal-bhejjem Portugiż taħt is-Sezzjoni tar-Razza Alentejo, imrobbija b'mod speċifiku u maqtulin meta jkollhom età bejn 12 u 24 xahar. Il-proċessi ta' timliħ, ta' tnixxif (wara t-timliħ), maturazzjoni, preżervazzjoni, qtugħ u ppakkjar huma rregolati b'regoli definiti tajjeb.

Il-presuntos jkunu magħmulin mill-koxox ta' wara maqsuma mas-sinfiżi iskjopubika, filwaqt li l-paletas jkunu magħmulin mill-koxox ta' quddiem. Il-presunto u l-paleta huma ddefiniti skond l-anatomija u l-muskoli, għax il-muskolatura tkun imdawra bix-xaħam.Forma u dehra ta' barra: il-presunto jkun maqtugħ f'għamla tonda, u l-paleta fi kwalunkwe forma minn ovali sa tonda. Fit-tnejn li huma, il-ġilda ta' barra u s-sieq ma jitneħħewx. Piż: 'il fuq minn 5 kg fil-każ tal-presunto; 'il fuq minn 3,5 kg fil-każ tal-paleta. Meta jinqata', il-laħam ikollu dehra ħamra skura, żejtnija u tleqq, għandha mill-irħam u jkun imtarraż b'xaħam intramuskolari. Il-konsistenza hija ratba u ftit li xejn fibruża.. Ix-xaħam huwa żejtni, fluwidu, ileqq, abjad lewn il-perla, u jkollu togħma tajba. It-togħma hija ftit mielħa u ma taħraqx ħafna, intensa, pjaċevoli u tibqa' fil-ħalq, b'aroma “montanheira” tajba (jiġifieri li tfakkar fl-imsaġar tal-ballut). Minħabba l-oriġini tagħhom fl-għoljiet (“montanha”), il-Presuntos u l-Paletas de Santana da Serra għandhom konsistenza u togħma aktar rustiċi u mmarkati mill-varjetajiet korrispondenti aktar torja tax-xagħriet ta' l-Alentejo.

4.3.   Żona ġeografika: Iż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-materja prima (jiġifieri fejn il-bhejjem jitwieldu, jitrabbew, jissemmnu u jinqatlu, fejn jinqasmu l-karkassi u fejn jinkisbu l-koxox u s-saqajn) hija ddefinita b'mod naturali, permezz tal-“montado”, il-preżenza ta' azjendi agrikoli kapaċi jwettqu t-tip ta' trobbija montanheira u r-regoli li jirregolaw il-qatla, il-qsim u l-ksib ta' koxox u spallejn tal-qżieqeż Alentejo. Iż-żona tinkludi l-muniċipalitajiet u l-parroċċi li ġejjin: Abrantes, Alandroal, Alcácer do Sal (għajr il-parroċċa ta' Santa Maria do Castelo), Alcoutim, Aljezur (parroċċi ta' Odeceixe, Bordeira, Rogil u Aljezur), Aljustrel, Almodôvar, Alter do Chão, Alvito, Arraiolos, Arronches, Avis, Barrancos, Beja, Borba, Campo Maior, Castelo Branco, Castelo de Vide, Castro Marim (parroċċi ta' Odeleite u Azinhal), Castro Verde, Chamusca, Coruche, Crato, Cuba, Elvas (għajr il-parroċċa ta' Caia e S. Pedro), Estremoz, Évora, Ferreira do Alentejo, Fronteira, Gavião, Grândola (għajr il-parroċċa ta' Melides), Idanha-a-Nova, Lagos (parroċċa ta' Bensafrim), Loulé (parroċċi ta' Ameixial, Salir, Alte, Benafim u Querença), Marvão, Mértola, Monchique (parroċċi ta' Monchique, Marmelete u Alferce), Monforte, Montemor-o-Novo, Mora, Moura, Mourão, Nisa, Odemira (għajr il-parroċċi ta' Vila Nova de Mil Fontes u S. Teotónio), Ourique, Penamacor, Ponte de Sôr, Portalegre, Portel, Redondo, Reguengos de Monsaraz, Sabugal, Santiago do Cacém (għajr il-parroċċa ta' Santo André), Sardoal, São Brás de Alportel, Serpa, Sines, Silves (parroċċi ta' S. Marcos, S. Bartolomeu de Messines u Silves), Sousel, Tavira, (parroċċa ta' Cachopo), Vendas Novas, Viana do Alentejo, Vidigueira, Vila Velha de Ródão u Vila Viçosa.

Iż-żona ġeografika fejn isir l-ipproċessar (il-produzzjoni, il-qtugħ, il-qtugħ f'fetet u l-ippakkjar) hija definita b'mod naturali, limitata għall-parroċċi ta' Santana da Serra, Garvão, Ourique, Panóias, Santa Luzia u Conceição, fil-muniċipalità ta' Ourique. Il-kundizzjonijiet mikroklimatiċi speċifiċi ta' din iż-żona ta' għoljiet huma totalment differenti minn dawk tax-xagħra ta' l-Alentejo, li minnha l-għoljiet jispontaw għall-għarrieda. Id-differenzi fl-altitudni, it-temperatura u l-irtuba f'dawn il-parroċċi jitolbu metodu differenti ta' produzzjoni, partikolarment fejn jidħlu l-qtugħ u t-tul taż-żmien tat-timliħ, tal-maturazzjoni u tal-preżervazzjoni. Il-prodotti juru differenzi wkoll fil-karatteristiċi organolettiċi tagħhom: il-qatgħa tal-laħam tkun aktar tonda, aktar skura mal-qtugħ, b'konsistenza inqas ratba u mmerrqa, b'togħma inqas delikata u inqas pikkanti, u b'aroma inqas sottili u delikata.

4.4.   Prova ta' l-oriġini: Il-qżieqeż tar-razza Alentejo għandhom jitwieldu u jitrabbew f'azjendi rreġistrati soġġetti għall-kontroll. Malli jitwieldu, il-bhejjem jinkitbu fir-reġistru korrispondenti. Il-qatla, il-qsim, l-ipproċessar, il-qtugħ u l-ippakkjar jistgħu jsiru biss f'istallazzjonijiet li jkunu approvati għal dan il-għan mill-organu ta' spezzjoni, li jinsabu fiż-żona ġeografika msemmija u li jkunu soġġetti għall-kontroll. L-awtorizzazzjoni hija soġġetta għal verifika minn qabel tal-kundizzjonijiet li fihom isiru l-produzzjoni u l-ipproċessar, partikolarment f'dak li jirrigwarda l-oriġini tal-materja prima użata u kif din tiġi pproċessata, maqsuma, maqtugħa f'fetet u ppakkjata, kif ukoll il-karatteristiċi tal-prodott aħħari. Jeżistu regoli u speċifikazzjonijiet ta' kontroll li japplikaw għall-katina kollha tal-produzzjoni u għal kull min huwa involut.

Permezz ta' sistema komprensiva ta' traċċabbiltà implimentata mill-produtturi nfushom, il-katina kollha tal-produzzjoni tista' tiġi mmonitorjata, mill-materja prima sal-prodott aħħari (“mill-montado sal-mejda”). Barra minn hekk, abbażi tan-numru fuq il-marka taċ-ċertifikazzjoni mal-prieżet sħaħ jew mal-pakketti ta' laħam maqtugħ f'fetet, din is-sistema tippermetti li jiġi identifikat in-numru tat-tikketta tal-widnejn tal-bhejjem.

