ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 292

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 50
5 ta' Diċembru 2007


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti ta’ l-Awdituri

2007/C 292/01

Rapport mill-Awditur estern dwar il-Kontijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-Sena Finanzjarja 2006

1

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti ta’ l-Awdituri

5.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 292/1


RAPPORT MILL-AWDITUR ESTERN DWAR IL-KONTIJIET TAL-QORTI TA' L-AWDITURI GĦAS-SENA FINANZJARJA 2006

(2007/C 292/01)

AVVIŻ LILL-QARREJJA

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jagħti lill-Qorti ta' l-Awdituri r-responsabbilità biex tivverifika d-dħul u l-infiq kollu tal-Komunità, u d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 276 ta' l-istess Trattat fuq l-għotja tal-kwittanza, il-Qorti ta' l-Awdituri kellha l-kontijiet tal-ġestjoni amministrattiva interna tagħha vverifikati minn awditur estern kull sena, sa mill-għeluq tas-sena finanzjarja 1987.

Ir-rapporti li l-awditur estern tal-Qorti ta' l-Awdituri għamel fir-rigward tal-kontijet tal-Qorti għas-snin finanzjarji 1987 sa 1991 kienu mibgħuta biss liċ-Chairman tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Budget tal-Parlament Ewropew.

Wara deċiżjoni meħuda mill-Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri fil-laqgħa tal-Qorti tat-8 ta' Lulju 1993, ir-rapporti ta' l-awditur estern qed jiġu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, sa mir-rapport għas-sena finanzjarja 1992.

Għall-Qorti ta' l-Awdituri

Michel HERVÉ

Segretarju Ġenerali tal-Qorti ta' l-Awdituri


 

WERREJ

Ċertifikat dwar ir-regolarità u l-affidabilità tar-rendikonti finanzjarji fil-31 ta’ Diċembru 2006

Rapport dwar il-proċeduri amministrattivi u tal-kontabilità, is-solidità tal-ġestjoni finanzjarja u s-sistema ta' kontroll intern

Rendikonti finanzjarji fil-31 ta’ Diċembru 2006

Ċertifikat dwar ir-regolarità u l-affidabilità tar-rendikonti finanzjarji fil-31 ta' Diċembru 2006

Lill-Membri

tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri

Skond l-istruzzjonijiet mogħtija lilna mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri, aħna vverifikajna r-rendikonti finanzjarji tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, li jinkludu l-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2006, il-kont tar-riżultat ekonomiku għas-sena finanzjarja li għalqet f'dik id-data, ir-rendikont tal-likwidità, kif ukoll ir-rendikont tal-varjazzjonijiet ta' l-ekwità, kif ukoll sommarju tal-metodi tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta' spjegazzjoni.

Ir-responsabbiltà tal-Membri tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri fil-preparazzjoni u fil-preżentazzjoni tar-rendikonti finanzjararji

Il-Membri tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri huma responsabbli sabiex jippreparaw u jippreżentaw rendikonti finanzjararji ġusti, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002, ir-regoli ta' l-implimentazzjoni tiegħu, il-prinċipji tal-kontabilità ġeneralment aċċettati u r-Regoli Interni tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri. Din ir-responsabbiltà tinkludi: l-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni ta' sistema tal-kontroll intern marbuta mal-preparazzjoni u mal-preżentazzjoni ġusta tar-rendikonti finanzjarji li ma jkunx fihom dikjarazzjonijiet ħżiena materjali, li jirriżultaw jew minn frodi jew minn żbalji; l-għażla u l-applikazzjoni ta' prinċipji u ta' metodi ta' kontabilità xierqa; u l-preparazzjoni ta' estimi tal-kontabilità li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkostanzi.

