ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 296

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
8 ta' Diċembru 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 296/01

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

1

2007/C 296/02

Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej

4

2007/C 296/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4929 — FIAT/ERGOM) ( 1 )

5

2007/C 296/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4680 — CASCO/BAG) ( 1 )

5

2007/C 296/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4699 — Allianz/Selecta) ( 1 )

6

2007/C 296/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4824 — KRAFT/Danone Biscuits) ( 1 )

6

2007/C 296/07

Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

7

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni

2007/C 296/08

Rata tal-kambju ta' l-euro

9

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2007/C 296/09

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006, dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali ( 1 )

10

2007/C 296/10

Proċedura nazzjonali Ungeriża għall-allokazzjoni ta' drittijiet limitati ta' traffiku ta' l-ajru

11

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

8.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 296/1


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(2007/C 296/01)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

11.5.2007

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

NN 8/06

Stat Membru

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Reġjun

Sachsen-Anhalt

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Tierseuchenkasse

Bażi ġuridika

Satzung der Tierseuchenkasse Sachsen-Anhalt über die Gewährung von Beihilfen (Beihilfesatzung)

Gesetz über die Tierseuchenkasse und zur Ausführung des Tierseuchengesetzes (AGTierSG LSA) vom 15.7.2002

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Għan

Prevenzjoni, skansament u determinazzjoni tal-mard ta' l-annimali

Forma ta' għajnuna

Sussidju

Baġit

625 650/EUR sena

Intensità

Varjabbli

Tul ta' żmien

Bla limitu

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità inkarigata mill-għajnuna

Tierseuchenkasse Sachsen-Anhalt

D-39108 Magdeburg

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

29.10.2007

Nru ta' l-għajnuna

N 315/06

Stat Membru

Il-Finlandja

Reġjun

Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Rifużjoni tat-taxxa fuq l-enerġija dwar ċerti prodotti ta' l-enerġija għall-produtturi agrikoli

Bażi ġuridika

Laki maataloudessa käytettyjen eräiden energiatuotteiden valmisteveron palautuksesta; laki nestemäisten polttoaineiden valmisteverosta annetun lain (1472/1994) 10 a §:n muuttamisesta

Tip ta' miżura

Skema ta' l-għajnuna

Għan

Tnaqqqis fl-ispejjeż ta' l-enerġija tal-produzzjoni agrikola primarja

Forma ta' għajnuna

Rifużjoni tat-taxxa

Baġit

Massimu ta' 21 5 miljun EUR kull sena, b'total ta' madwar 190 miljun EUR għat-tul ta' żmien ta' l-iskema

Intensità

Żejt tal-gass: rifużjoni 3.75, taxxa dovuta wara r-rifużjoni 2,96 ċenteżmi/litru; żejt tqil: rifużjoni 1,75, taxxa dovuta wara r-rifużjoni 3,93 ċenteżmi/kg; elettriku: rifużjoni 0,23, taxxa dovuta wara r-rifużjoni 0,50 ċenteżmi/kWh

Tul ta' żmien

11.3.2005-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Anness I

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Valtiovarainministeriö, Verovirasto

PL 28

FI-00023 Valtioneuvosto

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

29.10.2007

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 548/06

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Madrid

Titolu (u/jew l-isem il-benefiċjarju)

Ayudas para la erradicación de la tuberculosis caprina

Bażi ġuridika

Proyecto de Orden de la Consejería de Economía e Innovación Tecnológica por la que se regulan las normas de actuación para la erradicación de la tuberculosis en animales de la especie caprina, se establecen las bases reguladoras y se convocan para el año 2007 las ayudas para la indemnización por el sacrificio de estos animales

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Għanijiet

Kontroll tat-tuberkulosis tal-Kaprini

Forma ta' għajnuna

Għotja diretta

Baġit

300 000 EUR fl-2007

Intensità

Massimu ta' 85 % ta' l-ispejjeż eliġibbli

Tul ta' żmien

Bla limitu

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Comunidad de Madrid

Consejería de Economía e Innovación

Príncipe de Vergara, 132

E-28002 Madrid

Tagħrif ieħor

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

10.5.2007

Numru ta' referenza ta' l-għajnuna

N 737/06

Stat Membru

L-Olanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju)

Compensatie slachtpremie bedrijfsgeruimde dieren (MKZ en BSE)

