ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 304

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
15 ta' Diċembru 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Bank Ċentrali Ewropew

2007/C 304/01

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2007 lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta' Malta (BĊE/2007/17)

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 304/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4872 — Eurovia/Compagnie Signature/JV) ( 1 )

2

2007/C 304/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4914 — Carlyle/Sequa) ( 1 )

2

2007/C 304/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4906 — CPI Europe Fund/Corpus/Real Estate Portfolio) ( 1 )

3

2007/C 304/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4953 — Sony Ericsson/Motorola/UIQ) ( 1 )

3

2007/C 304/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4923 — Avnet/Acal IT Solutions) ( 1 )

4

2007/C 304/07

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

5

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 304/08

Rata tal-kambju ta' l-euro

7

2007/C 304/09

Il-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni 2007-2013 — Pubblikazzjoni tal-Gwida tal-Programm validu mill-1 ta' Jannar 2008

8

2007/C 304/10

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fl-429 laqgħa tiegħu tad-9 ta' Lulju 2007 dwar deċiżjoni abbozz relatata ma' l-Każ COMP/E-2/39.143 — Opel

11

2007/C 304/11

Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-Każ COMP/E-2/39.143 — Opel (Skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/462/KE, KEFA tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza ta' l-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

12

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2007/C 304/12

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

13

2007/C 304/13

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

15

2007/C 304/14

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

21

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Kummissjoni

2007/C 304/15

Avviż lill-Operaturi Ekonomiċi — Importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti tat-tessuti u ta' l-ilbies li joriġinaw fiċ-Ċina għas-sena 2008

25

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni

2007/C 304/16

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4765 — Symantec/Huawei/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

29

 

2007/C 304/17

Avviż

30

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Bank Ċentrali Ewropew

15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 304/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta' Novembru 2007

lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta' Malta

(BĊE/2007/17)

(2007/C 304/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa 'l quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”), u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Eurosistema huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrikkmandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

(2)

Bis-saħħa ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/504/KE ta' l-10 ta' Lulju 2007 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Malta tal-valuta waħda fl-1 ta' Jannar 2008 (1), Malta issa tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta' l-euro, u d-deroga favur ta' Malta msemmija fl-Artikolu 4 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 hija abrogata b'effett mill-1 ta' Jannar 2008.

(3)

Bis-saħħa ta' l-Artikolu 20 ta' l-Att kif emendat dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta, li jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008, l-istqarrijiet finanzjarji annwali tal-Bank Ċentrali ta' Malta huma vverifikati skond l-Artikolu 27 ta' l-Istatut tas-SEBĊ.

(4)

Il-Bank Ċentrali ta' Malta għażel lil PricewaterhouseCoopers u Ernst & Young bħala l-awdituri esterni indipendenti konġunti għas-sena finanzjarja 2008,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrikkmandat li PricewaterhouseCoopers u Ernst & Young għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni konġunti tal-Bank Ċentrali ta' Malta għas-sena finanzjarja 2008.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fid-29 ta' Novembru 2007.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 186, 18.7.2007, p. 29.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 304/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4872 — Eurovia/Compagnie Signature/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 304/02)

Fil-21 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Franċiż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4872. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 304/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4914 — Carlyle/Sequa)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 304/03)

Fit-18 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4914. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 304/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4906 — CPI Europe Fund/Corpus/Real Estate Portfolio)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 304/04)

Fid-29 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ġermaniż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4906. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 304/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4953 — Sony Ericsson/Motorola/UIQ)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 304/05)

Fil-11 ta' Diċembru 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4953. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 304/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4923 — Avnet/Acal IT Solutions)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 304/06)

Fil-11 ta' Diċembru 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4923. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 304/5


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 304/07)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

9.11.2007

Għajnuna Nru

N 391/06

Stat Membru

Id-Danimarka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Reduktion af afgift på brændsler til fjernvarmeproduktion mod samme niveau som ved kraftvarmeproduktion

Il-bażi legali

L81, vedtaget af Folketinget 16.12.2005: Forslag til lov om ændring af forskellige miljø- og energiafgiftslove; and; L156, 3 vedtaget af Folketinget 0.05.2006: Forslag til lov om ændring af lov om elforsyning, lov om naturgasforsyning, lov om varmeforsyning, lov om Energinet Danmark, lov om planlægning, lov om kommunal udligning og generelle tilskud til kommuner og amtskommuner og lov om kuldioxidafgift af visse energiprodukter

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Il-ħarsien ta' l-ambjent, L-iffrankar ta' l-enerġija

Il-forma ta' l-għajnuna

Tnaqqis tar-rata tat-taxxa

L-Estimi

Baġit annwali: 20 miljun DKK; Baġit globali: 80 miljun DKK

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.7.2006-1.7.2010

Setturi ekonomiċi

L-enerġija

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Skatteministeriet

Nikolai Eigtveds Gade 28

DK-1402 København K

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

10.10.2007

Għajnuna Nru

N 349/07

Stat Membru

Franza

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Soutien de l'Agence de l'innovation industrielle en faveur du programme OSIRIS

Il-bażi legali

Régime N 121/06

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta, Għotja rimborsabbli

L-Estimi

Baġit globali: 31,259 miljun EUR

L-intensità

45 %

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2014

Setturi ekonomiċi

L-industrija kimika u farmaċewtika

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Agence de l'innovation industrielle

195, Bd Saint Germain

F-75007 Paris

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 304/7


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

L-14 ta' Diċembru 2007

(2007/C 304/08)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4509

JPY

Yen Ġappuniż

163,99

DKK

Krona Daniża

7,4622

GBP

Lira Sterlina

0,7157

SEK

Krona Żvediża

9,4217

CHF

Frank Żvizzeru

1,6668

ISK

Krona Iżlandiża

90,75

NOK

Krona Norveġiża

7,975

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,585274

CZK

Krona Ċeka

26,415

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

253,01

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6967

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,6123

RON

Leu Rumen

3,5503

SKK

Krona Slovakka

33,399

TRY

Lira Turka

1,7142

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6704

CAD

Dollaru Kanadiż

1,485

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,3143

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8701

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0982

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 349,92

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,9093

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,6953

HRK

Kuna Kroata

7,3106

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 533,27

MYR

Ringgit Malażjan

4,8155

PHP

Peso Filippin

59,777

RUB

Rouble Russu

35,702

THB

Baht Tajlandiż

43,74


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 304/8


Il-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni 2007-2013 — Pubblikazzjoni tal-Gwida tal-Programm validu mill-1 ta' Jannar 2008

(2007/C 304/09)

Daħla

Fil-15 ta' Novembru 2006, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE (1) li tistabbilixxi l-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013. Fil-Gwida tal-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni hemm inklużi linji gwida għall-implimentazzjoni tal-Programm u għall-benefiċjarji potenzjali biex japplikaw għall-għotjiet ta' flus Komunitarji.

I.   Klawsola ta' Prekawzjoni

Il-Gwida tal-Programm ma torbotx legalment lill-Kummissjoni.

L-implimentazzjoni tal-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni fl-2008 kif previst fil-Gwida tal-Programm hu soġġett għall-adozzjoni tal-baġit ta' l-2008 għall-Unjoni Ewropea mill-awtorità baġitarja.

II.   Għanijiet u prijoritajiet

L-għanijiet ġenerali ddikjarati fil-bażi legali tal-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni huma dawn li ġejjin,

il-promozzjoni b'mod ġenerali ta' ċittadinanza attiva taż-żgħażagħ u ċ-ċittadinanza Ewropea tagħhom b'mod partikolari,

l-iżvilupp tas-solidarjetà u l-promozzjoni tat-tolleranza fost iż-żgħażagħ, b'mod partikolari sabiex tiġi nkoraġġuta l-koeżjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea,

l-inkoraġġiment għal komprensjoni reċiproka bejn iż-żgħażagħ f'pajjiżi differenti,

il-kontribuzzjoni biex tiġi żviluppata l-kwalità ta' sistemi ta' appoġġ għall-attivitajiet taż-żgħażagħ u l-kapaċitajiet ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-qasam taż-żgħażagħ,

il-promozzjoni ta' kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ.

Dawn l-għanijiet ġenerali għandhom jiġu implimentati fuq il-livell ta' proġett billi jiġu kkunsidrati l-prijoritajiet permanenti li ġejjin:

Iċ-ċittadinanza Ewropea

Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ

Id-diversità kulturali

L-inklużjoni ta' żgħażagħ b'inqas opportunitajiet

III.   Struttura tal-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni

Sabiex jilħaq l-għanijiet tiegħu, il-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni jipprevedi ħames azzjonijiet operattivi.