Fi tmiem il-proċess tal-produzzjoni, jistgħu juru l-marka taċ-ċertifikazzjoni, il-logo u l-isem Presunto de Santana da Serra — IGP jew Paleta de Santana da Serra — IGP biss dawk il-prodotti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet kollha u li jkunu għaddew mill-kontrolli xierqa ddokumentati, inklużi testijiet tal-laboratorju u s-sottomissjoni għal bord ta' dewwieqa.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni: Il-qżieqeż tar-razza Alentejo jitrabbew f'kundizzjonijiet estensivi u semi-estensivi, l-aktar fil-beraħ f'żoni li jkollhom talanqas 40 ilċi (Quercus ilex) jew balluta ibrida ta' Spanja (Quercus hispanica) f'kull ettaru u densità massima ta' qażquż wieħed f'kull ettaru ta' montado. Il-bhejjem jitrabbew l-aktar b'mod estensiv, u jingħalfu bi fdal u prodotti sekondarji taċ-ċereali, ħaxix, legumi (eż. piżelli u ġulbien), u saħansitra mammiferi żgħar u għasafar, bajd, rettili, molluski, dud, eċċ., kif inhu tipiku ta' l-annimali omnivori. Il-bhejjem jista' jingħatalhom għalf supplimentari li ġej minn barra mir-reġjun (sa 30 % tad-dieta tagħhom) biss meta jkun hemm nuqqas ta' alimentazzjoni fl-għelieqi. Il-bhejjem għandhom jgħaddu dejjem minn fażi ta' tismin, li fiha jqattgħu bejn 60 u 90 jum taħt sistema montanhiera (jiġifieri li jingħalfu b'ġandar u prodotti oħrajn tal-montado) u għandhom jismnu b'talanqas 3 arrobas (45 kg) b'dan il-mod. Il-qżieqeż jinqatlu f'età ta' bejn 12 u 24 xahar, u l-piż minimu ta' kull karkassa huwa 90 kg. Il-koxox u l-ispallejn jiġu mmarkati individwalment permezz ta' tikketta nnumerata. Il-koxox u l-ispallejn għandu jkollhom piż minimu ta' 7,5 kg u 5 kg rispettivament, u s-sieq għandha tibqa' mwaħħla. Skond il-piż tal-koxox u ta' l-ispallejn, ix-xaħam ta' taħt il-ġilda jista' jintraqam. L-ipproċessar tal-koxox u tas-saqajn, ibbażat fuq metodi lokali awtentiċi u kostanti li jitnisslu mill-għarfien u l-esperjenza tal-popolazzjoni tar-reġjun kif ukoll mill-ambjent ta' l-għoljiet, jinkludi dawn il-fażijiet li ġejjin: il-qtugħ, it-timliħ, it-ħasil u t-tlaħliħ, it-tnixxif (wara t-timliħ), il-maturazzjoni u l-preżervazzjoni. Huwa matul dan il-proċess li l-presuntos u l-paletas jiksbu bil-ftit il-ftit id-dehra, il-lewn, l-aroma u l-konsistenza li jagħmluhom uniċi u speċjali.

Il-Presuntos jew il-Paletas de Santana da Serra jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sħaħ, f'biċċiet jew f'fetet, bl-għadam jew mingħajru. Il-qsim, it-qtugħ f'fetet u t-tneħħija ta' l-għadam jistgħu jsiru biss f'istallazzjoniet li jinsabu fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni, minħabba l-għarfien speċjali marbut ma' dawn l-operazzjonijiet, u jirrigwarda partikolarment il-forma, l-aromi delikati u t-togħmiet komplessi ta' kull biċċa. Qabel ma biċċa tintgħażel għall-qtugħ, l-aħjar waqt għall-maturazzjoni jiġi ddeterminat minn speċjalisti tar-reġjun, u dewwieqa kkwalifikati u mħarrġa jwettqu analiżi organolettika bir-reqqa tal-prodott, anki biex jaraw jekk huwiex xieraq għall-qtugħ. Biex jitkattar ir-rendiment minn kull biċċa, il-qtugħ għandu jsir minn speċjalisti mħarrġa ħafna, li permezz ta' qtugħ espert jistgħu jagħmlu użu mit-tessut muskolari kollu u jipproduċu fetet irqaq ħafna li joħorġu l-potenzjal kollu organolettiku tal-prodott. Ix-xaħam ta' dawn il-biċċiet, li għandu t-togħma, l-aroma, il-lewn u l-tleqqija speċifiċi tiegħu, jitherra faċilment meta jiġi espost għall-arja jew għal temperaturi għoljin. Din is-sensiela ta' fatturi tiddetermina li l-proċess deskritt hawn fuq għandu jsir f'istallazzjonijiet li jkunu xierqa f'dak li jirrigwarda l-mikrobijoloġija, it-temperatura u l-irtuba, bil-għan li l-prodott ma jitlifx mit-togħma delikata tiegħu, kif ukoll biex il-prodott ikun jista' jiġi ppakkjat malajr u b'hekk jiġi evitat li jkun espost wisq għall-arja. Ta' min jiżdied li din il-ħidma kollha hija segwita minn testijiet organolettiċi paralleli, imwettqa minn persunal speċifikament imħarreġ, bil-għan li l-prodott ikun totalment traċċabbli, li l-prodott ma jitlifx mill-benna tiegħu (speċjalment f'termini sensorjali), li l-konsumatur ma jiġix imqarraq u jingħatalu prodott li huwa ġenwin u li jkun ġie prodott fir-reġjun ta' l-oriġini tiegħu, u li l-kontrolli jsiru matul il-katina tal-produzzjoni kollha kemm hi.

4.6.   Rabta: Il-Presuntos u l-Paletas de Santana da Serra jiġu prodotti f'reġjun b'ħamrija fqira u bi klima li tkun sħuna u niexfa ferm fis-sajf u kiesħa u niexfa fix-xitwa. Il-flora li tiflaħ tirresisti f'dawn il-kundizzjonijiet u li minnha jista' jinkiseb rendiment ekonomiku huwa l-montado u l-veġetazzjoni marbuta miegħu. Il-ħanżir Alentejo huwa l-aktar annimal li jisfrutta dawn il-kundizzjonijiet naturali, għax jista' jitrabba fil-miftuħ u jingħalef l-aktar bil-prodotti naturali tipiċi ta' dan l-ambjent (ħaxix, ġandar, ċereali, legumi u annimali żgħar), taħt sistema speċifika magħrufa bħala “montanheira”.

Din ix-xorta ta' trobbija u ta' għalf lil-laħam jagħtih karatteristiċi speċjali, kemm f'termini tal-muskoli kif ukoll tax-xaħam.

Il-kundizzjonijiet klimatiċi partikolari ta' Santana da Serra wasslu għall-iżvilupp ta' għarfien u esperjenza speċifiċi li, filwaqt li l-laħam jitħalla jinxef b'mod naturali, u mingħajr ma jintuża d-duħħan jew kwalunkwe aġent estern ieħor għajr il-melħ, jirriżulta f'għadd ta' differenzi, li jirrigwardaw partikolarment:

il-livell u l-forma tal-qtugħ tal-laħam;

it-tul tal-proċess tat-timliħ;

it-tul tad-diversi fażijiet tekniċi ta' l-ipproċessar.

Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-presuntos u l-paletas ta' Santana da Serra jkunu maqtugħin f'forma aktar tonda, u meta jinqatgħu, ikunu aktar skuri, ikollhom konsistenza inqas tarja u mmerrqa, b'togħma inqas delikata u kemmxejn mielħa, u b'aroma inqas sottili u delikata mill-presuntos prodotti fiż-żoni aktar baxxi tax-xagħriet ta' l-Alentejo.

Dawn il-prodotti jirriflettu l-kundizzjonijiet aktar ħarxa u mħarbta ta' Santana da Serra, u għaldaqstant, għandhom konsistenza u togħma aktar rustiċi u mmarkati mill-varjetajiet aktar ħelwin tax-xagħriet ta' l-Alentejo.

Minbarra l-karatteristiċi organolettiċi msemmija, li jorbtu dawn il-prodotti mar-reġjun ta' l-oriġini, dawn il-prodotti tant huma magħrufa u mfaħħra li jidhru fl-arma ta' l-awtoritajiet muniċipali ta' Santana da Serra, kif ukoll fl-arma ta' parroċċi oħrajn fiż-żona ġeografika.