Bażi ġuridika

Artikel 2 en 4 van de kaderwet LNV-subsidies

Tip ta' miżura

Miżura ta' darba sabiex jiġi kkumpensat il-qtil tal-bhejjem fil-farm b'ordni pubblika

Għan

Kumpens għall-qrid tal-bhejjem, kumpens indaqs għar-raħħala kollha li kellhom il-bhejjem tagħhom maqtula b'ordni pubblika minħabba t-tfaqqigħ tal-mard ta' l-ilsien u d-dwiefer (2001) u tal-BSE (2000-2003)

Forma ta' għajnuna

Ħlas ta' kumpens, għajnuna biex tikkumpensa t-telf minħabba t-tfaqqigħ tal-mard tal-FMD (2001) u tal-BSE (2000-2003)

Baġit

1,65 miljun EUR

Intensità

100 % tat-telf, kumpens għaliex ma ġiex riċevut primjum għall-qatla

Tul ta' żmien

Miżura ta' darba, mħallsa wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għotja

Ministerie van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Postbus 20401

2500 EK Den Haag

Nederland

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm


8.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 296/4


Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej

(2007/C 296/02)

Konformi ma' Artiklu 9(1)(a), it-tieni indent, tar-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru 2658/87 tat- 23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u fuq it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), in-Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej (2) huma emendati kif ġej:

F'paġna 349, daħħal it-test li ġej:

“8544 70 00

Kejbils ta' fibri ottiċi

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll il-kejbils ta' fibri ottiċi, iddisinjati per eżempju, għall-użu fit-telekomunikazzjoni, u magħmulin minn fibri ottiċi miksija individwalment permezz ta' saff dupliċi ta' polimeru ta' l-akrilat imqiegħed f'kejsing protettiv. Il-kisi huwa magħmul minn għant ta' akrilat artab fuq ġewwa u għant ieħor ta' akrilat iebes fuq barra, b'dan ta' l-aħħar miksi b'saff ta' diversi kuluri.

Il-kisi tal-fibri ottiċi individwali jipprovdi protezzjoni u integrità strutturali, per eżempju, billi jipproteġi l-fibri individwali milli jinqasmu.

Image


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-ahhar mir-Regolament (KE) Nru 1352/2007 (ĠU L 303, 21.11.2007, p. 1).

(2)  ĠU C 50, 28.2.2006, p. 1.


8.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 296/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4929 — FIAT/ERGOM)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 296/03)

Fi 20.11.2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4929. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


8.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 296/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4680 — CASCO/BAG)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 296/04)

Fi 26.7.2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4680. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


8.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 296/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4699 — Allianz/Selecta)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 296/05)

Fi 22.6.2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4699. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


8.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 296/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4824 — KRAFT/Danone Biscuits)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 296/06)

Fi 9.11.2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4824. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).


8.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 296/7


Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 296/07)

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

29.10.2007

Għajnuna Nru

N 386/07

Stat Membru

Franza

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Régime cadre d'aides au sauvetage et à la restructuration pour les petites et moyennes entreprises en difficulté

Il-bażi legali

Art. L3231-3, L4211-1, du Code Général des Collectivités Territoriales;

Livre VI Code de Commerce

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Is-salvataġġ ta' impriżi f'diffikultà

Ir-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

Self b'rata ta' imgħax baxxa

Garanzija

L-Estimi

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.9.2007-31.8.2013

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Départements, régions

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm

Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni

20.11.2007

Għajnuna Nru

N 407/07

Stat Membru

Franza

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

L'Agence Nationale de la Recherche

Il-bażi legali

Décret no 2006-963 du 1er août 2006 portant organisation et fonctionnement de l'Agence Nationale de la Recherche

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp

Il-forma ta' l-għajnuna

Għotja diretta

L-Estimi

Baġit annwali: 850 miljun EUR

Baġit globali: 5 100 miljun EUR

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.1.2008-1.12.2014

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Agence Nationale de la Recherche

212, Rue de Bercy, Paris

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/index.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni

8.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 296/9


Rata tal-kambju ta' l-euro (1)

It-7 ta' Diċembru 2007

(2007/C 296/08)