Ir-responsabbiltà ta' l-Awditur

Ir-responsabbiltà tagħna hi li nesprimu opinjoni dwar dawn ir-rendikonti finanzjarji fuq bażi tal-verifika tagħna. Aħna wettaqna l-verifika tagħna skond Standards tal-Verifika Internazzjonali kif adottati mill-Institut des Réviseurs d’Entreprises. Dawk l-istandards jeħtieġu illi aħna nikkonformaw ma' standards ta' l-etika u nippjanaw u nwettqu l-verifika tagħna b'tali mod illi niksbu assigurazzjoni raġonevoli li r-rendikonti finanzjarji ma fihomx dikjarazzjonijiet ħżiena materjali.

Verifika tinvolvi t-twettieq ta' proċeduri ddiżinjati sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika li tikkonċerna l-ammonti u l-informazzjoni mogħtija fir-rendikonti finanzjarji. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju ta' l-awditur, kif tiddependi wkoll l-evalwazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni ħażina materjali fir-rendikonti finanzjarji, li tirriżulta jew minn frodi jew minn żbalji. Meta jagħmel dawn l-evalwazzjonijiet tar-riskji, l-awditur jikkunsidra s-sistema tal-kontroll intern li topera fi ħdan l-entità għal dak li jirrigwarda l-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ġusta tar-rendikonti finanzjarji sabiex jiddiżinja proċeduri tal-verifika li jkunu xierqa fiċ-ċirkostanzi, u mhux għall-iskop li jesprimi opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni ta' l-entità. Verifika tinkludi wkoll evalwazzjoni ta' kemm huma xierqa l-politika tal-kontabilitià użati u r-raġonevolezza ta' l-estimi tal-kontabilità magħmula mill-Membri tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni ġenerali tar-rendikonti finanzjarji. Aħna nemmnu illi l-evidenza tal-verifika li aħna ksibna hija biżżejjed u xierqa sabiex tipprovdi bażi għall-opinjoni tal-verifika tagħha.

Opinjoni

Fl-opinjoni tagħna, ir-rendikonti finanzjarji jagħtu stampa reali u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri fil-31 ta' Diċembru 2006, kif ukoll tar-riżultati ta' l-operat tagħha għas-sena finanzjarja li għalqet f'dik id-data, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002, ir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, il-prinċipji tal-kontabilità ġeneralment aċċettati u r-Regoli Interni tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri.

il-Lussemburgu, it-28 ta' Settembru 2007.

KPMG Audit S.à r.l.

Awdituri

P. WIES

Il-proċeduri amministrattivi u tal-kontabilità, is-solidità tal-ġestjoni finanzjarja u s-sistema ta’ kontroll intern

Lill-Membri

tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri

Skond l-istruzzjonijiet mogħtija lilna mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri, aħna eżaminajna l-proċeduri amministrattivi u tal-kontabilità, is-solidità tal-ġestjoni finanzjarja u s-sistema ta’ kontroll intern għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2006. L-iskop ta' l-eżami tagħna kien li nassiguraw li l-awtoritajiet varji tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri jista jkollhom assigurazzjoni raġonevoli li:

il-ġestjoni finanzjarja tal-Qorti ta’ l-Awdituri hija konformi mar-regolamenti applikabbli;

is-sistema ta' kontroll intern tippermetti l-preparazzjoni ta' rendikonti finanzjarji affidabbli u osservanza tal-qafas tar-regolamenti.

Ir-regolamenti applikabbli huma:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjaru applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej,

Ir-Regoli Interni tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea, stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Qorti Nru 80-2003 u adottati mill-Qorti fil-laqgħat tagħha tas-17 u t-18 ta’ Diċembru 2003.

Aħna eżaminajna wkoll l-ambjent tal-kontroll, l-evalwazzjoni tar-riskju, s-sistemi u l-attivitajiet ta' kontroll u s-sistemi ta' kontroll tal-ġestjoni. Il-xogħol tagħna kien jikkonsisti f'evalwazzjoni tal-proċeduri amministrattivi u tal-kontabilità, proċeduri tal-ġestjoni, testijiet ta' kampjuni fuq dokumenti ta' sostenn u intervisti mal-persunal. In-natura u l-firxa tat-testijiet kienu ddeterminati mill-evalwazzjoni tagħna ta’ l-ambjent tal-kontroll. Aħna naħsbu li xogħolna jagħti bażi raġonevoli għall-konklużjonijiet tagħna dwar il-proċeduri tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, is-solidità tal-ġestjoni finanzjarja u s-sistema ta’ kontroll intern tagħha.