Ir-rabta bejn il-prodott u r-reġjun tissejjes fuq il-fatturi li ġejjin:

Rabta storika: Jeżistu dokumenti li jmorru lura għas-snin 1310-1320 u li jirrakkuntaw l-importanza li r-re Dijunisju (magħruf bħala “il-Bidwi”) kien jagħti lill-preżervazzjoni tal-montados (imsaġar tal-ballut u mergħat) ta' Ourique. Aktar tard, b'liġi ta' l-1699, ġew stipulati r-regoli għall-użu tal-montados u s-somom li kellhom jitħallsu lir-re abbażi ta' l-għadd ta' ħnieżer jirgħu fil-montados irjali. Aktar qrib l-era tagħna, fis-seklu XX, il-“guardas dos montados” kienu għadhom jgħassu l-montados irjali biex iħarsuhom mis-serq ta' ġandar. Huma ta' fejda wkoll l-istejjer irrakkuntati mix-xjuħ, li għadhom jiftakru ż-żmien meta fil-fiera ta' Garvão “in-nies aktarx kienu jixtru 100 gramma zalzett u nofs kilo xaħam. Il-presuntos kienu biss għal min kellu xi jroxx”. F'Jannar 1928, il-prezz ta' presunto lokali laħaq 16-il escudo (8 ċenteżmi ta' euro), li f'dak iż-żmien kienet somma mdaqqsa sew.

Il-ħamrija u l-klima: Il-veġetazzjoni hija tan-nixfa, u l-pajsaġġ huwa kkaratterizzat minn mergħat (fin-naħa tat-Tramuntana tal-muniċipalità) u minn imsaġar sfieq tal-ballut u tas-sufra. Santana da Serra tinsab fin-naħa tan-Nofsinhar tal-muniċipalità, fl-għoljiet baxxi tas-Serra do Caldeirão. Il-karatteristiċi tat-terren iħarsu ż-żona ddefinita ta' l-ipproċessar mir-riħ qawwi. Mingħajr dubju, dan il-fattur jikkontribwixxi għall-kundizzjonijiet ottimi għall-produzzjoni ta' presuntos, paletas, loins u prodotti oħra tal-majjal. Is-Serra ta' Caldeirão tipprovdi ż-żona bi klima speċifika. It-temperatura medja ta' l-arja hija 15-16 °C. Il-medja tat-temperaturi l-aktar baxxi hija bejn 4,6 u 14,7 °C, filwaqt li l-medja l-ogħla temperaturi hija bejn 13,8 u 32,2 °C, fix-xhur l-aktar kesħin u dawk l-aktar sħan rispettivament. Dawn il-kundizzjonijiet juru differenza kbira meta mqabblin ma' dawk tal-bqija ta' l-Alentejo.

Rabta umana: Għadd ta' tradizzjonijiet huma marbutin mal-konsum ta' dawn il-prodotti, li qatt ma jiġu ppreżentati misjura bil-lest. Fi żminijiet oħra, il-Presunto jew il-Paleta de Santana da Serra kienu jkunu serviti biss f'festi jew bħala rigal lil mistednin importanti.

4.7.   Organu ta' spezzjoni:

Isem:

Agricert — Certificação de Produtos Alimentares, Lda

Indirizz:

Av. de Badajoz, n.o 3

P-7350-903 Elvas

Tel.:

(351) 268 62 50 26

Faks:

(351) 268 62 65 46

Posta elettronika:

agricert@agricert.pt

Agricert ġiet rikonoxxuta bħala konformi mar-rekwiżiti ta' l-istandard 45011:2001.

4.8.   Tikkettar: Għandhom jidhru fuq it-tikketta dawn li ġejjin: Presunto de Santana da Serra — IGP jew Paleta de Santana da Serra — IGP, flimkien mal-logo Komunitarju korrispondenti. It-tikkettar għandu jkun fih ukoll il-marka taċ-ċertifikazzjoni, isem il-prodott u l-indikazzjoni tiegħu, isem l-organu ta' spezzjoni u n-numru tas-serje (kodiċi numeriku jew alfanumeriku li jiggarantixxi t-traċċabbiltà tal-prodott). Fuq il-ġilda ta' barra tal-Presunto de Santana da Serra jew tal-Paleta de Santana da Serra għandha tkun mikwija l-pittogramma li ġejja, li tirrappreżenta l-Ordni ta' Santiago, li għaliha kienu jappartjenu żmien ilu l-parroċċi li jikkostitwixxu ż-żona ġeografika ta' l-ipproċessar:


19.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 308/23


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel

(2007/C 308/09)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“PRESUNTO DE CAMPO MAIOR E ELVAS” jew “PALETA DE CAMPO MAIOR E ELVAS”

Nru tal-KE: PT/PGI/005/0438/24.11.2004

DPO ( ) IĠP ( X )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Gabinete de Planeamento e Políticas

Indirizz:

Rua Padre António Vieira, n.o 1, 8o

P-1099-073 Lisboa

Tel.:

(351) 213 81 93 00

Faks:

(351) 213 87 66 35

Posta elettronika:

gppaa@gppaa.min-agricultura.pt

2.   Grupp:

Isem:

ACPA — Associação de Criadores de Porco Alentejano

Indirizz:

Rua Armação de Pêra, n.o 7

P-7670-259 Ourique

Tel.:

(351) 286 51 80 30

Faks:

(351) 286 51 80 37

Posta elettronika:

acpaourique@mail.telepac.pt

Kompożizzjoni:

Produtturi/proċessuri ( X ) Oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.2: Prodotti magħmulin mil-laħam (imsaħħnin, immelħin, affumikati, eċċ.)

4.   Speċifikazzjoni:

(sinteżi tar-rekwiżiti skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006):

4.1.   Isem: “Presunto de Campo Maior e Elvas” jew “Paleta de Campo Maior e Elvas”

4.2.   Deskrizzjoni: Presuntos u paletas miksubin, rispettivament, mill-koxox u mill-ispallejn ta' qżieqeż (għajr tat-tgħammir) tar-razza Alentejana, imniżżlin fir-reġistru tal-bhejjem Portugiż taħt is-Sezzjoni tar-Razza Alentejana, imrobbija b'mod speċifiku u maqtulin meta jkollhom bejn 12 u 24 xahar. Il-proċessi ta' timliħ, ta' tnixxif (wara t-timliħ), maturazzjoni, preżervazzjoni, qtugħ u ppakkjar huma ggvernati b'regoli definiti tajjeb.

Il-presuntos jkunu magħmulin mill-koxox ta' wara maqsuma mas-sinfiżi iskjopubika, filwaqt li l-paletas jkunu magħmulin mill-koxox ta' quddiem. Il-presunto u l-paleta huma ddefiniti skond l-anatomija u l-muskoli, għax il-muskolatura tkun mdawra bix-xaħam. Forma u dehra ta' barra: il-presunto jkun twil u rqiq, bit-tarf dejjaq jew bil-ponta, u bis-sieq u l-ġilda ta' barra għadhom imwaħħlin; il-paleta tkun tonda, bil-ponta, bis-sieq u l-ġilda ta' barra għadhom imwaħħlin. Piż: 'il fuq minn 5 kg fil-każ tal-presunto; 'il fuq minn 3,5 kg fil-każ tal-paleta. Meta jinqata', il-laħam ikollu dehra ħamra, żejtnija, tleqq, għandha mill-irħam, u jkun imtarraż b'xaħam intramuskulari. Il-konsistenza tkun ratba u mhux fibruża ħafna. Ix-xaħam ileqq, ikun abjad lewn il-perla, u jkollu togħma tajba. It-togħma tkun ftit mielħa, pjaċevoli u li tibqa' fil-ħalq, b'aroma “montanheira” tajba (jiġifieri li tfakkar fl-imsaġar tal-ballut). Il-prodotti jintgħażlu faċilment mill-Presuntos do Alentejo għax ikunu itwal, aktar irqaq, aktar melħin u aktar skuri.