1 euro=

 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4649

JPY

Yen Ġappuniż

163,38

DKK

Krona Daniża

7,4594

GBP

Lira Sterlina

0,72020

SEK

Krona Żvediża

9,4010

CHF

Frank Żvizzeru

1,6550

ISK

Krona Iżlandiża

90,16

NOK

Krona Norveġiża

8,0170

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CYP

Lira Ċiprijotta

0,585274

CZK

Krona Ċeka

26,164

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

252,39

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6978

MTL

Lira Maltija

0,4293

PLN

Zloty Pollakk

3,5854

RON

Leu Rumen

3,5115

SKK

Krona Slovakka

33,173

TRY

Lira Turka

1,7185

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6712

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4708

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,4201

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8795

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,1114

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 346,83

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,8262

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

10,8447

HRK

Kuna Kroata

7,3125

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 583,29

MYR

Ringgit Malażjan

4,8745

PHP

Peso Filippin

61,086

RUB

Rouble Russu

35,8840

THB

Baht Tajlandiż

44,399


(1)  

Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

8.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 296/10


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006, dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna ta' investiment nazzjonali reġjonali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 296/09)

Għajnuna Nru

XR 49/07

Stat Membru

L-Awstrija

Reġjun

Niederösterreich

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem ta' l-intrapriża li tkun qed tirċievi għajnuna ad hoc

Spezielle Richtlinien des Niederösterreichischen Wirtschafts- und Tourismusfonds für die Förderung von Investitionen sowie — als integrierter Bestandteil — die Allgemeinen Richtlinien des Niederösterreichischen Wirtschafts- und Tourismusfonds

Bażi legali

Niederösterreichisches Wirtschafts- und Tourismusfondsgesetz 7300 in der jeweils gültigen Fassung

Tip ta' miżura

Skema ta' għajnuna

Baġit annwali

23,5 miljun EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna

15 %

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament

Data ta' l-implimentazzjoni

1.1.2007

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

31.12.2013

Setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi kollha eliġibbli għal għajnuna ta' investiment reġjonali

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Niederösterreichischer Wirtschafts- und Tourismusfonds beim Amt der NÖ Landesregierung, Abteilung Wirtschaft, Tourismus und Technologie, Abt. WST3

Landhausplatz 1, Haus 14 EG

A-3109 St. Pölten

Tel: (43-2742) 900 51 61 01

E-mail: www.wirtschaftsfoerderung.at

l-indirizz fuq l-internet tal-publikazzjoni ta' l-iskema ta' l-għajnuna

http://www.wirtschaftsfoerderung.at/fs_downloads.htm

Other information


8.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 296/11


Proċedura nazzjonali Ungeriża għall-allokazzjoni ta' drittijiet limitati ta' traffiku ta' l-ajru

(2007/C 296/10)

Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 847/2004 dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tippubblika hawnhekk il-proċedura nazzjonali li ġejja għad-distribuzzjoni ta' drittijiet ta' traffiku ta' l-ajru bejn trasportaturi bl-ajru Komunitarji eliġibbli meta dawn id-drittijiet huma limitati minn fethimiet internazzjonali ta' traffiku ta' l-ajru.

“DIGRIET TAL-GVERN NRU 198/2007

ta'30 ta' Lulju 2007

li jistabbilixxi l-proċedura mitluba skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi

Bis-saħħa tal-poteri tiegħu skond it-Taqsima 73(3)(g) ta' l-Att XCVII ta' l-1995, il-Gvern b'dan jordna dan li ġej:

Ambitu

Taqsima 1.

Għall-finijiet ta' dan id-Digriet, ‘drittijiet limitati ta' traffiku ta' l-ajru’ jfissru drittijiet ta' l-ajru mogħtija skond ftehim bilaterali eżistenti bejn l-Ungerija u pajjiżi terzi, skond liema ftehim tali drittijiet jistgħu jkunu sfruttati biss minn wieħed jew għadd limitat ta' trasportaturi bl-ajru jew huma suġġetti għal restrizzjonijiet oħrajn (bħal frekwenza, kapaċità, punti ta' nżul).

Perjodu ta' validità tal-permess

Taqsima 2.

(1)

Il-permess għall-użu ta' drittijiet limitati ta' traffiku ta' l-ajru li joperaw fuq xi rotot għandu jkun effettiv għal tnax-il perjodu ta' skeda konsekuttivi ta' l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA) mid-data li fiha jibda s-servizz ta' l-ajru kif speċifikat mill-awtorità ta' l-avjazzjoni.

(2)

Il-permess u d-drittijiet hekk mogħtija ma humiex trasferibbli.