Fuq il-bażi tal-proċeduri deskritti hawn fuq, xogħolna ma kixef ebda fatti li jistgħu jitfgħu dubju fuq l-adegwatezza tal-proċeduri amministrattivi u tal-kontabilità jew il-kontroll intern jew il-konformità tal-ġestjoni finanzjarja mar-regolamenti applikabbli.

il-Lussemburgu, it-28 ta' Settembru 2007.

KPMG Audit S.àr.l.

Awdituri

P. WIES

Rendikonti finanzjarji fil-31 ta’ Diċembru 2006

Karta tal-Bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2006 u l-31 ta' Diċembru 2005

(1000 euro)

 

Noti

2006

2005

Attivi mhux kurrenti

 

36 212

38 532

Attivi fissi mhux tanġibbli

2

592

537

Attivi fissi tanġibbli

2

35 620

37 995

Attivi kurrenti

 

3 800

5 623

Riċevibbli ta' skadenza qasira

3

1 993

2 777

Likwidità u ekwivalenti likwidi

 

1 807

2 846

Total ta' l-attiv

 

40 012

44 155

Passivi mhux kurrenti

 

44 349

47 869

Benefiċċji ta' l-impjegat

4

44 147

47 694

Passivi oħrajn ta' skadenza twila

 

202

175

Passivi kurrenti

 

7 081

7 736

Proviżjonijiet għal riskji u spejjeż

 

2 008

2 031

Pagabbli kurrenti

5

5 073

5 705

Total tal-passiv

 

51 430

55 605

Attivi netti

6

(11 418)

(11 450)

Ammonti miġjuba 'il quddiem mis-snin preċedenti

 

(11 450)

5 370

Riżultat ekonomiku għas-sena finanzjarja

 

32

(16 820)

In-noti mehmuża huma parti integrali minn dawn ir-rendikonti finanzjarji.


Kont tar-Riżultat Ekonomiku fil-31 ta' Diċembru 2006 u 2005

(1000 euro)

 

Noti

2006

2005

Dħul operattiv

Fondi trasferiti mill-Kummissjoni lill-istituzzjonijiet oħra

 

82 297

70 787

Dħul minn operazzjonijiet amministrattivi

7

16 263

16 163

 

 

98 560

86 950

Spejjeż operattivi

Spejjeż amministrattivi

Spejjeż tal-persunal

 

(78 718)

(74 686)

Spejjeż relatati ma' l-attiv fiss

 

(3 637)

(4 396)

Pensjonijiet

4

1 274

(6 033)

Spejjeż amministrattivi oħra

8

(17 512)

(18 761)

 

 

(98 593)

(103 876)

Riżultat operattiv

 

(33)

(16 926)

Attivitajiet mhux operattivi

Dħul minn operazzjonijiet ta' investiment

 

53

Dħul minn operazzjonijiet finanzjarji

 

80

68

Spejjeż ta' operazzjonijiet finanzjarji

 

(15)

(15)

 

 

65

106

Riżultat ekonomiku għas-sena

 

32

(16 820)

In-noti mehmuża huma parti integrali minn dawn ir-rendikonti finanzjarji.


Rendikont tal-likwidità għas-sena finanzjarja 2006 u 2005

(1000 euro)

 

2006

2005

Likwidità minn attivitajiet ordinarji

Riżultat ekonomiku ta' l-attivitajiet għas-sena finanzjarja

32

(16 820)

Aġġustamenti li jikkonċernaw attivitajiet:

 

Allokazzjoni għad-deprezzament (attiv fiss mhux tanġibbli) +

268

311

 

Allokazzjoni għad-deprezzament (attiv fiss tanġibbli) +

2 440

3 522

 

Żieda (tnaqqis) fil-proviżjonijiet għar-riskji u l-ispejjeż

(23)