Azzjoni 1 — Iż-Żgħażagħ għall-Ewropa

Il-Gwida tal-Programm jipprepara b'mod iddettaljat is-sostenn għas-sottoazzjonijiet li ġejjin:

Sottoazzjoni 1.1 — L-Iskambji taż-Żgħażagħ: L-Iskambji taż-Żgħażagħ joffru opportunità għal gruppi ta' żgħażagħ minn pajjiżi differenti biex jiltaqgħu u jitgħallmu dwar il-kulturi ta' xulxin. Il-gruppi jippjanaw flimkien l-Iskambju taż-Żgħażagħ tagħhom madwar tema ta' interess reċiproku.

Sottoazzjoni 1.2 — L-Inizjattivi taż-Żgħażagħ: L-Inizjattivi taż-Żgħażagħ isostnu proġetti ta' gruppi mfassla fuq livell lokali, reġjonali u nazzjonali. Tappoġġja wkoll in-netwerking ta' proġetti simili bejn pajjiżi differenti, sabiex jissaħħaħ l-aspett Ewropew tagħhom u titkabbar il-kooperazzjoni u l-iskambji ta' l-esperjenzi bejn iż-żgħażagħ.

Sottoazzjoni 1.3 — Il-Proġetti ta' Demokrazija taż-Żgħażagħ: Il-Proġetti ta' Demokrazija taż-Żgħażagħ isostnu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika tal-komunità lokali, reġjonali jew nazzjonali tagħhom u fuq livell internazzjonali.

Azzjoni 2 — Is-Servizz ta' Volontarjat Ewropew

L-Azzjoni ssostni l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f'forom varji ta' attivitajiet ta' volontarjat, kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni Ewropew. Taħt din l-Azzjoni, iż-żgħażagħ jieħdu sehem individwalment jew fi gruppi, f'attivitajiet bla ħlas barra pajjiżhom, li ma għandhomx skop ta' qligħ.

Azzjoni 3 — Iż-Żgħażagħ fid-Dinja

Il-Gwida tal-Programm jipprepara b'mod iddettaljat is-sostenn għas-sottoazzjoni li ġejja:

Azzjoni 3.1 — Il-kooperazzjoni mal-Pajjiżi Ġirien ta' l-Unjoni Ewropea: din is-sottoazzjoni ssostni proġetti ma' Pajjiżi Partners Ġirien, prinċipalment Proġetti ta' Skambji ta' Żgħażagħ u ta' Netwerking fil-qasam taż-żgħażagħ.

Azzjoni 4 — Is-Sistemi ta' Appoġġ għaż-Żgħażagħ

Il-Gwida tal-Programm tipprepara b'mod iddettaljat is-sostenn għas-sottoazzjoni li ġejja:

Sottoazzjoni 4.3 — It-Taħriġ u n-Netwerking ta' dawk attivi fix-xogħol u fl-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ: din is-sottoazzjoni ssostni b'mod partikolari kemm l-iskambju ta' l-esperjenzi, il-kompetenzi u l-prattiċi tajba kif ukoll l-attivitajiet li jistgħu jwasslu għal proġetti ta' kwalità li jdumu fit-tul, għal partenarjati u netwerks.

Azzjoni 5 — L-appoġġ għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ

Il-Gwida tal-Programm tipprepara b'mod iddettaljat is-sostenn għas-sottoazzjoni li ġejja:

Sottoazzjoni 5.1 — Il-laqgħat taż-żgħażagħ u ta' dawk responsabbli mill-politika taż-żgħażagħ: din is-Sottoazzjoni tappoġġa l-kooperazzjoni, seminars u strutturi ta' djalogu bejn iż-żgħażagħ, dawk attivi fix-xogħol taż-żgħażagħ u dawk responsabbli mill-politika taż-żgħażagħ.

IV.   Applikanti eliġibbli

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu minn:

organizzazzonijiet volontarji u mhux governattivi

entitajiet pubbliċi lokali u reġjonali

gruppi informali ta' żgħażagħ

entitajiet attivi fil-livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ

organizzazzjonijiet volontarji internazzjonali

organizzazzjonijiet mhux volontarji li jorganizzaw avveniment fil-qasam taż-żgħażagħ, l-isport jew il-kultura.

L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti legalment f'wieħed mill-Programmi jew fil-Pajjiżi Partners Ġirien fil-Balkani tal-Punent.

Xi Azzjonijiet tal-Programm huma madankollu mmirati lejn firxa aktar limitata ta' promoturi. L-eliġibilità ta' promoturi applikanti hi għalhekk iddefinita fil-Gwida tal-Programm speċifikament għal kull Azzjoni/Sottoazzjoni.

V.   Pajjiżi eliġibbli

Il-Programm miftuħ għall-pajjiżi li ġejjin:

a)

l-Istati Membri ta' l-UE;

b)

l-Istati ta' l-EFTA li huma membri tal-Ftehim taż-ŻEE, skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim (l-Iżlanda, Liechtenstein u n-Norveġja);

ċ)

il-pajjiżi kandidati li jgawdu minn strateġija ta' qabel is-sħubija, skond il-prinċipji ġenerali u l-kundizzjonijiet u l-arranġamenti ġenerali ddefiniti fil-ftehimiet ta' qafas konklużi ma' dawn il-pajjiżi għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi Komunitarji;

d)

il-pajjiżi terzi li ffirmaw ftehimiet mal-Komunità rilevanti għall-qasam taż-żgħażagħ.

Xi Azzjonijiet tal-Programm huma madankollu mmirati lejn firxa aktar limitata ta' pajjiżi. L-eliġibilità tal-pajjiżi hi għalhekk iddefinita fil-Gwida tal-Programm speċifikament għal kull Azzjoni/Sottoazzjoni.

VI.   Baġit u Dewmien

Il-Programm għandu baġit totali ta' 885 miljun EUR għall-perjodu 2007-2013. Il-baġit annwali huwa soġġett għal deċiżjoni mill-awtoritajiet baġitarji.

VII.   Aktar Informazzjoni

Aktar informazzjoni inklużi d-dettalji dwar skadenzi għall-għoti tal-fondi, tinstab fil-Gwida tal-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni fis-siti li ġejjin:

http://ec.europa.eu/youth

http://eacea.ec.europa.eu/youth/index_en.htm


(1)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 6.


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 304/11


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fl-429 laqgħa tiegħu tad-9 ta' Lulju 2007 dwar deċiżjoni abbozz relatata ma' l-Każ COMP/E-2/39.143 — Opel

(2007/C 304/10)

1.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni li fid-dawl tal-prattiċi deskritti fid-deċiżjoni abbozz, il-ftehimiet li ntaħqu bejn General Motors Europe u l-imsieħba awtorizzati tagħha Opel/Vauxhall wara li sar il-bejgħ, huma suxxettibbli li jikkawżaw problemi fuq livell ta' kompetizzjoni fis-swieq ta' wara l-bejgħ tal-vetturi tal-mutur.

2.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni li l-proċeduri f'dan il-każ jistgħu jiġu konklużi permezz ta' deċiżjoni skond l-Artikolu 9 (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1).

3.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni li fid-dawl ta' l-impenji offruti minn General Motors Europe, m'għadx hemm raġunijiet għal azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 9 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003.

4.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni li General Motors Europe għandha tkun marbuta mill-impenji sal-31 ta' Mejju 2010.

5.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jitolbu lill-Kummissjoni biex tqis il-punti l-oħra kollha li tqajmu waqt id-diskussjoni.

6.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jirrakkomandaw il-pubblikazzjoni ta' l-opinjoni tal-Kumitat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 304/12


Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-Każ COMP/E-2/39.143 — Opel

(Skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/462/KE, KEFA tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza ta' l-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

(2007/C 304/11)

L-abbozz tad-Deċiżjoni ppreżentat lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) dwar il-provvediment ta' informazzjoni teknika għat-tiswija tal-vetturi ta' General Motors Europe's (GME) tal-marka Opel u Vauxhall.

Il-Kummissjoni fetħet investigazzjoni dwar il-provvediment ta'informazzjoni teknika lir-riparaturi indipendenti fit-22 ta' Diċembru 2004, wara pubblikazzjoni ta' studju mill-istitut ta'ricerka Ġermaniz IKA. Fl-1 ta' Diċembru 2006 il-Kummissjoni fethet proceduri taht il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u adottat evalwazzjoni preliminari kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Din l-evalwazzjoni stabbilixxiet it-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni, li kien li GME jidher li eskludiet lil kulħadd minn aċċess totali għall- informazzjoni teknika tagħha ħlief lir-riparaturi awtorizzati tagħha. L-evalwazzjoni preliminari tal Kummissjoni ntbagħtet lil GME fl-1 ta' Diċembru 2006.

Bħala risposta għal din, GME ipprezentat l-impenji fid-9 ta' Frar 2007.