Negozjati dwar drittijiet ta' traffiku ta' l-ajru

Taqsima 3.

(1)

Informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta' drittijiet limitati ta' traffiku ta' l-ajru bejn l-Ungerija u pajjiżi mhux Stati Membri ta' l-UE u n-negozjati dwar dawk id-drittijiet għandhom jiġu ppubblikati mill-awtorità ta' l-avjazzjoni fuq is-sit tal-web tagħha 45 jum qabel il-bidu ta' dawn in-negozjati.

(2)

L-informazzjoni hekk ippubblikata għandha tinkludi kif inhu ppjanat li jitmexxew in-negozjati u ż-żmien tagħhom.

(3)

Trasportaturi bl-ajru Komunitarji stabbiliti fit-territorju Ungeriż (minn hawn 'il quddiem: trasportaturi bl-ajru Komunitarji) jistgħu jibgħatu applikazzjoni għal permess fi 30 jum mill-pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni.

(4)

Qabel in-negozjati ppjanati mal-pajjiż terz, it-trasportaturi bl-ajru Komunitarji għandhom jinnotifikaw lill-awtorità ta' l-avjazzjoni bil-miktub, sad-data ta' l-għeluq speċifikata fuq is-sit tal-web, dwar il-pjanijiet ta' operazzjoni tagħhom fir-rigward tal-pajjiż terz ikkonċernat, jekk jippjanaw li joperaw rotta bi drittijiet limitati ta' traffiku ta' l-ajru.

Drittijiet limitati ta' traffiku ta' l-ajru mhux użati

Taqsima 4.

(1)

L-awtorità ta' l-avjazzjoni għandha tippubblika, fuq is-sit tal-web tagħha, informazzjoni dwar kwalunkwe dritt limitat ta' traffiku ta' l-ajru bejn l-Ungerija u pajjiżi mhux Stati Membri ta' l-UE.

(2)

L-awtorità ta' l-avjazzjoni għandha tippubblika, fuq is-sit tal-web tagħha, avviż illi rċiviet l-ewwel applikazzjoni għall-isfruttar ta' drittijiet mhux użati f'sebat ijiem minn meta tintbagħat. Fi 30 jum minn meta din l-informazzjoni tkun ippubblikata, trasportaturi oħra jistgħu japplikaw għall-użu ta' dawn l-istess drittijiet. L-awtorità ta' l-avjazzjoni għandha tippubblika notifika ta' l-applikazzjonijet kollha li tirċievi sad-data ta' l-għeluq, fuq is-sit tal-web tagħha.

Proċedura

Taqsima 5.

(1)

Applikazzjonijiet għal użu ta' drittijiet limitati ta' traffiku ta' l-ajru għandhom jinkludu dan li ġej:

a)

l-isem, uffiċċju rreġistrat, post ta-negozju, u l-kodiċi bi tliet ittri ta' identifikazzjoni tal-linja ta' l-ajru tat-trasportatur Komunitarju;

b)

dettalji tas-servizz ippjanat li ser jopera t-trasportatur (għadd ta' titjiriet fil-ġimgħa, tip ta' ajruplan, kapaċità massima ta' postijiet, kwalunkwe waqfiet skedati u għal kemm żmien se jingħata s-servizz);

c)

pjan tal-kontinwità tan-negozju kif ippjanat mit-trasportatur;

d)

id-data tal-bidu tas-servizz ippjanat;

e)

in-natura tas-servizz: passiġġieri, merkanzija, posta, speċifikazzjonijiet tas-servizz;

f)

dettalji ta' kif is-servizz il-ġdid ser jopera flimkien ma' kwalunkwe netwerk ta' rotot eżistenti operat mit-trasportatur;

g)

iffissar tat-tariffi tar-rotot.

(2)

It-trasportatur bl-ajru Komunitarju għandu jehmeż ma' l-applikazzjoni ċertifikat tal-ħlas tan-noll amministrattiv stipulat taħt dispożizzjoni statutorja separata.

Taqsima 6.