4.3.   Żona ġeografika: Iż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-materja prima (jiġifieri fejn il-bhejjem jitwieldu, jitrabbew, jissemmnu u jinqatlu, fejn jinqasmu l-karkassi u fejn jinkisbu l-koxox u s-saqajn) hija ddefinita b'mod naturali, permezz tal-“montado”, il-preżenza ta' azjendi agrikoli kapaċi jwettqu tip ta' trobbija montanheira u r-regoli li jiggvernaw il-qatla, il-qsim u l-ksib ta' koxox u spallejn tal-qżieqeż Alentejana. Iż-żona tinkludi l-muniċipalitajiet u l-parroċċi li ġejjin: Abrantes, Alandroal, Alcácer do Sal (għajr il-parroċċa ta' Santa Maria do Castelo), Alcoutim, Aljezur (parroċċi ta' Odeceixe, Bordeira, Rogil u Aljezur), Aljustrel, Almodôvar, Alter do Chão, Alvito, Arraiolos, Arronches, Avis, Barrancos, Beja, Borba, Campo Maior, Castelo Branco, Castelo de Vide, Castro Marim (parroċċi ta' Odeleite u Azinhal), Castro Verde, Chamusca, Coruche, Crato, Cuba, Elvas (għajr il-parroċċa ta' Caia e S. Pedro), Estremoz, Évora, Ferreira do Alentejo, Fronteira, Gavião, Grândola (għajr il-parroċċa ta' Melides), Idanha-a-Nova, Lagos (parroċċa ta' Bensafrim), Loulé (parroċċi ta' Ameixial, Salir, Alte, Benafim u Querença), Marvão, Mértola, Monchique (parroċċi ta' Monchique, Marmelete u Alferce), Monforte, Montemor-o-Novo, Mora, Moura, Mourão, Nisa, Odemira (għajr il-parroċċi ta' Vila Nova de Mil Fontes u S. Teotónio), Ourique, Penamacor, Ponte de Sôr, Portalegre, Portel, Redondo, Reguengos de Monsaraz, Sabugal, Santiago do Cacém (għajr il-parroċċa ta' Santo André), Sardoal, São Brás de Alportel, Serpa, Sines, Silves (parroċċi ta' S. Marcos, S. Bartolomeu de Messines u Silves), Sousel, Tavira, (parroċċa ta' Cachopo), Vendas Novas, Viana do Alentejo, Vidigueira, Vila Velha de Ródão u Vila Viçosa.

Iż-żona ġeografika fejn isir l-ipproċessar (il-produzzjoni, il-qtugħ, il-qtugħ f'fetet u l-ippakkjar) hija definita b'mod naturali, limitata għall-muniċipalitajiet ta' Campo Maior u Elvas, għax dawn għandhom mikroklima sostanzjalment differenti mill-bqija ta' l-Alentejo, fis-sens li hija aktar kontinentali (bi sjuf sħan u xotti ħafna, u xtiewi kesħin u xotti ħafna). Dan inevitabbilment iwassal għal differenzi sinifikanti fil-mod kif il-laħam jiġi ppreparat, jitmellaħ u jimmatura. Dawn id-differenzi, min-naħa tagħhom, iġibu magħhom alterazzjonijiet apprezzabbli fil-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott aħħari. Il-presuntos u l-paletas huma itwal u aktar irqaq, aktar skuri, u meta jinqatgħu, ikollhom konsistenza inqas tarja u mmerqa, b'togħma inqas delikata u kemmxejn mielħa u b'aroma inqas ħelwa, aktar morra u persistenti.

4.4.   Prova ta' l-oriġini: Il-qżieqeż tar-razza Alentejana għandhom jitwieldu u jitrabbew f'azjendi rreġistrati soġġetti għall-kontroll. Malli jitwieldu, il-bhejjem jinkitbu fir-reġistru korrispondenti. Il-qatla, il-qsim, l-ipproċessar, il-qtugħ u l-ippakkjar jistgħu jsiru biss f'istallazzjonijiet li jkunu approvati għal dan il-għan mill-organu ta' spezzjoni, li jinsabu fiż-żona ġeografika msemmija u li jkunu soġġetti għall-kontroll. L-approvazzjoni hija soġġetta għal verifika minn qabel tal-kundizzjonijiet li fihom isiru l-produzzjoni u l-ipproċessar, partikolarment f'dak li jirrigwarda l-oriġini tal-materja prima użata u kif din tiġi pproċessata, maqsuma, maqtugħa f'fetet u ppakkjata, kif ukoll il-karatteristiċi tal-prodott aħħari. Jeżistu regoli u speċifikazzjonijiet ta' kontroll li japplikaw għall-katina kollha tal-produzzjoni u għal kull min huwa involut.

Permezz ta' sistema komprensiva ta' traċċabbiltà implimentata mill-produtturi nfushom, il-katina kollha tal-produzzjoni tista' tiġi mmonitorjata, mill-materja prima sal-prodott aħħari (“mill-montado sal-mejda”). Barra minn hekk, abbażi tan-numru fuq il-marka taċ-ċertifikazzjoni mal-prieżet sħaħ jew mal-pakketti ta' laħam maqtugħ f'fetet, din is-sistema tippermetti li jiġi identifikat in-numru tat-tikketta tal-widnejn tal-bhejjem.

Fi tmiem il-proċess tal-produzzjoni, jistgħu juru l-marka taċ-ċertifikazzjoni, il-logo u l-isem Presunto de Campo Maior e Elvas – IGP jew Paleta de Campo Maior e Elvas – IGP biss dawk il-prodotti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet kollha u li jkunu għaddew mill-kontrolli xierqa ddokumentati, inklużi testijiet tal-laboratorju u s-sottomissjoni għal bord ta' dewwieqa.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni: Il-qżieqeż tar-razza Alentejana jitrabbew f'kundizzjonijiet estensivi u semi-estensivi, l-aktar fil-miftuħ, f'żoni li jkollhom talanqas 40 ilċi (Quercus ilex) jew balluta ibrida ta' Spanja (Quercus hispanica) f'kull ettaru, u densità massima ta' qażquż wieħed f'kull ettaru ta' montado. Il-bhejjem jitrabbew l-aktar b'mod estensiv, u jingħalfu bi fdal u prodotti sekondarji taċ-ċereali, ħaxix, legumi (eż. piżelli u ġulbien), u saħansitra mammiferi żgħar u għasafar, bajd, rettili, molluski, dud, eċċ., kif inhu tipiku ta' l-annimali omnivori. Il-bhejjem jista' jingħatalhom għalf supplimentari li ġej minn barra r-reġjun (sa 30 % tad-dieta tagħhom) biss meta jkun hemm nuqqas ta' alimentazzjoni fl-għelieqi. Il-bhejjem għandhom jgħaddu dejjem minn fażi ta' tismin, li fiha jqattgħu bejn 60 u 90 jum taħt sistema montanhiera (jiġifieri li jingħalfu b'ġandar u prodotti oħrajn tal-montado) u għandhom jismnu b'talanqas 3 arrobas (45 kg) b'dan il-mod. Il-qżieqeż jinqatlu f'età ta' bejn 12 u 24 xahar, u l-piż minimu ta' kull karkassa huwa 90 kg. Il-koxox u l-ispallejn jiġu mmarkati individwalment permezz ta' tikketta nnumerata. Il-koxox u l-ispallejn għandu jkollhom piż minimu ta' 7,5 kg u 5 kg rispettivament, u s-sieq għandha tibqa' mwaħħla. Skond il-piż tal-koxox u ta' l-ispallejn, ix-xaħam ta' taħt il-ġilda jista' jintraqam. L-ipproċessar tal-koxox u tas-saqajn, ibbażat fuq metodi lokali awtentiċi u kostanti li jitnisslu mill-għarfien u l-esperjenza tal-popolazzjoni tar-reġjun, jinkludi dawn il-fażijiet li ġejjin: il-qtugħ, it-timliħ, it-taħsil u t-tlaħliħ, it-tnixxif (wara t-timliħ), il-maturazzjoni u l-preżervazzjoni. Huwa matul dan il-proċess li l-presuntos u l-paletas jiksbu bil-ftit il-ftit id-dehra, il-lewn, l-aroma u l-konsistenza li jagħmluhom uniċi u speċjali.