Fit-22 ta' Marzu 2007, il-Kummissjoni ppublikat notifika fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea konformi ma' l-Artikolu 27(4) tar Regolament (KE) Nru 1/2003, li tistieden lill-kumpaniji interessati biex jibagħtu l-kummenti fuq din in-notifika sa xahar mill-pubblikazzjoni tagħha. Il-kummenti rċevuti bħala twegieba għal din l-istedina, principalment jikkonfermaw l-effikaċja ta' l-impenji proposti minn GME.

Il-Kummissjoni issa waslet għall-konklużjoni li minħabba l-impenji proposti minn GME, u bla ħsara ghall-Artiklu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 m'hemmx iktar lok għal azzjoni.

F'Deċiżjoni taħt l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, ma kien stabbilit li kien hemm ebda ksur fir-regolamenti dwar il-kompetizzjoni, iżda l-partijiet jaċċettaw li jirrimedjaw it-tħassib espress mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni preliminari. F'dan il-proċess hemm ir-rieda miż-żewġ naħat li jissimplifikaw il-ħtiġiet amministrattivi u legali li huma inerenti f'investigazzjoni sħiħa dwar ksur suspettat. Din hi r-raġuni għaliex f'diversi Deċiżjonijiet li ttieħdu diġà mill-Kulleġġ (2), kien aċċettat li l-proċess ikun sodisfaċenti meta l-partijiet jinfurmaw lill-Kummissjoni li huma rċevew aċċess suffiċjenti għall-informazzjoni li huma kkunsidraw li kienet neċessarja biex jipproponu impenji sabiex jilqgħu għat-tħassib espress mill-Kummissjoni.

Dan il-każ ukoll kien ittrattat bl-istess mod, billi l-GME kienu ssottomettew Dikjarazzjoni lill-Kummissjoni għal dan il-għan fl-24 ta' Mejju 2007.

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, jiena nikkunsidra li f'dan il-każ id-drittijiet tal-partijiet li jkunu mismugħa, ġew irrispettati.

Brussell, il-11 ta' Lulju 2007

Karen WILLIAMS


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  Ara d-Deċiżjoni tat-22.6.2005 COMP/39.116 — Coca-Cola u d-Deċiżjoni tad-19.1.2005 COMP/37.214 — DFB.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 304/13


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

(2007/C 304/12)

Għajnuna Nru

XA 7037/07

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Marche

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali

Legge 1329/65 — agevolazioni per l'acquisto o il leasing di nuove macchine utensili o di produzione

Bażi ġuridika

Deliberazione di giunta regionale n. 404 del 7.5.2007

Nefqa annwali ppjanata jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħti lill-kumpanija

Ammont kumplessiv: 2 000 000 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikolu 4(7), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Iva

Data ta' l-implimentazzjoni

1.6.2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

Sal-30.6.2008

Għan ta' l-għajnuna

Għajnuna lill-SMEs

Iva

Setturi attivi fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli, Artikoli 2(2)(m) u (n)

Iva

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Regione Marche, Servizio Industria, Artigianato, Energia, P.F. Promozione, credito agevolato, finanza innovativa

Via Tiziano, 44

I-60100 Ancona

Tel. (39) 071 806 38 20

http://www.incentivi.mcc.it/html/html/MCC_MARCHE/MCC_MARCHE_LEGGI_SABATINI/section_new_010107.html

Għotjiet kbar ta' għajnuna individwali

Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament

Iva


Numru ta' l-għajnuna

XA 7038/07

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Marche

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi għajnuna individwali

Legge 598/94 — art. 11: agevolazioni per investimenti per l'innovazione tecnologica, la tutela ambientale, l'innovazione organizzativa e commerciale, la sicurezza sui luoghi di lavoro

Bażi ġuridika

Deliberazione di giunta regionale n. 404 del 7.5.2007

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-impriża

500 000 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna

Skond l-Artikolu 4(7) kif emendat bir-Regolament KE 1857/2006

Iva

Data ta' l-implimentazzjoni

1.6.2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

Sal-30.6.2008

Għan ta' l-għajnuna

Għajnuna lill-SMEs

Iva

Setturi ta' l-ipproċessar u kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli skond l-Art 2(2)(m) u (n)

Iva

Isem u l-indrizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Regione Marche, Servizio Industria, Artigianato, Energia, P.F. Promozione, credito agevolato, finanza innovativa

Via Tiziano, 44

I-60100 Ancona

Tel. (39) 071 806 38 20

http://www.incentivi.mcc.it/html/html/MCC_MARCHE/MCC_MARCHE_LEGGI_598_CLASSICA/section_new_010107.html

Għotjiet kbar ta' għajnuna individwali

Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament

Iva


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 304/15


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2007/C 304/13)

Numru XA: XA 167/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Sevnice

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna u/jew l-isem tal-benefiċjarju: „Finančna sredstva za ohranjanje in spodbujanje razvoja kmetijstva in podeželja v občini Sevnica“

Il-bażi ġuridika: Pravilnik o ohranjanju in spodbujanju razvoja kmetijstva in podeželja v občini Sevnica programsko obdobje 2007-2013 (Poglavje II.)

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: 138 500 EUR

 

2008: 194 000 EUR

 

2009: 194 000 EUR

 

2010: 194 000 EUR

 

2011: 194 000 EUR

 

2012: 194 000 EUR

 

2013: 194 000 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.

Investiment f'azjendi agrikoli:

50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati;

40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra;

fejn is-sehem ta' l-għajnuna għall-investiment fil-farms tapplika għall-bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbiliment tagħhom, tingħata għajnuna ta' 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati jew 50 % f'żoni oħra.

L-għan ta' l-għajnuna huwa għal investiment biex jiġu restawrati l-karatteristiċi tal-farms, biex jinxtara tagħmir użat fil-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'għelejjel permanenti, għat-titjib tal-mergħat.

2.

Konservazzjoni tal-pajżaġġi u l-bini tradizzjonali:

għal karatteristiċi mhux produttivi sa 100 % ta' l-ispejjeż reali;

għal mezzi ta' produzzjoni agrikola sa 75 % ta' l-ispejjeż reali f'żoni anqas vantaġġati jew 60 % f'żoni oħra (bini tal-farms: fosos tal-qamħ, xtillieri għat-tnixxif, kaxxi tan-naħal, imtieħen, segeriji) sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-produzzjoni potenzjali;

għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu tradizzjonali ta' materjali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini

3.

Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

appoġġ muniċipali jġib id-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-prodotti kontra kundizzjonijiet avversi tat-temp ikklassifikati bħala diżastri naturali u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra r-riskju tal-qerda minħabba mard

4.

Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fuq proċeduri legali u amministrattivi

5.

Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

għajnuna tingħata sa 100 % ta' l-ispejjeż fil-forma ta' servizzi ssussidjati (m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi) għall-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, għas-servizzi ta' konsulenza, għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, eżibizzjonijiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi, websajts u għat-tixrid tas-sejbiet xjentifiċi

Data ta' l-implimentazzjoni: Lulju 2007 (jew id-data li fiha r-Regoli jidħlu fis-seħħ)

Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali: Tmiem fil-31 ta' Diċembru 2013.

L-għan(ijiet) ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar il-preservazzjoni u l-promozzjoni ta' l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Sevnica għall-perjodu 2007-13 jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, p. 3, 16.12.2006):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajżaġġi u l-bini tradizzjonali;

l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

l-Artikolu 15: Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): l-agrikoltura: Biedja u trobbija tal-bhejjem.

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Sevnica

Glavni trg 19 a

SLO-8290 Sevnica

Indirizz web: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200757&dhid=90254

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-prodotti tinkludi l-kundizzjonijiet avversi tat-temp li ġejjin li jistgħu jiġu kklassifikati bħala diżastri naturali: ġlata fir-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, uragani u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalitajiet, u d-dispożizzjonijiet ġenerali li għandhom jiġu implimentati (il-proċedura għall-allokazjoni ta' l-għajnuna, l-akkumulu ta' l-għajnuna, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

Numru XA: XA 168/07

Stat Membru: Ir-Renju Unit

Reġjun: L-Ingilterra, l-Iskozja, Wales u l-Irlanda ta' Fuq (ir-Renju Unit)

Titolu ta' l-iskema ta' Għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: National Fallen Stock Scheme

Bażi ġuridika: L-iskema mhix statutorja.