(1)

Meta tkun qed teżamina l-applikazzjonijiet, l-awtorità ta' l-avjazzjoni għandha tqis l-informazzjoni mibgħuta skond it-Taqsima 5(1) fl-evalwazzjoni ekonomika li tagħmel. Din għandha tinkludi evalwazzjoni tal-benefiċċji offruti lil klijenti, l-impatt fuq il-kompetizzjoni intraKomunitarja u aspetti dwar il-ġarr ta' merkanzija u passiġġieri fuq ir-rotta kkonċernata. L-awtorità ta' l-avjazzjoni għandha tfassal il-kriterji għal din l-evalwazzjoni u tippubblikahom fuq is-sit tal-web tagħha.

(2)

L-awtorità ta' l-avjazzjoni għandha, jekk tħoss li hu xieraq, tagħmel seduta pubblika waqt din il-proċedura. Għandha tippubblika l-proċedimenti ta' kwalunkwe seduta bħal din fuq is-sit tal-web tagħha. Il-linji ta' l-ajru li japplikaw għandu jkollom tliet ijiem mill-pubblikazzjoni tal-proċedimenti li fihom jistgħu jibagħtu xi kummenti li jixtiequ jagħmlu.

(3)

L-awtorità ta' l-avjazzjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni tar-rotta li ser tkun operata li tuża d-drittijiet mhuż użati rriklamata, f' 60 jum mis-seduta msemmija fis-subtaqsima (2) jew, fl-assenza ta' dan, f'60 jum mill-iskadenza tat-30 jum ta' l-għeluq ta' l-applikazzjoni stipulata fit-Taqsima 4(2). L-istqarrija ppubblikata tad-deċiżjoni għandha tinkludi l-parti operattiva tagħha.

(4)

Wara evalwazzjoni komprensiva, l-awtorità ta' l-avjazzjoni għandha tagħti l-permess għall-operat lill-applikant ikkunsidrat li huwa l-aħjar, speċjalment rigward servizz tal-passiġġieri u/jew merkanzija, il-promozzjoni ta' kompetizzjoni u l-iżvilupp bilanċjat tas-suq Komunitarju tat-trasport bl-ajru.

Rimedju legali

Taqsima 7.

(1)

Id-deċiżjoni ta' l-awtorità ta' l-avjazzjoni ma hiex suġġetta għal appell amministrattiv.

(2)

L-awtorità ta' l-avjazzjoni għandha tippubblika l-parti operattiva ta' kwalunkwe deċiżjoni meħuda waqt ir-reviżjoni gudizzjarja fuq is-sit tal-web tagħha fi tliet ijiem minn meta d-deċiżjoni tkun innotifikata.

Reviżjoni tal-permessi

Taqsima 8.

(1)

L-awtorità ta' l-avjazzjoni għandha timmonitorja bir-reqqa s-servizzi ta' l-ajru operati taħt il-permess li jinħareġ.

(2)

Għat-talba ta' klwaunkwe trasportatur bl-ajru Komunitarju, l-awtorità ta' l-avjazzjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-iskandenza ta' għaxar perjodi konsekuttivi ta' skedar wara li jingħata l-permess, tirrevedi l-permess abbażi ta' l-elementi innumerati fit-Taqsima 6(4).

(3)

Fi żmien seba' tijiem minn meta tirċievi t-talba għar-reviżjoni, l-awtorità ta' l-avjazzjoni għandha tinnotifika d-detentur tal-permess u tippubblika r-reviżjoni fuq is-sit tagħha. Trasportaturi bl-ajru Komunitarji oħra jistgħu japplikaw biex jużaw l-istess drittijiet ta' traffiku ta' l-ajru fi 30 jum mill-pubblikazzjoni tar-reviżjoni. Fir-reviżjoni sussegwenti, id-dispożizzjonijiet tat-Taqsimiet 4-6 għandhom jiġu applikati kif xieraq.

(4)

L-awtorità ta' l-avjazzjoni għandha tissospendi l-permess b'effett immedjat, f'dawn iċ-ċirkustanzi:

a)

jekk id-detentur ma jipprovdix servizzi ta' l-ajru skond it-termini tal-permess;

b)

jekk id-detentur ma jissodisfax l-obbligi tiegħu skond il-ftehim rilevanti tas-servizz ta' l-ajru jew obbligi internazzjonali oħrajn li abbażi tagħhom inħareġ il-permess;

c)

jekk id-detentur ma jikkonformax mar-regolamenti li japplikaw għall-forniment ta' servizzi ta' l-ajru; sakemm dawn in-nuqqasijiet jitranġaw.