Il-Presuntos jew il-Paletas de Campo Maior e Elvas jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sħaħ, f'biċċiet jew f'fetet, bl-għadam jew mingħajru. Il-qsim, il-qtugħ f'fetet u t-tneħħija ta' l-għadam jistgħu jsiru biss f'istallazzjoniet li jinsabu fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni, minħabba l-għarfien speċjali marbut ma' dawn l-operazzjonijiet, u jirrigwarda partikularment il-forma, l-aromi delikati u t-togħmiet komplessi ta' kull biċċa. Qabel ma biċċa tintgħażel għall-qtugħ, l-aħjar waqt għall-maturazzjoni jiġi ddeterminat minn speċjalisti tar-reġjun, u dewwieqa kkwalifikati u mħarrġa jwettqu analiżi organolettika bir-reqqa tal-prodott, anki biex jaraw jekk huwiex xieraq għall-qtugħ. Biex jitkattar ir-rendiment minn kull biċċa, il-qtugħ għandu jsir minn speċjalisti mħarrġa ħafna, li permezz ta' qtugħ espert jistgħu jagħmlu użu mit-tessut muskolari kollu u jipproduċu fetet irqaq ħafna li joħorġu l-potenzjal kollu organolettiku tal-prodott. Ix-xaħam ta' dawn il-biċċiet, li għandu t-togħma, l-aroma, il-lewn u l-leqqaġni speċifiċi tiegħu, jitherra faċilment meta jiġi espost għall-arja jew għal temperaturi għoljin. Din is-sensiela ta' fatturi tiddetermina li l-proċess deskritt hawn fuq għandu jsir f'istallazzjonijiet li jkunu xierqa f'dak li jirrigwarda l-mikrobijoloġija, it-temperatura u l-umdità, bil-għan li l-prodott ma jitlifx mit-togħma delikata tiegħu, kif ukoll biex il-prodott ikun jista' jiġi ppakkjat malajr u b'hekk jiġi evitat li jkun espost wisq għall-arja. Ta' min iżid li din il-ħidma kollha hija segwita minn testi organolettiċi paralleli, imwettqa minn persunal speċifikament imħarreġ, bil-għan li l-prodott ikun totalment traċċabbli, li l-prodott ma jintlaqatx ħażin (speċjalment f'termini sensorjali), li l-konsumatur ma jiġix imqarraq u jingħatalu prodott li huwa ġenwin u li jkun ġie prodott fir-reġjun ta' l-oriġini tiegħu, u li l-kontrolli jsiru matul il-katina tal-produzzjoni kollha kemm hi.

4.6.   Rabta: Il-Presuntos u l-Paletas de Campo Maior e Elvas jiġu prodotti f'reġjun b'ħamrija fqira u bi klima sħuna u niexfa ferm fis-sajf u kiesħa u niexfa fix-xitwa. Il-flora li tiflaħ tirreżisti f'dawn il-kundizzjonijiet u li minnha jista' jinkiseb rendiment ekonomiku huwa l-montado u l-veġetazzjoni marbuta miegħu. Il-ħanżir Alentejana huwa l-aktar annimal li jisfrutta dawn il-kundizzjonijiet naturali, għax jista' jitrabba fil-miftuħ u jingħalef l-aktar bil-prodotti naturali tipiċi ta' dan l-ambjent (ħaxix, ġandar, ċereali, legumi u annimali żgħar), taħt sistema speċifika magħrufa bħala “montanheira”.

Din ix-xorta ta' trobbija u ta' għalf lil-laħam jagħtih karatteristiċi speċjali, kemm f'termini tal-muskoli kif ukoll tax-xaħam.

Il-kundizzjonijiet klimatiċi partikulari ta' Campo Maior u Elvas wasslu għall-iżvilupp ta' għarfien u esperjenza speċifiċi li, peress illi l-laħam jitħalla jinxef b'mod naturali, u mingħajr ma jintuża d-duħħan jew kwalunkwe aġent estern ieħor għajr il-melħ, jirriżulta f'għadd ta' differenzi, li jirrigwardaw partikolarment:

il-livell u l-forma tal-qtugħ tal-laħam,

it-tul tal-proċess tat-timliħ,

it-tul tad-diversi fażijiet tekniċi ta' l-ipproċessar.

Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-presuntos u l-paletas ta' Campo Maior u Elvas huma itwal u aktar irqaq, aktar skuri, u meta jinqatgħu, ikollhom konsistenza inqas tarja u mmerqa, b'togħma inqas delikata u kemmxejn mielħa, u b'aroma inqas sottili u delikata.

Dawn il-prodotti jirriflettu l-kundizzjonijiet klimatiċi ta' Elvas u Campo Maior, muniċipalitajiet li jinsabu 'l bogħod mill-baħar u huma aktar 'kontinentali'. B'hekk, il-prodotti huma itwal, aktar irqaq, aktar melħin u aktar skuri mill-prodotti aktar ħelwin tax-xagħriet ta' l-Alentejana.

Ir-rabta bejn il-prodott u r-reġjun tissejjes fuq il-fatturi li ġejjin:

Rabta storika: Jeżistu għadd ta' referenzi għar-rwol u l-importanza tal-prodotti tal-majjal fid-dieta lokali, b'uħud minnhom imorru lura sa ħafna sekli qabel Kristu. Aktar qrib l-era tagħna, f'dawn l-aħħar erba' mitt sena saret taqbida twila bejn it-tkabbir ta' għelejjel u t-trobbija tal-bhejjem, minħabba l-effetti negattivi tat-trobbija tal-qżieqeż fuq l-art agrikola, minn naħa, u r-rwol ta' min irabbi l-qżieqeż fl-alimentazzjoni tal-poplu min-naħa l-oħra. Tista' tgħid il-muniċipalitajiet kollha ta' l-Alentejo ta' Fuq f'xi mument talbu lir-re jew lill-parlament li jħarsu s-settur tagħhom. Per eżempju, f'Elvas u f'Arronches, tant kien hemm qżieqeż fit-toroq tal-belt li r-re ħareġ digriet biex il-qżieqeż jibqgħu barra mill-ħitan tal-bliet. B'konsegwenza ta' dan, billi ħafna familji ma setgħux jibqgħu jrabbu l-qżieqeż (li dak iż-żmien kienu riżors fondamentali), il-petizzjonijiet li rċieva r-re kien tant numerużi u tant f'saħħithom li kellu jikkmanda li l-poplu “jagħmel bħal qabel”. F'ċerti każijiet, dawk li ffirmaw il-petizzjonijiet bdew jilmentaw li n-nuqqas ta' qżieqeż kien ifisser miżerja għal min hu fqir. Campo Maior sar territorju Portugiż meta ġie ffirmat it-Trattat ta' Alcanises fis-seklu 13, waqt ir-renju tar-re Dinis. Elvas, li jingħad li twaqqfet mir-Rumani, ġiet ikkonkwistata minn idejn il-Mori fl-1166, u fl-1229 saret parti mill-Portugall. Kemm Campo Maior kif ukoll Elvas jinsabu f'żona ta' fruntiera, fejn l-influwenza Spanjola tispikka sew, u dan huwa evidenti fid-differenzi fil-mod kif il-Presuntos u l-Paletos jiġu prodotti meta mqabbel ma' dak tal-bqija ta' l-Alentejo.

Il-ħamrija u l-klima: Il-boskijiet skarsi tal-ballut u l-veġetazzjoni tal-montado jipprovdu tip ta' flora li tiflaħ tirsisti fil-kundizzjonijiet lokali, b'ħamrija fqira u klima sħuna u niexfa ferm. Min-naħa tagħhom, Campo Maior u Elvas għandhom mikroklima speċifika, bi preċipitazzjoni annwali baxxa ħafna (617 mm), livell għoli ħafna ta' xemx (2 979 siegħa), u temperaturi li faċilment jilħqu 33-34 °C fis-sajf iżda jistgħu jinżlu sa 4-5 °C fix-xitwa. Dawn il-kundizzjonijiet kontinentali huwa perfetti għat-tnixxif naturali tal-presuntos u tal-paletas.