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman jeżiġu l-Istati Membri jiżguraw arranġamenti jkunu f'posthom kif xierqa biex iħallu l-prodotti sekondarji ta' l-annimali jiġu disponuti skond ir-Regolament

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont globali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

It-22 ta' Novembru 2007 — il-31 ta' Marzu 2008:

1,41 miljun GBP

L-1 ta' April 2008 — il-21 ta' Novembru 2008:

1,94 miljun GBP

Total:

3,35 miljun GBP

Intensità massima ta' l-għajnuna:

L-intensità ta' l-għajnuna għall-ispejjeż tat-Trasport għall-karkassi ta' l-istokk li miet, miġburin mill-impriżi minn kuntrattur approvat, hija sa 100 % skond l-Artikolu 16 (D) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

L-intensità ta' l-għajnuna għall-ispejjeż tad-disponiment jew għall-inċinerazzjoni tal-karkassi minn kuntrattur approvat, hija sa 75 % skond l-Artikolu 16 (D) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Data ta' l-implimentazzjoni: It-22 ta' Novembru 2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: L-estensjoni tibda fit-: 22 ta' Novembru 2007. Tagħlaq fil-: 21 ta' Novembru 2008. L-aħħar data għall-applikazzjonijiet: il-21 ta' Novembru 2008

Għan ta' l-għajnuna: Sabiex tiġi pprovduta sistema ta' abbonament volontarja megħjuna mill-Istat għall-ġbir u d-disponiment ta' l-istokk li miet f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002

Settur(i) kkonċernat(i): L-iskema tapplika għan-negozji kollha attivi fil-produzzjoni tal-bhejjem

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna: Il-korp statutorju responsabbli mill-iskema huwa:

Department for Environment, Food and Rural Affairs

Food and Farming Group

Area 707, 1A Page Street

London SW1P 4PQ

United Kingdom

L-organizzazzjoni li topera l-iskema hija

The National Fallen Stock Company Ltd

Stuart House

City Road

Peterborough PE1 1QF

United Kingdom

Indirizz tal-web: http://www.nfsco.co.uk/

Alternattivament, tista' tmur fuq is-sit ċentrali ta' l-internet tar-Renju Unit għall-għajnuniet agrikoli ta' l-istat.

www.defra.gov.uk/farm/policy/state-aid/setup/exist-exempt.htm

Tagħrif ieħor: Tagħrif ieħor u iżjed iddettaljat relatat ma' l-eliġibilità u r-regoli ta' l-iskema jinstabu fuq il-ħoloq tas-siti ta' l-internet ta' hawn fuq

Iffirmat u ddatat f'isem id-Department for Environment, Food and Rural Affairs (l-awtorità kompetenti fir-Renju Unit)

Neil Marr

Area 8D, 9 Millbank

C/o Nobel House

17 Smith Square

Westminster

London SW1P 3JR

United Kingdom

XA Number: XA 169/07

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Regione Marche

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna: Legge 1329/65 — agevolazioni per l'acquisto o il leasing di nuove macchine utensili o di produzione

Bażi ġuridika: Deliberazione di giunta regionale n. 404 del 7.5.2007

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema: 2 000 000 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna: Sussidji fuq l-imgħax għax-xiri ta' għodod tal-magni jew apparat għall-produzzjoni ġodda, għajr l-investimenti ta' sostituzzjoni

L-ammont tal-finanzjament huwa ekwivalenti għal 100 % tar-rata ta' referenza, indikata u aġġornata b'digriet tal-Ministro delle Attività Produttive (imsemmija fl-Art. 2(2) tad-D.Lgs. Nru 123/98), fis-seħħ fid-data li fiha waslet it-talba lill-MCC, entità li tiġġestixxi f'isem ir-Regione Marche

L-intensità gross ta' l-għajnuna ma tistax tkun ogħla minn 40 % ta' l-investimenti eliġibbli, jew 50 % ta' l-investimenti eliġibbli fiż-żoni żvantaġġati jew fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 36(a)(i), (ii) u (iii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, stabbiliti mill-Istati Membri skond l-Artikoli 50 u 94 ta' l-istess Regolament;

l-ammont globali ta' l-għajnuniet mogħtija lil impriża individwali ma jistax ikun ogħla minn 400 000 EUR mħallsa fuq kwalunkwe perjodu ta' tliet snin finanzjarji, jew 500 000 EUR jekk l-azjenda tinsab f'żona żvantaġġata jew fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 36(a)(i), (ii) u (iii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, stabbiliti mill-Istati Membri skond l-Artikoli 50 u 94 ta' l-istess Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni: 1 ta' Ġunju 2007, f'kull każ, l-ewwel għotja ssir meta jiġi kkomunikat in-numru ta' identifikazzjoni mogħti mill-Kummissjoni ladarba tasallha l-informazzjoni fil-qosor

Tul ta' żmien ta' l-iskema:

Għan ta' l-għajnuna: Għajnuna għall-investimenti sabiex jintlaħqu l-għanijiet li ġejjin: tnaqqis fin-nefqa tal-produzzjoni, titjib u konverżjoni tal-produzzjoni, titjib tal-kwalità, ħarsien u titjib ta' l-ambjent naturali u tal-kundizzjonijiet ta' l-iġjene u tal-benesseri ta' l-annimali skond kif stabbilit fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Artikolu ta' referenza tar-Regolament (KE) Nru1857/06: Art 4

Investimenti relatati ma' prodotti esklużi mill-għajnuniet għal raġunijiet ta' kapaċità eċċessiva jew nuqqas ta' opportunitajiet ta' bejgħ fis-suq mhumiex eliġibbli; hekk kif ukoll l-“investimenti ta' sostituzzjoni”, investimenti maħsuba sempliċement biex jissostitwixxu l-makkinarji, jew parti minnhom, b'makkinarji ġodda u aġġornati, mingħajr ma tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni b'aktar minn 25 % jew mingħajr ma tinbidel sostanzjalment in-natura tal-produzzjoni jew tat-teknoloġija użata; ma jistgħux jingħataw għajnuniet għal investimenti relatati mat-twettiq ta' xogħlijiet ta' dranaġġ jew impjanti u xogħlijiet ta' tisqija, sakemm dawn l-investimenti jwasslu għal tnaqqis ta' talanqas 25 % fil-konsum preċedenti ta' l-ilma; ma jistgħux jingħataw għajnuniet għall-fabbrikazzjoni ta' prodotti li jimitaw jew jissostitwixxu l-ħalib u prodotti tal-ħalib

Settur(i) konċernat(i): L-iskema tapplika għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fis-settur ta' l-ipproċessar u kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli inklużi fl-Anness I tat-Trattat tal-KE kif stabbilit mill-Artikolu 2(2)(m) u (n) tar-Regolament (KE) Nru 70/01

Isem u l-indrizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione Marche, Servizio Industria, Artigianato, Energia, P.F. Promozione, credito agevolato, finanza innovativa

Via Tiziano, 44

I-60100 Ancona

tel. (39) 386 07 18 20

Sit ta' l-internet: http://www.incentivi.mcc.it/html/html/MCC_MARCHE/MCC_MARCHE_LEGGI_SABATINI/section_new_010107.html

Tagħrif ieħor: In-nefqa annwali hija kumulattiva għaż-żewġ liġijiet ċitati fil-bażi ġuridika kif ukoll komprensiva tan-nefqa annwali ppjanata mill-iskema bl-istess bażi ġuridika u maħsuba għall-SMEs attivi fis-settur ta' l-ipproċessar u kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli u dawk attivi fis-setturi ekonomiċi oħrajn

XA Number: XA 170/07

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Regione Marche

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna: Legge 598/94 — art.11 Agevolazioni per investimenti per l'innovazione tecnologica, la tutela ambientale, l'innovazione organizzativa e commerciale, la sicurezza sui luoghi di lavoro

Bażi ġuridika: Deliberazione di giunta regionale n. 404 del 7.5.2007

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema: 4 000 000 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna: Sussidji fuq l-imgħax

100 % tar-rata ta' referenza, indikata u aġġornata b'digriet tal-Ministro delle Attività Produttive (imsemmija fl-Art. 2(2) tad-D.Lgs. Nru 123/98), fis-seħħ fid-data li fiha waslet it-talba lill-MCC, entità li tiġġestixxi f'isem ir-Regione Marche

L-intensità gross ta' l-għajnuna ma tistax tkun ogħla minn 40 % ta' l-investimenti eliġibbli, jew 50 % ta' l-investimenti eliġibbli fiż-żoni żvantaġġati jew fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 36(a)(i), (ii) u (iii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, stabbiliti mill-Istati Membri skond l-Artikoli 50 u 94 ta' l-istess Regolament;

l-ammont globali ta' l-għajnuniet mogħtija lil impriża individwali ma jistax ikun ogħla minn 400 000 EUR mħallsa fuq kwalunkwe perjodu ta' tliet snin finanzjarji, jew 500 000 EUR jekk l-azjenda tinsab f'żona żvantaġġata jew fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 36(a)(i), (ii) u (iii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, stabbiliti mill-Istati Membri skond l-Artikoli 50 u 94 ta' l-istess Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni: 1ta' Ġunju 2007, f'kull każ, l-ewwel għotja għandha ssir meta jiġi kkomunikat in-numru ta' identifikazzjoni mogħti mill-Kummissjoni ladarba tasallha l-informazzjoni fil-qosor