397

 

Żieda (tnaqqis) fil-benefiċċji ta' l-impjegat

(3 547)

4 004

 

Żieda (tnaqqis) fil-prefinanzjament ta' skadenza qasira

3 514

 

Żieda (tnaqqis) fir-riċevibbli ta' skadenza qasira

769

(889)

 

Żieda (tnaqqis) fir-riċevibbli li jirrelataw ma' korpi tal-Komunità

16

21

 

Żieda (tnaqqis) fil-pagabbli ta' skadenza twila

27

(19)

 

Żieda (tnaqqis) fil-fornituri u kredituri oħra

378

348

 

Żieda (tnaqqis) f'ammonti dovuti lill-korpi tal-Komunità

(1 011)

393

 

Qliegħ (telf) fuq il-bejgħ ta' propjetà fissa mobbli

571

 

Punti eċċezzjonali

61

Likwidità minn attivitajiet normali

(651)

(4 586)

Likwidità minn attivitajiet ta' investiment

 

Xiri ta' attivi tanġibbli u mhux tanġibbli

(1 314)

(1 680)

 

Bejgħ ta' attivi tanġibbli u mhux tanġibbli

926

2 004

Likwidità minn attivitajiet ta' investiment

(388)

324

Żieda (tnaqqis) nett fil-likwidità u fl-ekwivalenti likwidi

(1 039)

(4 262)

Likwidità u ekwivalenti likwidi fil-bidu tas-sena finanzjarja

2 846

7 108

Likwidità u ekwivalenti likwidi fl-aħħar tas-sena finanzjarja

1 807

2 846


Ir-rendikont tal-varjazzjonijiet fl-ekwità għas-sena 2006

(1000 euro)

 

Riżultati akkumulati

Riżultat ekonomiku tas-sena

Attiv nett (total)

Bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2005

5 370

(16 820)

(11 450)

Riżultat ekonomiku għas-sena finanzjarja preċedenti

(16 820)

16 820

Riżultat ekonomiku għas-sena finanzjarja

32

32

Bilanċ fil- 31 ta' Diċembru 2006

(11 450)

32

(11 418)

NOTI DWAR IR-RENDIKONTI FINANZJARJI FIL-31 TA’ DIĊEMBRU 2006

1.   Prinċipji tal-Kontabilità

1.1   Regolamenti u preżentazzjoni tal-kontijiet

Il-kontijiet tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri (“il-Qorti”) huma miżmuma u r-rendikonti finanzjarji huma ppreparati skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru. 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament finanzjarju msemmi hawn fuq.

1.2   Attivi fissi tanġibbli u mhux tanġibbli

L-attivi fissi mhux tanġibbli u tanġibbli huma mniżżla bil-prezz storiku tagħhom li minnu jiġi mnaqqas id-deprezzament u d-deterjorament.

Id-deprezzament huwa kkalkolat bil-metodu ta' rata fissa sabiex il-prezz ta' l-akkwist sal-valur residwali tagħhom jiġi allokat fuq stima tal-ħajja utli tagħhom, kif ġej:

Softwer tal-kompjuter

4 snin

Bini

25 sena

Impjant, makkinarju u għodda

4, 8 snin

Għamara u vetturi

4, 8, 10 snin

Hardwer tal-kompjuter

4 snin

Tagħmir speċifiku mal-bini mikri

It-tul tal-kirja

1.3   Prefinanzjament

Prefinanzjament huwa pagament intiż biex jipprovdi lill-benefiċjarju b'avvanz likwidu, jiġifieri bilanċ ta' kontanti. Dan jista jinqasam fuq numru ta' pagamenti fuq perijodu definit fil-ftehim ta' prefinanzjament partikolari. Il-bilanċ ta' kontanti jew avvanz huwa mħallas lura jew użat għall-għan li għalih kien mogħti waqt il-perijodu definit fil-ftehim.