Rabta umana: Għadd ta' tradizzjonijiet huma marbutin mal-konsum ta' dawn il-prodotti, li qatt ma jiġu ppreżentati msajrin bil-lest. F'Campo Maior u Elvas, hija drawwa li l-presunto u l-paleta jinqatgħu bl-idejn f'fetet irqaq ħafna u jittieklu flimkien ma' nbid tajjeb tar-reġjun, tard waranofsinhar jew bħala teftifa qabel ikla fit-tard. Fi żminijiet oħra, il-Presunto jew il-Paleta de Campo Maior e Elvas kienu jkunu sserviti biss f'festi jew bħala rigal lil mistednin importanti.

4.7.   Organu ta' spezzjoni:

Isem:

Agricert — Certificação de Produtos Alimentares, Lda

Indirizz:

Av. de Badajoz, n.o 3

P-7350-903 Elvas

Tel.:

(351) 268 62 50 26

Faks:

(351) 268 62 65 46

Posta elettronika:

agricert@agricert.pt

Agricert ġiet rikonoxxuta konformi mar-rekwiżiti ta' l-istandard 45011:2001.

4.8.   Tikkettar: Għandhom jidhru fuq it-tikketta dawn li ġejjin: “Presunto de Campo Maior e Elvas — IGP” jew “Paleta de Campo Maior e Elvas — IGP” flimkien mal-logo Komunitarju korrispondenti. It-tikkettar għandu jkun fih ukoll il-marka taċ-ċertifikazzjoni, isem il-prodott u l-indikazzjoni tiegħu, isem l-organu ta' spezzjoni u n-numru tas-serje (kodiċi numeriku jew alfanumeriku li jiggarantixxi t-traċċabbiltà tal-prodott). Fuq il-ġilda ta' barra tal-Presunto de Campo Maior e Elvas u tal-Paleta de Campo Maior e Elvas għandha tkun mikwija bl-aħmar il-pittogramma li ġejja:


19.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 308/28


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' oriġini għall-prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel

(2007/C 308/10)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“SLOVENSKÝ OŠTIEPOK”

Nru tal-KE: SK/PGI/005/0549/30.03.2006

DPO ( ) IĠP ( X )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Úrad priemyselného vlastníctva Slovenskej republiky

Indirizz:

Jána Švermu 43, SK-974 04 Banská Bystrica

Tel.:

(421-48) 430 02 53

Feks:

(421-48) 430 04 03

Posta elettronika:

joravcova@indprop.gov.sk

2.   Grupp:

Isem:

Slovenský mliekarenský zväz

Indirizz:

Záhradnícka 21, SK-811 07 Bratislava

Tel.:

(421-2) 554 109 45

Feks:

(421-2) 554 109 45

Posta elettronika:

plankova@smz.sk

Kompożizzjoni:

Produtturi/proċessuri ( X ) Oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.3: Ġobon

4.   Speċifikazzjoni:

(sinteżi tar-rekwiżiti skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem: “Slovenský oštiepok”

4.2.   Deskrizzjoni: Is-“Slovenský oštiepok” huwa ġobon parzjalment xaħmi u parzjalment iebes, li jista' jitgħalla jew le u jiġi affumikat jew le. Il-materja prima użata biex jiġi prodott is-“Slovenský oštiepok” huwa ħalib tan-nagħaġ, taħlita ta' ħalib tan-nagħaġ u tal-baqar jew ħalib tal-baqar. Is-“Slovenský oštiepok” huwa prodott jew direttament fis-salaš (razzett tradizzjonali tan-nagħaġ maġenb il-muntanji), bl-użu tradizzjonali tal-metodu ta' produzzjoni fir-razzett innifsu jew bl-użu tal-metodu industrijali fl-imħaleb.

Is-“Slovenský oštiepok” huwa kkaratterizzat mill-għamla speċjali tiegħu, dik ta' bajda kbira, ġewża tal-prinjola jew ellissojdi bid-dekorazzjoni.

Karatteristiċi

Kulur: fuq barra isfar dehbi li jagħti fil-kannella dehbi wara l-affumikatura, fuq ġewwa abjad li jagħti fuq l-isfar lewn il-butir.

Konsistenza: solidu, iebes, daqsxejn fraġli, bi xquq minuri u kavitajiet li jidhru meta jinqata'.

Aroma u togħma: għandu riħa tajba, togħma distinta u pjaċevoli ta' ġobon, bejn kemmxejn jaħraq u qares, moderatament mielaħ, b'riħa tipikament affumikata li tirriżulta mill-proċess ta' affumikatura; ma għandux ikun aċiduz iżżejjed, b'togħma ta' ħmira, qiesu xaħam ta' dam jew sapun, misnieħ, jinten, b'riħa qawwija żżejjed, b'togħmiet ta' ħwawar jew qarsa jew li għandu togħmiet oħrajn strambi.

Kompożizzjoni

Jiddependi mill-materja prima użata u l-metodu ta' produzzjoni,

minimu ta' 48 % ta' materja niexfa f'piż,

minimu ta' 38,0 % xaħam fil-materja niexfa f'piż.

Rekwiżiti mikrobijoloġiċi

Is-“Slovenský oštiepok” huwa ġobon parzjalment xaħmi u parzjalment iebes, li jista' jitgħalla jew le u jiġi affumikat jew le. Huwa magħmul billi jinżdiedu l-batteri li jagħtu bidu għall-proċess ta' l-aċidifikazzjoni (original culture) li jikkonsistu f'aċidu lattiku tal-batteru tal-ġeneru Lactococcus, li jagħti lis-“Slovenský oštiepok” il-karatteristiċi tiegħu u l-propjetajiet speċifiċi tiegħu. Dawn il-batteri ġew iżolati mill-ħalib tan-nagħaġ frisk u mill-ġobon tan-nagħaġ magħmul fl-azjendi tan-nagħaġ salaš Slovakki.

4.3.   Żona ġeografika: Iż-żona ġeografika tikkonsisti fil-parti muntanjuża tar-Repubblika Slovakka, li l-perimetru tal-Punent tagħha huwa ffurmat min-naħat tal-Punent tal-muntanji u l-artijiet għoljien tal-Karpazji l-Bojod, Považský Inovec, Tríbeč, Vtáčnik u Štiavnica u ta' Krupina.

Il-perimetru tan-Nofsinhar huwa ffurmat mill-artijiet għoljin tan-Nofsinhar ta' Krupina u ta' Cerová u l-muntanji ta' Stolica, Slovenského krasu u Volovec u Slanec.

Il-perimetru tal-Lvant huwa ffurmat mill-ġnub tal-muntanji ta' Vihorlat, Popriečin, Beskydske predhorie, Bukovec u l-fruntiera ma' l-Ukraina.

Il-perimetru tat-Tramuntana huwa ffurmat mill-fruntiera mal-Polonja, il-ġnub tal-katina ta' l-artijiet għoljin ta' Laborec, Ondava u Ľubovňa, il-muntanji Pieniny, Spiš Magura, it-Tatra u Skorušina, l-għoljiet ta' Beskydy, Orava Beskids u Kysuce Beskids, il-fruntiera mar-Repubblika Ċeka, il-ġnub tal-katina ta' l-artijiet għoljin ta' Turzovka u l-muntanji ta' Javorníky u l-Karpazji l-Bojod, u l-qsim tal-fruntiera ta' Skalica.