Tul ta' żmien ta' l-iskema:

Għan ta' l-għajnuna: Għajnuna għall-investimenti sabiex jintlaħqu l-għanijiet li ġejjin: tnaqqis tan-nefqa għall-produzzjoni, titjib u konverżjoni tal-produzzjoni, titjib tal-kwalità, ħarsien u titjib ta' l-ambjent naturali u tal-kundizzjonijiet ta' l-iġjene u tal-benesseri ta' l-annimali skond kif stabbilit fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Artikolu ta' referenza tar-Regolament (KE) Nru 1857/06: Art 4

Investimenti relatati ma' prodotti esklużi mill-għajnuniet għal raġunijiet ta' kapaċità eċċessiva jew nuqqas ta' opportunitajiet ta' bejgħ fis-suq mhumiex eliġibbli; hekk kif ukoll l-“investimenti ta' sostituzzjoni”, investimenti maħsuba sempliċement biex jissostitwixxu l-makkinarji, jew parti minnhom, b'makkinarji ġodda u aġġornati, mingħajr ma tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni b'aktar minn 25 % jew mingħajr ma tinbidel sostanzjalment in-natura tal-produzzjoni jew tat-teknoloġija użata; ma jistgħux jingħataw għajnuniet għal investimenti relatati mat-twettiq ta' xogħlijiet ta' dranaġġ jew impjanti u xogħlijiet ta' tisqija, sakemm dawn l-investimenti jwasslu għal tnaqqis ta' talanqas 25 % fil-konsum preċedenti ta' l-ilma; ma jistgħux jingħataw għajnuniet għall-fabbrikazzjoni ta' prodotti li jimitaw jew jissostitwixxu l-ħalib u prodotti tal-ħalib

Settur(i) konċernat(i): L-iskema tapplika għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fis-settur ta' l-ipproċessar u kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli inklużi fl-Anness I tat-Trattat tal-KE kif stabbilit mill-Artikolu 2(2)(m) u (n) tar-Regolament (KE) Nru 70/01

Isem u l-indrizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione Marche, Servizio Industria, Artigianato, Energia, P.F. Promozione, credito agevolato, finanza innovativa

Via Tiziano, 44

I-60100 Ancona

tel. (39) 386 07 18 20

Sit ta' l-internet: http://www.incentivi.mcc.it/html/html/MCC_MARCHE/MCC_MARCHE_LEGGI_598_CLASSICA/section_new_010107.html

Tagħrif ieħor: In-nefqa annwali hija kumulattiva għaż-żewġ liġijiet ċitati fil-bażi ġuridika kif ukoll komprensiva tan-nefqa annwali ppjanata mill-iskema bl-istess bażi ġuridika u maħsuba għall-SMEs attivi fis-settur ta' l-ipproċessar u kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli u dawk attivi fis-setturi ekonomiċi oħrajn

Numru XA: XA 182/07

Stat Membru: Ir-Renju Unit

Reġjun: Scotland

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Loch Lomond & The Trossachs National Park Natural Heritage Grant Scheme

Bażi ġuridika: National Parks (Scotland) Act 2000

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

Sena

Nefqa totali

Nefqa massima għal kull benefiċjarju eliġibbli

2007/2008

167 000 GBP (246 655 EUR )

20 000 GBP (29 592 EUR )

2008/2009

167 000 GBP (246 655 EUR )

20 000 GBP (29 592 EUR )

2009/2010

167 000 GBP (246 655 EUR )

20 000 GBP (29 592 EUR )

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-għajnuna tingħata biss għal investimenti li jipproteġu jew isebbħu l-wirt naturali. L-għajnuna tista' titħallas b'waħda minn tliet rati:

Appoġġ tekniku. L-intensità ta' l-għajnuna għall-miżura ta' appoġġ tekniku għandha tkun sa 100 % skond l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006.

L-intensità massima ta' l-għajnuna għax-xogħlijiet kapitali għandha tkun sa 100 % meta għotja tingħata għall-konservazzjoni ta' karatteristiċi tal-wirt li mhumiex produttivi. Madanakollu, ir-rata massima ta' l-għotja għandha titnaqqas skond ir-rati stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1857/2006 meta l-għajnuna hija produttiva.

Jekk l-għajnuna qed titħallas skond l-Artikolu 4, l-intensità massima ta' l-għajnuna mħallsa għandha tkun sa 75 % ta' l-investiment eliġibbli f'żoni żvantaġġati jew f'żoni msemmija fl-Artikolu 36(a)(i)

Data ta' l-implimentazzjoni: L-iskema se tibda fit-13 ta' Awwissu 2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: L-iskema ser tagħlaq għal applikazzjonijiet ġodda fl-20 ta' Jannar 2010

L-aħħar ħlas lil applikanti ser isir fil-31 ta' Marzu 2010

Għan ta' l-għajnuna: The Natural Heritage Grant Scheme (L-Iskema ta' Għajnuna għal Wirt Naturali) hija skema ta' għajnuna kapitali ddisinjata biex tħeġġeġ u tagħti appoġġ għal miżuri li jikkonservaw u jsebbħu l-wirt naturali, u biex tippromwovi l-apprezzament u t-tgawdija tal-kwalitajiet speċjali tal-Park Nazzjonali. “National Park Plan” (Il-Pjan Nazzjonali għal Park) statutorju għal Loch Lomond & The Trossachs National Park jindika l-attivitajiet partikolari li ser jitqiesu bħala prijorità għall-għajnuna biex jinkisbu l-għanijiet

Spejjeż eliġibbli: L-Iskema ta' Għajnuna għal Wirt Naturali tipprovdi ħlas għal kwalunkwe xogħol kapitali, tagħmir, ħlas ta' ħaddiema u/jew professjonisti meħtieġa biex jiżviluppaw u jimplimentaw il-miżuri ta' konservazzjoni u tisbiħ tal-wirt naturali tal-Park u/jew biex jippromwovu l-apprezzament u t-tgawdija tal-kwalitajiet speċjali tal-Park. Dan huwa konformi ma' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Meta x-xogħlijiet kapitali biex jikkonservaw karatteristiċi produttivi tal-wirt u intenzjonati biex jippriservaw u jtejbu l-ambjent naturali jeħtieġu investiment f'azjendi agrikoli, l-għajnuna għandha tkun sa 75 % ta' l-ispejjeż imġarrba. Dan huwa konformi ma' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Rigward l-element ta' appoġġ tekniku ta' l-iskema, l-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu dawk ta' taħriġ tal-bdiewa u l-ħaddiema ta' l-irziezet, b'mod partikolari l-ispejjeż ta' l-organizzazzjoni tal-programm ta' taħriġ u s-servizzi ta' konsulenza. L-għajnuna għandha tingħata f'forma ta' servizzi fuq termini preferenzjali — sabiex ikun hemm konformità ma' l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, m'għandux ikun hemm pagamenti diretti ta' flus lill-produtturi

Settur(i) konċernat(i): L-iskema tapplika għall-produzzjoni ta' prodotti agrikoli

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Loch Lomond & The Trossachs National Park Authority

National Park Headquarters

The Old Station

Balloch G83 8BF

United Kingdom

Indirizz ta' l-internet: http://www.lochlomond-trossachs.org/park/default.asp?p=309&s=3

Inkella, tista' żżur is-sit ċentrali tar-Renju Unit għall-eżenzjonijiet fl-għajnuniet agrikoli mill-Istat fl-indirizz;

http://defraweb/farm/policy/state-aid/setup/exist-exempt.htm

Iċċekkja fuq il-link Loch Lomond

Iffirmat u ddatat f'isem id-Department for Environment, Food and Rural Affairs (l-awtorità kompetenti fir-Renju Unit)

Neil Marr

Agricultural State Aid

Department for Environment, Food and Rural Affairs

Area 8D, 9 Millbank

C/o Nobel House

17 Smith Square

Westminster

London SW1P 3JR

United Kingdom

Numru XA: XA 196/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Muniċipalità ta' Ribnica

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: „Državna pomoč za ohranjanje in razvoj kmetijstva, gozdarstva in podeželja v občini Ribnica“

Bażi ġuridika: Pravilnik o sofinanciranju ukrepov za ohranjanje in razvoj kmetijstva, gozdarstva in podeželja v občini Ribnica

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

40 895 EUR għall-2007

 

44 985 EUR għall-2008

 

49 483 EUR għall-2009

 

54 431 EUR għall-2010

 

56 064 EUR għall-2011

 

57 750 EUR għall-2012

 

59 480 EUR għall-2013

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-għajnuna se tingħata fil-forma ta' għajnuna. It-totali ta' l-intensità massima ta' għajnuna għal kull miżura individwali:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 40 % f'żoni oħrajn.