Fl-aħħar tas-sena ammonti ta' prefinanzjament li jkunu għadhom dovuti huma vvalutati fuq l-ammonti oriġinali mħallsa lill-benefiċjarju li minnu jitnaqsu: kwalunkwe ammonti mogħtija lura, ammonti eliġibbli li ġew approvati, l-ammonti eliġibbli stmati li għadhom ma ġewx approvati fl-aħħar tas-sena u kwalunkwe tnaqqis fil-valur.

1.4   Riċevibbli

Riċevibbli huma murija bil-valur oriġinali tagħhom li minnu jiġi mnaqqas it-tnaqqis fil-valur, fejn japplika.

1.5   Pagabbli

Pagabbli huma mdaħħla fil-karta ta' bilanċ bil-valur nominali tagħhom.

1.6   Impenji għall-iskema tal-pensjoni tal-Membri

Skond l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru. 2290/77 tat-18 t'Ottubru 1977 li jiddetermina s-salarji tal-Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri (ĠU L 268, 20.10.1977, p. 1), il-ħlas tal-benefiċċji previsti f'din l-iskema ta' pensjoni għandu jiddaħħal fil-baġit tal-Komunitajiet u l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu b'mod konġunt il-ħlas ta' dawn il-benefiċċji.

L-ammonti garantiti mill-Istati Membri huma bbażati, min-naħa, fuq standard tal-kontabilità Nru 12 “Benefiċċji ta' l-impjegat” li ġie adottat fit-28 ta' Diċembru 2004 b'deċiżjoni ta' l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komuntajiet Ewropej, u, min-naħa l-oħra, fuq il-bażi ta' analiżi attwarja mwettqa mill-esperti ta' l-unità speċjalizzata tal-PMO fil-Kummissjoni.

Mis-sena finanzjarja 2006, il-proviżjoni għall-pensjonijiet hija kkalkolata nett mit-taxxi li jinqatgħu mal-pagament tal-pensjonijiet ladarba dawn it-taxxi jikkostitwixxu dħul għall-baġit tal-Qorti ta' l-Awdituri (ara l-osservazzjonijiet fil-paragrafu 4). Fl-2005, il-proviżjoni għall-pensjonijiet kienet tinkludi dawn it-taxxi. Kieku l-Qorti kienet applikat dawn il-prinċipji fl-2005, l-ammont għall-proviżjoni fil-31 ta' Diċembru 2005 kien ikun ta' 41 779 878 euro. Il-figuri komparattivi ma ġewx adattati.

2.   Attivi fiss mhux tanġibbli u tanġibbli

(1000 euro)

 

2006

2005

Valur deprezzabbli

Deprezzament kumulattiv

Valur nett

Valur nett

Attivi fissi mhux tanġibbli

1 945

(1 353)

592

537

Attivi fissi tanġibbli

Art

777

777

777

Bini

52 075

(19 735)

32 340

34 198

Impjant, makkinarju u għodda

1 199

(856)

343

358

Għamara u vetturi

1 845

(1 260)

585

630

Hardwer tal-kompjuter

3 867

(2 926)

941

1 398

Attivi fissi tanġibbli oħra

1 044

(609)

435

609

Attivi tanġibbli fil-proċess li jinbnew

199

199

25

Sotto-total

61 006

(25 386)

35 620

37 995

Total

62 951

(26 739)

36 212

38 532

3.   Riċevibbli ta' skadenza qasira

Riċevibbli ta' skadenza qasira jikkorrispondu l-aktar għall-intitolamenti stabbiliti imma li għadhom ma nġabrux li minnhom 841 528 euro (2005: 1 392 326 euro) huma attribwiti għall-akkwist ta' drittijiet tal-pensjoni nazzjonali minn membri tal-persunal tal-Qorti.

Il-bilanċ ta' l-ammont muri jikkonsisti prinċipalment minn avvanzi mħallsa fuq spejjeż ta' missjonijiet diġà mġarrba mill-Membri u l-persunal tal-Qorti imma li għadhom ma ġewx imħallsa.