(5)

L-awtorità ta' l-avjazzjoni għandha tirtira l-permess jekk:

a)

id-detentur jinforma lill-awtorità ta' l-avjazzjoni bil-miktub li ma jixtieqx jibqa' jagħmel użu mid-drittijiet limitati ta' traffiku ta' l-ajru;

b)

is-servizzi ta' l-ajru awtorizzati ma jinbdewx fil-perjodu ta' skedar ta' wara d-data tal-bidu speċifikata;

c)

is-servizzi ta' l-ajru awtorizzati jitwaqqfu, u ma jerġgħux jinbdew matul iż-żewġ perjodi ta'skedar konsekuttivi li jmiss;

d)

meta l-operat tas-servizz ta' l-ajru jkun sospiż mill-awtorità minħabba nuqqasijiet fil-prestazzjoni, u dawn ma jitranġawx sa tmiem il-perjodu ta' skedar ta' wara s-sospensjoni;

e)

il-pajjiż terz ma jaċċettax it-trasportatur bl-ajru Komunitarju maħtur, jew l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ma joħroġx jew jiritira l-permess biex jopera r-rotta konċernata.

(6)

It-trasportatur bl-ajru Komunitarju għandu jinnotifika l-awtorità ta' l-avjazzjoni bil-miktub fi tmient ijiem minn kwankwe ċaħda jew irtirar ta' permess kif imsemmi fil-Punt 5e).

(7)

L-awtorità ta' l-avjazzjoni għandha tħabbar l-irtirar tal-permess fuq is-sit tal-web tagħha, u tispeċifika d-data li fiha d-drittijiet ta' traffiku ta' l-ajru konċernati huma kkunsidrati li ma ntużawx.

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Taqsima 9.

Jekk rotta bi drittijiet limitati tat-traffiku ta' l-ajru bejn l-Ungerija u pajjiż terz kienet diġà qiegħda topera qabel ma daħal fis-seħħ dan id-Digriet skond il-leġiżlazzjoni effettiva f'dak il-waqt, tista' ssir talba għal valutazzjoni mill-ġdid tad-drittijiet konċernati hekk kif jiskadu l-għaxar perjodi ta' skedar IATA konsekuttivi ta' wara d-dħul fis-seħħ ta' dan id-Digriet.

Dispożizzjonijiet finali

Taqsima 10.

(1)

Dan id-Digriet għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2007.

(2)

Dan id-Digriet jistipula id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi.

Image

KRITERJI GĦALL-EVALWAZZJONI TA' APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-UŻU DRITTIJIET LIMITATI TA' TRAFFIKU TA' L-AJRU DISPONIBBLI SKOND IT-TAQSIMA 5 TAD-DIGRIET TAL-GVERN NRU 198/2007 TA' 30 TA' LULJU 2007

L-awtorità ta' l-avjazzjoni għandha tibbaża l-evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet fuq il-kriterji li ġejjin:

Kemm tiġi sodisfatta d-domanda għat-trasport bl-ajru (passiġġieri, merkanzija jew servizzi mħallta, jekk it-titjiriet humiex diretti, frekwenza tat-titjiriet, ġranet tat-titjira, sehem mill-kodiċi)

Il-kwalità tas-servizz (inkluż tip u disinn ta' l-ajruplan, kategoriji ta' passiġġieri, trasferibbiltà ta' biljetti, aċċessibbiltà pubblika ta' positijiet tal-bejgħ, faċilitajiet ta' bejgħ ta' biljetti onlajn, faċilitajiet ta' check-in li jistgħu jagħmlu l-passiġġieri stess)

Politika ta' l-ipprezzar (prezz tal-biljett, tnaqqis, possibbiltajiet oħra);

Netwerk ta' rotot eżistenti;

Garanziji ta' l-affidibbiltà ta' l-operat (abbażi tal-pjan tal-kontinwità tan-negozju;

Kwalunkwe dejn pubbliku li għandu jagħti t-trasportatur;

Kontribut ta' l-operazzjonijiet ippjanati biex itejbu s-servizz fuq ir-rotta kkonċernata;

L-eżistenza ta' servizz tal-bejgħ bil-lingwa Ungeriża;

Kontribut għall-iżvilupp tat-turiżmu fl-Ungerija;

Titjib fis-sehem mis-suq Komunitarju fuq ir-rotta konċernata;

Kontribut għall-iżvilupp ta' kompetizzjoni xierqa rigward il-provvista.”