L-għan ta' l-għajnuna huwa l-investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farms, sabiex jinxtara apparat użat għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti u għall-titjib tal-mergħat.

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali fir-rigward ta' investimenti għal karatteristiċi mhux produttivi;

sa 60 % ta' l-ispejjeż reali, jew 75 % f'żoni żvantaġġati, rigward investimenti fl-assi produttivi tal-farms, sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm;

għajnuna addizzjonali tista' tingħata b'rata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi tipiċi tal-bini.

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjum ta' assigurazzjoni ta' l-uċuħ, tal-prodotti u kontra l-mard tal-bhejjem.

l-għajnuna finanzjarja tingħata fil-forma ta' għotjiet, sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi eliġibbli.

sa 100 % ta' l-ispejjeż fil-forma ta' servizzi ssussidjati għall-miżuri biex titrawwem il-kwalità ta' prodotti agrikoli.

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli li jikkonċernaw l-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, pubblikazzjonijiet, it-tixrid ta' l-għarfien xjentifiku, katalgi u websajts. L-għajnuna għandha tingħata permezz ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Awissu 2007 (jew id-data li fiha r-Regoli jidħlu fis-seħħ).

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013.

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ għall-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar il-miżuri ta' kofinanzjament għall-konservazzjoni, l-agrikoltura, il-forestrija u l-iżvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Ribnica, bl-inklużjoni tal-miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, p. 3, 16.12.2006):

Artikolu 4: Investiment fil-kumpaniji agrikoli;

Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali;

Artikolu 12: Għajnuna ta' ħlas għall-primjums ta' l-assigurazzjoni;

Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

Artikolu 14: Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fil-qasam agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): Agrikoltura: biedja u produzzjoni tal-bhejjem

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Ribnica

Gorenjska cesta 3

SLO-1310 Ribnica

Indirizz elettroniku: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200770&dhid=91162

Tagħrif ieħor: Il-miżura li tikkonċerna l-ħlas tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzjonijiet ta' maltemp simili għal diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (stadji ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna).


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 304/21


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2007/C 304/14)

Numru XA: XA 197/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Muniċipalità ta' Brežice

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: „Finančna sredstva za ohranjanje in spodbujanje razvoja kmetijstva in podeželja v občini Brežice“

Bażi ġuridika: Pravilnik o ohranjanju in spodbujanju razvoja kmetijstva in podeželja v občini Brežice za programsko obdobje 2007-2013

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: 85 544,99 EUR

 

2008: 192 000 EUR

 

2009: 192 000 EUR

 

2010: 192 000 EUR

 

2011: 192 000 EUR

 

2012: 192 000 EUR

 

2013: 192 000 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.

Investimenti f'azjendi agrikoli ta' produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'żoni oħrajn;

fejn is-sehem ta' l-għajnuna għall-investiment fil-farms japplika għall-bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbiliment tagħhom, l-ammont ta' finanzjament pubbliku huwa 10 % ogħla.

L-għan ta' għajnuna huwa investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farms, sabiex jinxtara apparat użat għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti u għall-titjib tal-mergħat

2.

Kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjum ta' assigurazzjoni għall-uċuħ, għal-prodotti u kontra l-mard tal-bhejjem

3.

Appoġġ tekniku fil-qasam agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż li jikkonċernaw l-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi, websajts u t-tixrid ta' l-għarfien xjentifiku. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

4.

Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali imġarrba: din tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Awissu 2007 (jew id-data li fiha r-Regoli jidħlu fis-seħħ)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013.

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ għall-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Kapitolu II ta' abbozz tar-Regoli dwar il-konservazzjoni u l-iżvilupp agrikolu u rurali fil-muniċipalità ta' Brežice għall-perjodu ta' programm 2007-13 bl-inklużjoni tal-miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, p. 3, 16.12.2006):

Artikolu 4: Investiment fl-azjendi agrikoli;

Artikolu 12: Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

Artikolu 14: Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fil-qasam agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): Agrikoltura: biedja u trobbija tal-bhejjem.

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Brežice

Cesta prvih borcev 18

SLO-8250 Brežice

Indirizz elettroniku: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200770&dhid=91136

Tagħrif ieħor: Il-miżura li tikkonċerna l-ħlas tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzjonijiet ta' maltemp simili għal diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar

Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (stadji ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna).

Firma tal-persuna responsabbli għall-muniċipalità ta' Brežice

Ivan MOLAN

Sindku,

Numru XA: XA 198/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Il-muniċipalità ta' Bistrica ob Sotli

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: „Podpora programom razvoja kmetijstva in podeželja v občini Bistrica ob Sotli 2007-2013“

Il-bażi ġuridika: Pravilnik o ohranjanju in spodbujanju razvoja kmetijstva in podeželja v občini Bistrica ob Sotli za izvedbo programov pomoči (Poglavje II.)

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża:

 

2007 — 16 480 EUR

 

2008 — 18 952 EUR

 

2009 — 21 795 EUR

 

2010 — 25 064 EUR

 

2011 — 28 823 EUR

 

2012 — 33 147 EUR

 

2013 — 38 199 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.

Investiment fil-farms għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1257/1999 sa l-2010; ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1698/2005 wara l-2010) jew f'oqsma oħra skond l-Artikolu 36(a)(i), (ii) u (iii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1698/2005 allokati għalhekk mill-Istati Membri skond l-Artikoli 50 u 94 ta' dak ir-Regolament;

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra;

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra fejn l-investiment isir minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbilment tagħhom.

L-għan ta' l-għajnuna huwa li jsir investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farms, biex jinxtara tagħmir għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'għelejjel permanenti u għat-titjib ta' l-art agrikola u tal-mergħat u biex jiġu pprovduti mezzi ta' aċċess fuq il-farms

2.

Konservazzjoni tal-bini tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali fir-rigward ta' elementi mhux produttivi;

sa 75 % ta' l-ispejjeż reali fir-rigward ta' assi produttivi f'farms f'żoni anqas vantaġġati jew 60 % f'żoni oħra, (bini tal-farms: imħażen għall-qmuħ, xtillieri għat-tnixxif, kaxxi tan-naħal) sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-produzzjoni potenzjali

3.

Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u bejn sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni għall-għelejjel u l-prodotti u kontra l-mard tal-bhejjem

4.

Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi reali, inklużi l-ispejjeż ta' spezzjonijiet

5.

Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali mġarrba; dan għandu jingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhux jinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

6.

Forniment ta' l-appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, għas-servizzi ta' konsulenza u għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, it-tixrid ta' għarfien xjentifiku u pubblikazzjonijiet bħal katalgi u websajts. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Awwissu 2007 (jew id-data li fiha r-Regoli jidħlu fis-seħħ)

Tul ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013.

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar il-konservazzjoni u l-promozzjoni ta' l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Bistrica ob Sotli għall-implimentazzjoni tal-programmi ta' l-għajnuna jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, p. 3, 16.12.2006):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

l-Artikolu 5: Konservazzjoni ta' pajżaġġi u bini tradizzjonali;

l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

l-Artikolu 15: Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura: biedja u trobbija tal-bhejjem.

Fil-każ ta' investiment f'azjendi agrikoli, ma tingħatax għajnuna għat-tgħammir taż-żwiemel tat-trott (warm-blooded), tjur tar-razzett jew fniek.

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Bistrica ob Sotli

Bistrica ob Sotli 17

SLO-3256 Bistrica ob Sotli

Indirizz elettroniku:: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200770&dhid=91135

Tagħrif ieħor: Il-miżura li tikkonċerna l-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzjonijiet avversi tat-temp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata fir-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna).

Firma tal-persuna inkarigata

Sindku tal-muniċipalità ta' Bistrica ob Sotli,

Jožef PREGRAD

Numru XA: XA 199/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Il-muniċipalità ta' Velenje

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: „Pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v Mestni občini Velenje za programsko obdobje 2007-2013“

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v Mestni občini Velenje za programsko obdobje 2007-2013

Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu ta' l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża:

 

2007 — 22 196 EUR

 

2008 — 22 771 EUR

 

2009 — 23 652 EUR

 

2010 — 24 542 EUR

 

2011 — 25 438 EUR

 

2012 — 26 710 EUR

 

2013 — 28 045 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.

Investiment f'farms għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni inqas vantaġġati;

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn;

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni inqas vantaġġati, u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn, fejn l-investiment isir minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbiliment tagħhom.

L-għan ta' l-għajnuna huwa li jsir investiment għar-restawr tal-karatteristiċi ta' l-azjendi, biex jinxtara tagħmir għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'għelejjel permanenti u għat-titjib ta' l-art agrikola, biex jiġu pprovduti mezzi ta' aċċess fuq l-azjendi u għall-investiment fil-mergħat

2.