L-applikazzjoni tinkludi l-isem tal-pajjiż, billi ż-żona ġeografika delimitata konċernata tikkonsisti f'aktar mit-80 % tat-territorju tar-Repubblika Slovakka, li għandha erja kumplessiva ta' 49 035 km2, li tagħmilha bħala waħda mill-iżgħar Stati Membri ta' l-UE u waħda li l-erja tagħha hija komparabbli ma' ċerti reġjuni individwali ta' Stati Membri oħrajn. Is-“Slovenský oštiepok” huwa magħmul bl-istess mod f'din iż-żona delimitata kollha, fejn l-istess razez ta' nagħaġ, jiġifieri l-Valaška, Zošľachtená valaška u z-Cigája, u razez ta' baqar, jiġifieri s-Slovenské strakaté, Čiernostrakaté, Červenostrakaté u l-Pinzgavské, joħduhom jirgħu fuq mergħat bl-istess flora taż-Żwien Aħmar (red fescue), Żwien ta' l-Ilma (tall fescue), Mellieġ Kaħlani (blue grass tal-Kentucky) u l-Ħafura ż-Żgħira (golden oatgrass) u taħt l-istess kundizzjonijiet klimatiċi, bir-riżultat li l-kwalità tal-materja prima tal-ħalib tan-nagħaġ u tal-baqar huwa l-istess.

Il-produzzjoni tas-“Slovenský oštiepok” huwa storikament magħqud ma' din iż-żona.

Id-dokumentazzjonijiet miktuba u d-dokumentazzjonijiet familjari tal-produtturi tal-ġobon antik tal-bryndza jixhdu li s-“Slovenský oštiepok” kien magħmul saħansitra fil-bidu tas-seklu18.

Is-sisien għall-produzzjoni industrijali bil-massa tas-“Slovenský oštiepok” bl-użu tal-ħalib tal-baqra saru mill-familja Galbavý f'Detva fl-1921.

Sal-lum, il-ġobon tas-“Slovenský oštiepok” huwa magħmul fi rziezet tradizzjonali tan-nagħaġ (salaš) kif ukoll fi rziezet oħrajn, il-materja prima tkun il-ħalib tan-nagħaġ jew taħlita ta' ħalib tan-nagħaġ u tal-baqar.

Il-metodi ta' produzzjoni industrijali użati fl-imħaleb, fejn il-prinċipju ta' produzzjoni nżamm, ġew żviluppati fis-Sittinijiet u s-Sebgħinijiet, fejn ukoll meta l-użu tal-ħalib tal-baqra bħala materja prima nbeda.

Il-kwalità speċifika u eċċezzjonali tas-“Slovenský oštiepok” hija evidenzjata mill-fatt li l-isem “Slovenský oštiepok” iddaħħal fil-lista sa mit-22 ta' Novembru 1967 fil-“Ftehim ta' Liżbona għall-Protezzjoni ta' l-Appellazzjonijiet ta' Oriġini u r-Reġistrazzjonijiet Internazzjonali tagħhom” fir-Reġistru Internazzjonali ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Industrijali (OMPI/WIPO), li tinsab f'Ġinevra, u bil-ftehimiet bilaterali li ġejjin: it-Trattat tad-19 ta' Jannar 1976 bejn il-Konfederazzjoni Żvizzera u r-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet tas-sors, appellezzjonijiet ta' oriġini u ismijiet ġeografiċi oħrajn, il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u l-Gvern tar-Repubblika Portugiża tat-18 ta' Mejju 1987 dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini, dejta ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi oħrajn jew analogi, u l-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika ta' l-Awstrija ta' l-20 ta' Jannar 1981 dwar il-protezzjoni ta' denominazzjonijiet ta' oriġini, dejta ta' oriġini u indikazzjonijiet oħrajn ta' prodotti agrikoli u industrjali.

F'dak iż-żmien, is-Slovakkja kienet tagħmel parti miċ-Ċekoslovakkja, li nqasmet fl-1 ta' Jannar 1993 biex saru żewġ stati indipendenti: ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka. L-użu f'dak iż-żmien ta' l-isem “Slovenský oštiepok” ma kellux x'jaqsam ma' pajjiż, iżda kien jirreferi għal parti partikolari ta' territorju li aktar tard sar pajjiż wara l-ġrajjiet storiċi ta' l-1 ta' Jannar 1993.

Aktar minn hekk, peress li dan kien isem li kien diġà jintuża u wieħed li huwa reġistrat internazzjonalment u protett, protett fuq livell nazzjonali u magħruf sew mal-konsumaturi, ir-Repubblika Slovakka qiegħda tapplika fil-preżent biex ikollha l-isem “Slovenský oštiepok” protett fuq livell Komunitarju Ewropew ukoll.

Il-produzzjoni qiegħda tkompli u la sar bdil fil-kundizzjonijiet naturali u lanqas fiż-żona ġeografika oriġinalment delimitata; fil-preżent, l-isem jirreferi għal pajjiż fih innifsu, iżda il-kundizzjonijiet ta' produzzjoni u l-prinċipji jibqgħu l-istess.

4.4.   Prova ta' l-oriġini: Il-ħalib tan-nagħaġ u tal-baqar użat biex isir is-“Slovenský oštiepok” huwa esklussivament magħmul fiż-żona muntanjuża delimitata tar-Repubblika Slovakka. Il-produtturi żgħar jieħdu l-ħalib tan-nagħaġ u tal-baqar mill-merħla tagħhom stess. L-imħaleb jixtru l-ħalib tan-nagħaġ u tal-baqar fir-reġjuni tal-madwar tagħhom.

Il-produzzjoni u x-xiri ta' ħalib tan-nagħaġ u tal-baqar huwa reġistrat u kkontrollat. Ir-reġistrazzjoni hija mitluba mhux biss għall-obbligi skond is-sistemi tal-GHP (prattika ta' iġjene tajba) u l-HACCP (analiżi tar-riskji u punti kritiċi ta' kontroll), iżda ukoll l-obbligu legali ta' kull produttur biex jipprova l-oriġini ta' kwalunkwe materja prima użata sabiex jipproduċi oġġetti ta' ikel.

It-traċċabbiltà tas-“Slovenský oštiepok” tikkostitwixxi wieħed mill-prinċipju bażiku tas-sistema tal-HACCP, fejn għandha tiġi stabbilita fl-entitajiet kollha ta' produzzjoni.

L-istadji kollha ta' produzzjoni jsiru fi ħdan iż-żona delimitata.

L-identifikazzjoni tal-prodott tiġi żgurata permezz ta' l-isem tal-produttur fuq l-ippakkjar jew t-tikketta li kull produttur għandu jwaħħal mal-prodott. Il-garanzija li l-prodott joriġina miż-żona delimitata ġejja mill-fatt li l-operazzjonijiet tal-produttur jinsabu preċiżament fi ħdan iż-żona ġeografika delimitata fejn is-“Slovenský oštiepok” jista' jiġi prodott.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni: It-teknika użata biex jiġi prodott is-“Slovenský oštiepok” fi ħdan iż-żona delimitata tar-Repubblika Slovakka ġiet drammatikament żviluppata bejn żmien ilu, meta kien magħmul bl-idejn fis-salaš jew fid-djar, u issa, bil-produzzjoni moderna fl-imħaleb industrijali. Il-prinċipji ta' produzzjoni u l-garanzija tal-manteniment tal-kwalità tradizzjonali ġew stabbiliti mir-riżultati tar-riċerka li saret fis-Sittinijiet u s-Sebgħinijiet.

Is-“Slovenský oštiepok” huwa magħmul bl-użu ta' ħalib tan-nagħaġ meħud minn nagħaġ li jirgħu, partikolarment ir-razez tal-Valaška, Zošľachtená valaška u z-Cigája Dawn ir-razez jitrabbew u jirgħu fuq iż-żoni muntanjużi fuq il-ġnub tal-muntanji fi ħdan iż-żona delimitata.

Produtturi żgħar jieħdu l-ħalib tal-baqar manwalment jew mekkanikament u jipproċessawh mill-ewwel wara li jeħilbu.