4.   Benefiċċji ta' l-impjegat

Benefiċċji ta' l-impjegat jirrappreżentaw id-drittijiet għal pensjonijiet futuri tal-Membri tal-Qorti.

L-ammont tal-Benefiċċji ta' l-Impjegat għall-2006 huwa wieħed nett mit-taxxi (ara l-kummenti f'paragrafu 1.6).

5.   Pagabbli kurrenti

Il-pagabbli kurrenti jirrigwardaw l-ammonti dovuti lill-fornituri, spejjeż ta' missjonijiet li għadhom iridu jiġu fatturati mill-organizzazzjoni tal-karta ta' kreditu u ammonti dovuti lill-benefiċjarji varji.

Barra dan, dan il-punt jinkludi ammonti dovuti lill-persunal għal drittijiet miksuba taħt ir-Regolamenti tal-Persunal u għall-spejjeż ta' missjonijiet li għadhom iridu jiġu rimborżati.

6.   Attivi netti

Il-movimenti fl-attivi netti fl-2006 kienu s-segwenti:

(1000 euro)

Bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2005

(11 450)

Riżultat ekonomiku għas-sena finanzjarja

32

Attivi netti fil-31 ta' Diċembru 2006

(11 418)

7.   Dħul minn operazzjonijiet amministrattivi

Dan il-punt jinkludi prinċipalment taxxi u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fuq is-salarji tal-Membri u tal-persunal.

8.   Spejjeż amministrattivi oħra

Dan il-punt jinkludi prinċipalment kirjiet tal-bini u spejjeż relatati, spejjeż tal-missjonijiet tal-persunal u l-Membri, spejjeż ta' l-IT u spejjeż relatati mat-taħriġ professjonali.

9.   Impenji li ma ġewx imdaħħla fil-karta ta' bilanċ

Skond il-ftehim qafas li jikkonċerna l-bini ta' estensjoni waħda jew iktar mal-bini tal-Qorti, li kien konkluż mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-15 ta' Diċembru 1999, il-partijiet fil-kuntratt ftehmu dwar is-segwenti:

L-Istat tal-Lussemburgu jintrabat li jagħti lill-Qorti kirja tal-bini fuq l-art għall-ewwel estensjoni bil-prezz ta' euro 1 (waħda) għal perijodu li ma jaqbiżx 49 (disgħa u erbgħin) sena. Kwalunkwe kirjiet oħra ta' bini fuq artijiet oħra neċessarji għal estensjonijiet oħra ma jridux jaqbżu d-data t'għeluq tal-kirja tal-bini mogħtija għall-ewwel estensjoni.

Il-Qorti ddeċidiet li tipproċedi għat-tieni estensjoni (Bini K3) u, minħabba kundizzjonjiet ta' realizzazzjoni differenti, l-Istat Lussemburgiż u l-Qorti qablu li jikkonkludu kuntratt qafas ieħor, li l-firma tiegħu hija mistennija fl-2007.

Barra dan, il-garanziji bankarji li ġejjin ġew magħmula minn fornituri ta' partijiet terzi għall-implimentazzjoni xierqa ta' kuntratti:

(1000 euro)

 

2006

2005

biex jingħataw is-servizzi ta' l-aġenziji ta' l-ivjaġġar:

51

20

għall-kiri ta' vetturi uffiċjali għal skandenza twila:

75

75

biex jingħatw servizzi ta' ikel:

28

28

Total

154

123

Għall-erba' kuntratti ta' kiri tal-bini fis-seħħ, impenji dovuti ta' kera jammontaw għal 7 960 550 euro (2005: 9 951 290 euro), maqsuma kif muri hawn taħt:

(1000 euro)

 

2006

2005

Bini:

7 833

9 758

Uffiċċju fi Brussell:

110

144

Faċilitajiet ta' parkeġġ:

17

50

Total

7 960

9 952


(1000 euro)

 

2006

Għall-kuntratti ta' kiri ta' materjal u ta' makkinarju ieħor, impenji ta' kera dovuti jammontaw għal:

363

Ammonti pagabili li jifdal fuq impenji baġitarji:

3 150

Total

3 513