Il-konservazzjoni ta' pajżaġġi u bini tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali fir-rigward ta' karatteristiċi mhux produttivi;

sa 75 % ta' l-ispejjeż reali fir-rigward ta' assi produttivi f'azjendi f'żoni inqas vantaġġati, jew 60 % f'żoni oħrajn, sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità ta' l-azjenda;

l-għajnuna individwali tista' tingħata b'rata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba minħabba l-użu ta' materjal tradizzjonali meħtieġ għall-manteniment tal-karatteristiċi patrimonjali tal-bini

3.

It-trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali, fejn it-trasferiment jikkonsisti sempliċement fiż-żarmar, it-tneħħija u l-bini mill-ġdid ta' faċilitajiet eżistenti;

fejn il-bidwi jgawdi minn faċilitajiet aktar moderni permezz tat-trasferiment, il-bidwi għandu jikkontribwixxi talanqas 60 %, jew 50 % f'żoni inqas vantaġġati, miż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara t-trasferiment. Jekk il-benefiċjarju huwa bidwi żagħżugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha tkun ta' 55 % jew 45 % rispettivament;

fejn it-trasferiment iwassal għal żieda fil-kapaċità ta' produzzjoni, il-kontribuzzjoni mill-benefiċjarju għandu jkun talanqas ugwali għal 60 %, jew 50 % f'żoni inqas vantaġġati, mill-ispejjeż marbutin ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju huwa bidwi żagħżugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha tkun ta' 55 % jew 45 % rispettivament

4.

Għajnuna lejn il-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' appoġġ muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont tal-kofinanzjament ta' primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u bejn sa 50 % mill-ispejjez eliġġibli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni għall-għelejjel u l-prodotti u kontra l-mard tal-bhejjem

5.

Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi eliġibbli mġarrba

6.

Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali mġarrba; dan għandu jingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhux jinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

7.

Forniment ta' appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa, għas-servizzi ta' konsulenza, għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts, u servizzi ta' sostituzzjoni tal-bdiewa meta dawn ikunu ma jifilħux jew bi btala. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhux jinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: 2007 (jew id-data ta' meta r-Regoli jidħlu fis-seħħ)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għal Artikoli firRegolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u spejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar il-konservazzjoni u l-promozzjoni ta' l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Velenje għall-perjodu ta' programmar 2007-13 jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, p. 3, 16.12.2006):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

l-Artikolu 5: Konservazzjoni ta' pajżaġġi u bini tradizzjonali;

l-Artikolu 6: Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku;

l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

l-Artikolu 15: Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Setturi ekonomiċi kkonċernati: Il-biedja u t-trobbija tal-bhejjem.

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Mestna občina Velenje

Titov trg 1

SLO-3320 Velenje

Indirizz elettroniku: http://arhiva.velenje.si/pravilnik %20kmetijstvo %20jul07.doc

Tagħrif ieħor: Il-miżura li tikkonċerna l-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni għal għelejjel u frott ikopri l-kundizzjonijiet avversi tat-temp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata fir-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna).

Firma tal-persuna responsabbli

Srečko MEH

Sindku ta' Velenje


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Kummissjoni

15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 304/25


Avviż lill-Operaturi Ekonomiċi — Importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti tat-tessuti u ta' l-ilbies li joriġinaw fiċ-Ċina għas-sena 2008

(2007/C 304/15)

B'dan l-avviż, l-operaturi tal-Komunità huma mgħarrfa dwar il-punti prattiċi li ġejjin li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' prodotti tat-tessuti u ta' l-ilbies li joriġinaw fiċ-Ċina għas-sena 2008.

Ir-reġim attwali tal-livelli miftiehma ta' importazzjonijiet għall-kategoriji ta' prodotti elenkati fl-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 dwar regoli komuni ta' importazzjonijiet ta' prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi (1) se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2007. Sistema ta' sorveljanza ta' kontroll doppju għal tmien kategoriji ta' prodotti li huma speċifikati hawn taħt se tiġi stabbilita mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2008. Għal dan il-għan ġie adottat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1217/2007 (2) li jemenda l-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93.

Is-sistema ta' sorveljanza ta' kontroll doppju tapplika għal importazzjonijiet li joriġinaw fiċ-Ċina tal-kategorija 4 (T-shirts), kategorija 5 (pullovers), kategorija 6 (qliezet), kategorija 7 (blawzijiet), kategorija 20 (lożor), kategorija 26 (ilbiesi), kategorija 31 (riċipetti), u kategorija 115 (ħajt ta' l-għażel/rami) tal-prodotti tat-tessuti. Iż-żewġ kategoriji li jibqgħu u li huma soġġetti għar-reġim attwali ta' hawn fuq, in-numru 2 u 39, mhumiex inklużi fis-sistema ta' kontroll doppju.

Is-sistema ta' kontroll doppju se tapplika għal prodotti kkunsinnati miċ-Ċina mill-1 ta' Jannar 2008. Biex dawn il-prodotti joħorġu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa tiġi maħruġa liċenzja ta' importazzjoni meta tiġi ppreżentata liċenzja ta' esportazzjoni valida.

Għal prodotti kkunsinnati matul l-2007, japplikaw ir-regoli li ġejjin:

Importazzjonijiet li għalihom jiġu ppreżentati liċenzji ta' importazzjoni qabel il-31 ta' Marzu 2008 jew dakinhar, se jkunu suġġetti għal-livell miftiehem fl-Anness V tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93. Importazzjoni bħal din se teħtieġ liċenzja ta' esportazzjoni valida u d-disponibilità ta' l-ammont korrispondenti ta' prodotti fil-kategorija kkonċernata.

Importazzjonijiet li għalihom jiġu ppreżenatti liċenzji ta' importazzjoni mill-1 ta' April 2008 se jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tar-reġim ta' sorveljanza doppja deskritta hawn fuq. Liċenzja ta' importazzjoni se tiġi maħruġa fuq il-liċenzja ta' esportazzjoni li tikkorrispondi għal prodotti kkunsinnati skond il-livelli miftiehma stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93.

Għall-prodotti kkunsinnati mill-1 ta' Jannar 2008, il-proċedura ta' pproċessar ta' prodotti barra mill-pajjiż (outward processing traffic OPT) u l-importazzjoni ta' prodotti tal-folklor u newl minsuġ bl-id se jibqgħu soġġetti għar-regolamenti fis-seħħ fil-Komunità.

Id-dispożizzjonijiet speċifiċi li jifirdu t-T-shirts tat-tfal fis-sottokategorija 4C kif applikabbli skond ir-reġim attwali tal-livelli miftiehma mhux se jibqgħu japplikaw għal prodotti kkunsinnati taħt is-sistema ta' sorveljanza ta' kontroll doppju.

L-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni jinħarġu mill-awtoritajiet tal-liċenzji ta' importazzjoni ta' l-Istati Membri elenkati fl-Anness I.

Tagħrif addizzjonali jinkiseb minn

http://ec.europa.eu/trade/issues/sectoral/industry/textile/pr091007_en.htm


(1)  ĠU L 275, 8.11.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1217/2007 (ĠU L 275, 19.10.2007, p. 16).

(2)  ĠU L 275, 19.10.2007, p. 16.


ANNESS I

Lista ta' uffiċċji ta' Liċenzji

1.

L-Awstrija

2.

Il-Belġju

Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

Aussenwirtschaftsadministration

Abteilung C2/2

Stubenring 1

A-1011 Wien

Tel.: (43-1) 711 00-0

Fax: (43-1) 711 00-83 86

FOD Economie, KMO, Middenstand en Energie

Economisch Potentieel

KBO-Beheerscel — Vergunningen

Leuvenseweg 44

B-1000 Brussel

Tel: (32-2) 277 67 13

Fax: (32-2) 277 50 63

SPF Économie, PME, Classes moyennes et Énergie

Potentiel économique

Cellule de gestion BCE — Licences

Rue de Louvain 44

B-1000 Bruxelles

Tél: (32-2) 277 67 13

Fax: (32-2) 277 50 63

3.

Il-Bulgarija

4.

Ċipru

Министерство на икономиката и енергетиката

Дирекция „Регистриране, лицензиране и контрол“

ул. „Славянска“ № 8

BG-1052 София

Република България

Тел.: (359) 29 40 70 08/(359) 29 40 76 73/29 40 78 00

Факс:  (359) 29 81 5041/(359) 29 80 47 10/29 88 36 54

Ministry of Commerce, Industry and Tourism

Trade Department

6 Andrea Araouzou Str.

CY-1421 Nicosia

Tel: (357) 22 867 100

Fax: (357) 22 375 120

5.