L-istadji għall-produzzjoni fil-farm (salaš) tas-“Slovenský oštiepok” huma kif ġejjin:

it-tibqit,

l-għamla,

it-tmelliħ,

it-tnixxif, l-affumikatura.

L-istadji għall-produzzjoni industrijali għas-“Slovenský oštiepok” involuti huma kif ġejjin:

pasturizzazzjoni,

żieda ta' batteri,

it-tibqid,

il-ġbid tal-baqta, il-pressar, l-aċidifikazzjoni,

it-tgħollija, l-għamla,

it-tmelliħ, it-tnixxif, l-affumikatura.

Tqassim u ppakkjar:

Il-ġobon imkessaħ jitqiegħed fl-ippakkjar iġjeniku ta' l-ikel. Huma jippakkjawhom sħaħ biex jiġi żgurat li l-għamla karatteristika u d-dekorazzjonijiet tagħhom jinżammu (li ma jkunx il-każ jekk jiġu maqsuma u mbagħad ppakkjati) u li l-kwalità tinżamm, il-prodott ma jeħżinx u l-konsumaturi ma jitqarrqux. L-istadji kollha ta' produzzjoni jsiru fi ħdan iż-żona ġeografika delimitata.

4.6.   Rabta: Is-“Slovenský oštiepok” huwa prodott li n-natura speċjali tiegħu hija partikolarment determinata mill-kwalità tal-ħalib, il-karatteristiċi speċifiċi tal-batteri li jagħtu bidu għall-proċess ta' l-aċidifikazzjoni (original culture) u l-mikroflora misjuba b'mod naturali fil-ħamrija u l-kundizzjonijiet klimatiċi tar-reġjuni fejn jitrabbew u jirgħu n-nagħaġ fi ħdan iż-żona delimitata tar-Repubblika Slovakka.

Il-mergħat jipprovdu l-aktar għalf naturali u bnin. L-aktar mergħat tajbin huma l-mergħat nixfin tal-lokalitajiet għoljin tal-muntanji. In-nagħaq jibdew jirgħu minn April sa l-aħħar ta' Ottubru. Il-mergħat fi ħdan iż-żona delimitata huma koperti l-aktar mill-ispeċi ta' ħaxix li ġejjin: Żwien Aħmar (red fescue), Żwien ta' l-Ilma (tall fescue), Mellieġ Kaħlani (blue grass tal-Kentucky) u l-Ħafura ż-Żgħira (golden oatgrass). Fix-Xitwa n-nagħaġ jgħalfuhom bil-ħuxlief li hu imnissel mill-ispeċi ta' ħaxix imsemmi hawn fuq.

Iż-żewġ tipi ta' batteri li jagħtu bidu għall-proċess ta' l-aċidifikazzjoni (original culture) Slovakki użati biex jipproduċu s-“Slovenský oštiepok”, li ġew iżolati mill-ħalib tan-nagħaġ u l-ġobon tan-nagħaġ mill-irziezet tan-nagħaġ Slovakki (salaš), huma disponibbli lill-produtturi u jistgħu jittieħdu mill-Istitut ta' Riċerka tal-Ħalib f'Žilina, li huwa l-inventur u s-sid ta' dawn it-tipi ta' batteri.

Il-baqar jittieħdu wkoll jirgħu u jiġu mitmuha l-aktar ħuxlief u ċereali miż-żona delimitata.

Il-bażi ta' l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika għas-“Slovenský oštiepok” hija kemm għar-reputazzjoni tiegħu, in-natura eċċezzjonali, il-kwalità speċifika, il-karatteristiċi u l-għamla partikolari, u kemm għas-sengħa tal-produtturi tiegħu u t-tradizzjonijiet warajh. Il-kwalità speċifika u l-karatteristiċi tal-prodott huma riflessi mill-kwalità tal-ħalib meħud mir-razez tan-nagħaġ tal-Valaška, Zošľachtená valaška u z-Cigája, u mir-razez tal-baqar tas-Slovenské strakaté, Čiernostrakaté, Červenostrakaté u l-Pinzgavské, li jirgħu fiż-żoni muntanjużi fuq il-ġnub tal-muntanji fi ħdan iż-żona delimitata. Il-kwalità tal-prodott hija determinata mill-ħiliet u l-professjonalità tal-produtturi, li hija ukoll evidenzjata mir-rikonoxximent tal-prodott u meta ddaħħal fl-1967 fir-reġistru internazzjonali ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Industrijali (OMPI/WIPO) li tinsab f'Ġinevra u mill-ftehim bilaterali li jinkludi t-Trattat tad-19 ta' Jannar 1976 bejn il-Konfederazzjoni Żvizzera u r-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet tas-sors, l-appellazzjonijiet ta' oriġini u ismijiet ġeografiċi oħrajn.

Is-“Slovenský oštiepok” huwa kkaratterizzat mill-għamla partikolari tiegħu, dik ta' bajda kbira, ġewża tal-prinjol jew ellissojdi, u huwa dekorat skond il-prattiċi u mad-disinji tipiċi taż-żona individwali fejn huwa magħmul. Il-wiċċ tas-“Slovenský oštiepok” huwa sod, lixx u jleqq. Wara l-affumikatura, il-prodott jieħu l-kulur, ir-riħa u t-togħma tipiċi tiegħu. Dan il-proċess speċjali beda u jitkompla fiż-żona delimitata kollha.

L-esportazzjoni tas-“Slovenský oštiepok” għandha impatt kbir ukoll u żżid it-turiżmu. Il-ġobon u l-prodotti tal-ġobon tipiċi tar-Repubblika Slovakka huma parti ta' dak li jikkaratterizza s-Slovakkja. Anke l-aktar barrani għaqli qiegħed jitbiegħed mill-offerti standard ta' l-aġenziji ta' l-ivvjaġġar favur xi ħaġa aktar differenti u distinta.

Tradizzjonalment, it-turisti assoċjaw ir-Repubblika Slovakka ma' prodotti tal-ġobon tradizzjonali, li hija ħaġa tajba għad-dehra tal-pajjiż; Is-“Slovenský oštiepok” u prodotti tal-ġobon oħrajn huma wħud mir-raġunijiet għala t-turisti jmorru lura fil-pajjiż u jfittxu ristoranti stil raħli u rziezet tan-nagħaġ tradizzjonali tas-salaš.

Is-“Slovenský oštiepok” huwa dejjem preżenti waqt il-fieri (swieq annwali) li huma organizzati kull sena fi rħula u bliet Slovakki.

4.7.   Organu ta' spezzjoni: Il-kontroll ta' kwalità u l-ispezzjonijiet dwar il-konformità ma' l-ispeċifikazzjoni tas-“Slovenský oštiepok” isiru b'mod regolari mill-BEL/NOVAMANN International s r.o., entità ta' ċertifikazzjoni CERTEX, akkreditata skond l-EN 45 011, bl-awtorizzazzjoni tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura tar-Repubblika Slovakka.

4.8.   Tikkettar: Kwalunkwe produttur li jagħmel is-“Slovenský oštiepok” fi ħdan iż-żona delimitata skond din l-ispeċifikazzjoni huwa intitulat li juża l-isem “Slovenský oštiepok” meta l-prodott jiġi tikkettat, reklamat u kkummerċjalizzat. It-tikketti mwaħħlin mal-prodott għandhom juru l-isem “Slovenský oštiepok” b'mod prominenti u jiġi ddikjarat jekk il-prodott huwa magħmul artiġjanalment jew prodott fil-fabbrika u, fejn xieraq, il-perċentwal tal-ħalib tan-nagħaġ u tal-baqar.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


Rettifikazzjonijiet

19.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 308/33


Rettifika għall-għajnuna ta' li Stat N 574/05 — Italja

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 133 tal-15 ta' Ġunju 2007 )

(2007/C 308/11)

F'paġna 6, fl-ewwel u t-tieni linja ta' l-għajnuna ta' li Stat N 574/05:

minflok:

“Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

22.12.2007

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 574/05”,

aqra:

“Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

22.12.2006

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 574/06”.