Ir-Repubblika Ċeka

6.

Id-Danimarka

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Licenční správa

Na Františku 32

CZ-110 15 Praha 1

Tel: (420) 224 90 71 11

Fax: (420) 224 21 21 33

Erhvervs- og Byggestyrelsen

Økonomi- og Erhvervsministeriet

Langelinje Allé 17

DK-2100 København Ø

Tlf. (45) 35 46 60 30

Fax (45) 35 46 60 29

7.

L-Estonja

8.

Il-Finlandja

Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

Harju 11

EE-15072 Tallinn

Tel.: (372) 625 64 00

Faks: (372) 631 36 60

Tullihallitus

PL 512

FI-00101 Helsinki

Puh. (358-9) 61 41

Faksi (358-20) 492 28 52

Tullstyrelsen

PB 512

FI-00101 Helsingfors

Faksi (358-20) 492 28 52

9.

Franza

10.

Il-Ġermanja

Ministère de l'économie, des finances et de l'emploi

Direction générale des entreprises

Service des Industries Manufacturières et des Activités Postales (SIMAP)

Bureau Textile-Importations

Le Bervil, 12 rue Villiot

F-75572 Paris Cedex 12

Tél.: (33 1) 53 44 96 60

Fax: (33 1) 53 44 91 81

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA)

Frankfurter Str. 29-35

D-65760 Eschborn

Tel.: (49) 61 96 9 08-0

Fax: (49) 61 96 9 42 26

11.

Il-Greċja

12.

L-Ungerija

Υπουργείο Οικονομίας & Οικονομικών

Γενική Διεύθυνση Διεθνούς Οικονομικής Πολιτικής

Διεύθυνση Καθεστώτων Εισαγωγών-Εξαγωγών, Εμπορικής Άμυνας

Κορνάρου 1

GR-105 63 Αθήνα

Τηλ. (30) 210 328 6021-22

Fax: (30) 210 328 60 94

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

Margit krt. 85.

H-1024 Budapest.

Postafiók: 1537 Budapest Pf. 345.

Tel: (36-1) 336 7300

Fax: (36-1)336 7302

13.

L-Irlanda

14.

L-Italja

Department of Enterprise, Trade and Employment

Licensing Unit

Block C

Earlsfort Centre

Lower Hatch Street

IRL-Dublin 2

Tel: (353-1) 6312545

Fax: (353-1) 6312562

Ministero del commercio con l'estero

Direzione generale per la politica commerciale e per la gestione del regime degli scambi

DIV. III

Viale America 341

I-00144 Roma

Tel.: (39) 06 59 64 75 17, 59 93 22 02/22 15

Fax: (39) 06 59 93 22 35/22 63

Telex: (39) 06 59 64 75 31

15.

Il-Latvja

16.

Il-Litwanja

Ekonomikas ministrija

Brīvības iela 55

LV-1519 Riga

Tel.: (371) 701 3006

Fax: (371) 728 0882

Lietuvos Respublikos ūkio ministerija

Gedimino pr. 38/2

LT-01104 Vilnius

Tel.: (370) 5 262 87 50/(370) 5 261 94 88

Faks.: (370) 5 262 39 74

17.

Il-Lussemburgu

18.

Malta

Ministère des Affaires Etrangères

Office des licences

Boîte postale 113

L-2011 Luxembourg

Tél.: (352) 47 82 371

Fax: (352) 46 61 38

Ministry for Competitiveness and Communication

Commerce Division, Trade Services Directorate

Lascaris

M-Valletta CMR02

Malta

Tel: (356) 21 237 112

Fax: (356) 21 237 900

19.

L-Olanda

20.

Il-Polonja

Belastingdienst/Douane

Centrale dienst voor in- en uitvoer

Engelse Kamp 2

Postbus 30003

9700 RD Groningen

Nederland

Tel.: (31 50) 523 91 11

Fax: (31 50) 523 22 10

Ministerstwo Gospodarki

Pl. Trzech Krzyzy 3/5

PL-00-950 Warszawa

Tel: (48-22) 693 55 53

Fax: (48-22) 693 40 21

21.

Il-Portugall

22.

Ir-Rumanija

Ministério das Finanças

Direcção Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais sobre o Consumo

Rua Terreiro do Trigo

Edifício da Alfândega

P-1149-060 Lisboa

Tel.: (351) 12 18 814 263

Fax: (351) 12 18 814 261

E-mail: dsl@dgaiec.min-financas.pt

Ministerul Întreprinderilor Mici şi Mijlocii, Comerţ, Turism şi Profesii Liberale

Direcţia Generală Politici Comerciale

Str. Ion Câmpineanu nr. 16

Bucureşti, sector 1

RO-Cod poştal 010036

Tel: (40) 21 315 00 81

Fax: (40) 21 315 04 54

E-mail: clc@dce.gov.ro

23.

Is-Slovakkja

24.

Is-Slovenja

Ministerstvo hospodárstva SR

Oddelenie licencií

Mierová 19

SK-827 15 Bratislava

Tel: (421-2) 485 42 021, 485 47 119

Fax: (421-2) 434 23 919

Ministrstvo za finance

Carinska uprava Republike Slovenije

Carinski urad Jesenice

Center za TARIC in kvote

Spodnji Plavž 6c

SLO-4270 Jesenice

Tel.: (386-4) 297 44 70

Faks: (386-4) 297 44 72

E-mail: taric.cuje@gov.si

25.

Spanja

26.

L-Iżvezja

Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

Secretaría General de Comercio Exterior

Paseo de la Castellana no 162

E-28046 Madrid

Tel.: (34) 913 49 38 17, 349 37 48

Fax: (34) 915 63 18 23, 349 38 31

National Board of Trade (Kommerskollegium)

Box 6803

S-113 86 Stockholm

Tel.: (46-8) 690 48 00

Fax: (46-8) 30 67 59

27.

Ir-Renju Unit

 

Department for Business, Enterprise and Regulatory Reform

Import Licensing Branch

Queensway House

West Precinct

GB-Billingham TS23 2NF

Tel: (44-1642) 36 43 33, 36 43 34

Fax: (44-1642) 36 42 03


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni

15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 304/29


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4765 — Symantec/Huawei/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 304/16)

1.

Fis-16 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Symantec Corporation (“Symantec”, l-Istati Uniti ta' l-Amerka) u Huawei Technologies Co., Ltd. (“Huawei”, P.R. taċ-Ċina) jakkwistaw skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt ta' l-impriża JVCO (“JVCO”, P.R. taċ-Cina) permezz tax-xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa mill-ġdid li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Symantec : fornitur dinji ta' soluzzjonijiet software u hardware u prodotti simili u servizzi li jgħinu lill-individwi u lill-intrapriżi sabiex jassiguraw is-sigurtà, id-disponibbiltà, u l-integrità ta' l-informazzjoni tagħhom.

għal Huawei: fornitur dinji ta' soluzzjonijiet ta' netwerkjar tat-telekomunikazzjonijiet u servizzi simili. Hija tispeċjalizza fir-riċerka u l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' tagħmir tal-komunikazzjoni, u fil-forniment ta' soluzzjonijiet għan-netwerks personalizzati għall-operaturi ta' telecom.

għal JVCO: l-iżvilupp u l-bejgħ ta' soluzzjonijiet għal tagħmir tal-ħżin u soluzzjonijiet għal tagħmir tas-sigurtà.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4765 — Symantec/Huawei/JV, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 304/30


AVVIŻ

Fil-15 ta' Diċembru 2007, fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 304 A, se jiġi ppubblikat il-“Katalgu komuni ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli — Is-seba' suppliment għall-5 edizzjoni kompluta”.

L-abbonati tal-Ġurnal Uffiċjali jistgħu jiksbu l-istess numru ta' kopji u verżjonijiet lingwistiċi ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali bħal dawk li jiksbu mingħajr ħlas. L-abbonati huma mitluba jirritornaw il-formola mehmuża hawnhekk, mimlija u bin-numru sħiħ ta' l-abbonament tagħhom (il-kodiċi jidher fuq ix-xellug ta' kull tikketta u jibda: O/…). Dan il-Ġurnal Uffiċjali se jibqa' disponibbli mingħajr ħlas għal sena mid-data ta' meta jiġi ppubblikat.

Non-abbonati jistgħu jordnaw dan il-Ġurnal Uffiċjali bi ħlas f'wieħed mill-uffiċini ta' bejgħ tagħna (ara http://publications.europa.eu/others/sales_agents_mt.html).

Dan il-Ġurnal Uffiċjali — bħall-Ġurnali Uffiċjali kollha (L, C, CA, CE) — jista' jiġi kkonsultat mingħajr ħlas online fuq http://eur-lex.europa.eu.

Image